ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
6 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 313/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 301, 22.11.2008

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 313/02

Kawża C-274/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 89/48/KEE — Ħaddiema — Rikonoxximent tal-kwalifiki)

2

2008/C 313/03

Kawża C-286/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 89/48/KEE — Ħaddiema — Rikonoxximent ta' diplomi — Inġinier)

3

2008/C 313/04

Kawża C-353/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Flensburg — il-Ġermanja) — Proċeduri mibdija minn Stefan Grunkin, Dorothee Regina Paul (Dritt ta' ċittadin tal-Unjoni li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri — Dritt internazzjonali privat fir-rigward tal-kunjomijiet — Rabta biss man-nazzjonalità għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli — Wild minuri li twieled u li jirrisjedi fi Stat Membru u li għandu n-nazzjonalità ta' Stat Membru ieħor — Nuqqas ta' rikonoxximent fl-Istat Membru li hu ċittadin tiegħu tal-kunjom mogħti fl-Istat Membru fejn twieled u fejn jirrisjedi)

3

2008/C 313/05

Kawża C-452/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Ir-Renju Unit) — The Queen, fuq talba ta': Synthon BV vs Licensing Authority of the Department of Health (Kodiċi Komunitarju dwar il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq — Prodotti mediċinali essenzjalment l-istess — Proċedura mqassra — Proċedura għal rikonoxximent reċiproku — Motivi għar-rifjut — Responsabbiltà ta' Stat Membru — Ksur serju tad-dritt Komunitarju)

4

2008/C 313/06

Kawża C-527/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — R.H.H. Renneberg vs Staatssecretaris van Financiën (Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 39 KE — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq id-dħul — Determinazzjoni tal-bażi taxxabbli — Ċittadin ta' Stat Membru li jirċievi d-dħul kollu jew kważi kollu taxxabbli tiegħu ġewwa dan l-Istat Membru — Residenza fi Stat Membru ieħor)

4

2008/C 313/07

Kawża C-136/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 89/48/KEE u 92/51/KEE — Rikonoxximent ta' diplomi u ta' taħriġ professjonali — Professjoni ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru)

5

2008/C 313/08

Kawża C-157/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-23 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof) — Finanzamt für Körperschaften III in Berlin vs Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt GmbH (Libertà ta' stabbiliment — Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) — Leġiżlazzjoni fiskali — Trattament fiskali ta' telf sostnut minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru taż-ŻEE u li jappartjeni għal kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea)

5

2008/C 313/09

Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Alfonso Luigi Marra vs Eduardo De Gregorio (C-200/07), Antonio Clemente (C-201/07) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Parlament Ewropew — Fuljett maħruġ minn Membru tal-Parlament Ewropew u li kien fih kummenti inġurjużi — Talba għal kumpens tad-dannu morali — Immunità tal-Membri tal-Parlament Ewropew)

6

2008/C 313/10

Kawża C-253/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Canterbury Hockey Club, Canterbury Ladies Hockey Club vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs (Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet — Servizzi marbuta mal-prattika tal-isport — Servizzi mogħtija lil persuni li jieħdu parti fl-isport — Servizzi mogħtija lil assoċjazzjonijiet mhux reġistrati u lil persuni ġuridiċi — Inklużjoni — Kundizzjonijiet)

7

2008/C 313/11

Kawża C-298/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV vs deutsche internet versicherung AG (Direttiva 2000/31/KE — Artikolu 5(1)(ċ) — Kummerċ elettroniku — Fornitur ta' servizzi permezz tal-Internet — Indirizz tal-posta elettronika)

7

2008/C 313/12

Kawża C-310/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Lunds tingsrätt — L-Iżvezja) — Svenska staten genom Tillsynsmyndigheten i Konkurser vs Anders Holmqvist (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta' insolvenza ta' min iħaddem — Direttiva 80/987/KEE — Artikolu 8 a — Ħidmiet imwettqa f'diversi Stati Membri)

8

2008/C 313/13

Kawża C-313/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Kirtruna SL, Elisa Vigano vs Red Elite de Electrodomésticos SA, Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Electro Calbet SA (Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Trasferiment ta' impriża — Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati — Proċeduri ta' falliment — Suċċessjoni fir-rigward tal-kuntratt tal-kera)

8

2008/C 313/14

Kawża C-200/06: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles — Il-Belġju) — Raffinerie Tirlemontoise SA vs Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB) (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Zokkor — Taxxi tal-produzzjoni — Metodi ta' applikazzjoni tas-sistema tal-kwoti — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor li jinsabu fil-prodotti pproċessati — Determinazzjoni tal-eċċess li jista' jkun esportat — Determinazzjoni tat-telf medju)

9

2008/C 313/15

Kawżi magħquda C-175/07 sa C-184/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de grande instance de Nanterre — France) — SA des sucreries de Fontaine-le-Dun-Bolbec-Auffay (SAFBA) (C-175/07), Sucreries et Raffineries d'Erstein SA (C-176/07), Sucreries & Distilleries de Souppes — Ouvré Fils SA (C-177/07), Sucrerie de Bourgogne SA (C-178/07), Sucrerie Bourdon (C-179/07), Sucreries du Marquenterre SA (C-180/07), Cristal Union (C-181/07), Lesaffre Frères SA (C-182/07), Vermendoise Industries SAS (C-183/07), Sucreries de Toury et Usines annexes SA (C-184/07) vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Zokkor — Imposti fuq il-produzzjoni — Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti — Teħid inkunsiderazzjoni ta' kwantitajiet ta' zokkor li jinsabu fil-prodotti pproċessati — Determinazzjoni tal-produzzjoni żejda li tista' tiġi esportata — Determinazzjoni tat-telf medju)

10

2008/C 313/16

Kawża C-477/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerp, il-Belġju) — Gerlach & Co. NV vs Belgische Staat (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Kunċetti ta' dħul fil-kontijiet u ta' komunikazzjoni tal-ammont tad-dazju doganali lid-debitur — Dħul minn qabel fil-kontijiet tal-ammont tad-dejn doganali — Irkupru tad-dejn doganali)

11

2008/C 313/17

Kawża C-353/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministativo Regionale del Lazio (l-Italja) fl-1 ta' Awwissu 2008 — A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite Srl et vs Ministero della Salute e Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

11

2008/C 313/18

Kawża C-385/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

12

2008/C 313/19

Kawża C-407/08 P: Appell ippreżentat fid-19 ta' Settembru 2008 minn Knauf Gips KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fit-8 ta' Lulju 2008, fil-Kawża T-52/03, Knauf Gips KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

13

2008/C 313/20

Kawża C-410/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen

14

2008/C 313/21

Kawża C-412/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Baden-Württemberg fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen

14

2008/C 313/22

Kawża C-415/08 P: Appell ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 minn Complejo Agrícola, SA mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-345/06, Complejo Agrícola SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sostnuta mir-Renju ta' Spanja

15

2008/C 313/23

Kawża C-423/08: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

16

2008/C 313/24

Kawża C-428/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank 's-Gravenhage (l-Olanda) fid-29 ta' Settembru 2008 — Monsanto Technology LLC vs Cefetra BV, Cefetra Feed Service BV, Cefetra Futures BV,u L-Istat tal-Arġentina u Miguel Santiago Campos, fil-kapaċità tiegħu bħala s-Segretarju tal-Istat għall-Agrikoltura, it-trobbija tal-annimali, is-settur tas-Sajd u l-Ikel, u Monsanto Technology LLC vs Vopak Agencies Rotterdam BV u Alfred C. Toepfer International GmbH

16

2008/C 313/25

Kawża C-432/08 P: Appell ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fid-9 ta' Lulju 2008 fil-kawżi magħquda T-296/05 u T-408/05, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

17

2008/C 313/26

Kawża C-433/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-1 ta' Ottubru 2008 — Yaesu Europe BV vs Bundeszentralamt für Steuern

18

2008/C 313/27

Kawża C-438/08: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

18

2008/C 313/28

Kawża C-439/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fis-6 ta' Ottubru 2008 — VZW Vlaamse federatie van verenigingen van Brood- en Bankerbakkers, IJsbereiders en Chocoladebewerkers VEBIC vs Raad voor de Mededinging u Minister van Economie

19

2008/C 313/29

Kawża C-456/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

20

2008/C 313/30

Kawża C-457/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

20

2008/C 313/31

Kawża C-459/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

21

2008/C 313/32

Kawża C-203/05: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Awwissu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Special Commissioner of Income Tax, London — Ir-Renju Unit) — Vodafone 2 vs Her Majesty's Revenue and Customs

21

2008/C 313/33

Kawża C-214/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — Colasfalti srl vs Provincia di Milano, ATI Legrenzi Srl, Impresa Costruzioni Edili e Stradali dei F. lli Paccani Snc

21

2008/C 313/34

Kawża C-270/06: Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Awstrijaka

22

2008/C 313/35

Kawża C-389/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Awwissu 2008 — (Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester — Ir-Renju Unit) — Azlan Group plc vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

22

2008/C 313/36

Kawża C-452/07: Digriet tal-President tar-Raba' Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Health Research Inc.

22

2008/C 313/37

Kawża C-563/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta' Awwissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

22

2008/C 313/38

Kawża C-4/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Il-Ġermanja) — Michael Mario Karl Kerner vs Land Baden-Württemberg

22

2008/C 313/39

Kawża C-177/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Awwissu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Khoshnaw Abdullah vs Bundesrepublik Deutschland

22

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2008/C 313/40

Kawża T-66/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Gogos vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kompetizzjoni interna li tinvolvi bidla fil-kategorija — Ħatra — Klassifikazzjoni fil-grad — Artikolu 31(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

23

2008/C 313/41

Kawża T-160/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Potamianos vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt għal żmien speċifikat)

23

2008/C 313/42

Kawżi magħquda T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Ottubru 2008 — TV 2/Denmark vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar pubbliku TV2 sabiex tiġi ffinanzjata l-missjoni ta' servizz pubbliku tiegħu — Miżuri kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Drittijiet tad-difiża — Servizz pubbliku tax-xandir — Definizzjoni u finanzjament — Riżorsi tal-Istat — Obbligu ta' motivazzjoni — Obbligu ta' eżami)

23

2008/C 313/43

Kawża T-312/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 — Di Bucci vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Servizz pubbliku — Promozzjoni — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità)

24

2008/C 313/44

Kawża T-328/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 — Wilms vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Servizz pubbliku — Promozzjoni — Għoti ta' punti ta' prijorità)

25

2008/C 313/45

Kawża T-407/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 — Miguelez Herreras vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Servizz pubbliku — Promozzjoni — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità)

26

2008/C 313/46

Kawżi magħquda T-457/04 u T-223/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Camar vs Il-Kummissjoni (Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Banana — Miżuri tranżitorji — Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 — Sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni — Rifjut li teżegwixxi sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Rikors għal annullament — Talba sabiex tiġi ordnata l-eżekuzzjoni tas-sentenza permezz tal-ħlas tal-ammonti ekwivalenti — Kumpens għad-dannu morali — Astensjoni illegali mill-Kummissjoni — Rikors għad-danni — Interruzzjoni tat-terminu ta' preskrizzjoni — Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja — Inammissibbiltà)

27

2008/C 313/47

Kawża T-345/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Mote vs Il-Parlament (Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament Ewropew — Tneħħija tal-immunità)

27

2008/C 313/48

Kawża T-375/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Le Canne vs Il-Kummissjoni (Agrikoltura — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Irregolarità finanzjarja fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ — Deċiżjoni għat-tnaqqis tal-għajnuna — Skadenza tat-terminu ta' preskrizzjoni — Rikors għal annullament u għad-danni)

28

2008/C 313/49

Kawża T-405/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Powerserv Personalservice vs UASI — Manpower (MANPOWER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' invalidità — Trade mark Komunitarja verbali MANPOWER — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Emenda parzjali — Karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(1)(ċ), Artikolu 51(1) u (2), u Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

28

2008/C 313/50

Kawża T-73/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Ottubru 2008 — Cassegrain vs UASI (Forma ta' baskett) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva — Forma ta' baskett — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

29

2008/C 313/51

Kawża T-133/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2008 — TIM u TTV vs UASI — Past Perfect (PAST PERFECT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Trade mark Komunitarja verbali PAST PERFECT — Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Artikolu 7(1)(b) (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(2) ta' dan ir-regolament)

29

2008/C 313/52

Kawża T-158/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2008 — Adobe vs UASI (FLEX) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLEX — Raġuni relattiva għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

30

2008/C 313/53

Kawża T-230/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Rewe-Zentral vs UASI (PORT LOUIS) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PORT LOUIS — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Indikazzjoni tal-oriġini ġeografika tal-prodotti li għalihom saret applikazzjoni — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

30

2008/C 313/54

Kawża magħquda T-305/06 sa T-308/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Air Products and Chemicals vs UASI — Messer (Ferromix, Inomix u Alumix) (Trade mark Komunitarja — Proċediment ta' oppożizzjoni — Applikazzjonijiet għat-trade marks verbali Ferromix, Inomix u Alumix — Trade Marks verbali preċedenti FERROMAXX, INOMAXX U ALUMAXX — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

30

2008/C 313/55

Kawża T-95/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Ottubru 2008 — Aventis Pharma vs UASI — Nycomed (Prazol) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PRAZOL — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PREZAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabblità ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

31

2008/C 313/56

Kawża T-256/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2008 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Politika barranija u ta' sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Iffriżar ta' fondi — Rikors għal annullament — Drittijiet tad-difiża — Motivazzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju)

31

2008/C 313/57

Kawża T-278/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà Soċjali — Inċident fuq il-post tax-xogħol — Deċiżjoni ta' għeluq il-proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju — Appell mhux fondat)

32

2008/C 313/58

Kawża T-297/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — TridonicAtco vs UASI (Intelligent Voltage Guard) (Trade mark komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Intelligent Voltage Guard — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

33

2008/C 313/59

Kawżi magħquda T-392/03, T-408/03, T-414/03 u T-435/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Settembru 2008 — Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FEŻR — Kanċellament ta' għajnuna finanzjarja — Irkupru tal-ammonti diġà mħallsa — Talbiet għal ħlas ta' interessi moratorji — Tpaċija — Entità reġjonali jew lokali — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbiltà)

33

2008/C 313/60

Kawża T-23/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Gippini Fournier vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Servizz pubbliku — Promozzjoni — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Atti preparatorji — Inammissibbiltà)

33

2008/C 313/61

Kawża T-380/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ottubru 2008 — Kaloudis vs UASI — Fédération française de tennis (RolandGarros SPORTSWEAR) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva RolandGarros SPORTSWEAR — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Roland Garros — Ħlas tardiv tal-ispejjeż tal-appell — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell daqslikieku ma sarx)

34

2008/C 313/62

Kawża T-372/08: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 — Murnauer Markenvertrieb vs UASI — Fitne Gesundheit und Wellness (Notfall Bonbons)

34

2008/C 313/63

Kawża T-374/08: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 — Aldi Einkauf vs UASI — Illinois Tools Works (TOP CRAFT)

35

2008/C 313/64

Kawża T-379/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Settembru 2008 — Mustang vs UASI — Decathlon (rappreżentazzjoni ta' linja mmewwġa)

35

2008/C 313/65

Kawża T-381/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — DAI vs Il-Kummissjoni

36

2008/C 313/66

Kawża T-385/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kelb)

36

2008/C 313/67

Kawża T-386/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' żiemel)

37

2008/C 313/68

Kawża T-395/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta' fenek taċ-ċikkulata)

37

2008/C 313/69

Kawża T-401/08: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni

38

2008/C 313/70

Kawża T-410/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — GEMA vs Il-Kummissjoni

39

2008/C 313/71

Kawża T-414/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — AKKA/LAA vs Il-Kummissjoni

39

2008/C 313/72

Kawża T-415/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — IMRO vs Il-Kummissjoni

40

2008/C 313/73

Kawża T-416/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — EAÜ vs Il-Kummissjoni

40

2008/C 313/74

Kawża T-417/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — SPA vs Il-Kummissjoni

41

2008/C 313/75

Kawża T-418/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — OSA vs Il-Kummisjoni

41

2008/C 313/76

Kawża T-419/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — LATGA-A vs Il-Kummissjoni

42

2008/C 313/77

Kawża T-420/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta Settembru 2008 — SAZAS vs Il-Kummissjoni

42

2008/C 313/78

Kawża T-421/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — Performing Right Society vs Il-Kummissjoni

42

2008/C 313/79

Kawża T-423/08: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2008 — INTER-NETT 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI — Unión de Agricultores, S.A. (HUNAGRO)

43

2008/C 313/80

Kawża T-427/08: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 — CEAHR vs Il-Kummissjoni

44

2008/C 313/81

Kawża T-428/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — STEF vs Il-Kummissjoni

44

2008/C 313/82

Kawża T-429/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — Grain Millers vs UASI — Grain Millers (GRAIN MILLERS)

45

2008/C 313/83

Kawża T-430/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — Grain Millers vs UASI — Grain Millers (GRAIN MILLERS)

46

2008/C 313/84

Kawża T-431/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 — Bulur Giyim Sanayi ve Ticaret Sirketi vs UASI — Denim (VIGOSS)

46

2008/C 313/85

Kawża T-434/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 — TONO vs Il-Kummissjoni

47

2008/C 313/86

Kawża T-435/08: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 — Tokita Management Service vs UASI — Eminent Food (TOMATOBERRY)

48

2008/C 313/87

Kawża T-437/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — CDC Hydrogene Peroxide vs Il-Kummissjoni

48

2008/C 313/88

Kawża T-444/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WORLD CUP 2006)

49

2008/C 313/89

Kawża T-445/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (GERMANY 2006)

50

2008/C 313/90

Kawża T-446/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WM 2006)

50

2008/C 313/91

Kawża T-447/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WORLD CUP GERMANY)

51

2008/C 313/92

Kawża T-448/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WORLD CUP 2006 GERMANY)

52

2008/C 313/93

Kawża T-451/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ottubru 2008 — Stim vs Il-Kummissjoni

52

2008/C 313/94

Kawża T-460/08: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni vs Acentro Turismo

53

2008/C 313/95

Kawża T-464/08: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Zeta Europe vs UASI (Superleggera)

53

2008/C 313/96

Kawża T-438/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 — Stephens vs Il-Kummissjoni

54

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2008/C 313/97

Kawża F-49/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta' Ottubru 2008 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni 2005)

55

2008/C 313/98

Kawża F-121/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Spee vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Remunerazzjoni — Artikoli 28 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Europol — Skali mogħtija fuq il-bażi tal-evalwazzjoni — Retroattività tar-regoli li għandhom jiġu applikati — Metodu ta' kalkolu)

55

2008/C 313/99

Kawża F-147/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Settembru 2008 — Dragoman vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta' ammissjoni għall-eżami orali)

55

2008/C 313/00

Kawża F-22/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Settembru 2008 — Lafili vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 723/2004 (KEE, KEEA) — Artikoli 44 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Promozzjoni — Klassifikazzjoni — Fattur tal-multiplikazzjoni)

56

2008/C 313/01

Kawża F-44/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Ottubru 2008 — Barbin vs Il-Parlament Ewropew (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura għall-għoti ta' punti ta' mertu fil-Parlament Ewropew — Illegalità tal-istruzzjonijiet li jirregolaw din il-proċedura — Eżami komparattiv tal-merti)

56

2008/C 313/02

Kawża F-46/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-22 ta' Ottubru 2008 — Tzirani vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Ħatra fi grad — Promozzjoni — Kariga ta' Direttur — Ċaħda tal-kandidatura — Eżekuzzjoni tas-sentenza li tannulla deċiżjoni ta' ħatra — Ammissibbiltà)

57

2008/C 313/03

Kawża F-51/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta' Settembru 2008 — Bui Van vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Klassfikazzjoni fil-grad u skala — Klassifikazzjoni irregolari — Irtitrar ta' att ivvizzjat minn illegalità — Aspettattivi leġittimi — Terminu raġjonevoli — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal amministrazzjoni tajba)

57

2008/C 313/04

Kawża F-81/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Ottubru 2008 — Barbin vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni tal-2006 — Eżami komparattiv tal-meriti)

58

2008/C 313/05

Kawża F-103/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Settembru 2008 — Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Reklutaġġ — Référendaire — Artikolu 2(ċ) tal-KIIO — Att li jikkawża preġudizzju — Rabta ta' fiduċja)

58

2008/C 313/06

Kawża F-135/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta' Settembru 2008 — Smadja vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Ħatra — Klassifikazzjoni fi skala — Ħatra mill-ġdid tar-rikorrent fl-istess pożizzjoni wara l-annullament tal-ewwel ħatra tagħha minn sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Prinċipju ta' proporzjonalità — Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Obbligu tal-premura)

58

2008/C 313/07

Kawża F-80/08: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Wenig vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

59

2008/C 313/08

Kawża F-81/08: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Ketselidou vs Il-Kummissjoni

59

2008/C 313/09

Kawża F-83/08: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2008 — Gheysens vs Il-Kunsill

59

2008/C 313/10

Kawża F-85/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2008 — Notarnicola vs Il-Qorti tal-Awdituri

60

2008/C 313/11

Kawża F-44/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta' Settembru 2008 — Tsarnavas vs Il-Kummissjoni

60

2008/C 313/12

Kawża F-59/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta' Ottubru 2008 — Klug vs EMEA

60

 

Rettifikazzjonijiet

2008/C 313/13

Corrigendum għall-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-kawża T-283/08 P (ĠU C 272, 25.10.2008, p. 28)

61

 

2008/C 313/14

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/1


(2008/C 313/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 301, 22.11.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 285, 8.11.2008

ĠU C 272, 25.10.2008

ĠU C 260, 11.10.2008

ĠU C 247, 27.9.2008

ĠU C 236, 13.9.2008

ĠU C 223, 30.8.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-274/05) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/48/KEE - Ħaddiema - Rikonoxximent tal-kwalifiki’)

(2008/C 313/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Skandalou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1, 3, 4, 7, 7 u 10 tad-Direttiva 89/48/KEE tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) — Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru ieħor f'dak li jikkonċerna l-impjieg fis-settur pubbliku u r-reġistrazzjoni fit-Techniko Epimelytyrio Elladas.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Ellenika,

billi ma rrikonoxxietx il-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor wara taħriġ ipprovdut fil-kuntest ta' ftehim li bih taħriġ ipprovdut minn organu privat fil-Greċja jiġi rrikonoxxut minn dawn l-awtoritajiet;

billi pprovdiet għall-applikazzjoni ta' miżuri kumpensattivi f'numru ikbar ta' każijiet milli permess mid-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta' Mejju 2001;

billi attribbwixxiet lill-Kunsill inkarigat mir-rikonoxximent tal-ekwivalenza professjonali tal-kwalifiki ta' studji ogħla l-kompetenza sabiex jevalwa jekk “l-istabbiliment tal-edukazzjoni li fih l-applikant ikkompleta t-taħriġ tiegħu huwiex stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla” u jekk “l-applikant għandux l-esperjenza professjonali meħtieġa fil-każ fejn iż-żmien ta' taħriġ ikun mill-inqas inferjuri minn sena milli meħtieġ fil-Greċja għall-eżerċizzju tal-istess professjoni”, u

billi ma ppermettietx, fis-settur pubbliku, ir-riklassifikazzjoni għal grad ogħla ta' persuni impjegati f'livell inferjuri minn dak li setgħu jistennew li kieku l-kwalifiki tagħhom kellhom jiġu rrikonoxxuti skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/48, kif emendata bid-Direttiva 2001/19,

naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1, 3, 4, 8 u 10 tad-Direttiva 89/48, kif emendata bid-Direttiva 2001/19.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għal żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għandha ssostni l-ispejjeż tagħha.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-286/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/48/KEE - Ħaddiema - Rikonoxximent ta' diplomi - Inġinier)

(2008/C 313/03)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) — Nuqqas ta' rikonoxximent fi Spanja ta' kwalifiki professjonali ta' inġinier miksuba fl-Italja

Dispożittiv

1)

Ir-Renju ta' Spanja,

billi rrifjuta li jirrikonoxxi l-kwalifiki professjonali ta' inġinier miksuba fl-Italja wara taħriġ universitarju li sar biss fi Spanja, u

billi ssuġġetta l-ammissjoni għall-eżamijiet interni ta' promozzjoni fis-servizz pubbliku ta' inġiniera bi kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru ieħor, għar-rikonoxximent akkademiku ta' dawn il-kwalifiki,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta' Mejju 2001, u b'mod partikolari, l-Artikolu 3 tagħha.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Flensburg — il-Ġermanja) — Proċeduri mibdija minn Stefan Grunkin, Dorothee Regina Paul

(Kawża C-353/06) (1)

(Dritt ta' ċittadin tal-Unjoni li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri - Dritt internazzjonali privat fir-rigward tal-kunjomijiet - Rabta biss man-nazzjonalità għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli - Wild minuri li twieled u li jirrisjedi fi Stat Membru u li għandu n-nazzjonalità ta' Stat Membru ieħor - Nuqqas ta' rikonoxximent fl-Istat Membru li hu ċittadin tiegħu tal-kunjom mogħti fl-Istat Membru fejn twieled u fejn jirrisjedi)

(2008/C 313/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Flensburg

Parti fil-proċeduri mibdija minn

Stefan Grunkin, Dorothee Regina Paul,

fil-preżenza ta':

Leonhard Matthias Grunkin-Paul, Standesamt Niebüll,

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Flensburg (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 18 tat-Trattat KE — Regola nazzjonali ta' kunflitt tal-liġijiet li torbot id-dritt dwar id-determinazzjoni tal-kunjom ta' persuna esklużivament maċ-ċittdinanza — Rifjut tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza li jirrikonoxxi kunjom ta' tifel, kompost mill-kunjomijiet rispettivi tal-ġenituri tiegħu, meta t-tifel kien twieled u jirrisjedi fi Stat Membru ieħor fejn huwa ġie rreġistrat taħt dan il-kunjom doppju

Dispożittiv

L-Artikolu 18 KE jipprekludi, f'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, li l-awtoritajiet ta' Stat Membru, billi japplikaw id-dritt nazzjonali, jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-kunjom ta' tifel kif ikun intgħażel u jkun ġie rreġistrat fi Stat Membru ieħor li fih it-tifel ikun twieled u fejn ikun ilu jirrisjedi minn mindu twieled u li, bħall-ġenituri tiegħu, ikollu n-nazzjonalità tal-ewwel Stat Membru biss.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Ir-Renju Unit) — The Queen, fuq talba ta': Synthon BV vs Licensing Authority of the Department of Health

(Kawża C-452/06) (1)

(Kodiċi Komunitarju dwar il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq - Prodotti mediċinali essenzjalment l-istess - Proċedura mqassra - Proċedura għal rikonoxximent reċiproku - Motivi għar-rifjut - Responsabbiltà ta' Stat Membru - Ksur serju tad-dritt Komunitarju)

(2008/C 313/05)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Synthon BV

Konvenuta: Licensing Authority of the Department of Health

fil-preżenza ta': SmithKline Beecham plc

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 8, 10(1)(a)(iii) u 28 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67) — Proċedura mqassra għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq — Speċjalità mediċinali “essenzjalment l-istess” bħal prodott awtorizzat — Rifjut li tiġi aċċettata applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali mogħtija minn Stat Membru ieħor — Obbligu li tiġi rikonoxxuta l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Istat Membru ta' referenza, bil-kundizzjoni li tiġi invokata l-proċedura prevista fid-Direttiva biex jiġi eżaminat jekk jeżistix eventwali riskju għas-saħħa pubblika — Ksur suffiċjentement serju tad-dritt Komunitarju li jagħti lok għal obbligu li jingħata kumpens għad-dannu kkawżat

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, jipprekludi li Stat Membru, li għandu quddiemu applikazzjoni għar-rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem mogħtija minn Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-proċedura mqassra prevista fl-Artikolu 10(1)(a)(iii) ta' din id-Direttiva, jiċħad din l-applikazzjoni minħabba li l-prodott mediċinali inkwistjoni mhuwiex essenzjalment l-istess bħall-prodott mediċinali ta' referenza.

2)

In-nuqqas ta' Stat Membru li jirrikonoxxi, b'mod konformi mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/83, awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem mogħtija minn Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-proċedura mqassra prevista fl-Artikolu 10(1)(a)(iii) ta' din id-direttiva, minħabba li l-prodott mediċinali kkonċernat mhuwiex essenzjalment l-istess bħall-prodott mediċinali ta' referenza, jew jappartjeni lil kategorija ta' prodotti mediċinali li għalihom prassi ġenerali tal-Istat Membru kkonċernat teskludi li dan il-prodott jista' jiġi meqjus bħala essenzjalment l-istess bħall-prodott mediċinali ta' referenza, jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju tad-dritt Komunitarju, li jagħti lok għar-responsabbiltà ta' dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — R.H.H. Renneberg vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-527/06) (1)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 39 KE - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-dħul - Determinazzjoni tal-bażi taxxabbli - Ċittadin ta' Stat Membru li jirċievi d-dħul kollu jew kważi kollu taxxabbli tiegħu ġewwa dan l-Istat Membru - Residenza fi Stat Membru ieħor)

(2008/C 313/06)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: R.H.H. Renneberg

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 39 u 56 KE — Determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq id-dħul — Ċittadin ta' Stat Membru li jirċievi d-dħul kollu tiegħu f'dan l-Istat Membru iżda li jirresjedi fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix it-tnaqqis tat-telf ta' dħul relatati ma' dar li tinsab fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li ċittadin Komunitarju, mhux residenti fl-Istat Membru li fih huwa jirċievi dħul li jikkostitwixxi t-totalità jew kważi t-totalità tar-riżorsi taxxabbli tiegħu ma jistax, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa ta' dan id-dħul f'dan l-Istat Membru, jinvoka dħul negattiv relatat ma' dar li tintuża bħala abitazzjoni u li tinsab fi Stat Membru ieħor, u li tagħha huwa proprjetarju, filwaqt li resident ta' l-ewwel Stat Membru jista' jinvoka dan id-dħul negattiv għad-determinazzjoni tal-bażi ta' taxxa tad-dħul tiegħu.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-136/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 89/48/KEE u 92/51/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi u ta' taħriġ professjonali - Professjoni ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru)

(2008/C 313/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16), u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209, p. 25) — Aċċess għall-professjoni ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fir-rigward tal-professjoni ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin u mad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn id-direttivi.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-23 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof) — Finanzamt für Körperschaften III in Berlin vs Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt GmbH

(Kawża C-157/07) (1)

(Libertà ta' stabbiliment - Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Leġiżlazzjoni fiskali - Trattament fiskali ta' telf sostnut minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru taż-ŻEE u li jappartjeni għal kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea)

(2008/C 313/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt für Körperschaften III in Berlin

Konvenuta: Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU 1994, L 1, p. 1) — Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja li jipprovdi għat-tassazzjoni tal-qligħ magħmul mill-fergħa fl-Istat fejn hija stabbilita — Tnaqqis tat-telf tal-fergħa mill-qligħ taxxabbli tal-kumpannija parent — Impossibbiltà għall-fergħa li tittrasferixxi t-telf fiskali għal fuq perijodu segwenti — Inkorporazzjoni mill-ġdid tat-tnaqqis tat-telf kollu tal-fergħa mill-Istat tal-kumpannija parent

Dispożittiv

L-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta' Mejju 1992, ma jipprekludix sistema fiskali nazzjonali li, wara li aċċettat it-teħid inkunsiderazzjoni tat-telf sostnut minn stabbiliment li jinsab fi Stat li mhuwiex dak li fih hija stabbilita l-kumpannija li minnha jiddependi dan l-istabbiliment, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul ta' din il-kumpannija, tipprovdi għal inkorporazzjoni fiskali mill-ġdid tal-imsemmi telf fil-mument meta l-imsemmi stabbiliment permanenti jagħmel qligħ, meta l-Istat fejn jinsab dan l-istess stabbiliment permanenti ma jagħti l-ebda dritt għat-trasferiment għal fuq snin sussegwenti tat-telf sostnut minn stabbiliment permanenti li jappartjeni għal kumpannija stabbilita fi Stat ieħor u meta, bis-saħħa ta' ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż bejn iż-żewġ Stati kkonċernati, id-dħul ta' tali entità huwa eżenti mit-taxxa fl-Istat fejn il-kumpannija li minnha tiddependi din tal-aħħar għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Alfonso Luigi Marra vs Eduardo De Gregorio (C-200/07), Antonio Clemente (C-201/07)

(Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Parlament Ewropew - Fuljett maħruġ minn Membru tal-Parlament Ewropew u li kien fih kummenti inġurjużi - Talba għal kumpens tad-dannu morali - Immunità tal-Membri tal-Parlament Ewropew)

(2008/C 313/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfonso Luigi Marra

Konvenuti: Eduardo De Gregorio (C-200/07), Antonio Clemente (C-201/07)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967, 152, p. 13) u tal-Artikolu 6(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (ĠU 2005, L 44, p. 1) — Talba għal kumpens tad-dannu morali subit minħabba kummenti inġurjużi magħmula minn Membru tal-Parlament Ewropew — Ġurisdizzjoni tal-qorti ċivili sabiex tiddeċiedi dwar l-eżistenza tal-immunità fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew

Dispożittiv

Ir-regoli Komunitarji li jirrigwardaw l-immunitajiet tal-Membri tal-Parlament għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f'kawża għad-danni mressqa kontra Membru Parlamentari Ewropew minħabba opinjonijiet espressi minnu,

meta l-qorti nazzjonali li tkun adita b'tali kawża ma tkun irċeviet ebda informazzjoni dwar talba li l-imsemmi Membru Parlamentari jkun ressaq quddiem il-Parlament għad-difiża tal-immunità prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, hija ma tkunx marbuta li titlob lill-Parlament Ewropew jiddeċiedi dwar jekk il-kundizzjonijiet ta' din l-immunità jkunux ġew sodisfatti;

meta l-qorti nazzjonali tkun informata bil-fatt li dan l-istess Membru Parlamentari ressaq talba quddiem il-Parlament Ewropew għad-difiża tal-imsemmija immunità, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tar-Regoli ta' Proċedura, hija għandha tissospendi l-proċeduri legali quddiemha u titlob lill-Parlament Ewropew jagħti l-opinjoni tiegħu mill-iktar fis possibbli;

meta l-qorti nazzjonali tikkunsidra li l-Membru Parlamentari Ewropew igawdi mill-immunità prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, hija għandha ticħad il-kawża mressqa kontra l-Membru Parlamentari Ewropew ikkonċernat.


(1)  ĠU C 229, 17.9.2005.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Canterbury Hockey Club, Canterbury Ladies Hockey Club vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

(Kawża C-253/07) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Servizzi marbuta mal-prattika tal-isport - Servizzi mogħtija lil persuni li jieħdu parti fl-isport - Servizzi mogħtija lil assoċjazzjonijiet mhux reġistrati u lil persuni ġuridiċi - Inklużjoni - Kundizzjonijiet)

(2008/C 313/10)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Canterbury Hockey Club, Canterbury Ladies Hockey Club

Konvenuta: Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(m) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima — Eżenzjoni ta' ċerti serizzi marbuta mill-qrib mal-prattika tal-isport u l-edukazzjoni fiżika — Kunċett ta' “persuni li jieħdu parti fl-isport jew fl-edukazzjoni fiżika” — Kamp ta' applikazzjoni rationae personae

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13A(1)(m) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll, fil-kuntest ta' persuni li jieħdu parti fl-isport, is-servizzi mogħtija lil persuni ġuridiċi u lil assoċjazzjonijiet mhux reġistrati sakemm — u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju — dawn is-servizzi jkunu marbuta mill-qrib mal-prattika tal-isport u jkunu indispensabbli għat-twettiq tagħha, jingħataw minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u l-benefiċjarji effettivi tal-imsemmija servizzi jkunu persuni li jieħdu parti fl-isport.

2)

L-espressjoni “ċerti servizzi li [huma] marbuta mill-qrib ma' sport”, użata fl-Artikolu 13A(1)(m) tas-Sitt Direttiva 77/388, ma tawtorizzax lill-Istati Membri li jillimitaw l-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni fir-rigward tad-destinatarji tas-servizzi inkwistjoni.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV vs deutsche internet versicherung AG

(Kawża C-298/07) (1)

(Direttiva 2000/31/KE - Artikolu 5(1)(ċ) - Kummerċ elettroniku - Fornitur ta' servizzi permezz tal-Internet - Indirizz tal-posta elettronika)

(2008/C 313/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV

Konvenuta: deutsche internet versicherung AG

Suġġett

Talbaħ għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/31/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta' Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, p. 1) — Fornitur ta' servizz li joffri dawn is-servizzi esklużivament permezz tal-Internet billi jindika biss fuq is-sit tiegħu l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu u billi jpoġġi għad-dispożizzjoni tad-destinatarji spazju sabiex jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub — Ħtieġa, għal din il-persuna li tipprovdi s-servizz, li tindika wkoll numru ta' telefon

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/31/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta' Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), għandu jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta' servizzi huwa obbligat li jagħti lil dawk li jirċievu s-servizz, qabel kwalunkwe konklużjoni ta' kuntratt ma' dawn tal-aħħar, minbarra l-indirizz tiegħu ta' posta elettronika, informazzjoni oħra li tippermetti li jsir kuntatt rapidu kif ukoll komunikazzjoni diretta u effettiva. Din l-informazzjoni m'għandhiex neċessarjament tikkorrispondi għal numru tat-telefon. Hija tista' tinstab f'formola ta' kuntatt elettroniku, li permezz tagħha dawk li jirċievu s-servizz jistgħu jindirizzaw ruħhom lil fornitur ta' servizzi fuq l-Internet u li biha dan tal-aħħar jista' jirrispondi permezz ta' posta elettronika, ħlief f'sitwazzjonijiet fejn min jirċievi s-servizz, peress li ma jkollux, wara l-kuntatt b'mezz elettroniku mal-fornitur ta' servizzi, aċċess għal netwerk elettroniku, jitlob lil dan tal-aħħar għal aċċess għal mezz ta' komunikazzjoni mhux elettroniku.


(1)  ĠU C 223, 22.9.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Lunds tingsrätt — L-Iżvezja) — Svenska staten genom Tillsynsmyndigheten i Konkurser vs Anders Holmqvist

(Kawża C-310/07) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta' insolvenza ta' min iħaddem - Direttiva 80/987/KEE - Artikolu 8 a - Ħidmiet imwettqa f'diversi Stati Membri)

(2008/C 313/12)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Lunds tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Svenska staten genom Tillsynsmyndigheten i Konkurser

Konvenuta: Anders Holmqvist

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Lunds tingsrätt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8a tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KE, tal-20 ta' Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 23), kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/KE tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 270, p. 10) — Garanzija tas-salarju għal ħaddiem impieġat f'impriża tat-trasport bl-art li għandha s-sede tagħha u li hija stabbilita unikament fi Stat Membru u li tagħmel kunsinni ta' merkanzija bejn l-Istat Membru ta' l-orġini u Stati Membri oħra.

Dispożittiv

L-Artikolu 8a tad–Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom, kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/KE tat-23 ta' Settembru 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex impriża stabbilita fi Stat Membru tkun tista' tiġi meqjusa bħala li twettaq attivitajiet fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, mhuwiex meħtieġ li din ikollha fergħa jew stabbiliment permanenti f'dan l-Istat l-ieħor. Madankollu din l-impriża għandu jkollha, f'dan l-aħħar Stat, preżenza ekonomika stabbli, kkaratterizzata mill-eżistenza ta' riżorsi umani li jippermettulha li twettaq ħidmiet f'dan l-Istat Membru l-ieħor. Fil-każ ta' impriża ta' trasport stabbilita fi Stat Membru, is-sempliċi ċirkustanza li ħaddiem impjegat minn din l-impriża fl-imsemmi Stat jwettaq kunsinni ta' merkanzija bejn dan l-aħħar Stat u Stat Membru ieħor ma tippermettix li jiġi konkluż li l-imsemmija impriża għandha preżenza ekonomika stabbli fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Kirtruna SL, Elisa Vigano vs Red Elite de Electrodomésticos SA, Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Electro Calbet SA

(Kawża C-313/07) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment ta' impriża - Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati - Proċeduri ta' falliment - Suċċessjoni fir-rigward tal-kuntratt tal-kera)

(2008/C 313/13)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kirtruna SL, Elisa Vigano

Konvenuti: Red Elite de Electrodomésticos SA, Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Electro Calbet SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16)

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23 KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ma jirrikjedix, fil-każ ta' trasferiment ta' impriża, iż-żamma tal-kuntratt tal-kera ta' fond kummerċjali konkluż minn min jagħmel it-trasferiment tal-impriża ma' terz minkejja li t-terminazzjoni tal-imsemmi kuntratt tista' twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratti ta' impjieg ittrasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles — Il-Belġju) — Raffinerie Tirlemontoise SA vs Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)

(Kawża C-200/06) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Zokkor - Taxxi tal-produzzjoni - Metodi ta' applikazzjoni tas-sistema tal-kwoti - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor li jinsabu fil-prodotti pproċessati - Determinazzjoni tal-eċċess li jista' jkun esportat - Determinazzjoni tat-telf medju)

(2008/C 313/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raffinerie Tirlemontoise SA

Konvenut: Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, p. 1) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 tal-20 ta' Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 50, p. 40) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004, tal-14 ta' Ottubru 2004, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2003/2004, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 316, p. 64), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2002/2003, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 254, p. 4), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1837/2002, tal-15 ta' Ottubru 2002, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2001/2002, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent tat-taxxa addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 278, p. 13), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2001 tal-11 ta' Ottubru 2001 li jiffissa, għas-sena tas-suq 2000/2001, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 271 p. 15) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2667/2000 tat-12 ta' Ottubru 2000 li jiffissa, għas-sena tas-suq 1999/2000, l-ammonti tat-taxxa tal-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent tal-kalkoklu tat-taxxi addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 259 p. 29) — Metodu ta' kalkolu utilizzat sabiex jiġi evalwat it-telf totali li kellu jiġi ffinanzjat mit-taxxi tal-produzzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni, sabiex jiġi stabbilit l-eċċess li jista' jkun esportat, tal-kwantitajiet ta' zokkor esportati kollha u sabiex jiġi stabbilit it-telf medju għal kull tunnellata zokkor, unikament tal-kwantitajiet li taw lok għall-ħlas ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni

Dispożittiv

1)

Skont l-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, l-eċċess li jista' jkun esportat jinkludi l-kwantitajiet ta' zokkor li jaqgħu taħt dan l-Artikolu li jinsabu fi prodotti pproċessati esportati mingħajr ma jkunu effettivament tħallsu rifużjonijiet.

L-Artikolu 15(1)(d) ta' dan ir-regolament għandu jiġi interpetat fis-sens li l-kwantitajiet ta' prodotti esportati kollha li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, kemm jekk ikunu effettivament tħallsu rifużjonijiet jew le, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit it-telf medju għal kull tunnellata ta' prodott.

L-eżami tal-Artikolu 6(4) u (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002, tal-20 ta' Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor, skont il-każ, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2003, tas-27 ta' Ġunju 2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2004, tad-9 ta' Jannar 2004, ma rrivelax l-eżistenza ta' elementi ta' tali natura li jaffettwaw il-validità tiegħu.

2)

L-eżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2267/2000 tat-12 ta' Ottubru 2000, li jiffissa, għas-sena tas-suq 1999/2000, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent tal-kalkolu tat-taxxi addizzjoniali fis-settur taz-zokkor; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2001, tal-11 ta' Ottubru 2001, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2000/2001, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor u, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1837/2002 tal-15 ta' Ottubru 2004, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2001/2002, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent addizzjonali fis-settur taz-zokkor, ma rrivelax l-eżistenza ta' elementi ta' tali natura li jaffettwaw il-validità tagħhom.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2002/2003, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004 tal-14 ta' Ottubru 2004, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2003/2004, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor, huma invalidi.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de grande instance de Nanterre — France) — SA des sucreries de Fontaine-le-Dun-Bolbec-Auffay (SAFBA) (C-175/07), Sucreries et Raffineries d'Erstein SA (C-176/07), Sucreries & Distilleries de Souppes — Ouvré Fils SA (C-177/07), Sucrerie de Bourgogne SA (C-178/07), Sucrerie Bourdon (C-179/07), Sucreries du Marquenterre SA (C-180/07), Cristal Union (C-181/07), Lesaffre Frères SA (C-182/07), Vermendoise Industries SAS (C-183/07), Sucreries de Toury et Usines annexes SA (C-184/07) vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

(Kawżi magħquda C-175/07 sa C-184/07) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Zokkor - Imposti fuq il-produzzjoni - Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti - Teħid inkunsiderazzjoni ta' kwantitajiet ta' zokkor li jinsabu fil-prodotti pproċessati - Determinazzjoni tal-produzzjoni żejda li tista' tiġi esportata - Determinazzjoni tat-telf medju)

(2008/C 313/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Nanterre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SA des sucreries de Fontaine-le-Dun-Bolbec-Auffay (SAFBA) (C-175/07),Sucreries et Raffineries d'Erstein SA (C-176/07), Sucreries & Distilleries de Souppes — Ouvré Fils SA (C-177/07), Sucrerie de Bourgogne SA (C-178/07), Sucrerie Bourdon (C-179/07), Sucreries du Marquenterre SA (C-180/07), Cristal Union (C-181/07), Lesaffre Frères SA (C-182/07), Vermendoise Industries SAS (C-183/07), Sucreries de Toury et Usines annexes SA (C-184/07)

Konvenuti: Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance ta' Nanterre (Franza) — Validità, fid-dawl tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta' Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, p. 1), kif ukoll fid-dawl tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' non-diskriminazzjoni, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002, tal-20 ta' Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 50, p. 40) — Validità, fid-dawl tar-Regolamenti (KE) Nri 1260/2002 u 314/2002, tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1686/2005, tal-14 ta' Ottubru 2005, li jistabbilixxi għas-sena tal-bejgħ 2004/2005, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjenti tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 271, p. 12) — Imposta fuq il-produzzjoni li tinkludi l-kwantitajiet ta' zokkor li jinsabu fi prodotti pproċessati li jiġu esportati mingħajr ma jibbenefikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni

Dispożittiv

1)

Mill-eżami tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002, tal-20 ta' Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2004, tad-9 ta' Jannar 2004, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tipprovdix, fir-rigward tal-kalkolu tal-imposta fuq il-produzzjoni, għall-esklużjoni mill-produzzjoni żejda li tista' tiġi esportata tal-kwantitajiet ta' zokkor li jinsabu fi prodotti pproċessati esportati li fir-rigward tagħhom ma tkunx ingħatat rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ma rriżultawx elementi ta' natura li jaffettwaw il-validità ta' dan l-artikolu.

2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005, tal-14 ta' Ottubru 2005, li jistabbilixxi għas-sena tal-bejgħ 2004/2005, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjenti tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor, huwa invalidu.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerp, il-Belġju) — Gerlach & Co. NV vs Belgische Staat

(Kawża C-477/07) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Kunċetti ta' “dħul fil-kontijiet’ u ta' “komunikazzjoni’ tal-ammont tad-dazju doganali lid-debitur - Dħul minn qabel fil-kontijiet tal-ammont tad-dejn doganali - Irkupru tad-dejn doganali)

(2008/C 313/16)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerlach & Co. NV

Konvenut: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 217 u 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) u tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L 155, p. 1) (li issa sar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom) (ĠU L 130, p. 1) — Kunċetti ta' “dħul fil-kontijiet” u ta' “komunikazzjoni” tal-ammont tad-dazju doganali lid-debitur — Dħul minn qabel fil-kontijiet tal-ammont tad-dejn doganali — Irkupru tad-dejn

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-“dħul fil-kontijiet” tal-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprat imsemmi f'din id-dispożizzjoni jikkostitwixxi d-“dħul fil-kontijiet” tal-imsemmi ammont kif iddefinit fl-Artikolu 217(1) tal-imsemmi regolament u li għandha ssir distinzjoni bejn l-imsemmi dħul fil-kontijiet u l-inklużjoni tal-imsemmi dazju fil-kontijiet għar-riżorsi tagħha kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta' Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom.

2)

L-Artikolu 221(1) tar-Regolament Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-komunikazzjoni tal-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprat għandha tkun ġiet ippreċeduta bid-dħul fil-kontijiet tal-imsemmi ammont mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru u li, fin-nuqqas li jkun ġie kkomunikat b'mod regolari, skont din id-dispożizzjoni, l-imsemmi ammont ma jistax jiġi rkuprat mill-imsemmija awtoritajiet. Madankollu, dawn l-awtoritajiet jibqa' jkollohom il-fakultà li jagħmlu komunikazzjoni ġdida ta' dan l-ammont, fl-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmija dispożizzjoni u tar-regoli ta' preskrizzjoni fis-seħħ fid-data li fiha ġie inkors id-dejn doganali.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministativo Regionale del Lazio (l-Italja) fl-1 ta' Awwissu 2008 — A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite Srl et vs Ministero della Salute e Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

(Kawża C-353/08)

(2008/C 313/17)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite Srl et

Konvenut: Ministero della Salute e Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

Domandi preliminari

1)

Wara d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 u 3 (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' speċjalitajiet mediċinali jew iż-żieda fil-prezz tagħhom għandu jsir skont l-indikazzjonijiet mogħtija minn dawn l-impriżi iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtoritajiet kompetenti għall-kontroll tal-ispiża farmaċewtika — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi l-“friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal reviżjoni sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le.

Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata biex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet;

Din id-dispożizzjoni, fil-parti fejn tirreferi għal “tnaqqis [li jkun qiegħed isir] jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali tal-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' wħud minnhom, huwa jew mhuwiex ukoll previst rimedju ieħor ġenerali, jiġifieri l-possibbiltà ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji kollha u ta' wħud mill-kategoriji ta' speċjalitajiet mediċinali?

2)

L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-Awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu tar-reviżjoni, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-ffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża iktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sal-2010)?

3)

Skont dan l-Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-ispeċjalitajiet mediċinali kkonċernati mill-għan “li tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġonevoli u li jiġi evitat li miżuri li jkunu differenti minn xulxin jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' dawn l-ispeċjalitajieti” — tista' titqies bħala kumpatibbli mad-dritt Komunitarju l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi tal-ispiża “prevista” u mhux “ċerta” (id-domanda tirrigwarda ż-żewġ każijiet)?

4)

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-osservanza tal-limiti tal-ispiża farmaċewtika li għalihom kull Stat Membru huwa kompetenti u li għandhom jiġu determinati, għandhom ikunu speċifikament marbuta mal-ispiża farmaċewtika biss jew jista' jiġi kkunsidrat li, fost il-kompetenzi tagħhom, l-Istati nazzjonali għandhom is-setgħa diskrezzjonali li jieħdu wkoll inkunsiderazzjoni data li tirrigwarda spejjeż oħra relatati mas-saħħa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/12


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-385/08)

(2008/C 313/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Polakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Šimerdová u K. Herrmann)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja,

tiddeċiedi li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE (1), moqri flimkien mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2309/93 (2) kif ukoll mal-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (3) billi ħalliet fis-seħħ l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali ġeneriċi li jikkorrispondu għall-prodott ta' referenza Plavix;

tiddeċiedi li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 billi, wara l-1 ta' Mejju 2004, ħalliet jitqiegħed fis-suq jew ħalliet fis-suq prodotti mediċinali li fir-rigward tagħhom ma kinitx ingħatat awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq fis-sens ta' dan l-artikolu;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont il-Kummissjoni, l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali, li jkunu s-suġġett ta' deċiżjonijiet maħruġa mill-Ministru tas-Saħħa tar-Repubblika tal-Polonja fil-perijodu bejn Jannar u April 2004 li jkollhom rakkomandazzjonijiet addizzjonali jew jippreskrivu analiżi addizzjonali, ma tistax taqa' fil-perijodu tranżitorju stabbilit fil-punt 1.5 tal-Anness XII tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-UE, sa fejn iż-żewġ deċiżjonijiet tal-Ministru tas-Saħħa ma jikkonċernawx awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq mogħtija qabel l-1 ta' Mejju 2004 fis-sens tal-punt 1.5 tal-Anness XII tal-Att. Għalhekk, it-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali inkwistjoni kellu jsir taħt awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq mogħtija skont id-Direttiva 2001/83 jew skont ir-Regolament Nru 2309/93.

Barra minn hekk, it-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali ġeneriċi li jikkorrispondu għall-prodott ta' referenza Plavix ma jistax jaqa' fil-perijodu tranżitorju stabbilit fil-punt 1.5 tal-Anness XII tal-Att ta' Adeżjoni, sa fejn id-derogi previsti f'dan il-punt jikkonċernaw esklużivament il-ħtiġijiet ta' sigurtà, kwalità u effikaċja stipulati fid-Direttiva 2001/83, u mhux il-perijodu ta' protezzjoni ta' għaxar snin previst fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 2309/93 u fl-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament Nru 726/2004.


(1)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, tat-22 ta' Lulju 1993, li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali (ĠU L 214, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, p. 1).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/13


Appell ippreżentat fid-19 ta' Settembru 2008 minn Knauf Gips KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fit-8 ta' Lulju 2008, fil-Kawża T-52/03, Knauf Gips KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-407/08 P)

(2008/C 313/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Knauf Gips KG (rappreżentanti: M. Klusmann u S. Thomas, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-52/03 Knauf Gips KG vs Il-Kummissjoni;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza għal deċiżjoni mill-ġdid;

b'mod aktar sussidjarju, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti permezz tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontesta tal-Kummissjoni, tas-27 ta' Novembru 2002, b'mod xieraq, u f'kull każ mill-inqas bi EUR 54,51 miljun;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell kontra s-sentenza, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza tiċħad ir-rikors imressaq mill-appellanti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta' Novembru 2002, hija bbażata fuq tliet aggravji.

1.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li kien hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża, inkluż ksur tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tosserva l-prinċipji li japplikaw minħabba fil-konsegwenzi legali ta' rifjut li tagħti aċċess lil dokumenti inkriminanti u żamma ta' provi ġustifikattivi. Permezz tal-ewwel parti ta' dan l-aggravju, l-appellanti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kellha tiġi annullata, billi l-Kummissjoni ċaħdet lill-appellanta aċċess għal provi inkriminanti li sussegwentement kienu ta' rilevanza għad-deċiżjoni. Permezz tat-tieni parti ta' dan l-aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza kkontestata minnha nfusha tikser id-drittijiet tad-difiża, billi l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi wkoll il-provi ġustifikattivi b'mod illegali, li kien ukoll iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni.

2.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li ma kien hemm l-ebda ksur tal-Artikolu 81(1) KE minħabba ksur fundamentali tar-regoli dwar il-provi, b'mod partikolari tal-prinċipju in dubio pro reo, kif ukoll ksur ta' dritt sostantiv, b'mod partikolari fir-rigward tal-konklużjoni ta' prattika miftiehma, li, fis-sentenza appellata, wasslet għall-preżunzjoni — li tikkostitwixxi żball ta' liġi — li l-Artikolu 81(1) KE ġie miksur.

3.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li kien hemm ksur tal-limitu ta' 10 % skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament 17/62. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza b'mod żbaljat attribwit lill-appellanti d-dħul mill-bejgħ ta' impriżi li mhumiex fil-kontroll tal-appellanti u li m'għandhomx lill-appellanti taħt il-kontroll tagħhom. L-appellanti ssostni li hija u dawn l-impriżi ma jifformawx parti mill-istess entità ekonomika.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen

(Kawża C-410/08)

(2008/C 313/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swiss Caps AG

Konvenuta: Hauptzollamt Singen

Domandi preliminari

1)

L-intestatura 1517 tan-nomenklatura magħquda (Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 — Nomenklatura magħquda (NM)) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li preparazzjonijiet kkostitwiti biss minn żejt jew xaħam — konċentrat — biż-żieda unika tal-vitamina E u li, għall-bqija, ma ġewx suġġetti għal trattament, għandhom jiġu kklassifikati taħt din l-intestatura?

2)

Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda:

L-intestatura 1517 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li ż-żieda ta' vitamina E konċentrata (konċentrat ta' d-alpha-tocophérol) fl-ammont ta' 22,8 mg għal kull 600 mg ta' żejt tal-ħuta konċentrat (Incromega EPA SR 500 TG) iwassal għall-esklużjoni tal-prodott minn din l-intestatura?

3)

Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda u ta' risposta negattiva għat-tieni domanda:

Il-punt 5 tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kapsuli tal-pilloli magħmula minn 212,8 mg ta' ġelatina, 77,7 mg ta' gliċerina u 159,6 mg ta' ilma msoffi u li fihom is-sustanza użata bħala supplement għad-dieta għandhom jiġu kkunsidrati bħala imballaġġ?

4)

Fil-każ ta' risposta negattiva għat-tielet domanda:

L-intestatura 1517 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kapsuli tal-pilloli magħmula minn 212,8 mg ta' ġelatina, 77,7 mg ta' gliċerina u 159,6 mg ta' ilma msoffi jwasslu għall-esklużjoni minn din l-intestatura tal-kapsuli deskritti iktar 'il fuq?


(1)  ĠU L 256, p. 1.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Baden-Württemberg fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen

(Kawża C-412/08)

(2008/C 313/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swiss Caps AG.

Konvenut: Hauptzollamt Singen.

Domandi preliminari

1)

It-testatura 1517 tan-nomenklatura magħquda (Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 — Nomenklatura magħquda (NM) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li ż-żieda ta' 10 mg ta' leċitina, ta' 18.8 mg ta' vitamina E, ta' 8.2 mg ta' xama', ta' 8 mg ta' pantotenat tal-kalċju, ta' 0.2 mg ta' aċidu foliku, u ta' 0.11 mg ta' bijotina ma' taħlita ta' 500 mg ta' żejt tal-kemmun ippressat bil-kiesaħ (62.5 % jew 83.3 %), ta' 38.7 mg ta' żejt tas-sojja u 16 mg ta' xaħam tal-butir hija tant żgħira li ma taffettwax il-klassifikazzjoni ta' tali preparament taħt din it-testatura?

2)

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Ir-regola 5 tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li l-pakketti tal-kapsuli li fihom jitqiegħdu s-sustanzi msemmija iktar 'il fuq għandhom jiġu kkunsidrati bħala ppakkjar?

3)

Fil-każ li r-risposta li tingħata għat-tieni domanda tkun fin-negattiv:

Il-pożizzjoni 1517 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li l-pakkett ta' kapsuli huwa kompost minn 313.97 mg ta' massa ta' ġelatina (47.3 % ta' ġelatina, 17.2 % ta' gliċerina, 35.5 % ta' ilma), minn 4.30 mg ta' pejst magħmul minn 50 % ta' diossidu tat-titanju u 50 % ta' gliċerina u minn 1.73 mg ta' pejst magħmul minn 25 % ta' laker isfar u 75 % ta' gliċerina jimplika li l-kapsuli deskritti iktar 'il fuq huma esklużi minn din it-testatura?


(1)  ĠU L 256, p. 1.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/15


Appell ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 minn Complejo Agrícola, SA mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-345/06, Complejo Agrícola SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sostnuta mir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-415/08 P)

(2008/C 313/22)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Complejo Agrícola, SA (rappreżentanti: A. Menéndez Menéndez u G. Yanguas Montero, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Renju ta' Spanja

Talbiet tal-appellant

tiddikjara l-appell ammissibbli;

tiddikjara d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Lulju 2008, innotifikat lill-appellant fit-18 ta' Lulju 2008 (iktar 'il quddiem id-“digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza) li permezz tiegħu il-Qorti tal-Prim'Istanza (a) iddikjarat inammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat minn Complejo Agrícola (iktar 'il quddiem ir-”rikors għal annullament) kontra d-Deċiżjoni 2006/613/KE (1) tad-19 ta' Lulju 2006, li tistabbilixxi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992, il-lista tas-siti ta' importanza għall-Komunità għar-reġjun biogeografiku Mediterran (iktar 'il quddiem id-“Deċiżjoni 2006/613”); u (b) tikkundanna lil Complejo Agrícola għall-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem il-“Kummissjoni”).

tirrinvija l-kawża mill-ġdid quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex hija tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli u sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu tat-talbiet ifformulati minn Complejo Agrícola fir-rikors għal annullament;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti minn Complejo Agrícola fil-proċeduri tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Id-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza jirrikonoxxi li d-Deċiżjoni 2006/603 hija att li jista' jiġi kkontestat. Madankollu, huwa jiċħad il-locus standi ta' Complejo Agrícola, peress li d-Deċiżjoni 2006/613, li tistabbilixxi s-sit ta' importanza għall-Komunità (iktar 'il quddiem is-“SIK”) ta' “Acebuchales de la Campiña Sur de Cádiz” — kodiċi 6120015 (iktar 'il quddiem is-“SIK Acebuchales”) li jikkonċerna parti mill-attività agrikola “Las Lomas”, li l-Complejo Agrícola huwa l-proprjetarju tagħha, ma tikkonċernax direttament lil Complejo Agrícola, peress li ma timponix fuqu obbligi konkreti u teżiġi regoli nazzjonali ta' implementazzjoni.

Complejo Agrícola jqis li d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza jagħmel interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 230 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (iktar 'il quddiem it-“Trattat KE”) peress illi, skont din id-dispożizzjoni hekk kif ġiet interpretata mill-ġurisprudenza l-iktar reċenti, Complejo Agrícola għandu locus standi sħiħ sabiex jikkontesta d-Deċiżjoni 2006/613 peress li din tikkonċernah direttament u individwalment. Huwa għalhekk li qed jitlob l-annullament tad-digriet ikkontestat.

Complejo Agrícola huwa direttament ikkonċernat mid-Deċiżjoni 2006/613, kemm skont l-interpretazzjoni ġurisprudenzjali formalista tal-assenjazzjoni diretta, li mhijiex iktar attwali, kif ukoll skont l-interpretazzjoni materjalista illum aċċettata mill-Qorti tal-Prim'Istanza.

Id-digriet ikkontestat jipparaguna s-sitwazzjoni ta' Complejo Agrícola ma' preċedenti ġurisprudenzjali li magħhom hija m'għandha xejn x'taqsam, mingħajr ma janalizza ċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ in eżami. Skont il-ġurisprudenza attwalment applikabbli, is-sitwazzjoni ta' Complejo Agrícola għandha twassal għar-rikonoxximent tal-locus standi tiegħu. Fil-fatt, id-differenza essenzjali bejn dan il-każ u dawk eżaminati fil-kawżi msemmija mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza hija li, matul l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2006/613, il-liġi Spanjola dwar il-protezzjoni tas-SIK kienet diġà ġiet adottata u l-konsegwenzi legali tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2006/613 għal Complejo Agrícola kienu diġà magħrufa b'mod ċert, b'mod li l-possibbiltà li l-Istat Spanjol ma japplikax id-Deċiżjoni 2006/13 kienet purament teoretika. Din ir-realtà ma tinbidilx, kif jallega d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza, minħabba l-possibbiltà li l-Istat Spanjol ikun jista', fil-futur, ibiddel ir-regoli ta' protezzjoni tas-SIK li diġà ġew adottati.


(1)  ĠU L 259, p. 1.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/16


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-423/08)

(2008/C 313/23)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caerios, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li, billi ma rrispettatx it-termini stabbiliti sabiex tistabbilixxi r- riżorsi proprji tal-Komunitajiet fil-każ ta' rkupru a posteriori u minħabba l-ħlas tardiv ta' dawn tal-aħħar lill-Komunità, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89 (1) tad-29 ta' Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, u taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (2) tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, kif ukoll taħt l-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/93 (3) tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-awtoritajiet Taljani ma rrispettawx, fil-każ ta' rkupru a posteriori tar-riżorsi doganali, it-termini għall-istabbiliment tar-riżorsi proprji previsti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli f'dan ir-rigward, sa fejn dawn l-awtoritajiet jagħtu lill-persuna taxxabbli estensjoni (ta' sittin jum) għall-finijiet tal-eżami tal-verbal ta' kontestazzjoni, qabel ma jagħmlu l-kalkolu tad-dazji fuq l-importazzjoni, bir-riżultat li jinħoloq dewmien fl-akkreditament tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet inkwistjoni. Tali sitwazzjoni rriżultat minn verifika tar-riżorsi proprji mwettqa fl-Italja mis-6 sal-10 ta' Novembru 2000.

Issa, skont il-Kummissjoni, tali prassi operattiva ma tirriżultax li hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli fir-rigward tal-irkupru a posteriori. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet għall-konstatazzjoni tad-dazji jkunu sodisfatti fil-mument li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu l-verbal li permezz tiegħu l-persuna taxxabbli tiġi informata bl-ammont tad-dazji li għandhom jiġu rkuprati, sa fejn tali dokument jindika fl-istess ħin l-isem tad-debitur u l-ammont tad-dazji li għandhom jiġu rkuprati. Sa fejn fl-Italja id-dazji jiġu kkonstatati u rreġistrati biss wara l-iskadenza tat-terminu mogħti lill-persuna taxxabbli sabiex tikkontesta l-emenda tad-dazji nnotifikati lilha, il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti mhijiex konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli, u tista' twassal għal dewmien, fil-kawża preżenti, fir-rigward tad-data tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji Komunitarji.


(1)  ĠU L 155, p. 1.

(2)  ĠU L 130, p. 1.

(3)  ĠU L 302, p. 1.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank 's-Gravenhage (l-Olanda) fid-29 ta' Settembru 2008 — Monsanto Technology LLC vs Cefetra BV, Cefetra Feed Service BV, Cefetra Futures BV,u L-Istat tal-Arġentina u Miguel Santiago Campos, fil-kapaċità tiegħu bħala s-Segretarju tal-Istat għall-Agrikoltura, it-trobbija tal-annimali, is-settur tas-Sajd u l-Ikel, u Monsanto Technology LLC vs Vopak Agencies Rotterdam BV u Alfred C. Toepfer International GmbH

(Kawża C-428/08)

(2008/C 313/24)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank 's-Gravenhage (l-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Monsanto Technology LLC

Konvenuti:

1.

Cefetra BV

2.

Cefetra Feed Service BV

3.

Cefetra Futures BV

4.

Ir-Repubblika Arġentina, Miguel Santiago Campos, fil-kapaċità tiegħu bħala s-Segretarju tal-Istat għall-Agrikoltura, it-Trobbija tal-Annimali, is-Settur tas-Sajd u l-Ikel

Rikorrenti: Monsanto Technology LLC

Konvenuti:

1.

Vopak Agencies Rotterdam BV

2.

Alfred C. Toepfer International GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew (1) u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni mogħtija taħt dan l-artikolu tista' tiġi invokata f'sitwazzjoni bħal dik tal-kawża inkwistjoni, meta l-prodott (id-DNA) jiġi inkorporat f'materjal u ma kienx jissodisfa l-funzjoni tiegħu meta seħħ il-ksur allegat, iżda li ssodisfa l-funzjoni tiegħu jew li jkun kapaċi li jerġa' jissodisfa l-funzjoni tiegħu wara li jkun ġie iżolat minn dak il-materjal u jkun iddaħħal fiċ-ċellula ta' organiżmu?

2)

Jekk jiġi preżunt li l-preżenza tas-sekwenza ta' DNA hekk kif deskritta fl-affermazzjoni nru 6 tal-privattiva fl-ikel abbażi tas-sojja importat fil-Komunità minn Cefetra u ACTI, u li kieku wieħed kellu jassumi li d-DNA ġie inkorporat fl-ikel abbażi ta' sojja għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 9 tad-Direttiva u li m'għadux jissodisfa l-funzjoni tiegħu:

il-protezzjoni ta' privattiva dwar materjal bijoloġiku kif prevista mid-Direttiva, b'mod partikolari taħt l-Artikolu 9, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-privattivi milli tagħti (fl-istess waqt) protezzjoni assoluta fuq il-prodott (id-DNA) bħala tali, irrispettivament minn jekk id-DNA jissodisfax il-funzjoni tiegħu, u l-protezzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 9 għandha għaldaqstant titqies bħala eżawrjenti?

3)

Tagħmel differenza, fir-risposta għat-tieni domanda, li l-applikazzjoni għall-privattiva tkun saret u ngħatat (fid-19 ta' Ġunju 1996) qabel l-adozzjoni tad-Direttiva u li din il-protezzjoni assoluta fuq il-prodott ingħatat qabel l-adozzjoni tad-Direttiva?

4)

Huwa possibbli, fir-risposta għad-domandi preċedenti, li jittieħed inkunsiderazzjoni l-Ftehim TRIPS, b'mod partikolari l-Artikoli 27 u 30 tiegħu?


(1)  ĠU 1998 L 213, p. 13.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/17


Appell ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fid-9 ta' Lulju 2008 fil-kawżi magħquda T-296/05 u T-408/05, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-432/08 P)

(2008/C 313/25)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

1. F'kull każ:

(1.a)

tannulla s-sentenza appellata in toto;

(1.b)

tiddikjara li l-appelli inkwistjoni huma perfettament ammissibbli;

u barra minn hekk:

2/A. prinċipalment tilqa' t-talbiet tar-rikorrent fl-ewwel istanza, jiġifieri: (2/A.1.) tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati; (2/A.2) tannulla, safejn meħtieġ, iż-żewġ deċiżjonijiet ta' ċaħda tal-ilmenti inkwistjoni; (2/A.3) tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lura tal-ispejjeż mediċi kollha sostnuti mill-appellant imsemmija fit-talbiet inkwistjoni sabiex jinkiseb il-ħlas lura ta' 100 % tal-ispejjeż, bħala kumpens għad-dannu kkawżat mill-imġieba illegali tal-appellata, li jammontaw, rispettivament, għal EUR 2 572,32 (jiġifieri EUR elfejn u ħames mija u tnejn u sebgħin, 32ċ) u EUR 381,04 (jiġifieri EUR tliet mija u wieħed u tmenin, 04ċ), jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li din il-Qorti jidrilha li huwa ġust u ekwu; (2/A.4) tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-interessi għad-dewmien ta' ħlas fuq is-somom imsemmija preċedentement fil-punt 2/A.3 ta' dan l-appell, f'dan il-każ bil-kapitalizzazzjoni, bid-dies a quo u d-dies a quem li għandhom jiġu ddeterminati skont l-atti tal-kawżi inkwistjoni; (2/A.5) tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lura favur l-appellant tal-ispejjeż kollha tal-kawża sostnuti minn dawn tal-aħħar, relatati ma' dan ir-rikors għal appell u l-kawżi l-oħra inkwistjoni;

2 B. sussidjarjament, terġa' tibgħat il-kawżi inkwistjoni quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din terġa' tiddeċiedi fuq il-mertu fir-rigward tat-tnejn li huma.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żnaturament u distorsjoni tal-fatti kif ukoll tal-affermazzjonijiet tal-appellant fir-replika tiegħu, minħabba l-ineżattezza materjali tal-istħarriġ imwettaq mill-Qorti tal-Prim'Istanza (b'mod partikolari l-punti 30, 44, 46 u 49 tas-sentenza appellata).

Interpretazzjoni u applikazzjoni falza u żbaljata tal-kunċett ta' att li jista' jiġi kkontestat, anki minħabba konfużjoni, nuqqas ta' motivazzjoni, nuqqas ta' loġika, ksur tal-Artikolu 231 tat-Trattat KE u twarrib tal-ġurisprudenza relatata mal-effetti tal-annullament, min-naħa tal-Qorti Komunitarja, ta' deċiżjoni li toriġina minn istituzzjoni Komunitarja, ksur tal-prinċipju tal-awtorità tar-res iudicata, ksur tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri (b'mod partikolari l-punti 43, 44 u 49 tas-sentenza appellata).

Nuqqas assolut ta' miżuri istruttorji u nuqqas ta' deċiżjoni fir-rigward ta' punt fundamentali tal-kawża (b'mod partikolari l-punt 12 u l-punti 43 sa 51, inklużivament, tas-sentenza appellata).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-1 ta' Ottubru 2008 — Yaesu Europe BV vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-433/08)

(2008/C 313/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yaesu Europe BV

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta' “firma” fl-ispecimen fl-Anness A tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE tas-6 ta' Diċembru 1979 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (1), li jintuża sabiex tiġi ppreżentata applikazzjoni għal rifużjoni tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva, huwa kunċett Komunitarju li għandu jingħata interpretazzjoni uniformi?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Il-kunċett ta' “firma” għandu jinftiehem li jfisser li l-applikazzjoni għal rifużjoni għandha bilfors tiġi ffirmata mill-persuna taxxabbli stess jew, f'każ ta' persuna ġuridika, mir-rappreżentant legali tagħha, jew hija biżżejjed il-firma ta' aġent (per eżempju, rappreżentant fiskali jew impjegat tal-persuna taxxabbli)?


(1)  ĠU L 331, p. 11.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/18


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-438/08)

(2008/C 313/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u M. Teles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Portugiża, kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 43 tat-Trattat KE, peress li, b'mod partikolari skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tad-Digriet-Liġi Nru 550/99 tal-15 ta' Diċembru 1999 u skont in-Nru 1(e) tal-Portaria Nru 1165/2000 tad-9 ta' Diċembru 2000, għall-operaturi minn Membri Stati oħrajn li jixtiequ jeżerċitaw fil-Portugall l-attività ta' eżami tal-vetturi bil-mutur, timponi restrizzjonijiet fuq il-liberta' ta' stabbiliment, b'mod partikolari r-rekwiżit li l-għoti tal-awtorizzazzjoni għandu jkun fl-interess pubbliku, ir-rekwiżit ta' kapital tal-kumpannija minimu ta' EUR 100 000, il-limitazzjoni fl-għan tal-kumpannija u r-regoli dwar l-inkompatibbiltà mal-attivitajiet l-oħrajn ta' soċju, ta' direttur tal-kumpannija u ta' amminstratur;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rekwiżit li l-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida għandu jkun fl-interess pubbliku jirrappreżenta restrizzjoni tal-libertà ta' stabbiliment, peress li persuni ġuridiċi minn Stati Membri oħrajn, li jixtiequ jeżerċitaw fil-Portugall l-attività ta' eżami tal-vetturi bil-mutur, jibqgħu suġġetti għal setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, li jwassal għal inċertezza legali konsiderevoli fir-rigward tal-portata tad-dritt tagħhom.

Ir-rekwiżit ta' kapital ta' kumpannija minimu ta' EUR 100 000 għandu jitqies bħala restrizzjoni tal-libertà ta' stabbiliment, għaliex jipprekludi operatur Komunitarju b'kapital tal-kumpannija inferjuri, għall-ammont minimu mitlub skont ir-Regolament Portugiż, milli jistabbilixxi sussidjarja jew fergħa fil-Portugall.

Ir-restrizzjoni tal-għan tal-kumpannija fuq l-attività tal-eżami tal-vetturi bil-muturi tirrappreżenta restrizzjoni tal-libertà ta' stabbiliment għaliex l-operatur Komunitarju, li fl-istess waqt fl-Istat Membru ta' stabbiliment joffri servizzi oħrajn b'mod legali (eżami, tiswija u spezzjoni tal-vetturi bil-mutur), huma mġiegħla jbiddlu l-għan tal-kumpannija u possibbilment anki l-istruttura interna tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jestendu l-attività tagħhom għall-eżami tal-vetturi bil-mutur fil-Portugall; barra minn hekk, dan ir-rekwiżit mhuwiex neċessarju sabiex jiġu ggarantiti l-indipendenza u l-imparzjalità tal-fornitur ta' dan is-servizz.

Ir-regoli dwar l-inkompatibbiltà, għal soċji, għal direttur tal-kumpannija u għal amminstratur tal-kumpannija, li jaqgħu fil-qasam tal-manifattura, it-tiswija, il-kiri, l-importazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-vetturi bil-mutur, li l-elementi kostitwenti u l-aċċessorji tagħhom jew li huma użati fit-trasport, jistgħu bl-istess mod bħar-restrizzjoni tal-għan tal-kumpannija jkollhom effetti restrittivi u joħolqu restrizzjonijiet konsiderevoli tal-libertà ta' stabbiliment għall-kumpanniji minn Stati Membri oħrajn, li jixtiequ jeżerċitaw fil-Portugall l-attività ta' eżami tal-vetturi bil-mutur, peress li huma diġà huma fornituri b'mod legali fi Stat Membru ieħor ta' servizzi ta' eżami tal-vetturi bil-mutur, bis-soċji, id-direttur, jew l-amministraturi tagħhom jeżerċitaw fl-Istat Membru ta' stabbiliment, ikollhom ibiddlu l-istruttura interna tagħhom, jifirdu ruħhom minn dawn is-soċji jew jirrinunzjaw għall-attivitajiet tagħhom li mhumiex kompatibbli.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fis-6 ta' Ottubru 2008 — VZW Vlaamse federatie van verenigingen van Brood- en Bankerbakkers, IJsbereiders en Chocoladebewerkers “VEBIC” vs Raad voor de Mededinging u Minister van Economie

(Kawża C-439/08)

(2008/C 313/28)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VZW Vlaamse federatie van verenigingen van Brood- en Bankerbakkers, IJsbereiders en Chocoladebewerkers “VEBIC”

Konvenut: Raad voor de Mededinging Minister van Economie

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 2, 15(3) u 35(1) (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom direttament il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub fuq il-motivi ssollevati f'rikors kontra d-deċiżjoni tagħhom kif ukoll li huma stess jistgħu jippreżentaw motivi, b'mod li din il-possibbiltà ma tistax tiġi rtirata minn Stat Membru?

2)

Dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni sabiex jiġi protett l-interess ġenerali tirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi ta' sorveljanza, maħtura bħala awtoritajiet tal-kompetizzjoni, ma jkollhomx biss il-possibbiltà iżda wkoll l-obbligu li jieħdu sehem fi proċediuri ta' rikors kontra d-deċiżjonijiet tagħhom billi jesprimu l-pożizzjoni tagħhom fuq il-motivi ta' fatt u ta' dritt ssollevati?

3)

Jekk ir-risposta għad-domandi 1 u 2 tkun affermattiva, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet interni dwar il-parteċipazzjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni għall-proċeduri quddiem l-istanza tar-rikors u, fil-każ fejn jiġu maħtura awtortajiet differenti, l-awtorità kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjonijiet elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament tkun ukoll dik li tipparteċipa fil-proċedura ta' rikors kontra d-deċiżjoni tagħha?

4)

Ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun differenti fil-każ fejn l-awtorità tal-kompetizzjoni taġixxi, skont il-liġi interna, bħala qorti u/jew fil-każ fejn id-deċiżjoni finali tittieħed wara investigazzjoni mwettqa minn entità, li tagħmel parti minn din il-qorti, inkarigata biex tistabbilixxi l-ilmenti u tressaq abbozz ta' deċiżjoni?


(1)  ĠU 2003 L 1, p. 1.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/20


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-456/08)

(2008/C 313/29)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Zavvos, M. Konstantinidis u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:

Tiddikjara li, permezz tar-regoli dwar termini fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-offerenti għal reviżjoni ġudizzjarja fi kuntratti pubbliċi u billi naqset li tinnotifika d-deċiżjoni ta' għotja lill-persuna li tippreżenta l-ilment fid-deċiżjoni ta' għoti ta' kuntratt inkwistjoni, l-Irlanda naqset mit-twettiq tal-obbligi tagħha, fir-rigward tat-termini applikabbli, skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE (1) rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja u, rigward in-nuqqas ta' notifika, skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 89/665/KEE kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE (2) li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi.

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni Irlandiża ma tidhirx li hija konformi mal-prinċipju fundamentali ta' ċertezza legali u r-rekwiżit ta' effiċjenza skont id-Direttiva 89/665/KEE li hija applikazzjoni ta' dan il-prinċipju, billi l-offerenti jitħallew f'inċertezza rigward il-pożizzjoni tagħhom jekk huma għandhom l-intenzjoni li jikkontestaw deċiżjoni ta' għoti ta' kuntratt ta' awtorità kontraenti fi proċeduri ta' għoti ta' kuntratt li huma maqsuma f'żewġ fażijiet fejn l-offerent ippreferut huwa magħżul qabel id-deċiżjoni finali ta' għoti ta' kuntratt. L-Irlanda għandha tadotta miżuri li jiżguraw li l-offerenti għandhom idea ċara u ċerta rigward liema deċiżjoni tal-awtorità kontraenti huma jistgħu jikkontestaw u mil-liema data t-termini ta' skadenza għandhom jiġu kkunsidrati. Għandu jkun ċar għall-offerenti jekk l-Artikolu 84A japplika mhux biss għad-deċiżjonijiet ta' għoti ta' kuntratt iżda anki għal deċiżjonijiet interim ta' awtorità kontraenti meħuda matul il-proċedura ta' għoti ta' kuntratt (pereżempju rigward l-għażla tal-offerent ippreferut), bl-effett li ċ-ċirkustanzi mniżżla fid-deċiżjoni interim ma jistgħux jiġu kkontestati wara l-iskadenza tat-terminu kkalkolat mid-deċiżjoni interim u lanqas ma tista' d-deċiżjoni ta' għoti ta' kuntratt ma tiġi kkontestata fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi diġà mniżżla fid-deċiżjoni interim.

L-Artikolu 84A jirrikjedi li l-kawżi jeħtieġu li jitressqu “kemm jista' ikun kmieni u f'kull każ fi żmien tliet xhur”. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-formulazzjoni tħalli lill-offerenti f'inċertezza rigward il-pożizzjoni tagħhom meta huma jikkunsidraw sabiex jagħmlu użu mid-dritt legali Komunitarju ta' rimedju legali kontra deċiżjoni tal-awtorità kontraenti. Fil-fehma tal-Kummissjoni jeħtieġ li jkun ċar għall-offerenti liema terminu japplika għat-tressiq ta' kawża kontra d-deċiżjonijiet ta' awtorità kontraenti u li, sabiex l-obbligu tal-prinċipju fundamentali ta' ċertezza legali jiġi osservat, it-terminu applikabbli jeħtieġ li jkun wieħed fiss li jista' jiġi interpretat b'mod ċar u prevedibbli mill-offerenti kollha.


(1)  ĠU L 395, p. 33.

(2)  ĠU L 199, p. 42.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/20


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-457/08)

(2008/C 313/30)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

Talbiet

tikkonstata li, billi m'adottax jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikax lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/14/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva,

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-11 ta' Ġunju 2007.


(1)  ĠU L 149, p. 14.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/21


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-459/08)

(2008/C 313/31)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Stølvlbæk u M. França, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx u lanqas ippubblikat il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali, jew, f'kull każ, li ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni ta' din id-direttiva fis-sistema legali interna skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 255, p. 22.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Awwissu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Special Commissioner of Income Tax, London — Ir-Renju Unit) — Vodafone 2 vs Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-203/05) (1)

(2008/C 313/32)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 182 23.7.2005.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — Colasfalti srl vs Provincia di Milano, ATI Legrenzi Srl, Impresa Costruzioni Edili e Stradali dei F. lli Paccani Snc

(Kawża C-214/06) (1)

(2008/C 313/33)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 178, 29.7.2006


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/22


Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Awstrijaka

(Kawża C-270/06) (1)

(2008/C 313/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tat-tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Awwissu 2008 — (Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester — Ir-Renju Unit) — Azlan Group plc vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

(Kawża C-389/07) (1)

(2008/C 313/35)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/22


Digriet tal-President tar-Raba' Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Health Research Inc.

(Kawża C-452/07) (1)

(2008/C 313/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta' Awwissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

(Kawża C-563/07) (1)

(2008/C 313/37)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Il-Ġermanja) — Michael Mario Karl Kerner vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-4/08) (1)

(2008/C 313/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Gustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 79 29.3.2008.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Awwissu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Khoshnaw Abdullah vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-177/08) (1)

(2008/C 313/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 197, 2.8.2008.


Qorti tal-Prim' Istanza

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Gogos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-66/04) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni interna li tinvolvi bidla fil-kategorija - Ħatra - Klassifikazzjoni fil-grad - Artikolu 31(2) tar-Regolamenti tal-Persunal’)

(2008/C 313/40)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Christos Gogos (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: inizzjalment C. Tagaras, u wara N. Korogiannakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn P. Anestis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A7, skala 3, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-24 ta' Novembru 2003, li tiċħad l-ilment amministrattiv.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 94, 17.4.2004.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Potamianos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-160/04) (1)

(“Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt għal żmien speċifikat’)

(2008/C 313/41)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gerasimos Potamianos (Grimbergen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' reklutaġġ li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M. Gerasimos Potamianos u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 168, 26.6.2004.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Ottubru 2008 — TV 2/Denmark vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar pubbliku TV2 sabiex tiġi ffinanzjata l-missjoni ta' servizz pubbliku tiegħu - Miżuri kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Drittijiet tad-difiża - Servizz pubbliku tax-xandir - Definizzjoni u finanzjament - Riżorsi tal-Istat - Obbligu ta' motivazzjoni - Obbligu ta' eżami’)

(2008/C 313/42)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż u d-Daniż

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-309/04: TV 2/Danmark A/S (Odense, id-Danimarka) (rappreżentanti: O. Koktvedgaard u M. Thorninger, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-kawża T-309/04: Union européenne de radio-télévision (UER) (Grand-Saconnex, l-Iżvizzera (rappreżentanti: A. Carnelutti, avukat)

Rikorrent fil-kawża T-317/04: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Molde, aġent, assistit minn P. Biering u K. Lundgaard Hansen, avukati)

Rikorrenti fil-kawża T-329/04: Viasat Broadcasting UK Ltd (West Drayton, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-kawża T-329/04: SBS TV A/S, li qabel kienet TV Danmark A/S (Skovlunde, id-Danimarka); u SBS Danish Television Ltd, li qabel kienet Kanal 5 Denmark Ltd (Hounslow, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Vandermeersch, K.-U. Karl u H. Peytz, avukati)

Rikorrenti fil-kawża T-336/04: SBS TV A/S u SBS Danish Television Ltd

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-kawża T-336/04: Viasat Broadcasting UK Ltd

Konvenuta fil-kawżi T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: fil-kawżi T-309/04, T-317/04, T-329-04, H. Støvlbæk u M. Niejahr, fil-kawża T-329/04, N. Kahn ukoll u, fil-kawża T-336/04, N. Kahn u M. Niejahr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta fil-kawża T-309/04: SBS TV A/S; SBS Danish Television Ltd; u Viasat Broadcasting UK Ltd

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta fil-kawżi T-329/04 u T-336/04: Ir-Renju tad-Danimarka; TV 2/Danmark A/S; u Union européenne de radio-télévision (UER)

Suġġett

Fil-kawżi T-309/04 u T-317/04, talbiet għall-annullament, prinċipalment, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/217/KE, tad-19 ta' Mejju 2004, dwar il-miżuri meħuda mid-Danimarka favur TV2/Danmark (ĠU 2006, L 85, p. 1, rettifika ĠU 2006, L 368, p. 112), u, sussidjarjament, tal-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni jew tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-artikolu u, fil-kawżi T-329/04 u T-336/04, talbiet għall-annullament ta' din l-istess deċiżjoni inkwantu hija tikkonstata l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat parzjalment kompatibbli mas-suq komuni.

Dispożittiv

1)

Il-kawżi T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04 huma maqgħuda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/217/KE, tad-19 ta' Mejju 2004, dwar il-miżuri meħuda mid-Danimarka favur TV 2/Danmark, hija annullata.

3)

TV 2/Danmark A/S, ir-Renju tad-Danimarka u l-Kummissjoni għandhom, kull wieħed u waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kawżi T-309/04 R u T-317/04 R.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha fil-kawżi T-309/04 u T-317/04, kif ukoll għal dawk ta' TV 2/Danmark A/S u tar-Renju tad-Danimarka f'dawn il-kawżi.

5)

L-Union européenne de radio-télévision (UER), SBS TV A/S, SBS Danish Television Ltd u Viasat Broadcasting UK Ltd għandhom, kull waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kawża T-309/04.

6)

SBS TV, SBS Danish Television u Viasat Broadcasting UK għandhom, kull waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, sostnuti kemm bħala partijiet prinċipali kif ukoll bħala intervenjenti, fil-kawżi T-329/04 u T-336/04.

7)

Viasat Broadcasting UK għandha tbati parti minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni, minn TV 2/Danmark A/S, mir-Renju tad-Danimarka u mill-UER fil-kawża T-329/04.

8)

SBS TV u SBS Danish Television għandhom ibatu parti minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni, minn TV 2/Danmark A/S, mir-Renju tad-Danimarka u mill-UER fil-kawża T-336/04.

9)

Il-Kummissjoni, TV 2/Danmark A/S, ir-Renju tad-Danimarka u l-UER għandhom, kull wieħed u waħda minnhom, ibatu disa' partijiet minn għaxra tal-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kawżi T-329/04 u T-336/04.


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 — Di Bucci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/04) (1)

(“Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità’)

(2008/C 313/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vittorio Di Bucci (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel M. van der Woude u V. Landes, imbagħad M. van der Woude)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel H. Tserepa-Lacombe u V. Joris, imbagħad V. Joris u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament:

tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Legali tal-Kummissjoni li tattribwixxi lir-rikorrent punt wieħed ta' prijorità tad-Direttorat Ġenerali bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003, ikkomunikata fit-2 ta' Lulju 2003, u kkonfermata b'deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra nnotifikata fis-16 ta' Diċembru 2003;

tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tattribwixxi lir-rikorrent ebda punt ta' prijorità speċjali għall-attivitajiet supplimentari fl-interess tal-istituzzjoni bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003, innotifikata permezz tas-sistema Sysper 2, fis-16 ta' Diċembru 2003;

tad-deċiżjonijiet li ġejjin: id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tattribwixxi lir-rikorrent total ta' 20 punt bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003; il-lista ta' mertu tal-uffiċjali fil-grad A 5 bħala parti mill-eżerċizzju 2003, ippubblikata fl-Informations administratives Nru 69-2003, tat-13 ta' Novembru 2003; il-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad A 4 bħala parti mill-eżerċizzju 2003 u ppubblikata fl-Informations administratives Nru 73-2003, tas-27 ta' Novembru 2003; u, f'kull każ, id-deċiżjoni li l-isem tar-rikorrent ma jiġix inkluż fl-imsemmija listi;

safejn huwa neċessarju, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta' Ġunju 2004, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fit-12 ta' Frar 2004;

tad-deċiżjoni tal-11 ta' April 2007, innotifikata fis-16 ta' April 2007, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet li tagħti lir-rikorrent punt wieħed ta' prijorità supplimentari bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003, b'total ta' 2 punti ta' prijorità u b'numru totali ta' 21 punt;

u intiża sabiex jiġu ddikjarati ineżistenti d-deċiżjonijiet kollha meħuda matul l-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003 ikkontestati fil-kuntest tar-rikors preżenti u mhux issostitwiti fl-2007, u b'mod partikolari l-lista ta' mertu tal-uffiċjali fil-grad A 5 bħala parti mill-eżerċizzju 2003, ippubblikata fl-Informations administratives Nru 69-2003, tat-13 ta' Novembru 2003, u l-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad A 4 bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fl-Informations administratives Nru 73-2003, tas-27 ta' Novembru 2003, kif ukoll talba għall-kumpens ta' EUR 5 000.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiffissaw it-total tal-punti ta' promozzjoni tar-rikorrent għal 21 punt u li jiċħdu l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta' uffiċjali promossi għall-grad A 4 bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003 huma annullati.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 — Wilms vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/04) (1)

(“Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Għoti ta' punti ta' prijorità’)

(2008/C 313/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Günter Wilms (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel M. van der Woude u V. Landes, wara M. van der Woude, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel H. Tserepa-Lacombe u V. Joris, wara V. Joris u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament

tad-deċiżjoni tad-direttur ġenerali tas-servizz ġuridiku tal-Kummissjoni li jagħti lir-rikorrent punt wieħed ta' prijorità tad-direttorat ġenerali fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ikkomunikata fit-2 ta' Lulju 2003, ikkonfermata b'deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra nnotifikata fid-19 ta' Diċembru 2003;

tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tagħti lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità speċjali għal xogħol supplementari fl-interess tal-istituzzjoni fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, innotifikata permezz tas-sistema Sysper 2, fid-19 ta' Diċembru 2003;

tad-deċiżjonijiet segwenti: id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tagħti lir-rikorrent 19-il punt fil-proċedura ta' promozzjoni 2003; il-lista ta' mertu tal-uffiċċjali fil-grad A 6 fil-proċedura 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 69-2003, tat-13 ta' Novembru 2003 il-lista ta' uffiċċjali promossi għall-grad A 5 fil-proċedura 2003 u ppubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 73-2003 tas-27 ta' Novembru 2003; fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni li ma jkunx inkluż isem ir-rikorrent fl-imsemmija listi;

safejn hu meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta' Ġunju 2004 li tiċħad il-kontestazzjoni mressqa fit-12 ta' Frar 2004 mir-rikorrent;

tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' April 2007 li ma tagħti lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità supplementari fil-proċedura ta' promozzjoni 2003;

u intiża sabiex jingħata kumpens ta' EUR 5 000.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu t-total tal-punti ta' promozzjoni tar-rikorrent għal 19-il punt u li jirrifjutaw li dan ikun inkluż fil-lista tal-uffiċċjali promossi għall-grad A 5 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003 huma annullati.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 273, 6.11.2004.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 — Miguelez Herreras vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-407/04) (1)

(“Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità’)

(2008/C 313/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Benedicta Miguelez Herreras (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment M. van der Woude u V. Landes, imbagħad M. van der Woude, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment H. Tserepa-Lacombe u V. Joris, imbagħad V. Joris u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament:

tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni li r-rikorrenti tingħata 2 punti ta' prijorità tad-Direttorat Ġenerali fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, li ġiet innotifikata fit-2 ta' Lulju 2003, u ġiet ikkonfermata minn deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ġiet innotifikata fis-16 ta' Diċembru 2003;

tad-deċiżjonijiet li ġejjin: id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti tingħata total ta' 23 punt fil-proċedura ta' promozzjoni 2003; il-lista ta' mertu tal-uffiċjali tal-grad C 2 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 71-2003, tal-25 ta' Novembru 2003; il-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad C 1 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 76-2003, tat-3 ta' Diċembru 2003; fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni li l-isem tar-rikorrenti ma jiġix inkluż fl-imsemmija listi;

sa fejn dan ikun neċessarju, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' Ġunju 2004 li ċaħdet l-ilment imressaq mir-rikorrenti fl-24 ta' Frar 2004;

tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' April 2007 li r-rikorrenti ma tingħata ebda punt ta' prijorità addizzjonali fil-proċedura ta' promozzjoni 2003;

u li għandha bħala għan li jiġu ddikjarati ineżistenti d-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu matul il-proċedura ta' promozzjoni 2003 li ġew ikkontestati f'dan ir-rikors u li ma ġewx issostitwiti fl-2007, u b'mod partikolari l-lista ta' mertu tal-uffiċjali tal-grad C 2 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 71-2003, tal-25 ta' Novembru 2003 u l-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad C 1 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 76-2003 tat-3 ta' Diċembru 2003 kif ukoll li jinkiseb kumpens għad-danni ta' EUR 5 000.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiffissaw it-total tal-punti ta' promozzjoni tar-rikorrenti għal 23 punt u li jirrifjutaw li hija tiġi inkluża fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad C 1 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003 huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 300, 4.12.2004.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Camar vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-457/04 u T-223/05) (1)

(“Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Miżuri tranżitorji - Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 - Sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni - Rifjut li teżegwixxi sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Rikors għal annullament - Talba sabiex tiġi ordnata l-eżekuzzjoni tas-sentenza permezz tal-ħlas tal-ammonti ekwivalenti - Kumpens għad-dannu morali - Astensjoni illegali mill-Kummissjoni - Rikors għad-danni - Interruzzjoni tat-terminu ta' preskrizzjoni - Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà’)

(2008/C 313/46)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Camar Srl (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini, S. Donà u M. Paolin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment L. Visaggio, imbagħad F. Clotuche-Duvieusart, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Għal dak li jikkonċerna l-kawża T-457/04, fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' rifjut tal-Kummissjoni li teżegwixxi l-punt (1) tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T-79/96, T-260/97 u T-117/98, Ġabra p. II-2193), li tinsab fl-ittra tal-10 ta' Settembru 2004, fit-tieni lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata teżegwixxi l-punt (1) tad-dispożittiv tas-sentenza Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, iċċitata iktar 'il fuq, billi tħallas l-ammonti ekwivalenti għall-valur taċ-ċertifikati mhux maħruġa u, fit-tielet lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu morali, u għal dak li jikkonċerna l-kawża T-223/05, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas kumpens, bħala riżultat tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità Ewropea, għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-“Agrikoltura” tal-10 ta' Settembru 2004, li tirrifjuta li teżegwixxi l-punt (1) tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T-79/96, T-260/97 u T-117/98, Ġabra p. II-2193) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors fil-kawża T-457/04 huwa miċħud bħala infondat.

3)

Ir-rikors fil-kawża T-223/05 huwa miċħud bħala inammissibbli.


(1)  ĠU C 31, 5.2.2005.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Mote vs Il-Parlament

(Kawża T-345/05) (1)

(Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Tneħħija tal-immunità)

(2008/C 313/47)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ashley Neil Mote (rappreżentanti: J. Lofthouse u C. Hayes, barristers, u M. Monan, solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, D. Moore u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-5 ta' Lulju 2005, li tneħħi l-immunità parlamentari tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ashley Neil Mote huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 296, 26.11.2005.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Le Canne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/05) (1)

(“Agrikoltura - Għajnuna finanzjarja Komunitarja - Irregolarità finanzjarja fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ - Deċiżjoni għat-tnaqqis tal-għajnuna - Skadenza tat-terminu ta' preskrizzjoni - Rikors għal annullament u għad-danni’)

(2008/C 313/48)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Azienda Agricola “Le Canne” Srl (Rovigo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Carraro u F. Mazzonetto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2005) 2939, tas-26 ta' Lulju 2005, li tnaqqas il-bilanċ li għadu dovut minn għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lir-rikorrenti għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-impjanti tagħha tal-akwakultura, kif ukoll talba għad-danni li jirriżultaw minn dan it-tnaqqis.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 2939, tas-26 ta' Lulju 2005, hija annullata peress li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lil Azienda Agricola “Le Canne” Srl għall-proġett IT/0016/90/02 minħabba li l-infiq eliġibbli għal din l-għajnuna ġie paċut mal-qligħ magħmul minn Girardello SpA għat-twettiq tax-xogħlijiet marbuta ma' dan il-proġett.

2)

Ir-rikors għad-danni huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 26.11.2005.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Powerserv Personalservice vs UASI — Manpower (MANPOWER)

(Kawża T-405/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MANPOWER - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Emenda parzjali - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(ċ), Artikolu 51(1) u (2), u Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 313/49)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Powerserv Personalservice GmbH, li qabel kienet Manpower Personalservice GmbH (Sankt Pölten, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Kuchar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Manpower, Inc. (Milwaukee, Wisconsin, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: l-ewwel R. Moscona, solicitor, wara R. Moscona u A. Bryson, barrister, u fl-ahhar nett A. Bryson u V. Marsland, solicitor)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Lulju 2005 (Każ R 499/2004–4), dwar dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja MANPOWER Nru 76059.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Lulju 2005 (Każ R 499/2004-4), dwar dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja MANPOWER Nru 76059, hija emendata fis-sens li din it-trade mark mhijiex deskrittiva tal-prodotti u tas-servizzi li għalihom hija kienet ġiet irreġistrata fl-Olanda, fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fid-Danimarka. Id-dispożittiv ta' din id-deċiżjoni huwa miżmum.

2)

It-talba ta' Manpower Inc., intiża għall-emenda tad-deċiżjoni msemmija iktar 'il fuq tal-Bord tal-Appell hija miċħuda għall-bqija.

3)

Ir-rikors huwa miċħud.

4)

Powerserv Personalservice GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 28.1.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/29


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Ottubru 2008 — Cassegrain vs UASI (Forma ta' baskett)

(Kawża T-73/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva - Forma ta' baskett - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 313/50)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean Cassegrain SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: Y. Coursin u T. van Innis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Diċembru 2005 (Każ R 687/2005-2) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv forma ta' baskett bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean Cassegrain SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/29


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2008 — TIM u TTV vs UASI — Past Perfect (PAST PERFECT)

(Kawża T-133/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali PAST PERFECT - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Artikolu 7(1)(b) (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(2) ta' dan ir-regolament’)

(2008/C 313/51)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TIM The International Music Company AG; u TTV Tonträger-Vertrieb-2000 GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Wendt u G. Kukuk, imbagħad J. Wendt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Past Perfect Ltd (Bucknell, Oxfordshire, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment S. Disraeli, imbagħad K. Tinkler, solicitors)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 150/2005-1), tat-3 ta' Frar 2006, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn TIM The International Music Company AG u TTV Tonträger-Vertrieb-2000 GmbH minn naħa, u Past Perfect Ltd min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TIM The International Music Company AG u TTV Tonträger-Vertrieb-2000 GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 154, 1.7.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2008 — Adobe vs UASI (FLEX)

(Kawża T-158/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 313/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Adobe Systems Inc. (San Jose, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Graf u F. Wesel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, D. Botis u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' April 2006 (Każ R 1430/2005-2) dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja FLEX Nru 3 795 011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Adobe Systems Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 190, 12.8.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Rewe-Zentral vs UASI (PORT LOUIS)

(Kawża T-230/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PORT LOUIS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Indikazzjoni tal-oriġini ġeografika tal-prodotti li għalihom saret applikazzjoni - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 313/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rewe-Zentral AG (Kolonja, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI tal-21 ta' Ġunju 2006 (Każ R 25/2006-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PORT LOUIS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tal-21 ta' Ġunju 2006 (kawża R 25/2006-1) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Air Products and Chemicals vs UASI — Messer (Ferromix, Inomix u Alumix)

(Kawża magħquda T-305/06 sa T-308/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għat-trade marks verbali Ferromix, Inomix u Alumix - Trade Marks verbali preċedenti FERROMAXX, INOMAXX U ALUMAXX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 313/54)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Air Products and Chemicals, Inc. (Allentown, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Heurung u C. Probst, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Messer Group GmbH (Sulzbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Graf v. Schwerin u J. Schmidt, avukati)

Suġġett

Rikors imressaq kontra tliet deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Settembru 2006 (kawżi magħquda R 1270/2005-2 u R 1408/2005-2; R 1226/2005-2 u R 1398/2005-2; R 1225/2005-2 u R 1397/2005-2) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Air Products and Chemicals, Inc. u Messer Group GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta' Settembru 2006 (kawżi magħquda R 1270/2005-2 u R 1408/2005-2; R 1226/2005-2 u R 1398/2005-2; R 1225/2005-2 u R 1397/2005-2) huma annullati.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta' Air Products and Chemicals, Inc.

3)

Messer Group GmbH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Ottubru 2008 — Aventis Pharma vs UASI — Nycomed (Prazol)

(Kawża T-95/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PRAZOL - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PREZAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabblità ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 313/55)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aventis Pharma SA (Antony, Franza) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen u sussegwentement Ó. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Nycomed GmbH, li qabel kienet Altana Pharma AG (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ferchland, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Frar 2007 (każ R 302/2005-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Altana Pharma AG u Aventis Pharma SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta' Frar 2007 (każ R 302/2005-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Aventis Pharma SA.

3)

Nycomed GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2008 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-256/07) (1)

(“Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Drittijiet tad-difiża - Motivazzjoni - Stħarriġ ġudizzjarju’)

(2008/C 313/56)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: People's Mojahedin Organization of Iran (Auvers-sur-Oise, Franza) (rappreżentanti: J.-P.Spitzer, avukat, u D. Vaughan, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment V. Jackson u T. Harris, imbagħad V. Jackson, aġenti, assistiti minn S. Lee u M. Gray, barristers); Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert u J. Aquilina, imbagħad S. Boelaert, P. Aalto u P. van Nuffel, aġenti); u Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: M. de Grave u Y. de Vries, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat inkwantu jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE.

2)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE, tal-20 ta' Diċembru 2007, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445, u l-punt 2.19 tal-lista li tidher fl-anness ta' din id-deċiżjoni, huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lill-People's Mojahedin Organization of Iran.

3)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat inkwantu jitlob l-annullament ta' dispożizzjonijiet oħra tad-Deċiżjoni 2007/868, sa fejn dawn jikkonċernaw lill-People's Mojahedin Organization of Iran.

4)

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, il-Kunsill huwa kkundannat għall-ħlas ta' terz tal-ispejjeż tal-People's Mojahedin Organization of Iran.

5)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, il-Kummissjoni u r-Renju tal-Olanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/07) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà Soċjali - Inċident fuq il-post tax-xogħol - Deċiżjoni ta' għeluq il-proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju - Appell mhux fondat’)

(2008/C 313/57)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Mejju 2007, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-2/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), sabiex jiġi annullat dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' din l-istanza.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — TridonicAtco vs UASI (Intelligent Voltage Guard)

(Kawża T-297/07) (1)

(“Trade mark komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Intelligent Voltage Guard - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 313/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TridonicAtco GmbH & Co. KG (Dornbirn, l-Awstrija) (rappreżentanti: l-ewwel L. Wiltschek, avukat, wara L. Wiltschek u E. Tremmel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Appelli tal-UASI tal-31 ta' Mejju 2007 (Każ R 108/2007-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Intelligent Voltage Guard bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TridonicActo GmbH & Co. KG hija kkundannata għal-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/33


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Settembru 2008 — Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-392/03, T-408/03, T-414/03 u T-435/03) (1)

(“Rikors għal annullament - FEŻR - Kanċellament ta' għajnuna finanzjarja - Irkupru tal-ammonti diġà mħallsa - Talbiet għal ħlas ta' interessi moratorji - Tpaċija - Entità reġjonali jew lokali - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)

(2008/C 313/59)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione Siciliana (l-Italja) (rappreżentanti: G. Aiello u A. Cingolo, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. de March, L. Flynn u G. Wilms, aġenti, assisti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Fil-kawża T-392/03, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2003, inkwantu hija tikkonċerna l-modalitajiet ta' rkupru tal-ammonti mħallsa mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-proġett ta' infrastruttura msejjaħ “diga fuq il-Gibbesi”, kif ukoll tal-atti preċedenti u derivati, fil-kawża T-408/03, talba għall-annullament tal-ittra tas-6 ta' Ottubru 2003, inkwantu hija tikkonċerna l-modalitajiet ta' rkupru tal-ammonti mħallsa mill-FEŻR għall-proġetti ta' infrastruttura msejħa “Aragona Favara” u “pjanura ta' Katanja”, kif ukoll tal-atti preċedenti u derivati, fosthom b'mod partikolari l-ittri tal-Kummissjoni tat-13 ta' Awwissu 2003 u tal-14 ta' Awwissu 2003, fil-kawża T-414/03, talba għall-annullament tal-ittra tas-6 ta' Ottubru 2003, inkwantu hija tikkonċerna l-modalitajiet ta' rkupru tal-ammonti mħallsa mill-FEŻR għall-proġett ta' infrastruttura msejjaħ “awtostrada Messina-Palermo”, kif ukoll tal-atti preċedenti u derivati, fosthom in-nota ta' debitu tal-Kummissjoni Nru 3240406591, tal-25 ta' Settembru 2002, u, fil-kawża T-435/03, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2003, relattiva għat-tpaċija bejn krediti u djun tal-Kummissjoni relatati mal-għajnuna tal-FEŻR “Porto Empedocle”, “diga fuq il-Gibbesi”, “awtostrada Messina-Palermo”, “Aragona Favara” u “pjanura ta' Katanja”, kif ukoll tal-atti preċedenti u derivati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Ir-Regione Siciliana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 35, 7.2.2004.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/33


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Gippini Fournier vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-23/05) (1)

(“Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Atti preparatorji - Inammissibbiltà’)

(2008/C 313/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Éric Gippini Fournier (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment A. Theissen, u sussegwentement F. Ruggeri Laderchi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn D. Waelbroek, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ma tagħti lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità tad-Direttorat Ġenerali fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, li tiċħad ir-rikors tiegħu quddiem il-Kumitat ta' Promozzjoni intiż sabiex jiġi attribwit punti ta' prijorità irrispettivament mid-deskrizzjoni tagħhom u li tiċħad li tattribwilu punti ta' prijorità għal xogħol fl-interess tal-istituzzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 82, 2.4.2005.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/34


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ottubru 2008 — Kaloudis vs UASI — Fédération française de tennis (RolandGarros SPORTSWEAR)

(Kawża T-380/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva RolandGarros SPORTSWEAR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Roland Garros - Ħlas tardiv tal-ispejjeż tal-appell - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell daqslikieku ma sarx’)

(2008/C 313/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Dimitrios Kaloudis (Dassia, il-Greċja) (rappreżentant: G. Kaloudis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Fédération française de tennis (FFT) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Lulju 2007 (Każ R 876/2006-4) relattiva għal proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn il-Fédération française de tennis (FFT) u Dimitrios Kaloudis.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud in parti bħala manifestament infondat u in parti bħala manifestament inammissibbli.

2)

Dimitrios Kaloudis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/34


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 — Murnauer Markenvertrieb vs UASI — Fitne Gesundheit und Wellness (Notfall Bonbons)

(Kawża T-372/08)

(2008/C 313/62)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Trebur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Daniel u O. I. Haleen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fitne Gesundheits-und Wellness GmbH (Salzhemmendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta' Lulju 2008, fil-Każ R 909/2007 1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali “Notfall Bonbons” għal prodotti fil-klassijiet 5 u 30 (applikazzjoni Nru 3 563 251)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Fitne Gesundheits- und Wellness GmbH

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata milqugħa

Motivi invokati: il-ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, billi t-trade mark “Notfall Bonbons” għall-prodotti kkonċernati, mhijiex deskrittiva u hija nieqsa mill-karattru distintiv


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/35


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 — Aldi Einkauf vs UASI — Illinois Tools Works (TOP CRAFT)

(Kawża T-374/08)

(2008/C 313/63)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Illinois Tools Works, Inc. (Glenview, Stati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta' Ġunju 2008 (Każ R 952/2007-2);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “TOP CRAFT” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 3 (Applikazzjoni Nru 3 444 767)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Illinois Tools Works, Inc.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks figurattivi nazzjonali “krafft”, għal prodotti fil-klassijiet 1 u 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, sa fejn din tilqa' l-oppożizzjoni għal prodotti “Prodotti kimiċi maħsuba għall-agrikultura, l-ortikoltura u s-silvikultura” tal-klassi 1.

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 43(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, kif ukoll tar-Regola 22(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, billi:

l-użu tat-trade marks li fuqhom hija bbażata l-oppożizzjoni ma tistax tkun ipprovata permezz tad-dokumenti mressqa mill-opponent;

it-trade marks kunfliġġenti jippreżentaw differenzi grafiċi evidenti;

l-element verbali “TOP” mhuwiex deskrittiv u għandu karattru distintiv dgħajjef, u

anki fir-rigward ta' prodotti identiċi jew simili tista' tiġi eskluża probabbiltà ta' konfużjoni minħabba d-differenzi grafiċi evidenti u minħabba l-element verbali miżjud “TOP” fit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/35


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Settembru 2008 — Mustang vs UASI — Decathlon (rappreżentazzjoni ta' linja mmewwġa)

(Kawża T-379/08)

(2008/C 313/64)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mustang — Bekleidungswerke GmbH + Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Klett u K. Weimer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Decathlon SA (Villeneuve d'Ascq, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Lulju 2008, fil-Każ R 859/2007-4 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta' din il-kawża, kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, inklużi l-ispejjeż neċessarji għar-rikorrenti fiż-żewġ proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 — applikazzjoni Nru 4 081 352

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Decathlon SA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali li tirrappreżenta linja bajda mmewwġa fuq sfond iswed għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 minħabba li t-trade marks kunfliġġenti ma juru l-ebda xebh viżwali, fonetiku jew kunċettwali, li jista' joħloq probabbiltà ta' konfużjoni.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/36


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — DAI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/08)

(2008/C 313/65)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: DAI — Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA (Coruche, il-Portugall) (rappreżentanti: J. da Cruz Vilaça, L. Romão u A. Mestre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli;

tilqa' l-ilment u tannulla parzjalment id-Deċiżjoni 2008/445/KE tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-11 ta' Ġunju 2008, li tistabbilixxi għal kull Stat Membru l-ammonti ta' għajnuna retroattiva għar-ristrutturar lill- produtturi u lill- impriżi li rristrutturaw fis-snin tas-suq 2006/2007 u 2007/2008 fil-kwadru tal-iskemi temporanji għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (notifikata bid-dokument Nru C(2008) 2557) (1), jiġifieri dik il-parti li tirreferi għall-ammont mogħti bħala għajnuna għar-ristrutturar lill-produtturi u l-impriżi li wettqu ristrutturar fis-snin tas-suq 2006/07 u 2007/08;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ksur tal-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007 (2) u tal-Artikolu 16a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2007 (3).

Ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali, ta' ċertezza legali u ta' non-retroattività tal-liġi.


(1)  ĠU L 156, p. 20.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007 tad-9 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 283, p. 8).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 968/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 283, p. 16).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/36


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kelb)

(Kawża T-385/08)

(2008/C 313/66)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Czychowski, A. Nordemann u A. Dustmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1734/2007-1 u d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-25 ta' Settembru 2007, sa fejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4829321 ġiet imċaħħda mill-protezzjoni għall-prodotti “Prodotti tal-ġilda li jaqgħu fil-klassi 18; Basktijiet tal-idejn” tal-klassi 18 u “Għalf/ikel tal-annimali u xorb għall-annimali tad-dar” tal-klassi 31.

l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4829321 għandha tiġi ppubblikata anki fir-rigward ta' dawn il-prodotti.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: rappreżentazzjoni ta' kelb fir-rigward ta' prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 31 — Applikazzjoni Nru 4 829 321

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata fir-rigward ta' “Oġġetti tal-ilbies u żraben kif ukoll għata tar-ras; Ċinturini” tal-klassi 25

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni la hija indikazzjoni direttament deskrittiva u lanqas ma hija indikazzjoni esklużivament deskrittiva, u sa fejn hija għandha l-karattru distintiv meħtieġ.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/37


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' żiemel)

(Kawża T-386/08)

(2008/C 313/67)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Czychowski, A. Nordemann u A. Dustmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1730/2007-1 u d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-25 ta' Settembru 2007, u

tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4829354;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: rappreżentazzjoni ta' żiemel fir-rigward ta' prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 31 — Applikazzjoni Nru 4 829 354

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni la hija indikazzjoni direttament deskrittiva u lanqas ma hija indikazzjoni esklużivament deskrittiva, u sa fejn hija għandha l-karattru distintiv meħtieġ.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta' fenek taċ-ċikkulata)

(Kawża T-395/08)

(2008/C 313/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Lulju 2008 (Każ R 419/2008-4);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta' fenek taċ-ċikkulata għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni Nru 3 664 372

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex komuni, għandha funzjoni li tindika l-oriġini u għandha l-karattru distintiv meħtieġ.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/38


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/08)

(2008/C 313/69)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: H. Pokela, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, fil-Każ COMP/C2/38.698 — CISAC; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż sostnuti minn Teosto.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008 (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), li tgħid li billi użaw, fil-ftehim reċiproku tagħhom, ir-restrizzjonijiet ta' sħubija inklużi fil-kuntratt mudell tal-International Confederation of Societies of Authors and Composers (Konfederazzjoni Internazzjonali ta' Soċjetajiet għall-Amministrazzjoni Kollettiva ta' Awturi u Kompożituri; iktar 'il quddiem il-“kuntratt mudell CISAC”), jew permezz ta' applikazzjoni de facto ta' dawn ir-restrizzjonijiet, is-soċjetajiet imsemmija fid-deċiżjoni kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tat-Trattat ŻEE.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma mmotivatx id-deċiżjoni tagħha suffiċjentement. Fid-deċiżjoni tagħha hija ma eżaminatx il-kundizzjonijiet u l-karatteristiċi partikolari tad-diversi soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur, li huma differenti minn xulxin. Il-Kummissjoni żbaljatament ikkunsidrat motivi ta' restrizzjonijiet ta' kompetizzjoni bħala kawżi ta' sitwazzjoni li hija r-riżultat ta' żvilupp naturali tas-suq. Teosto wriet lill-Kummissjoni n-natura partikolari tal-ambjent tas-settur tagħha u l-karatteristiċi partikolari tas-suq Finlandiż tal-mużika. Madankollu, il-Kummissjoni bl-ebda mod ma rreferiet għalihom fid-deċiżjoni tagħha. Peress li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-natura tal-azzjoni ta' Teosto fil-kuntest tar-rekwiżiti inkwistjoni, il-motivi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma jistgħux jiġu dedotti b'mod ċar mill-argumenti tal-Kummissjoni.

Skont il-Kummissjoni, fir-rigward tal-Artikolu 81(1) KE f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti għas-sħubija, is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva kisru dawn id-dispożizzjonijiet billi inkludew fil-ftehim tagħhom rekwiżiti meqjusin bħala pprojbiti mill-Kummissjoni jew — minkejja l-esklużjoni tagħhom mill-kuntratti — billi komplew japplikawhom. Il-Kummissjoni ma wrietx liema fost dan il-ksur twettaq minn Teosto, u b'hekk wasslitha għall-konklużjoni li hija kisret l-Artikolu 81(1) KE. Mid-Deċiżjoni lanqas ma jirriżulta biċ-ċar liema motivi ġiegħlu lill-Kummissjoni tqis li Teosto fil-fatt applikat restrizzjonijiet ta' sħubija. Id-Deċiżjoni hija vvizzjata fil-liġi, peress li l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi aħjar liema ksur hija tqis li twettaq mid-destinatarju tad-deċiżjoni u għal liema motivi.

Il-motivazzjoni tal-Kummissjoni hija kontradittorja f'dak li jirrigwarda l-koordinazzjoni allegata tar-restrizzjoni territorjali.

Il-Kummissjoni applikat b'mod żbaljat l-Artikolu 81(1). Bil-kontra ta' kif iddeċidiet il-Kummissjoni, Teosto ma kisritx l-Artikolu 81(1) KE bl-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet ta' sħubija simili għall-Artikolu 11(II) tal-kuntratt mudell CISAC. Teosto ma applikat l-ebda restrizzjoni ta' sħubija li hija meqjusa bħala pprojbita mill-Kummissjoni. Ir-restrizzjonijiet ta' sħubija la kellhom għan ta' restrizzjoni ta' kompetizzjoni u lanqas effett ta' restrizzjoni ta' kompetizzjoni.

Bil-kontra ta' kif iddeċidiet il-Kummissjoni, Teosto ma kisritx l-Artikolu 81(1) KE bil-koordinazzjoni mal-limiti territorjali tal-għoti tal-liċenzji. Il-limiti territorjali mhumiex ir-riżultat ta' koordinazzjoni. Il-limiti taż-żoni la kellhom għan ta' restrizzjoni tal-kompetizzjoni u lanqas effett ta' restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Il-limitu tal-mandat ta' żona partikolari, anki meta din hija fl-Istat tas-sieħeb fil-kuntratt, mhuwiex ipprojbit. Dan l-aġir huwa ammissibili u, għal Teosto, minħabba l-kundizzjonijiet naturali tas-suq, kien l-iktar xieraq.

Bil-kontra ta' kif iddeċidiet il-Kummissjoni, Teosto ma kisritx l-Artikolu 81(1) KE permezz tal-applikazzjoni ta' klawżola ta' esklużività simili għall-Artikolu 1(I) u (II) tal-kuntratt mudell CISAC. Il-klawżola ta' esklużività m'għandhiex effett fuq il-kompetizzjoni. Hija la għandha għan ta' restrizzjoni tal-kompetizzjoni u lanqas effett ta' restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Teosto ma applikatx il-klawżola ta' esklużività. L-estensjoni territorjali tal-attività tagħha u l-portata tal-mandat mogħti lill-partijiet l-oħrajn fil-kuntratt kienet ibbażata fuq motivi li kienu stabbiliti mil-loġika naturali tas-suq.

Jekk tiġi aċċettata l-fehma li Teosto b'xi mod kisret l-Artikolu 81(1) KE, madankollu l-aġir jibqa' ammissibbli skont l-Artikolu 81(3) KE. Is-sistema preżenti, u b'mod partikolari l-limiti tal-mandat territorjali relatati magħha, iwasslu għal żieda kunsiderevoli fl-effikaċja, li bbenefikat lill-konsumaturi, mingħajr ma ġiet eliminata jew evitata l-kompetizzjoni, li huwa neċessarju sabiex tintlaħaq żieda fl-effikaċja.

Il-Kummissjoni marret lil hinn mill-kompetenza tagħha meta ordnat in-negozjar mill-ġdid tal-kuntratt lis-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva. Il-Kummissjoni ma tistax tordna miżuri attivi sabiex tibdel aġir li ma jiksirx l-Artikolu 81 KE.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — GEMA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-410/08)

(2008/C 313/70)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Bechtold u I. Brinker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 231(1) KE, l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(2) u — sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 — l-Artikolu 4(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008, sa fejn din tirrigwarda r-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors jirrigwarda d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 fil-Każ COMP/C2/38.698 — CISAC, li permezz tagħha l-Kummissjoni ddikkjarat li l-prattiċi miftiehma dwar il-liċenżjar reċiproku tad-drittijiet tal-awtur għal xogħolijiet mużikali bejn soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur membri tal-Confédération Internationale des Sociétés d'Auteur et Compositeurs (Konfederazzjoni internazzjonali tal-assoċjazzjonijiet ta' awturi u kompożituri — “CISAC”), jiksru l-Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE. Ir-rikorrenti tikkontesta l-allegazzjoni ta' prattika miftiehma, ifformulata fl-Artikolu 3, u l-obbligi li jiġi mitmum dan il-ksur li jirriżulta mill-Artikolu 4(2) u (3) tad-deċiżjoni kkontestata.

Għal dan il-għan hija tressaq erba' ilmenti in sostenn tar-rikors tagħha.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tqis li d-deċizjoni tal-Kummissjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1). Fil-fehma tagħha, id-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta' determinazzjoni, billi ma jirriżultax b'mod ċar liema mġieba hija pprojbita, billi hija minnha nfisha kontradittorja u li barra minn dan tikser, fost l-oħrajn, il-prassi amministrattiva tal-Kummissjoni. Ir-rikorrenti tikkritika wkoll il-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità kif ukoll abbuż ta' poter, sa fejn, fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni mxiet fuq kunsiderazzjonijiet li mhumiex kriterji rilevanti skont id-dritt tal-kompetizzjoni u li għalhekk marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tafferma li l-Kummissjoni wettqet irregolarità sostanzjali fil-proċedura meta mmotivat id-deċiżjoni tagħha b'mod insuffiċjenti, u b'dan il-mod kisret l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 253 KE.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni hija bbażata fuq żbalji manifesti ta' liġi u ta' evalwazzjoni, minħabba li l-Kummissjoni ddeduċiet l-eżistenza ta' prattika miftiehma biss mill-istruttura tas-suq, u b'dan il-mod, bi ħsara għar-rikorrenti, qalbet b'mod illeċitu l-oneru tal-prova, mill-mod kif jirriżulta mil-liġi.

Ir-raba' nett, ir-rikorrenti tafferma li huwa b'mod ġuridikament żbaljat li l-Kummissjoni tqis li hemm ksur tal-Artikolu 81 KE, billi tonqos milli tagħraf, li fi ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka konkluż bejn il-membri tas-CISAC skont il-kuntratt mudell CISAC, drittijiet limitati għat-territorju nazzjonali huwa element essenzjali u indispensabbli għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur fuq il-livell internazzjonali u l-espressjoni ta' prinċipju tad-drittijiet tal-awtur li huwa ġeneralment aċċettat, il-prinċipju tat-territorjalità, u li għalhekk tali element ma jikkostitwixxix restrizzjoni għall-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81 KE.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003, L 1, p. 1).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/39


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — AKKA/LAA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-414/08)

(2008/C 313/71)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra/Latvijas Autoru apvienība (AKKA/LAA) (Riga, Latvja) (rappreżentanti: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC) li jallega li 24 mill-assoċjazzjonijiet tas-CISAC (1) stabbiliti fiż-ŻEE, inkluża r-rikorrenti, ħadu sehem fi prattika miftiehma “billi kkordinaw id-definizzjonijiet territorjali tal-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija lil xulxin b'mod li liċenzja tiġi limitata għat-territorju domestiku ta' kull collecting society.”

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili jew identiċi għal dawk imqajmin fil-Kawża T-413/08.


(1)  Tirreferi għall-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet ta' Awturi u Kompożituri (“CISAC”).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — IMRO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-415/08)

(2008/C 313/72)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Irish Music Rights Organisation Ltd (The) — Eagras um Chearta Cheolta (IMRO) (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: M. Favart, lawyer u D. Collins, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali, skont l-Artikolu 230 KE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)3435 finali tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC). B'mod partikolari, ir-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata li d-definizzjonijiet territorjali tal-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija minn collecting society tal-awturi għal oħra huma prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li:

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjon għamlet żball ta' evalwazzjoni, kisret l-Artikolu 81 KE u naqset mill-obbligu tagħha li tindika r-raġunijiet skont l-Artikolu 253 KE meta stabbiliet li d-definizzjoni territorjali parallela inkluża fil-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka konklużi mir-rikorrenti u l-membri l-oħra tas-CISAC hija r-riżultat ta' prattika miftiehma. Hija ssostni li l-provi prodotti mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni mhumiex biżżejjed biex jistabbilixxu li l-aġir parallel mhuwiex ir-riżultat ta' kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni iżda jikkostitwixxi prattika miftiehma. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-preżenza tal-klawżola ta' definizzjoni fil-ftehim reċiproċi kollha tagħha hija ġġustifikata mill-interessi tal-membri tagħha.

It-tieni nett, ir-rikorrenti sussidjarjament issostni li, b'mod kuntrarju għall-konstatazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, id-definizzjoni territorjali mis-soċjetajiet CISAC fil-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka tagħhom ma tirrestrinġix il-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 81(1) KE għaliex tikkonċerna forma ta' kompetizzjoni li ma jisħoqqilhiex protezzjoni. Madankollu, ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk l-allegata prattika miftiehma fuq id-definizzjonijiet territorjali tkun ikkunsidrata li tillimita l-kompetizzjoni, din ma tistax tiġi kkunsidrata illegali jew li tmur kontra l-Artikolu 81(1) KE għaliex hija neċessarja u proporzjonata għal għan leġittimu li jiġu protetti d-drittijiet tal-membri tas-soċjetajiet u tal-awturi.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — EAÜ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-416/08)

(2008/C 313/73)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eesti Autorite Ühing (EAÜ) (Tallin, l-Estonja) (rappreżentant: M. Favart, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta'* Lulju 2008 dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali skont l-Artikolu 230 KE tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)3435 finali tas-16 ta' Lulju 2008 (Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC) dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. B'mod speċifiku r-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata li jgħidu li d-delineazzjonijet territorjali tal-mandati ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija minn soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur lil soċjetà oħra jikkonsistu fi prattiċi mifthiema bi ksur tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mqajma mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk imqajma mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08 IMRO vs Il-Kummissjoni.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/41


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — SPA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-417/08)

(2008/C 313/74)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sociedade Portugesa de Autores CRL (SPA) (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annaullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali tas-16 ta' Lulju 2008 (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE. B'mod partikolari, ir-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata li tiddikjara li l-limiti territorjali tal-mandati reċiproki ta' rappreżentazzjoni mogħtija minn soċjetà ta' awturi lil soċjetà oħra jikkostitwixxu prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 ŻEE.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mqajma mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imqajma mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08, IMRO vs Il-Kummissjoni.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/41


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — OSA vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-418/08)

(2008/C 313/75)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ochranný svaz autorský pro práva k dílům hudebním (OSA) (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC); u

tikkundanna lill-Kummisjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali skont l-Artikolu 230 KE tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)3435 finali tas-16 ta' Lulju 2008) Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE. Preċiżament, ir-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni kkontestata li jistabbilixxu li d-delimitazzjonijiet territorjali tal-mandati ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija minn soċjetà tal-awturi lil oħra jikkostitwixxu prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE.

Il-motivi u argumenti prinċipali mqajjma mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imqajjma mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08 IMRO vs Il-Kummissjoni


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/42


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — LATGA-A vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/08)

(2008/C 313/76)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lietuvos Autorių Teisių Gynimo Asociacijos Agentūra (LATGA-A) (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors ir-rikorrenti qed titlob l-annullament parzjali, skont l-Artikolu 230 KE, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, fil-Każ COMP/C2/38.698 — CISAC dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE. Ir-rikorrenti tikkontesta speċifikament l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata li l-konfini territorjali tal-mandati ta' rappreżentazzjoni reċiproka mogħtija minn soċjetà ta' awturi lil oħra jikkostitwixxu prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mressqa mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imressqa mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08 IMRO vs Il-Kummissjoni.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/42


Rikors ippreżentat fid-29 ta Settembru 2008 — SAZAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-420/08)

(2008/C 313/77)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Združenje skladateljev, avtorjev in založnikov za zaščito avtorskih pravic Slovenije (Sazas) (Trzin, l-Islovenja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC) billi tallega li 24 minn fost is-soċjetajiet ta' CISAC (1) ibbażati fiż-ŻEE, inkluża r-rikorrenti, ħadu sehem fi prattika miftiehma “billi kkordinaw id-deskrizzjoni territorjali tal-mandati rappreżentattivi reċiproċi mogħtija lil xulxin b'mod li jillimita l-liċenzja għat-territorju domestiku ta' kull soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur (collecting society).”

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili jew identiċi għal dawk imqajma fil-Kawża T-413/08.


(1)  Tirreferi għall-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tal-Awturi u tal-Kompożituri (“CISAC”).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/42


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — Performing Right Society vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/08)

(2008/C 313/78)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Performing Right Society Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés u M. Nissen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni datata 16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) minħabba n-nuqqas ta' data tal-bidu tal-perijodu tal-ksur u konsegwentament ta' indikazzjoni ta' kemm dam għaddej il-ksur;

tannulla l-Artikolu 3 u/jew l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni datata 16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 3 u/jew l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni datata 16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) fir-rigward tal-inklużjoni tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti, skont l-Artikolu 230 KE, titlob l-annullament, totali jew parzjali, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).

Taħt l-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li r-raġunament fid-deċiżjoni kkontestata ma jsostnix konstatazzjoni ta' ksur għal xi waħda mit-tliet forom ta' esplojtazzjoni li ġejjin: xandir bis-satellita, ritrażmissjoni on-line u bil-kejbil. Abbażi ta' dan, ir-rikorrenti tħoss li l-Kummissjoni ma pprovdietx provi dwar l-allegata eżistenza ta' prattika miftiehma li kienu involuti fiha l-membri kollha taċ-CISAC miż-ŻEE billi llimitaw il-portata tal-mandati reċiproċi tagħhom għat-territorji rispettivi tagħhom. Skont ir-rikorrenti, dan jikkostitwixxi żball ta' evalwazzjoni u ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 253 KE. Fil-fatt, ir-rikorrenti tissottometti li ma hemmx aġir parallel bejn il-membri kollha taċ-CISAC miż-ŻEE kif juru l-eċċezzjonijiet għad-definizzjoni territorjali msemmija fid-deċiżjoni kkontestata stess. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata ma tagħtix raġunament xieraq peress li ma ssemmix id-data meta beda l-ksur, u għalhekk, il-perijodu tal-ksur, partikolarment tal-prattika miftiehma, biex b'hekk tikser ukoll l-Artikoli 2 u 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).

Taħt it-tieni motiv, ir-rikorrenti tissottometti li r-raġunament fid-deċiżjoni kkontestata huwa żbaljat għaliex ma jippruvax li r-rikorrenti pparteċipat fl-allegata prattika miftiehma. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, hemm spjegazzjoni plawżibbli għall-aġir tagħha minbarra l-eżistenza ta' prattika miftiehma, speċifikament, li hija tagħżel dawk is-soluzzjonijiet li tħoss li huma preferibbli mill-perspettiva kummerċjali. Hija tissottometti, barra minn hekk, li l-Kummissjoni, b'mod konformi mal-ġurisprudenza stabbilita, kellha tivverifika jekk huwiex aġir ekonomiku individwali razzjonali li jiġu appuntati collecting society waħda jew aktar addizzjonali sabiex ikunu jistgħu jikkompetu kemm mal-collecting society lokali u mas-soċjetà li toħroġ il-liċenzji direttament.

Taħt it-tielet motiv imressaq mir-rikorrenti, hija tissottometti li r-rimedji mogħtija mill-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni kkontestata huma legalment inċerti, mhux ġustifikati, mhux meħtieġa u/jew sproporzjonati sabiex iwaqqfu l-allegat ksur.

Taħt ir-raba' motiv, ir-rikorrenti tissottometti li l-Kummissjoni kisret id-dritt tagħha għal smigħ billi ma nfurmathiex bir-raġunijiet għalfejn ma aċċettatx l-impenji proposti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003 L 1, p. 1).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/43


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2008 — INTER-NETT 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI — Unión de Agricultores, S.A. (HUNAGRO)

(Kawża T-423/08)

(2008/C 313/79)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: INTER-NETT 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Inter-Nett 2000 Kft) (Mór, l-Ungerija) (rappreżentant: E. Petruska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unión de Agricultores S.A.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta' Lulju 2008 (Każ R 71/2008-2)

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: INTER-NETT 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “HUNAGRO” għal prodotti u servizi fil-klassijiet 29, 31 u 35 (applikazzjoni Nru 4.508.917),

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Unión de Agricultores S.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja “UNIAGRO” għal prodotti fil-klassi 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, peress li l-UASI interpreta b'mod żbaljat id-dispożizzjoni ċċitata iktar 'il fuq, ksur tal-Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament Nru 40/94, safejn id-deċiżjoni tal-UASI ċaħdet lir-rikorrenti mill-possibbiltà, minn naħa, li tuża l-isem tal-proprjetarju u, min-naħa l-oħra, li tuża indikazzjoni dwar il-provenjenza ġeografika tal-prodotti tagħha.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/44


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 — CEAHR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-427/08)

(2008/C 313/80)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération Européenne des Associations d'Horlogers-Réparateurs (CEAHR) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Mathijsen, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe(2008) D/204448 tal-10 ta' Lulju 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża inkwistjoni, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe(2008) D/204448 tal-10 ta' Lulju 2008 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet, minħabba nuqqas ta' interess Komunitarju, l-ilment tar-rikorrenti dwar l-allegat ksur tal-Artikoli 81 u 82 KE relatat mar-rifjut tal-manifatturi tal-arloġġi li jipprovdu spare parts lil arluġġara indipendenti [Każ C(2008)3600].

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret it-Trattat billi biddlet l-ilment tar-rikorrenti u għaldaqstant, applikat fatti materjalment inkorretti fid-deċiżjoni tagħha.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta' liġi u kisret l-Artikoli 81 u 82 KE billi ddeċidiet li l-manifatturi tal-arloġġi ilmentaw li kellhom pożizzjoni dominanti u li r-rifjut tagħhom li jbigħu spare parts barra mis-sistema ta' distribuzzjoni selettiva jikkostitwixxi abbuż tal-pożizzjoni dominanti tagħhom. Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li kien hemm akkordji jew prattiċi miftiehma bejn il-manifatturi tal-arloġġi.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni abbużat mis-setgħa tagħha billi użat l-argument tan-nuqqas ta' interess Komunitarju wara li saret investigazzjoni tal-ilment tar-rikorrenti matul erba' snin.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tagħti raġunijiet u għalhekk kisret l-Artikolu 253 KE.

Fl-aħħar nett, fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' imparzjalità fl-investigazzjoni tal-ilment tagħha.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/44


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — STEF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-428/08)

(2008/C 313/81)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Samband tónskálda og eigenda flutningsréttar (STEF) (Rejkjavik, l-Islanda) (rappreżentant: H. Melkorka Óttarsdóttir, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament parzjali skont l-Artikolu 230 KE tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008 (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE. B'mod iktar preċiż, ir-rikorrenti tikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata fejn ġie kkonstatat li d-definizzjonijiet territorjali tal-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija minn collecting society ta' awtur lil collecting society ta' awtur ieħor, jikkostitwixxu prattika miftehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 ŻEE.

Ir-rikorrenti ressqet erba' motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet żball ta' evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 81 KE billi ddeċidiet li d-definizzjoni territorjali parallela inkluża fil-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka konklużi bejn ir-rikorrenti u l-membri l-oħra tas-CISAC hija r-riżultat ta' prattika miftehma. Hija tgħid li l-provi ppreżentati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni mhumiex suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-aġir parallel mhuwiex ir-riżultat ta' kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni iżda li jikkostitwixxi tali prattika miftehma. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-inklużjoni ta' klawżola ta' definizzjoni fil-ftehim reċiproċi kollha tagħha hija neċessarja għall-protezzjoni effettiva u suffiċjenti tal-interess tal-awturi rrappreżentati mir-rikorrenti u tal-membri l-oħra tas-CISAC.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tgħid li, kuntrarjament għall-konklużjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, id-definizzjoni territorjali mill-collecting societies tas-CISAC permezz tal-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka tagħhom ma tirrestrinġix il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE peress li l-għan li toħloq u tħares il-kompetizzjoni bejn il-collecting societies tal-awturi huwa inkonsistenti man-natura fundamentali tal-collecting society, li hija li tħares id-drittijiet tal-membri tagħha u li topera esklużivament għall-membri tagħha.

Fit-tielet lok, sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk id-definizzjoni territorjali tikkostitwixxi prattika miftehma fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) KE huma sodisfatti. Hija tgħid li l-prattika kkontestata ttejjeb id-distribuzzjoni tal-mużika, tippermetti li l-konsumaturi jkollhom sehem ġust mill-benefiċċji korrispondenti, ma timponix fuq l-impriżi restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli sabiex jinkiseb għan partikolari u lanqas tagħtihom il-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali tal-prodotti. Għaldaqstant, din il-prattika għandha titqies bħala neċessarja u proporzjonata, fis-sens tal-Artikolu 81(3) KE, fir-rigward tal-għan leġittimu li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-membri tal-collecting societies u tal-awturi.

Fl-aħħar lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tapplika l-Artikolu 151(4) KE fid-deċiżjoni tagħha li jipprovdi li l-Komunità għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat, partikolarment sabiex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/45


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — Grain Millers vs UASI — Grain Millers (GRAIN MILLERS)

(Kawża T-429/08)

(2008/C 313/82)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grain Millers, Inc. (Eden Prairie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grain Millers GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1192/2007-2; u

tikkundanna lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GRAIN MILLERS” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31- applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 363 8657

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: l-“isem kummerċjali”“GRAIN MILLERS” u l-verżjoni figurattiva tagħha

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell stma iktar milli mistħoqq il-valur tal-provi ppreżentati mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tiġġustifika l-preċedenza tad-drittijiet tagħha fuq it-trade mark ċċitata iktar 'il fuq


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/46


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — Grain Millers vs UASI — Grain Millers (GRAIN MILLERS)

(Kawża T-430/08)

(2008/C 313/83)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grain Millers, Inc. (Eden Prairie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grain Millers GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 478/2007-2; u

tikkundanna lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “GRAIN MILLERS” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31- applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 365 0256

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: l-“isem kummerċjali”“GRAIN MILLERS” u l-verżjoni figurattiva tiegħu

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell stma iktar milli mistħoqq il-valur tal-provi ppreżentati mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tiġġustifika l-preċedenza tad-drittijiet tagħha fuq it-trade mark iċċitata iktar 'il fuq


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/46


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 — Bulur Giyim Sanayi ve Ticaret Sirketi vs UASI — Denim (VIGOSS)

(Kawża T-431/08)

(2008/C 313/84)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bulur Giyim Sanayi ve Ticaret Sirketi (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A V Denim, Inc. (li teżerċita l-kummerċ bħala A&V Denim, Inc.) (New York, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Lulju 2008 fil-każ R 1366/2007-2, safejn ċaħdet l-appell imressaq mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-26 ta' Ġunju 2007 dwar l-oppożizzjoni Nru B 923 005; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “VIGOSS” għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva internazzjonali Nru 771 374 “VIGOSS” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Talba parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata u l-kumplament tal-appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 81(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti meta evalwa l-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/47


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 — TONO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-434/08)

(2008/C 313/85)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TONO (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: S. Teigum u A. Ringnes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/C2/38.698 — CISAC;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/C2/38.698 — CISAC fir-rigward tar-ritrażmissjoni bil-kejbil;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha r-rikorrenti qed titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) u b'mod partikolari tal-Artikolu 3 tagħha, li jikkonstata li l-membri tas-CISAC (1) miż-ŻEE ħadu sehem fi prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE “billi kkordinaw id-definizzjonijiet territorjali tal-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija lil xulxin b'mod li liċenzja tiġi limitata għat-territorju domestiku ta' kull collecting society.” Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tar-ritrażmissjoni bil-kejbil.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata kemm minn żbalji ta' fatt u ta' liġi, kif ukoll mill-ksur tal-garanziji proċedurali tar-rikorrenti relattivi għad-dritt tagħha għal smigħ.

Fir-rigward tal-allegati żbalji ta' fatt, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi s-sistema ta' liċenzjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur għal xogħlijiet mużikali u b'hekk anki l-kuntest fattwali Norveġiż.

Fir-rigward tal-allegati żbalji ta' liġi, ir-rikorrenti ssostni dan li ġej:

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha żball proċedurali li għandu jirriżulta fit-tħassir tad-deċiżjoni. Fi ftit kliem, ir-rikorrenti targumenta li d-dritt tagħha għal smigħ inkiser billi d-deċiżjoni finali hija differenti mid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fir-rigward ta' punt fundamentali relattiv għad-deskrizzjoni tal-ksur.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tikkontesta l-fatt li l-inklużjoni ta' definizzjoni territorjali fil-ftehim reċiproċi, li pparteċipat fihom, hija r-riżultat ta' prattika miftiehma bejn il-membri tas-CISAC miż-ŻEE.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kkonkludiet żbaljatament li d-definizzjoni territorjali parallela fir-rigward tar-ritrażmissjoni bil-kejbil tirrestrinġi l-kompetizzjoni bi ksur tal-Artikolu 81(1) KE. Skont ir-rikorrenti, l-allegata prattika miftiehma fuq id-definizzjoni territorjali tirrigwarda tip ta' kompetizzjoni li fih innifsu mhuwiex protett mill-Artikolu 81(1) KE. Barra minn hekk, ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni wettqet żball ta' fatt meta assumiet li jeżisti monopolju nazzjonali fin-Norveġja għall-għoti ta' liċenzji għal ħafna repertorji (multi-repertoire licensing) ta' drittijiet ta' eżekuzzjoni lill-pubbliku li jkopru r-ritrażmissjoni fin-netwerks bil-kejbil. Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni li anki jekk l-allegata prattika miftiehma tiġi kkunsidrata bħala li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, ma tiksirx l-Artikolu 81(1) KE peress li hija neċessarja u proporzjonata għal għan leġittimu, meta jitqiesu r-rekwiżiti partikolari tal-amministrazzjoni tal-liċenzjar, tad-drittijiet tal-artisti, tal-verifika, kontroll u infurzar fir-rigward tar-ritrażmissjoni bil-kejbil.

Fir-raba' lok, ir-rikorrenti ssostni li d-definizzjonijiet territorjali tal-ftehim reċiproċi tagħha huma eżentati skont l-Artikolu 81(3) KE. F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-definizzjonijiet territorjali huma indispensabbli għall-applikazzjoni tal-prinċipji effettivi ta' one-stop-shop u s-sistema estiża ta' liċenzjar Norveġiża, biex b'hekk jiġi ggarantit livell minimu ta' amministrazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jiġu mħarsa l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet.


(1)  Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet ta' Awturi u Kompożituri.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/48


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 — Tokita Management Service vs UASI — Eminent Food (TOMATOBERRY)

(Kawża T-435/08)

(2008/C 313/86)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tokita Management Service Corp. (Saitama, il-Ġappun) (rappreżentanti: P. Brownlow u N. Jenkins, Solicitors u A. Bryson, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eminent Food BV (Bussum, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1219/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “TOMATOBERRY” għal prodotti fil-klassi 31; Applikazzjoni Nru 3 797 909

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Eminent Food BV

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja bir-reġistrazzjoni Nru 3 344 711 tat-trade mark figurattiva “Tomberry” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 31, 35 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat li t-trade marks ikkonċernati huma simili ħafna mill-aspett viżiv kif ukoll mill-aspett kunċettwali; ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u/jew tal-Artikolu 73 u/jew tal-Artikolu 7(4)(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li l-oppożizzjoni għandha tintlaqa' fuq il-bażi tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kienet korretta.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/48


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — CDC Hydrogene Peroxide vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/08)

(2008/C 313/87)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CDC Hydrogene Peroxide (rappreżentant: R. Wirtz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 231(1) KE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej Nru SG.E3/MM/psi D(2008) 6658;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti — li qegħda titlob l-irkupru tad-danni għal impriżi vittmi tal-kartell Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu — tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej Nru SG.E3/MM/psi D(2008) 6658 li tiċħad it-talba tagħha, ibbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolament KE Nru 1049/2001 (1), sabiex tingħata aċċess totali għall-werrej tal-fajl fil-Każ COMP/F/38.620 — perossidu tal-idroġenu u perborat.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-ewwel u tat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, għar-raġuni li l-eċċezzjonijiet stabbiliti b'dawn id-dispożizzjonijiet ġew interpretati jew applikati b'mod żbaljat.

F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka erba' motivi.

Fl-ewwel lok, id-deċiżjoni hija kontra l-prinċipju tal-interpretazzjoni stretta u l-applikazzjoni ristretta tal-eċċezzjonijiet. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta' theddida, konkretament prevedibbli u mhux sempliċement ipotetika, għall-interessi protetti.

Fit-tieni lok, id-deċiżjoni kkontestata hija inkompatibbli mal-prinċipji tad-dritt għal kumpens effettiv għal ksur tad-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni, sa fejn, skont ir-rikorrenti, l-interess tal-partijiet leżi fir-rigward ta' informazzjoni dwar il-ksur għandu jipprevali fuq l-interess ta' ċerti impriżi li ma jiġux żvelati pubblikament id-dettalji dwar il-ksur li l-Kummissjoni takkużahom bih kif ukoll il-portata tal-kooperazzjoni tagħhom mal-Kummissjoni fil-kuntest tal-indulġenza mogħtija lix-xhieda.

Fit-tielet lok, skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata mhijiex ġustifikata għal skopijiet ta' ħarsien ta' interessi kummerċjali skont l-eċċezzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Fir-raba' lok, skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata mhijiex ġustifikata għal skopijiet ta' ħarsien tal-għanijiet tal-attivitajiet tal-ispezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki skont l-eċċezzjoni tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/49


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WORLD CUP 2006)

(Kawża T-444/08)

(2008/C 313/88)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: D. Alexander QC, A. Barav, Barrister, R. Buchel u C. Rassmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero OHG mbH (Stadtallendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1466/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “WORLD CUP 2006” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 152 817

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: (i) Ksur tal-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, prinċipalment, fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, dispożizzjoni li la kienet invokata mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u li lanqas id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ma bbażat ruħha fuqha; (ii) Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra t-trade mark Komunitarja rrreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità fit-totalità tagħha, mill-perspettiva tal-konsumatur medju u milli japplika l-liġi relevanti dwar l-evalwazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew servizzi li saret applikazzjoni għalihom; u (iii) Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex il-karattru distintiv neċessarju; u (iv) Ksur tal-Artikoli 7(3) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kinitx kisbet karattru distintiv għal servizzi fil-klassi 41.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/50


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (GERMANY 2006)

(Kawża T-445/08)

(2008/C 313/89)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: D. Alexander QC, A. Barav, Barrister, R. Buchel u C. Rassmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero OHG mbH (Stadtallendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1467/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “GERMANY 2006” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 18, 19, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 153 005

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: (i) Ksur tal-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, prinċipalment, fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, dispożizzjoni li la kienet invokata mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u li lanqas id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ma bbażat ruħha fuqha; (ii) Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra t-trade mark Komunitarja rrreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità fit-totalità tagħha, mill-perspettiva tal-konsumatur medju u milli japplika l-liġi relevanti dwar l-evalwazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew servizzi li saret applikazzjoni għalihom; u (iii) Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex il-karattru distintiv neċessarju; u (iv) Ksur tal-Artikoli 7(3) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kinitx kisbet karattru distintiv għal servizzi fil-klassi 41 u għall-prodotti kollha li huma suġġetti għall-bejgħ.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/50


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WM 2006)

(Kawża T-446/08)

(2008/C 313/90)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: D. Alexander QC, A. Barav, Barrister, R. Buchel u C. Rassmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero OHG mbH (Stadtallendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1468/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “WM 2006” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 155 521

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: (i) Ksur tal-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, prinċipalment, fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, dispożizzjoni li la kienet invokata mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u li lanqas id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ma bbażat ruħha fuqha; (ii) Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra t-trade mark Komunitarja rrreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità fit-totalità tagħha,, mill-perspettiva tal-konsumatur medju u milli japplika l-liġi relevanti dwar l-evalwazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew servizzi li saret applikazzjoni għalihom; u (iii) Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex il-karattru distintiv neċessarju; u (iv) Ksur tal-Artikoli 7(3) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kinitx kisbet karattru distintiv għal servizzi fil-klassi 41.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/51


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WORLD CUP GERMANY)

(Kawża T-447/08)

(2008/C 313/91)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale de Football Association (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: D. Alexander QC, A. Barav, Barrister, R. Buchel u C. Rassmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero OHG mbH (Stadtallendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-30 ta' Ġunju 2008 fil-każ R 1469/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “WORLD CUP GERMANY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 42 — Reġistrazzjoni tat-Trade mark Komunitarja Nru 2 152 635

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: (i) Ksur tal-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, prinċipalment, fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, dispożizzjoni li la kienet invokata mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u lanqas id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ma qagħdet fuqha; (ii) Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità fit-totalità tagħha, mill-perspettiva tal-konsumatur medju u milli japplika l-liġi rilevanti dwar l-evalwazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew tas-servizzi li saret applikazzjoni għalihom; u (iii) Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta ddeċieda li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex il-karattru distintiv neċessarju.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/52


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WORLD CUP 2006 GERMANY)

(Kawża T-448/08)

(2008/C 313/92)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: D. Alexander QC, A. Barav, Barrister, R. Buchel u C. Rassmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero OHG mbH (Stadtallendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1470/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “WORLD CUP 2006 GERMANY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 6, 7, 8, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 25, 28, 29, 30, 32, 35, 36, 37, 38, 41 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 047 843

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: (i) Ksur tal-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, prinċipalment, fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, dispożizzjoni li la kienet invokata mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u li lanqas id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ma bbażat ruħha fuqha; (ii) Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra t-trade mark Komunitarja rrreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità fit-totalità tagħha,, mill-perspettiva tal-konsumatur medju u milli japplika l-liġi relevanti dwar l-evalwazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew servizzi li saret applikazzjoni għalihom; u (iii) Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex il-karattru distintiv neċessarju.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/52


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ottubru 2008 — Stim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/08)

(2008/C 313/93)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå (Stim) u.p.a. (Stockholm, l-Iżvezja) (rappreżentanti: C. Thomas, Solicitor u N. Pourbaix, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 u 4(2), u l-Artikolu 4(3) safejn jirreferi għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE fil-Każ COMP/C2/38.698 — CISAC;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) u, b'mod partikolari, tal-Artikolu 3 tagħha, li stabbilixxa li l-membri tal-CISAC (1) taż-ŻEE li ħadu sehem f'prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikoli 53 ŻEE billi kkoordinaw il-linji territorjali tal-mandati rappreżentattivi reċiproċi mogħtija lil xulxin b'mod li jillimita l-liċenzja għat-territorju domestiku ta' kull soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li ġej:

Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 151(4) KE peress li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni biżżejjed il-konsegwenzi tad-diversità kulturali fl-Ewropa billi talbet li tintemm il-prattika miftiehma allegata fuq il-linji territorjali tal-mandati mogħtija minn soċjetajiet għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur taż-ŻEE lil soċjetajiet għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur taż-ŻEE oħra sabiex joħorġu liċenzji tar-ripertorju tagħhom għall-użu tas-satellita, tal-kejbil u tal-internet. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni ser tikkawża ħsara lid-diversità kulturali fl-Ewropa, peress li kompożituri li huma inqas kulturalment magħrufa se jitilifu ċ-ċertezza li għandhom taħt is-sistema attwali, dik li l-mużika tagħhom tkun liċenzjata u li dħul ikun irċevut fir-rigward tat-territorji kollha li fihom tindaqq il-mużika tagħhom.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni li hija identifikat hija fittizzja jew, l-iktar l-iktar, marġinali. Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, mhemm ebda restrizzjoni tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 81(1) KE. Għalhekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta' liġi jew żball manifest ta' evalwazzjoni, meta applikat id-dispożizzjoni msemmija iktar 'il fuq. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni setgħet legalment eżentat il-prattika miftiehma skont l-Artikolu 81(3) KE. Billi m'għamlitx hekk, hija kkawżat għalxejn dannu għad-diversità kulturali fl-Ewropa.


(1)  Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tal-Awturi u tal-Kompożituri.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/53


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni vs Acentro Turismo

(Kawża T-460/08)

(2008/C 313/94)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu, bħala aġent, A. Caeiros, bħala aġent)

Konvenuta: Acentro Turismo SpA (Milan, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

tikkundanna lill-kumpannija Acentro Turismo S.p.A. għall-ħlas tas-somma ta' EUR 1 349 776 bħala ammont prinċipali.

tikkundanna l-imsemmija kumpannija għall-ħlas tas-somma ta' EUR 227 855 bħala interessi għal dewmien li skadew fid-data tal-preżentazzjoni ta' dan ir-rikors, kif ukoll għall-ħlas tal-interessi għal dewmien li għandhom jiskadu wara d-data tal-preżentazzjoni ta' dan ir-rikors u sad-data ta' meta effettivament isir il-ħlas tal-ammont prinċipali, li għandu jiġi kkalkolat sussegwentement skont ir-rata tal-imgħax stabbilita fid-dritt Taljan.

tikkundanna l-imsemmija kumpannija għall-ħlas tal-interessi moratorji abbażi tal-imsemmija interessi għal dewmien li skadew fi-data tal-preżentazzjoni ta' dan ir-rikors, li għandhom jiġu kkalkolati sussegwentement skont id-data tal-ħlas tal-imsemmija intressi kif ukoll skont ir-rata tal-imgħax stabbilita fid-dritt Taljan.

tikkundanna l-imsemmija kumpannija għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors il-Kummissjoni Ewropea, bħala rappreżentanta tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tikkundanna lill-kumpannija Taljana, Acentro Turismo S.p.A., għall-ħlas tas-somma ta' EUR 1 349 746, flimkien mal-interessi ta' dewmien, dovuta abbażi tar-regoli ta' eżekuzzjoni pprovduti fil-kuntratt tal-provvista ta' servizzi Nru 349-90-04 TL ISP I, konkluż fl-1990 u intiż li jattribwixxi lil din il-kumpannija l-funzjoni ta' aġenzija tal-vjaġġi għad-destinazzjoni ta' Ispra.

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li l-kumpannija Acentro ma ħallsitx żewġ irċevuti, li nħarġu mill-Kummissjoni nnfisha abbażi tal-Artikolu 8 tal-kuntratt inkwistjoni u li l-eżistenza ta' dan il-kreditu hija suffiċjentement sostnuta mill-kontenut ta' dan il-kuntratt, u għalhekk il-kreditu inkwistjoni jidher li huwa ċert, likwidu u dovut.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/53


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Zeta Europe vs UASI (Superleggera)

(Kawża T-464/08)

(2008/C 313/95)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Zeta Europe B.V. (Het Ambacht, L-Olanda) (rappreżentanti: V. Bilardo, avukat, C. Bacchini, avukat, M. Mazzitelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Lulju 2008 fil-Każ R0666/2008-1 mogħtija fir-rigward tar-rikorrenti,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark imħallta “Superleggera” (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5.456.207), għal prodotti fil-klassijiet 12, 18 u 25.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Rifjut tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, wara li ġie stabbilit li t-trade mark inkwistjoni huwa kompost mill-aġġettiv “superleggera” u li b'hekk dan jiġi mifhum bħala indikazzjoni deskrittiva tal-piż tal-prodotti.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Il-ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll tal-Artikoli 73 u 74 tiegħu.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/54


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 — Stephens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-438/03) (1)

(2008/C 313/96)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 47, 21.2.2004.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/55


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta' Ottubru 2008 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-49/06) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2005)

(2008/C 313/97)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad A*11 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.

2)

B. Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 154, 1.7.2006, p. 26.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/55


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Spee vs Europol

(Kawża F-121/06) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Remunerazzjoni - Artikoli 28 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Europol - Skali mogħtija fuq il-bażi tal-evalwazzjoni - Retroattività tar-regoli li għandhom jiġu applikati - Metodu ta' kalkolu)

(2008/C 313/98)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: David Spee (Rijswijk, l-Olanda) (rappreżentant: D.C. Coppens, avukat)

Konvenut: L-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: Urban u D. Neumann, imbagħad D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. van der Hout, avukati)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni ta' Europol tal-5 ta' Lulju 2006 li tattribwixxi lir-rikorrent waħda biss miż-żewġ skali msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Europol.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006, p. 84.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/55


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Settembru 2008 — Dragoman vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-147/06) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' ammissjoni għall-eżami orali)

(2008/C 313/99)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Adriana Dragoman (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: S. Mihailescu, imbagħad G.-F. Dinulescu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Herrmann u M. Velardo, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/44/06 CJ, intiża sabiex tistabbilixxi lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' ġuristi lingwisti tal-lingwa Rumena, li tagħti lir-rikorrenti marka ta' 18/40 għall-eżami tagħha bil-miktub (b) u li ma tħallix lil din tal-aħħar tipparteċipa fl-eżami orali tal-imsemmija kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007, p. 48.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/56


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Settembru 2008 — Lafili vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 723/2004 (KEE, KEEA) - Artikoli 44 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Promozzjoni - Klassifikazzjoni - Fattur tal-multiplikazzjoni)

(2008/C 313/100)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paul Lafili (Genk, il-Belgju) (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, H. Kraemer u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AD 13, skala 5, li tinsab f'nota tad-DG ADMIN tal-11 ta' Mejju 2006 u fin-nota tal-paga ta' Ġunju 2006 u fin-noti tal-paga sussegwenti, inkwantu din id-deċiżjoni tikser, b'mod partikolari, l-Artikoli 44 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-Artikolu 7 ta' l-Anness XIII ta' l-imsemmija regolamenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kap tad-Diviżjoni A 6 “Struttura tal-karrieri, evalwazzjoni u promozzjoni” tad-Direttorat Ġenerali “Persunal u Amministrazzjoni” tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-11 ta' Mejju 2006, hija annullata.

2)

P. Lafili għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta' P. Lafili.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007, p. 59.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/56


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Ottubru 2008 — Barbin vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-44/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura għall-għoti ta' punti ta' mertu fil-Parlament Ewropew - Illegalità tal-istruzzjonijiet li jirregolaw din il-proċedura - Eżami komparattiv tal-merti)

(2008/C 313/101)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, imbagħad minn C. Burgos, A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta' Ottubru 2006 li tagħti lir-rikorrenti punt wieħed ta' mertu skont il-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, dikjarazzjoni tal-illegalità tal-punt I.2(c) tal-“Miżuri ta' implementazzjoni li jirrigwardaw l-għoti ta' punti ta' mertu u l-promozzjoni” tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2006.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007, p. 45.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/57


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-22 ta' Ottubru 2008 — Tzirani vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Ħatra fi grad - Promozzjoni - Kariga ta' Direttur - Ċaħda tal-kandidatura - Eżekuzzjoni tas-sentenza li tannulla deċiżjoni ta' ħatra - Ammissibbiltà)

(2008/C 313/102)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marie Tzirani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Awwissu 2006 li terġa taħtar lil D.J. għall-kariga ta' Direttur tad-Direttorat B “Regolamenti tal-Persunal: politika, ġestjoni u konsulenza” tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Persunal u Amministrazzjoni”, u, għaldaqstant, li tiċħad il-kandidatura tagħha għal din l-istess kariga u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Kummissjoni għal ħlas ta' kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta' ċaħda tal-kandidatura ta' M. Tzirani għall-kariga ta' Direttur tad-Direttorat B “Regolamenti tal-Persunal: politika, ġestjoni u konsulenza” tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Persunal u Amministrazzjoni” tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-ħatra ta' D.J għall-kariga ta' Direttur tad-Direttorat B “Regolamenti tal-Persunal: politika, ġestjoni u konsulenza” tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Persunal u Amministrazzjoni” tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-30 ta' Awwissu 2006, hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tħallas lil M. Tzirani l-ammont ta' EUR 10 000 bħala danni u interessi.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn M. Tzirani.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007, p. 42.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/57


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta' Settembru 2008 — Bui Van vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-51/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Klassfikazzjoni fil-grad u skala - Klassifikazzjoni irregolari - Irtitrar ta' att ivvizzjat minn illegalità - Aspettattivi leġittimi - Terminu raġjonevoli - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal amministrazzjoni tajba)

(2008/C 313/103)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Bui Van (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u R. Albelice, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Komuni ta' Riċerka tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2006 sa fejn irriklassifikat lir-rikorrent fil-grad AST 3, filwaqt li inizjalment kien ikklassifikat fil-grad AST 4, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tħallas lil P. Bui Van is-somma ta' EUR 1 500 bħala danni.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

P. Bui Van għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż ta' P. Bui Van.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007, p. 43.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Ottubru 2008 — Barbin vs Il-Parlament

(Kawża F-81/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni tal-2006 - Eżami komparattiv tal-meriti)

(2008/C 313/104)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti, u sussegwentement C. Burgos, A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AD 12 fil-proċedura ta' promozzjoni tal-2006.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2006 li ma tippromwovix lil F. Barbin fil-proċedura ta' promozzjoni tal-2006 hija annullata.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007, p. 43.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Settembru 2008 — Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-103/07) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Référendaire - Artikolu 2(ċ) tal-KIIO - Att li jikkawża preġudizzju - Rabta ta' fiduċja)

(2008/C 313/105)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Radu Duta (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Krieg, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: M. Schauss, aġent]

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta' Ġunju 2007 tal-“Kummissjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza kompetenti biex tiddeċiedi dwar l-ilmenti” li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrent għal pożizzjoni ta' référendaire ma' mħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens simboliku ta' euro għad-dannu sostnut.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 315, 22.12.2007, p. 45 u ĠU C 79, 29.3.2008, p. 39 (rettifika).


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta' Settembru 2008 — Smadja vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-135/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Ħatra - Klassifikazzjoni fi skala - Ħatra mill-ġdid tar-rikorrent fl-istess pożizzjoni wara l-annullament tal-ewwel ħatra tagħha minn sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Prinċipju ta' proporzjonalità - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Obbligu tal-premura)

(2008/C 313/106)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Daniele Smadja (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewroepj (rappreżentanti: D. Martin u K. Hermann, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li taħtar lir-rikorrenti, uffiċjal inizjalment ikklassifikat fil-grad A*15, skala 4, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tagħha fil-Grad A*15, skala 1, wara l-ħatra mill-ġdid tagħha għall-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat RELEX.B, wara l-annullament tal-ewwel ħatra tagħha u, min-naħa l-oħra, talba għal dannu morali u materjali.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-21 ta' Diċembru 2006, li tiffissa l-klassifikazzjoni ta' Smadja fil-grad A*15, skala 1, b'anzjanità fl-iskala għall-1 ta' Novembru 2005, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008, p. 35.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/59


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Wenig vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-80/08)

(2008/C 313/107)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Wenig (Woluwe Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: G.-A Dal, D. Voillemot u D. Bosquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi lir-rikorrent u li tordna li tinżamm is-somma ta' EUR 1 000 fix-xahar mir-remunerazzjoni tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2008 li tissospendi lir-rikorrent u li tordna li tinżamm is-somma ta' EUR 1 000 fix-xahar mir-remunerazzjoni tiegħu, u dan skont l-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/59


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Ketselidou vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-81/08)

(2008/C 313/108)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Zoe Ketselidou (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrenti dwar ir-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz għall-pensjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni matul it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta' Jannar 2008 li biha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet it-talba mressqa mir-rikorrenti sabiex issir ir-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz għall-pensjoni li hija kisbet minn skema ta' pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej wara t-trasferiment tad-drittijiet tagħha għal pensjoni mill-fondi Elleniċi;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/59


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2008 — Gheysens vs Il-Kunsill

(Kawża F-83/08)

(2008/C 313/109)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Johan Gheysens (Mechelen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-ingaġġ tar-rikorrent sa fejn din tillimita l-perijodu tal-kuntratt għal sentejn u l-klassi fil-grupp ta' funzjoni III, grad 11, skala 1, kif ukoll tal-illegalità tal-Artikolu 88 tal- Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (CEOS) sa fejn dan jawtorizza l-użu suċċessiv ta' kuntratti għal perijodu fiss għal limitu totali ta' tliet snin.

Motivi u argumenti prinċipali

Tikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema oħra sa fejn dan jawtorizza l-użu suċċessiv ta' kuntratti għal perijodu fiss għal limitu totali ta' tliet snin;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kundizzjoni tal-ingaġġ tar-rikorrent sa fejn din tillimita l-perijodu tal-kuntratt tiegħu għal sentejn u l-klassi fil-grupp tal-funzjoni III, grade 11, skala 1.

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/60


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2008 — Notarnicola vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-85/08)

(2008/C 313/110)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pietro Notarnicola (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Gross, avocat)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tinforma lir-rikorrent dwar it-tkeċċija tiegħu, kif ukoll li r-rikorrent jitqiegħed mill-ġdid fil-funzjoni li kien fiha qabel u, sussidjarjament, il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' somma bħala kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta' Lulju 2008, u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta' Marzu 2008 li tinforma lir-rikorrent dwar it-tkeċċija tiegħu mill-15 ta' April 2008;

terġa' tqiegħed lir-rikorrent fil-pożizzjoni ta' membru tal-persunal kuntrattwali skont il-kuntratt tat-23 ta' Awwissu 2007, bil-ħlas retroattiv tas-salarju mis-16 ta' April 2008, sad-data tad-deċiżjoni;

sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' EUR 60 500 għad-dannu materjali u EUR 5 000 għad-dannu morali subit mir-rikorrent.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/60


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta' Settembru 2008 — Tsarnavas vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/08) (1)

(2008/C 313/111)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 158, 21.6.2008, p. 28.


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/60


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta' Ottubru 2008 — Klug vs EMEA

(Kawża F-59/08) (1)

(2008/C 313/112)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008, p. 62.


Rettifikazzjonijiet

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/61


Corrigendum għall-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-kawża T-283/08 P

(“ Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 272 tal-25 ta' Ottubru 2008, p. 28 ”)

(2008/C 313/113)

It-test korrett tal-komunikazzjoni fil-ĠU fil-kawża T-283/08 P, Longinidis vs Cedefop huwa kif ġej:

“Appell imressaq fis-16 ta' Lulju 2008 minn P. Longinidis mis-sentenza mogħtija fl-24 ta' April 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-74/06, Longinidis vs Cedefop

(Kawża T-283/08 P)

(2008/C 272/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellant: Pavlos Longinidis (il-Greċja) (rappreżentanti: P. Giatagantzidis u S. Stavropoulou, avukati)

Appellata: Cedefop

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 April 2008 fil-kawża F-74/06, Pavlos Longinidis vs Cedefop;

tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta' Novembru 2005 tad-direttriċi ta' Cedefop li ttemm il-kuntratt ta' impjieg għal żmien indefinit tal-appellant fl-appell tal-4 ta' Marzu 2003 u kull att amministrattiv konness ieħor;

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta' Novembru 2005 tad-direttriċi ta' Cedefop li temenda l-kompożizzjoni tal-bord tal-appell ta' Cedefop u kull att aministrattiv konness ieħor;

tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta' Mejju 2006 tal-bord tal-appell ta' Cedefop li ċaħdet l-ilment tal-appellant fl-appell tat-28 ta' Frar 2006 u kull att amministrattiv konness ieħor;

tilqa' r-rikors tad-19 ta' Ġunju 2006 imressaq mill-appellant;

tikkundanna lil Cedefop għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fir-rikors tiegħu, l-appellant talab, b'mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tad-direttriċi ta' Cedefop li ttemm il-kuntratt għal żmien indefinit tiegħu. Ir-rikors tiegħu ġie miċħud b'sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta' April 2008.

L-appellant iqis li s-sentenza appellata ngħatat bi ksur tar-regoli dwar l-amministrazzjoni tal-provi peress li hija bbażata fuq elementi li ma nġabitx il-prova tagħhom. B'mod partikolari, meta t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eżamina l-argument ta' l-appellant li l-motivi tat-tkeċċija tiegħu ġew ikkomunikati lilu verbalment waqt il-laqgħa tat-23 ta' Novembru 2005, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta' liġi meta emenda s-suġġett tal-prova.

Barra minn hekk, l-appellant isostni li s-sentenza appellata hija vvizzjata b'insuffiċjenza ta' motivi. B'mod aktar preċiż, huwa jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma mmotivax biżżejjed l-evalwazzjoni tiegħu dwar il-fatt li l-appellant kien ġie informat suffiċjentement u kif xieraq dwar il-motivi tat-tkeċċija tiegħu u li ma speċifikax il-fatti kollha li, fil-fehma tiegħu, wasslu għat-tkeċċija tiegħu.

Barra minn hekk, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għamel interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju fuq il-punti li ġejjin: fl-ewwel lok, huwa jqis li, fid-dawl ta' ċerti fatti f'din il-kawża, l-osservanza tal-obbligu ta' motivazzjoni huwa assigurat biss bin-notifika bil-miktub tal-motivi tat-tkeċċija tiegħu, fit-tieni lok, li t-tkeċċija tiegħu minħabba fatt iżolat tirriżulta minn żball manifest ta' evalwazzjoni u, fit-tielet lok, li d-drittijiet tad-difiża tiegħu kienu miksura peress li nstema' biss meta d-deċiżjoni ta' tkeċċija tiegħu kienet diġà ttieħdet, peress li ebda investigazzjoni u ebda proċedura dixxiplinari ma kienet saret f'dan ir-rigward u peress li l-elementi essenziali tal-proċess ma ġewx innotifikati lilu, bħalma lanqas ma ntalbet il-fehma tiegħu dwar is-suġġett tal-fatti li fuqhom ġie akkużat.

Fl-aħħar nett, l-appellant iqis li l-ilment tiegħu tat-28 ta' Frar 2006 kontra d-deċiżjoni ta' tkeċċija ma ġiex deċiż b'mod oġġettiv u imparzjali mill-bord tal-appell ta' Cedefop.”


6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.