ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
2008/C 251/01 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 251/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5284 — Klépierre/ABP/Steen & Strøm) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 251/03 |
||
2008/C 251/04 |
||
2008/C 251/05 |
||
2008/C 251/06 |
||
2008/C 251/07 |
Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2007 li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38.629 — Lastiku Chloroprene) ( 1 ) |
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2008/C 251/08 |
||
2008/C 251/09 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 251/10 |
||
2008/C 251/11 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 251/12 |
||
|
||
2008/C 251/13 |
||
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Bank Ċentrali Ewropew
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/1 |
Rakkomandazzjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2008/9)
(2008/C 251/01)
NOTA TA' SPJEGA
1. INTRODUZZJONI
Fit-23 ta' Novembru 1998 il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (1). Numru ta' emendi għandhom jiġu kkunsidrati sabiex iżommu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 bħala strument effettiv biex jitwettaq ix-xogħol ta' ġbir ta' tagħrif statistiku tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ).
Skond l-Artikolu 107(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-BĊE kien ressaq ir-Rakkomandazzjoni BĊE/1998/10 lill-Kunsill għal Regolament tal-Kunsill (KE) dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (2). Huwa għalhekk xieraq li tinżamm l-istess proċedura biex jiġu ppreżentati l-emendi proposti għar-Regolament (KE) Nru 2533/98.
2. KUMMENTI DWAR L-ARTIKOLI
Artikolu 1
Referenza ġenerali għall-kompiti tas-SEBĊ
L-Artikolu 5.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawn 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jipprovdi li l-Kunsill jiddefinixxi l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li huma soġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtar. L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 2(1) ta' Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdu li l-BĊE jista' jiġbor it-tagħrif statistiku neċessarju biex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ. L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jidentifika l-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza minn fejn il-BĊE jiġbor it-tagħrif statistiku u jagħmel lista ta' għanijiet statistiċi speċifiċi għal xiex it-tagħrif jista' jinġabar. Iżda, id-dejta qiegħda tinġabar darba biss u tintuża għal iktar minn għan statistiku wieħed, sabiex jitnaqqas il-piż ta' rappurtar. B'riżultat ta' dan, konnessjoni individwali bejn il-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza u tipi speċifiċi ta' statistika ma saritx effettiva u dawn id-dispożizzjonijiet għandhom bżonn jiġu emendati.
Minkejja din ir-referenza ġenerali għax-xogħlijiet tas-SEBĊ, il-BĊE jirrakkomanda li jipprovdi lista indikattiva tal-għanijiet statistiċi li għalihom tinġabar l-istatistika mingħand il-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza. Din tista' tinkludi li ġej:
— |
“statistika monetarja u finanzjarja”: it-terminu huwa iktar xieraq minn dak użat bħalissa “statistika monetarja u bankarja”, minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji u ż-żieda fil-kumplessità ta' strumenti finanzjarji, |
— |
“statistika fuq ħlas u sistemi ta' ħlas”: minflok “statistika fuq sistemi ta' ħlas” biex ikun iċċarat li l-għanijiet għalfejn tinġabar l-istatistika huma biex ikopru dejta fuq ħlas bħala parti mill-istatistika fuq sistemi ta' ħlas. L-Artikolu 105(2) tat-Trattat jagħti lis-SEBĊ il-mandat biex jiġi promoss it-tħaddim bla xkiel tas-sistemi tal-ħlas. F'dan il-kuntest, tagħrif komprensiv kemm dwar l-infrastrutturi tal-ħlas kif ukoll dwar il-ħlasijiet magħmula permezz ta' dawn l-infrastrutturi huma neċessarji għat-tfassil tal-politika tal-BĊE inkluża s-sorveljanza ta' dawn l-infrastrutturi tas-suq, |
— |
“statistika dwar bilanċ tal-ħlas u pożizzjoni ta' investiment internazzjonali”, |
— |
“statistika dwar l-istabbilità finanzjarja”: billi l-Artikolu 105(5) tat-Trattat jipprovdi li s-SEBĊ għandha tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-linji politiċi segwiti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza prudenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja, jista' jkun meħtieġ li tinġabar dejta statistika dwar makro-prudenza. |
Aġġustament tal-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza
Is-swieq finanzjarji qegħdin issir iktar kumplessi, bi tkabbir fir-rabtiet bejn it-transazzjonijiet finanzjarji u l-pożizzjonijiet fil-karta tal-bilanċ ta' tipi differenti ta' intermedjarji finanzjarji, bħal istituzzjonijiet monetarji u finanzjarji, kumpaniji tal-assigurazzjoni u koroprazzjonijiet għal għanijiet finanzjarji. Dan jista' jimplika li l-BĊE jeħtieġ statistika komparabbli, frekwenti u puntwali għal dawn is-sottosetturi, sabiex ikun jista jkompli jwettaq il-kompiti tiegħu. Għalhekk, il-BĊE għandu jkun jista' jiġbor it-tagħrif statistiku neċessarju jekk il-merti ta' dan huma ta' vantaġġ fuq l-ispejjeż u jekk dan it-tagħrif mhux ġa qiegħed jinġabar minn korpi oħra. Bħala konsegwenza, il-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza għandha issa tinkludi s-settur ta' korporazzjonijiet finanzjari bħala wieħed sħiħ. Partikolarment, din għandha tinkludi l-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni (ICPF), li jirrappreżentaw it-tieni l-ikbar sottosettur ta' korporazzjonijiet finanzjarji fiż-żona tal-euro fit-termini ta' attiv finanzjarju. Flimkien ma' dan, l-għarfien tal-implikazzjonijiet finanzjarji tal-għomor itwal kif ukoll iċ-ċaqliq ġenerali lejn skemi ta' pensjoni ffinanzjati aktarx li jżid l-importanza tas-sottosettur ICPF għat-tfassil tal-politika tal-BĊE. Relatat ma' dan, dawn l-istituzzjonijiet qegħdin jimmaniġġjaw il-portafoll tagħhom b'mod aktar attiv milli kienu jagħmlu fil-passat, u dan ikompli jżid ir-relevanza tagħhom għall-politika monetarja.
Flimkien ma' dan, awżiljarji finanzjarji għandhom rwol importanti fis-suq finanzjarju u fl-interazzjonijiet tagħhom ma' sottosetturi finanzjarji oħra. Għalhekk, huwa importanti li tkun tista' tinġabar ukoll l-istatistika minn dawn l-istituzzjonijiet jekk dan jitqies neċessarju.
Finalment, minħabba l-emendi li se jsiru għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (3), dan ir-Regolament għandu jagħmel referenza dinamika għalih.
Arranġamenti tranżitorji se jsiru permanenti
Ir-rappurtar ta' pożizzjonijiet madwar pajjiżi fiż-żona tal-euro u t-transazzjonijiet relatati għandhom jiġu permessi fuq bażi permanenti. Dan huwa neċessarju għall-kumpilazzjoni ta' bilanċi ta' ħlas u kontijiet finanzjarji ta' kwalità għolja fiż-żona tal-euro. Il-qafas legali kurrenti waqqaf dan ir-rappurtar għal perjodu tranżitorju waqt is-snin bikrin ta' munita waħda. Iżda, l-esperjenza wriet li dan ir-rappurtar jibqa' indispensabbli biex jingħelbu r-restrizzjonijiet fis-sistemi ta' kollezzjoni ta' dejta u biex jitnaqqas il-piż ta' rappurtar.
Prinċipji statistiċi
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandu jirreferi għall-prinċipji tal-istatistika li jirregolaw l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ. Kemm l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 ma jsemmux il-prinċipji tal-istatistika, waqt li l-Artikolu 285(2) tat-Trattat, li jirregola l-istatistika tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE), b'mod espliċitu jfisser il-prinċipji li jirregolaw il-produzzjoni ta' statistika tal-Komunità (4). Permezz tal-inklużjoni tal-prinċipji tal-istatistika tas-SEBĊ fir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jiġi ċċarat li l-attivitajiet statistiċi tas-SEBĊ huma rregolati minn dawn il-prinċipji. Dan ukoll juri li l-komunità tal-istatistika Ewropea għandha l-istess konvinzjonijiet fundamentali għalkemm hija organizzata fuq bażi parallela ta' żewġ sistemi u strutturi ta' tmexxija.
Reġim ta' kunfidenzjalità
Skambju ta' tagħrif kunfidenzjali fis-SEBĊ
Sabiex jiġi minimizzat il-piż ta' rappurtar u biex tinġabar dejta darba biss, kif ukoll biex tiġi żgurata il-kwalità għolja tal-istatistika prodotta u t-twettiq kif suppost tal-kompiti tas-SEBĊ, jeħtieġ li jiġi estiż l-iskambju ta' tagħrif ta' statistika kunfidenzjali fis-SEBĊ. Barra dan, hemm il-bżonn ta' ċarezza legali għat-trażmissjoni ta' tagħrif kunfidenzjali bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u bejn il-BĊNi. Għal dan il-għan, din it-trażmissjoni ta' tagħrif statistiku kunfidenzjali miġbur skond l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ għandha tkun possibbli, sakemm din hi neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew għall-iżvilupp, għall-produzzjoni jew t-tixrid effiċjenti ta' tagħrif jew biex tiżdied il-kwalità tiegħu. Għall-istess raġuni, tagħrif disponibbli diġà għandu jintuża b'mod massimu, mingħajr ma jingħata każ għalfejn dan kien inġabar oriġinarjament waqt li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tiegħu jekk dan ikun meħtieġ. Fil-fatt, it-tagħrif isir tagħrif statistiku jekk jintuża għall-kumpilazzjoni ta' statistika mingħajr ma jingħata każ għalfejn dan kien inġabar oriġinarjament.
Skambju ta' tagħrif kunfidenzjali bejn is-SEBĊ u s-SSE
L-iskambju estiż ta' tagħrif kunfidenzjali bejn is-SEBĊ u s-SSE huwa neċessarju biex jitnaqqas il-piż ta' rappurtar jew għall-iżvilupp, il-kumpilazzjoni u t-tixrid effiċjenti tal-istatistika Ewropea, jew biex tiżdied il-kwalità tagħha. Dan l-iskambju għandu jkun organizzat b'mod li tinżamm il-kunfidenza tal-aġenti ta' rappurtar fil-protezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali. Dispożizzjonijiet simili li jiżguraw dan l-iskambju ta' tagħrif kunfidenzjali bejn is-SSE u s-SEBĊ għandu jkun imniżżel fir-Regolament (KE) Nru 2533/98 u fir-regolament propost dwar Statistika Ewropea. Għandhom japplikaw il-prinċipji ta' gwida li ġejjin:
(1) |
l-iskambju ta' dejta kunfidenzjali bejn is-SEBĊ u s-SSE għandu jseħħ jekk dan huwa neċessarju biex jitnaqqas il-piż ta' rappurtar jew għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew it-tixrid effiċjenti tal-istatistika Ewropea jew biex tiżdied il-kwalità tagħha; |
(2) |
l-iskambju ta' dejta kunfidenzjali bejn is-SEBĊ u s-SSE għandu jseħħ għal għanijiet statistiċi biss: jiġifieri, esklużivament għall-kumpilazzjoni ta' statistika fl-isfera ta' kompetenza rispettiva tagħhom; |
(3) |
l-iskambju ta' dejta kunfidenzjali għandu jiġi protett minn kwalunkwe żvelar illegali; |
(4) |
is-SEBĊ u s-SSE għandhom jinfurmaw lill-aġenti ta' rappurtar li jistgħu jiskambjaw id-dejta kunfidenzjali; |
(5) |
fl-interessi taċ-ċarezza, miżuri ta' protezzjoni ta' kunfidenzjalità uniformi għandhom jiġu applikati għall-iskambju ta' dejta kunfidenzjali bejn is-SEBĊ u s-SSE. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni huma spjegati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru [XX] fuq Statistika Ewropea. |
Il-qafas legali propost ma jaffetwa ebda ftehim f'livell nazzjonali fuq l-iskambju ta' tagħrif statistiku kunfidenzjali għajr dak it-tagħrif msemmi f'din ir-rakkomandazzjoni.
Ir-reġim il-ġdid ta' kunfidenzjalità għandu l-iskop li jirrifletti d-dispożizzjonijiet korrispondenti li jinsabu fl-Opinjoni CON/2007/35 tal-14 ta' Novembru 2007 fuq it-talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolamenttal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Statistika Ewropea (5), sabiex l-istess mekkaniżmu ta' trażmissjoni jintuża għat-trasferiment ta' dejta mis-SSE għas-SEBĊ u għat-trasferiment ta' dejta mis-SEBĊ għas-SSE.
Aċċess għal tagħrif statistiku kunfidenzjali li ma jiġix identifikat direttament għal għanijiet ta' riċerka
Aċċess għal tagħrif statistiku kunfidenzjali li ma jistax jiġi identifikat direttament huwa meħtieġ dejjem aktar għal għanijiet ta' riċerka, per eżempju biex jiġi analizzat u miftiehem l-iżvilupp fis-setturi u fost il-pajjiżi. Bħalissa, il-qafas legali jipprovdi primarjament għal aċċess deċentralizzat ta' korpi xjentifiċi ta' riċerka għal dan it-tagħrif statistiku fuq bażi nazzjonali. Għalhekk dan għandu jiġi msaħħaħ b'qafas legali xieraq fil-livell tas-SEBĊ li jippermetti li l-korpi ta' riċerka xjentifika jingħataw aċċess għal dan it-tagħrif statistiku kunfidenzjali, waqt li jinżammu proċeduri stretti ta' kunfidenzjalità.
Rakkomandazzjoni għal:
“REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawn 'il quddiem l-‘Istatut’), u partikolarment l-Artikolu 5.4 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru [XX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Statistika Ewropea,
Bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 107(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 42 tal-Istatut,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/1998 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (6) huwa parti importanti mill-qafas legali li jgħin fil-kompiti tal-BĊE li jiġbor tagħrif statistiku mgħejjun mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-BĊE konsistentement serraħ fuqu biex iwettaq u biex jimmonitorja l-ġbir koordinat ta' tagħrif statistiku neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). |
(2) |
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jinżamm bħala strument effettiv tal-BĊE biex iwettaq ix-xogħlijiet ta' ġbir ta' tagħrif statistiku tas-SEBĊ u biex tiġi ggarantita d-disponibbiltà kontinwa għall-BĊE għal tagħrif statistiku ta' kwalità neċessarja u li jkopri l-isfera tal-kompiti tas-SEBĊ huwa essenzjali li jiġi rivedut l-iskop tar-rekwiżiti ta' rappurtar li jimponi dan ir-Regolament. F'dan il-kuntest, hemm bżonn li tingħata attenzjoni mhux biss għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u għall-indipendenza tagħha, imma wkoll għall-prinċipji ta' statistika pprovduti f'dan ir-Regolament. |
(3) |
Huwa neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2533/98 jiġi emendat biex il-BĊE jkun jista' jiġbor it-tagħrif statistiku li għandu bżonn biex jitwettqu l-kompiti tas-SEBĊ mogħtija mill-Istatut. Skond dan, l-għanijiet għalfejn jista' jinġabar it-tagħrif statistiku jridu jinkludu l-kumpilazzjoni tat-tagħrif makro-prudenzjali meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ taħt l-Artikolu 105(5) tat-Trattat. |
(4) |
Għall-iskop ta' rekwiżiti ta' rappurtar neċessarji għat-twettieq tal-kompiti tas-SEBĊ hemm bżonn li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi strutturali fis-swieq finanzjarji u li jiġu ndirizzati rekwiżiti relatati ta' tagħrif statistiku li kienu jidhru inqas fiż-żmien li r-Regolament (KE) Nru 2533/98 kien adottat. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġi permess il-ġbir ta' tagħrif statistiku mis-settur kollu ta' korporazzjonijiet finanzjarji, u partikolarment mingħand il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni li jirrappreżentaw it-tieni l-akbar sottosettur ta' korporazzjonijiet finanzjarji fiż-żona tal-euro f'termini ta' assi finanzjarji. |
(5) |
Sabiex tkun tista' ssir kumpilazzjoni kontinwa ta' statistika dwar bilanċi ta' ħlas ta' kwalità suffiċjenti, huwa neċessarju li jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta' rappurtar imposti b'konnessjoni mad-dejta dwar il-pożizzjonijiet u t-transazzjonijiet bejn ir-residenti ta' Stati Membri parteċipanti. |
(6) |
Riċerkaturi għandhom bżonn dejjem aktar għal aċċess għal tagħrif statistiku kunfidenzjali li ma jistax jiġi identifikat direttament biex jiġi analizzat u miftiehem l-iżvilupp fis-setturi u fost il-pajjiżi. Għalhekk huwa importanti li l-BĊE u l-BĊNi jitħallew jagħtu aċċess lil korpi ta' riċerka xjentifika għal dan it-tagħrif statistiku dettaljat fil-livell tas-SEBĊ, waqt li jinżammu proċeduri stretti ta' kunfidenzjalità. |
(7) |
Biex jintaqqas il-piż ta' rappurtar fuq l-aġenti ta' rappurtar u biex jiġu żgurati l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid effiċjenti ta' kwalità għolja ta' statistika, u t-twettiq kif suppost tal-kompiti tas-SEBĊ, huwa neċessarju li jiġi permess l-użu massimu ta' tagħrif eżistenti biex tiġi kkumpilata l-istatistika, inkluż l-iskambju ta' tagħrif statistiku kunfidenzjali fis-SEBĊ. |
(8) |
Barra dan, huwa importanti li tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-SEBĊ u Sistema ta' Statistika Ewropea, notevolment biex jitrawwem l-iskambju ta' data kunfidenzjali bejn iż-żewġ sistemi għal għanijiet statistiċi, fid-dawl tal-Artikolu 285 tat-Trattat u l-Artikolu 5 tal-Istatut. |
(9) |
Statistika Ewropea qiegħda u sa tiġi żviluppata, prodotta u mxerrda mis-SEBĊ u mis-SSE iżda taħt qafas legali separat li jirrefletti l-istrutturi tat-tmexxija rispettivi tagħhom. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru [XX]. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1(4) huwa emendat kif ġej: il-kliem ‘fl-Anness A’ għandhom jinbidlu bil-kliem ‘fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità;’. |
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
4. |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
5. |
L-Annessi A u B huma mħassra. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[data]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.”
Magħmul fi Frankfurt am Main, 15 ta' Settembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU C 246, 6.8.1998, p. 12.
(3) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.
(4) “Statistika tal-Komunità” hija parti mill-“istatistika Ewropea” msemmija fil-premessi tar-Regolament (KE) Nru [XX] fuq Statistika Ewropea.
(5) ĠU C 291, 5.12.2007, p. 1.
(6) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5284 — Klépierre/ABP/Steen & Strøm)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 251/02)
Fit-23 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5284. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/7 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
It-2 ta' Ottubru 2008
(2008/C 251/03)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3903 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
146,45 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4599 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,78720 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,7273 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5732 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
162,02 |
NOK |
Krona Norveġiża |
8,2910 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,764 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
243,88 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7097 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,4088 |
RON |
Leu Rumen |
3,8095 |
SKK |
Krona Slovakka |
30,331 |
TRY |
Lira Turka |
1,8130 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7676 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4804 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,8014 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,0754 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0057 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 704,58 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,6734 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,5215 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,1094 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 110,53 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7917 |
PHP |
Peso Filippin |
65,350 |
RUB |
Rouble Russu |
35,9529 |
THB |
Baht Tajlandiż |
47,381 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,7201 |
MXN |
Peso Messikan |
15,3667 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/8 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-abozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/38.629 — Chloroprene Rubber (1)
Relatur: Franza
(2008/C 251/04)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-prodott u ż-żona ġeografika affettwata mill-kartell. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni li l-kartell jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-dewmien tal-ksur, li hu ta' 9 snin għal Bayer, DuPont, Denka, Enichem u Tosoh u ta' 6 snin u xahar għal Dow u DPE. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma bejn il-produtturi tal-chloroprene rubber fiż-ŻEE seta' kellhom effett sostanzjali fuq in-negozju bejn l-Istati Membri. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni rigward id-destinatarji ta' l-abbozz ta' deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati. |
7. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li tista' tiġi imposta multa lid-destinatarji ta' l-abbozz ta' deċiżjoni. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mar-raġunament tal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multi. |
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea taċ-ċirkostanzi mitiganti u aggravanti. |
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni ta' l-avviż tal-Kummissjoni ta' l-2002 dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi. |
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/9 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-30 ta' Novembru 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbuta mal-Każ COMP/38.629 — Lastiku Chloroprene(2)
Rapporteur: Franza
(2008/C 251/05)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multi. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żieda fuq l-ammont bażiku tal-multi minħabba ċirkustanzi aggravanti. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żieda fuq l-ammont bażiku biex jiġi żġurat effett deterrenti suffiċjenti. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi skond l-Avviż ta' Klemenza 2002. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multi. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-publikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/10 |
Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Seduta tal-Każ COMP/38.629 — Chloroprene Rubber
(Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)
(2008/C 251/06)
L-abbozz ta' Deċiżjoni fil-każ imsemmi hawn fuq jagħti lok għall-osservazzjonijiet li ġejjin.
L-investigazzjoni f'dan il-każ bdiet wara applikazzjoni għall-immunità skond in-notifika tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f'multi f'każijiet ta' kartell (l-Avviż ta' Klemenza) (1) minn Bayer AG tat-18 ta' Diċembru 2002. Fis-27 ta' Jannar 2003, il-Kummissjoni tat lil Bayer AG immunità kundizzjonali f'konformità mal-punt 8(a) ta' l-Avviż ta' Klemenza.
Fis-27 ta' Marzu u d-9 ta' Lulju 2003 l-Kummissjoni wetqet ispezzjonijiet għall-għarrieda fil-bini ta' Dow Deutschland Inc. u Denka Chemicals GmbH, rispettivament.
Sussegwentement, l-impriżi Tosoh, DuPont Dow Elastomers (DDE), Syndial u Polimeri ppreżentaw applikazzjonijiet skond l-Avviż ta' Klemenza.
Fit-13 ta' Marzu 2007 l-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet indirizzata lil 12-il entità legali li jappartjenu għal 6 gruppi differenti ta' impriżi: Bayer AG, DuPont (E.I. DuPont de Nemours and Company, DuPont Performance Elastomers LLC u DuPont Performance Elastomers SA), Dow Chemical Company, Denka (Denki Kagaku Kogyo KK u Denka Chemicals GmbH, Eni (Eni SpA, Syndial SpA u Polimeri Europa SpA) u Tosoh (Tosoh Corporation u Tosoh Europe BV).
Fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet il-Kummissjoni kkunsidrat li d-destinatarji kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu mill-inqas mit-13 ta' Mejju 1993 sa mill-inqas it-13 ta' Mejju 2002. Il-ftehim ta' kartell kien jikkonsisti f'allokazzjoni tas-suq u tal-klijenti, ftehimiet dwar il-prezzijiet u skambju ta' informazzjoni sensittiva.
Id-destinatarji tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet ingħataw aċċess għall-fajl fil-forma ta' DVD. Barra minn hekk, ingħataw aċċess għad-dikjarazzjonijiet orali u d-dokumenti ppreżentat lill-Kummissjoni fil-qafas ta' l-Avviż ta' Klemenza fil-bini tal-Kummissjoni.
Oriġinarjament il-partijiet ingħataw limitu ta' żmien ta' 6 ġimgħat minn jirċievu id-DVD sabiex iwieġbu d-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Wara li saru talbiet, ingħatat estensjoni, ta' madwar ġimgħatejn, lill-partijiet kollha. L-ebsa mill-partijiet ma talbuni iktar estensjonijiet u l-partijiet kollha wieġbu fil-ħin.
Sar smigħ orali fil-21 ta' Ġunju 2007. Dawk kollha involuti fil-proċedimenti kienu rrappreżentati waqt is-smigħ.
Wara s-sottomissjonijiet miktuba u orali tal-partijiet ġew irtirati l-oġġezzjonijiet li ġew ippreżentati kontra Syndial essenzjalment fuq il-bażi li Polimeri, suċċessur ekonomiku ta' Syndial, għandu jinżamm responsabbli għall-parteċipazzjoni ta' Syndial fil-kartell.
Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-deċiżjoni jirrigwarda biss l-oġġezzjonijiet li l-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom fir-rigward tagħhom.
Inqis li d-dritt li wieħed jinstema' ġie rrispettat f'dan il-każ għall-parteċipanti kollha fil-proċedimenti.
Brussell, 3 ta' Diċembru 2007.
Karen WILLIAMS
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/11 |
Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-5 ta' Diċembru 2007
li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE
(Każ COMP/38.629 — Lastiku Chloroprene)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 251/07)
Fil-5 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Fit-23 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni emendat din id-deċiżjoni Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) il-Kummissjoni b'dan qiegħda tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kuntest ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Id-Deċiżjoni ġiet indirizzata lil Bayer AG, E.I. DuPont de Nemours and Company, DuPont Performance Elastomers S.A., DuPont Performance Elastomers L.L.C., The Dow Chemical Company, Denki Kagaku Kogyo K.K., Denka Chemicals GmbH, ENI S.p.A., Polimeri Europa S.p.A., Tosoh Corporation, Tosoh Europe B.V.. |
(2) |
Il-ħdax-il entità legali msemmijin hawn fuq (li huma proprjetà ta' sitt impriżi, uħud minnhom miżmuma responsabbli bħala kumpaniji prinċipali), ħadu sehem fil-ksur ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE billi pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu bejn it-13 ta' Mejju 1993 u t-13 ta' Mejju 2002 fl-industrija tal-lastiku chloroprene fiż-ŻEE. |
(3) |
Il-karatteristiċi ewlenin tal-ksur kienu jinkludu: qbil bejn il-kompetituri dwar l-allokazzjoni u l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-ishma tas-suq u kwoti ta' bejgħ tal-lastiku chloroprene, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' diversi żidiet fil-prezz, ftehim dwar prezzijiet minimi, l-allokazzjoni ta' klijenti, l-iskambju ta' informazzjoni kompetittivament sensittiva, il-parteċipazzjoni fl-laqgħat regolari u kuntratti oħra biex jintlaħaq qbil dwar ir-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq u l-implimentazzjoni tagħhom fi ħdan iż-ŻEE. |
2. L-INDUSTRIJA TAL-LASTIKU CHLOROPRENE
(4) |
Il-prodott ikkonċernat, il-lastiku chloroprene (minn hawn 'il quddiem: LC), huwa lastiku sintetiku li huwa polimer artifiċjali li jaġixxi bħala elastomer. Karatteristika mekkanika partikolari ta' elastomer hija l-kapaċità li jiġġebbed ħafna iżjed mill-biċċa l-kbira ta' materjali oħra meta jkun taħt pressjoni filwaqt li xorta waħda jerga' jiġi lura għad-daqs oriġinali tiegħu mingħajr ma sseħħ deformazzjoni permanenti. Il-LC għandu saħħa mekkanika tajba, reżistenża tajba kontra l-ożonu u l-elementi tat-temp, jirreżisti tajjeb l-effetti taż-zmien, diffiċili biex jieħu n-nar, għandu reżistenza tajba kontra l-kimiki, reżistenza moderata kontra ż-zejt u l-fjuwil u jaderixxi tajjeb ma' bosta substrati. Il-LC huwa prinċipalment utilizzat fil-produzzjoni ta' partijiet tekniċi magħmulin mill-lastiku (kejbils, manek, ċinturini tat-tip V, ċinturini għat-tranżmissjoni ta' l-enerġija eċċ), għal adeżivi fl-industrija taż-żraben u l-għamara (qigħan, tkaken, tessuti miksijin eċċ.) u bħala latex għall-produzzjoni ta' tagħmir tal-bugħaddasa, modifikazzjonijiet tal-bitumen u qigħan ta' ġewwa taż-żraben. |
(5) |
Il-valur tas-suq taż-ŻEE ta' l-LC fl-2001 kien ta' madwar EUR 160 miljun. Il-provvisti tal-produtturi indirizzati fid-deċizjoni ammontaw għall-mija fil-mija tad-domanda tas-suq taż-ŻEE. |
3. PROĊEDURA
(6) |
F'Diċembru 2002, il-kumpanija Bayer infurmat lill-Kummissjoni bl-eżistenza ta' kartell fis-settur tal-LC u esprimiet ix-xewqa li tikkoopera mal-Kummissjoni skond it-termini ta' l-Avviż ta' Klemenza ta' l-2002. L-ewwel sottomissjoni ta' Bayer ġiet segwita minn numru ta' sottomissjonijiet oħra. Bid-deċiżjoni tas-27 ta' Jannar 2003, il-Kummissjoni tat lil Bayer immunità kondizzjonali mill-multi. |
(7) |
Fis-27 ta' Marzu 2003, il-Kummissjoni wettqet spezzjoni mhux imħabbra fl-istabbiliment ta' Dow Deutschland Inc. f'Schwalbach li kkonċernat il-każ preżenti kif ukoll il-każijiet tal-Kummissjoni COMP/38542-EPDM, COMP/38637-BR u COMP/38638-ESBR. Fid-9 ta' Lulju 2003, spezzjoni mhux imħabbra twettqet fuq l-istabbiliment ta' Denka f'Düsseldorf. |
(8) |
Fil-15 ta' Lulju 2003, Tosoh ressqet applikazzjoni ta' klemenza li ġiet segwita minn diversi sottomissjonijiet oħra. Din l-applikazzjoni ta' klemenza ġiet segwita minn applikazzjoni minn DDE ( in-negożju konġunt ta' DuPont u Dow) f'Novembru 2003. |
(9) |
Wara li rċeviet l-ewwel talba għall-informazzjoni, Polimeri u sussidjarja oħra ta' ENI sottomettiet applikazzjoniet ta' klemenza f'April ta' l-2005. |
(10) |
Fit-13 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni bdiet il-proċeduri u adottat Stqarrija ta' Oġġezzjonijiet (SO) li tikkonċerna ksur ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u ksur ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Dawk kollha li ġew indirizzati mis-SO bagħtu kummenti bil-miktub bħala risposta għall-oġġezzjonijiet li tressqu mill-Kummissjoni Smigħ Orali tal-każ sar fil-21 ta' Ġunju 2007. Il-partijiet kollha eżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu |
4. IT-TĦADDIM TAL-KARTELL
(11) |
L-evidenza f'idejn il-Kummissjoni turi b'mod konkret u fit-tul li Bayer, Denka, DDE (DuPont/Dow impriża konġunta), DuPont, ENI u Tosoh kienu involuti fi ksur uniku, kumpless u kontinwu ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward tal-LC. |
(12) |
Il-ksur dam għaddej mill-inqas bejn it-13 ta' Mejju 1993 u t-13 ta' Mejju 2002, kopra l-biċċa l-kbira tat-territorju taż-ŻEE u jittratta dwar ftehim u/jew prattiċi miftiehma bl-għan li jsir ftehim dwar l-allokazzjoni u l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-ishma tas-suq u kwoti ta' bejgħ tal-lastiku chloroprene, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' diversi żidiet fil-prezz, ftehim dwar prezzijiet minimi, allokazzjoni ta' klijenti, u l-iskambju ta' informazzjoni sensittiva mil-lat tal-kompetizzjoni. |
(13) |
L-obbjettivi bażiċi tal-ftehim tal-kartell kienu li l-friża ta' l-ishma tal-kompetituri fis-suq tal-LC, ir-reġjonalizzazzjoni tal-produzzjoni u l-provvista, l-eliminazzjoni tad-differenzi fil-prezzijiet Ewropej bejn it-Tramunata u n-Nofsinhar ta' l-Ewropa u jżidu l-prezzijiet jew jostakolaw tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodotti magħmulin mil-LC. |
(14) |
Id-Deċiżjoni tiddeskrivi fid-dettall l-evidenza li nstabet dwar diversi laqgħat bejn rappreżentanti ta' l-impriżi involuti matul il-perjodu tal-ksur, fejn fihom sar ftehim dwar l-ishma tas-suq li se jieħu kull produttur ta' l-LC f'reġjuni differenti madwar id-dinja Evidenza ulterjuri turi li saru diskussjonijiet dettaljati dwar prezzijiet u żidiet fil-prezzijiet fl-Ewropa u skambju ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva. Il-ftehim dwar s-sehem tas-suq u prezzijiet kien implimentat b'mod ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom kien issorveljat tajjeb mill-parteċipanti fil-kartell. |
5. RIMEDJI
5.1. L-ammont bażiku tal-multa
(15) |
L-ammont bażiku tal-multa huwa ddeterminat bħala proporzjon tal-valur tal-bejgħ tal-LC magħmul minn kull impriża fiż-żona ġeografika rilevanti matul l-aħħar sena sħiħa ta' negozju li matulha jkun seħħ il-ksur (“l-ammont varjabbli”), immultiplikat bl-għadd ta' snin li matulhom ikun seħħ il-ksur, kif ukoll ammont addizzjonali, ukoll ikkalkulat bħala proporzjon tal-valur tal-bejgħ, li hu maħsub li jkabbar l-element ta' deterrent fejn jidħlu l-ftehimiet orizzontali dwar arranġament ta' prezzijiet (“il-miżata tad-dħul”). |
(16) |
Skond il-Linji ta' Gwida dwar il-multi, il-kriterji li jridu jiġu kkunsidrati biex ikunu stabbiliti dawn il-proporzjonijiet huma, fost l-oħrajn, in-natura tal-ksur (f'dan il-każ ftehimiet orizzontali dwar arranġament ta' prezzijiet) u s-sehem konġunt tas-suq ta' l-impriżi li pparteċipaw fil-ksur (f'dan il-każ 100 %), l-iskop ġeografiku (iż-ZEE) u l-implimentazzjoni. |
(17) |
Meta wieħed jikkunsidra li l-ksur dam għaddej għal 9 snin, l-ammont varjabbli huwa mmultiplikat b'9 ( bl-eċċezzjoni ta' DOW, li saret parti mill-ftehim permezz tal-formazzjoni ta' impriża konġunta DDE f'April ta' l-1996). |
5.2. Aġġustamenti fl-ammont bażiku
5.2.1. Ċirkostanzi aggravanti: Reċidività
(18) |
Fiż-żmien tal-ksur, Bayer u ENI kienu diġà ġew indirizzati lejhom deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar attivitajiet ta' kartelli. Il-fatt li dawn l-impriżi reġgħu wettqu l-istess tip ta' mġiba kummerċjali fl-istess industrija jew f'setturi differenti, li fihom diġá ġew immultati qabel, juri li l-ewwel multi ma kinux biżżejjed biex iħajru lil dawn l-impriżi jtejbu l-imġiba kummerċjali tagħhom. Dan jiġġustifika żieda fl-ammont bażiku impost fuq Bayer u ENI fuq kont ta' reċidività. |
5.2.2. Ċirkostanzi attenwanti
(19) |
Il-partijiet argumentaw għall-applikazzjoni ta' sensiela ta' ċirkostanzi attenwanti bħal rwol passiv jew minuri fil-kartell, terminazzjoni kmieni tal-ksur, involviment limitat fil-ksur, kooperazzjoni effettiva li ma taqax taħt l-Avviż ta' Klemenza, in-nuqqas ta' implimentazzjoni fil-ftehim tal-kartell u koerżjoni. Dawn l-argumenti kollha ġew rifjutati mid-Deċizjoni |
5.2.3. Żidiet speċifiċi bħala deterrent
(20) |
Għaldaqstant u b'konformità mad-deċiżjonijiet ta' qabel, sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa fl-livell li jiżgura li dan l-ammont ikollu effett deterrenti suffiċjenti, il-Kummisssjoni kkunsidrat li huwa xieraq li jiġi applikat fattur ta' multiplikazzjoni għall-multi imposti fuq ENI u Dow. Fl-2005, l-aktar sena finanzjarja reċenti ta' qabel id-Deċiżjoni, id-dħul totali ta' ENI kien ta' EUR 86,10 biljun, id-dħul totali ta' Dow kien EUR 39,12 biljun. |
5.3. Applikazzjoni tal-limitu tal-volum tal-bejgħ ta' 10 %
(21) |
L-ammonti finali individwali tal-multi kkalkolati qabel l-applikazzjoni ta' l-Avviz ta' Klemenza kienu taħt l-10 % tad-dħul dinji ta' l-impriżi indirizzati. |
5.4. Applikazzjoni ta' l-Avviż ta' Klemenza ta' l-2002: immunità u t-tnaqqis tal-multi
(22) |
Bayer, Tosoh, DuPont/DDE, Polimeri u sussidjara ulterjuri ta' ENI kkooperaw mal-Kummissjoni f'stadji differenti ta' l-investigazzjoni bl-għan li se jingħataw trattament favorevoli stipulat mill-Avviż ta' Klemenza ta' l-2002, applikabbli għall-każ preżenti. |
5.4.1. Immunità
(23) |
Bayer kienet l-ewwel impriża li infurmat lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' kartell fis-setttur tal-LC li taffettwa is-suq taż-ŻEE. Għalhekk Bayer tikkwalifika għall-immunità. |
5.4.2. Tnaqqis fil-multi
(24) |
Tosoh kienet it-tieni kumpanija li indirizzat lill-Kummissjoni. Il-kooperazzjoni ta' Tosoh ġiet ippremjata b'tnaqqis ta' 50 % tal-multa. |
(25) |
DDE (DuPont/Dow) offriet li tikkoopera mal-Kummissjoni f'Novembru 2003. Il-kooperazzjoni tagħa ġiet ippremjata b'tnaqqis ta' 25 % tal-multa. |
(26) |
Fir-rigward ta' Polimeri u sussidjara oħra ta' ENI, li sottomettew applikazzjoni taħt l-Avviż ta' Klemenza f'April 2005, id-deċiżjoni kkonkludiet li l-ebda waħda minnhom ma pprovdiet valur miżjud sinjifikanti fi ħdan it-tifsira tal-punt 21 ta' l-Avviż ta' Klemenza 2002. Għalhekk il-Kummissjoni ma tat l-ebda tnaqqis fil-multa lil dawn iż-żewġ kumpaniji. |
6. DEĊIŻJONI
(27) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni u t-tul ta' żmien ta' l-involviment tagħhom kienu kif ġej:
|
(28) |
B'konformità mal-premessi msemmija hawn fuq, ġew imposti l-multi li ġejjin:
|
(29) |
L-impriżi elenkati fil-premessa 6 għandhom immedjatament iwaqqfu l-ksur imsemmi fil-premessa (2), sakemm ma għamlux dan diġà u għandhom iżommu lura milli jirrepetu kwalunkwe att jew imġiba deskritti fil-premessa (2), u minn kwalunkwe att jew imġiba li għandhom l-istess għan jew effett. |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/14 |
KUNTATTI GĦAT-TRESSIQ TA' TALBIET GĦALL-INTERVENT TA' L-AWTORITAJIET DOGANALI FIR-RIGWARD TA' OĠĠETTI SUSPETTATI LI JIKSRU ĊERTI DRITTIJIET TA' PROPRJETÀ INTELLETTWALI
(2008/C 251/08)
Lista tas-servizzi doganali ddeżinjati mill-Istati Membri biex jirċievu u jittrattaw talbiet għall- intervent nazzjonali jew tal-Komunità, stabbilit skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (1).
Il-lista hija ppubblikata skond l-Artikolu 8(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 (2).
Stat Membru |
Servizz doganali kompetenti biex jirċievi u jittratta t-talbiet |
|||||||||||||||||||
IL-BELĠJU |
|
|
||||||||||||||||||
IL-BULGARIJA |
|
|
||||||||||||||||||
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
|
|||||||||||||||||||
ID-DANIMARKA |
|
|||||||||||||||||||
IL-ĠERMANJA |
|
|||||||||||||||||||
L-ESTONJA |
|
|||||||||||||||||||
L-IRLANDA |
|
|||||||||||||||||||
IL-GREĊJA |
|
|
||||||||||||||||||
SPANJA |
|
|||||||||||||||||||
FRANZA |
|
|||||||||||||||||||
L-ITALJA |
|
|||||||||||||||||||
ĊIPRU |
Διεύθυνση:
Ταχυδρομική Διεύθυνση:
|
Address:
Postal address:
|
||||||||||||||||||
IL-LATVJA |
|
|||||||||||||||||||
IL-LITWANJA |
|
|||||||||||||||||||
IL-LUSSEMBURGU |
|
|||||||||||||||||||
L-UNGERIJA |
|
|||||||||||||||||||
MALTA |
|
|||||||||||||||||||
L-OLANDA |
|
|||||||||||||||||||
L-AWSTRIJA |
|
|||||||||||||||||||
IL-POLONJA |
|
|||||||||||||||||||
IL-PORTUGALL |
|
|||||||||||||||||||
IR-RUMANIJA |
|
|||||||||||||||||||
IS-SLOVENJA |
|
|||||||||||||||||||
IS-SLOVAKKJA |
|
|||||||||||||||||||
IL-FINLANDJA |
|
|||||||||||||||||||
L-IŻVEZJA |
|
|||||||||||||||||||
IR-RENJU UNIT |
|
(1) ĠU L 197, 2.8.2003, p. 10.
(2) ĠU L 328, 30.10.2004, p. 16.
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/18 |
Proċeduri ta' xoljiment
Deċiżjoni biex jinfetħu proċeduri ta' xoljiment rigward ta' Black Sea and Baltic General Insurance Company Limited
(Il-pubblikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u x-xoljiment ta' impriżi ta' l-assigurazzjoni)
(2008/C 251/09)
Impriża ta' l-assigurazzjoni |
Black Sea and Baltic General Insurance Company Limited, 12 Plumtree Court, London, EC4A 4HT, United Kingdom |
Id-data, id-dħul fis-seħħ u n-natura tad-deċiżjoni |
Fit-23 ta' Lulju 2008, skont it-Taqsima 125 tal-Att ta' Insolvenza tal-1986, inħareġ Ordni ta' Stralċ obbligatorju kontra Black Sea Baltic General Insurance Company Limited u skont it-Taqsima 136 tal-Att ta' Insolvenza tal-1986 ir-Riċevitur Uffiċjali nħatar bħala Likwidatur |
L-awtoritajiet kompetenti |
Financial Services Authority, 25 The North Colonnade, Canary Wharf, London, E14 5HS, United Kingdom |
L-awtorità ta' sorveljanza |
Financial Services Authority, 25 The North Colonnade, Canary Wharf, London, E14 5HS, United Kingdom |
Il-likwidatur maħtur |
The Official Receiver, Public Interest Unit, 21 Bloomsbury Street,London WC1B 3SS, United Kingdom E-mail: piu.or@insolvency.gsi.gov.uk |
Il-Liġi applikabbli |
Ir-Renju Unit Fil-Każ tal-Black Sea Baltic General Insurance Company Limited kif ukoll Fil-Każ tal-Att ta' Insolvenza tal-1986 u Fil-Każ tar-Regolamenti tal-Assiguratur tal-2004 (Ir-Riorganizzazzjoni u l-Istralċ) |
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/19 |
Sejħa għall-proposti — Proġett pilota li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti
(2008/C 251/10)
1. |
Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali għall-Ambjent, l-Unità tal-Protezzjoni Ċivili, qed tniedi Sejħa għall-proposti bil-għan li tidentifika proġetti li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti, li jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju fil-qafas ta' proġett pilota fis-settur tal-protezzjoni ċivili Dan l-appoġġ finanzjarju ser ikun f'forma ta' għotjiet. |
2. |
L-oqsma kkonċernati, in-natura u l-kontenut ta' l-azzjonijiet, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-finanzjament huma stabbiliti fil-Gwida dwar l-Applikazzjoni għall-Għotja rilevanti, li fiha wkoll struzzjonijiet dettaljati ta' fejn u meta għandha tiġi mressqa l-proposta. Il-gwida, kif ukoll l-applikazzjonijiet għall-għotjiet relevanti jistgħu jitniżżlu mill-websajt Europa hawnhekk: http://ec.europa.eu/environment/funding/intro_en.htm |
3. |
Il-proposti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-Gwida dwar l-Applikazzjoni għall-Għotja sal-21 ta' Novembru 2008. Il-proposti għandhom jitwasslu bil-posta jew bil-courier privat sa mhux aktar tard mill-21 ta' Novembru 2008 (l-evidenza għandha tkun id-data ta' meta ntbagħtet, il-marka tal-posta jew id-data li tidher fil-formola tad-depożitu). Jistgħu wkoll jitwasslu personalment fl-indirizz speċifiku indikat fil-Gwida sa mhux aktar tard mill-21 ta' Novembru 2008 fil-17.00 (l-evidenza għandha tkun il-konferma ta' l-irċevuta ddatata u ffirmata mill-uffiċjal responsabbli). Proposti mibgħuta sad-data ta' l-għeluq iffissata imma li jaslu għand il-Kummissjoni wara l-4 ta' Diċembru 2008 (l-aħħar data tal-wasla) ma jitqisux bħala eliġibbli. Huwa d-dmir ta' l-organizzazzjoni applikanti li tiżgura li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex id-data ta' l-għeluq tiġi rrispettata. Mhumiex se jiġu aċċettati proposti mibgħuta bil-feks, bil-posta elettronika, applikazzjonijiet mhux kompluti, jew applikazzjonijiet mibgħuta f'bosta partijiet. |
4. |
Il-proċedura għall-għoti ta' l-għotjiet hija skedata kif ġej:
Il-benefiċjarji se jintgħażlu abbażi tal-kriterji stipulati fil-gwida msemmija fil-punt I.2 u fil-limiti tal-baġit disponibbli. Fl-eventwalità ta' approvazzjoni mill-Kummissjoni, jiġi konkluż ftehim ta' għotja (magħmul f'euro) bejn il-Kummissjoni u l-parti li tressaq il-proposta. Il-proċedura hija strettament kunfidenzjali. |
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/20 |
Taħriġ għal imħallfin nazzjonali fil-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE u kooperazzjoni ġudizzjarja bejn imħallfin nazzjonali
(2008/C 251/11)
Sejħa ġdida għal proposti dwar taħriġ għal imħallfin nazzjonali fil-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE u kooperazzjoni ġudizzjarja bejn imħallfin nazzjonali ġiet ippublikata fuq:
http://ec.europa.eu/dgs/competition/proposals2/
Id-data ta' l-għeluq għall-applikazzjoni: 9 ta' Jannar 2009.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Kummissjoni
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/21 |
Avviż ta' bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam
(2008/C 251/12)
Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1) tal-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam ('il-pajjiżi kkonċernati'), il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (2).
1. It-talba għal reviżjoni
It-talba tressqet fit-30 ta' Ġunju 2008 mill-Konfederazzjoni Ewropea tal-Industrija tax-Xedd tas-Saqajn (CEC) (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw il-proporzjon prinċipali, f'dan il-każ aktar minn 35 % tat-total tal-produzzjoni tal-Komunità ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda.
2. Il-prodott
Il-prodott ikkonċernat huwa xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda jew kompost tal-ġilda, minbarra xedd tas-saqajn sportivi, xedd tas-saqajn li jinvolvu xi teknoloġija speċjali, papoċċi u xedd tas-saqajn oħra għal ġewwa u xedd tas-saqajn b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba', li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Vjetnam (il-'prodott ikkonċernat'), bħalissa klassifikabbli bil-kodiċi NM 6403 20 00, ex 6403 51 05, ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 05, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 05, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 05, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss bħala tagħrif.
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri applikabbli bħalissa huma dazji anti-dumping defnittivi imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (3) fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam, estiżi mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2008 (4) għal importazzjonijiet tal-istess prodott, ikkonsenjati mill-Makaw SAR, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Makaw u kemm jekk le.
4. Ir-raġunijiet għar-reviżjoni
It-talba hija msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-issoktar jew ir-rikorrenza ta' dumping u ħsara għall-industrija Komunitarja.
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikant iffissa l-valur normali għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tal-Vjetnam fuq il-bażi tal-prezz f'pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa, imsemmi fil-paragrafu 5.1(d). L-allegazzjoni ta' ssoktar ta' dumping hija bbażata fuq paragun ta' valur normali, kif stabbilit fis-sentenza ta' qabel, mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jkun mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiżi esportaturi kollha kkonċernati.
Barra minn hekk, l-applikant jinnota li matul il-perjodu ta' impożizzjoni tal-miżuri, l-esportaturi/il-produtturi tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina pprovaw iqarrqu bil-miżuri eżistenti permezz ta' prattiki evażivi, li ġew ikkontrarjati permezz tar-Regolament (KE) Nru 388/2008.
L-applikant ipprovda provi li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam komplew jidħlu fi kwantitajiet sinifikanti, u li dawn il-kwantitajiet x'aktarx li jibqgħu fil-livelli kurrenti tagħhom, jekk mhux jiżdiedu, inter alia, minħabba l-potenzjal tal-faċilitajiet ta' manifattura tal-produtturi esportaturi.
Barra minn hekk, l-applikant jallega li s-sitwazzjoni mtejba attwali fir-rigward tal-ħsara hija fil-biċċa l-kbira dovuta għall-eżistenza ta' miżuri u li kull issoktar ta' importazzjoni sostanzjali bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati x'aktarx iwasslu għal rikorrenza ta' aktar ħsara lill-industrija Komunitarja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Il-proċedura
Wara li stabbiliet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
5.1. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' dumping u ħsara
L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk hux probabbli, jew le, li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-issoktar jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.
(a) Teħid ta' kampjuni
Fid-dawl tan-numru apparenti ta' partijiet involuti f'din il-proċedura, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
(i) Teħid ta' kampjuni għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni billi jikkuntattjawha u jipprovdulha t-tagħrif li ġej dwaril-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'pari tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum tal-bejgħ f'pari tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fuq is-suq lokali matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum tal-bejgħ f'pari tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lil pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-volum ta' produzzjoni f'pari tal-prodott ikkonċernat, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-investimenti fil-kapaċità ta' produzzjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (5) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott ikkonċernat, |
— |
l-aħħar kontijiet finanzjarji statutarji verifikati disponibbli (jekk huwa l-każ illi l-kumpanija mhijiex obbligata jkollha kontijiet finanzjarji statutarji verifikati, jekk jogħġbok ipprovdi l-verżjoni mhux verifikata); jekk id-dokumenti mhumiex f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk jogħġbok ipprovdi traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi, preferibbilment fl-Ingliż. |
— |
kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli jew mal-inklużjoni effettiva tagħha fil-kampjun, se titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
Biex tikseb it-tagħrif li hija tqis meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tikkuntattja l-awtoritajiet tal-pajjiżi esportaturi, u kull assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.
(ii) It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
— |
id-dħul totali f'EUR tal-kumpanija tul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008, |
— |
l-għadd totali ta' impjegati, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
— |
il-volum f'pari u l-valur f'EUR ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid magħmula fis-suq Komunitarju matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008 tal-prodott ikkonċernat importat li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam jew li kien ikkonsenjat mill-Makaw SAR, sew jekk iddikjarat li joriġina fil-Makaw SAR u sew jekk le, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji (6) relatati kollha involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, |
— |
l-aħħar kontijiet finanzjarji statutarji verifikati disponibbli (f'każ li l-kumpanija tiegħek mhijiex obbligata jkollha kontijiet finanzjarji statutarji verifikati, jekk jogħġbok ipprovdi l-verżjoni mhux verifikata); jekk id-dokumenti mhumiex f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk jogħġbok ipprovdi traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi, preferibbilment fl-Ingliż. |
— |
kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli jew mal-inklużjoni effettiva tagħha fil-kampjun, se titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi, minbarra dan, il-Kummissjoni se tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.
(iii) It-teħid ta' kampjuni għal produtturi Komunitarji
Fid-dawl tal-għadd kbir ta' produtturi Komunitarji li qed jappoġġjaw it-talba, il-Kummissjoni biħsiebha tinvestiga l-ħsara lill-industrija Komunitarja billi tapplika t-teħid ta' kampjuni.
Is-selezzjoni tal-kampjun se tkun ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Komunità li tista tkun investigata b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.
Sabiex tikseb l-informazzjoni neċessarja għall-għażla tal-kampjun ta' produtturi tal-Komunità, il-Kummissjoni se tikkuntattja l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Komunità u/jew produtturi tal-Komunità individwali. Barra minn hekk, produtturi tal-Komunità individwali, b'mod partikolari dawk mhux membri ta' assoċjazzjoni, jistgħu jindikaw ir-rieda tagħhom biex jiġu inklużi fil-kampjun. Dawn il-produtturi jistgħu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(b)(i).
(iv) L-għażla finali tal-kampjuni
Kull parti interessata li tixtieq tressaq xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjuni għandha tagħmel dan fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).
Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjuni.
Il-kumpaniji inklużi fil-kampjuni għandhom iwieġbu għal kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-investigazzjoni.
Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba bbażata fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.
(b) Il-kwestjonarji
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja magħżula għall-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi magħżula għall-kampjun fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam, u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula għall-kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' importaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati li qegħdin jesportaw.
(c) Ġbir ta' informazzjoni u smigħ ta' seduti
Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu informazzjoni barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).
(d) L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq
Fl-investigazzjoni preċedenti l-Brażil intuża bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa għall-għan tal-istabbiliment tal-valur normali rigward ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa tuża lill-Brażil għal dan il-għan. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hu adattat dan il-pajjiż fil-limitu taż-żmien speċifiku stipulat fil-punt 6(c).
5.2. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess Komunitarju
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, sabiex tiddeċiedi jekk il-miżuri humiex fl-interess tal-Komunità, għandha ssir determinazzjoni dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Komunità. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista' tibgħat kwestjonarji lill-industrija magħrufa tal-Komunità, l-importaturi, l-għaqdiet rappreżentanti tagħhom, l-utenti rappreżentanti u l-organizzazzjonijiet rappreżentanti tal-konsumatur. Partijiet bħal dawn, inklużi dawk li għadha ma tafx dwarhom il-Kummissjoni, sakemm jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta' żmien stipulati fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw ruħhom u jipprovdu l-Kummissjoni bl-informazzjoni. Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta, filwaqt li jistipulaw ir-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta' min jinnota li kwalunkwe informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se titqies biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali fil-mument meta titressaq.
6. Iż-żmien preskritt
(a) Il-limiti ġenerali ta' żmien
(i) Biex il-partijiet jitolbu kwestjonarju
Kull parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni preżenti għandha titlob kwestjonarju jew formoli ta' klejms oħrajn mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(ii) Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom, jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor
Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni li l-eżerċitazzjoni tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku tiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.
Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii).
(iii) Is-seduti
Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.
(b) Il-limiti speċifiċi ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni
(i) |
It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ġaladarba l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(ii) |
Kull tagħrif rilevanti ieħor għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(iii) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun. |
(c) Il-limitu ta' żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq
Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu juru x-xewqa li jikkummentaw dwar jekk il-Brażil hux adattat biex, kif imsemmi fil-punt 5.1(d), jitqies bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
7. Is-sottomissjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inklużi t-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta minn partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitati” (7) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate General for Trade |
Directorate H |
Office: N-105 04/092 |
B-1049 Brussels |
Faks (32-2) 295 65 05 |
8. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jsiru sejbiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
9. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
10. Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Hekk kif din ir-reviżjoni ta' skadenza tingħata bidu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhumiex se jwasslu għal-livell tal-miżuri eżistenti li qed jiġu emendati iżda se jwasslu għal dawk il-miżuri li qed jiġu revokati jew miżmuma skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti fil-proċediment tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li temenda (jiġifieri żżid jew tnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu reviżjoni ta' din ix-xorta, li ssir b'mod indipendenti mir-reviżjoni ta' skadenza msemmija f'dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li jidher hawn fuq.
11. L-ipproċessar ta' dejta personali
Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta (8).
12. L-Uffiċjal għas-Smigħ
Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Smigħ tad-DĠ Kummerċ. Huwa jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'din il-proċedura, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-Smigħ tal-websajt tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).
(1) ĠU C 75, 26.3.2008, p. 25.
(3) ĠU L 275, 6.10.2006, p. 1.
(5) Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(6) Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
(7) Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 251/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.