ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
12 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 317/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

1

2008/C 317/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba u r-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Reach) tas-sustanzi li kienu legalment fis-suq qabel l-1 ta' Ġunju 2008 imma li m'għandhomx stat ta' dħul gradwali ( 1 )

2

2008/C 317/03

Komunikazzjoni skond l-Artikolu 12 (5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

3

2008/C 317/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5317 — IBM/ILOG) ( 1 )

5

2008/C 317/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5241 — American Express/Fortis/Alpha Card) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2008/C 317/06

Linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-Istat Mexxej f'materji konsulari

6

 

Kummissjoni

2008/C 317/07

Rata tal-kambju ta' l-euro

9

2008/C 317/08

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tagħti gwida dwar għajnuna mill-Istat li tikkumplementa l-finanzjament Komunitarju għall-varar tal-awtostradi tal-baħar ( 1 )

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 317/09

Għajnuniet mill-Istat — Franza — Għajnuna mill-Istat C 31/08 (ex N 681/06) — Għajnuna għas-salvataġġ tal-kumpanija Volailles du Périgord — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE

13

2008/C 317/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5324 — Centrica/Segebel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

2008/C 317/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5385 — Avnet/Abacus) ( 1 )

18

 

2008/C 317/12

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2008/C 317/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.7.2007

Nru ta' l-għajnuna

N 322/A/06

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Misure urgenti per la prevenzione dell'influenza aviaria

Bażi ġuridika

Decreto Ministero delle politiche agricole e forestali del 2 maggio 2006

Tip ta' miżura

Għajnuna għal investiment, għajnuna biex tingħalaq il-kapaċità ta' produzzjoni, għajnuna biex jiġi miġġieled mard epiżootiku

Għan

Prevenzjoni u ġlieda tal-influwenza tat-tjur

Tip ta' għajnuna

Sussidji diretti

Baġit

EUR 100 miljun (għall-miżuri kollha imniżżla fid-digriet)

Intensità

Tvarja skond il-miżuri

Tul ta' żmien (perjodu)

26.8.2005-31.12.2006

Setturi ekonomiċi

Is-settur tat-tjur

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministero delle politiche agricole e forestali

Via XX Settembre 20

I-00187 Roma

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/2


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba u r-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Reach) tas-sustanzi li kienu legalment fis-suq qabel l-1 ta' Ġunju 2008 imma li m'għandhomx stat ta' dħul gradwali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 317/02)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) jitlob li s-sustanzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta' “sustanzi bi dħul gradwali” li huma mmanifatturati jew importati fil-Komunità, waħedhom, fi preparazzjonijiet jew f'artikoli, fi kwantitajiet ta' tunnellata jew iktar fis-sena jiġu rreġistrati sa mill-1 ta' Ġunju 2008 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament REACH.

Qabel ir-reġistrazzjoni ta' sustanzi mingħajr dħul gradwali, hemm bżonn ta' talba lill-Aġenzija Ewropea tal-Kimiki — kif previst mill-Artikolu 26 tar-Regolament REACH. Ta' min jinnota li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH li jirregola l-proċess ta' talba li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2008. Minħabba f'hekk kien impossibbli fil-prattika li sustanza mingħajr dħul gradwali tiġi rreġistrata fl-1 ta' Ġunju 2008. Barra minn hekk, ta' min jinnota wkoll li r-regolament li fih metodi ta' ttestjar għall-użu skont REACH, b'konfomità mal-Artikolu 13 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kien adottat biss fit-30 ta' Mejju 2008.

Xi sustanzi li ġew immanifatturati legalment u/jew tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Ġunju 2008 jistgħu ma jikkwalifikawx bħala “sustanzi bi dħul gradwali” skont l-Artikolu 3 (20) tar-Regolament REACH. Biex jiġi evitat xkiel għall-kummerċ u l-attivitajiet ta' manifattura rigward dawn is-sustanzi, u sakemm jintwera li s-sustanza kienet legalment fis-suq Komunitarju qabel l-1 ta' Ġunju 2008, ir-reġistranti potenzjali huma mfakkra bl-obbligu li tintbagħat talba lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Għal kwalunkwe partita ta' informazzjoni speċifika nieqsa, ir-reġistrant għandu jipprovdi ġustifikazzjoni. L-informazzjoni nieqsa għandha tintbagħat mingħajr l-ebda dewmien mhux dovut.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/3


Komunikazzjoni skond l-Artikolu 12 (5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

(2008/C 317/03)

Informazzjoni Tariffarja Obbligatorja ma tibqax valida minn dan il-jum jekk issir inkompatibbli ma' l-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali bħala riżultat tal-miżuri tariffarji internazzjonali li ġejjin:

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata u l-Kompendju ta' Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1310 — rapport tal-41 Sessjoni tal-Kumitat HS):

EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKOND IL-PROĊEDURA TA' L-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS U L-OPINJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT HS TA' L-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IL-41 SESSJONI TAL-HSC — MARZU 2008)

DOK. NC1310

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura fl-anness tal-Konvenzjoni HS

17.01

N/13

28.01 Noti Ġenerali

N/5

28.14

N/16

29.16

N/8

Kapitolu 29 Lista II

N/8

30.02

N/11

33.01

N/12

41.01

N/14

4101.20 Nota ta' Spjegazzjoni għas-Sotto-intestatura

N/14

57.02

N/23

84.36

N/26

85.08

N/26

90.06

N/29

90.21

N/28

90.25

N/15

90.27

N/15

Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS

0210.99/1

N/17

0902.20/1

N/18

1517.90/3

N/19

2208.90/3

N/20

3504.00/1

N/21

3907.20/3

N/22

6110.30/1

N/24

6211.33/1

N/25

8504.40/2-5

N/27

9503.00/4

N/30

9503.00/7

N/30

Informazzjoni dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri tista' tinkiseb mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea (rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussell) jew tista' titniżżel mis-sit ta' l-internet tad-Direttorat-Ġenerali:

http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/harmonised_system/ index_en.htm


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5317 — IBM/ILOG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 317/04)

Fl-10 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5317. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5241 — American Express/Fortis/Alpha Card)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 317/05)

Fit-3 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5241. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kunsill

12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/6


Linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-Istat Mexxej f'materji konsulari

(2008/C 317/06)

Introduzzjoni

1.

Waqt li jsegwu l-linji gwida tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2006 dwar il-protezzjoni konsulari taċ-ċittadini tal-UE fil-pajjiżi terzi (nota f'qiegħ il-paġna: dokument 10109/2/06 rev 2) u tad-dokument 10715/07 approvat mill-KPS dwar il-protezzjoni konsulari taċ-ċittadini tal-UE fil-pajjiżi terzi, dawn il-linji gwida għandhom il-ħsieb li jimplimentaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni tat-18 ta' Ġunju 2007 li għandhom l-objettiv li “isaħħu l-kooperazzjoni konsulari bejn l-Istati Membri tal-UE permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett tal-Istat Mexxej konsulari”. Dawn il-konklużjonijiet jipprevedu li “f'każ ta' kriżi kbira li jkollha riperkussjonijiet konsulari u mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-ewwel nett hija responsabbiltà tal-Istati Membri li jassiguraw li ċ-ċittadini tagħhom ikunu protetti, l-Istat Mexxej irid isib mezz biex iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea jkunu mgħejjuna u għandu jikkoordina l-ħidma tal-Istati Membri fuq il-post”;

2.

Dawn il-linji gwida huma mfassla fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-obbligu previst fl-Artikolu 20 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea kif ukoll tal-kompiti ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Istat Membru jerfa' r-responsabbiltà ta' Stat Mexxej fuq bażi volontarja, bil-parteċipazzjoni u l-appoġġ ħawtiel tal-Istati Membri. F'kull każ, l-Istati Membri l-oħra għandhom ikomplu jsegwu l-qagħda taċ-ċittadini tagħhom fuq il-post, jikkommunikawlhom l-informazzjoni u l-evalwazzjonijiet tagħhom tas-sitwazzjoni u jgħaddulhom rinforzi u riżorsi supplementari skont il-bżonn.

3.

F'konformità mad-dokument 10715/07 approvat mill-KPS, fl-aħħar tal-perijodu ta' esperimentazzjoni li qed issir, li għandu jservi prinċipalment biex ikunu organizzati eżerċizzji ġodda, u abbażi tal-esperjenzi konkreti, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-possibbiltà li jifformalizzaw dan il-qafas permezz ta' deċiżjoni legali.

4.

Dawn il-linji gwida ma jipprojbixxux forom addizzjonali ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni jew ta' koordinazzjoni, b'kont meħud tas-sitwazzjonijiet partikolari li jistgħu jinqalgħu f'każ ta' kriżi kbira b'riperkussjonijiet konsulari fl-Istati terzi;

5.

Il-linji gwida mhumiex legalment vinkolanti u huma indirizzati esklussivament lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni Ewropea u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Dawn il-linji gwida ġew ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   Dikjarazzjoni tal-Istat Mexxej

1.1.

Stat Membru li jkun jixtieq jidħol għall-impenn ta' Stat Mexxej fi Stat terz għandu javżah permezz tal-COREU. Din ix-xewqa għandha tiġi mgħarrfa lill-missjonijiet u l-inkarigat akkreditat li jkun hemm fil-pajjiż terz, waqt laqgħa ta' koordinazzjoni lokali.

1.2.

Jekk ikun hemm żewġ Stati Membri li jkunu jixtiequ jidħlu konġuntament għall-impenn ta' Stat Mexxej fi Stat terz, huma għandhom javżawh konġuntament permezz tal-COREU. Jekk ikun hemm aktar minn Stat Mexxej wieħed, ir-responsabbiltajiet għandhom jinqasmu skont kif ikun jaqbel u l-modalitajiet tal-koordinament għandhom jiġu definiti b'mod ċar.

1.3.

Jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni minn xi Stat Membru ieħor permezz tal-COREU fi skadenza ta' 30 ġurnata u sakemm dan ma jirrinunzjax permezz tal-COREU, l-Istat Membru jkun dikjarat Stat Mexxej fl-Istat terz ikkonċernat.

1.4.

Lista ta' pajjiżi terzi fejn xi Stat Membru għandu rwol ta' Stat Mexxej hija aġġornata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill man-notifika ta' dikjarazzjoni ta' Stat Mexxej jew b'rinunzja ta' dan it-tip. Din il-lista hija ppubblikata fis-sit konsulari tas-SITCEN u mqassma b'mod regolari lill-Istati Memrbi.

1.5.

F'każ ta' kriżi kbira li jkollha riperkussjonijiet konsulari fi Stat terz fejn ebda Stat ma ddikkjara lilu nnifsu Stat Mexxej, wieħed jew aktar Stati Membri jistgħu b'mod immedjat jidħlu għal dan l-impenn jekk jgħarrfuh permezz tal-COREU jew b'mezzi oħra adatti. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw l-offerta tal-Istat Mexxej f'konformità mal-punt 2.2.

2.   Missjonijiet ta' Stat Mexxej

2.1.

L-Istat Mexxej għandu dawn il-missjonijiet:

(a)

Meta ma jkunx hemm sitwazzjoni ta' kriżi, l-Istat Mexxej, permezz tal-kap tal-missjoni jew tal-inkarigat akkreditat tiegħu fil-pajjiż terz, u b'kollaborazzjoni mal-Istat li jkollu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea għandu jikkoordina l-miżuri ta' tħejjija l-aktar importanti. L-Istat Mexxej għandu jistabbilixxi pjan ta' evakwazzjoni tal-benefiċjarji definiti fil-punt 3.1 u jinforma lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni dwar dan.

(b)

F'każ ta' kriżi kbira b'riperkussjonijiet konsulari, ikun meħtieġ li l-Istat Mexxej jimplimenta l-miżuri ta' assistenza b'riżq il-benefiċjarji definiti fil-punt 3.1. L-Istat Mexxej għandu jinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-kriżi u l-iżvolġiment tas-sitwazzjoni. Fuq il-post, huwa d-dmir tal-kap tal-missjoni jew tal-inkarigat akkreditat tal-Istat Mexxej li jiffaċilita l-kooperazzjoni fuq il-post bejn l-Istati Membri wara li jkunu wasslu għajnuniet supplimentari bħalma huma persunal, riżorsi finanzjarji, tagħmir u timijiet mediċi, f'konformità mal-punt 5.2. Il-kap tal-missjoni jew tal-inkarigat akkreditat tal-Istat Mexxej huwa wkoll responsabbli mill-koordinament u t-tmexxija tal-operazzjonijiet ta' assistenza, tar-raggruppament u, jekk ikun il-każ, tal-evakwazzjoni lejn post sigur, bl-appoġġ tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

2.2.

Meta l-Istat Mexxej jidhirlu li jkun meħtieġ li ssir evakwazzjoni tal-benefiċjarji definiti fil-punt 3.1, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri kkonċernati lokalment u fil-kapitali. L-Istati Membri kkonċernati min-naħa tagħhom għandhom jinformaw lill-Istat Mexxej dwar il-pożizzjoni nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-evakwazzjoni, u dwar ir-rieda li jibbenefikaw jew le mill-għajnuna tal-Istat Mexxej fil-kwistjoni. Jekk jiġri li Stat Membru jirrifjuta din l-għajnuna, għandu jerfa' r-responsabbiltà hu stess tal-protezzjoni taċ-ċittadini tiegħu u ta' benefiċjarji oħra li eventwalment jistgħu jużaw l-għajnuna konsulari tiegħu. Iċ-ċittadini tiegħu u benefiċjarji oħra li eventwalment jistgħu jużaw l-għajnuna konsulari jibqgħu, skont il-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni, f'qagħda li jirċievu l-assistenza tal-Istat Mexxej. L-Istat Mexxej ma jkunx soġġett għall-konsegwenzi eventwali tad-deċiżjoni tal-Istat Membru li jirrifjuta l-għajnuna tal-Istat Mexxej.

2.3.

Il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji fl-evakwazzjoni hija volontarja. F'każ ta' evakwazzjoni, ir-responsabbiltajiet tal-Istat Mexxej jintemmu meta l-persuni evakwati jaslu fil-post sigur magħżul mill-Istat Mexxej. It-teħid tal-persuni evakwati lejn post ieħor mill-post sigur magħżul mhux parti mill-missjoni tal-Istat Mexxej.

2.4.

Fil-każ li l-Istat Mexxej, b'differenza ta' Stati Membri oħra, jidhirlu li jkun għadu mhux opportun li ssir evakwazzjoni, huwa għandu, bil-mezzi kollha possibbli, jġib għajnuna u jikkoordina l-azzjonijiet ta' għajnuna implimentati mill-Istati Membri l-oħra.

3.   Benefiċjarji

3.1.

Il-persuni kollha f'qagħda li jirċievu l-assistenza konsulari tal-Istat Membru tagħhom jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Istat Mexxej.

4.   Skambju ta' l-informazzjoni (1)

4.1.

Biex l-Istat Mexxej ikun jista' jiżgura t-twettiq tajjeb tal-missjoni kif definita fil-punt 2.1, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni strettament meħtieġa (bżonn li tkun magħrufa) għall-eżerċizzju ta' din il-missjoni, kif definit b'mod partikolari fl-Annessi I, II u III tal-linji gwida tas-16 ta' Ġunju 2006.

4.2.

L-Istat Mexxej m'għandux juża din l-informazzjoni ħlief fil-qafas tal-missjonijiet li għandu fir-rwol ta' Stat Mexxej.

4.3.

Din l-informazzjoni titwassal lokalment permezz tal-kapijiet tal-missjoni jew mill-inkarigat akkreditat fil-pajjiżi terzi, lill-kap tal-missjoni jew lill-inkarigat akkreditat tal-Istat Mexxej, skont l-arranġamenti definiti konġuntament.

4.4

Fil-każ li Stat Membru ma jkunx ħatar kap tal-missjoni jew inkarigat akkreditat fil-pajjiż terz, huwa għandu jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa lill-Istat Mexxej skont l-arranġamenti definiti konġuntament.

4.5.

In-nuqqas ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux kompluta mogħtija minn Stat Membru lill-Istat Mexxej ikollha impatt negattiv fuq il-possibbiltà li l-Istat Mexxej jimplimenta l-missjoni tiegħu kif definita fil-punt 2.1. F'każ bħal dan, l-Istat Mexxej iwettaq missjoni ta' għajnuna fil-limiti tal-informazzjoni li jkollu.

5.   Kontribuzzjonijiet għall-Missjoni tal-Istat Mexxej

5.1.

B'konsiderazzjoni għall-prinċipju ta' solidarjetà Ewropea u f'konformità mal-fatt li l-ewwel dmir biex tkun żgurata l-protezzjoni taċ-ċittadini huwa tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-twettiq xieraq tal-missjoni tal-Istat Mexxej.

5.2.

Abbażi ta' dan, l-Istat Mexxej jista' jitlob lill-Istati Membri l-oħra biex b'mod volontarju jagħtuh mezzi ta' għajnuna loġistika u umana fi żmien ta' kriżi. Xi rappreżentanti tal-Istati Membri jistgħu, fil-qafas tat-timijiet nazzjonali għal rispons għal kriżi, iwasslu l-appoġġ tagħhom lill-Istat Mexxej lokalment. L-Istat Mexxej jista' wkoll juża strumenti bħalma huma l-mekkaniżmu Komunitarju għall-protezzjoni ċivili, l-istrutturi għall-ġestjoni ta' kriżi tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, kif ukoll l-appoġġ loġistiku tad-delegazzjoni lokali fil-Kummissjoni Ewropea. L-Istat Mexxej u d-delegazzjoni tal-Kummissjoni kkonċernati jieħdu r-rwol tal-Kummissjoni fil-fażi ta' ppjanar. Il-persunal tal-Kummissjoni m'għandu jieħu l-ebda impenn konsulari.

5.3.

L-Istat Mexxej għandu jippreżenta lill-Istati Membri rapport finanzjarju tal-ispejjeż li jkun għamel u ta' dawk li jkunu saru mill-Istati kontributuri msemmija fil-punt 5.2.

5.4

L-Istat Mexxej jista' jitlob lill-Istati Membri rimborż tal-ispejjeż li jkun għamel minħabba l-missjoni tiegħu. F'każ li ssir talba għal rimborż, l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż okkażjonati mill-missjoni tal-Istat Mexxej prorata tal-persuni mgħejjuna. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi stabbilita wara t-tnaqqis, jekk ikun il-każ, tal-ispejjeż imsemmija fil-punt 5.2. L-Istati Membri jistgħu jieħdu rimborż għall-ispejjeż mill-persuni mgħejjuna abbażi tal-impenji ta' rimborż miġbura skont x'ikun possibbli li jsir mill-Istat Mexxej fil-waqt tal-operazzjoni tal-assistenza, f'konformità mad-Deċiżjoni 95/553/KE rigward il-protezzjoni ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea min rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari.

5.5.

Jekk min jibbenefika minn assistenza mill-Istat Mexxej jitlob kumpens għal danni li jkun ġarrab waqt missjoni ta' għajuna lill-Istat Mexxej, l-Istat Mexxej u l-Istat Membru tal-benefiċjarju għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jaħsbu għal azzjonijiet supplimentari, f'konformità mad-drittijiet tagħhom u mal-proċeduri interni kif ukoll mal-liġi internazzjonali.

6.   Disseminazzjoni

6.1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex dawn il-linji gwida jsiru magħrufa minn kull persuna li tista' tirċievi l-għajnuna konsulari tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' siti fejn jingħataw pariri lil min jivvjaġġa.


(1)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tad-data personali miġbura u reġistrata bl-iskop li jkunu applikati dawn il-linji gwida, għandhom japplikaw ir-regoli rilevanti tal-UE b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data.


Kummissjoni

12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/9


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-11 ta' Diċembru 2008

(2008/C 317/07)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3215

JPY

Yen Ġappuniż

120,67

DKK

Krona Daniża

7,4503

GBP

Lira Sterlina

0,88690

SEK

Krona Żvediża

10,5800

CHF

Frank Żvizzeru

1,5737

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2065

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,965

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

264,45

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

3,9865

RON

Leu Rumen

3,9138

SKK

Krona Slovakka

30,175

TRY

Lira Turka

2,0504

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9889

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6383

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2417

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3990

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9704

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 800,54

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,3991

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0540

HRK

Kuna Kroata

7,1818

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 602,58

MYR

Ringgit Malażjan

4,7138

PHP

Peso Filippin

63,130

RUB

Rouble Russu

36,7912

THB

Baht Tajlandiż

46,345

BRL

Real Brażiljan

3,1663

MXN

Peso Messikan

17,5615


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/10


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tagħti gwida dwar għajnuna mill-Istat li tikkumplementa l-finanzjament Komunitarju għall-varar tal-awtostradi tal-baħar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 317/08)

DAĦLA

1.

Il-White Paper “Politika Ewropea tat-trasport għall-2010: żmien li niddeċiedu” tal-2001 (1) introduċiet il-kunċett ta' “awtostradi tal-baħar” bħala servizzi ta' trasport ta' livell għoli bbażati fuq trasport bil-baħar għal distanzi qosra. L-awtostradi tal-baħar huma magħmula minn infrastruttura, faċilitajiet u servizzi li jkopru tal-inqas żewġ Stati Membri. L-awtostradi tal-baħar għandhom l-għan li jeqilbu proporzjon sinifikanti tat-trasport tal-merkanzija mit-triq għall-baħar. L-implimentazzjoni b'suċċess tagħhom se tgħin biex jintlaħqu żewġ għanijiet ewlenin tal-Politika Ewropea tat-trasport, li huma t-tnaqqis tal-konġestjoni fit-toroq u t-tnaqqis tal-effett fuq l-ambjent mit-trasport tal-merkanzija. Ir-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-White Paper (2) tħares lejn il-problema li dejjem qed tiżdied tal-konġestjoni fit-toroq, li qed tiswa lill-Komunità madwar 1 % tal-PDG, u t-theddida mit-trasport tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fir-rigward tal-miri ta' Kjoto u terġa tikkonferma l-importanza tal-awtostradi tal-baħar.

GĦAJNUNA KUMPLEMENTARJA MILL-ISTAT GĦALL-PROĠETTI MARCO POLO II “AWTOSTRADI TAL-BAĦAR”

2.

Il-Kapitolu 10 fil-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (3) jippermettu li, f'ċerti kundizzjonijiet, servizzi qosra bil-baħar tal-merkanzija, ġodda jew imtejba, ikollhom għajnuna tal-bidu li ma ddumx aktar minn tliet snin u b'intensità massima ta' 30 % tal-ispejjeż operattivi u 10 % tal-ispejjeż f'investimenti.

3.

It-tieni programm “Marco Polo” (minn hawn 'il-quddiem Marco Polo II) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabilixxi t-tieni programm “Marco Polo” sabiex tingħata għajnuna finanzjarja Komunitarja biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema ta' trasport tal-merkanzija (Marco Polo II) u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 (4) huwa wieħed miż-żewġ strumenti finanzjarji Komunitarji li direttament u espliċitament jappoġġaw l-awtostradi tal-baħar, bħala wieħed mill-ħames azzjonijiet li huma appoġġati sabiex jiġi evitat it-traffiku jew biex it-traffiku jinqeleb mit-triq għal mod ieħor. Marco Polo II jagħti appoġġ l-aktar lill-parti tal-awtostradi tal-baħar li tittratta s-servizzi. Dak l-appoġġ huwa attribwit permezz ta' sejħiet anwali għal proposti indirizzati lill-parteċipanti fl-industrija. L-appoġġ finanzjarju allokat huwa llimitat bl-għotjiet disponibbli taħt il-programm Marco Polo. Fondi għall-awtostradi tal-baħar jistgħu jingħataw ukoll permezz tal-Politika Reġjonali.

4.

Skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru (KE) 1692/2006, fil-qafas tal-programm Marco Polo II “Azzjonijiet tal-awtostradi tal-baħar” huma, taħt ċerti kundizzjonijiet, eliġibbli għal assistenza finanzjarja Komunitarja b'intesità massima ta' 35 % tal-ispejjeż totali biex ikun stabilit u jitħaddem is-servizz ta' trasport u għal tul massimu ta' 60 xahar, kif inhu stipulat fl-Anness I, il-punti 1(a) u 2(a) tal-kolonna B.

5.

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1692/2006 jaqra: L-assistenza finanzjarja tal-Komunità għall-azzjonijiet koperti mill-Programm m'għandhiex twaqqaf dawk l-azzjonijiet milli jirċievu assistenza Statali, fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali sakemm din l-għajnuna tkun kompatibbli ma' l-arranġamenti dwar l-għajnuna mill-Istat mniżżla fit-Trattat u fil-limiti kumulattivi stabbiliti għal kull tip ta' azzjoni stipulata fl-Anness I.

6.

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1692/2006, għalhekk, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jikkumplementaw il-finanzjarjament Komunitarju billi jallokaw ir-riżorsi finanzjarji tagħhom għall-proġetti magħżula skont il-kriterji u l-proċeduri stabbiliti f'dak ir-Regolament, fil-limiti stipulati fir-Regolament. L-oġġettiv tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1692/2006 huwa li jagħmilha possibbli lill-impriżi interessati fi proġett li jkunu jistgħu jorbtu fuq ammont prediterminat ta' fondi pubbliċi irrispettivament minn fejn ikun ġej. Fil-fatt, jista' jkun il-każ li r-riżorsi finanzjarji tal-Komunità allokati bir-Regolament (KE) Nru 1692/2006 mhumiex suffiċjenti biex jipprovdu l-appoġġ massimu possibli għall-proġetti kollha magħżula. Attwalment, jekk f'sena partikolari jiġu ppreżentati għadd kbir ta' proġetti validi, ċerti proġetti jistgħu jingħataw ammont limitat ta' finanzjarjament Komunitarju. Għalkemm il-fatt li jkun hemm għadd kbir ta' proġetti magħżula jkun sinjal ta' suċċess għall-Marco Polo II, dan is-suċċess jista' jkun fil-periklu jekk l-impriżi involuti jkollhom jirtiraw is-sottomissjoni tagħhom jew ikunu skoraġġuti minn sottomissjonijiet fil-futur minħabba n-nuqqas ta' fondi pubbliċi, meħtieġa fil-bidu tas-servizzi rilevanti. Barra minn hekk, l-iffissar ta' ammont predeterminat ta' fondi pubbliċi li wieħed jista' joqgħod fuqhom huwa bżonnjuż għall-offerenti potenzjali.

7.

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni nnuttat li fost il-partijiet interessati u l-awtoritajiet tal-Istati Membri hemm dubji dwar il-possibbiltà kemm dawk tal-aħħar jagħtu għajnuna komplementari mill-Istat lill-proġetti Marco Polo II li tmur lil hinn minn dak li huwa permess għal trasport bil-baħar għal distanzi qosra skont il-Kapitolu 10 tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-iskemi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu huma daqsxejn differenti minn dawk tal-Marco Polo II. Il-Linji Gwida jipprovdu għal intesità massima ta' 30 % tal-ispejjeż operattivi (35 % tal-ispejjeż totali fil-Marco Polo II) u tul massimu ta' tliet snin (meta mqabbel ma ħames snin skont il-Marco Polo II). Differenzi bħal dawn probabbilment fixklu lill-offerenti potenzjali fl-azzjonijiet tal-awtostradi tal-baħar.

8.

Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tul massimu u l-intesità tal-għajnuna mill-Istat u finanzjament Komunitarju għal proġetti li ġew magħżula skont ir-Regolament għandhom ikunu l-istess. Għalhekk, abbażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, fl-assenza ta' finanzjament Komunitarju, jew safejn mhuwiex kopert b'finanzjament Komunitarju, il-Kummissjoni ħa tawtorizza għajnuna tal-bidu mill-Istat għall-proġetti Marco Polo II “Awtostradi tal-baħar” b'intesità massima ta' 35 % tal-ispejjeż operattivi u għal tul massimu ta' ħames snin (5). L-istess se japplika għall-proġetti magħżula taħt il-Marco Polo II li finalment il-finanzjament għalihom huwa pprovdut mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (6) (ERDF) jew il-Fond ta' Koeżjoni (7).

9.

Għajnuna tal-bidu għall-ispejjeż operattivi ma tistax tkun iżjed mit-tul u intensità msemmija hawn fuq, irrispettivament mis-sors tal-fondi. L-għajnuna ma tistax tkun akkumulata ma' kumpens minn servizz pubbliku. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-istess spejjeż eliġibbli ma jistgħux jibbenifikaw minn żewġ strumenti finanzjarji Komunitarji.

10.

L-Istati Membri jkun jeħtiġilhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-għajnuna mill-Istat li jkunu biħsiebhom jagħtu abbażi tal-komunikazzjoni preżenti lill-proġetti magħżula skont ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006.

GĦAJNUNA KUMPLEMENTARJA MILL-ISTAT GĦALL-PROĠETTI TEN-T “AWTOSTRADI TAL-BAĦAR”

11.

L-Artikolu 12a tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew (8) jipprovdi għat-twaqqif ta' “Awtostradi tal-baħar” li jikkonċentra flussi ta' merkanzija fuq rotot loġistiċi bbażati fuq il-baħar b'tali mod sabiex itejjeb rabtiet marittimi eżistenti jew biex jistabbilixxi rabtiet marittimi ġodda vijabbli regolari u frekwenti għat-trasport ta' oġġetti bejn l-Istati Membri sabiex titnaqqas l-konġestjoni fit-toroq u/jew jitjieb l-aċċess għal gżejjer u reġjuni periferali u Stati [traduzzjoni mhux uffiċjali]. In-netwerk Trans-Ewropew ta' awtostradi tal-baħar jeħtieġ li jkun jikkonsisti f'faċilitajiet u infrastrutturi li jikkonċernaw tal-inqas żewġ portijiet f'żewġ Stati Membri differenti.

12.

Il-linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew jikkonċernaw l-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp ta' infrastruttura, inkluż dak fil-każ tal-awtostradi tal-baħar. Madankollu, it-tieni inċiż tal-Artikolu 12a(5) tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, jinkludi l-possibbiltà li jingħata appoġġ Komunitarju għall-għajnuna tal-bidu lil proġett, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. Dan l-appoġġ jista' jingħata sakemm jinħass li huwa neċessarju għall-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett. Fil-fatt, jista' jinqala' l-każ li l-konsorzju proponenti ta' portijiet u operaturi jsofri telf tal-bidu fil-perjodu tal-varar tas-servizzi tal-awtostradi tal-baħar.

13.

L-appoġġ tal-bidu skont il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew huwa llimitat għal “spejjeż kapitali ġġustifikati kif xieraq” sabiex jinftiehem bħala appoġġ fl-investiment. Dan jista' jinkludi d-deprezzament tal-bastimenti allokati għas-servizz (9). Skont il-linji gwida Komunitarji dwar l-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew, l-appoġġ tal-bidu huwa llimitat għal sentejn b'intensità massima ta' 30 %.

14.

Fil-qafas tal-proġetti TEN-T, jistgħu jiġu pprovduti riżorsi finazjarji mill-Istati Membri, sakemm il-finanzjament Komunitarju ma jkunux disponibbli. Fil-każ ta' għajnuna tal-bidu lis-servizzi tat-tbaħħir, madankollu, it-tieni inċiż tal-Artikolu 12a (5) tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq għajnuna mill-Istat. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għajnuna kumplementari sakemm il-finanzjament Komunitarju ma jkunx disponibbli, iżda jridu jirrispettaw ir-regoli fuq għajnuna mill-Istat meta jagħmlu dan. Minħabba li fil-kwistjoni ta' għajnuna lit-trasport bil-baħar għal distanzi qosra ġew ipprovduti gwidi fuq l-applikazzjoni tar-regoli fuq l-għajnuna mill-Istat fil-Kapitolu 10 tal-Linji Gwida fuq għajnuna mill-Istat lit-trasport marittimu, tal-aħħar tapplika għal għajnuna kumplementari mill-Istat. Il-Linji Gwida Komunitarji fuq għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu, madankollu, jippermettu għal għajnuna fl-investiment b'intensità massima ta' 10 % matul tliet snin. B'riżultat ta' dan, jekk proġett tal-awtostradi tal-baħar jintgħażel bħala proġett tat-TEN-T, iżda ma jingħatax l-appoġġ massimu Komunitarju għall-investiment, li huwa 30 % matul sentejn, jista' jkun li l-appoġġ pubbliku ma jlaħħaqx l-ammont massimu possibli, jekk l-għajnuna nazzjonali mill-Istat ma tmurx lil hinn minn 10 % matul t-tliet snin awtorizzati mil-Linji Gwida fuq għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu. Barra minn hekk, id-differenza fit-tul massimu taż-żewġ skemi (sentejn skont id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE u tliet snin skont il-Linji Gwida tal-Komunità fuq għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu) tista' toħloq inċertezzi u konfużjoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza u sabiex ikun permess appoġġ pubbliku predeterminat għall-impriżi li qed jieħdu sehem fi proġett tal-awtostradi tal-baħar TEN-T, l-intensità massima u t-tul massimu tal-għajnuna kumplementari mill-Istat li għandha tingħata mill-Istati Membri għandha tkun l-istess bħall-intensità massima u t-tul tal-finanzjament Komunitarju.

15.

Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, abbażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, fin-nuqqas ta' finanzjament Komunitarju għall-għajnuna tal-bidu jew għall-parti li mhijiex koperta bil-finanzjament Komunitarju, il-Kummissjoni tawtorizza l-għajnuna mill-Istat għall-investiment b'intesità massima ta' 30 % u tul massimu ta' sentejn lil proġetti li jikkorispondu mal-Artikolu 12a tad-Deċiżjoni 1692/96/KE u magħżula skont il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistipula r-regoli ġenerali għal-għoti ta' għajnuna finanazjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks tat-trasport Trans-Ewropew u l-Enerġija (10). L-istess se japplikka fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jiffinanzjaw il-proġett mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali jew il-Fond ta' Koeżjoni.

16.

Għajnuna tal-bidu għall-investiment ma tistax tkun iżjed mit-tul u intensità msemmija f'dan il-punt, irrispettivament mis-sors tal-fondi. Din ma tistax tkun akkumulata ma' kumpens minn servizz pubbliku. Ukoll f'dan il-każ, il-Kummissjoni tfakkar li l-istess spejjeż eliġibbli ma jistgħux jibbenifikaw minn żewġ strumenti finanzjarji Komunitarji.

17.

L-Istati Membri jkun jeħtiġilhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-għajnuna mill-Istat li jkunu biħsiebhom jagħtu abbażi tal-komunikazzjoni preżenti lill-proġetti magħżula skont ir-Regolament (KE) Nru 680/2007.

APPLIKAZZJONI

18.

Il-Kummissjoni se tapplika l-linji gwida pprovduti f'din il-komunikazzjoni mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  COM(2001) 370.

(2)  COM(2006) 314 finali: Il-Komunikazzjoni mill-Kumissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Inżommu lill-Ewropa miexja — Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna — Reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-White Paper tat-Trasport tal-2001 tal-Kummissjoni Ewropea”.

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni K(2004) 43, ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1.

(5)  Għandu jiġi nnutat li l-klawżola li tinsab f'Anness I, (2), b) tar-Regolament Marco Polo II (dwar il-limiti għall-finanzjament ibbażati fuq il-merkanzija effttivament meqluba mit-triq għal mod ta' trasport ieħor) tapplika għall-finanzjament Komunitarju, iżda mhux għall-għajnuna kumplementarja mill-Istat indirizzata f'din il-Komunikazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-5 ta' Lulju 2006; ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta' Lulju 2006; ĠU L 210, 31.7.2006, p. 79.

(8)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

(9)  Vademecum tat-28 ta' Frar 2005 maħruġa flimkien mas-sejħa għall-proposti għat-TEN-T 2005; Paragrafu 4.3 (Għajnuna tal-bidu kif relatata mal-ispejjeż kapitali).

(10)  ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/13


GĦAJNUNIET MILL-ISTAT — FRANZA

Għajnuna mill-Istat C 31/08 (ex N 681/06) — Għajnuna għas-salvataġġ tal-kumpanija “Volailles du Périgord”

Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE

(2008/C 317/09)

Permezz tal-ittra li ġġib id-data tas-16 ta' Lulju 2008, riprodotta fil-lingwa awtentika fil-paġni ta' wara ta' dan is-sommarju, il-Kummissjoni nnotifikat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna msemmija hawn fuq.

Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika u l-ittra li ssegwi, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Direction M. Législation agricole

Unité M.2. Conditions de concurrence

Rue de la Loi 130 — 5/164

B-1049 Brussell

Feks (32-2) 296 76 72

Dawn il-kummenti se jiġu kkomunikati lil Franza. Il-parti interessata li tissottometti l-kummenti tista' titlob bil-miktub biex l-identità tagħha tingħata trattament kunfidenzjali, filwaqt li jingħataw ir-raġunijiet għat-talba.

TEST TAS-SOMMARJU

Permezz ta' ittra elettronika tat-13 ta' Ottubru 2006, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħha li tagħti għajnuna ta' salvataġġ lill-kooperattiva (SNC) “Volailles du Périgord”, fis-sjieda ta' 100 % mill-familja Gaye u b'236 ħaddiem fl-2006, u l-impjegatur ewlieni fiz-zona ta' Terrasson. Fl-2006, din il-kumpanija kellha fatturat annwali ta' madwar EUR 52 miljun. Fil-waqt tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-kumpanija kienet attiva fil-qtil tat-tiġieġ u d-dundjani. Bid-daqqa li ħadet bil-kriżi tal-influwenza tat-tjur, il-kumpanija rriżultalha żbilanċ strutturali fl-2007.

Bl-ittra C(2007) 3564 tad-19 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni awtorizzat din l-għajnuna. Din l-għajnuna ġiet awtorizzata għal sitt xhur. L-ammont tal-għajnuna kien ta' miljun euro fil-forma ta' ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu lura. Ir-rata tal-interessi kienet ir-rata ta' referenza tal-Kummissjoni applikabbli fiż-żmien tal-allokazzjoni tal-ħlas.

Wara li l-għajnuna ta' salvataġġ ġiet notifikata, l-awtoritajiet Franċiżi daħlu għal pjan ta' ristrutturar, pjan ta' likwidazzjoni fejn il-prova li l-ħlas bil-quddiem ikun mħallas lura kompletament jitressaq lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ lill-Kummissjoni.

Permezz ta' ittra tad-19 ta' Lulju C(2007) 3564, il-Kummissjoni ddeċidiet li tqis l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3) c) tat-Trattat.

Il-Kummissjoni eżaminat l-għajnuna fid-dawl tal-linji gwida applikabbli fid-data tan-notifika, jiġifieri l-linji gwida tal-Komunità li jirrigwardaw l-għajnuniet mill-Istat fis-settur Agrikolu 2000/C 28/02 u l-linji gwida komunitarji li jirrigwardaw l-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta' impriżi fid-diffikultà 2004/C 244/02.

Skont il-punt 25(a) tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta' impriżi fid-diffikultà, l-għajnuniet ikollhom jikkonsistu f'għajnuniet ta' likwidità fil-forma ta' garanziji ta' kreditu inkella ta' krediti, b'rata ta' interessi li għall-inqas tkun komparabbli mar-rati allokati għas-self lil impriżi b'saħħithom, u partikolarment għal-livelli ta' referenza adottati mill-Kummissjoni. Kull self irid jitħallas lura, u kull garanzija trid tinħeles fi żmien ta' mhux aktar minn sitt xhur wara t-trasferiment tal-ewwel pagament lill-kumpanija.

L-għajnuna approvata trid tieħu l-forma ta' ħlas bil-quddiem li għandu jitħallas lura, suġġett għal rati annwali ta' interessi daqs ir-rati ta' referenza tal-Kummissjoni applikabbli fil-waqt tal-allokazzjoni tal-ħlas (4,62 % mill-1 ta' Lulju 2007). L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li s-self kien se jitħallas lura fl-ewwel sitt xhur wara l-ewwel ħlas ta' fondi mislufa lill-kumpanija. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 25 c) tal-linji gwida — li jipprevedu li pjan ta' ristrutturar, pjan ta' likwidazzjoni, inkella l-prova li s-self ikun tħallas lura kompletament, iridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ, jew inkella, fil-każ ta' għajnuna mhux notifikata, mill-ewwel implimentazzjoni tal-miżura kkonċernata, — il-Gvern Franċiż intrabat li jikkomunika lill-Kummissjoni pjan ta' ristrutturar jew ta' likwidazzjoni inkella prova li s-self intradd lura kompletament sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-għajnuna ta' salvataġġ ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni.

L-iskadenza ta' sitt xhur għaddiet fid-19 ta' Jannar 2008 mingħajr ma l-Kummissjoni rċeviet id-dokumenti meħtieġa. Il-Kummissjoni fakkret lill-Franza dwar l-impenn li ħadet permezz ta' ittra tas-7 ta' Mejju 2008. Sal-lum l-awtoritajiet Franċiżi la bagħtu pjan ta' ristrutturar, la pjan ta' likwidazzjoni u lanqas prova li s-self tħallas lura kompletament.

Franza naqset milli tikkomunika d-dokumenti meħtieġa mill-punt 27 tal-linji gwida.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, f'dan l-istadju, il-Kummissjoni taħseb li x'aktarx l-għajnuna mill-Istat approvata li ngħatat lill-impriża “Volailles du Périgord” ittawlet illegalment, aktar mill-perjodu ta' 6 xhur, u għandha d-dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżura kkonċernata mas-suq komuni.

B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat, skont il-punt 27 tal-linji gwida 2004/C 244/02.

Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, kull għajnuna illegali tista' tkun is-suġġett ta' rkupru mingħand il-benefiċjarju tagħha.

TEST TA' L-ITTRA

“Par la présente, la Commission a l'honneur d'informer la France qu'après avoir examiné les informations sur l'aide citée en objet, elle a décidé d'ouvrir la procédure prévue à l'article 88, paragraphe 2, du traité CE.

1.   PROCÉDURE

(1)

Par e-mail du 13 octobre 2006, enregistré le jour même, la Représentation permanente de la France auprès de l'Union européenne a notifié la mesure citée en objet à la Commission, conformément à l'article 88, paragraphe 3, du traité. Des renseignements complémentaires ont été envoyés par courriers électroniques du 21 mars 2007 et du 31 mai 2007, enregistrées le jour même.

(2)

Par lettre C(2007) 3564 du 19 juillet 2007 la Commission a autorisé l'aide susmentionnée. La durée de cette aide a été fixée à six mois.

(3)

Lors de la notification de l'aide au sauvetage les autorités françaises se sont engagées à ce qu'un plan de restructuration, un plan de liquidation ou la preuve que l'avance a été intégralement remboursée soit soumis à la Commission au plus tard six mois après l'autorisation de l'aide au sauvetage par la Commission. Ce délai a expiré le 19 janvier 2008 sans que la Commission ait reçu un des documents requis.

(4)

Par lettre du 7 mai 2008 la Commission a demandé à la France de produire les documents requis dans les plus brefs délais et a annoncé qu'à défaut elle sera obligée d'ouvrir la procédure prévue à l'article 88, paragraphe 2 du traité, en conformité avec le point 27 des lignes directrices communautaires concernant les aides d'État au sauvetage et à la restructuration d'entreprises en difficulté (1).

(5)

La France a omis de communiquer un plan de restructuration ou un plan de liquidation ou la preuve que l'avance a été remboursée intégralement jusqu'à ce jour.

2.   DESCRIPTION DE LA MESURE

2.1.   Intitulé de l'aide

(6)

Aide au sauvetage de la société “Volailles du Périgord”.

2.2.   Durée

(7)

Six mois.

2.3.   Budget

(8)

1 million d'euros.

2.4.   Bénéficiaires

(9)

Société en nom collectif (SNC). La société a été créée en 1910. Selon les informations fournies par les autorités françaises lors de la notification le 13 octobre 2006 et des courriers électroniques du 21 mars 2007 et du 31 mai 2007, elle est détenue à 100 % par la famille Gaye.

(10)

La société employait début 2006 236 salariés et réalisait un chiffre d'affaires annuel de quelque 52 millions d'euros. Selon les informations fournies en 2006, elle est le premier employeur de la zone de Terrasson.

(11)

Selon les informations fournies, Volailles du Périgord est active dans l'abattage de poulets et dindes. La société vend la majeure partie de ses produits aux grandes et moyennes surfaces (GMS) en France (dont 60 % sous sa marque propre “Le Croquant” et 40 % sous marques de distributeurs). 70 % de ses produits sont vendus comme découpes, le reste comme volailles entières et prêtes à cuire. Le poulet constitue 46 % de ses produits vendus (dont 80 % en label rouge). L'export de la société est marginal.

(12)

La Société SNC Volailles du Périgord avait connu une croissance rapide au cours de la décennie 1990-2000 et atteignait en 2001/2002 avec quelques 280 salariés et 50 millions d'euros de chiffres d'affaires un résultat d'exploitation de 1,8 million d'euros.

(13)

Selon les mêmes informations cette croissance avait été pourtant mal contrôlée, en raison, notamment, d'un management sous dimensionné et d'une orientation commerciale vers le Hard Discount. D'après les autorités françaises, ces fragilités se sont exprimées pleinement à l'occasion du retournement de conjoncture qui a eu pour effet que la société était devenue structurellement déficitaire.

(14)

Les pertes d'exploitation cumulées sur les trois exercices 2002/2003-2004/2005 s'étaient élevées à 5,3 millions d'euros. La direction de l'entreprise avait réagi en agissant sur la productivité, en maîtrisant mieux la masse salariale et le recours au personnel extérieur et en comprimant des services et charges externes. D'après ces mêmes informations, ces mesures prises avaient permis un résultat d'exploitation équilibré pour le dernier semestre 2005. Parallèlement, les actionnaires avaient injecté 3 millions d'euros en comptes courants pour soutenir la trésorerie.

(15)

La crise de la grippe aviaire a fortement frappé l'entreprise déjà fragile. Le chiffre d'affaires net a baissé de quelques 5 millions d'euros sur l'exercice 2005/2006 par rapport à l'exercice précédent. La perte de l'exploitation s'est élevée à quelques 168 000 EUR. D'après les informations fournies par les autorités françaises, la trésorerie a continué à se dégrader en raison de la perte et de l'accroissement des stocks de volailles congelées. Le stock en volailles congelées s'élevait au 30 juillet 2006 à quelques 0,9 million d'euros, soit presque 12 % de l'actif total.

(16)

Dans leur e-mail du 21 mars 2007, les autorités françaises ont indiqué que la société avait pu se financer depuis le 1er semestre 2006 par un recours au découvert bancaire qui, au 28 février 2007, s'était élevé à 1 986 460 EUR. Selon les informations fournies dans le même courrier électronique, ce découvert avait été consenti dans l'attente du versement de l'aide au sauvetage. En cas de non versement de cette aide, il serait devenu exigible et aurait entraîné la déclaration de cessation de paiements et le dépôt de bilan de la société.

(17)

Selon le plan de trésorerie pour le deuxième semestre 2007 le besoin en trésorerie de la société avait atteint quelques 1,2 millions d'euros au mois de juillet et devait, selon les prévisions, légèrement baisser pendant la seconde moitié de l'année 2007.

2.5.   Base juridique

(18)

Circulaire du ministre de l'agriculture et de la pêche DPEI/SDEPA/C2006-4019 du 15 mars 2006.

2.6.   Description de l'aide

(19)

L'aide de 1 million d'euros devait être apportée par des avances remboursables et versées, pour partie, par l'État (850 000 EUR) et, pour partie, par le Conseil régional d'Aquitaine (150 000 EUR).

(20)

Les autorités françaises ont confirmé que le taux d'intérêt appliqué serait le taux de référence de la Commission applicable à l'époque de l'attribution de l'avance.

3.   APPRÉCIATION

(21)

La Commission a examiné l'aide à la lumière des lignes directrices applicables à la date de la notification, c'est-à-dire les lignes directrices de la Communauté concernant les aides d'État dans le secteur agricole 2000/C 28/02 (2) et les lignes directrices communautaires concernant les aides d'État au sauvetage et à la restructuration d'entreprises en difficulté 2004/C 244/02 (3).

(22)

Par lettre C(2007) 3564 du 19 juillet 2007 elle a décidé de considérer l'aide comme compatible avec le marché commun en application de l'article 87, paragraphe 3, point c) du traité.

(23)

Selon le point 25(a) des lignes directrices communautaires concernant les aides d'État au sauvetage et à la restructuration d'entreprises en difficulté les aides doivent consister en des aides de trésorerie sous forme de garanties de crédits ou de crédits, soumis à un taux au moins comparable aux taux observés pour des prêts à des entreprises saines, et notamment aux taux de référence adoptés par la Commission. Tout prêt doit être remboursé et toute garantie doit prendre fin dans un délai de six mois au maximum à compter du versement de la première tranche à l'entreprise.

(24)

L'aide approuvée devait prendre la forme d'une avance remboursable soumise à un taux d'intérêt annuel égal au taux de référence de la Commission applicable au moment de l'attribution de l'avance (4,62 % à partir du 1er juillet 2007).

(25)

Les autorités françaises ont indiqué que le prêt serait remboursé dans les six mois à compter du premier versement de sommes prêtées à l'entreprise. En conformité avec les dispositions du point 25 c) des lignes directrices, qui prévoient que soit un plan de restructuration, soit un plan de liquidation soit la preuve que le prêt a été intégralement remboursé soit soumis à la Commission au plus tard six mois après l'autorisation de l'aide au sauvetage ou, dans le cas d'une aide non notifiée, à compter de la première mise en œuvre de la mesure en question, le gouvernement français s'était engagé à ce qu'un plan de restructuration, un plan de liquidation ou la preuve que l'avance a été intégralement remboursée soit soumis à la Commission au plus tard six mois après l'autorisation de l'aide au sauvetage par la Commission.

(26)

Le délai de six mois a expiré le 19 janvier 2008 sans que la Commission ait reçu les documents requis. La Commission a rappelé à la France son engagement par lettre du 7 mai 2008. Jusqu'à ce jour les autorités françaises n'ont envoyé ni un plan de restructuration, ni plan de liquidation, ni preuve que l'avance a été intégralement remboursée.

(27)

La France a donc omis de communiquer les documents requis par le point 27 des lignes directrices.

4.   CONCLUSION

Pour l'ensemble de ces raisons, à ce stade, la Commission pense qu'il est probable que l'aide d'État approuvée accordée à la société “Volailles du Périgord” ait été illégalement prolongée au-delà du délai de 6 mois, et a des doutes sur la compatibilité de la mesure en cause avec le marché commun.

En conséquence, la Commission à décidé d'ouvrir la procédure formelle d'examen au sens de l'article 88, paragraphe 2, du traité CE et du Règlement (CE) no 659/1999 du Conseil.

(28)

La Commission invite la France, dans le cadre de la procédure de l'article 88, paragraphe 2, du traité CE, à présenter ses observations et à fournir des informations sur la situation actuelle de la société “Volailles du Périgord” et à fournir soit un plan de restructuration, soit un plan de liquidation ou la preuve que le prêt a été intégralement remboursé, dans un délai d'un mois à compter de la date de réception de la présente.

(29)

Elle invite vos autorités à transmettre immédiatement une copie de cette lettre au bénéficiaire de l'aide.

(30)

La Commission rappelle à la France l'effet suspensif de l'article 88, paragraphe 3, du traité CE et se réfère à l'article 14 du règlement (CE) no 659/1999 du Conseil qui prévoit que toute aide illégale pourra faire l'objet d'une récupération auprès de son bénéficiaire.

(31)

Par la présente, la Commission avise la France qu'elle informera les intéressés par la publication de la présente lettre et d'un résumé de celle-ci au Journal Officiel de l'Union Européenne. Elle informera également les intéressés dans les pays de l'AELE signataires de l'accord EEE par la publication d'une communication dans le supplément EEE du Journal officiel, ainsi que l'autorité de surveillance de l'AELE en leur envoyant une copie de la présente. Tous les intéressés susmentionnés seront invités à présenter leurs observations dans le délai d'un mois à compter de la date de cette publication.”


(1)  JO C 244 du 1.10.2004, p. 2.

(2)  JO C 28 du 1.2.2000.

(3)  JO C 244 du 1.10.2004.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5324 — Centrica/Segebel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 317/10)

1.

Fl-4 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Centrica Overseas Holdings Limited (“Centrica” ir-Renju Unit) [li hija tal-Grupp Centrica plc, ir-Renju Unit] takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll totali tal-impriża Segebel S.A. (“Segebel”, il-Belġju) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Centrica: il-produzzjoni tal-elettriku u l-gass, il-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-enerġija, trasport bil-baħar u mmagażinar tal-gass,

għal Segebel: il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-provvista tal-elettriku u l-gass.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5324 — Centrica/Segebel, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5385 — Avnet/Abacus)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 317/11)

1.

Fl-4 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Avnet Inc. (“Avnet”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll totali tal-impriża Abacus Group plc (“Abacus”, ir-Renju Unit) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fl-10 ta' Ottubru 2008.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Avnet: id-distribuzzjoni tal-komponenti elettroniċi (inklużi t-tagħmir ta' semikondutturi, interkonnessi, passivi u elettromekkaniċi, u prodotti inkorporati), prodotti tal-kompjuter u servizzi teknologiċi,

għal Abacus: id-distribuzzjoni tal-komponenti elettroniċi (inklużi t-tagħmir ta' semikondutturi, interkonnessi, passivi u elettromekkaniċi, u prodotti inkorporati) kif ukoll l-komponenti tal-manifattura/assemblaġġ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5385 — Avnet/Abacus, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 317/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.