ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
19 ta' Awwissu 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

444 sessjoni plenarja tal-KTR it-22 u l-23 ta' April 2008

2008/C 211/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Reġjuni Ewropej Kompetittivi permezz tar-Riċerka u l-Innovazzjoni — Kontribuzzjoni lejn aktar tkabbir u impjiegi aktar u itjeb COM(2007) 474 finali

1

2008/C 211/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' persuni għaddejjin bil-mixi u utenti vulnerabbli oħra tat-triq COM(2007) 560 finali — 2007/0201(COD)

9

2008/C 211/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi COM(2007) 851 finali — 2007/0295 (COD)

12

2008/C 211/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) (Verżjoni kkodifikata) COM(2008) 25 finali — 2008/0008 (COD)

17

2008/C 211/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Lejn politika komuni ta' l-enerġija

17

2008/C 211/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

23

2008/C 211/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea COM(2007) 575 finali

31

2008/C 211/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq, għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħiliet ta' twettiq mogħtija lill-Kummissjoni COM(2007) 778 finali — 2007/0269 (COD)

36

2008/C 211/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni — Żgħar, nodfa u kompetittivi — Programm biex jgħin intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali COM(2007) 379 finali {SEC(2007) 906, SEC(2007) 907, SEC(2007) 908}

37

2008/C 211/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE li tipprovdi għal kriterji minimi ta' spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri COM(2007) 707 finali

40

2008/C 211/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-oġġetti ta' l-ikel għal użu ta' nutriment parikolari (Riformulazzjoni) COM(2008) 3 finali — 2008/0003 (COD)

44

2008/C 211/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju/Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni COM(2008) 104 finali — 2008/0184 (COD)

45

2008/C 211/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju/Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni COM(2008) 105 finali — 2008/0038 (COD)

46

2008/C 211/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 (li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu) rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni COM(2008) 53 finali — 2008/0030 (COD)

47

2008/C 211/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà COM(2007) 359 finali

48

2008/C 211/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Niġġieldu kontra l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel COM(2007) 424 finali

54

2008/C 211/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-prevenzjoni tat-terroriżmu u tar-radikalizzazzjoni vjolenti

61

2008/C 211/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar ir-rati tal-VAT minbarra r-rati standard tal-VAT COM(2007) 380 finali — SEC(2007) 910

67

2008/C 211/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Strateġija għall-ibgħad reġjuni: kisbiet u prospettivi fil-ġejjieni COM(2007) 507 finali

72

2008/C 211/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-libertà ta' assoċjazzjoni fil-pajjiżi msieħba ta' l-Euromed

77

2008/C 211/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar In-negozjati dwar il-ftehimiet il-ġodda tal-kummerċ — Il-pożizzjoni tal-KESE

82

2008/C 211/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Nikkomunikaw l-Ewropa fi SħubijaCOM(2007) 568 & Appendiċi COM(2007) 569

90

MT

 


III Atti preparatorji

KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

444 sessjoni plenarja tal-KTR it-22 u l-23 ta' April 2008

19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Reġjuni Ewropej Kompetittivi permezz tar-Riċerka u l-Innovazzjoni — Kontribuzzjoni lejn aktar tkabbir u impjiegi aktar u itjeb

COM(2007) 474 finali

(2008/C 211/01)

Nhar is-16 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Reġjuni Ewropej kompetittivi permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni — Kontribuzzjoni lejn aktar tkabbir u impjiegi aktar u itjeb.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta' April 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Pezzini.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'130 vot favur u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat jagħti l-appoġġ sod li jħoss li huwa xieraq għall-inizjattiva tal-Kummissjoni sakemm din tqis mhux biss il-problemi tad-domanda, iżda wkoll — u primarjament — l-ottimizzazzjoni mil-lat tal-provvista u tevita l-fallimenti u l-burokrazija.

1.2

Il-Kumitat huwa konvint li l-promozzjoni ta' l-inizjattivi fil-livell lokali u reġjonali u l-kapaċità li dawn jingħaqdu f'network sabiex tissaħħaħ l-istrateġija ta' Lisbona huma essenzjali għall-isforzi konġunti tar-riċerka u l-iżvilupp li jiksbu suċċess fit-twaqqif u l-iżvilupp ta' intrapriżi innovattivi madwar l-Unjoni. Madankollu, qabel kollox, huwa essenzjali li jkunu involuti l-atturi ekonomiċi u soċjali li joperaw fil-livell territorjali fil-ħidma għall-għanijiet komuni ta' iktar impjiegi u impjiegi aħjar, fil-kuntest ġenerali ta' l-iżvilupp sostenibbli u kompetittiv.

1.3

Il-Kumitat itenni l-importanza ta' Trijangolu ta' Għarfien (edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni), li jaqdi rwol kruċjali fil-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi. Għal din ir-raġuni, huwa urġenti li jissaħħu r-riformi, tiġi promossa l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja u fis-sħubijiet bejn l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka u l-kumpaniji u li jiġi assigurat li s-setturi kollha ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ jaqdu l-parti sħiħa tagħhom fit-trawwim tal-kreattività u l-innovazzjoni, speċjalment fil-livell reġjonali u lokali. Dawn jinkludu b'mod speċjali dawk ir-reġjuni speċifiċi — Euregio — fejn il-ġirien u l-imsieħba jkunu magħqudin f'network ta' żoni li jmorru lilhinn mill-fruntieri nazzjonali.

1.4

Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-kompetittività tar-reġjuni ta' l-Ewropa u l-iżvilupp tagħhom fl-oqsma ekonomiċi, soċjali u ta' l-impjieg għandhom jiġu segwiti b'mod iktar proattiv u b'iktar koordinazzjoni. Dan jagħmilha iktar faċli sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati tanġibbli possibbli fit-triq lejn il-ksib ta' l-għanijiet ta' l-istrateġija ta' Lisbona.

1.5

Il-Kumitat jaqbel bis-sħiħ ma' l-analiżi tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet fl-użu konġunt u koordinat ta' l-istrumenti Komunitarji, iżda jesprimi d-dispjaċir tiegħu li iktar minn għaxar snin wara, din il-kwistjoni kruċjali għadha tiġi ffaċjata f'termini ta' analiżi iktar milli jiġu indirizzati l-għeruq tal-problema, li hija l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ġodda ta' “simultaneous engineering” (1) ta' tipi varji li jħaddnu l-azzjoni Komunitarja u Ewropea.

1.6

Il-Kumitat jikkunsidra li tinħtieġ l-azzjoni min-naħa tad-domanda, iżda fiha nnifisha din m'hijiex biżżejjed. Fil-fehma tiegħu, għandna nimxu lilhinn milli niddikjaraw il-bżonn li r-reġjuni jkunu iktar ffokati u għandna niksbu:

strateġija territorjali għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u ta' l-innovazzjoni;

konsiderazzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-kooperazzjoni transkonfinali (Euregio);

użu koordinat ta' l-istrumenti Komunitarji;

iktar informazzjoni dwar opportunitajiet disponibbli fil-livell nazzjonali u Ewropew;

u tnaqqis sostanzjali ta' l-obbligi burokratiċi.

1.7

Fil-fehma tal-Kumitat, għandha tittieħed azzjoni mifruxa mil-lat tal-provvista sabiex jiġi assigurat qafas ta' koerenza u aċċess faċli għall-istrumenti kollha disponibbli. L-għan huwa li jingħelbu l-ostakli legali u d-differenza fiż-żmien bejn il-bidu u t-twettiq ta' l-appoġġ finanzjarju, sabiex ir-reġjuni ta' l-Ewropa jsiru iktar kompetittivi.

1.8

Il-Kumitat jikkunsidra li għandha titfassal Gwida Prattika Ewropea li tagħti ħarsa ġenerali lejn:

it-tipi ta' azzjonijiet disponibbli Komunitarji u pan-Ewropej;

id-differenzi fil-kriterji ta' l-eliġibilità u l-evalwazzjoni;

jekk il-proċeduri u l-ġestjoni jikkonformawx jew le;

u jekk intervenzjonijiet potenzjali humiex kompatibbli u komplementari.

1.9

Il-Kumitat isostni wkoll li azzjoni Komunitarja speċifika u preċiża m'għadhiex tista' tiġi postponuta jekk ser jinkisbu kapaċitajiet ġodda ta' “simultaneous engineering” ta' tipi varji u r-riżorsi ser jiġu sfruttati kemm jista' jkun u konċentrati fir-reġjuni.

1.10

Għaldaqstant, il-Kumitat jaħseb li hemm bżonn urġenti li jiġu indirizzati l-problemi tal-pluralità fil-livelli ta' gvernanza u l-frammentazzjoni ta' interventi meħtieġa għal tnedija mill-ġdid tar-reġjuni ta' l-Ewropa, b'konformità ma' dak li diġà esprima l-Kumitat (2). B'rabta ma' dan jipproponi t-tnedija ta' inizjattiva ġdida — bl-isem ta' Jasmine: Joint Assistance Supporting Multiprojects for Innovation Networking in Europe — sabiex tindirizza d-differenzi istituzzjonali attwali fuq in-naħat tad-domanda u l-provvista u sabiex il-burokrazija titnaqqas b'mod sostanzjali.

1.11

L-għan ta' Jasmine għandu jkun li jagħmilha possibbli li d-diversi atturi involuti f'network ta' proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jagħmlu għażliet b'mod iktar informat u koordinat f'qafas uniku u koerenti għall-ippjanar reġjonali.

2.   Sfond

2.1

Ir-reġjuni Ewropej ta' għarfien qegħdin jiffaċċjaw bosta elementi ta' bidla li jikkostitwixxu kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet u jinfluwenzaw il-ħila tagħhom sabiex jiksbu l-għanijiet ta' l-istrateġija riveduta ta' Lisbona.

2.2

Dawn l-elementi jinkludu:

—   fatturi esterni: globalizzazzjoni iktar intensiva, il-ħolqien ta' żoni tal-kontinent bi tkabbir dinamiku qawwi, prezzijiet ħafna ogħla għall-enerġija u l-materji primi, żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi mhux mistennija, l-internazzjonalizzazzjoni ta' l-innovazzjoni, kwistjonijiet dwar il-bidla fil-klima u ħafna drabi pressjonijiet migratorji li ma jiġux ġestjonati jew li ma jistgħux jiġu ġestjonati;

—   fatturi interni: it-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja, l-iskadenza tal-produzzjoni u s-servizzi, il-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku, iż-żieda fl-interazzjoni bejn il-ħolqien ġdid ta' tipi ta' għarfien u riżorsi umani disponibbli, il-kapaċità għat-tkabbir kulturali u l-kreattività, u l-iżvilupp ta' infrastruttura territorjali komuni, kemm fiżika kif ukoll intanġibbli.

2.3

Mhux għall-ewwel darba, il-Kumitat esprima l-fehmiet tiegħu dwar dawn il-kwistjonijiet, kemm f'kuntesti speċifiċi kif ukoll fil-kuntest wiesa' ta' l-evoluzzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona u l-politiki tal-Komunità dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ambjent u l-edukazzjoni u t-taħriġ.

2.4

B'mod partikulari, il-Kumitat enfasizza l-bżonn li ż-żona kollha ta' l-UE għandha tkun tista' tadatta għall-isfidi ta' l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien u b'hekk tgħin lir-reġjuni kollha sabiex jikkunsidraw l-għanijiet ta' Lisbona (3).

2.5

Il-Kumitat sostna wkoll li l-konfigurazzjoni l-ġdida ta' mudelli kompetittivi fis-suq globali qiegħda timponi sfidi importanti. Il-pjattaformi u n-networks integrati l-ġodda għandhom jindirizzaw temi relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-ġestjoni ta' riżorsi umani ġodda, il-promozzjoni u l-marketing, il-finanzi u l-kreditu, il-loġistika u s-suq u l-ġestjoni tas-servizz tal-klijenti (4).

2.6

Il-Kumitat itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-promozzjoni ta' inizjattivi fil-livell lokali u l-kapaċità li jingħaqdu f'network għat-tisħiħ ta' l-istrateġija ta' Lisbona huma essenzjali għat-tħeġġiġ ta' intrapriżi innovattivi fil-kuntest ta' żvilupp sostenibbli u kompetittiv. Din għandha tinkludi, b'mod partikulari, dawk ir-reġjuni kollha — Euregios — u l-attivitajiet fejn in-networks bejn il-ġirien u l-imsieħba jinsabu fl-oqsma li jmorru lilhinn mill-fruntieri nazzjonali.

2.7

Fl-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi ġodda, il-Kumitat irrakkomanda li “ż-Żona Ewropea tar-Riċerka għandha tiġi kkomplementata minn Żona Ewropea ta' l-Għarfien imfassla sabiex toħloq soċjetà Ewropea msejsa fuq l-għarfien” u osserva li “Hija meħtieġa wkoll koordinazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita tmexxija effettiva u strutturi konsultattivi u organizzazzjoni tax-xogħol li taħdem tajjeb …” (5).

2.8

Fl-aħħarnett, il-Kumitat enfasizza l-importanza ta' trijangolu ta' għarfien (edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni), li jaqdi rwol kritiku fil-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi. Għal din ir-raġuni, huwa urġenti li jissaħħu r-riformi, tiġi promossa l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja u fis-sħubijiet bejn l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka u l-kumpaniji u li jiġi assigurat li s-setturi kollha ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ jaqdu l-parti sħiħa tagħhom fit-trawwim tal-kreattività u l-innovazzjoni, speċjalment fil-livell reġjonali u lokali.

2.9

Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-kompetittività tar-reġjuni ta' l-Ewropa u l-iżvilupp tagħhom fl-oqsma ekonomiċi, soċjali u ta' l-impjieg għandhom jiġu segwiti b'mod iktar proattiv u b'iktar koordinazzjoni: il-Kummissjoni għandha tipprova tmur lilhinn mill-ostakli ppreżentati mid-diversi bażijiet legali u l-kriterji proċedurali. L-għan għandu jkun li jsir l-aħjar użu għal min iħallas it-taxxa ta' l-istrumenti varji tal-baġit Komunitarju sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati tanġibbli fit-triq tal-ksib ta' l-għanijiet ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Dawn ir-riżultati għandhom jidhru f'oqsma bħall-effikaċja ta' l-aċċess konġunt, il-koordinazzjoni u s-sinerġiji u s-sinkronizzazzjoni ta' l-interventi disponibbli fil-livell Komunitarju u pan-Ewropew. Dawn għandhom jiksbu l-massa kritika meħtieġa sabiex jiġi ġġenerat effett multiplu.

2.10

Skond il-linji gwida integrati ta' l-Aġenda mġedda ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi, il-politika tal-koeżjoni għandha tliet prijoritajiet strateġiċi (6):

it-tisħiħ ta' l-attraenza ta' l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet (bliet tax-xjenza) (7) billi tittejjeb l-aċċessibilità, jiġu assigurati l-kwalità u livell adegwat tas-servizzi, u l-preservazzjoni ta' l-ambjent;

it-tħeġġiġ ta' l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u t-tkabbir ta' l-ekonomija ta' l-għarfien bis-saħħa tar-riċerka u l-applikazzjonijiet innovattivi, inklużi t-teknoloġiji ġodda ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; u

il-ħolqien ta' iktar impjiegi u impjiegi aħjar billi jinġibdu iktar nies fl-impjieg jew l-attività intraprenditorjali, it-titjib fl-adattabilità tal-ħaddiema u l-intrapriżi u ż-żieda fl-investiment fil-kapital uman.

2.11

Min-naħa tal-provvista, id-diffikultajiet fil-ksib ta' l-effett ta' lieva u l-użu koordinat ta' l-istrumenti tal-fondi disponibbli għall-ksib ta' dawn l-għanijiet jinbtu min-natura intrinsika ta' l-istrumenti nfushom, jiġifieri:

l-enfasi maniġerjali u proċedurali differenti li jiggvernawhom;

id-daqs tagħhom (jiġifieri territorjali jew transnazzjonali);

in-natura speċifika ta' l-għanijiet tagħhom;

il-bażijiet legali differenti;

u l-allokazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-responsabilità maniġerjali għad-diversi korpi u organizzazzjonijiet.

2.12

Min-naħa tad-domanda, ħafna drabi r-reġjuni:

ma jkollhomx viżjoni ċara, definita u komuni ta' strateġija reġjonali għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u ta' l-innovazzjoni;

jiffaċċjaw diffikultajiet fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

ma jkollhomx biżżejjed kapaċità sabiex jiġġestjonaw proġetti kumplessi li jħaddnu livelli differenti b'għanijiet differenti;

ikollhom clusters u networks distrettwali li ma jkunux żviluppati biżżejjed;

ikollhom kapaċitajiet professjonali, tekniċi u organizzattivi li ma jkunux żviluppati biżżejjed sabiex jisfruttaw l-istrateġija ta' l-innovazzjoni.

2.13

In-nuqqasijiet għandhom jiġu indirizzati billi l-assistenza u l-koordinazzjoni teknika ssir disponibbli għall-programmi Komunitarji kollha sa mill-bidunett.

2.14

L-inizjattivi rakkomandabbli tas-sinerġija fid-diversi programmi u strumenti strutturali għall-perijodu 2007-2013 jidhru li huma prerekwiżit — għalkemm mhux l-uniku wieħed — sabiex jinħarġu l-aħjar riżultati konkreti minnhom.

2.15

Il-Kumitat esprima l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi tal-Kummissjoni bħal JEREMIE u ppropona JEREMIE Focal Point sabiex jaġixxi bħala unità għall-koordinazzjoni u l-informazzjoni bejn id-diversi azzjonijiet, u enfasizza n-nuqqas ta' proġett li huwa kapaċi li jikkoordina u jirfina l-ħafna strumenti ta' self li jeżistu attwalment (8).

2.16

Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ u jaqbel ma' l-istqarrijiet tal-Kummissarju Hübner dwar JASPER, JEREMIE u JESSICA (9), li ħalqu dinamiki u stennijiet ġodda għall-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi fl-Istati Membri u r-reġjuni, kif ukoll fost l-imsieħba soċjali fir-reġjuni kollha ta' l-Unjoni Ewropea.

2.17

Il-Kumitat isostni li l-linji gwida adottati mill-kumitat ta' l-Unjoni Ewropea għar-riċerka xjentifika u teknika (CREST) (10) u ppubblikati f'Settembru 2007 huma importanti biex juru t-triq quddiemna, għalkemm huma ristretti għall-interazzjoni bejn il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Fondi Strutturali ġodda.

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni

3.1

Il-proposta tal-Kummissjoni tiċċara s-sinerġiji potenzjali li diġà jeżistu fl-istrumenti ta' fondi tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-politiki ta' koeżjoni Ewropej. Dawn huma disponibbli għall-partijiet interessati sabiex ir-reġjuni ta' l-Ewropa jsiru iktar kompetittivi skond il-kapaċità tagħhom li jassorbuhom.

3.2

L-istrumenti prinċipali għall-azzjoni enfasizzati huma s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Programm Qafas ġdid għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u l-enfasi ġdid tal-Fondi Strutturali u tal-Koeżjoni.

3.3

Il-Kummissjoni tagħmilha ċara li ħadmet ma' għadd ta' gruppi ta' konsulenza li rrakkomandaw:

l-iżvilupp, bħala parti mill-istrateġija tagħhom ta' l-RTDI, ta' strateġija speċifika għall-użu koordinat tal-programm qafas u tal-programmi tal-politika tal-koeżjoni;

l-użu ta' l-iskambji u l-konnessjonijiet tan-network għat-titjib fil-gvernanza strateġika ta' l-RTDI;

sinerġiji effettivi għall-konsolidazzjoni u t-titjib fil-kapaċitajiet ta' l-RTDI, it-trawwim ta' l-eċċellenza, l-attenzjoni għall-SMEs u t-twaqqif ta' kooperazzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali u l-isfruttar tar-riżultati;

it-titjib fil-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-operaturi nazzjonali u reġjonali u mal-benefiċjarji;

l-użu ta' inizjattivi tal-programm speċifiku tal-Kapaċitajiet tas-Seba' Programm Qafas għall-azzjonijiet koordinati;

it-tisħiħ tas-sinerġiji, flimkien ma' l-Istati Membri, bejn il-politika tal-koeżjoni u s-Seba' programm qafas ta' l-RTD.

3.4

Il-Kummissjoni ssejjaħ lill-Istati Membri sabiex itejbu l-għażliet għall-iżvilupp koordinat u l-użu ta' l-istrumenti Komunitarji u sabiex joħolqu sistemi li jinfurmaw lill-operaturi parteċipanti dwar l-opportunitajiet disponibbli għalihom. Sabiex jitħeġġeġ l-aċċess koordinat għall-fondi, tieħu l-impenn ukoll li sa tmiem l-2007 tippubblika gwida prattika dwar l-opportunitajiet ta' fondi għall-istituzzjonijiet ta' riċerka, inklużi l-arranġamenti provduti mill-mekkaniżmi nazzjonali u reġjonali.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-Kumitat jaqbel bis-sħiħ ma' l-analiżi tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet fl-użu konġunt u koordinat ta' l-istrumenti Komunitarji li jissemmew; madankollu, ma japprovax it-trattament preskritt, li jaħseb li m'huwiex biżżejjed sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-politiki Komunitarji, l-ewwelnett fir-rigward tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-taħriġ.

4.2

Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni (11) li “L-isforz għall-promozzjoni ta' l-ekonomija ta l-għarfien huwa ċentrali għat-twettiq tas-Sħubija mġedda għat-Tkabbir u l-Impjiegi, b'mod partikolari permezz tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni”, iżda jemmen li din is-sħubija hija r-responsabilità konġunta tal-partijiet kollha kkonċernati, fil-livell Komunitarju mhux inqas mil-livell nazzjonali, regionali u lokali.

4.3

Il-Kumitat jara l-bżonn li mmorru lilhinn mill-iżvilupp ta' strateġija territorjali ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku u ta' l-innovazzjoni u b'żieda ma' dan għandna nagħmlu użu minn:

strumenti ta' tbassir u analiżi SWOT (12) sabiex jiġu identifikati l-opportunitajiet strateġiċi tar-reġjuni;

azzjonijiet rilevanti għall-bini tal-kapaċità u t-taħriġ professjonali;

żieda fl-attraenza tal-ħidma fir-riċerka u l-iżvilupp sabiex jiġi evitat brain drain kemm fl-UE stess kif ukoll lejn il-bqija tad-dinja;

l-iskambju ta' l-esperti u l-esperjenza fl-innovazzjoni;

l-appoġġ għall-iżvilupp u l-koordinazzjoni tad-distretti industrijali bbażati fuq l-għarfien,

il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u l-inizjattivi Konġunti Ewropej;

strumenti Komunitarji b'mod koordinat, bil-ħolqien ta' sistemi interattivi li jinfurmaw l-operaturi parteċipanti dwar l-opportunitajiet disponibbli għalihom;

l-opportunitajiet għall-komunikazzjoni u l-ġbir ta' l-esperjenza, speċjalment bejn l-SMEs.

4.4

Fil-fehma tal-Kumitat, għandha tittieħed azzjoni mifruxa mil-lat tal-provvista sabiex jiġi assigurat qafas aċċessibbli għall-istrumenti kollha disponibbli għall-iżvilupp kompetittiv tar-reġjuni Ewropej. Dan l-iżvilupp għandu jkun kompatibbli ma' l-għanijiet ta' “reġjun responsabbli soċjalment”, jinvolvi lill-imsieħba soċjali, lill-kmamar tal-kummerċ, lill-akkademja u lis-soċjetà ċivili organizzata, u għandu jkun ibbażat fuq strateġija ta' politika industrijali Ewropea (13) li tkun sostenibbli f'termini kemm ta' produzzjoni kif ukoll ta' konsum.

4.5

Barraminhekk, filwaqt li hemm lista ta' strumenti li jgħinu jagħtu spinta lit-tkabbir, joħolqu iktar impjiegi u impjiegi aħjar u jagħmlu r-reġjuni ta' l-Ewropa iktar kompetittivi permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Kumitat huwa tal-fehma li din il-lista mhix kompluta, billi ma ssemmix l-istrumenti Komunitarji kollha rilevanti, tħalli barra l-medda ta' opportunitajiet disponibbli għar-reġjuni ta' l-Ewropa u ma ssemmi xejn dwar il-ħtieġa li jiġu koordinati l-istrumenti pan-Ewropej u internazzjonali attwali.

4.6

Il-Komunikazzjoni ma ssemmix, jew issemmi biss ta' fuq fuq (14), il-possibbilitajiet ta' intervent bħal:

l-opportunitajiet tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI);

l-Innovation 2010 Initiative (i2i);

l-inizjattivi kollaborattivi li ttieħdu fil-livell Ewropew u Komunitarju, bħall-European R&D Infrastructures (ESFRI) u l-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej;

il-faċilitajiet għar-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija u l-EIBURS (EIB University Research Sponsorship Programme);

STAREBEI (STAges de REcherche BEI) u l-BEI University Networks;

il-fondi reġjonali u lokali għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

l-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

is-servizzi ta' l-ICT u awdjoviżivi;

il-programm ta' ħidma integrat dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ li jħaddan programmi settorjali addizzjonali li jkopru t-tagħlim matul il-ħajja għall-għarfien, il-kreattività u l-innovazzjoni (15), li huwa parti integrali ta' trijangolu ta' għarfien ta' l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni;

l-istrumenti ta' intervenzjoni Komunitarji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni bħall-programmi fl-ambitu ta' l-inizjattiva i2010 (16);

il-kontribut tad-djalogu soċjali għat-tisħiħ tas-soċjetà bbażata fuq l-għarfien;

it-titjib ta' l-edukazzjoni matul il-ħajja u kontinwa;

il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (17), li għandu l-għan li jipprovdi appoġġ immirat ta' darba biss sabiex jittaffa l-impjieg mill-ġdid tal-ħaddiema minn fergħat jew setturi li qegħdin ibatu mix-xokk ta' taqlib ekonomiku serju (18).

4.7

Barraminhekk, ma jissemmewx il-programmi u l-inizjattivi pan-Ewropej non-Komunitarji li madankollu jippromovu l-innovazzjoni fl-UE, bħal:

l-inizjattiva Eureka, network pan-Ewropew għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp industrijali orjentati lejn is-suq li magħhom il-Kummissjoni kkonkludiet ftehim ta' kooperazzjoni, li tassisti l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej billi jinħolqu r-rabtiet u n-networks ta' l-innovazzjoni f'36 pajjiż;

il-programm Eurostars, l-inizjattiva konġunta KE-Eureka bbażata fuq skema pan-Ewropea għall-appoġġ ta' l-SMEs fl-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda tas-suq;

il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), li kkonkluda ftehim ta' sħubija mal-Kummissjoni ddisinjat sabiex jiffaċilita l-ippjanar ta' proġetti kbar kofinanzjati mill-Fond tal-Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), speċjalment fl-Istati Membri l-ġodda, matul il-perijodu 2007-2013;

il-programm LEED/OECD (Local Economic and Employment Development), li jidentifika, janalizza u jxerred ideat innovattivi għall-iżvilupp lokali u jipprova — kultant b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea — itejjeb il-gvernanza ta' l-SMEs;

il-Kunsill tal-Bank Ewropew għall-Iżvilupp (BEŻ), li għandu ftehim ta' sħubija mal-Kummissjoni u jiffinanzja proġetti soċjali sabiex tittejjeb il-koeżjoni ekonomika u soċjali u tissaħħaħ l-integrazzjoni soċjali, il-ħarsien ambjentali u l-iżvilupp tal-kapital uman fir-reġjuni;

id-diversi attivitajiet u inizjattivi Euregio;

u l-inizjattivi tal-bliet tax-xjenza.

4.8

Il-Kumitat jagħraf ukoll li, filwaqt li jiġi rispettat l-Artikolu 54(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, hemm bżonn ta' iktar ċarezza tad-diffikultajiet u l-impedimenti għall-użu konġunt u koordinat ta' l-istrumenti applikabbli fil-livell (19) nazzjonali, reġjonali u lokali u mill-operaturi individwali, mhux biss fir-rigward ta' bażijiet legali differenti, speċjalizzazzjoni tematika, żona ġeografika u modi ta' implimentazzjoni, iżda wkoll f'termini ta' differenzi sostanzjali, u kultant fatali, bħal:

jekk il-proġetti humiex transnazzjonali jew le;

jekk jibdewx fl-istess ħin;

jekk il-fondi jiġux provduti fl-istess ħin;

jekk il-proġetti jimxu b'mod konkorrenti;

il-possibbilitajiet u l-kapaċitajiet li proġett mifrux ta' azzjoni territorjali jinqasam f'sensiela ta' “sotto-proġetti” li għandhom jitwettqu skond il-ħtieġa tal-programmi u l-istrumenti Komunitarji, pan-Ewropej u internazzjonali.

4.9

Il-Kumitat jikkunsidra li għandha titfassal Gwida Prattika Ewropea li tagħti ħarsa ġenerali lit-tipi ta' azzjonijiet Komunitarji u pan-Ewropej disponibbli, id-diversi kriterji ta' evalwazzjoni u jekk interventi potenzjali humiex kompatibbli u komplementari.

4.10

Il-Kumitat itenni l-bżonn ta' azzjoni koordinata u konġunta fir-rigward tar-rabtiet bejn il-politiki strutturali Komunitarji u l-politiki tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' l-Unjoni, kif ħeġġeġ il-Kumitat f'diversi okkażjonijiet. Huwa jenfasizza li l-koordinazzjoni stretta ta' dawn il-politiki hija essenzjali sabiex jinkisbu l-aħjar livelli possibbli ta' sinerġija prattika u sabiex il-ħtiġijiet taċ-ċittadini, l-intrapriżi u s-soċjetà jintlaħqu bil-għan ta' l-objettiv globali ta' tkabbir fil-perijodu medju u fit-tul li jkun sostenibbli u mingħajr problemi, b'konformità ma' l-approċċ integrat ta' l-RTD għall-indirizzar tal-problemi u bil-fattur ewlieni ta' l-iżvilupp ta' investiment intanġibbli (20).

4.11

Il-Kumitat jenfasizza l-għadd kbir ta' politiki Komunitarji li, flimkien mal-politika ta' koeżjoni u l-politika tar-riċerka, jgħinu sabiex tittejjeb il-kompetittività tar-reġjuni ta' l-Ewropa, u jtenni l-bżonn għal approċċ integrat u koordinat li jħaddan:

politika industrijali sostenibbli, kif ġiet enfasizzata fil-Kunsill Ewropew ta' Brussell f'Diċembru 2007, fejn “approċċ integrat għall-Kompetittività Ewropea għandu jitrawwem permezz ta' politika industrijali sostenibbli, magħquda ma' l-innovazzjoni u l-ħiliet, filwaqt li tiġi żviluppata d-dimensjoni esterna tagħha biex jiġi żgurat ambjent ta' kompetizzjoni ugwali (21)”;

valutazzjoni mill-ġdid tal-politika Ewropea għas-suq uniku li tassigura ambjent favur l-innovazzjoni, il-ħarsien tal-proprjetà intellettwali u l-kollaborazzjoni bejn l-universitajiet, l-intrapriżi u ċ-ċentri tar-riċerka, kif ukoll politika mtejba ta' l-istandardizzazzjoni leġislattiva;

politika soċjali u ta' l-impjieg li tipprovdi għal djalogu soċjali strutturat, prinċipji komuni tal-flessigurtà (22), appoġġ għat-tixjiħ attiv u politiki ta' inklużjoni attiva u tagħlim matul il-ħajja kollha għal kulħadd;

politika ta' żvilupp sostenibbli u konsum li tkun impenjata għar-riċerka u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji nodfa u innovattivi u tinkludi politika integrata dwar il-klima u l-enerġija, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli.

4.12

B'rabta ma' dan, il-Kumitat itenni il-fehmiet eżistenti tiegħu dwar il-bżonn li (23):

tiġi formulata u adottata strateġija Komunitarja globali għas-semplifikazzjoni tal-mekkaniżmi rilevanti tal-politiki Ewropej, sabiex — filwaqt li jiġu rispettati l-identitajiet reġjonali — l-Ewropa tkun tista' titkellem b'vuċi waħda mil-lat tal-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli u armonjuż tas-sistema Ewropea;

jiġu identifikati strumenti integrati tas-swieq innovattivi lokali, reġjonali u nazzjonali;

jitwaqqfu l-livelli ta' integrazzjoni u l-interazzjoni tagħhom, fost oħrajn sabiex jiġu sinkronizzati u tiġi assigurata l-kompatibilità tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aspetti ta' l-implimentazzjoni tal-politika tal-koeżjoni strutturali u l-politika ta' l-RTD/innovazzjoni. Dan huwa essenzjali sabiex il-politiki jkunu integrati b'mod sħiħ u effettiv;

jiġu identifikati modi ġodda li jikkombinaw l-istrumenti ta' l-RTDD, billi jintużaw metodi u proċeduri semplifikati li, kulfejn huwa possibbli, ikunu uniformi u awtomatiċi. Għandha tiġi sfruttata l-possibbilità li jiġu varjati l-livelli ta' appoġġ għall-RTD tal-kumpaniji;

jitwaqqfu sistemi li jikkontrollaw u jimmonitorjaw l-iskemi konġunti RTDD/koeżjoni sabiex jiġu analizzati l-effikaċja tagħhom f'termini tal-ksib ta' l-għanijiet iddikjarati; dan għandu jsir bl-użu ta' indikaturi stabbiliti minn qabel u armonizzati, kif ukoll il-valutazzjoni komparattiva fil-livell reġjonali.

4.12.1

Il-Kumitat jirrakkomanda wkoll l-integrazzjoni tal-programmi Komunitarji għat-taħriġ.

4.13

Il-Kumitat jesprimi d-dispjaċir tiegħu li wara għaxar snin din il-kwistjoni kruċjali għadha ffaċjata f'termini ta' analiżi iktar milli jiġu indirizzati l-għeruq tal-problema, li teħtieġ l-intervent Komunitarju sabiex jiġu provduti kapaċitajiet ta' “simultaneous engineering” tad-diversi tipi ta' azzjoni (teknoloġiċi, demostrattivi, innovattivi, tqassim, edukattivi, finanzjarji eċċ.) — bil-għan li jissaħħu l-impjieg u l-produzzjoni fil-livell reġjonali (24).

4.14

Il-Kumitat isostni wkoll li azzjoni Komunitarja speċifika u preċiża m'għadhiex tista' tiġi postponuta jekk għandu jiġi evitat ir-riskju tat-telf fil-produttività u l-impjieg fir-reġjuni.

5.   Il-proposta tal-KESE

L-inizjattiva Jasmine ( Joint Assistance Supporting Multiprojects for Innovation Networking in Europe )

5.1

Il-KESE jinsab deċiż li l-inizjattiva Jasmine għandha tkun strument volontarju għas-semplifikazzjoni u t-tneħħija ta' l-ostakli burokratiċi, proċedurali u kunċettwali għall-użu konġunt ta' programmi pan-Ewropej, Komunitarji, nazzjonali u reġjonali b'konformità ma' l-iżvilupp imħaffef taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER).

5.2

Il-Kumitat jikkunsidra li l-prijorità attwali għandha tkun li jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-pluralità tal-livelli ta' gvernanza tad-diversi interventi disponibbli sabiex titnieda mill-ġdid il-kompetittività tar-reġjuni ta' l-Ewropa. Għal dan il-għan, jipproponi inizjattiva ġdida — Jasmine: Joint Assistance Supporting Multiprojects for Innovation Networking in Europe — sabiex jiġu indirizzati d-differenzi istituzzjonali attwali, kemm min-naħa tad-domanda kif ukoll tal-provvista, fl-interventi li jappoġġjaw l-innovazzjoni u r-riċerka fir-reġjuni.

5.3

L-azzjoni Komunitarja tista' ssir konkreta permezz:

tal-ħolqien ta' inizjattiva Komunitarja — li tista' tissejjaħ per eżempju “l-Inizjattiva Komunitarja Jasmine” — li tkun biswit JASPER, JEREMIE u JESSICA għall-iżvilupp ta' azzjonijiet ta' assistenza teknika ffokati mhux biss fuq l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, iżda wkoll fuq l-operaturi kkonċernati, sabiex il-koordinazzjoni bejn l-interventi nazzjonali ssir iktar effettiva u jintlaħaq il-bżonn għal “simultaneous engineering” bejn id-diversi tipi ta' interventi;

ta' l-azzjoni Komunitarja għall-assistenza teknika għandha l-għan li l-atturi involuti f'network ta' proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jagħmlu għażliet b'mod iktar informat u koordinat u jkunu dipendenti fuq xulxin għall-informazzjoni, il-kapaċitajiet maniġerjali, il-kompetenzi u r-riżorsi finanzjarji. Dan iwassal sabiex ikunu jistgħu jitnedew l-interventi ta' gvernanza fuq diversi livelli fl-istess ħin ma' qafas uniku koerenti għall-ippjanar reġjonali, kemm jekk dan jinvolvi l-azzjonijiet ta' Sħubija Pubblika/Privata jew l-azzjonijiet nazzjonali, Komunitarji u transnazzjonali;

ta' network ta' politika vertikali li jinvolvi l-istituzzjonijiet ta' gvernanza f'livelli varji — internazzjonali, Komunitarji, nazzjonali u reġjonali — f'sistemi ta' kooperazzjoni definiti u strutturati sew;

ta' network ta' politika orizzontali li jinvolvi l-entitajiet pubbliċi u privati fir-reġjuni, bħall-gvernijiet lokali, l-intrapriżi, il-banek, l-NGOs, il-gruppi ta' interess u l-istituzzjonijiet tad-djalogu soċjali (25);

tal-ħolqien ta' Jasmine Focal Point bħala unità Komunitarja ta' kuntatt u informazzjoni — b'sit ta' l-internet apposta — iżda mingħajr ċentralizzazzjoni eċċessiva (26) — bejn id-diversi livelli u d-diversi tipi ta' azzjoni — soġġett għar-regoli differenti u b'responsabilitajiet maniġerjali differenti ġewwa u barra s-servizzi tal-Kummissjoni — sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli;

il-ħolqien ta' Network Komunitarju ta' Jasmine Focal Points fir-reġjuni li jixtiequhom sabiex tiġi assigurata l-koerenza globali ta' proġetti li jinqasmu f'bosta sotto-proġetti; ir-rabta bejn it-territorjalità u t-transterritorjalità tas-sotto-proġetti nfushom; is-sejba ta' msieħba nazzjonali u transnazzjonali għal proposti ta' ħafna proġetti; l-assigurazzjoni li l-proġetti jibdew, jirċievu l-fondi u jiġu implimentati fl-istess ħin, u ma jidduplikawx lil xulxin;

tal-ħolqien volontarju mir-reġjuni ta' Jasmine Holding Funds, li għandhom jingħataw responsabilitajiet definiti minn quddiem mill-Kummissjoni u jkunu akkreditati minnha fuq il-bażi ta' kost-effettività, effiċjenza, imparzjalità, trattament ugwali u trasparenza proċedurali;

tat-tnedija ta' azzjoni ta' Previżjoni Komunitarja msejħa Reġjuni Ewropej Kompetittivi li tibbenefika mill-esperjenza tad-DĠ Riċerka u tinvolvi lill-uffiċjali għolja tas-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni, flimkien mar-rappreżentanti politiċi tar-reġjuni u l-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

ta' l-inkorporazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi ta' valutazzjoni komparattiva tas-suċċess ta' metodi ġodda bbażati fuq it-trasparenza u s-semplifikazzjoni ta' proċeduri u sħubija ġenwina ma' l-atturi soċjo-ekonomiċi lokali u reġjonali (27)

azzjoni ta' tisħiħ tal-kapaċità favur l-awtoritajiet lokali u l-operaturi ekonomiċi u soċjali, fondi għall-iżvilupp ta' networks transnazzjonali, it-twettiq ta' sħubijiet antiċipati, il-monitoraġġ tas-sinerġiji u s-sinkroniċitajiet antiċipati, fondi għal azzjoni ta' komunikazzjoni u ta' informazzjoni trasparenti u interattiva.

5.4

Il-prijoritajiet il-ġodda tal-programmi reġjonali, iffokati fuq l-innovazzjoni, il-kompetittività u t-tagħlim reċiproku matul il-ħajja kollha attiva, għandhom jagħmluha possibbli sabiex jiġu żviluppati politiki attivi li jirrinfurzaw u jżommu l-kompetittività tar-reġjuni permezz tal-fondi ta' eżerċizzji ta' previżjoni reġjonali u interreġjonali, clusters u networks distrettwali li jipprovdu viżjoni strateġika komuni għal kull reġjun. Dan jista' jservi bħala l-bażi għal azzjoni ta' appoġġ tekniku għall-aħjar użu konġunt ta' l-iktar strumenti adattati nazzjonali, Komunitarji u pan-Ewropej u PPP.

5.5

Jasmine tista' sservi bħala garanzija li tiffaċilita l-aċċettazzjoni ta' proġetti individwali billi jiġu assigurati mill-ġdid id-diversi korpi u programmi ta' fondi li huma parti jew stadju ta' proġett ikbar. Dan jista' jsir fuq il-bażi ta' Memorandum ta' Ftehim jew ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u korpi oħra Komunitarji u non-Komunitarji, jew skond ir-regoli amministrattivi tal-Kummissjoni meta servizzi differenti tal-Kummissjoni nnifisha jkunu responsabbli għall-programmi individwali. Dan ifisser li jitressaq sett wieħed biss ta' karti għall-approvazzjoni tal-proġett minn numru ta' korpi ta' finanzjament li jeżaminaw pakkett ta' proposti.

5.6

L-għan ta' Jasmine huwa li tiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi finanzjarji li jkopru r-responsabilitajiet maniġerjali differenti u l-livelli differenti ta' gvernanza (pubbliċi u privati) sabiex tinkiseb l-aħjar massa kritika tar-riżorsi — u b'hekk jiżdied l-effett ta' lieva globali — sabiex jinħoloq qafas uniku għal ħafna proġetti li jilħaq bis-sħiħ il-viżjoni strateġika komuni ta' reġjun Ewropew li jtejjeb il-punti tajbin tiegħu fit-teknoloġija u l-innovazzjoni.

5.7

Jasmine għandha tkun ibbażata fuq l-esperjenzi ta' l-Inizjattiva tas-Suq Ewlieni, il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti u fuq ir-riżultati ta' l-ERANET u l-ERANET PLUS, ir-Reġjuni għall-Bidla Ekonomika u l-inizjattivi PRO INNO u Jeremie, Jasper u Jessica (28).

5.8

Jasmine tista' timmassimizza l-isforzi ta' l-innovazzjoni u r-riċerka fir-reġjuni u l-kumpaniji, ir-riżorsi umani, l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka u l-amministrazzjonijiet li jserħu fuqhom, anke fir-rigward tal-KIC — Knowledge and Innovation Communities ta' l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija — IET. Madankollu, għandu jitfakkar li l-innovazzjoni hija, il-biċċa l-kbira, attività kummerċjali li għandha tkun tista' tiffunzjona fl-aħjar ambjent operattiv possibbli, speċjalment fir-rigward tal-piż fiskali fuq ir-riċerka, it-trattament u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u l-eċċellenza ta' l-istruttura ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ li jiġġeneraw iktar impjiegi u impjiegi aħjar.

5.9

Fl-aħħarnett, Jasmine tista' tgħin fl-isfruttar tal-vantaġġi distinti tar-reġjuni u fil-promozzjoni ta' l-iskambji ta' l-innovazzjoni u r-riċerka.

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Kif inhu użat it-terminu fid-dokumenti tal-Kummissjoni, jiġifieri bit-tifsira ta' pjanar simultanju.

(2)  Ara l-opinjoni fil-ĠU C 44/1, 16.2.2008, rapporteur: is-Sur Wolf, “Il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu żviluppati regoli ċari u li jiftiehmu sabiex jiġġestjonaw il-firxa wiesgħa ta' strumenti Komunitarji għall-promozzjoni u l-koordinazzjoni tar-Riċerka u l-Iżvilupp. Dawn jinkludu lista sintetizzata (u struzzjonijiet għall-użu) ta' l-istrumenti u l-miżuri kollha disponibbli lill-Kummissjoni għall-promozzjoni u l-koordinazzjoni ta' l-objettivi tar-riċerka u l-iżvilupp …”.

(3)  Ara l-opinjoni fil-ĠU C 10/88, 14.1.2004 (rapporteur: is-Sur Malosse) Mhux disponibbli bil-Malti.

(4)  Ara l-opinjoni fil-ĠU C 255/1, 14.10.2005 (Mhux disponibbli bil-Malti).

(5)  Ara l-opinjoni fil-ĠU C 44, 16.2.2008 (Mhux disponibbli bil-Malti).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6.10.2006.

(7)  Ara wkoll l-inizjattiva tal-bliet tax-xjenza

(www.sciencecities.eu).

(8)  Ara l-opinjoni fil-ĠU C 110, 9.5.2006 (Mhux disponibbli bil-Malti).

(9)  JEREMIE: Joint European Resources for Micro to Medium Enterprises; JESSICA: Joint European Support for Sustainable Investment in City Areas; JASPERS: Joint Assistance in Supporting Projects in European Regions.

(10)  Linji Gwida CREST — 1.6.2007.

(11)  Ara COM(2007) 474 finali.

(12)  SWOT: Strengths and Weaknesses, Opportunities and Threats Analysis.

(13)  COM(2007) 374 finali, 4.7.2007.

(14)  Ara SEC (2007) 1045 tas-16.8.2007.

(15)  Ara COM(2007) 703 finali, 12.11.2007.

(16)  Ara COM(2007) 146 finali.

(17)  Ara COM(2006) 91 finali.

(18)  Ara l-opinjoni ĠU C 318, 23.12.2006.

(19)  Ara l-opinjoni fil-ĠU C 44/1, 16.2.2008“Strumenti Komunitarji eżistenti għall-promozzjoni u l-koordinazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp. Min-naħa l-oħra, il-Kumitat jirrakkomanda li regoli ġenerali, ċari u li jinftiehmu għandhom jiġu żviluppati sabiex tiġi ġġestjonata firxa wiesgħa ta' strumenti Komunitarji għall-promozzjoni u l-koordinazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp. Tkun ta' għajnuna kbira jekk il-Kummissjoni telenka u tiddeskrivi (jiġifieri tipprovdi struzzjonijiet għall-użu li jinftiehmu) l-istrumenti u l-miżuri kollha disponibbli lilha għall-promozzjoni u l-koordinazzjoni ta' objettivi tar-riċerka u l-iżvilupp. Dan għandu juri wkoll jekk, fost l-ammont li qiegħed jikber ta' strumenti, l-għan ta' kull wieħed minnhom huwa ddefinit b'mod adegwat u l-istrumenti jinfirdu kif xieraq, u jekk jistgħu jinftiehmu b'mod faċli minn utenti potenzjali u mill-istaff tal-Kummissjoni jew jekk jenħtieġu jiġu aġġornati sabiex ikunu iktar ċari.”

(20)  Ara l-opinjoni fil-ĠU C 40, 15.2.1999 (Mhux disponibbli bil-Malti).

(21)  Konklużjonijiet tal-Presidenza, il-Kunsill Ewropew ta' Brussell, l-14 ta' Diċembru 2007.

(22)  Kif tressaq fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008 (punt 16) u fl-opinjonijiet tal-KESE.

(23)  Ara l-opinjoni fil-ĠU C 40, 15.2.1999 (Mhux disponibbli bil-Malti).

(24)  Ara n-nota 23 f'qiegħ il-paġna.

(25)  Ara d-DĠ tal-Politika Reġjonali, KE, Jannar 2003.

(26)  Ara l-opinjoni, ĠU C 44/1, 16.2.2008: “Huwa ċert li l-Kummissjoni għandha tevita u tagħti l-impressjoni li l-għan tagħha huwa li tintroduċi ġestjoni ċentrali tar-riċerka Ewropea; dan iżid it-tħassib attwali tal-pubbliku ġenerali fl-Istati Membri dwar iċ-ċentralizzazzjoni eċċessiva fi Brussell”.

(27)  Ara l-opinjoni ĠU C 10/88, 14.1.2004 (Mhux disponibbli bil-Malti).

(28)  Ara nota 8.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/9


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' persuni għaddejjin bil-mixi u utenti vulnerabbli oħra tat-triq

COM(2007) 560 finali — 2007/0201(COD)

(2008/C 211/02)

Nhar it-23 ta' Ottubru 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' persuni għaddejjin bil-mixi u utenti vulnerabbli oħra tat-triq.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta' April 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Ranocchiari.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 ta' April 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'155 vot favur u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Kull sena fis-27 Stat Membru jmutu aktar minn 44 000 persuna u 1.7 miljui oħra jweġġgħu wara aċċident fit-toroq. Fost dawn, aktar minn 8 000 mejjet u 300 000 ferut jagħmlu parti mill-kategorija l-aktar vulnerabbli ta' l-utenti tat-triq, jiġifieri l-persuni mixjin u dawk li jsuqu r-rota (1).

1.2

Fl-2003 ġiet approvata direttiva qafas sabiex tkun garantita protezzjoni akbar ta' l-utenti tat-triq, li tipprevedi reviżjoni sinjifikanti fil-kostruzzjoni tal-parti ta' quddiem tal-karozzi li għandha sseħħ f'żewġ fażijiet: l-ewwel waħda diġà ġiet applikata fil-vetturi awtorizzati mill-1 ta' Ottubru 2005, filwaqt li t-tieni waħda għandha tibda minn Settembru 2010, wara verifika tal-fattibbiltà li kellha sseħħ sa l-2004.

1.3

Din it-tieni fażi, kif ikkonfermata mill-istudji ta' diversi esperti indipendenti, uriet li m'hiex prattika, għallinqas fil-kondizzjonijiet maħsuba: il-Kummissjoni tipproponi għalhekk li tiġi riveduta billi jiddaħlu miżuri alternattivi li jiggarantixxu, anzi jtejbu, il-livell ta' sigurtà meta mqabbel mal-previżjonijiet tad-direttiva eżistenti.

1.4

B'mod partikulari, l-istudju mwettaq mill-espert imqabbad mill-Kummissjoni (2) ssuġġerixxa diversi soluzzjonijiet, li ġew inklużi fil-proposta li qed tiġi analizzata, li jintegraw miżuri ta' sigurtà attiva u passiva, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet li tressqu minn CARS 21 (3) u mal-proposta għal Regolament Tekniku Globali (Global Technical Regulation — GTR) għall-protezzjoni tal-persuni mixjin fit-toroq imħejjija mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti — Ġinevra (United Nations Economic Commission for Europe — UN/ECE).

1.5

Il-KESE jemmen ukoll li l-proposta ma tbiddilx il-kompetizzjoni ħielsa bejn il-kostrutturi peress li ma timponix limiti għall-offerta fuq is-suq tal-mudelli ta' karozzi iżda għandha tendenza li torjenta d-domanda lejn mudelli b'rekwiżiti akbar ta' sigurtà.

1.6

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-KESE għalhekk jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni; madankollu ma jistax ma jgergirx dwar id-dewmien — madwar tliet snin — li wassal għall-miżuri li lanqas biss jistgħu jinkisbu u sabiex jitħejjew oħrajn, anke jekk, probabbilment, parti mill-istess dewmien huwa dovut għall-fatt li bħalissa jeżistu data u soluzzjonijiet tekniċi li ma kinux disponibbli fil-mument ta' l-approvazzjoni tad-direttiva attwalment fis-seħħ.

1.7

Il-KESE jsejjaħ sabiex jitnaqqas dan id-dewmien — li huwa gravi ħafna peress li dan jikkonċerna l-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej — billi jkun hemm approvazzjoni minnufih u totali tal-proposta min-naħa tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew, li b'hekk twassal għall-bidu tat-tieni fażi fil-ħin previst.

1.8

Filwaqt li l-KESE jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-effiċjenza kbira tal-miżuri tekniċi adottati għall-karozzi, jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri sabiex jippromovu b'mod aktar deċisiv ukoll l-inizjattivi li jirrigwardjaw iż-żewġ aspetti l-oħra li jikkontribwixxu għas-sigurtà fit-triq: fuq naħa, it-titjib fil-kwalità u s-sigurtà ta' l-infrastruttura, u fuq in-naħa l-oħra, it-taħriġ u t-trawwim ta' kuxjenza fost l-utenti kollha tat-triq. Din is-sejħa tirrigwardja wkoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali li kull ma jmur qegħdin dejjem aktar jassumu responsabbiltà deċisiva f'dan is-settur.

2.   Introduzzjoni

2.1

Kull sena fis-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, wara aċċidenti fit-toroq, imutu madwar 8 000 persuna u jweġġgħu madwar 300 000 persuna minn fost dawk li jkunu mixjin u dawk li jsuqu r-rota, jiġifieri l-utenti tat-triq l-aktar vulnerabbli.

2.2

Sa mill-2001, il-Kummissjoni Ewropea kisbet l-impenn mill-kostrutturi tal-karozzi sabiex jiżviluppaw miżuri ġodda bil-għan li jitjieb il-ħarsien tal-persuni mixjin fit-triq u ta' dawk li jsuqu r-rota rigward is-sigurtà kemm attiva (qabel il-ħabta) kif ukoll passiva (fil-ħin tal-ħabta).

2.3

Fost id-diversi miżuri li kienu ġew issuġġeriti mill-kostrutturi jidhru l-armar ta' kull karozza b'Antilock Brake System (sistema li tipprevjeni l-brejk milli jiġġammja–ABS), il-projbizzjoni volontarja fuq il-bejgħ ta' bull bars riġidi (rigid bull bars), l-installazzjoni ta' fanali mixgħulin bi nhar (Daytime Running Lights–DRL), miżuri li wara ġew irtirati minħabba l-oppożizzjoni ta' xi wħud mill-Istati Membri, u fl-aħħar, l-introduzzjoni futura ta' sistemi avvanzati ta' teknoloġija ġdida ta' sigurtà attiva li għadha qed tiġi studjata.

2.4

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew urew l-apprezzament tagħhom għall-impenn mill-industrija tal-vetturi. Fl-istess ħin talbu li l-ħarsien tal-persuni mixjin tkun irregolata mhux minn ftehim volontarju jew minn rakkomandazzjoni, iżda minn leġislazzjoni vera li tieħu l-forma ta' direttiva speċifika.

2.5

Dan il-pass wassal għad-Direttiva Qafas 2003/102/KE (4) dwar “il-ħarsien ta' persuni għaddejjin bil-mixi u ta' utenti vulnerabbli oħra tat-triq” u d-Direttiva 2005/66/KE (5) dwar “l-użu ta' sistemi ta' protezzjoni ta' quddiem fuq vetturi bil-mutur” (eliminazzjoni tal-bumpers riġidi).

2.6

Id-Direttiva Qafas dwar il-ħarsien tal-persuni għaddejjin bil-mixi tibbaża fuq provi u valuri limitati suġġeriti mill-Kumitat Ewropew għat-Titjib fis-Sigurtà tal-Vetturi (EEVC) u tipprevedi implimentazzjoni f'żewġ fażijiet, it-tnejn li huma ċċentrati fuq is-sigurtà passiva. L-ewwel fażi, li tistabbilixxi reviżjonijiet kostruttivi u tnaqqis fil-piż tal-bonnet u tal-bumpers għall-vetturi M1 u N1  (6) li ma jiżnux aktar minn 2 500 kg, daħlet fis-seħħ għall-vetturi approvati fl-1 ta' Ottubru 2005. It-tieni fażi, li tipprevedi provi u valuri limitati aktar severi, hija maħsuba għall-karozzi li jiġu approvati mill-1 ta' Settembru 2010.

2.7

Dubji serji dwar il-fattibbiltà tat-testijiet ippjanati għat-tieni fażi kienu diġà ġew espressi meta l-proposta ġiet diskussa fil-Parlament Ewropew — fil-verżjoni finali tat-test, id-direttiva stipulat li l-Kummissjoni għandha tħejji studju ta' fattibbiltà tat-tieni fażi sa l-1 ta' Lulju 2004. B'mod partikulari, l-istudju għandu jidentifika: “miżuri alternattivi — jew passivi jew inkella kombinazzjoni ta' miżuri attivi u passivi — li huma minn ta' l-anqas ekwivalenti f'termini ta' effettività attwali” (7).

2.8

Numru ta' studji mħejjija minn esperti indipendenti, inkluż dawk inkarigati mill-Kummissjoni, urew li huwa teknikament impossibbli li jitwettqu r-rekwiżiti tat-tieni fażi sa l-iskadenza u bl-użu tat-testijiet stipulati mill-EEVC. Fid-dawl ta' din il-konklużjoni, il-proposta l-ġdida tistabbilixxi parametri riveduti għas-sigurtà passiva kif ukoll elementi ġodda ta' sigurtà attiva, li sadanittant ġew żviluppati mill-industrija li jistgħu jilħqu u anke jeċċedu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva, fi kliem ieħor “li huma minn ta' l-anqas ekwivalenti f'termini ta' effettività attwali”.

2.9

Barra minn hekk, it-testijiet li issa ġew suġġeriti huma ugwali għal dawk li jinsabu fil-proposta tal-Global Technical Regulation għall-ħarsien tal-persuni mixjin li tħejjiet mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE). L-armonizzazzjoni possibbli tal-leġislazzjoni Ewropea mal-leġislazzjoni barra l-Ewropa b'mod evidenti tkun ta' benefiċċju għall-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tal-karozzi.

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea

3.1

Il-proposta l-ġdida, din id-darba mhux ta' direttiva iżda ta' regolament, tipprevedi l-ewwel u qabel kollox li tikkombina d-dispożizzjonijiet tad-direttiva relatata mas-sistemi ta' ħarsien frontali ma' dawk tad-direttiva preċedenti relatata mal-ħarsien tal-persuni mixjin, li ser tiġi emendata kif neċessarju sabiex ikun żgur li tista' tiġi applikata. Konsegwentement, f'każ li dan ir-regolament jiġi approvat, iż-żewġ direttivi jitħassru.

3.2

It-testijiet li l-vetturi jridu jgħaddu sabiex ikunu approvati b'konformità mar-regolament propost jirrigwardjaw:

3.2.1

il-forma tar-ras ta' tifel/adult ta' daqs żgħir man-naħa ta' fuq tal-bonnet; il-forma tar-ras ta' adult man-naħa ta' wara tal-bonnet u l-forma tas-sieq u tal-koxxa mal-bumpers, b'parametri parzjalment riveduti rigward it-II fażi prevista mid-direttiva fis-seħħ. Għall-iskopijiet ta' monitoraġġ aktar milli ta' approvazzjoni, u bil-għan ta' żviluppi futuri teknoloġiċi, jintalbu wkoll it-testijiet ta' kolliżjoni għall-pelvi max-xifer ta' quddiemnett tal-bonnet u l-forma tar-ras ta' adult mal-windskrin;

3.2.2

fir-rigward tas-sistemi ta' ħarsien frontali (eks Direttiva 2005/66/KE) ġew ikkonfermati bħala testijiet approvati l-forma tas-sieq u tal-koxxa kif ukoll dik tar-ras ta' tifel jew ta' adult ta' daqs żgħir f'kolliżjoni ma' l-istess sistema. Huma proposti aktar testijiet għall-iskop ta' monitoraġġ, flimkien ma' dispożizzjonijiet vinkolanti fuq il-kostruzzjoni u l-istallazzjoni ta' dawn is-sistemi.

3.3

Il-miżuri ta' sigurtà passiva jiżdiedu bl-istallazzjoni ta' sistema ta' sigurtà attiva sabiex jiġu ggarantiti l-livelli ta' sigurtà previsti miż-żewġ direttivi preċedenti. Dawn huma s-sistema ta' assistenza fl-ibbrejkjar (Brake Assist System — BAS) li tipprovdi assistenza lix-xufier li jipprova jibbrekja b'mod rapidu f'sitwazzjoni ta' emerġenza iżda mingħajr ma japplika biżżejjed pressjoni. Flimkien ma' l-ABS, dan jassigura l-pressjoni massima fuq il-brejkijiet u jottimizza r-rata ta' deċellerazzjoni, u b'hekk titnaqqas b'mod sinjifikanti l-veloċità ta' impatt fuq il-persuni mixjin.

3.4

Fl-aħħar, b'konsiderazzjoni taż-żjieda fin-numru ta' vetturi tqal fuq it-toroq urbani (b'mod partikulari l-SUVs), issa huwa rrakkomandat li, wara perijodu transitorju, id-dispożizzjonijiet japplikaw mhux biss għall-vetturi M1 u N1 b'piż sa 2 500 kg, skond l-istandards attwali, iżda anke għal dawk li huma itqal li jiżnu sa 3 500 kg, jiġifieri il-limitu massimu taż-żewġ kategoriji kkonċernati.

4   Kummenti tal-KESE fuq il-proposta tal-Kummissjoni

4.1

Fuq kollox, il-KESE jilqa' b'mod pożittiv id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkorpora ż-żewġ direttivi preċedenti fir-regolament propost. Din l-għażla tiċċara u tissemplifika l-leġislazzjoni rilevanti, bħalma kien issuġġerixxa l-KESE fl-opinjoni dwar il-proposta tad-direttiva relatata ma' l-użu tas-sistemi ta' ħarsien frontali (8).

4.2

F'dan id-dawl, il-KESE japprezza wkoll l-għażla ta' regolament bħala l-istrument legali, peress li dan jassigura l-metodi u l-iskadenzi speċifiċi għall-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha, aspett partikularment rilevanti għal leġislazzjoni b'kontenut tekniku għoli.

4.3

Min-naħa l-oħra, il-KESE jiddispjaċih li t-testijiet previsti mill-EEVC għat-II fażi ma setgħux jiġu implimentati, peress li l-fattibbiltà tagħhom ma ġietx ittestjata sa l-iskadenza (l-1 ta' Lulju 2004), li wassal għal dewmien ta' aktar minn tliet snin.

4.4

Madankollu, il-KESE xorta jesprimi l-apprezzament tiegħu għas-soluzzjoni proposta wara proċess twil iżda li ħalla l-frott, fejn ġew applikati r-rakkomandazzjonijiet li tressqu minn CARS 21 dwar approċċ integrat. Dan jippermetti wkoll li l-leġislazzjoni Ewropea tiġi armonizzata ma' dik mhux Ewropea. Huwa sodisfatt b'mod partikulari mill-fatt li dan kollu ġie sostnut minn valutazzjoni rigoruża ta' l-impatt, li hija l-ewwel waħda li ġiet eżaminata u approvata mill-Bord tal-Valutazzjoni ta' l-Impatt (Impact Assessment Board) li twaqqaf reċentement mill-Kummissjoni Ewropea.

4.5

Is-soluzzjoni magħżula, li tuża anke miżuri ta' sigurtà attiva, ser twassal — skond it-tbassir tal-Kummissjoni u ta' l-esperti tagħha — għal tnaqqis fin-numru ta' mwiet u tal-feruti gravi b'80 % u b'44 % rispettivament meta mqabbla mar-riżultati li kienu nkisbu bit-II fażi (9) oriġinali, li deher biċ-ċar li ma tistax tinkiseb, u għalhekk dan jikkontribwixxi sabiex jiġu salvati aktar minn 1 100 ħajja u jitnaqqas in-numru ta' persuni mweġġa' b'46 000. Ma' dan għandu jingħad li l-miżuri l-ġodda jinkludu spejjeż baxxi ħafna u għalhekk ikollhom impatt negliġenti fuq il-prezzijiet tal-vetturi.

4.6

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-KESE jirrakkomanda b'insistenza li l-proposta tal-Kummissjoni għandha tkun approvata malajr u totalment mill-Parlament u mill-Kunsill Ewropew, u b'hekk jiġi evitat aktar dewmien, li bla dubju jwassal għal aktar posponiment minħabba l-lead time (10) ta' l-industrija tal-karozzi.

4.7

Barra minn hekk, il-KESE jispera li d-dispożizzjonijiet il-ġodda jiġu applikati malajr anke għall-vetturi itqal, inklużi l-SUVs, li n-numru tagħhom dejjem qiegħed jiżdied fit-traffiku urban. Għal dan il-għan ikun opportun li immedjatament jiġi stabbilit il-perijodu transitorju previst mill-proposta.

4.8

Fl-aħħar, m'għandux jintesa li dawn il-miżuri ta' ħarsien ma japplikawx ovvjament għall-vetturi li huma eqdem, li issa jirrappreżentaw wieħed mill-perikli kbar għall-utenti vulnerabbli. Tajjeb li wieħed ifakkar li l-ABS, li issa jintuża b'mod effiċjenti mal-BAS, għalkemm introdott b'mod wiesa' fuq bażi volontarja sa mill-2004, ser isir obbligatorju biss bil-leġislazzjoni l-ġdida.

4.9

Fl-aħħar, il-KESE jfakkar li fit-tip ta' kolliżjoni in kwistjoni, il-feriti huma parti minn żewġ kategoriji: dawk ikkawżati mill-impatt “primarju” bejn il-persuna miexja jew dik li qed isuqu r-rota kontra l-parti ta' quddiem tal-vettura u dawk li jiġu mill-impatt “sekondarju” ma' l-art tat-triq li fuqha ta' spiss titwaddab il-persuna miexja. Fi kwalunkwe każ għandu jintwera li mhux realistiku li jkun hemm ix-xewqa li tiġi protetta l-persuna miexja jekk l-impatt primarju jseħħ b'veloċità superjuri għal 40 km/h.

4.10

L-iskop tal-kummenti preċedenti huwa li għal darb'oħra jiġi enfasizzat li soluzzjoni għal din il-problema, bħal fil-każ ta' ħafna aktar problemi marbutin mas-sigurtà ta' l-utenti tat-triq, tiddependi minn approċċ integrat, li għandu jinkludi — apparti t-titjib teknoloġiku tal-vetturi — anke żewġ aspetti fundamentali oħra: l-atteġġjament ta' l-utenti tat-triq u l-infrastruttura, żewġ aspetti li tagħhom l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jridu jassumu responsabbiltà deċisiva.

4.11

Il-KESE jikkunsidra li l-Kummissjoni Ewropea min-naħa tagħha għamlet u tkompli tagħmel ħafna, bi proposti ta' inizjattivi leġislattivi u politiċi, b'fondi mqegħdin għad-disposizzjoni permezz tal-programmi qafas Ewropej għar-riċerka u l-programm għas-sussidjar tas-sigurtà fit-triq u, l-aħħar iżda mhux l-inqas, bit-tnedija tal-Karta Ewropea tas-Sigurtà fit-Triq.

4.12

Min-naħa l-oħra, l-istituzzjonijiet oħrajn u l-Istati Membri, għalkemm attenti għall-problema, mhux dejjem jappoġġjaw biżżejjed l-inizjattivi tal-Kummissjoni. Eżempju reċenti ta' dan hi l-proposta tal-Kummissjoni intiża sabiex iżżid l-istandards ta' sigurtà ta' l-infrastruttura tat-toroq (11). Din il-proposta, li l-KESE jqisha neċessarja għat-tnaqqis fin-numru ta' vittmi tat-toroq, ġiet meqjusa mill-Parlament Ewropew bħala wisq preskrittiva u għalhekk, minħabba l-prinċipju tas-sussidjarjetà, tbattlet mid-dispożizzjonijiet vinkolanti l-aktar vigorużi. F'dan il-każ ukoll, sakemm ma jsirux reviżjonijiet matul il-votazzjoni fil-Plenarja, li huwa improbabbli, il-Parlament ikun għadda d-deċiżjonijiet kollha lill-Istati Membri.

4.13

Fir-rigward ta' l-ewwel aspett imsemmi hawn fuq, jiġifieri l-atteġġjament ta' l-utenti tat-triq, irid jingħad li għalkemm ta' spiss l-inċidenti jkunu dovuti għat-traskuraġni tas-sewwieqa, ta' spiss ukoll ikunu l-persuni mixjin u dawk bir-roti li jaġixxu b'mod skorrett u jinjoraw ir-regoli bażiċi tal-kodiċi tat-triq u xi kultant tas-sens komun. L-edukazzjoni u l-informazzjoni f'dan il-qasam għandhom jiġu pprovduti sa mill-iskejjel primarji u permezz ta' kampanji regolari ta' tqajjim ta' kuxjenza li l-għan tagħhom huwa li jħeġġu atteġġjament korrett fl-utenti kollha. Huwa ugwalment importanti li jiġu introdotti multi severi għall-atteġġjamenti perikolużi ta' l-utenti kollha tat-triq.

4.14

L-aspett l-ieħor essenzjali għas-sigurtà fit-triq jirrigwardja l-infrastruttura, u dan l-ewwel u qabel kollox fil-bliet, fejn iseħħu 80 % ta' l-imwiet tal-persuni mixjin u dawk bir-roti. Is-separazzjoni fiżika bejn l-utenti tat-triq fejn tkun possibbli tirrappreżenta l-aktar mod effettiv sabiex jiġi evitat il-kuntatt bejn il-vetturi, il-persuni mixjin u dawk bir-roti. Minn dan il-punt, ix-xogħlijiet maħsubin sabiex jibnu postijiet protetti minn fejn jaqsmu n-nies, flyovers, passaġġi għar-roti, dawl u bankini adegwati, sinjali ċari u kemm jista' jkun possibbli uniformi fid-diversi Stati Membri, għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' l-inċidenti, apparti li joħolqu ambjent urban inqas ostili għall-persuni b'diżabbiltà.

4.15

L-iżvilupp ta' inizjattivi ta' dan it-tip isaħħaħ is-sigurtà u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-belt: dawn għalhekk għandhom jiddaħħlu f'kull proposta tal-Kummissjoni, inkluż dawk, bħal din il-proposta attwali, li jirreferu biss għall-aspetti tekniċi tal-vetturi.

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Sors: CARE (Community Road Accident Database): bażi tad-data li tiġbor u tħejji l-informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-aċċidenti fit-toroq.

(2)  Transport Research Limited UK.

(3)  COM(2007) 22 finali, 7.2.2007 — Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21.

(4)  ĠU L 321, 6.12.2003, p. 15.

(5)  ĠU L 309, 6.12.2003, p. 37.

(6)  

M1

=

karozzi bi 8 passiġġieri + xufier u piż massimu ta' 3 500 kg.

N1

=

karozzi kummerċjali bħall-M1 b'piż massimu ta' 3 500 kg.

(7)  Art. 5 tad-Direttiva 2003/102/KE dwar il-protezzjoni tal-persuni mixjin.

(8)  Opinjoni, ĠU C 118, 30.4.2004 (mhux disponibbli bil-Malti).

(9)  SEC(2007) 1244 — Valutazzjoni ta' l-impatt li takkumpanja l-proposta għal regolament.

(10)  Iż-żmien meħtieġ għall-industrija sabiex timplimenta kwalunkwe rekwiżit ġdid li jġib miegħu bidliet strutturali fil-vettura.

(11)  COM(2006) 0569.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/12


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

COM(2007) 851 finali — 2007/0295 (COD)

(2008/C 211/03)

Nhar it-30 ta' Jannar 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta' April 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Ranocchiari.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'142 voti favur, u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

It-tkabbir fit-talba għall-mobbiltà, il-proporzjon ta' vetturi privati u fuq kollox, il-problemi maħluqa mill-konġestjoni tat-traffiku — iżda mhux biss — fiż-żoni urbani għenu biex jagħmlu t-trasport bit-triq qasam ta' attività tal-bniedem fejn qed tingħata attenzjoni dejjem akbar lill- istima ta' l-impatt ambjentali. Il-proposta tal-Kummissjoni biex tnaqqas l-emissjoni ta' inkwinanti atmosferiċi minn vetturi heavy-duty tista' tiġi kkunsidrata fl-istess kuntest.

1.2

Il-KESE jappoġġja l-proposta għall-applikazzjoni ta' ħtiġijiet ambjentali u skadenzi industrijali, li jqisha adegwata kemm fir-rigward ta' l-effettività u ta' l-iskadenzi tagħha.

1.3

Il-KESE jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni li r-regolament attwali hu pass lejn l-armonizzazzjoni globali tal-limiti ta' l-emissjonijiet.

1.4

Il-KESE jikkonsidra l-għażla ta' regolament bħala strument legali, raġonevoli u partikolarment adegwat, għaliex dan jiżgura metodi speċifiċi ta' implimentazzjoni u skadenzi għall-Istati Membri kollha — aspett partikolarment importanti f'leġislazzjoni daqstant teknika.

1.5

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ id-dritt ta' l-operaturi indipendenti li jkunu żgurati aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vettura. Madankollu għandu dubji serji dwar l-opzjoni li testendi l-format standardizzat OASIS, maħsub għal vetturi tal-passiġġieri, fuq vetturi kummerċjali heavy-duty.

1.6

Sabiex jixxejjen dan it-tħassib, il-KESE jittama li l-Kummissjoni ser tkompli tfittex soluzzjonijiet alternattivi li jista' jkollhom l-istess vantaġġi maħsuba bħas-sistema OASIS, iżda jkunu aktar sempliċi u orħos biex jiġu applikati mill-utenti.

1.7

Għalhekk il-KESE jerġa' jisħaq il-ħtieġa ta' politiki tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' inkwinanti sabiex titħeġġeġ l-introduzzjoni ta' vetturi li jieħdu fjuwils alternattivi b'anqas emissjonijiet ta' nitroġeni ossidi u tal-partikulati, u biex jiġi żgurat li r-regolament prospettiv isemmi ukoll il-kunċett tal-kwalità tal-fjuwil.

1.8

Il-KESE jemmen li r-referenza għal kejl obbligatorju ta' l-emissjonijiet tas-CO2 mhix adegata għal strument li għandu jkopri biss l-emmissjonijiet ta' inkwinant. Il-KESE jibża li l-kumplessità u n-natura speċifika ta' din il-kwistjoni, li għandha implikazzjonijiet konsiderevoli għall-kompetittività, tista' twassal għal dibattitu li jista' jmajna l-proċess leġislattiv u jdewwem ir-riżultati mistennija tar-regolament. Għaldaqstant, il-KESE jissuġġerixxi li t-tema tas-CO2 tkun is-suġġett ta' regolament ad hoc meta tkun disponibbli informazzjoni aktar preċiża minn dik attwali.

2.   Introduzzjoni

2.1

Għalkemm f'dawn l-aħħar għaxar snin il-kwalità ta' l-arja tjiebet, għad hemm problemi sinifikanti bil-kwalità ta' l-arja ma' l-Unjoni Ewropea kollha, speċjalment fiż-żoni urbani u f'reġjuni ferm popolati.

2.2

Sa l-2020 l-UE ser tkun għadha l-bogħod milli tilħaq l-objettivi tas-sitt programm ta' azzjoni ambjentali. Fost il-forom differenti ta' tniġġis, dak ġej mill-materja partikulata qed iħasseb dejjem aktar lill-komunità xjentifika: ir-Regolament propost, diskuss f'din l-opinjoni, għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità ta' l-arja mingħajr ma jaffettwa ħażin lill-kompetittività industrijali u l-moviment liberu tal-merkanzija.

2.3

Hekk kif intqal mill-Viċi-President Verheugen, l-istandard il-ġdid Euro VI ser ikun ukoll pass 'il quddiem lejn l-armonizzazzjoni globali għaliex jaħseb għal valuri ta' limitu ta' l-emissjonijiet simili għal dawk ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

2.4

Il-partiċelli li jiffurmaw il-materja partikulata, kemm dawk naturali u dawk ġejjin minn attivitajiet tal-bniedem — b'mod speċjali l-proċessi ta' kombustjoni — għandhom struttura kumplessa u differenti kemm mill-aspett ta' kimika kif ukoll fid-daqs.

2.5

Irid jitqies li, għalkemm l-każijiet ta' tniġġis qawwi minn partikuli fini huwa spiss marbut ma' l-effetti ta' attivitajiet tal-bniedem, dawn iseħħu ukoll 'il bogħod miż-żoni ta' densità urbana kaġun ta' fenomeni naturali, kundizzjonijiet meterjoloġiċi partikulari u mit-topografija lokali. Barraminhekk il-proporzjon tas-sorsi differenti ta' l-emissjonijiet jista' jvarja b'mod sinifikanti minn żona għall-oħra: l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tikkalkula li fl-Ewropa tal-15, 26 % ta' l-emissjonijiet kollha marbutin ma' l-attivitajiet tal-bniedem huma kkaġunati mit-trasport bit-triq.

2.6

Għall-darb'oħra, dan jikkonferma li l-problema marbuta ma' l-emissjonijiet u l-inkwinanti trid dejjem tiġi evalwata minn kull aspett u bħala parti minn approċċ integrat.

2.7

F'dan ir-rigward, il-KESE jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni żviluppat il-proposta tagħha fil-kuntest tal-programm “Arja Nadifa Għall-Ewropa” (CAFE (1)), li pprovda l-bażi teknika għall-preparazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis ta' l-Arja.

2.8

Il-KESE jilqa' ukoll l-approċċ b'livelli diversi li adottat il-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni. Ir-Regolament propost se jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin tad-dispożizzjonijeit il-ġodda, għall-adozzjoni permezz tal-proċedura ta' ko-deċiżjoni. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet prinċipali se jkunu stabbiliti f'Regolament ieħor, li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' kumitat regolatorju għall-adattament għall-progress tekniku, skond il-proċedura tal-komitoloġija.

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni

3.1

Il-Kummissjoni riedet tidentifika l-miżuri meħtieġa sabiex tilħaq il-livelli mixtieqa ta' kwalità ta' l-arja Euro VI hi miżura importanti biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet (bħall-ossidi tan-nitroġenu — NOx u l-idrokarbonji — HC) u tal-materja partikulata.

3.2

Ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif ġew iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg u għall-vetturi bil-mutur kollha tal-kategoriji M3 u N3, kif ġew ddefiniti f'dak l-Anness. Madankollu, dan ma japplikax, jekk il-manifattur jitlob dan, għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b'massa ta' referenza li ma taqbiżx l-2 840 kg approvati skond it-tip skond ir-Regolament (KE) 715/2007 (2).

3.3

Il-limiti ta' l-emissjonijiet mill-egżost l-ġodda li qed jiġu proposti (EuroVI) ser juru tnaqqis ta' 80 % tan-NOx u ta' 66 % tal-materja partikulata meta mqabbla mal-livelli ta' l-Euro V (meħtieġa għal reġistrazzjonijiet ġodda sa mill-1 ta' Ottubru 2008). F'dan il-każ il-limiti ta' emissjonijiet awtorizzati se jkunu konformi ma' dawk ippjanati għall-istess perijodu fl-Istati Uniti. Ir-Regolament jaħseb ukoll, għad-dħul ta' limitu fuq in-numru ta' partiċelli li jistgħu jiġu emessi, darba li jkun żviluppat metodu ta' kejl speċifiku.

3.4

Ir-Regolament propost jiffissa l-limiti skond iċ-ċikli ta' test attwali, iżda jaħseb għall-introduzzjoni ta' ċikli armonizzati dinjija (WHDC), darba li jkun possibbli li jiġu mqabbla l-emissjonijiet mkejla maċ-ċikli attwali dawk mkejla skond iċ-ċikli armonizzati.

3.5

Meta mqabbel mal-leġislazzjoni attwalment fis-seħħ, ir-Regolament itawwal il-ħajja utli ta' vettura skond kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis u għall-konformità waqt l-użu.

3.6

Għal din il-fini, id-definizzjonijiet ta' ħajja utli għall-kategoriji differenti ta' vetturi ser tiġi estiża kif ġej:

a.

160 000 km jew ħames snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta' magni mwaħħla fuq vetturi ta' kategorija M1, N1 u M2;

b.

300 000 km jew sitt snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta' magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji N2, N3 b'massa massima teknikament permissibbli li ma teċċedix is-16-il tunnellata metrika u M3 Klassi I, Klassi II u Klassi A, u Klassi B b'massa massima teknikament permissibbli li ma teċċedix is-7.5 tunnellati metriċi;

c.

700 000 km jew seba' snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta' magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategorija N3 b'massa massima teknikament permissibbli li teċċedi s-16-il tunnellata metrika u M3 Klassi I, Klassi II u Klassi A, u Klassi B b'massa massima teknikament permissibbli li teċċedi s-7.5 tunnellati metriċi;

3.7

Ir-Regolament propost jipprovdi għal Regolament ta' implimentazzjoni ieħor li għandu jinħareġ mill-Kummissjoni, li d-dispożizzjonijiet tiegħu jkopru:

l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi iċ-ċikli tat-test, l-emissjonijiet off-cycle, in-numru ta' partiċelli, l-emissjonijiet waqt idling speed, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis;

l-emissjonijiet mill-crankcase;

is-sistemi OBD u r-rendiment waqt l-użu tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis

kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, il-konformità tal-magni u tal-vetturi waqt l-użu, il-konformità tal-produzzjoni u ta' kemm il-vettura jew il-magna tkun tajba għat-triq;

l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil;

l-għoti ta' estensjoni għall-approvazzjonijiet tat-tip;

it-tagħmir tat-testijiet;

il-fjuwils ta' referenza;

il-kejl tal-qawwa tal-magna;

id-dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex tkun żgurata il-ħidma korretta tal-miżuri ta' kontroll tan-NOx; dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li l-vetturi li jenħtieġu reaġent sabiex jirrispettaw il-valuri ta' limitu għall-emissjonijiet tan-NOx ma jistgħux jitħaddmu mingħajr tali reaġent.

3.8

Ir-Regolament jistipula ukoll li operaturi indipendenti għandu jkollhom aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjonital-vetturi (3). B'referenza għar-Regolament aktar dettaljat l-ieħor, dan jistipula li l-informazzjoni dwar is-sistema dijanjostika fil-vettura (OBD) u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi jkunu disponibbli permezz tas-siti web fil-format standardizzat żviluppat minn kumitat tekniku ta' partijiet interessati (dak li jissejjaħ il-“format OASIS” (4)).

3.9

Skond ir-Regolament, l-istandard Euro VI għandu japplika mill-:

1 ta' April 2013 għall-approvazzjonijiet il-ġodda tat-tip; u

mill-1 ta' Ottubru 2014 għar-reġistrazzjonijiet il-ġodda.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Minkejja ż-żieda konsiderevoli fin-numru ta' vetturi fit-toroq, il-kwalità ta' l-arju tjiebet fl-aħħar deċennju. Madankollu, l-UE kollha kemm hi għadha xi ftit il-bogħod milli ssolvi l-problema tat-tniġġis ta' l-arja, speċjalement fiż-żoni urbani u f'reġjuni ferm popolati. Għalhekk il-KESE jilqa l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-kostruzzjoni tal-vetturi bil-mutur bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern waqt li fl-istess ħin ikun previst livell għoli ta' ħarsien ambjentali.

4.2

Il-limiti ta' emissjoni ta' l-Euro IV għat-trakkijiet u għall-karozzi tal-linja huma applikabbli mid-9 ta' Novembru 2006 u l-limiti ta' emissjoni ta' l-Euro V se japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2008 għall-omologazzjonijiet il-ġodda. Għalhekk il-KESE jikkonferma d-dati proposti għall-applikazzjoni tar-Regolament il-ġdid.

4.3

Peress li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità, il-KESE jappoġġja l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Madankollu, jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni, li b'għarfien sħiħ, kemm tal-ħtieġa li jkun evitat li jitfaċċaw ostakli għas-suq uniku kif ukoll minħabba l-implikazzjonijiet transkonfinali tat-tniġġis ta' l-arja, l-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed bl-azzjonijiet ta' l-Istati Membri, iżda jenħtieġu l-miżuri miftiehma ta' rabta fil-livell ta' l-UE.

4.4

Il-KESE jikkonferma ukoll l-għażla ta' direttiva bħala strument legali, għaliex din tiżgura metodi speċifiċi ta' implimentazzjoni u dati limitu għall-Istati Membri kollha — aspett partikolarment importanti f'leġislazzjoni daqstant teknika.

4.5

Il-Kumitat jaqbel mal-punti magħmula f'paragrafi 5 u 6 ta' l-introduzzjoni għar-Regolament propost li “Biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-UE għall-kwalità ta' l-arja jinħtieġ sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tkun provduta b'informazzjoni ċara dwar il-valuri ta' limitu futuri ta' l-emissjonijiet”. u li“L-iffissar ta' valuri ta' limitu għall-emissjonijiet ta' l-ossidu tan-nitroġenu minn kmieni għandu jipprovdi sigurtà fl-ippjanar tul perijodu twil ta' żmien u mifruxa ma' l-Ewropa kollha għall-manifatturi tal-vetturi”.

4.6

Il-KESE jaqbel ukoll mal-Kummissjoni li fl-iffissar ta' standards ta' emissjoni huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għall-kompetittività tas-swieq u l-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozji u l-benefiċċji li jakkumulaw f'termini ta' stimolu lill-innovazzjoni, it-titjib tal-kwalità ta' l-arja, tnaqqis fl-ispejjeż tas-saħħa u ż-żieda fl-istennija għall-ħajja.

4.7

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ id-dritt ta' l-operaturi indipendenti li jkunu żgurati aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vettura. Madankollu għandu dubji serji dwar l-opzjoni li testendi l-format OASIS standardizzat, maħsub għal vetturi tal-passiġġieri fuq vetturi kummerċjali heavy-duty.

4.7.1

Vetturi ta' serje ta' produzzjoni fuq skala kbira m'humiex koperti mir-regolament, li japplika għall-vetturi kummerċjali b'massa ta' referenza li teċċedi l-2 610 kg. Il-vetturi kummerċjali huma prodotti f'ħafna verżjonijiet u varjetajiet differenti, li jagħmilha diffiċli u għali ħafna biex wieħed jipprova jistandardizza informazzjoni fuq il-vantaġġi reali li jintrebħu, dan ukoll meta wieħed jikkunsidra li d-ditti tat-tiswija għal vetturi kummerċjali heavy-duty huma ftit u jispeċjalizzaw fi grad għoli fuq mudelli speċifiċi. L-applikazzjoni tas-sistema OASIS fuq ditti ta' tiswija ta' vetturi kummerċjali heavy-duty, li kważi kollha huma SMEs, tfisser impożizzjoni fuqhom ta' piżijiet finanzjarji u organizzazzjonali konsiderevoli, sabiex tiġi installata u amministrata s-sistema l-ġdida. Dawn il-piżijiet jegħlbu l-benefiċċji maħsuba għall-utent. Dawn id-dubji ġejjin mid-differenza sinifikanti bejn iż-żewġ setturi. B'kuntrast mas-settur tal-karozzi, ditti ta' tiswija għall-vetturi kummerċjali heavy-duty huma ftit fin-numru u jispeċjalizzaw f'numru ristrett ta' mudelli; madankollu l-persunal tagħhom għandhom kwalifiki għoljin u huma kapaċi jitkellmu mal-manifatturi mingħajr ħteġa ta' miżuri ta' appoġġ addizzjonali.

4.7.2

Għalhekk, fid-dawl ta' dak li ġara, il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni tagħmel stima ta' l-impatt immirata fuq analiżi spiża/benefiċċju dwar l-użu ta' l-OASIS fuq soluzzjonijiet oħra possibbli li huma aktar sempliċi u orħos

4.8

Il-KESE jerġa jenfasizza l-ħtieġa, enfasizzata aktar kmieni b'rabta ma' proposti oħra tal-Kummissjoni, biex tħeġġeġ l-introduzzjoni ta' vetturi li jieħdu fjuwils alternattivi, li jista' jkollhom emissjonijiet baxxi ta' ossidi tan-itroġenu u partikulati. Għalhekk jaqbel mal-ħtieġa ta' valuri ta' limitu għall-idrokarbonji, idrokarbonji mhux tal-metanu u għall-metanu.

4.9

Fir-rigward tal-proċedura tat-test li tipprovdi l-bażi għar-regolamenti tal-KE dwar l-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip, il-KESE jittama li l-Kummissjoni għandha tadotta malajr kemm jista' jkun ċikli ta' sewqan armonnizzati dinjija.

4.10

Ir-Regolament jaħseb ukoll għal kejl tal-konsum tal-fjuwil u ta' l-emissjonijiet tas-CO2 u għalhekk jiċċaqlaq kemmxejn mill-objettiv dikjarat tiegħu, li hu dak li jnaqqas l-inkwinanti atmosferiċi.

4.10.1

Id-data wżata għal dan il-kejl tinkiseb minn testijiet tal-magni minn dinamometri, li fir-realta m'humiex rappreżentattivi tal-vettura sħiħa. Kif inhu magħruf. l-effiċjenza ta' l-enerġija tal-vettura tiddependi minn aspetti differenti li fosthom il-magna hi biss element wieħed importanti fost ħafna oħrajn (it-trasmissjoni, l-aerodinamiċi, ir-resistenza ta' l-irrowljar, il-partijiet awżiljarji, eċċ). L-istess tip ta' magna tista' tintuża f'vetturi b'karatteristiċi u għanijiet differenti ħafna (vetturi għat-trasport ta' merkanzija tqila, vetturi għall-kostruzzjoni, karozzi tal-linja lokali, eċċ.)

4.10.2

F'dan il-kuntest, il-Kumitat ifakkar li l-għan tal-Kummissjoni li tinkludi l-vetturi N1, mniżżel fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-istrateġija biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 [COM(2007) 19 finali], kienet ġiet abbandunata meta tressaq ir-Regolament innifsu [COM(2007) 856 finali] — u bir-raġun, meta wieħed iqis l-speċifiċita tas-suġġett u kemm mhix adegwata d-data disponibbli.

4.10.3

Il-KESE jinnota wkoll li fir-rigward tal-vetturi kummerċjali, hemm talba qawwija mis-suq għal tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil (bi tnaqqis simili ta' l-emissjonijiet tas-CO2), meta jitqies li l-fjuwil jirrappreżenta l-ogħla spiża ta' ħidma fis-settur tat-trasport. Għalhekk hi l-kompetizzjoni li twassal lill-manifatturi tal-vetturi biex jipprovdu l-aktar soluzzjonijiet avvanzati fir-rigward tal-konsum tal-fjuwil u b'konsegwenza ta' l-emissjonijiet tas-CO2.

4.10.4

Fir-rigward tal-kejl ta' l-emissjonijiet tas-CO2, il-KESE jixtieq jagħmel punt importanti li jekk id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u s-CO2, mkejla biss bit-testijiet fuq il-magni, kellha tintuża biex jiġu determinati l-inċentivi jew it-taxxi possibbli, din tista' tgħawweġ is-suq b'mod irrazzjonali.

4.10.5

Fid-dawl ta' dak kollu li ntqal, il-KESE jikkonferma l-qbil tiegħu ma' l-opportunità li ssir liġi malajr kemm jista' jkun anke dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ta' piż qawwi, iżda jaħseb li jkun aħjar jekk is-suġġett jiġi diskuss separatament, permezz ta' tfassil ta' proposta speċifika, anke sabiex ma jkunx hemm riskju ta' dibattitu konflitwali li jista' jdewwem l- approvazzjoni tar-regolament attwali.

4.11

Meta titqies in-nuqqas ta' ħeġġa tas-suq li jixtri vetturi aktar nodfa minħabba l-prezz għoli tagħhom, il-Kumitat hu favur il-possibbiltà ta' introduzzjoni ta' inċentivi finanzjarji għall-akkwist tagħhom u jħoss illi l-Istati Membri għandhom, permezz ta' skemi varji ta' inċentivi varji, jħaffu t-tqegħid fis-suq ta' vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti adottati fil-livell ta' l-UE.

4.12

Il-KESE żgur jappoġġja l-proposta li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u li dawn il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

4.13

Il-Kumitat jemmen li d-dati ta' implimentazzjoni proposti mill-Kummissjoni (l-1 ta' April 2013 għall-approvazzjoni ta' tipi ġodda u l-1 ta' Ottubru 2014 għar-reġistrazzjonijiet il-ġodda) huma adegwati. Filfatt li ħames snin ta' stabbiltà bejn livell ta' emissjonijiet u l-ieħor huma biżżejjed biex jagħtu ċans lill-industrija tikseb ir-ritorn ekonomiku fuq l-investiment magħmul biex jinġiebu fis-suq is-soluzzjonijeit il-ġodda.

4.14

Madankollu, il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li ma tapplikaz ir-Regolament il-ġdid jekk manifattur jitlob dan, għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b'massa ta' referenza li ma teċċedix l-2 840 kg approvati skond it-tip taħt ir-Regolament (KE) 715/2007. Fi kliem ieħor il-KESE jappoġġja l-fatt li għall-vetturi borderline f'termini ta' tunnellaġġ, ċertu grad ta' flessibbiltà ta' approvazzjoni tat-tip hi permessa biex tippermetti risposta aktar effiċjenti għat-talbiet differenti ta' klijenti, kif ukoll fir-rigward ta' l-iskambju bejn il-konsum tal-fjuwil, in-numru ta' kilometri u l-emissjonijiet ta' inkwinant.

5.   Kummenti Speċifiċi

5.1

Il-KESE jaqbel mal-limiti ta' l-emissjonijiet proposti, li huma dawk tax-xenarju A (5) kkunsidrati mill-Kummissjoni u preferuti mill-maġġoranza tal-partijiet interessati nvoluti fil-proċess ta' konsultazzjoni.

5.2

Madankollu, il-Kumitat jaħseb li għal darb'oħra għandu jerġa jqajjem il-kwistjoni tar-relazzjoni inversa bejn l-emissjonijiet tan-NOx u s-CO2. Minħabba li t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tat-tnejn hu obbjettiv ambjentali ewlieni, hu importanti li l-limiti tan-NOx ikunu bilanċjati sabiex ma jkunx hemm żieda f'salt fl-emissjonijiet tas-CO2. Fil-verità, it-tnaqqis mistenni tan-NOx se jsarraf f'żieda ta' 2-3 % fl-emissjonijiet tas-CO2. B'referenza għal studju mwettaq fl-Istati Uniti fl-2004, il-Kummissjoni ssostni li sakemm jiġi implimentat ir-regolament, iż-żieda antiċipata attwali ser tkun ġiet ikkumpensata minn avvanzi fit-teknoloġija tal-magna. Madankollu l-KESE jissuġġerixxi l-aġġornament ta' dan l-istudju sabiex tinkiseb informazzjoni aktar ta' min jafdha dwar l-effetti tal-limitu tan-NOx fuq il-konsum u fuq l-emissjonijiet sussegwenti tas-CO2. Propost fuq il-konsum tal-fjuwil u fuq l-emissjonijiet konsegwenti tas-CO2.

5.3

Kif ġa dikjarat, il-KESE jilqa l-approċċ parallel f'ħafna livelli, li jillimita l-proċedura ta' ko-deċiżjoni għal elementi ta' rilevanza politika akbar u jiddelega għall-komitoloġija l-miżuri ta' implimentazzjoni u d-dettalji tekniċi.

5.4

Madankollu għandu jiġi nnutat li ħafna mill-miżuri afdati lill-kumitat regolatorju (OBD, numru ta' partiċelli, skemi biex jikkonvinċu lis-sewwieqa fejn jinħtieġ reaġent, eċċ.) huma kumplessi ħafna u għandhom implikazzjonijiet kbar fuq it-teknoloġija tal-vettura. Għalhekk il-Kumitat jirrakkomanda li dawn l-aspetti kollha jiġu implimentati f'fażi waħda flimkien mal-limiti ta' l-Euro VI, u li tingħata skadenza adegwata bejn id-dħul fis-seħħ u l-implimentazzjoni, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, sabiex l-industrija jkollha biżżejjed żmien biex twettaq l-iżvilupp meħtieġ.

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  CAFE, Arja Nadifa għall-Ewropa. Dan il-programm tnieda bil-komunikazzjoni COM(2001) 245. Il-miri tiegħu huma l-iżvilupp ta' strateġija għall-evalwazzjoni tad-direttivi dwar il-kwalità ta' l-arja u l-effettività tal-programmi mħaddma fl-Istati Membri; l-iżgurar ta' monitoraġġ kostanti tal-kwalità ta' l-arja, il-promozzjoni tad-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni pubblika, u l-kontribut għar-reviżjoni u l-aġġornament tal-limiti ta' l-emissjonijiet kif ukoll fil-ħolqien ta' skemi ġodda ta' monitoraġġ u mmudellar.

(2)  Vetturi tal-kategorija N huma vetturi tal-merkanzija li għandhom ta' l-inqas 4 roti. Dawn jinqasmu fi tliet kategoriji: N1, N2 u N3, skond il-piż massimu: N1 < 3 500 kg; N2 < 12 000 kg; N3 > 12 000 kg. Il-Kategorija N1 hi ukoll maqsuma fi tliet sotto-kategoriji: NI, NII u NIII, ukoll skond il-piż. Il-kategorija M tkopri vetturi tal-passiġġieri b'ta l-inqas erba' roti. Huma maqsuma fi tliet kategoriji (M1, M2, M3) skond in-numru ta' positijiet u l-piż massimu: M1 < 9 postijiet; M2 > 9 postijiet u < 5 000 kg; M3 > 9 postijiet u > 5 000 kg.

(3)  “Informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tirreferi għall-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dijanjożi, manutenzjoni, ispezzjoni, monitoraġġ regolari, riprogrammazzjoni jew installazzjoni mill-ġdid tal-vettura li l-manifatturi jipprovdu lill-bejjiegħa u lil dawk li jseewu awtorizzati minnhom, flimkien ma' l-emendi u s-supplimenti kollha għal din l-informazzjoni li joħorġu. Din l-informazzjoni tinkludi kull informazzjoni meħtieġa biex jitwaħħlu partijiet jew tagħmir fuq il-vetturi.

(4)  OASIS — Organizzazzjoni għat-Titjib ta' l-Istandards ta' Informazzjoni Strutturati (Organization for the Advancement of Structured Information Standards).

(5)  Stima ta' impatt, punt 6.2.2: Euro VI sotto-opzjonijiet tal-valur limitu ta' emissjoni.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/17


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) (Verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 25 finali — 2008/0008 (COD)

(2008/C 211/04)

Nhar is-7 ta' Marzu 2008, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) (Verżjoni kkodifikata).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m'hemm bżonn ta' l-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April), b'143 vot favur u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, it-22 ta'April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/17


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Lejn politika komuni ta' l-enerġija

(2008/C 211/05)

Nhar is-27 ta' Settembru 2007, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew idddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq proprja dwar

Lejn politika komuni ta' l-enerġija.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta' April 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Buffetaut.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-23 ta' April 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'173 vot favur u 13-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-kwistjoni tal-provvista ta' l-enerġija, id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija u l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli hija fundamentali għall-ġejjieni ta' l-Ewropa, l-ekwilibru globali, u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

1.2

Il-KESE jemmen li l-qafas ta' l-Unjoni Ewropea huwa adattat sabiex issir pressjoni fil-konfrontazzjoni dinjija li tiġi mit-tellieqa sabiex jiġu żgurati riżorsi ta' l-enerġija, u sabiex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima, peress li huwa kbir biżżejjed biex ikollu influwenza politika qawwija fin-negozjati internazzjonali.

1.3

Huwa bi pjaċir li jinnota li t-Titolu XX dwar l-enerġija ġie inkorporat fl-abbozz tat-Trattat ta' Lisbona, peress li dan ser isaħħaħ il-bażi legali għall-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

1.4

Il-KESE jenfasizza l-importanza kbira tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tas-sostenibilità enerġetika u ambjentali, u ta' l-allokazzjoni xierqa tar-riżorsi. Sabiex tiġi evitata l-ħela ta' fondi pubbliċi li jissussidjaw teknoloġiji li ma għandhomx futur, għandha tiġi eżaminata bir-reqqa l-promozzjoni ta' l-enerġiji u tat-teknoloġiji li jnaqqsu l-konsum ta' l-enerġija u l-emissjonijiet u li aktarx m'humiex ser jilħqu l-bilanċ ekonomiku. Fuq in-naħa l-oħra, ikun tajjeb li r-riżorsi mmirati lejn ir-riċerka jiġu ddedikati għal teknoloġiji li l-komunità xjentifika tqis li jippromettu. Per eżempju, it-teknoloġiji sabiex jinqabdu jew jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijet ta' gassijiet b'effett ta' serra, l-effiċjenza enerġetika, il-faħam nadif, il-vetturi elettriċi jew dawk li jaħdmu b'enerġiji alternattivi oħrajn, iċ-ċelloli kombustibbli, l-enerġija mix-xemx, l-enerġija mill-iskart, il-fużjoni nukleari,il-ġestjoni ta' l-iskart nukleari, eċċ.

1.5

Jenfasizza wkoll l-importanza ta' l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir u l-bini.

1.6

Jemmen li fil-livell Ewropew għandha tiġi introdotta politika tax-xiri ġenwina bħala risposta għall-pressjoni mill-produtturi li xi drabi jkunu organizzati ħafna, u jirrakkomanda li l-politiki u l-pożizzjonijiet dwar l-enerġija jkunu kkoordinati fil-livell ta' l-UE fi ħdan korpi internazzjonali bħad-WTO, in-NU, in-NATO u l-OECD.

1.7

Jenfasizza l-importanza li jiġu diversifikati s-sorsi tal-provvista u jirrakkomanda li tiġi adottata attitudini kostruttiva iżda prudenti fir-rigward tas-sħubijiet mar-Russja u r-repubbliki Kawkasi u ta' l-Asja Ċentrali.

1.8

Jinsisti li jkun xieraq li tiġi eżaminata l-possibilità li jerġgħu jitqajmu programmi ta' l-enerġija nukleari f'pajjiżi fejn hemm kunsens dwar dan il-punt, u li tiżdied ir-riċerka dwar il-fużjoni nukleari fil-qasam ta' l-ipproċessar mill-ġdid ta' l-iskart. Iħeġġeġ ukoll l-iżvilupp tar-riċerka dwar il-fużjoni nukleari taħt is-Seba' Programm Qafas tar-Riċerka ta' l-Euratom u permezz ta' l-inizjattiva ITER.

1.9

Jemmen li jenħtieġu aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-politika ta' l-enerġija, fir-rappreżentanza u fl-azzjoni ta' korpi internazzjonali, li l-politika tal-viċinat għandha tiġi żviluppata fil-qasam ta' l-enerġija, u li għandha tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni f'waqtha ta' politika komuni ta' l-enerġijali eventwalment tkun imsejsa fuq l-istituzzjonijiet tagħha stess. Huwa tal-fehma li ż-żjieda fl-interess kummerċjali fl-enerġija rinnovabbli madwar l-UE tirrifletti l-interess tan-nies f'dan il-qasam. Billi s-sitwazzjoni tikkoinċidi mal-politika komuni ta' l-enerġija l-ġdida mwaqqfa fl-abbozz tat-Trattat ta' Lisbona, hi tista' tkun l-opportunità strateġika sabiex il-politika komuni tiġi aċċettata u żviluppata.

2.   Introduzzjoni: ir-raġunijiet wara politika Ewropea ta' l-enerġija

2.1   Sitwazzjoni ġeostrateġika diffiċli

2.1.1

L-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija qed tbassar żjieda ta' 55 % fid-domanda globali għall-enerġija sa l-2030.

2.1.2

L-Unjoni Ewropea hija dipendenti ħafna f'dak li għandu x'jaqsam mal-karburanti fossili solidi, il-prodotti tal-pitrolju u l-gass naturali u din id-dipendenza hija mistennija tiżdied fis-snin li ġejjin. Billi l-UE tiddependi bi 80 % mill-karburanti fossili, l-importazzjoni ta' l-enerġija hija mistennija tiżdied minn 50 % għal 70 % sa l-2030.

2.1.3

Mill-2050 'il quddiem, ir-riżorsi taż-żejt li nafu bihom huma mistennija jonqsu, waqt li riżorsi oħrajn li bħalissa ma humiex qed jiġu sfruttati ser ikunu jistgħu jiġu sfruttati b'mod ekonomiku fil-ġejjieni minħabba d-domanda li qed tiżdied u l-progress tekniku.

2.1.4

It-transizzjoni għal tipi oħra ta' enerġija hija inevitabbli iżda ser tkun diffiċli. Però d-dinja diġà esperjenzat bidliet simili darb'oħra, b'mod partikulari fis-seklu 19 meta l-karburanti fossili mill-bijomassa (l-iktar l-injam) ġew sostitwiti bil-faħam u wara biż-żejt. Madankollu, għad m'għandniex il-mezzi biex nisfruttaw l-enerġija rinnovabbli b'mod li jista' jinħoloq ċaqliq komparabbli ma' dak li ġie esperjenzat fis-seklu 19.

2.1.5

Id-diffikultajiet ġejjin minn għadd ta' fatturi: id-densità ta' l-enerġija, id-daqs ta' l-art meħtieġa sabiex jiġu prodotti l-bijokarburanti (minflok attivitajiet oħrajn, l-iktar agrikoli), in-natura intermittenti u ftit li xejn prevedibbli ta' l-elementi li joħolqu l-enerġija (ir-riħ, l-enerġija mix-xemx, il-marej) li jirrikjedi ppjanar bir-reqqa għal kapaċitajiet ta' ħżin, u d-distribuzzjoni ġeografika ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Fir-rigward ta' l-enerġija nukleari, anke li kieku kellha titniehed politika ambizzjuża ħafna sabiex jitranġaw l-impjanti ta' l-enerġija l-qodma u jinbnew oħrajn ġodda, l-industrija nukleari globali xorta ma tkunx tista' tlaħħaq mad-domanda.

2.1.6

L-Ewropa hija kkaratterizzata minn dipendenza kbira mill-enerġija. Attwalment timporta 50 % ta' l-enerġija li jkollha bżonn u din id-dipendenza hija mistennija tilħaq is-70 % sa l-2030. B'hekk l-Ewropa tkun 90 % dipendenti fejn jidħol iż-żejt u 70 % dipendenti fejn jidħol il-gass.

2.1.7

F'Marzu 2006, il-Kunsill Ewropew ħareġ rapport inkwetanti, fejn ġie enfasizzat dan li ġej:

is-sitwazzjoni diffiċli fis-swieq tal-gass u taż-żejt,

id-dipendenza dejjem tikber ta' l-Unjoni Ewropea,

iż-żieda u l-intabbiltà fil-prezzijiet ta' l-enerġija, li reġgħu żdiedu minn meta ħareġ ir-rapport 'il hawn,

iż-żieda fid-domanda globali għall-enerġija,

ir-riskji għas-sigurtà tal-provvista,

it-theddid marbut mal-bidla fil-klima,

il-progress bil-mod fl-effiċjenza enerġetika u fl-użu ta' l-enerġija rinnovabbli,

il-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza fis-swieq ta' l-enerġija u li tinkiseb l-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tas-swieq nazzjonali ta' l-enerġija fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni tas-suq ta' l-enerġija,

il-koordinazzjoni limitata bejn l-azzjonijiet fil-qasam ta' l-enerġija għalkemm jenħtieġu investimenti kbar fl-infrastrutturi ta' l-enerġija.

Dawn il-fatti ta' tħassib kbir nebbħu l-proposti stipulati fil-pakkett il-ġdid ta' l-enerġija li sa ċertu punt huwa risposta għall-isfidi li għandhom jiġu ffaċċjati.

2.1.8

Il-mexxejja Ewropej għalhekk għandhom jiffaċċjaw problema doppja: minn naħa waħda, it-tnaqqis tar-riżorsi primarji tradizzjonali, u min-naħa l-oħra s-sitwazzjoni ġeografika problematika ta' dawn ir-riżorsi, li ħafna minnhom jinsabu f'pajjiżi mhux stabbli mil-lat politiku li jistgħu jużaw ir-riżorsi tagħhom biex jitfgħu pressjoni fuq il-pajjiżi dipendenti minnhom, kif diġà ġara.

2.2   L-Unjoni Ewropea hija qafas xieraq?

2.2.1

Kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea huwa konċernat, iżda huwa ċar li azzjoni individwali fframmentata hija ta' żvantaġġ fil-konfront tal-produtturi li s-soltu jkunu organizzati.

2.2.2

Għalhekk huwa fl-interess ta' l-Istati Membri li jaġixxu flimkien u jużaw l-Unjoni Ewropea bħala lieva li biha joħolqu qafas għal politika komuni ta' l-enerġija, li l-pedament u l-objettiv tagħha jkunu l-ġestjoni aħjar tal-konsum u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista.

2.2.3

L-Unjoni Ewropea għandha kemm id-dimensjoni xierqa kif ukoll l-istrumenti istituzzjonali. Hija kapaċi tiżviluppa politiki transnazzjonali, tikkoordina l-politiki nazzjonali, trawwem iktar koeżjoni Ewropea fir-rigward ta' l-enerġija, u fl-aħħar nett tiżviluppa politika ta' l-enerġija fir-rigward il-pajjiżi terzi.

2.2.4

Fl-aħħar nett, ejjew inżidu li wara r-rifjut ta' l-Abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, u b'konformità mat-Trattat ta' Lisbona, politika Ewropea ta' l-enerġija tista', fl-istess ħin, tkun fattur li jgħaqqad u tipprovdi evidenza ta' l-utilità prattika ta' l-Unjoni Ewropea.

2.3   Qafas legali li għandu jevolvi

2.3.1

Attwalment l-Unjoni Ewropea m'għandhiex kompetenzi fil-qasam ta' l-enerġija. Il-ħolqien ta' kompetenza bħal din hija waħda mill-innovazzjonijiet ewlenin ta' l-abbozz tat-Trattat ta' Lisbona.

2.3.2

Huwa minnu li meta l-Komunità Ekonomika Ewropea ġiet stabbilita, l-Euratom u l-KEFA ttrattaw ħafna mill-kwistjonijiet dwar l-enerġija li kien hemm dak iż-żmien.

2.3.3

Allura dan ifisser li l-Unjoni Ewropea astjeniet minn kwalunkwe azzjoni fil-qasam ta' l-enerġija?

2.3.4

Dażgur li le: fuq il-bażi l-Artikolu 308 tat-Trattat KE żviluppat politika ġenwina ta' l-enerġija, waqt li fuq il-bażi ta' l-Artikolu 154 tat-Trattat KE żviluppat politika fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej ta' l-enerġija (ara d-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE). Fl-aħħar nett, ir-regoli tas-suq intern u tal-kompetezzjoni ġew applikati fis-suq ta' l-enerġija (Direttiva 2003/55/KE dwar il-ftuħ tas-suq tal-gass, Direttiva 2003/54/KE dwar l-elettriku, Direttiva 90/377/KEE emendata mid-Direttiva 93/87/KEE dwar it-trasparenza tal-prezzijiet tal-gass u l-elettriku). L-ewwel effetti ta' dan il-ftuħ tas-swieq u t-tmiem tal-monopolji pubbliċi xi kultant wasslu għal tħassib dwar il-prezzijiet ta' l-enerġija, iżda fil-fatt, iż-żjidiet fil-prezzijiet li ġew innotati l-ewwel nett kienu r-riżultat tad-domanda globali li qed tiżdied għal riżorsi limitati u li xi kultant qed jonqsu wkoll.

2.3.5

Għandhom jiżdiedu ma' dan id-dokumenti tal-Kummissjoni rilevanti li strettament ma humiex proposti leġislattivi iżda “liġijiet mhux vinkolanti” (soft law): il-Green Paper dwar Strateġija Ewropea għas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija (28 ta' Novembru 2000), il-Komunikazzjoni dwar Lejn strateġija Ewropea għas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija (26 ta' Ġunju 2002), il-Green Paper dwar L-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija jew li jsir aktar b'inqas (22 ta' Ġunju 2005), il-Pjan ta' azzjoni għall-perijodu 2007-2012 (19 ta' Ottubru 2006) u l-Komunikazzjoni dwar il-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu ta' l-Enerġija u l-Enerġija Rinnovabbli (6 ta' Ottubru 2006).

2.3.6

Għalhekk, l-Unjoni Ewropea eżaminat bir-reqqa l-kwistjonijiet relatati ma' l-enerġija iżda l-azzjoni tagħha hija msejsa fuq bażi legali daqsxejn inċerta, jiġifieri l-Artikolu 308 KE, il-“klawsola dwar il-flessibilità”, li tiddikjara li “Jekk ikun jidher meħtieġ li l-Komunità tieħu azzjoni biex jintlaħaq xi wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, fit-tħaddim tas-suq komuni, u jekk dan it-Trattat ma jkunx ipprovda għal xi setgħa t'azzjoni hekk meħtieġa għal dan il-għan, il-Kunsill, b'vot unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jieħu l-passi xierqa”. Indirizzat din il-kwistjoni wkoll b'mod mhux dirett, permezz ta' l-użu tar-regoli dwar is-suq intern, il-kompetizzjoni u l-ambjent. Il-proċess, għall-inqas fl-apparenza, kien iktar tekniku u legali milli politiku.

2.3.7

Dan huwa preċiżament għalfejn, fid-dawl ta' l-importanza ewlenija ta' l-enerġija fil-ħajja ta' kuljum ta' l-Ewropej u fl-attività ekonomika u l-istabbiltà tad-dinja, l-abbozz tat-Trattat ta' Lisbona jinkludi l-Artikolu 176 dwar l-enerġija, li jiddefinixxi l-objettivi ta' l-Unjoni fil-qasam ta' l-enerġija “b'kont meħud tal-ħtieġa ta' preservazzjoni u titjib ta' l-ambjent” u “fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri”.

2.3.8

Kif inhu ddikjarat fit-trattat futur, il-politika Ewropea ta' l-enerġija ser timmira li:

tiżgura t-tħaddim tas-suq ta' l-enerġija,

tiżgura s-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija,

tippromovi l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u l-iffrankar ta' l-enerġija u l-iżvilupp ta' forom ġodda u rinnovabbli ta' enerġija,

tippromovi l-interkonnessjoni tan-netwerks ta' l-enerġija.

2.3.9

Din il-politika ser taqa' taħt kompetenza maqsuma fejn normalment tintuża l-maġġoranza kwalifikata, minbarra l-kwistjonijiet fiskali li ser ikomplu jesiġu l-unanimità. Madankollu, it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 176 A(2) jistipola li “d-dritt ta' Stat membru li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta' enerġija tiegħu, l-għażla tiegħu bejn riżorsi differenti ta' enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta' enerġija tiegħu” ma jintlaqatx mill-miżuri li jittieħdu sabiex jintlaħqu l-objettivi identifikati fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ġdid.

2.3.10

Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea ser ikollha l-kompetenza, li hija l-ewwwel strument meħtieġ sabiex tittieħed azzjoni iktar b'saħħitha u konkreta. Dan l-istrument ser ikun biżżejjed jew għandna nieħdu azzjoni istituzzjonali ulterjuri? Iżda qabel ma nfasslu l-istrument, għandna noħolqu politiki li jistgħu jevolvu taħt l-influwenza magħquda tal-limitazzjonijiet esterni u ta' l-iżvilupp tas-servizzi u tat-teknoloġija.

3.   Liema politiki?

3.1

S'issa l-politiki Ewropej ta' l-enerġija kienu suġġetti għall-esiġenzi ekonomiċi u/jew l-esiġenzi ta' l-iżvilupp sostenibbli: ix-xewqa li jiġi liberalizzat is-suq ta' l-enerġija permezz tad-direttivi u l-politika dwar l-industriji tan-netwerks, il-politika favur l-appoġġ ta' l-effiċjenza enerġetika, il-politika favur il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' l-enerġija rinnovabbli, il-ġlieda kontra l-emissjonijiet ta' CO2, eċċ.

3.2

Peress li l-Unjoni Ewropea s'issa ma għandhiex kompetenzi fil-qasam ta' l-enerġija, hi indirizzat il-kwistjoni b'mod pjuttost indirett, billi użat ir-regoli dwar is-suq intern, il-kompetizzjoni u l-ambjent. L-azzjoni tagħha kienet, għallinqas fl-apparenza, iktar teknika u legali milli politika.

3.3

Dan ma waqqafhiex milli tkun attiva ħafna fit-twaqqif ta' leġislazzjoni u l-istipular ta' linji gwida għas-settur ta' l-enerġija. Fil-fatt, reċentement (fid-19 ta' Settembru 2007), l-Unjoni ħarġet għadd ta' proposti leġislattivi li jemendaw it-testi attwali (emenda għar-Regolament dwar kondizzjonijiet ta' aċċess għan-netwerk għal skambji transkonfinali ta' l-elettriku, ir-Regolament li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koordinazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, emenda għar-Regolament dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għal netwerks tat-trasport ta' gass naturali, emenda għad-direttivi dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass u l-elettriku).

3.4

Jekk it-Trattat ta' Lisbona jiġi ratifikat kif inhu, l-Unjoni ser tkun tista' tittratta dan il-qasam ta' politika ewlieni b'iktar ċarezza u b'mod aktar dirett. Madankollu, il-kompetenza legali waħedha ma teliminax id-diffikultajiet politiċi, ekonomiċi u soċjali kollha. Huwa fatt magħruf li hemm disparità konsiderevoli bejn l-għażliet ta' politika nazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-enerġija nukleari. Minn mindu sar is-summit Ewropew informali f'Hampton Court, il-Kunsill Ewropew identifika l-pedamenti għal politika Ewropea ġenwina ta' l-enerġija, li tingħata forma konkreta fil-pakkett ta' l-enerġija l-ġdid li ġie preparat mid-DĠ Enerġija u d-DĠ Ambjent.

3.5

Kif rajna, l-Unjoni Ewropea l-ewwel riedet tuża mekkaniżmi tas-suq, bil-għan li tistabbilixxi suq kompetittiv li suppost kellu jkun iktar effiċjenti, u b'hekk toħloq suq interkonness bis-saħħa tan-netwerks trans-Ewropej ta' l-enerġija.

3.6

Xtaqet ukoll tippromovi l-effiċjenza enerġetika, b'mod partikulari fl-iktar setturi li jużaw enerġija: it-tisħin u l-arja kkondizzjonata fil-bini, l-industriji tal-manifattura u l-mezzi tat-trasport.

3.7

L-objettiv ambizzjuż tal-pjan ta' azzjoni għall-perijodu 2007-2012 (Ottubru 2006) huwa li jiġi ffrankat 20 % tal-konsum annwali ta' l-enerġija sa l-2020, jiġifieri ffrankar ta' madwar 1.5 % ta' intensità enerġetika kull sena sa l-2020.

3.8

L-Unjoni Ewropea għamlet ukoll enfasi kbira fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati l-enerġiji rinnovabbli. L-objettiv tagħha f'dan ir-rigward huwa ambizzjuż ħafna wkoll: 20 % tal-konsum totali ta' l-enerġija sa l-2020, u għandu jiġi stipulat objettiv minimu obbligatorju ta' 10 % għall-bijokarburanti (Road Map għall-Enerġija Rinnovabbli ta' l-10 ta' Jannar 2007).

3.9

Madankollu, dawn is-sorsi s'issa kellhom ħafna żvantaġġi meta mqabbla mal-karburanti fossili: inqas densità enerġetika, l-użu ta' l-art (per eżempju “photovoltaic fields”), in-natura intermittenti tal-produzzjoni, u naturalment l-ispiża tat-teknoloġiji kkonċernati. Għalhekk, għalkemm l-iżvantaġġi relattivi tal-prezz qed jonqsu bil-mod, il-bidla lejn dawn it-teknoloġiji aktarx tkun gradwali u ddum sakemm ma jingħatax appoġġ politiku u finanzjarju iktar sinifikanti, u li s-sorsi ta' enerġija ġodda kollha jesiġu studji ta' l-impatt serji — ara l-OECD Observer, Diċembru 2006, Nru 258/259: 21st century energy: Some sobering thoughts (L-Enerġija fis-seklu 21: Xi ħsibijiet li jġagħluna nirriflettu) ta' Vaclav Smil.

3.10

Fil-każ ta' l-enerġija għat-trasport, il-Kummissjoni ffokat fuq il-promozzjoni tal-bijokarburanti u fuq iċ-ċelloli tal-karburant u l-idroġenu. Madankollu, l-iskala ta' l-espansjoni prevista għall-bijokarburanti qiegħda toħloq xi ftit problemi. Fil-fatt, iċ-ċelloli tal-karburant jikkonvertu l-enerġija b'mod effiċjenti ħafna u jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra u ta' sustanzi li jniġġsu. Però dawn it-teknoloġiji aktarx ma jkunx vijabbli kummerċjalment fil-futur qarib.

3.11

Għaldaqstant, b'konformità mas-Seba' Programm Qafas għar-riċerka u inizjattiva teknika konġunta sabiex jiġu stabbiliti sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, il-Kummissjoni pproponiet Regolament li jwaqqaf Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (COM(2007 571 finali). L-għan ta' din il-proposta huwa li tniedi programm ta' attivitajiet marbuta mar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni fil-qasam taċ-ċelloli tal-karburant u l-idroġenu.

3.12

Sabiex is-suq tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jkun jista' jiżviluppa, il-Kummissjoni pproponiet ukoll Regolament dwar l-approvazzjoni ta' dan it-tip ta' vetturi (COM(2007) 593 final) sabiex ikun żgurat li l-istandards ma jvarjawx minn Stat Membru għal ieħor, li jista' biss ixekkel it-tixrid ta' din it-teknoloġija.

4.   Dawn il-linji gwida huma neċessarji, iżda huma biżżejjed?

4.1

Id-domanda għal karburanti fossili ser tibqa' b'saħħitha u kritika. Konsegwentement, id-diskussjoni ma tistax tinjora dan il-fatt inevitabbli u għandna nibqgħu realisti fir-rigward ta' l-enerġija rinnovabbli.

4.2

F'dan ir-rigward, l-Istati Membri ta' l-UE għandhom jimplimentaw politika waħda flimkien fir-rigward tal-pajjiżi li jipproduċu karburanti fossili “fi spirtu ta' solidarjetà” li jinsab fit-Trattat ta' Lisbona. Politika dwar ix-xiri tista' tkun utli ħafna iżda tiffoka l-iktar fuq kumpaniji multinazzjonali fis-settur taż-żejt.

4.3

Is-suq taż-żejt huwa organizzat b'mod uffiċjali mill-OPEC. Taħt dawn il-kondizzjonijiet, is-27 Stat Membru għandu jkollhom iktar piż bħala grupp milli jekk joperaw b'mod individwali, b'mod partikulari billi huma fost l-iktar żviluppati mill-pajjiżi industrijalizzati u għalhekk huma l-konsumaturi ewlenin ta' l-enerġija. Wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-UE tirrappreżenta suq integrat ta' kważi nofs biljun konsumatur.

4.4

Grupp xerrej bħal dan għandu jkollu influwenza politika qawwija fil-konfront ta' kartell ta' produtturi taż-żejt; is-sitwazzjoni tal-gass hija differenti peress li m'hemmx krietel fl-industrija tal-gass.

4.5

Id-diversifikazzjoni hija obbligatorja għas-sigurtà tal-provvista. F'dan ir-rigward, ir-relazzjonijiet mar-Russja, pajjiż Ewropew kbir, huma importanti daqs dawk ma' l-OPEC. B'mod simili, għandha tingħata attenzjoni għall-istabbiliment ta' politika dwar il-provvista mar-repubbliki Kawkasi u ta' l-Asja Ċentrali.

4.6

Fil-każ tal-karburanti fossili, l-isforzi għandhom jiġu mmirati lejn l-istabbiliment ta' setturi alternattivi, b'mod partikulari bbażati fuq il-faħam. Ir-riċerka dwar il-“faħam nadif” qed tagħmel progress konsiderevoli, u jeħtieġ li titħaffef iktar jekk ma rridux li l-espansjoni l-ġdida tal-faħam twassal sabiex it-tisħin globali jiħrax. Għandu jiġi żviluppat pjan ewlieni Ewropew tar-Riċerka u l-Iżvilupp f'dan il-qasam, b'mod partikulari peress li l-Ewropa għad għandha riżervi kbar tal-faħam u dan ir-riżors huwa irħas sew miż-żejt fis-suq dinji. Il-metodi ta' tħaffir għall-faħam jibqgħu kwistjoni sensittiva ħafna; il-kondizzjonijiet diffiċli u xi kultant perikolużi fil-minjieri huma magħrufa sew. Il-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f'dan is-settur għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati b'attenzjoni partikulari.

4.7

It-tajers użati jistgħu jintużaw ukoll bħala riżors rinnovabbli bil-kondizzjoni li l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-kombustjoni jinqabdu b'mod effiċjenti. L-impjanti ta' l-elettriku li jieħdu l-enerġija mit-tajers ilhom jaħdmu f'numru ta' pajjiżi għal dawn l-aħħar għexieren ta' snin.

4.8

Qed isir progress fir-rigward tat-teknoloġija għall-ħażna tas-CO2 iżda din għadha tqum ħafna flus, hija diffiċli, u tinvolvi riskji ta' “leakage”, per eżempju fil-każ ta' fissuri fil-blat jew terremoti, u tat-tniġġis tas-saff ta' taħt l-art ta' l-ilma. Xi opinjonijiet tal-KESE li qed jitħejjew bħalissa ser jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet fid-dettall.

4.9

Barra mill-karburanti fossili, hemm riżors lokali li huwa disponibbli ħafna — jekk mhux wisq: jiġifieri l-iskart. Biljuni ta' tunnellati jiġu prodotti fl-UE. Ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta' materjali ta' l-iskart is-soltu jitqiesu bħala l-aħjar użu ta' l-iskart billi jnaqqsu d-domanda għal materja prima ta' kull tip u jevitaw il-produzzjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjata ma' ħafna mit-tipi ta' rimi ta' l-iskart. Iżda fejn dan ma huwiex possibbli, naturalment għandu jiġi kkunsidrat l-użu ta' l-iskart bħala sors ta' enerġija. Ir-riċerka u l-iżvilupp għandhom jitħeġġu f'dan il-qasam ukoll sabiex titjieb l-effiċjenza enerġetika waqt li l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u emissjonijiet oħra li jniġġsu jitnaqqsu kemm jista' jkun.

4.10

Il-leġislazzjoni u l-każistika għandhom jiġu żviluppati dwar dan il-punt, peress li l-irkupru ta' l-enerġija mill-iskart ma huwiex rikonoxxut fih innifsu. Il-proposta riveduta għal direttiva qafas dwar l-iskart, li qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew, hija sinjal inkoraġġanti.

4.11

Fl-aħħar nett, huwa inevitabbli li l-kwistjoni ta' l-enerġija nukleari ser tiġi kkunsidrata. Ser ikun diffiċli li nilħqu l-mira ta' tnaqqis ta' 20 % fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra sa l-2020 mingħajr ma nikkunsidraw it-tnedija mill-ġdid tal-programmi ta' impjanti għall-enerġija nukleari tal-ġenerazzjoni l-ġdida fl-Istati Membri li ddeċidew li jużaw din l-enerġija. L-oħrajn għandhom itejbu l-politiki tagħhom ta' l-enerġiji rinnovabbli.

4.12

Naturalment, aħna konxji ta' l-isfidi ta' sikurezza, sigurtà u ġestjoni ta' l-iskart marbuta ma' l-iżvilupp ta' din l-industrija. Iżda nistgħu ngħaddu mingħajrha?

4.13

L-għażla ta' sorsi ta' enerġija toħloq il-polemiki, iżda mhux daqs kemm joħloq polemiki d-dibattu bejn dawk favur u dawk kontra l-enerġija nukleari. Fil-fatt hemm qasma nukleari reali fl-Ewropa li tindika li jkun ħafna aħjar li l-għażla ta' dan is-sors ta' enerġija titħalla f'idejn l-Istati Membri.

4.14

Il-Euratom hija għodda effettiva għall-Ewropa. Din l-għodda għandha tintuża sabiex jinżamm il-vantaġġ tekniku li għandha l-Ewropa, sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tagħha, sabiex tnaqqas id-dipendenza tagħha mill-enerġija u sabiex issaħħaħ l-isforzi u l-kooperazzjoni internazzjonali għas-sikurezza, is-sigurtà u n-non-proliferazzjoni. Jistgħu jitqiesu wkoll linji gwida ġodda għall-Euratom.

4.15

Waħda mill-isfidi ewlenin hija r-riċerka dwar il-fużjoni. Is-Seba' Programm Qafas għar-riċerka ta' l-Euratom għandu baġit ta' EUR 2.75 biljun, li minnhom kważi żewġ terzi huma allokati għar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni. Din il-prijorità għandha titħeġġeġ u tinżamm għaliex jekk din it-teknoloġija tista' tiġi kkontrollata tajjeb, tista' tikkontribwixxi ħafna sabiex tiffaċilita l-ġestjoni ta' l-iskart billi tnaqqaslu konsiderevolment it-tul ta' ħajtu. It-tnedija ta' l-ITER madwar l-UE hija inkoraġġanti.

4.16

Rigward il-propulsjoni ta' vetturi, l-UE għandha tindaga dwar vetturi ibridi, l-enerġija mix-xemx, iċ-ċelloli tal-karburant u l-propulsjoni ta' l-arja kompressa. Ir-riċerka u l-iżvilupp qed jimxu “l quddiem f'dan il-qasam ukoll, u inġenier Franċiż żviluppa vettura ekonomika ħafna li tista” tilħaq veloċità ta' 150 kilometru fis-siegħa permezz tal-propulsjoni bl-arja kkompressata, u l-produzzjoni hija mistennija tibda fix-xhur li ġejjin. Il-kumpanija magħrufa Indjana, Tata, xtrat id-drittijiet għall-Indja.

4.17

F'dan il-kuntest, il-KESE jtenni wkoll ir-rakkomandazzjonijiet li għamel qabel dwar ir-riżorsi ta' l-enerġija ta' l-Unjoni Ewropea, li wittew it-triq u servew ta' appoġġ għall-punti li saru f'din l-opinjoni.

5.   Liema strumenti?

5.1

L-identifikazzjoni u s-selezzjoni ta' politiki huma elementi ewlenin, iżda l-istrumenti politiċi u legali sabiex dawn jiġu implimentati għadhom meħtieġa wkoll. F'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona, jekk ikun ratifikat, ser ikunu suffiċjenti jew għandna nimxu lil hinn minnhom?

5.2

Ċertament il-fatt li ġiet dikjarata l-ħtieġa ta' spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri fis-settur ta' l-enerġija huwa ħaġa tajba ħafna, u l-identifikazzjoni ta' erba' fergħat ta' din il-politika hija innovazzjoni li tista' biss tintlaqa' tajjeb, anke jekk il-fergħat fihom innifishom ma humiex innovattivi ħafna.

5.3

Iżda ma nistgħux ma nħossux li s-serjetà ta' l-isfidi globali fil-qasam ta' l-enerġija jixirqilha iktar.

5.4

It-Trattat ta' Lisbona kien kawt wisq, anke jekk politika komuni ta' l-enerġija appoġġjata minn qafas istituzzjonali speċifiku simili għall-KEFA u l-Euratom għad ma hijiex possibbli llum?

5.5

Fit-tellieqa dinjija għall-enerġija, il-kompetituri huma ta' daqs kontinentali. Il-qafas Komunitarju jagħti aktar piż, iżda l-ħolqien ta' awtorità speċifika responsabbli għad-“diplomazija” enerġetika, il-politika dwar ix-xiri, u t-tfassil u l-iffinanzjar ta' programmi qafas tar-riċerka u l-iżvilupp, aktarx ipoġġi lill-Ewropa bħala parteċipant ewlieni fil-logħba globali ta' l-enerġija, ħaġa impossibbli għall-Istati Membri individwalment.

5.6

Il-qagħda attwali hija karatterizzata minn approċċi nazzjonali differenti ħafna minn xulxin, bla dubju minħabba l-fatt li wara l-ewwel kriżi taż-żejt fl-1973, kulħadd ried jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija tiegħu stess. Hemm ħafna eżempji ta' sforzi mhux koordinati u approċċi differenti.

5.7

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe diżarmonija li tista' ttellef l-influwenza ta' l-Ewropa, hija meħtieġa politika Ewropea ta' l-enerġija komprensiva, li tkun integrata mill-qrib mal-politika dwar il-bidla fil-klima fejn l-Ewropa qed tagħmel sforz biex tafferma l-pożizzjoni tagħha fuq quddiem fin-negozjati internazzjonali. Din għandha tibda bil-koordinazzjoni b'saħħitha bejn korpi internazzjonali bħad-WTO, in-NU, in-NATO u l-OECD, malli jitressqu l-kwistjonijiet dwar l-enerġija għad-diskussjoni. Għandha ssir flimkien mal-koordinazzjoni tal-politiki ta' l-enerġija u b'mod partikulari l-introduzzjoni ta' politika b'saħħitha dwar ix-xiri, u politika dwar l-interkonnessjoni tan-netwerks li hija impenjata bis-sħiħ, minflok ma tkun empirika biss. Fl-aħħar nett, meta jkun xieraq, din il-politika ta' koordinazzjoni, konsultazzjoni u proġetti komuni tista' tkun ibbażata fuq istituzzjonijiet speċifiċi sabiex l-Ewropa jkollha l-għajnuna biex tirreaġixxi għall-isfida ta' l-enerġija. Ser ikollna l-kuraġġ nagħmlu dan?

Brussell, it-23 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


APPENDIĊI

ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Din l-emenda, li rċeviet inqas minn kwart tal-voti, ġiet rifjutata matul id-dibattitu:

Punt 4.11

Biddel kif ġej:

Fl-aħħar nett, huwa inevitabbli li l-kwistjoni ta' l-enerġija nukleari ser tiġi kkunsidrata. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw din il-kwistjoni fil-livell nazzjonali. Ma nistgħux nittamaw li nilħqu l-mira ta' tnaqqis ta' 20 % fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra sa l-2020 mingħajr ma nikkunsidraw it-tnedija mill-ġdid tal-programmi ta' impjanti għall-enerġija nukleari tal-ġenerazzjoni l-ġdida.

Raġuni

Il-Ġermanja, li bħalissa għandha 10 impjanti ta' l-enerġija nukleari attivi, ippubblikat programm fejn tbassar tnaqqis ta' kważi 40 % fl-emissjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra u fl-istess ħin tabbanduna l-enerġija nukleari sa l-2020. Ir-rapporteur (u l-KESE), qed jiddubita mis-serjetà ta' dan il-programm?

Riżultat tal-vot

Voti favur: 46 Voti kontra: 103 Astensjonijiet: 27


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/23


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi aġenzija għall-kooperazzjoni tar-regolaturi ta' l-enerġija

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali

COM(2007) 528 finali — 2007/0195 (COD)

COM(2007) 529 finali — 2007/0196 (COD)

COM(2007) 530 finali — 2007/0197 (COD)

COM(2007) 531 finali — 2007/0198 (COD)

COM(2007) 532 finali — 2007/0199 (COD)

(2008/C 211/06)

Nhar it-18 ta' Ottubru 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 44(2), 55 u 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi aġenzija għall-kooperazzjoni tar-regolaturi ta' l-enerġija

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali.

Is-Sezzjoni dwar it-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta' April 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Cedrone.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'100 vot favur, 4 voti kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Konklużjonijiet

1.1.1

Il-KESE jevalwa pożittivament ir-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni biex tippreżenta t-tielet pakkett dwar l-enerġija — kwistjoni diffiċli u kumplessa kemm legalment kif ukoll ekonomikament u li pprovokat opinjonijiet u reazzjonijiet differenti.

1.1.2

Il-KESE jemmen li s-sitwazzjoni preżenti fis-settur ta' l-enerġija ma tistax tiġġebbed iżjed. Issa li nbeda l-proċess ta' integrazzjoni u liberalizzazzjoni, ninsabu f'salib it-toroq u rridu niddeċiedu x'direzzjoni se nieħdu. Il-liberalizzazzjoni tas-suq ta' l-enerġija waqfet. Dan ġab miegħu spejjeż transizzjonali għoljin, li ħafna drabi jistgħu jkunu ogħla mill-benefiċċji miksuba. Dawn l-ispejjeż jirriżultaw min-nuqqas ta' qafas regolatorju armonizzat ta' l-UE u nuqqas, f'ċerti każijiet, ta' rieda vera ta' liberalizzazzjoni u ta' demarkazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn id-diversi partijiet. Dan in-nuqqas ta' ċertezza regolatorja jista' jwassal għal livelli baxxi ta' investiment u kompetizzjoni fis-settur. Dan ħoloq suq Ewropew frammentat u misjuq f'xi każijiet, minn eks-monopolisti għal-liema hemm bżonn li jkun hemm affirmazzjoni mill-ġdid tal-ħtieġa li l-proċess tal-liberalizzazzjoni jissokta b'mod rigoruż.

1.1.3   L-aspetti politiċi: is-suq uniku

1.1.3.1

L-element ċentrali ta' din l-istrateġija huwa l-ksib ta' suq Ewropew uniku ta' l-enerġija. L-UE trid tfassal strateġija komuni li permezz tagħha tkun tista' taġixxi malajr u b'vuċi waħda u li tinnegozja b'saħħa akbar fuq il-livell internazzjonali. Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, ir-regolaturi u t-TSOs hija bżonn kruċjali sabiex jitwettqu bidliet strutturali mmirati sabiex jintegraw it-tħaddim u l-iżvilupp tas-sistema fil-livell reġjonali. L-Istati Membri individwali jridu jgħaqqdu l-esperjenza, l-għerf u r-regoli tagħhom sabiex jaġixxu flimkien u jipproponu (jimponu) il-politika tagħhom dwar il-prezz tal-provvista, sabiex jinħoloq l-aktar ambjent kompetittiv possibbli li jirriżulta fi prezzijiet aktar ġusti u jevitaw l-ispekulazzjoni finanzjarja. Irid ikun hemm aktar għaqda bejn l-Istati Membri u dawn iridu jikkonformaw ma' regoli maqbula b'mod konġunt, fl-interess ta' l-utenti/konsumaturi billi jimplimentaw il-leġislazzjoni komunitarja li ġiet approvata qabel fil-livell nazzjonali.

1.1.4   L-aspetti ekonomiċi

1.1.4.1

Il-KESE jemmen li kompetizzjoni ġusta u mmexxija sewwa (il-proposta attwali tal-Kummissjoni ma tipprovdix għal dan), għandha tiffaċilita aktar sorsi ta' enerġija alternattiva u aktar investiment fl-infrastruttura ta' l-enerġija. Dan iwassal biex il-kumpaniji (bħall-SMEs, per eżempju) jżidu l-produttività tagħhom sabiex jiksbu prezzijiet ġusti filwaqt li jżidu t-trasparenza u jnaqqsu r-riskju li kumpaniji oħra jkollhom pożizzjoni dominanti.

1.1.4.2

Wieħed mill-għanijiet prinċipali tat-tielet pakkett huwa li jinkoraġġixxi l-investiment meħtieġ fl-infrastrutturi ta' l-enerġija u li jikkoordina l-infrastrutturi fuq il-livell ta' l-UE. F'dan ir-rigward, il-miżuri proposti tal-Kummissjoni huma pass fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu jeħtieġ li jiġi assigurat li dawn il-miżuri għandhom jippermettu l-investiment neċessarju fil-produzzjoni u tingħata fiduċja lill-investituri. Fir-rigward ta' l-iżvilupp tan-netwerks jeħtieġ li dawn il-miżuri jassiguraw pjanar adegwat li jikkunsidra l-partijiet kollha involuti. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu implimentati fil-livell adegwat u fil-limitu taż-żmien stabbilit. Dan l-investiment jirrikjedi kontroll fil-livell ta' l-UE (mill-Aġenzija tar-Regolaturi ta' l-Enerġija). Suq pjuttost riġidu, b'kumpaniji joperaw f'kundizzjonijiet ta' oligopolija u fejn uħud mill-Istati mhumiex lesti jiddelegaw is-setgħa li għandhom fuq il-provvista, bil-mod jiltelf il-fiduċja ta' l-operaturi u l-utenti tiegħu, u jkollu jaffaċċja friża tal-likwidità. Għalhekk kundizzjonijiet bħal dawn għandhom jitneħħew.

1.1.5   L-aspetti soċjali

1.1.5.1

Il-proċessi ta' ristrutturazzjoni li ġejjin mill-effetti tat-tielet pakkett għandhom jiġu akkumpanjati minn politika dwar l-impjiegi, bil-parteċipazzjoni tat-trejdjunjins u l-kumpaniji, permezz ta' strumenti bħar-ristrutturazzjoni soċjali korporattiva u l-miżuri li jtaffu l-effett tal-qgħad fuq livell nazzjonali u ta' l-UE. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-pajjiżi, li implimentaw is-separazzjoni tas-sjieda fin-netwerks ta' trasmissjoni, ma ġarrbu l-ebda effetti negattivi fuq l-impjiegi.

1.1.5.2

Għalkemm il-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli se tibqa' kwistjoni strettament nazzjonali, huwa kruċjali li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza ta' tali miżuri internazzjonali. Il-Kummissjoni trid tissorvelja wkoll l-implimentazzjoni tagħhom sabiex tassigura li tali miżuri jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' suq kompetittiv miftuħ. Jeħtieġ li l-kunċett ta' energy poverty jieħu postu fil-livell ta' l-UE (b'rata minima) u jiġu segwiti l-obbligi stabbiliti fid-direttivi attwali fl-oqsma tas-servizz pubbliku u ta' l-interess ġenerali.

1.1.6   L-utenti (in-negozji u l-konsumaturi)

1.1.6.1

Strateġija ġdida għall-politika ta' l-enerġija għandha twassal għall-ħolqien ta' kompetizzjoni ġenwina bejn il-kumpaniji, bil-għan li l-utenti tiżdiedilhom l-għażla. In-netwerks ta' trasmissjoni għandhom ikunu aċċessibbli għal dawk kollha li jixtiequ jużawhom. Fil-kuntest tal-kumpaniji li jikkunsmaw ħafna enerġija, jeħtieġ li jinħoloq kuntratt Ewropew għax-xiri ta' l-enerġija bi prezzijiet standard (prezzijiet komparabbli jew il-liġi ta' prezz uniku), li jelimina l-għajnuna mill-Istat (li jxekkel il-kompetizzjoni). Jeħtieġ li l-konsumaturi jaraw rikonoxximent ta' dawk id-drittijiet tagħhom li ġew stabbiliti mill-UE. Huma għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu l-fornitur li jridu u bl-irħas prezz possibbli.

1.1.7

Il-KESE jsostni li l-għan tal-proposta tal-Kummissjoni għandu jkun ukoll li jżomm lill-kumpaniji monopolistiċi l-kbar u lit-trejdjunjins lura milli, permezz ta' azzjoni konġunta u mhux intenzjonata bejniethom, jippreservaw l-istatus quo. Fil-każ tal-kumpaniji l-kbar dan isir sabiex ikunu jistgħu jibqgħu f'pożizzjoni ta' vantaġġ filwaqt li fil-każ tat-trejdjunjins dan isir, u bir-raġun, biex jiddefendu l-impjiegi.

1.2   Il-proposti tal-KESE

1.2.1   Suq uniku ta' l-enerġija

1.2.1.1

Biex taċċellera l-progress lejn suq uniku ta' l-enerġija, il-Kummissjoni jeħtieġ temenda l-proposti tat-tielet pakkett dwar l-enerġija biex b'hekk tikseb is-setgħa li taġixxi b'mod indipendenti fuq livell internazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward tas-sorsi ta' l-enerġija. Għalhekk jeħtieġ li l-proposti, imressqa fil-pakkett, li jitrattaw il-kooperazzjoni reġjonali, jitqiesu bħala pass intermedjarju fit-triq lejn il-ksib ta' l-għan finali li huwa s-suq uniku ta' l-enerġija. L-Istati Membri għandhom jippruvaw jintegraw is-swieq ta' l-elettriku tagħhom, filwaqt li l-operaturi tas-sistema għandhom jaqdu lid-diversi Stati Membri. Il-KESE jemmen li l-proposta tat-tielet pakkett dwar il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-operaturi tan-netwerk, bl-ebda mod m'għandha titqies bħala sostituzzjoni temporanja jew alternattiva għal suq uniku ta' l-enerġija. Huwa kruċjali li jkun hemm kooperazzjoni reġjonali, ibbażata fuq is-separazzjoni tas-sjieda, bejn operaturi tan-netwerks li jkunu effettivament separati mill-produzzjoni/bejgħ. L-inizjattivi reġjonali promossi mill-grupp tar-regolaturi Ewropej, ERGEG, f'dawn l-aħħar snin, għandhom jintużaw ukoll għall-valutazzjoni tal-konsistenza tar-regolament u tar-regoli tas-suq.

1.2.2   Is-separazzjoni vertikali integrata (unbundling)

1.2.2.1

Il-KESE jsostni li l-Kummissjoni għandha tiffavorixxi s-separazzjoni tas-sjieda (ownership unbundling), li bla dubju ta' xejn hija aħjar minn sistema ta' separazzjoni funzjonali sabiex jitħeġġeġ l-investiment. Sistema bħal din ittejjeb it-trasparenza u l-fiduċja fl-operaturi, iżżid is-sigurtà tas-sistema, iżżid il-kontroll fuq il-monopolji, tevita mġiba diskriminatorja u ttejjeb l-użu u ż-żamma tan-netwerks.

1.2.2.2

Se tkun meħtieġa aktar konsiderazzjoni u analiżi dwar l-implikazzjonijiet strateġiċi tas-sjieda tan-netwerks u dwar il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-indipendenza f'dan ir-rigward fost l-oħrajn b'rabta ma' l-interessi possibbli ta' pajjiżi terzi u li tinkludi l-għażla marbuta mas-sjieda tan-netwerk (pubblika jew privata). Il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-separazzjoni tas-sjieda m'għandhiex bżonn il-privatizzazzjoni tan-netwerks ta' trasmissjoni li bħalissa huma ta' sjieda pubblika.

1.2.2.3

M'hemmx differenzi suffiċjenti bejn is-settur ta' l-elettriku u dak tal-gass (ara l-eżempji ta' l-USA, id-Danimarka, l-Olanda, il-Portugall, ir-Renju Unit, Spanja u l-Isvezja) għalhekk mhuwiex iġġustifikat trattament differenti f'termini ta' separazzjoni tas-sjieda. Is-separazzjoni fis-sjieda tal-produzzjoni/bejgħ u t-trasmissjoni hija meħtieġa fiż-żewġ setturi. L-imġiba diskriminatorja li tista' tirriżulta minn livell insuffiċjenti ta' separazzjoni vertikali hija l-istess. Il-kumpaniji li jbigħu l-gass m'għandhomx ikunu interessati f'min jimporta l-gass; minflok, l-interess tagħhom għandu jkun biss li jaħdmu ma' kumpaniji oħra li huma affidabbli u finanzjarjament b'saħħithom u li jistgħu jbigħu l-gass tagħhom.

1.2.3   L-Aġenzija Ewropea

Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija (ACER) trid tingħata aktar poteri biex:

ikollha rwol regolatorju indipendenti;

tissorvelja l-attivitajiet ta' l-ENTSO u, flimkien ma' l-ENTSO u l-Panel Permanenti dwar is-Suq, tassisti lill-Kummissjoni Ewropea fit-tħejjija ta' lista ta' regoli meħtieġa għat-tfassil u l-approvazzjoni tal-linji gwida u l-kodiċijiet tekniċi u kummerċjali;

tistabbilixxi u tapprova kodiċijiet tekniċi u tas-suq;

tistabbilixxi proċeduri għall-iffissar ta' tariffi u tiffissa tariffi għall-proċedura ta' kumpens ta' l-ispejjeż li jagħmlu l-operaturi tan-netwerk fit-trasmissjoni ta' l-elettriku bejn il-fruntieri;

tfassal linji gwida dwar il-prinċipji għall-iżvilupp ta' netwerk u tapprova l-pjan ta' investiment fuq għaxar snin propost mill-ENTSO;

tippreżenta rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

tikkonsulta l-operaturi tas-suq;

tikkoordina l-ħidma ta' l-awtoritajiet nazzjonali; u

tippromovi t-trasparenza permezz tal-proċeduri tal-ħatra għall-grupp ta' tmexxija (steering group) tagħha.

1.2.4   L-awtoritajiet nazzjonali

1.2.4.1

Ir-regolaturi nazzjonali għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-kompetizzjoni u l-iżgurar ta' implimentazzjoni korretta tad-direttivi fuq livell nazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward tar-regoli dwar l-użu imparzjali ta' l-infrastruttura. Għalhekk il-poteri tagħhom għandhom jiġu armonizzati u għandha tiżdied l-indipendenza tagħhom mill-kumpaniji nazzjonali u ta' l-enerġija fuq livell nazzjonali, sabiex ikunu jistgħu jissorveljaw u jimpedixxu abbużi ta' pożizzjonijiet dominanti. Regolatur aktar indipendenti joħloq fiduċja fis-suq u jkun kapaċi jikkoopera b'mod aktar attiv ma' l-ACER.

1.2.5   In-Netwerks Ewropej ta' l-Operaturi tas-Sistemi ta' Trasmissjoni (ENTSOs — European Networks of Transmission System Operators)

1.2.5.1

Il-KESE jħeġġeġ koordinazzjoni aktar effettiva bejn l-operaturi tan-netwerks nazzjonali biex isir l-investiment u titjieb il-ġestjoni ta' l-infrastruttura meħtieġa biex jiġi żviluppat netwerk Ewropew integrat. L-aġenzija għandu jkollha rwol akbar minn dak previst, biex tipproponi, tfassal, tissorvelja u tapprova l-kodiċijiet, sabiex tiżgura li l-interess pubbliku jingħata l-konsiderazzjoni xierqa. Ir-rwol ta' l-ENTSO m'għandux jaqbeż il-ħiliet u l-kompetenzi tiegħu. Għaldaqstant, ir-responsabbiltà għat-tfassil tal-linji gwida u l-kodiċijiet tibqa' ta' l-ACER.

1.2.6   In-netwerks Ewropej u l-investiment

1.2.6.1

Il-KESE jemmen li l-UE għandha tantiċipa l-iżviluppi futuri fl-użu tan-netwerks, permezz ta' programm ta' investiment immirat sabiex joħloq sistema ta' netwerks Ewropej pubbliċi u/jew privati mmexxija mill-UE, li jkunu aċċessibbli għal kulħadd, kemm għat-trasmissjoni kif ukoll għall-użu ta' l-enerġija. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġi assigurat li l-proċeduri ta' ġestjoni ta' l-interkonnessjonijiet huma tassew trasparenti, ibbażati fuq il-proċeduri tas-suq u li jippermettu li l-kummerċ jiżdied għal-limitu massimu possibbli tiegħu. L-investiment għandu jsir fejn iġib vantaġġi soċjo-ekonomiċi minn perspettiva reġjonali. Il-partijiet interessati kollha tas-suq għandhom jiġu involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp tal-kodiċijiet u l-pjan ta' investiment fuq għaxar snin.

1.2.7   Id-demokrazija u r-rappreżentanza

1.2.7.1

Il-KESE jsostni li, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet preżenti jew futuri, il-konsumaturi għandhom ikunu rrappreżentati fil-bord ta' l-aġenzija. L-istess jgħodd għall-partijiet l-oħra interessati kollha (l-aġenti, it-trejdjunjins, il-kumpaniji), li apparti milli jkunu rrappreżentati fil-bord jistgħu ikunu rrappreżentati wkoll f'korp speċjali ta' sorveljanzab'tali mod li l-iżvilupp normattiv jinkludi l-kunsens wiesa' u l-parteċipazzjoni possibbli, sa mill-bidu tiegħu u mhux matul il-fażi aħħarija ta' l-iżvilupp.

2.   Introduzzjoni

2.1

Madwar għaxar snin ilu l-Kummissjoni ħadet l-ewwel passi (tard ħafna) lejn qafas regolatorju Ewropew għal suq uniku fil-qasam ta' l-elettriku u l-gass. Il-Kumitat għalhekk kellu l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu, xi drabi opposti għal dawk tal-Kummissjoni, fuq kwistjoni li matul is-snin saret dejjem aktar importanti u kontroversjali.

2.2

Bl-adozzjoni tat-tielet pakkett ta' proposti leġiżlattivi dwar is-suq ta' l-elettriku u l-gass, il-Kummissjoni qiegħda tfittex li tikkonkludi l-proċess, f'kuntest internazzjonali li nbidel ħafna u li huwa sors ta' problemi ġodda għal kulħadd. Mhux l-Istati Membri kollha jaqblu dwar il-proposti u dan jista' jirriżulta f'dewmien fl-adozzjoni tal-proposti u jipperikola l-ksib ta' suq Ewropew uniku ta' l-enerġija.

2.3

Il-kompitu tal-KESE hu wieħed ta' responsabbiltà kbira: li jfassal opinjoni dwar waħda mill-aktar kwistjonijiet ċentrali (u kontroversjali) ta' dawn l-aħħar snin — kwistjoni li fuqha jistrieħ mhux biss is-suq uniku ta' l-enerġija, iżda d-destin tal-kumpaniji u l-konsumaturi Ewropej fis-settur, u tal-kumpaniji li mhumiex fl-UE.

2.4

Il-KESE jevalwa pożittivament l-istudju ta' l-impatt imwettaq mill-Kummissjoni, li minnu nnifisu joffri xi indikaturi tajbin dwar l-effikaċja tal-liberalizzazzjoni u l-kompetizzjoni “ġusta” (ara t-test).

3.   L-għan tal-proposti tal-Kummissjoni

3.1

Li jiżguraw li l-konsumaturi jkunu verament liberi li jagħżlu l-fornitur tagħhom minn fost firxa wiesgħa ta' possibilitajiet u li jgawdu l-benefiċċji li għandha ġġib dik il-bidla. Il-ħtieġa li jiġu assigurati kundizzjonijiet favorevoli għall-utenti trid tiġi osservata wkoll mill-kumpanija ta' pajjiżi terzi li joperaw fl-UE.

3.2

Li jisseparaw il-produzzjoni u t-trasmissjoni mis-sjieda u t-tħaddim tan-netwerks ta' trasmissjoni ta' l-elettriku u l-gass. Barra minn hekk tissemma' għażla oħra — dik ta' “l-Operatur ta' Sistema Indipendenti” — li tippermetti l-kumpaniji integrati vertikalment li jżommu s-sjieda ta' netwerks biss jekk il-kapital fiss tagħhom ikun immexxi minn korp indipendenti jew impriżi oħra; dan għandu jinkoraġġixxi l-investiment fl-infrastruttura.

3.3

Li jipprovdu risposti tanġibbli għall-frammentazzjoni tas-suq tul il-fruntieri nazzjonali, l-integrazzjoni vertikali eżistenti, il-konċentrazzjoni għolja tas-suq li fir-realtà impedixxiet kompetizzjoni ġenwina u l-istabbiliment tas-suq uniku ta' l-enerġija.

3.4

Li jħaffu l-kummerċ bejn il-fruntieri, li titwaqqaf Aġenzija bil-kompitu li tikkoordina l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tipprovdi kundizzjonijiet u opportunitajiet ugwali għan-negozji fis-settur li joperaw fil-pajjiżi differenti; dan għandu jassigura li jitwaqqaf netwerk Ewropew ġenwin sabiex iħares is-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvista. L-awtoritajiet nazzjonali għalhekk għandhom jaraw l-indipendenza tagħhom imsaħħa u ggarantita.

3.5

Li jinkoraġġixxu kooperazzjoni fuq il-bażi ta' regoli ġodda li għandhom jitwaqqfu mill-operaturi tan-netwerks Ewropej u li jassiguraw kooperazzjoni akbar bejn id-diversi swieq domestiċi fejn il-provvista tkun mhedda.

3.6

Li jżidu t-trasparenza billi jħaffu r-regoli tas-suq u jżommu lill-konsumaturi infurmati, sabiex tiżdied il-fiduċja ta' l-utent fil-valur intrinsiku tas-suq ħieles (iżda sa issa kemm nistgħu ngħidu li tassew kien hemm fiduċja konsistenti f'dan?).

3.7

Li s-sena d-dieħla l-konsumaturi jingħataw id-drittijiet ta' l-utenti ta' l-enerġija u li dawn jinġabru f'“Karta” (obbligatorja) speċjali li tinkludi tagħrif dwar il-fornituri, id-diversi opzjonijiet tas-suq, it-tnaqqis tal-burokrazija, il-faqar tal-fjuwil, eċċ. (1).

4.   Il-proposti għal direttivi (elettriku u gass)

4.1

Is-separazzjoni (unbundling) effettiva (legali u operattiva) tas-sistema tal-forniment u t-trasmissjoni ta' l-elettriku u l-gass fl-Istati Membri kollha billi jinħolqu sistemi li ma jkunux integrati vertikalment. Dan jista' jaqdi rwol ċentrali fis-sejba ta' soluzzjoni għall-kunflitti ta' interess li jistgħu jinqalgħu:

biex jiġi żgurat investiment suffiċjenti f'sistema ta' forniment u trasmissjoni aktar effiċjenti kif ukoll titjib fil-ġestjoni tat-trasferimenti bejn il-fruntieri;

biex jiġu evitati privileġġi jew trattament preferenzjali għal kumpaniji u sussidjarji li jinsabu f'sistemi ta' trasmissjoni u produzzjoni integrati vertikalment;

biex jiġi żgurat aċċess ġust u trasparenti għall-informazzjoni għall-partijiet kollha tas-suq u mhux għal dawk konnessi mal-kumpanija in kwistjoni biss.

4.2

Soluzzjoni possibbli, fil-każ ta' kumpanija b'integrazzjoni vertikali u nuqqas ta' rieda li timbarka fuq separazzjoni effettiva tas-sjieda, hija l-ħolqien ta' Operatur ta' Sistema Indipendenti (ISO). Dan l-operatur jista' jippermetti lill-kumpaniji li jżommu s-sjieda tan-netwerk, iżda ma jippermettilhomx li jħaddmuh. It-tali indipendenza tista' tinkiseb biss fi ħdan sistema regolatorja effettiva.

4.2.1

L-indipendenza ta' l-operatur tan-netwerk tgħodd kemm għall-kumpaniji pubbliċi kif ukoll privati. Dan jgħodd ukoll għas-separazzjoni tas-sjieda tan-netwerk ta' trasmissjoni u s-sistemi tal-produzzjoni.

4.2.2

L-għan prinċipali huwa li l-kumpaniji li joperaw fis-settur tal-produzzjoni u l-forniment ta' l-elettriku u l-gass fil-pajjiżi kollha ta' l-UE joperaw b'mod separat għal kollox.

4.2.3

Id-direttiva proposta tipprovdi għal derogi temporanji fuq ir-regoli dwar is-separazzjoni tas-sjieda jekk il-kumpaniji jinvestu f'infrastruttura ta' l-enerġija.

4.3

Is-separazzjoni tal-forniment u l-produzzjoni mill-operaturi tas-sistema hija prevista mhux biss fuq livell nazzjonali, iżda fl-UE kollha. L-ebda kumpanija li tipproduċi l-enerġija ma hi permessa li tmexxi jew li jkollha sistema ta' trasmissjoni fi Stat Membru ieħor. Kull operatur li jidħol u jsir parti mis-sistema jrid juri l-indipendenza tiegħu minn attivitajiet ta' forniment u produzzjoni.

4.4

Is-separazzjoni tas-sjieda trid twassal għal suq u netwerk li jiffunzjona sewwa, li finalment jirriżulta fl-iffissar korrett tal-prezz ta' l-elettriku u l-gass, possibbilment segwit minn tnaqqis fil-prezz, b'vantaġġi ovvji għall-konsumaturi u l-investituri fis-settur.

4.5

Huwa biss permezz ta' awtorità regolatorja indipendenti u operattiva li l-Operatur ta' Sistema Indipendenti se jkun jista' jaħdem sewwa u li s-separazzjoni tas-sjieda tas-sistema ta' produzzjoni u forniment tista' tkun effettiva. L-awtoritajiet legali jridu joperaw b'mod diskret, għandhom ikunu indipendenti minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra u jridu jaġixxu indipendentement minn kwalunkwe interessi tas-suq. Huma jrid ikollhom poteri sħaħ u jridu jkunu kapaċi jikkooperaw bejniethom fl-Istati Membri sabiex:

jivverifikaw li d-diversi operaturi fis-suq jissodisfaw l-obbligi ta' trasparenza tagħhom;

jiżguraw l-effikaċja tal-miżuri għall-protezzjoni tal-konsumatur;

jivverifikaw it-tħaddim korrett tat-trasmissjoni ta' l-elettriku u l-gass;

jissorveljaw il-pjanijiet ta' investiment ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni u jiċċekkjaw li huma kompatibbli ma' xulxin;

joqogħdu attenti għal abbużi fis-suq jew għal operaturi dominanti li jxekklu l-iffissar korrett tal-prezzijiet.

L-aġenziji esterni (il-CESR, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija) għandhom rwol konsultattiv x'jaqdu fi ħdan il-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regoli stabbiliti.

5.   Il-proposti għal regolamenti (ħolqien ta' l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, aċċess għan-netwerk ta' l-iskambju ta' l-elettriku bejn il-fruntieri u l-aċċess għan-netwerks tat-trasport tal-gass)

5.1

Il-konsolidament tas-swieq interni, b'regoli u approċċi komuni, huwa element fundamentali fl-iżvilupp tas-suq Ewropew ta' l-enerġija u biex jinkisbu l-iskambji meħtieġa bejn il-fruntieri. Id-dispożizzjonijiet preżenti (bħar-regoli tekniċi, jew il-kodiċi tan-netwerk, li bihom iridu joperaw il-kumpaniji ta' l-elettriku) jeħtieġ li jiġu armonizzati bejn id-diversi pajjiżi. Sa llum dan ma jidhirx li twettaq bl-għajnuna ta' l-ERGEG. Din l-armonizzazzjoni tista' tiġi implimentata biss minn korp indipendenti u separat, li t-Trattat jitlob li jiġi stabbilit fil-forma ta' Aġenzija.

5.2

Il-kompiti prinċipali ta' l-Aġenzija għandhom ikunu:

li ttejjeb il-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet bejn il-fruntieri;

li tissorvelja l-attività ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni ta' l-elettriku u tal-gass;

li tivverifika l-effikaċja tal-pjanijiet ta' investiment fuq għaxar snin għan-netwerks;

li tassigura li l-kooperazzjoni bejn l-operaturi ssir b'mod effettiv u trasparenti biex minnha jgawdi s-suq uniku;

li tintervjeni b'deċiżjonijiet dwar aspetti tekniċi partikulari u dwar applikazzjonijiet għal derogi;

li taqdi rwol konsultattiv dwar kwistjonijiet ta' regolazzjoni tas-suq u tappoġġja miżuri għat-titjib tal-prattiċi adottati mill-korpi regolatorji nazzjonali.

5.3

L-istruttura organizzattiva se ssegwi l-mudell tipiku ta' l-aġenziji tal-Komunità u se tagħti attenzjoni partikulari lill-garanzija ta' l-indipendenza tal-funzjonijiet regolatorji. Għal dan il-għan jista' jitwaqqaf Bord tar-Regolaturi, Bord Amministrattiv maħtur mid-direttur ta' l-Aġenzija, li jkun responsabbli għall-kwistjonijiet ta' regolazzjoni kollha, kif ukoll Bord ta' l-Appell li jieħu ħsieb appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija. L-Aġenzija tista' tinkludi massimu ta' 40 sa 50 ruħ bi spiża massima ta' bejn EUR 6 u 7 miljuni fis-sena, koperti b'għotjiet mill-Komunità.

5.4

Il-Kummissjoni għandha r-rwol ta' gwardjan tat-trattati u ta' “spettur ta' l-ispettur”. L-Aġenzija għandha l-poter li tieħu d-deċiżjonijiet u l-poter tad-diskrezzjoni fuq kwistjonijiet tekniċi speċifiċi biss. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tintervjeni biex tippromovi l-kooperazzjoni jew it-tħaddim xieraq tas-suq, fid-dawl ta' informazzjoni ta' l-Aġenzija jew fuq inizjattiva tagħha stess.

5.5

Il-kooperazzjoni effiċjenti ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni hija vitali sabiex tinkiseb integrazzjoni vera tas-suq. L-unika kooperazzjoni li teżisti bħalissa għandha xeħta volontarja u ftit li xejn ħalliet riżultati sodisfaċenti, speċjalment meta seħħew inċidenti fin-netwerk jew meta nqata' l-elettriku. L-integrazzjoni tat-tħaddim tas-sistemi fuq livell reġjonali tgħin:

biex jiġi definit sett ta' kodiċi tekniċi u tas-suq li jkunu validi internazzjonalment;

jiġu definiti kodiċi tekniċi f'każijiet fejn m'hemmx kooperazzjoni ġenwina bejn in-netwerks;

tiġi żgurata mġiba mhix diskriminatorja b'rabta mat-tħaddim u l-iżvilupp tan-netwerk;

tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-swieq, li tippermetti l-konverġenza tal-prezzijiet, tnaqqas it-tħassib dwar il-konċentrazzjoni tas-swieq, tistimula l-likwidità eċċ.; u

biex jiġi promoss il-finanzjament u l-ġestjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni.

5.6

L-istrutturi ta' kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni jridu jiġu rikonoxxuti b'mod sħiħ fuq livell Ewropew. Jistgħu jintużaw strutturi eżistenti bħall-GTE u l-ETSO, jew jiġu stabbiliti strutturi ċentrali ġodda, permanenti f'termini kemm ta' l-organizzazzjoni kif ukoll ta' strumenti prattiċi għall-ippjanar u l-ġestjoni tan-netwerks.

6.   Kummenti ġenerali

6.1

Il-problema prinċipali tan-netwerks, speċjalment in-netwerks ta' l-elettriku, m'hijiex daqstant dik tal-liberalizzazzjoni nnifisha, iżda pjuttost l-assigurazzjoni li l-pubbliku u l-kumpaniji jkollhom aċċess għal dawn in-netwerks. Jistgħu jiġu kkunsidrati, per eżempju, netwerks Ewropej pubbliċi jew regolati mill-Unjoni u li huma aċċessibbli għal kulħadd.

6.2

Il-Kummissjoni għandha tippromovi l-investiment fil-ħolqien ta' sistema ta' trasmissjoni kompletament innovattiva li tippermetti l-użu ta' l-elettriku fuq livell Ewropew permezz ta' netwerk interattiv intelliġenti. Simili għall-internet, dan in-netwerk jutilizza t-teknoloġija ta' smart meter u jħalli lill-enerġija timxi fiż-żewġ direzzjonijiet.

6.3

Dan għandu jinkoraġġixxi l-investiment, iwassal għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u jippermetti li l-islogan antik “poter lin-nies” isir realtà, jiġifieri li jibda jseħħ skambju ta' l-enerġija sabiex jinqdew il-ħtiġijiet ta' kulħadd, li l-istess regoli japplikaw għall-pajjiżi ta' l-Unjoni kollha mingħajr eċċezzjoni (kif diġà huwa l-każ bl-internet).

6.4

Dawn huma r-raġunijiet għaliex wieħed għandu jaħdem għas-separazzjoni sħiħa tas-sistema ta' trasmissjoni ta' l-elettriku u għal għażla bejn is-separazzjoni u“operatur ta' sistema indipendenti” għan-netwerks tal-gass.

6.5

Se jkun diffiċli li jintlaħqu l-miri tal-Kummissjoni (it-tisħiħ ta' l-awtoritajiet nazzjonali, it-tkabbir tal-kooperazzjoni bejn l-operaturi tat-trasport, (ISO, TSO), iż-żieda fit-trasparenza tas-suq eċċ) mingħajr ma jingħelbu ċerti atteġġjamenti nazzjonali dejqa, mhux biss għal dak li għandu x'jaqsam man-netwerks, iżda wkoll fir-rigward tal-provvista, l-investiment u l-bqija. Għalkemm dan mhux se jkun biżżejjed biex iżomm il-prezzijiet baxxi, dawn huma l-uniċi miżuri li jistgħu jassiguraw kwalità ta' servizz aħjar.

6.6

Il-konċentrazzjoni tar-riservi taż-żejt fi ftit żoni biss tad-dinja (61.8 % fil-Lvant Nofsani, 11.7 % fl-Ewropa u r-Russja, 9.4 % fl-Afrika, 8.5 % fl-Amerika ta' Isfel, 5.1 % fl-Amerika ta' Fuq u 3.5 % fil-Lvant (F. Profumo, Politecnico di Torino) għandha tqanqal lill-Kummissjoni sabiex teżerċita politika komuni li tkun aktar inċiżiva f'dawn iż-żoni kif ukoll f'organizzazzjonijiet internazzjonali fejn jitfasslu l-ftehimiet u jittieħdu d-deċiżjonijiet. Inkella, il-liberalizzazzjoni pura u sempliċi tista' ssir nasba għal min ma jafx li mhux biżejjed li l-prezzijiet jinżammu baxxi, li sikwit jogħlew b'riżultat ta' monopolji li jiddettaw il-kundizzjonijiet anki lill-korp politiku.

6.7

L-UE għandha timxi fuq il-pjan lejn kompetizzjoni regolata u trasparenza biex tagħmel is-sistema ekonomika aktar kompetittiva u trasparenti. Ir-rebħiet fuq il-Microsoft u l-Volkswagen jirrappreżentaw preċedent inkoraġġanti favur il-kompetizzjoni, għalkemm dan mhux biżżejjed. Għandhom jitfasslu wkoll miżuri aktar effettivi sabiex itaffu l-impatt u l-konsegwenzi fuq l-impjiegi, kif ukoll miżuri u investiment li jagħmlu s-sistema ekonomika aktar dinamika, sabiex jinħolqu opportunitajiet għall-ħaddiema u ż-żgħażagħ u b'hekk tonqos il-ħtieġa għall-“protezzjoni”. Filfatt, jekk l-aktar figuri reċenti dwar it-tkabbir ekonomiku ta' l-Ewropa mhumiex inkoraġġanti (ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni) dan huwa dovut, apparti għas-saħħa ta' l-ewro, għall-kompetittività baxxa tal-kumpaniji u l-“protezzjoni” li ħafna minnhom igawdu. It-tneħħija tal-monopolji li saru wara l-Att Uniku Ewropew għandu jkollha suċċess, peress li f'każ ta' falliment, l-interess taċ-ċittadini-konsumaturi ser jiġi disprezzat mid-diżorganizzazzjoni u mill-introduzzjoni mill-ġdid eventwali tal-fondi pubbliċi għas-sopravivenza tan-netwerks, bħalma ġara fil-każ tal-ferrovija tar-Renju Unit.

6.8

Id-dibattitu dwar dan il-pakkett m'għandux ikun limitat għall-awditorji ta' l-istituzzjonijiet jew għal min qiegħed fis-settur. Il-Kummissjoni u l-KESE jridu jieħdu l-argument fid-dinja ta' barra u dak l-argument għandu jinvolvi lill-pubbliku bħala konsumaturi, ħaddiema u negozji, biex ikun evitat li d-deċiżjonijiet jiġu influwenzati biss mill-kumpaniji l-kbar ta' l-enerġija, li sikwit ikunu monopolji. (Per eżempju, jista' jiġi stabbilit blog dwar is-suġġett għall-pubbliku, għandu jkun hemm seduti pubbliċi f'ħafna mill-Istati Membri u f'xi bliet Ewropej u r-riżultati jiġu ppreżentati flimkien f'konferenza pubblika kbira organizzata fil-livell Komunitarju.) Barra minn hekk, il-kontroll ta' l-aġenziji Ewropej ta' regolamentazzjoni mħaddem mill-Kummissjoni għandu jkollu wkoll dimensjoni demokratika u jkun ikkonfermat minn dak tal-Parlament Ewropew.

7.   Kummenti speċifiċi

7.1

Separazzjoni tas-sjieda tad-diversi attivitajiet fil-katina — ta' forniment u produzzjoni mit-tħaddim tan-netwerk (ownership unbundling). Dawn il-miżuri huma rekwiżit sabiex jitnaqqsu l-barrieri għad-dħul fis-suq. L-għan huwa li jiġu evitati kumpaniji integrati, li jwettqu diversi attivitajiet fil-katina, li jistgħu “jittrasferixxu” xi wħud mill-ispejjeż ta' l-attivitajiet liberalizzati għall-attivitajiet regolati u b'hekk igawdu vantaġġ kompetittiv mhux dovut fuq dawk li jwettqu biss l-attivitajiet suġġetti għall-kompetizzjoni. L-adozzjoni tad-direttivi dwar is-swieq tal-gass naturali u ta' l-elettriku mill-Istati Membri ma kinetx uniformi, u f'xi każi ppermettiet li jinħolqu kumpaniji li joperaw netwerk ta' trasmissjoni integrat vertikalment u kumpaniji ta' produzzjoni u forniment.

7.2

Jiżdiedu s-setgħat tar-regolaturi nazzjonali ta' l-enerġija, li jassiguraw kemm it-tħaddim mhux preġudikat tan-netwerks kif ukoll it-tħaddim mhux preġudikat ta' l-infrastruttura liċenzjata b'mod ġenerali. Dan huwa meħtieġ għal-liberalizzazzjoni (trasmissjoni, trasmissjoni u kejl fis-settur ta' l-enerġija; trasport, trasmissjoni, kejl, ħażna u gassifikazzjoni mill-ġdid, fis-settur tal-gass).

7.3

Ir-rwol prinċipali ta' l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija sabiex tissorvelja l-attivitajiet tal-korpi nazzjonali indipendenti. It-twaqqif ta' korp regolatorju sovranazzjonali bl-awtorità li jissorvelja l-attivitajiet tal-pajjiżi individwali involuti jista' jwassal għal attività regolatorja ta' kooperazzjoni definita b'mod ċar, għal tnaqqis fid-differenzi bejn il-prospetti ta' l-UE kollha kemm hi u l-prospetti ta' pajjiżi individwali, biex ikunu ffaċilitati soluzzjonijiet immirati lejn suq integrat ta' l-enerġija.

7.4

It-twaqqif ta' operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni indipendenti mis-sistema ta' produzzjoni li jikkooperaw flimkien biex jittrattaw kwistjonijiet ta' trasmissjoni b'mod effiċjenti. L-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni minn kumpaniji integrati vertikalment għandhom it-tendenza li jiffavorixxu l-kumpaniji assoċjati u ma jagħtux biżżejjed informazzjoni lill-kompetituri l-ġodda. Ir-riżultat ta' l-investiment li jsir fi ħdan kumpaniji integrati ħafna ftit li xejn iħalli effetti pożittivi billi l-kumpanija dominanti m'għandha l-ebda interess li ttejjeb in-netwerk għax dan jibbenefika prinċipalment lill-kompetituri tagħha. Is-separazzjoni formali u sostanzjali ta' l-operaturi tat-trasmissjoni tipprovdi l-istess garanziji ta' aċċess għan-netwerk lill-impriżi ta' trasmissjoni kollha u b'hekk tippermetti t-titjib teknoloġiku neċessarju li jassigura tħaddim aktar effiċjenti u, finalment, prezzijiet aktar baxxi għall-utenti.

7.5

Il-ħolqien ta' trasparenza akbar u jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq biex tiżdied il-likwidità tas-swieq ta' l-elettriku u l-gass. Teżisti nuqqas ta' informazzjoni dwar l-affidabilità fis-suq (bejn il-partijiet involuti fil-katina). L-iżbilanċ fl-informazzjoni bejn il-kumpaniji stabbiliti u l-kompetituri tagħhom huwa evidenti. Aktar trasparenza tnaqqas ir-riskji tad-dħul għall-partijiet ġodda fis-suq, tnaqqas il-barrieri u tkabbar il-fiduċja fis-swieq bl-ingrossa u fis-sinjali tal-prezzijiet. Fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li tiġi assigurata ċerta uniformità/korrispondenza fl-informazzjoni, sabiex, mingħajr ma qatt tiġi injorata l-importanza tal-kunfidenzjalità strateġika/kummerċjali korporattiva, ma jkunx hemm lok għal interpretazzjonijiet inkonsistenti li jipperikolaw it-trasparenza ġenwina tas-suq.

7.6

L-operaturi tas-suq kollha jingħataw aċċess għall-informazzjoni bil-għan li titrawwem fiduċja u li s-suq ikun jista' jiżviluppa sew. Bosta operaturi ftit għandhom fiduċja fil-mekkaniżmu li bih jiġu ffurmati l-prezzijiet. Il-kuntratti dwar l-importazzjoni tal-gass jiġu konklużi fuq il-bażi ta' l-indiċi tal-prezzijiet derivati minn baskett ta' prodotti ġejjin miż-żejt, u għalhekk il-prezzijiet isegwu b'mod rigoruż ix-xejriet fis-suq taż-żejt. Din ir-relazzjoni hija riflessa fil-prezzijiet bl-ingrossa, li ma jiġux iffurmati permezz tal-mekkaniżmu tal-forniment u d-domanda tas-suq, għad-dannu tas-sigurtà tal-provvista. Rigward il-kuntratti fit-tul dwar l-importazzjoni, m'hemm ebda xejriet ċari favur mekkaniżmi ta' formazzjoni tal-prezz ibbażati fuq id-dinamiċi tas-suq.

7.7

Jiġu stabbiliti rekwiżiti dettaljati biex tkun assigurata t-trasparenza fil-produzzjoni ta' l-elettriku u l-gass. Jeħtieġ li d-domanda u l-provvista jibdew jitbassru fil-qosor u b'mod preċiż. Dawn hua r-rekwiżiti li jridu jintlaħqu mill-produtturi ta' l-elettriku; għal dan il-għan jeħtieġ li r-regolaturi nazzjonali jingħataw aktar poter.

7.8

Jiġu stabbiliti swieq tad-derivattivi. Id-derivattivi m'humiex biss mezz effettiv tal-ġestjoni tar-riskji fil-prezzijiet iżda huma wkoll strument naturali għall-iżvilupp tas-swieq ta' l-elettriku u l-gass. Għalkemm is-swieq ta' l-elettriku ilhom ftit li bdew jinnegozjaw kuntratti dwar id-derivattivi b'mod dirett jew indirett u diġà saru xi passi lejn l-uniformità, xorta għad baqa' ħafna xi jsir b'mod speċjali għaliex għadhom jeżistu differenzi ċari fis-suq tal-gass naturali Ewropew. Fil-fatt, filwaqt li jeżisti livell relattivament għoli ta' liberalizzazzjoni f'xi swieq (eż. r-Renju Unit), f'pajjiżi oħra lanqas biss hemm suq kontanti għall-gass naturali (eż. l-Italja).

7.9

Regolazzjoni ta' l-istallazzjonijiet ta' ħażna sabiex jiġi żgurat li l-ħażna kollha disponibbli għal terzi persuni tiġi offruta lis-suq b'mod trasparenti mhux b'mod diskriminatorju li jimpedixxi l-ħażna tal-kapaċità.

7.10

Kriterji pubbliċi u ċari li jistabbilixxu meta u kif l-aċċess tat-terzi persuni japplika għall-kapaċità ta' ħażna li tiġi offruta lis-suq.

7.11

Definizzjoni ta' regoli dettaljati u trasparenti dwar l-aċċess għall-istallazzjonijiet ta' l-LNG li jippermettu l-identifikazzjoni ta' l-infrastruttura eżentata. Iridu jiġu stabbiliti regoli għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' l-“istaġun miftuħ”. Fil-fatt, l-introduzzjoni ta' din il-proċedura, li tipprovdi għal mekkaniżmu li jippermetti li l-ewwel tinħażen il-kapaċità imbagħad tinbena, tista' ma tkunx suffiċjenti sabiex tiggarantixxi aċċess akbar għall-operaturi. Dan ġej mill-fatt li l-allokazzjoni ewlenija tal-kapaċità ta' trasport fuq in-netwerk nazzjonali tat-trasport fi kwalunkwe każ trid tingħata lill-kumpanija li tagħmel il-pipelines tal-gass jew lill-istallazzjoni ta' l-LNG li jkun id-detentur ta' l-eżenzjoni. Barra minn hekk, il-proċedura biex jiġu allokati l-20 % li jifdal tal-kapaċità tista' tkun ta' ostakolu għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq tal-provvista, għaliex tiffavorixxi lil dawk li jippruvaw jissaturaw dawn l-20 % b'kuntratti fit-tul għad-dannu kemm tas-swieq immedjati kif ukoll tal-flessibbiltà tal-forniment.

7.12

Jiġu identifikati ftehimiet bilaterali downstream fit-tul għall-forniment li jkunu konformi mal-liġi ta' l-UE dwar il-kompetizzjoni. Il-livell ta' kompetizzjoni fis-swieq bl-imnut huwa limitat ħafna. L-effett kumulattiv ta' kuntratti fit-tul, kuntratti miftuħa, kuntratti bi klawsoli ta' tiġdid taċiti u perijodi twal ta' terminazzjoni jistgħu jkunu ostakoli sostanzjali għall-kompetizzjoni. L-obbligi kuntrattwali li jorbtu lill-utenti finali industrijali u l-produtturi (kumpaniji stabbiliti) fuq perjodu twil ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Madankollu, teżisti domanda dejjem akbar għal provvista aktar kompetittiva, mingħand kumpaniji differenti mill-kumpaniji stabbiliti; provvista pan-Ewropea hija nieqsa u jeħtieġ li tiġi kkunsidrata serjament. Il-livell attwali ta' kompetizzjoni fl-Istati Membri (l-Awstrija, il-Belġju) fejn il-konċentrazzjoni hija għolja, mhuwiex sodisfaċenti (hemm ftit wisq fornituri). Ir-restrizzjonijiet fuq kif il-gass jista' jiġi pprovdut lill-konsumaturi, flimkien ma' prattiċi restrittivi tal-fornituri fil-postijiet ta' kunsinna, iqajmu bosta tħassib dwar il-kompetizzjoni.

7.13

Is-swieq bl-imnut ta' l-elettriku u l-gass jiġu mħeġġa jkomplu l-proċess tat-tneħħija tar-regolamenti. Huwa biss permezz ta' suq bl-imnut ġenwin li l-Ewropej jistgħu jgawdu mill-kompetizzjoni. Dan ifisser li jiddaħħlu regoli semplifikati dwar l-aċċess għas-suq sabiex il-produtturi u d-distributuri żgħar ikunu jistgħu jipparteċipaw u jiġu mħeġġa l-likwidità tas-suq u l-prezzijiet tas-suq aktar kompetittivi. L-assigurazzjoni tal-likwidità hija essenzjali sabiex tikber il-fiduċja ta' l-operaturi fil-formazzjoni tal-prezzijiet kemm fis-swieq ta' l-elettriku kif ukoll fil-hubs tal-gass, billi, b'mod speċjali fir-rigward ta' dawn ta' l-aħħar, tagħmilha possibbli li wieħed jinħall mir-rabtiet mal-prodotti.

7.14

Ir-rwol prinċipali li għandhom is-swieq ta' l-elettriku u l-gass li mhumiex regolati, sabiex iżidu l-kuxjenza pubblika u tan-negozju dwar il-konsum intelliġenti ta' l-enerġija li jippermetti tnaqqis fl-ispejjeż u l-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet. Dan jinvolvi l-edukazzjoni tal-pubbliku dwar sorsi ta' l-enerġija disponibbli bħalissa u l-iżvilupp ta' sorsi alternattivi ta' l-enerġija (enerġija li tiġġedded) biex jifhmu l-importanza vitali ta' din il-komodità, fid-dawl ta' l-iskarsezza preżenti. Li toffri lill-utenti finali kuntratti li jistgħu jiġu adattati skond il-mudelli ta' konsum huwa essenzjali kemm f'termini ta' ffrankar ta' l-enerġija kif ukoll ta' l-ispejjeż li jġorru l-utenti finali.

7.15

Bħala l-utent finali responsabbli, il-pubbliku jrid jiġi infurmat ukoll dwar jekk l-istituzzjonijiet regolatorji jkunux qegħdin josservaw jew jabbużaw mir-regoli, sabiex huwa jkun jista' jinforza d-drittijiet tiegħu, anki permezz ta' l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur.

7.16

Ikun assigurat li t-talba tiġi sodisfatta anki fil-ħinijiet ta' l-akbar domanda. Fil-każ ta' l-elettriku, il-problemi jinqalgħu f'termini tal-kapaċità ta' produzzjoni u l-ħila tan-netwerk li jittrasporta l-enerġija; fil-każ tal-gass, irid ikun hemm kapaċità suffiċjenti ta' importazzjoni u ħażna. Fi kwalunkwe każ, huwa fatt magħruf sewwa li l-kapaċità ta' l-importazzjoni hija limitata, billi t-trasport tal-kapaċità huwa riservat minn kumpaniji stabbiliti b'kuntratti għal perijodi sa 20 sena jew aktar. Dan ifisser li proġetti ġodda u proġetti għar-ristrutturar/estensjoni ta' l-infrastruttura ta' l-elettriku u tal-gass naturali (pipelines tal-gass) jridu jipproċedu b'pass mgħaġġel kemm fuq il-livell Ewropew kif ukoll nazzjonali. L-impjanti ta' gassifikazzjoni mill-ġdid huma ta' importanza primarja: b'mod partikulari fil-Mediterran, huma jaqdu rwol ewlieni bħala kollegament mal-pajjiżi produtturi prinċipali (il-Libja, l-Alġerija).

7.17

Solidarjetà akbar: hemm bżonn li l-pajjiżi ta' l-UE jippromovu, kemm fuq livell reġjonali kif ukoll bilaterali, ftehimiet ta' kooperazzjoni li jipprovdu għal assistenza u kooperazzjoni reċiproka meta Stat Membru ta' l-UE jsib ruħu f'defiċit ta' l-enerġija li jirriżulta minħabba ċirkustanzi li ma kienx direttament responsabbli għalihom.

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Irreferi għall-Opinjoni tal-KESE dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Lejn l-adozzjoni ta' Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija, CESE 71/2008.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/31


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea

COM(2007) 575 finali

(2008/C 211/07)

Nhar l-10 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsilll, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttra u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta' April 2008. Ir-rapporteur kienet Dr. Bredima u l-ko-rapporteur kien is-Sur Chagas.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'152 vot favur u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE japprezza l-proċess ta' konsultazzjoni uniku li twettaq dwar il-Green Paper Lejn politika marittima tal-ġejjieni għall-Unjoni: viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra u kkontribwixxa b'mod attiv bl-opinjoni rilevanti tiegħu u l-parteċipazzjoni f'żewġ konferenzi (1).

1.2

Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-importanza tal-fattur uman fil-cluster marittimu. Il-KESE bi pjaċir jilqa' l-ftehim milħuq bejn l-imsieħba soċjali (l-ETF u l-ECSA (2)) sabiex jiġu inkorporati d-dispożizzjonijeit tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu ta' l-ILO (3) (2006) fil-liġi Komunitarja. Huwa jixtieq jara l-implimentazzjoni dinjija ta' l-istandards tax-xogħol marittimu li jassiguraw sitwazzjoni bl-istess kondizzjonijiet għall-baħħara kollha b'konformità mal-Konvenzjoni mill-iktar fis possibbli. Huwa importanti wkoll li l-Istati Membri jirratifikaw l-istrumenti internazzjonali fir-rigward tas-settur tas-sajd inkluż il-Konvenzjoni għax-Xogħol tas-Sajd 2007 ta' l-ILO.

1.3

Il-KESE japprova r-reviżjoni ta' l-esklużjonijiet, li jolqtu lill-baħħara u lis-sajjieda, mil-leġislazzjoni tax-xogħol ta' l-UE b'kooperazzjoni stretta ma' l-imsieħba soċjali, u jeħtieġ kjarifika dwar iċ-ċertifikat ta' l-Eċċellenza Marittima. Għandha tiġi kkunsidrata l-fattibbiltà li ċertifikat ta' eċċellenza marittima jsir obbligatorju għas-servizzi tal-laneċ fl-UE u jkun volontarju għal servizzi oħrajn.

1.4

L-Università fuq l-ilma (floating University) tipprovdi esperjenza tal-baħar għall-istudenti li jieħdu sehem fil-vjaġġ tagħha. L-idea ta' campus fuq l-ilma li jbaħħar fl-oċeani tikkonforma mat-tendenzi iktar ġenerali u għandha tiġi esplorata iktar mill-Kummissjoni fil-kuntest li tiġbed studenti ta' kwalità sabiex isegwu karriera marittima (4). L-istil ta' ħajja tal-baħħara għandu jiġi indirizzat u investigat minnufih mill-imsieħba soċjali ta' l-UE.

1.5

Meta tittratta l-inċidenti marittimi, il-politika futura ta' l-UE għandha titmexxa mill-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

L-istati mal-kosta għandhom jassumu posthom fil-katina tar-responsabbiltà għas-sigurtà marittima u l-protezzjoni ambjentali. Dan ser jeħtieġ regolamenti tar-reġistri tal-bastimenti iktar stretti, netwerk għall-viġilanza u l-assistenza li jiffunzjona megħjun minn tracking bis-satellita u l-patrols tal-baħar u l-ajru mgħammra kif suppost.

Il-prevenzjoni ta' inċidenti marittimi serji m'għandhiex issir bi preġudizzju kontra l-fattur uman, billi tagħti responsabbiltajiet mhux xierqa lill-baħħara. Għandha tkun ibbażata fuq sistema integrata li tnaqqas il-possibbiltà ta' l-iżball uman (tal-kaptan u l-ekwipaġġ) permezz ta' strumenti elettroniċi moderni għas-sigurtà u t-tfittxija għal disinn u tgħammir imtejjeb abbord. Barraminhekk, sistema legali marittima għandha tqassam b'mod ġust u ċar ir-responsabbiltajiet bejn il-professjonijiet tal-baħħara, is-sorveljanza tal-kosta, is-sidien tal-bastimenti, ir-reġistri tal-bastimenti u l-awtoritajiet marittimi.

1.6

Il-KESE jtenni li l-industrija tat-tbaħħir tuża żejt tal-bunkers ta' livell baxx minħabba li m'hemmx kwalità aħjar disponibbli mir-raffineriji. Huwa jappoġġja l-inizjattivi fuq bażi globali li jindirizzaw il-kwalità tal-bunkers sabiex isir avvanz fil-kwistjoni ta' l-emissjonijiet ta' l-arja mill-bastimenti.

1.7

Il-Komunikazzjoni u l-Pjan ta' Azzjoni jinjoraw is-sehem importanti tat-tniġġis ta' l-ibħra miż-żejt minħabba l-attivitajiet ta' dgħajjes tad-divertiment, speċjalment fil-kuntest tas-sensitittività ta' l-istati tal-kosta fejn dawn id-dgħajjes jitħaddmu l-iktar (5). Barraminhekk, il-problemi msemmija hawn fuq huma aggravati mill-attivitajiet tal-bastimenti militari — li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli ta' l-UE.

1.8

Il-kontaminazzjoni tax-xmajjar u l-ibħra (il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed) minn sorsi bbażati fuq l-art hija kwistjoni fejn l-isforzi ta' l-UE għandhom jissaħħu. Għal raġunijiet ta' espedjenza politika, dawn il-problemi għandhom jiġu indirizzati f'livell multilaterali iktar milli bilaterali.

1.9

L-UE għandha taqdi rwol ewlieni fil-livell internazzjonali fir-rigward ta' l-indirizzar tal-kwistjonijiet ambjentali. Hemm skop għal kooperazzjoni u koordinazzjoni msaħħa tal-pożizzjonijiet ta' l-Istati Membri fil-kuntest ta' organizzazzjonijiet internazzjonali mingħajr ma tkun mhedda l-parteċipazzjoni individwali tagħhom. Il-kontribut espert ta' l-Istati Membri ta' l-UE fl-organizzazzjonijiet internazzjonali għandu reputazzjoni tajba u dan m'għandux jiġi mfixkel iżda jittejjeb.

1.10

Fir-rigward tat-“Territorju ta' Trasport Marittimu Ewropew” mingħajr ostakoli, il-KESE jagħraf il-vantaġġ li ġie kkonfermat bħala żona marittima virtwali. B'konformità mal-fehmiet tal-KESE, il-Komunikazzjoni tenfasizza li l-kunċett għandu jirrigwarda biss is-semplifikazzjoni ta' formalitajiet amministrattivi u tad-dwana u l-iffaċilitar tal-kummerċ fil-kuntest tas-suq uniku ta' l-UE.

1.11

Il-KESE japprova l-messaġġ simboliku tal-Komunikazzjoni li l-Ewropa kienet u għadha nazzjon marittimu. Madankollu, għadu qed jistenna li miżuri konkreti jwettquh.

1.12

Il-KESE jtenni r-rwol li jista' jaqdi fl-implimentazzjoni tat-tfassil tal-politika marittima inkluż l-ippjanar spazjali, il-promozzjoni ta' l-identità marittima ta' l-UE u l-wirt kulturali marittimu u fis-sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika Ewropea dwar it-tisħin globali.

1.13

Il-KESE japprova l-proposti li jirrigwardaw in-netwerk Ewropew għas-sorveljanza marittima u l-kooperazzjoni mtejba bejn il-gwardji tal-kosta ta' l-Istati Membri. Miżuri bħal dawn jippromovu s-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-kontroll tas-sajd u l-kontroll tal-fruntieri esterni u jħarsu l-ambjent tal-baħar.

Il-KESE jtenni li approċċ ikkoordinat fir-rigward tal-ftehim bilaterali ta' l-imbark tal-bastimenti ma' pajjiżi terzi huwa mixtieq sabiex jittejbu l-konsiderazzjonijiet tas-sigurtà. Iħeġġeġ ukoll l-azzjoni mill-UE dwar il-proliferazzjoni ta' inċidenti ta' serq armat u l-piraterija fil-baħar tal-bastimenti fix-Xlokk ta' l-Ażja u fl-Afrika.

2.   Introduzzjoni

2.1

Din il-Komunikazzjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-UE u l-Pjan ta' Azzjoni mehmuż, li jipprovdu l-elaborazzjoni addizzjonali ta' 29 azzjoni speċifika, jikkunsidraw l-opinjonijiet imressqa mill-istituzzjonijiet ta' l-UE kif ukoll il-partijiet interessati dwar il-Green Paper rilevanti.

2.2

Iċ-ċiklu mingħajr preċedent ta' konsultazzjonijiet imnedija mill-Green Paper, ġie fi tmiemu b'kunsens wiesa' dwar il-bżonn ta' approċċ olistiku, integrat, transsettorjali u strateġiku fir-rigward ta' l-oċeani. Ir-raġunament li jwassal biex il-frammentazzjoni, li kultant ġabet konsegwenzi mhux previsti, tinbidel ma' viżjoni wiesgħa jistħoqqlu l-appoġġ.

2.3

Il-KESE japprova l-messaġġ simboliku tal-Komunikazzjoni li l-Ewropa kienet u għadha nazzjon marittimu. Id-29 miżura tal-Pjan ta' Azzjoni huma kollha approvati (soġġetti għal kummenti speċifiċi) iżda m'humiex biżżejjed.

3.   Osservazzjonijiet ġenerali

3.1   Aspetti ambjentali

3.1.1

Il-KESE jabbina ħafna importanza maż-żamma ta' l-integrità ta' l-ambjent tal-baħar u l-assigurazzjoni li l-medda sħiħa ta' l-attivitajiet umani li jolqtuha ma jirriżultawx fid-degradazzjoni progressiva tagħha.

3.1.2

Il-KESE jilqa' l-pjanijiet tal-Kummissjoni li jenfasizzaw iż-żieda fl-effikaċja fil-kooperazzjoni internazzjonali, it-tisħiħ ta' l-integrazzjoni tal-politika, l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni attwali u t-tħeġġiġ tat-teknoloġiji ambjentali (is-Sitt Programm ta' Azzjoni Komunitarja għall-Ambjent — 6EAP). Għandha ssir enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar minn Sorsi bbażati fuq l-art (6).

3.1.3

L-akkumulazzjoni ta' CO2 u gassijiet oħra b'effett ta' serra fl-atmosfera li jinħolqu minn emissjonijiet eċċessivi diġà qiegħda twassal għal assorbiment ogħla ta' CO2 fl-oċeani, u dan il-proċess huwa mistenni li jkompli. L-aċidità li tirriżulta fl-oċeani għandha mnejn tikkawża tensjoni li tikber fl-ambjent tal-baħar. Ir-riċerka dwar dawn l-impatti fuq il-baħar għandha tespandi iktar flimkien mar-riċerka dwar l-iżvilupp ta' metodi favur l-ambjent għall-assorbiment mill-ġdid tas-CO2. Barraminhekk, ir-riżorsi ta' l-enerġija tal-baħar ser ikunu importanti fid-diversifikazzjoni tal-provvista ta' l-enerġija ta' l-Ewropa.

3.1.4

Il-Komunikazzjoni tinjora s-sehem importanti tat-tniġġis ta' l-ibħra u x-xmajjar miż-żejt minħabba l-attivitajiet tad-dgħajjes ta' divertiment, speċjalment fil-kuntest tas-sensitittività ta' l-istati tal-kosta fejn dawn id-dgħajjes l-iktar li jitħaddmu (7). Il-problemi msemmija hawn fuq huma aggravati mill-attivitajiet tal-bastimenti militari — li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli ta' l-UE — li huma dejjem aktar ta' detriment għall-ambjent u għat-turiżmu.

3.1.5

Il-KESE jtenni li l-industrija tat-tbaħħir tuża żejt tal-bunkers ta' livell baxx minħabba li m'hemmx kwalità aħjar disponibbli mir-raffineriji. Huwa jappoġġja l-inizjattivi fuq bażi globali li jindirizzaw il-kwalità tal-bunkers (8) sabiex isir avvanz fil-kwistjoni ta' l-emissjonijiet fl-arja mill-bastimenti.

3.1.6

It-tniġġis tal-baħar u l-arja mis-sorsi kollha jiddeterjoraw l-ambjent tal-baħar b'riperkussjonijiet fuq is-saħħa, is-soċjetà u l-ekonomija. Tnedew miżuri suffiċjenti li jikkontrollaw u jtaffu t-tniġġis fil-baħar mill-bastimenti, inklużi l-penali lin-niġġiesa, u dawn għandhom jiġu infurzati b'mod rigoruż. Madankollu, għad m'hemmx qafas simili li jindirizza t-tniġġis ta' l-ibħra u x-xmajjar minn sorsi oħra (eż. attivitajiet industrijali, urbani, agrikoli, u l-pestiċidi). Il-KESE jinsab imħasseb li jekk ma titteħidx azzjoni komprensiva u effettiva, tkun mhedda s-saħħa tat-turiżmu tal-kosta u tal-baħar, l-ikbar industrija ta' l-Ewropa relatata mal-baħar. Azzjoni bħal din tgħin ukoll fiż-żamma tad-daqs u d-diversità tal-ħajja fl-ambjent tal-baħar, inkluż l-istokkijiet tal-ħut.

3.1.7

Il-KESE jenfasizza l-bżonn li jiġi negozjat ftehim bilaterali bejn l-UE u l-pajjiżi tan-naħa t'isfel tal-Mediterran skond il-Pjanijiet ta' Azzjoni Annwali tal-Politika tal-Viċinat. Il-ftehim jassigura li l-pajjiżi terzi kkonċernati jaqsmu r-responsabbiltà ma' l-Istati Membri ta' l-UE li jżommu l-ibħra nodfa billi jikkontrollaw l-emissjonijiet ta' l-arja u r-rimi ta' l-iskart fix-xmajjar tagħhom (eż. id-Delta tan-Nil). L-għan aħħari għandu jkun il-preservazzjoni tal-wirt komuni tal-Baħar Mediterran.

3.2   Aspetti soċjali

3.2.1

Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-importanza tal-fattur uman fil-cluster marittimu. Fit-tfittxija għall-bilanċ ġust bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-politika marittima fil-Pjan ta' Azzjoni għandha tingħata l-attenzjoni mistħoqqa lid-dimensjoni soċjali.

3.2.2

Il-KESE bi pjaċir jilqa' l-ftehim milħuq bejn l-imsieħba soċjali (l-ETF u l-ECSA) sabiex jiġu inkorporati ċerti dispożizzjonijeit tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu ta' l-ILO (2006) fil-liġi Komunitarja. Mill-iktar fis possibbli, huwa jixtieq jara l-implimentazzjoni dinjija ta' l-istandards tax-xogħol marittimu li tassigura sitwazzjoni bl-istess kondizzjonijiet għall-baħħara kollha b'konformità mal-Konvenzjoni. Huwa importanti wkoll li l-Istati Membri jirratifikaw l-istrumenti internazzjonali fir-rigward tas-settur tas-sajd inkluż il-Konvenzjoni għax-Xogħol tas-Sajd 2007 ta' l-ILO.

3.2.3

Fir-rigward ta' l-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni dwar il-kwalifiki tal-baħħara ta' l-UE, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għar-reviżjoni tal-Konvenzjoni ta' l-IMO STCW (9) li tiggverna t-taħriġ globali u l-istandards taċ-ċertifikazzjoni. Kull proposta ta' l-UE għandha tkun konsistenti mas-sistema ta' l-IMO/ILO.

3.2.4

Il-KESE japprova r-reviżjoni ta' l-esklużjonijiet tal-baħħara/is-sajjieda mil-leġislazzjoni tax-xogħol ta' l-UE b'kooperazzjoni stretta ma' l-imsieħba soċjali, u jeħtieġ kjarfika dwar iċ-ċertifikat ta' l-Eċċellenza Marittima. Għandha tiġi kkunsidrata l-fattibbiltà li ċertifikat ta' eċċellenza marittima jsir obbligatorju għas-servizzi tal-laneċ fl-UE u li jkun volontarju għal servizzi oħrajn.

3.2.5

Il-promozzjoni ta' karrieri tat-tbaħħir tista' tkun effettiva biss jekk jingħataw riżorsi għal standards ogħla ta' kwalità, u b'hekk il-vantaġġi kompetittivi tal-baħħara ta' l-UE jittejbu fuq il-bażi ta' kwalità iktar milli fuq l-ispejjeż.

3.2.6

L-iskarsezza globali ta' baħħara kwalifikati li qed tiżdied iġġib magħha konsegwenzi allarmanti għall-infrastruttura tas-sigurtà tal-baħar u ser tiżdied jekk ma jkunx hemm sforzi bi ftehim mill-UE u mill-Istati Membri sabiex tiġi indirizzata din il-problema. Mingħajr provvista bħal din, l-Ewropa ser tkun dejjem aktar nieqsa mill-għerf u l-esperjenza meħtieġa għal attivitajiet marittimi marbutin mas-sigurtà (l-ispezzjoni tal-bastimenti, is-surveying, il-liġi, l-assigurazzjoni, is-servizzi ta' traffiku marittimu, is-salvataġġ, il-gwardji tal-kosta u l-pilotaġġ). Barraminhekk, il-clusters marittimi jistgħu jirrilokaw f'reġjuni oħrajn. Azzjonijiet kontinwi wrew li ma kienux suffiċjenti u l-KESE jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda intenzjoni tindirizza l-kwistjoni qabel tmiem l-2009.

3.2.7

Il-KESE huwa allarmat bir-rata għolja ta' studenti li jitilqu kmienu mill-kulleġġi nawtiċi f'ċerti Stati Membri u t-tluq bikri mill-karriera tat-tbaħħir minn dawk li jkunu diġà bdew il-professjoni. Sakemm ma tingħatax attenzjoni immedjata lill-kriżi attwali fil-vokazzjoni marittima ta' l-UE, din tista' tkun mhedda serjament; għandhom jinstabu soluzzjonijiet f' kuntest olisitiku sabiex il-professjoni tat-tbaħħir issir iktar attraenti. L-eżerċizzju ta' l-opportunitajiet għall-ippjanar tal-karriera li diġà qiegħed jitwettaq mill-imsieħba soċjali (l-ECSA u l-ETF) għandhom jiġu żviluppati aktar. Il-“ġibda” għall-professjoni tat-tbaħħir għandha tkun abbinata mal-miżuri għaż-“żamma” tagħhom.

3.2.8

L-Università fuq l-ilma tipprovdi esperjenza tal-baħar għall-istudenti li jieħdu sehem fil-vjaġġ tagħha. L-idea ta' campus fuq l-ilma li jbaħħar fl-oċeani jistħoqqilha li tiġi esplorata mill-Kummissjoni Ewropea bil-għan li tiġbed studenti ta' kwalità sabiex isegwu karriera marittima. Bl-istess mod, fil-portijiet il-kbar Ewropej jistgħu jinħolqu skejjel tat-tip “Harbour school” (10) fejn it-tfal tal-primarja — u eventwalment tas-sekondarja — jitgħallmu s-suġġetti kollha b'mod li dawn ikunu marbutin ma' l-għarfien dwar l-ambjent tal-baħar u tal-vapuri, kif ukoll l-elementi bażiċi tan-navigazzjoni; dan isir fuq l-art, billi jkun iżjed sempliċi, iżda qrib tal-baħar.

3.2.9

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-aħjar prattiki eżistenti fl-Istati Membri fil-livell ta' l-edukazzjoni sekondarja fir-rigward ta' l-attraenza ta' karrieri futuri fit-tbaħħir.

3.2.10

Meta tittratta l-inċidenti marittimi, il-politika futura ta' l-UE għandha titmexxa mill-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

L-istati mal-kosta għandhom jassumu posthom fil-katina tar-responsabbiltà għas-sigurtà marittima u l-protezzjoni ambjentali. Dan ser jeħtieġ regolamenti tar-reġistri tal-bastimenti iktar stretti, netwerk għall-viġilanza u l-assistenza li jiffunzjona megħjun minn tracking bis-satellita u l-patrols tal-baħar u l-ajru mgħammra kif suppost.

Il-prevenzjoni ta' inċidenti marittimi serji m'għandhiex issir bi preġudizzju kontra l-fattur uman, billi tagħti responsabbiltajiet mhux xierqa lill-baħħara. Din għandha tkun ibbażata fuq sistema integrata li tnaqqas il-possibbiltà ta' l-iżball uman (tal-kaptan u l-ekwipaġġ) permezz ta' strumenti elettroniċi moderni għas-sigurtà u t-tfittxija għal disin u tgħammir imtejjeb abbord. Is-sistema legali marittima għandha tqassam b'mod ġust u ċar ir-responsabbiltajiet bejn il-professjonijiet tal-baħħara, is-sorveljanza tal-kosta, is-sidien tal-bastimenti, ir-reġistri tal-bastimenti u l-awtoritajiet marittimi.

3.2.11

Il-baħħara jistgħu jaqdu dmirijiet li jmorru lilhinn mill-ambitu tad-dmirijiet normali tagħhom taħt kondizzjonijiet tat-temp li jkunu perikolużi immens. Kif qal is-Segretarju Ġenerali ta' l-IMO: in-natura elementali ta' l-ambjent tax-xogħol kultant tqiegħed lill-baħħara professjonali f'sitwazzjonijiet li għalihom jista' jkun hemm ftit li xejn tħejjija xierqa. Kif iwieġbu huwa test ta' kuraġġ ġenwin — li jixraqlu l-għarfien u r-rikonoxximent (11). Il-Kummissjoni hija mistiedna tikkunsidra l-punti msemmija hawn fuq meta tipproponi miżuri addizzjonali għall-indirizzar ta' inċidenti marittimi.

3.3   Kwistjonijiet ekonomiċi

3.3.1

Il-Komunikazzjoni futura dwar il-Politika tat-Trasport Marittimu ta' l-UE (2008-2018) għandha toħloq qafas adattat li jiġbed l-investimenti lejn it-tbaħħir u jikkontribwixxi lejn it-titjib fit-tmexxija globali tat-tbaħħir Ewropew u tar-rwol katalista tiegħu għall-cluster marittimu.

3.3.2

Il-KESE jilqa' r-rikonoxximent tal-Kummissjoni għan-neċessità ta' regoli globali għal industrija globali, l-importanza tar-regolamentazzjoni marittima internazzjonali u l-appoġġ għas-sejba ta' soluzzjonijiet għall-isfidi regolatorji f'korpi internazzjonali (bħall-IMO). Filfatt, il-karattru globali tat-tbaħħir, is-suq tax-xogħol globali li fih jopera t-tbaħħir u l-pożizzjoni kompetittiva tat-tbaħħir Ewropew fis-suq globali huma temi li għandhom jiġu kkunsidrati.

3.3.3

Għandu jiġi mtenni l-bżonn għal titjib fl-effiċjenza tal-kapaċità eżistenti tal-portijiet u s-servizzi u għal kapaċità ikbar tal-portijiet u l-konnessjonijiet aħjar fuq l-art.

3.3.4

Il-KESE jinnota li s-suġġerimenti tiegħu tqiesu fir-rigward tat-titjib tar-ratifika tal-Konvenzjonijiet ta' l-IMO mill-Istati Membri ta' l-UE kif ukoll fuq livell internazzjonali, u s-suġġerimenti fir-rigward ta' l-iżvilupp tal-portijiet, it-tnaqqis tal-livelli tat-tniġġis fl-arja mil-bastimenti, il-ħolqien ta' clusters multi-settorjali u ta' netwerk Ewropew ta' clusters marittimi. Ir-rwol essenzjali tat-tbaħħir Ewropew għall-kummerċ Ewropew u internazzjonali u għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej ġie rikonoxxut ukoll.

3.3.5

Fir-rigward tat-“Territorju ta' Trasport Marittimu Ewropew mingħajr ostakoli” b'konformità mal-fehmiet tal-KESE (12), il-Komunikazzjoni tenfasizza li l-kunċett għandu jirrigwarda biss il-ħolqien ta' territorju marittimu virtwali li fih ikun hemm semplifikazzjoni ta' formalitajiet amministrattivi u tad-dwana u l-iffaċilitar tal-kummerċ fil-kuntest tas-suq uniku ta' l-UE. Il-KESE jieħu nota tal-konsultazzjoni mnedija mill-Kummissjoni bil-għan li jiġu deċiżi proposti potenzjali addizzjonali għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-kunċett.

3.3.6

Il-KESE jemmen li hemm skop għal kooperazzjoni/koordinazzjoni msaħħa ta' l-Istati Membri ta' l-UE f'organizzazzjonijiet internazzjonali mingħajr ma tiġi mhedda l-parteċipazzjoni individwali tagħhom. Il-kontribut ta' l-esperti ta' l-Istati Membri ta' l-UE fl-organizzazzjonijiet internazzjonali għandu reputazzjoni tajba u dan m'għandux jiġi mfixkel iżda jittejjeb.

3.3.7

Il-KESE jappoġġja l-għan li l-UE turi l-qawwa tagħha fir-rigward ta' pajjiżi terzi bil-għan li jitħeġġu sabiex jinfurzaw u jirratifikaw diversi Konvenzjonijiet marittimi internazzjonali importanti. Il-kontroll statali tal-portijiet Ewropej għandu jispezzjona l-konformità ta' bastimenti, kemm mill-UE kif ukoll minn pajjiżi terzi, ma' l-istandards internazzjonali ambjentali u soċjali.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Reġjuni tal-kosta u gżejjer

4.1.1

Huwa ta' sodisfazzjon li ġew aċċettati l-proposti tal-KESE dwar il-promozzjoni tat-turiżmu tal-kosta u l-bażi tad-data dwar il-fondi ta' l-UE għar-reġjuni tal-kosta. Il-gżejjer għandhom jitqiegħdu fil-qalba tat-tħassib ta' l-UE permezz ta' dawn il-miżuri:

tittejjeb l-infrastruttura tal-gżejjer sabiex jitħeġġeġ it-turiżmu tal-baħar;

jitwal il-perijodu turistiku għall-gżejjer permezz ta' attivitajiet kulturali u l-isport;

tittejjeb il-komunikazzjoni bejn il-gżejjer/l-art kontinentali permezz ta' teknoloġija ġdida appoġġjata mill-fondi ta' l-UE;

jiġu provduti impjanti ta' desalinizzazzjoni li jirrispettaw l-ekwilibriju ta' l-ambjent naturali sabiex tiġi indirizzata l-iskarsezza ta' l-ilma li ser issir waħda mill-isfidi ewlenin taż-żona Mediterranja minħabba l-bidla fil-klima.

4.2   L-oċean Arktiku u r-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi

4.2.1

Il-KESE jilqa': proposti fir-rigward ta' kooperazzjoni msaħħa fil-ġestjoni tal-Baħar l-Iswed u l-Baħar Mediterran, it-tkabbir u l-Politiki Ewropej tal-Viċinat u d-Dimensjoni tat-Tramuntana.

4.2.2

Madwar 20 %-30 % tar-riżervi dinjija ta' żejt li għadhom ma ġewx skoperti jinsabu taħt l-Oċean Arktiku. Minħabba l-bidla fil-klima, sa l-2015, ir-rotot tat-tbaħħir fl-Arktiku jistgħu jinfetħu għall-parti l-kbira tas-sena. Il-ftuħ tar-rotta ta' l-Arktiku huwa attraenti għal raġunijiet kemm ta' distanza kif ukoll ta' sigurtà: per eżempju, il-vjaġġ minn Shanghai sa Rotterdam bir-rotta Arktika huwa 1 000 mil iqsar milli bir-rotta tas-Suez. Rotot iqsar tat-tbaħħir jistgħu jwasslu għal tnaqqis sinifikattiv fil-konsum tal-karburanti u l-emissjonijiet. Il-KESE jinnota li — fil-kuntest tal-problemi legali u ambjentali numerużi li jinvolvu lil bosta pajjiżi — kjarifika tal-liġi internazzjonali dwar is-silġ fuq il-baħar ser issir imperattiva. F'dan il-kuntest, huwa jistenna b'interess ir-rapport imħabbar li għandu x'jaqsam ma' l-Oċean Arktiku li ser ikopri l-implikazzjonijiet ġeopolitiċi tal-bidla fil-klima. L-impatt ambjentali potenzjali ta' l-użu ta' bastimenti ġodda fl-Arktiku għandu jiġi studjat minn qabel.

4.3   Is-sorveljanza marittima

4.3.1

Il-KESE japprova l-proposti li jirrigwardaw in-netwerk Ewropew għas-sorveljanza marittima u l-kooperazzjoni mtejba bejn il-gwardji tal-kosta ta' l-Istati Membri. Miżuri bħal dawn jippromovu s-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-kontroll tas-sajd u l-kontroll tal-fruntieri esterni u jħarsu l-ambjent tal-baħar.

4.4   Kontaminazzjoni ta' l-ibħra u x-xmajjar

4.4.1

Il-kontaminazzjoni ta' l-ibħra u x-xmajjar (il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed) minn sorsi bbażati fuq l-art hija kwistjoni fejn l-isforzi ta' l-UE għandhom jissaħħu fil-Pjan ta' Azzjoni. Għal raġunijiet ta' espedjenza politika, il-problemi għandhom jiġu indirizzati f'livell multilaterali iktar milli bilaterali.

4.5   Sajd

4.5.1

Fil-kuntest tat-tnaqqis jew l-għejba allarmanti ta' l-ispeċi tal-baħar, il-KESE jisħaq fuq in-neċessità li r-riżorsi tas-sajd jiġu sfruttati b'mod razzjonali. Il-proposti dwar il-ġestjoni tas-sajd mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Is-sajd huwa wieħed mill-iktar professjonijiet perikolużi, u hemm ħafna iktar xi jsir sabiex tiżdied il-kultura ta' sigurtà fost il-professjonisti. B'mod partikulari, hemm bżonn li jiġu indirizzati l-miżuri ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd li huma inqas minn 24 metru (din hija diskrepanza fil-Konvenzjonijiet u d-Direttivi ta' l-UE eżistenti). Il-KESE jfakkar li l-preservazzjoni neċessarja ta' l-ispeċi għandha konsegwenzi soċjali li għandhom jiġu kkunsidrati bħala tali: fil-baħar l-impenn tas-sajjieda huwa ħafna drabi motivat min-nuqqas ta' riżorsi u għalhekk jissograw ħajjithom.

4.5.2

Il-perikoli fiżiċi u finanzjarji li jiffaċċja s-sajjied huma serji u jispjegaw in-nuqqas dejjem ikbar ta' ħaddiema li jħaddnu din il-professjoni. Il-proġetti u l-programmi ta' l-UE huma meħtieġa b'mod urġenti sabiex tiġi żviluppata t-teknoloġija tal-bastimenti tas-sajd. Fil-kuntest ta' l-iskambju ta' l-aħjar prattiki dwar il-ġibda tal-professjoni tas-sajjied, il-KESE jirrakkomanda d-disseminazzjoni mifruxa tal-“Manwal għall-prevenzjoni ta' inċidenti fil-baħar u s-sigurtà tas-sajjieda” li ġie ppubblikat dan l-aħħar mill-imsieħba soċjali Ewropej, Europêche, u l-ETF. Huwa importanti wkoll li l-Istati Membri jħaffu l-proċess ta' ratifika tal-Konvenzjoni għax-Xogħol tas-Sajd ta' l-ILO (Ġunju 2007). L-għan aħħari għandu jkun li l-attivitajiet tas-sajd isiru iktar sostenibbli u attraenti.

4.6   Riċiklaġġ tal-bastimenti

4.6.1

Fl-opinjoni reċenti tiegħu dwar Il-Green Paper dwar żarmar aħjar tal-bastimenti COM(2007) 269, il-KESE esprima tħassib dwar “nuqqas serju madwar id-dinja ta' faċilitajiet ta' żarmar li huma kompatibbli mal-prinċipji ta' sostenibilità ambjentali u soċjali … is-sitwazzjoni ser tiggrava minħabba fiż-żieda qawwija fin-numru ta' bastimenti li ser jispiċċaw mis-servizz fil-ftit snin li ġejjin wara li qiegħed jispiċċa fuq livell globali l-użu tat-tankers taż-żejt b'buq singolu” (13). It-tijib tal-faċilitajiet u l-kondizzjonijiet tax-xogħol fl-Ażja t'Isfel (fejn isseħħ il-parti l-kbira tar-riċiklaġġ tal-bastimenti) għandu jogħla sa l-istandards li huma aċċettabbli fuq livell internazzjonali.

4.6.2

Il-KESE jappoġġja l-progress li sar fil-livell internazzjonali dwar iż-żarmar ta' bastimenti, li jkun għadda żmienhom, b'mod effiċjenti, sikur u sostenibbli mil-lat ambjentali. Il-prijorità hija l-konklużjoni ta' Konvenzjoni obbligatorja sa l-2008/09 u sadanittant il-promozzjoni tal-linji gwida ta' l-IMO. Din il-valutazzjoni komparattiva, miftiehma fuq livell internazzjonali, għandha tressaq obbligi ċari għal sidien il-bastimenti sabiex jipprovdu dettalji ta' materjali potenzjalment perikolużi fuq il-bastimenti tagħhom, u twaqqaf standards minimi għall-postijiet ta' riċiklaġġ f'termini tad-dispożizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà u l-ġestjoni tal-materjali perikolużi.

4.7   Ftehimiet dwar l-imbark tal-bastimenti u s-sigurtà

4.7.1

Konsiderazzjonijiet imtejba tas-sigurtà waslu sabiex bosta Stati Membri ta' l-UE kkonkludew ftehimiet bilaterali dwar l-imbark tal-bastimenti ma' pajjiżi terzi. Il-KESE jtenni li approċċ ikkoordinat ta' l-Istati Membri ta' l-UE għal inizjattivi bħal dawn jidher li huwa mixtieq ferm kif ukoll it-tqassim ikkoordinat tal-ħidma bejn l-Istati Membri, inklużi l-forzi navali tagħhom, fl-applikazzjoni ta' regoli bħal dawn. Alternattiva tista' tkun ir-ratifika bikrija tal-Protokolli tat-Trażżin ta' l-Atti Illegali mill-Istati Membri ta' l-UE li jinkludu salvagwardji għall-ħarsien ta' l-interessi kummerċjali leġittimi ta' l-operaturi tat-tbaħħir u d-drittijiet umani tal-baħħara.

4.7.2

Il-KESE jesprimi t-tħassib dwar l-eskalazzjoni ta' l-attakki fuq bastimenti tal-merkanzija u l-proliferazzjoni ta' inċidenti ta' serq armat u piraterija fuq il-baħar partikularment fix-Xlokk ta' l-Ażja u l-Afrika. Huwa jħeġġeġ l-azzjoni min-naħa ta' l-UE sabiex il-bastimenti kummerċjali jkunu skortati mill-forzi navali fl-ibħra perikolużi.

4.8   L-elettriku ma' l-ixtut

4.8.1

Bħala miżura għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-bastimenti rmiġġati, il-Kummissjoni tipproponi l-użu ta' elettriku ma' l-ixtut (Pjan ta' Azzjoni). Bl-użu ta' l-elettriku ma' l-ixtut, il-bastimenti ma jaħarqux karburanti, u b'hekk, ma jarmux l-inkwinanti (SOx, NOx, PM) u CO2.

4.8.2

Il-KESE jappoġġja l-proposta msemmija hawn fuq; madankollu, jiġbed l-attenzjoni għal dan it-tħassib: jista' jkun li soluzzjoni waħda ma tkunx adattata għat-tipi kollha ta' bastimenti; l-elettriku ma' l-ixtut jista' jiġi ġġenerat f'impjanti ta' l-elettriku li jaħarqu karburanti u faħam, u b'hekk, jipproduċu CO2 addizzjonali li jista' jikkanċella l-benefiċċju. Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tqis il-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq sabiex tipproponi politika raġonevoli fuq bażi globali.

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  ĠU C 168, 20.7.2007, p. 50-56.

(2)  ETF: European Transport Workers Federation, ECSA: European Community Shipowners' Associations.

(3)  ILO: International Labour Organisation (l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol).

(4)  The Economist, 1.9.2007.

(5)  IMO/FAO/UNESCO-IOC/WMO/WHO/IAEA/UN/UNEP Grupp Konġunt ta' Esperti dwar l-Aspetti Xjentifiċi tal-Protezzjoni Marittima Ambjentali — GESAMP.

(6)  Pariġi, 4.6.1974 kif inhu emendat mill-Protokoll tas-26.3.1986. Din il-konvenzjoni ġiet sostitwita mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent tal-Baħar tal-Grigal ta' l-Atlantiku (OSPAR), li ġie adottat f'Pariġi f'Settembru 1992 u daħal fis-seħħ f'Marzu 1998.

(7)  IMO/FAO/UNESCO-IOC/WMO/WHO/IAEA/UN/UNEP Grupp Konġunt ta' Esperti dwar l-Aspetti Xjentifiċi tal-Protezzjoni Marittima Ambjentali — GESAMP.

(8)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-Taħlita Enerġetika fit-Trasport”, (TEN 305) CESE 269/2008, 13.2.2008.

(9)  IMO: International Maritime Organisation STCW: Standards of Training Certification and Watchkeeping of Seafarers.

(10)  Ara: “New York Harbor School”,

http://www.newyorkharborschool.org.

(11)  Il-Premju ta' l-IMO għal Kuraġġ eċċezzjonali fuq il-Baħar 19.11.2007.

(12)  Opinjoni dwar “Il-Green Paper: Lejn Politika Marittima ta' l-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra” COM (2006) 275, ĠU C 168, 20.7.2007, p. 50-56; Opinjoni dwar “Politika komuni għall-portijiet ta' l-UE”, ĠU C 168, 20.7.2007, p. 57-62; Opinjoni dwar “Ir-rotot fuq il-baħar fil-katina loġistika”, TEN 297 CESE 1204/2007, 18.12.2007.

(13)  Opinjoni dwar Green Paper dwar Żarmar Aħjar tal-Bastimenti, COM(2007) 269, CESE 1701/2007 fin, 13.12.2007.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/36


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq, għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħiliet ta' twettiq mogħtija lill-Kummissjoni

COM(2007) 778 finali — 2007/0269 (COD)

(2008/C 211/08)

Nhar is-27 ta' Frar 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 285(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq, għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħiliet ta' twettiq mogħtija lill-Kummissjoni.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m'hemm bżonn ta' l-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u tat-23 ta'April 2008 (seduta tat-22 ta April), b'145 vot favur u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni (1) favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, it-22 ta'April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-proċedura regolatorja bi skrutinju qiegħda titħejja bħalissa [COM(2007) 741 finali, COM(2007) 822 finali, COM(2007) 824 finali u COM(2008) 71 finali].


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/37


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni — Żgħar, nodfa u kompetittivi — Programm biex jgħin intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali

COM(2007) 379 finali {SEC(2007) 906, SEC(2007) 907, SEC(2007) 908}

(2008/C 211/09)

Nhar it-8 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni — Żgħar, nodfa u kompetittivi — Programm biex jgħin intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-27 ta' Marzu 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Chiriaco.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'109 voti favur u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal programm ta' għajnuna mmirat speċifikament biex jgħin l-intrapriżi żgħar, ta' daqs medju u mikro sabiex jikkonformaw mal-leġislazzjoni ambjentali, b'konsiderazzjoni tal-kumplessita tal-leġislazzjoni u l-importanza ekonomika u soċjali ta' l-SMEs fi ħdan l-ekonomija Ewropea. Madankollu, f'dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-intrapriżi mikro minħabba d-diffikultajiet strutturali li jagħmlulhom aktar vulnerabbli.

1.2

Il-KESE, b'għarfien sħiħ tad-diffikultajiet ta' l-SMEs biex jikkonformaw mal-leġislazzjoni ambjentali minħabba l-kumplessità tagħha, jilqa' l-iżvilupp ta' strumenti biex din tinftiehem aħjar. Minkejja li fl-aħħar deċennju kibret l-attenzjoni lejn l-aspett soċjali u, b'mod partikulari, dak ambjentali, l-għan tar-responsabbiltà korporattiva soċjali għadha mhix meqjusa bħala fattur ta' vantaġġ kompettitiv mid-dinja imprenditorjali kollha.

1.3

Il-KESE jħoss li l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal programm maħsub biex jgħin lil SMEs jikkonformaw mal-leġislazzjoni ambjentali hi pass importanti fid-direzzjoni t-tajba.

1.4

Il-KESE jqis li hemm bżonn li l-Kummissjoni tiżviluppa approċċ pro-attiv fir-rigward ta' l-SMEs, billi tiddefinixxi sistema strutturata ta' kooperazzjoni ta' l-intrapriżi f'livell territorjali. F'dan il-kuntest, trid tingħata attenzjoni partikulari lill-kooperazzjoni transkonfinali.

1.5

B'mod partikulari hemm bżonn ta':

definizzjoni tan-natura unika tad-direttiva ambjentali — minħabba l-kumplessità għolja tal-leġislazzjoni — bl-istandardizzazzjoni tal-leġislazzjoni fil-livell nazzjonali sabiex tinkiseb koeżjoni legali akbar,

semplifikazzjoni u kwalifikazzjoni tal-kuntest normattiv anke permezz ta' titjib fis-sempliċità u ċ-ċarezza tal-kwalità tat-testi,

tnaqqis ta' l-obbligi burokratiċi u amministrattivi,

żvilupp ta' skemi settorjali ta' ġestjoni ambjentali speċifiċi aktar aċċessibbli għall-SMEs,

żvilupp ta' l-għarfien espert ta' l-SMEs, l-aktar permezz ta' l-organizzazzjonijiet, b'taħriġ ta' esperti lokali li joffrulhom garanzija ta' għajnuna professjonali,

ristrutturar tar-riżorsi finanzjarji tal-programm sabiex isir aktar sempliċi u effettiv,

titjib tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, b'mod partikulari fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni tar-riżultati ta' prattiki tajbin.

2.   Sinteżi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

2.1

L-għan tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hu li tgħin intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) jużaw l-enerġija u r-riżorsi b'mod effiċjenti (1). Għalhekk toffri qafas legali u tipproponi miżuri maħsuba biex isaħħu l-politiki u l-inizjattivi attwali flimkien mal-karatteristiċi speċifiċi ta' l-intrapriżi ż-żgħar. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi li toħloq programm biex tgħin lill-SMEs jadottaw il-leġislazzjoni ambjentali: programm bħal dan iwassal għal iffrankar ta' riżorsi finanzjarji biex jintużaw għall-iżvilupp ta' netwerks ta' appoġġ, semplifikazzjoni ta' l-aċċess għal skemi ta' ġestjoni ambjentali u l-għarfien ambjentali ta' dawn l-intrapriżi.

2.2

Għalkemm kull intrapriża żgħira u ta' daqs medju għandha anqas minn 250 impjegat, l-SMEs fl-Unjoni Ewropea jlaħqu mat-23 miljun u jirrappreżentaw madwar 99 % ta' l-intrapriżi kollha u s-57 % tal-valur miżjud ta' l-ekonomija ta' l-UE. B'responsabbiltà għal persentaġġ daqshekk importanti tad-dħul ta' l-UE, l-SMEs għandhom impatt qawwi fuq l-ambjent.

2.3

Ħafna intrapriżi m'humiex konxji mill-effetti ambjentali ta' l-attivitajiet tagħhom, u l-maġġoranza tagħhom isostnu li għandhom ftit jew l-ebda effett fuq l-ambjent. Barraminhekk, sakemm ma jintwerewx l-oppost, l-SMEs ġeneralment jaħsbu li huma jikkonformaw bis-sħiħ mal-leġislazzjoni eżistenti. F'dan il-każ l-attivitajiet ta' l-SMEs jistgħu jwasslu għal żieda fir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, kif ukoll ikunu kaġun ta' theddida serja għall-ambjent. Fl-aħħarnett, jekk l-SMEs ma jintegrawx l-aspetti ambjentali fl-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, huma jirriskjaw li jitilfu l-benefiċċji ekonomiċi li jiġu minn ġestjoni ambjentali u eko-innovattiva aħjar.

2.4

Il-programm imressaq mill-Kummissjoni biex tgħin l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jikkonformaw mar-regolamenti ambjentali jistabbilixxi miżuri bil-għan li, min-naħa, jiggarantixxu li l-SMEs kemm jista' jkun inaqqsu l-impatt ambjentali ta' l-attivitajiet tagħhom u min-naħa l-oħra jaġevolaw ir-rispett tal-leġislazzjoni attwali. Il-programm jaħseb biex inaqqas l-obbligi li jiġu mir-rispett tar-regoli billi joħloq strumenti u politiki bil-għan li jqiegħdu l-ħtiġijiet ambjentali fil-qalba ta' l-attivitajiet ta' l-SMEs.

2.5

Il-miżuri mressqa fil-komunikazzjoni jaħsbu wkoll għaċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni ta' interess għall-SMEs u għat-tkattir ta' netwerks ta' appoġġ u ta' attivitajiet ta' taħriġ maħsuba biex jiżviluppaw l-għarfien lokali fil-qasam ambjentali.

2.6

Il-programm ser jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-LIFE+ (EUR 5 miljun għall-perijodu 2007-2013) u ser ikun hemm aktar fondi disponibbli permezz tal-programm ta' qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u tal-Fondi Strutturali.

2.7

Diġà jeżisti sit ta' l-internet, f'seba' lingwi, dwar il-politika ambjentali ta' l-UE favur l-SMEs u hemm ħsieb għall-pubblikazzjoni ta' linji gwida operattivi fuq suġġetti bħall-effiċjenza ta' l-enerġija, l-emissjonijiet atmosferiċi, il-produzzjoni ta' l-iskart u l-introduzzjoni ta' sustanzi ta' tniġġiż fil-ħamrija u fl-ilmijiet. Ser jiġi ppubblikat ukoll manwal li jispjega l-opportunitajiet ġodda ta' finanzjar.

2.8

In-netwerk il-ġdid ta' appoġġ għall-intrapriżi u għall-innovazzjoni ser jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-programm sa mill-2008. Flimkien ma' netwerks ta' appoġġ għall-SMEs oħrajn, dan ser ikollu rwol importanti fl-għajnuna lill-SMEs biex jibdlu l-politiki ambjentali ta' l-UE f'miżuri operattivi.

2.9

Id-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni, anness mal-komunikazzjoni, joffri ġabra ta' każijiet speċifiċi u eżempji ta' prattiki tajbin applikati mill-SMEs fl-Ewropa u fid-dinja.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-KESE jilqa' l-programm tal-Kummissjoni, l-aktar minħabba r-rikonoxximent — li dan jirrappreżenta — għall-importanza u l-valur ta' l-SMEs fl-ekonomija u fis-soċjetà Ewropea.

3.2

F'dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza l-importanza tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Feira fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2000 (2) u tal-Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar (3), fejn ġie ddikjarat li “l-intrapriżi ż-żgħar huma s-sinsla ta' l-ekonomija Ewropea” u li “huma sors importanti ta' xogħol u post fejn jinbtu l-ideat kummerċjali”. Fost il-prijoritajiet tal-Karta hemm it-tisħiħ tat-tkabbir u tal-kompetittività ta' l-intrapriżi, mhux biss fil-livell territorjali iżda f'kuntest ta' suq globali.

3.3

Il-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali għandha tifforma parti minn ġestjoni integrata min-naħa ta' l-intrapriża. Għalhekk, meta jitqies li l-parti l-kbira ta' l-SMEs, u b'mod partikulari l-intrapriżi żgħar u mikro, is-soltu ma japplikaw l-ebda politika ambjentali, hemm bżonn li tiġi applikata ġestjoni ambjentali integrata billi tingħata attenzjoni għall-fatt li jinżammu minimi l-obbligi amministrattivi.

3.4

L-ewwel pass li jrid jitwettaq hu li jitħeġġeġ l-għarfien li prattiki bħal dawn m'humiex biss spiża jew rabta żejda, iżda strumenti li kapaċi jtejbu l-kompetittività ta' l-intrapriża jew li joħolqu valur għat-tul.

3.5

L-intrapriżi li jirnexxilhom jikkontrollaw b'mod kostanti kif sejrin dawn l-attivitajiet, per eżempju permezz ta' skemi ta' ġestjoni ambjentali, jirnexxilhom ukoll ikabbru l-varjetà ta' l-oqsma ta' ġestjoni taħt kontroll, billi jiġbru fi pjan strateġiku wieħed id-data ekonomika u finanzjarja u dik marbuta ma' l-impatt soċjali u ambjentali (4). B'din is-sistema, barra mill-benefiċċji ekonomiċi u ambjentali li jiġu mill-użu effiċjenti u razzjonali tar-riżorsi, titħares is-sigurtà tal-prestazzjoni tax-xogħol permezz tat-tibdil ta' l-organizzazzjoni tax-xogħol.

3.6

Il-KESE jaqbel mal-ħtieġa li tiġi adottata strateġija fuq perijodu fit-tul u li tiġi applikata malajr fl-Istati Membri.

4.   Kummenti speċifiċi

Osservazzjonijiet marbuta ma' l-attivitajiet imressqa mill-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni

4.1

Leġislazzjoni aħjar mill-aspett ta' tfassil u tħaddim tal-politiki: f'dan ir-rigward “leġislazzjoni aħjar” tfisser parteċipazzjoni akbar ta' l-SMEs fit-tfassil tal-politiki ambjentali u li dawn jissejsu fuq analiżi ta' prattiki tajbin li jkunu ta' appoġġ tajjeb għat-twettiq tal-leġislazzjoni ambjentali bl-aktar mod ekonomikament effiċjenti, meta dawn jiġu rikonoxxuti u ċċirkolati b'mod tajjeb. It-tnaqqis ta' l-obbligi amministrattivi u burokratiċi fil-livell komunitarju, nazzjonali u reġjonali, kif ukoll aktar trasparenza ma jistgħux jitqiesu biss fil-kuntest ta' strumenti leġislattivi ġodda, iżda jridu jiġu kkunsidrati fi kwalunkwe reviżjoni tar-regoli attwali.

4.2

Tfassil ta' skemi ta' ġestjoni ambjentali aktar speċifiċi u aċċessibbli: l-inklużjoni tal-politiki ambjentali fl-għażliet strateġiċi bħala mezz ta' tkabbir u innovazzjoni jwasslu sabiex l-intrapriżi mhux biss jirrispettaw ir-regoli attwali, iżda jesperimentaw prattiki ġodda u tajbin li jikkunsidraw l-inizjattiva ħielsa u l-parametri kodifikati biex jissodisfaw l-esiġenzi partikulari ta' l-intrapriżi żgħar u mikro. B'mod partikulari jenħtieġ titħeġġeġ l-adozzjoni ta' skemi ta' ġestjoni ambjentali (bħall-EMAS jew l-ISO). Fir-rigward ta' l-EMAS (Skema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika), dan l-objettiv jista' jintlaħaq, pereżempju, permezz ta' l-introduzzjoni ta' klawżoli favur l-SMEs fir-regolament, applikazzjoni li taqbel ma' l-istruttura ta' l-SMEs (5), u tnaqqis gradwali tas-sistema attwali ta' ispezzjonjiet u ta' talbiet ta' informazzjoni li jridu jingħataw mill-intrapriżi reġistrati. Dan kollu biex l-SMEs jiġu mħeġġa jipparteċipaw, meta jitqies li fil-preżent jidher li hemm numru konsistenti ta' parteċipazzjonijiet biss fl-Italja, fil-Ġermanja u fi Spanja. Il-KESE jispera li l-Kummissjoni tikkunsidra dawn is-suġġerimenti, kif ukoll l-opinjoni ta' Lulju 2006 tal-KESE dwar il-bidla fil-klima u s-soċjetà ċivili (6), b'mod partikulari minħabba r-reviżjoni attwali ta' l-EMAS. Fl-aħħarnett, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfittex elementi utli biex tkabbar is-sistemi attwali ta' ġestjoni ambjentali fl-istrumenti mhux formali u mhux kodifikati fil-livell territorjali, għaliex hi biss il-parteċipazzjoni diretta ta' l-SMEs u ta' l-assoċjazzjonijiet ta' l-SMEs fil-livell territorjali, li tista' tgħin biex tinbidel is-sitwazzjoni attwali.

4.3

L-għoti ta' għajnuna finanzjarja bil-għan li jinħoloq programm finanzjarju multi-annwali: il-varjetà ta' strumenti finanzjarji attwali tista' tkun kaġun ta' konfużjoni u ta' ħidma ħażina tagħhom. Hu ttamat li kif imħabbar mill-Kummissjoni, jiġi ppubblikat mill-aktar fis possibbli, manwal li juri l-opportunitajiet ġodda ta' finanzjar għall-proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-konformità tal-leġislazzjoni fis-settur ambjentali u l-prestazzjonijiet ambjentali ta' l-SMEs. F'dan il-kuntest, ikun aħjar, li bi ħsieb għat-tul, titfassal linja baġitarja waħda għall-azzjonijiet kollha marbuta ma' l-SMEs.

4.4

Żvilupp ta' għarfien lokali fuq l-ambjent għall-SMEs: l-għajnuna teknika lejn l-SMEs għandha bżonn professjonisti. Għal dan il-għan tinħtieġ il-parteċipazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-SMEs fil-livelli lokali u ta' l-istituzzjonijiet. Barraminhekk, iridu jiġu żgurati spejjeż raġonevoli għas-servizzi mogħtija u l-SMEs irid ikollhom l-opportunità li joħolqu u jagħmlu użu minn konsulenti in house.

4.5

Titjib tal-komunikazzjoni u informazzjoni aktar preċiża: il-ħolqien ta' sit ta' l-internet multilingwali, flimkien mal-portal tal-PMI (7), li jrid ikun is-sors prinċipali ta' informazzjoni għan-netwerks ta' appoġġ ta' l-SMEs fuq il-kwistjonijiet marbutin mal-politika ambjentali ta' l-UE u ta' l-SMEs. Il-KESE jqis fundamentali li jiġi żgurat aċċess immedjat għall-informazzjoni u kuntatt dirett bejn l-korpi komunitarji u l-SMEs.

4.6

Il-KESE jaqbel ma' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi l-Enterprise Europe Network, netwerk Ewropea ta' appoġġ ġdida u importanti għall-intrapriżi fit-territorju ta' l-UE u lilhinn minnu. Il-KESE jqis li hu kruċjali li l-UE tkompli ssaħħaħ is-servizzi għall-SMEs b'mod partikulari fil-kummerċ u fl-investimenti transkonfinali, il-kooperazzjonijiet teknoloġiċi bejn l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar, l-innovazzjonijeit, l-għarfien tas-sorsi ta' finanzjament ta' l-UE u l-programmi ta' riċerka għall-SMEs.

Brussell, it-22 ta' April 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  COM(2007) 379 finali.

(2)  http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/it/ec/00200-r1. %20ann1.i0.pdf.

(3)  http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/charter/docs/charter_mt.pdf.

(4)  Ara. “A Comparative Analysis of the Environmental Management, Performance and Innovation of SMEs and Larger Firms based on the OECD database”, Julien Labonne, 07/2006.

(5)  Linji gwida “Guidance to verifiers on the verification of SMEs, particularly small and micro-businesses”, Anness IV għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Settembru 2001 dwar il-gwida għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġar ta' l-ambjent u l-verifika (EMAS).

(6)  NAT/310 — Kif niffaċċjaw l-isfidi tal-bidla fil-klima — ir-rwol tas-soċjetà ċivili.

(7)  http://ec.europa.eu/enterprise/sme/index.htm,


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/40


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE li tipprovdi għal kriterji minimi ta' spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri

COM(2007) 707 finali

(2008/C 211/10)

Nhar l-14 ta' Novembru 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE li tipprovdi għal kriterji minimi ta' spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-27 ta' Marzu 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Zbořil.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'151 vot favur u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-qafas ġenerali għas-sistemi ta' spezzjoni ambjentali fl-Istati Membri għandu jieħu l-forma ta' rakkomandazzjoni. Madankollu, jemmen li r-rakkomandazzjoni għandha tiġi mmodifikata sabiex tiġi implimentata aħjar u tkun iktar effettiva. B'riżultat tal-leġislazzjoni settorjali, l-attivitajiet ta' spezzjoni u l-applikazzjoni u t-twettiq tagħhom f'dawn l-oqsma tant importanti, huma legalment vinkolanti fil-Komunità kollha.

1.2

Sabiex rakkomandazzjoni tkun tista' tiġi applikata b'mod effikaċi, huwa kruċjali li tkun komprensibbli u ċara. Huwa wkoll tassew importanti li l-applikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet ambjentali li jikkonċernaw problemi kkonfermati tiġi definita sewwa.

1.3

Id-definizzjoni, il-kjarifika u l-istandardizzazzjoni tat-termini huma importanti ħafna għall-armonizzazzjoni ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni fil-Komunità kollha kemm hi u għall-implimentazzjoni ta' kundizzjonijiet ugwali għall-intrapriżi. Fil-liġi Komunitarja dawn it-termini jissemmew kemm-il darba u d-definizzjoni tagħhom kultant tvarja minn test legali għal ieħor. Id-definizzjoni tat-termini b'mod ġenerali teħtieġ analiżi iktar dettaljata.

1.4

Barra minn hekk, huwa assolutament kruċjali li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-ippjanar, it-twettiq u s-segwitu ta' l-ispezzjonijiet kif ukoll għat-tħejjija tar-rapporti.

1.5

Għandu jiġi rrakkomandat l-użu ta' metodi moderni ta' ġestjoni fis-sistema ta' ġestjoni ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni. Dawn jikkontribwixxu biex jikkonċentraw l-attivitajiet ta' spezzjoni f'oqsma importanti għall-ambjent u jwasslu għal titjib fl-ippjanar u jistgħu anke jikkontribwixxu għal titjib sostenibbli fil-ħarsien ta' l-ambjent.

1.6

Hemm bżonn standardizzazzjoni ikbar fl-aċċess għall-informazzjoni, b'konformità mal-liġi Komunitarja fis-seħħ. L-informazzjoni pprovduta għandha tagħti stampa globali tar-riżultati ta' l-ispezzjoni, tal-miżuri korrettivi imposti u ta' l-implimentazzjoni tagħhom.

1.7

Sabiex tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali, huwa kruċjali li jiġi appoġġjat in-netwerk IMPEL u li jkun hemm armonizzazzjoni ikbar ta' l-istandards ta' l-ispezzjoni u l-infurzar.

2.   Kontenut tad-dokument tal-Kummissjoni

2.1

L-ispezzjonijiet jikkostitwixxu strument importanti għall-garanzija ta' l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja dwar l-ambjent. Fl-2001 il-Parament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-rakkomandazzjoni 2001/331/KE, li tinkludi kriterji minimi applikabbli għall-ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (1).

2.2

Ir-rakkomandazzjoni tiddefinixxi l-kriterji non-vinkolanti għall-ippjanar, it-twettiq u s-segwitu ta' l-ispezzjonijiet ambjentali kif ukoll għat-tfassil tar-rapporti marbutin magħhom. L-għan tagħha huwa li tiżgura applikazzjoni aħjar tal-liġi Komunitarja kif ukoll li tikkontribwixxi għal implimentazzjoni u applikazzjoni koerenti fl-Istati Membri kollha.

2.3

Il-Kummissjoni wettqet studju dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni, li għandha sservi ta' bażi għat-tfassil tal-verżjoni l-ġdida tar-rakkomandazzjoni li ser titressaq fl-2008.

2.4

L-Istati Membri kollha ressqu rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni u ieħor dwar l-esperjenza tagħhom fl-applikazzjoni tagħha. Madankollu, wieħed għandu jinnota li l-proċess ta' applikazzjoni tar-rakkomandazzjoni jvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor. L-Istati Membri kollha implimentaw ir-rakkomandazzjoni parzjalment, iżda għadd żgħir ħafna biss applikaha għal kollox. Għad hemm differenzi kbar fl-implimentazzjoni ta' l-ispezzjonijiet ambjentali fi ħdan il-Komunità. Dawn id-diskrepanzi jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi.

2.5

L-ikbar diskrepanzi, li għandhom jinqerdu, huma partikolarment preżenti fl-oqsma li ġejjin:

2.5.1   Definizzjoni ta' l-ambitu ta' applikazzjoni

2.5.1.1

L-ambitu ta' applikazzjoni attwali jiffoka fuq l-installazzjonijiet industrijali u l-ġestjoni ta' l-iskart u jeskludi l-attivitajiet varji li huma rregolati mil-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent. B'mod partikolari, ir-rakkomandazzjoni ma tinkludix kriterji għall-ispezzjoni tat-trasport ta' l-iskart. Fil-livell ta' l-UE, it-trasport transkonfinali ta' l-iskart jaqa' taħt ir-regolament dwar il-ġarr ta' l-iskart (2). L-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament hija prijorità ewlenija tal-Kummissjoni.

2.5.1.2

Ir-rakkomandazzjoni ma tistabbilix kriterji addizzjonali għall-ispezzjoni tas-siti Natura 2000. Għalhekk il-Kummissjoni tilqa' b'mod favorevoli l-ħolqien tan-netwerk “Green Enforce” li għandu l-għan li jħeġġeġ il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' esperjenza bejn l-Istati Membri sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni fil-qasam ta' l-ambjent. Fil-qafas ta' dan in-netwerk, qiegħda tiġi eżaminata l-possibbiltà li jingħata kontribut għat-titjib ta' l-ispezzjonijiet ambjentali permezz tat-tfassil ta' kriterji għall-ispezzjoni tas-siti Natura 2000.

2.5.1.3

Oqsma oħra tal-leġislazzjoni ambjentali li għalihom ma tapplikax ir-rakkomandazzjoni huma r-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH (3)), ir-restrizzjoni ta' ċerti sustanzi perikolużi fil-prodotti (per eżempju s-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (4)), il-kummerċ fi speċi mhedda (5), kif ukoll l-atttivitajiet relatati ma' l-organiżmi modifikati ġenetikament u s-sistemi msejsa fuq il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-produttur.

2.5.2

Kjarifika tad-definizzjonijiet: ċerti termini użati fir-rakkomandazzjoni huma interpretati b'mod differenti fid-diversi Stati Membri. It-termini li ġejjin b'mod partikolari huma interpretati b'mod differenti:

spezzjoni, kontroll, verifika;

awtorità li tispezzjona;

pjan ta' spezzjoni, programm ta' spezzjoni;

mekkaniżmu transkonfinali;

spezzjonijiet ta' rutina, mhux ta' rutina.

2.5.3

Kriterji għall-ippjanar, l-applikazzjoni u s-segwitu ta' l-ispezzjonijiet u t-tħejjija ta' rapporti: l-għan tar-rakkomandazzjoni huwa li ssaħħaħ il-konformità ta' installazzjonijiet ikkontrollati mal-leġislazzzjoni ambjentali u li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni ambjentali. Għalhekk, ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi kriterji dwar l-ippjanar, l-applikazzjoni u s-segwitu ta' l-ispezzjonijiet ambjentali, kif ukoll dwar it-tħejjija tar-rapporti.

Ippjanar ta' l-ispezzjonijiet: ir-rakkomandazzjoni tipprovdi għat-tfassil ta' pjanijiet ta' spezzjoni u tistipula kriterji ġenerali għal dawn il-pjanijiet u l-kontenut minimu tagħhom. Madankollu, f'ħafna Stati Membri, il-pjanijiet ta' spezzjoni ma jinkludux elementi strateġiċi, iżda huma pjuttost listi ta' installazzjonijiet jew ta' setturi li għandhom jiġu eżaminati fi żmien stabbilit. Wieħed jista' jkompli jtejjeb l-ippjanar ta' l-ispezzjonijiet fl-Istati Membri u juża r-riżorsi disponibbli fl-aqwa mod possibbli. Ċerti Stati Membri diġà daħħlu sistemi pperfezzjonati ta' ppjanar ta' l-ispezzjonijiet li jużaw strateġiji ta' ġestjoni bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskji (6).

L-applikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet: ir-rakkomandazzjoni tistipula li jridu jsiru spezzjonijiet fuq il-post b'mod regolari bħala parti mill-ispezzjonijiet ta' rutina ta' l-awtoritajiet u fil-każ ta' ilmenti, aċċidenti, inċidenti jew każijiet ta' non-konformità u wara li jinħareġ permess u qabel ma permess jerġa' jinħareġ jew jiġi mġedded jew immodifikat. Ir-rakkomandazzjoni tiddefinixxi l-kriterji dwar il-modalitajiet ta' l-ispezzjonijiet fuq il-post. Minkejja l-fatt li m'hemmx diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, ikun xieraq li l-prattiki jiġu armonizzati f'dan il-qasam ukoll.

Evalwazzjoni ta' pjanijiet ta' spezzjoni: l-evalwazzjoni tas-suċċess tal-pjanijiet ta' spezzjoni hija kkunsidrata bħala għodda importanti għat-titjib ta' l-ippjanar. Ċerti Stati Membri stabbilixxew sistemi moderni ta' evalwazzjoni tal-pjanijiet ta' spezzjoni tagħhom. Dawn għenuhom biex ifasslu l-pjanijiet ta' spezzjoni tagħhom għall-ġejjieni.

2.5.4

Tħejjija tar-rapporti: l-ewwel rapporti ipprovdew kwantità kbira ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjoni fl-Istati Membri. Madankollu, l-informazzjoni mhux dejjem hija kumparabbli. Ikun xieraq li jiġi stabbilit format uniformi u ċar ħafna għal din is-sistema ta' rappurtar sabiex tiġi ggarantita l-kumparabbiltà tad-data.

2.5.5

Aċċess għall-informazzjoni: ir-rakkomandazzjoni tistipula li l-pjanijiet u r-rapporti ta' spezzjoni għandhom jiġu ppubblikati b'konformità mad-direttivi Komunitarji fis-seħħ. Ir-rapporti wrew li ħafna Stati Membri ma jippubblikaw la l-pjanijiet u lanqas ir-rapporti ta' spezzjoni. L-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet ambjentali hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE. Għaldaqstant diġà jeżisti l-obbligu legali li informazzjoni ta' dan it-tip tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, id-direttiva tagħti wkoll raġunijiet suffiċjenti għal eżenzjonijiet mir-rifjut ta' aċċess għal din l-informazzjoni fejn ikun hemm il-ħtieġa li interessi superjuri oħra jiġu protetti. Għandhom jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi adegwati li jirregolaw l-użu ta' dan id-dritt.

2.6   Azzjoni proposta

Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta' implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjoni jġib il-ħtieġa li jkun ikkunsidrat it-twaqqif ta' rekwiżiti li jorbtu legalment għall-ispezzjonijiet ambjentali. Barra minn dan, hemm il-ħtieġa li jiġu ċċarati l-kriterji ġenerali għall-ispezzjonijiet ambjentali u li tingħata gwida aħjar u jkun hemm skambju akbar ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom. Għalhekk qegħdin jiġu proposti l-miżuri li ġejjin:

2.6.1

Reviżjoni tar-rakkomandazzjoni: ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala qafas ġenerali għas-sistemi ta' spezzjoni ambjentali fl-Istati Membri. Hija tiddefinixxi l-kriterji ġenerali. Minħabba n-natura ġenerali ħafna u deskrittiva ta' dawn il-kriterji, ma jidhirx adegwat li jiġu trasformati f'esiġenzi legalment vinkolanti. Madankollu, sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni u tissaħħaħ l-effikaċja tagħha, ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi mmodifikata.

2.6.2

Rekwiżiti settorjali fl-ambitu ta' l-ispezzjoni: flimkien mal-kriterji ġenerali għall-ispezzjonijiet ambjentali stipulati fir-rakkomandazzjoni, rekwiżiti speċifiċi li jorbtu legalment għall-ispezzjoni ta' ċerti installazzjonijiet jew attivitajiet għandhom jiġu inklużi f'siltiet settorjali tal-leġislazzjoni. Hemm bżonn ta' rekwiżiti li jorbtu legalment biex jiżguraw li tingħata prijorità politika ogħla lill-ispezzjonijiiet u biex jittejjeb l-infurzar tal-leġislazzjoni ambjentali fil-Komunità. Ir-rekwiżiti settorjali jistgħu jikkomplementaw ir-rakkomandazzjoni jew jistgħu jikkonċernaw installazzjonijiet jew attivitajiet li m'humiex koperti mir-rakkomandazzjoni.

2.6.2.1

Bħala parti mir-reviżjoni tad-Direttiva IPPC (7), li tinsab fil-programm ta' ħidma leġislattiva tal-Kummissjoni għall-2007, u abbażi l-analiżi ta' l-implimentazzjoni ta' din il-leġislazzjoni, il-Kummissjoni ser tikkunsidra metodi li jiżguraw qafas ta' konformità aħjar li jiżgura aktar konsistenza u kunfidenza fl-ispezzjonijiet ta' l-Istati Membri ta' l-installazzjonijiet ta' l-IPPC.

2.6.2.2

Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tipproponi regoli speċifiċi li jorbtu legalment għall-ispezzjonijiet dwar it-trasport ta' l-iskart. Kriterji speċifiċi għandhom jiġu ddefiniti sabiex tiġi ggarantita kwalità u frekwenza sodisfaċenti ta' l-ispezzjonijiet. Barra minn hekk, għandu jiġi mħejji taħriġ adegwat kif ukoll sistema ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet.

2.6.3

Żvilupp ta' gwida u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri: in-netwerk għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi ambjentali (IMPEL) ħejja lista twila ta' proġetti li għandhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni u jħeġġu l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri fl-ambitu ta' l-ispezzjonijiet ambjentali (8). Il-Kummissjoni appoġġjat dawn il-proġetti u ħadet sehem fihom b'mod attiv. Dawn l-inizjattivi kollha kellhom impatt pożittiv fuq it-tisħiħ ta' l-ispezzjonijiet fil-Komunità u l-IMPEL għandu jitħeġġeġ ikompli bi proġetti bħal dawn.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-KESE jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżami mill-ġdid tar-rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-kriterji minimi applikabbli għall-ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri u japprezza l-isforzi (9) li saru biex isir studju dwar l-applikazzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni.

3.2

L-ispezzjonijiet ambjentali jirrappreżentaw element essenzjali ta' l-eżekuttiv ta' kull Stat Membru fil-qasam tal-ħarsien ta' l-ambjent. Ikun xieraq li dawn l-ispezzjonijiet iwasslu mhux biss għall-applikazzjoni tal-politika nazzjonali ambjentali nazzjonali iżda wkoll għal dik tal-prinċipji komuni tal-politika ambjentali Komunitarja, bl-iktar mod uniformi possibbli, ikun xi jkun il-korp li jingħata l-kompitu li jwettaq l-ispezzjonijiet fi Stat Membru speċifiku.

3.3

Il-KESE huwa konxju li huwa essenzjali li tiġi żgurata applikazzjoni aħjar tal-liġi Komunitarja fil-qasam ta' l-ambjent u li jingħata kontribut biex l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tagħha ssir b'mod koerenti fl-Istati Membri kollha, bil-għan li fil-ġejjieni l-kriterji minimi ddefiniti u applikati jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet ugwali, b'mod partikolari fil-qasam tal-kompetizzjoni ekonomika.

3.4

Il-KESE jqis li dibattitu addizzjonali mal-partijiet interessati dwar il-komunikazzjoni għandu jġib l-għarfien essenzjali għall-ħolqien ta' qafas ideali għall-attivitajiet ta' spezzjoni li jkun ċar u applikabbli fil-Komunità kollha.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Sabiex rakkomandazzjoni tkun tista' tiġi applikata b'mod effikaċi, huwa kruċjali li tkun komprensibbli u ċara. Għalhekk il-KESE jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni lejn dan il-punt.

4.1.1

Fil-fehma tal-KESE, huwa assolutament essenzjali li jiġi speċifikat l-ambitu ta' applikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet ambjentali marbutin ma' oqsma problematiċi kruċjali, mingħajr ħsara għall-flessibbiltà tas-sistema ta' spezzjonijiet jew għal ċerti approċċi nazzjonali speċifiċi. Madankollu, ikun xieraq li dawn l-approċċi nazzjonali jiġu applikati biss meta dan ikun meħtieġ fi ħdan l-objettivi nazzjonali speċifiċi f'termini ta' ħarsien ta' l-ambjent.

4.1.2

F'każijiet fejn leġislazzjoni Komunitarja speċifika titlob li jsiru spezzjonijiet, dawn għandhom jaqgħu taħt liġi unika, sabiex jiġi evitat li jkun hemm diskrepanza fl-interpretazzjoni tal-leġislazzjoni.

4.1.3

Il-komunikazzjoni tagħti x'tifhem li d-definizzjoni, il-kjarifika u l-istandardizzazzjoni tat-termini huma importanti ħafna għall-armonizzazzjoni ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni fil-Komunità kollha kemm hi u għall-implimentazzjoni ta' kundizzjonijiet ugwali għall-intrapriżi. Jekk irridu li r-rakkomandazzjoni tiġi applikata b'mod uniformi, huwa essenzjali li tiġi pprovduta definizzjoni tat-termini ewlenin sabiex ikun hemm armonizzazzjoni u jiġu stabbiliti rabtiet ma' liġijiet oħra.

4.1.4

F'dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-fatt li fil-liġi Komunitarja dawn it-termini jissemmew kemm-il darba u d-definizzjoni tagħhom kultant tvarja minn test legali għal ieħor. Id-definizzjoni tat-termini b'mod ġenerali teħtieġ analiżi iktar dettaljata.

4.2

Mill-banda l-oħra l-KESE jqis li huwa importanti ħafna li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-ippjanar, it-twettiq u s-segwitu ta' l-ispezzjonijiet kif ukoll għat-tfassil tar-rapporti, filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà neċessarja għat-twettiq ta' l-attivitajiet speċifiċi ta' spezzjoni. Għandha tinħoloq sistema ta' rapporti kemm jista' jkun sempliċi u ċara, sabiex tiġi pprovduta informazzjoni kumparabbli dwar il-mod kif taħdem is-sistema ta' spezzjoni u dwar it-twettiq ta' l-objettivi mmirati lejn konformità ikbar mal-leġislazzjoni ambjentali.

4.3

Għandu jiġi rrakkomandat l-użu ta' metodi moderni ta' ġestjoni fis-sistema ta' ġestjoni ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, metodi li ċerti Stati Membri diġà użaw b'riżultati tajbin. Dawn jikkontribwixxu biex jikkonċentraw l-attivitajiet ta' spezzjoni f'oqsma importanti għall-ambjent u jwasslu għal titjib fl-ippjanar u jistgħu anke jikkontribwixxu għal titjib sostenibbli fil-ħarsien ta' l-ambjent.

4.4

Il-KESE jitlob standardizzazzjoni ikbar fl-aċċess għall-informazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ dwar iż-żamma ta' livell speċifiku fl-aċċess għall-informazzjoni fl-Istati Membri. L-informazzjoni pprovduta m'għandhiex tkun ta' ħsara għall-effikaċja ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni. Għandha tagħti stampa globali tar-riżultati ta' l-ispezzjoni, tal-miżuri korrettivi u ta' l-implimentazzjoni tagħhom.

4.5

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-qafas ġenerali għas-sistemi ta' spezzjoni ambjentali fl-Istati Membri għandu jieħu l-forma ta' rakkommandazzjoni. Minħabba n-natura ġenerali ħafna u deskrittiva ta' dawn il-kriterji, ma jidhirx adegwat li jiġu trasformati f'esiġenzi legalment vinkolanti. Madankollu, sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni u tissaħħaħ l-effikaċja tagħha, ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi mmodifikata.

4.6

Din l-opinjoni hija msejsa fuq il-fatt li għadd konsiderevoli ta' liġijiet Komunitarji li daħlu fis-seħħ jew qegħdin jitfasslu bħalissa jinkludu kriterji għat-twettiq ta' spezzjonijiet speċifiċi fi ħdan settur partikolari. B'riżultat ta' din il-leġislazzjoni, l-attivitajiet ta' spezzjoni u l-firxa u t-twettiq tagħhom huma legalment vinkolanti fil-Komunità kollha.

4.7

Il-KESE jqis li huwa essenzjali, jekk wieħed irid ikompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali, li jiġi appoġġjat in-netwerk IMPEL, li ppermetta li jitfasssal għadd kbir ta' dokumenti ta' gwida għall-ippjanar u t-twettiq ta' l-ispezzjonijiet. Barra minn hekk, in-netwerk organizza skambji ta' informazzjoni u esperjenza għall-ispetturi. L-attivitajiet speċjalizzati tan-netwerk IMPEL jistgħu jagħtu kontribut konsiderevoli, b'mod partikolari permezz ta' proġetti speċifiċi fuq il-bażi ta' dak li sar fil-passat. L-IMPEL jista' jaqdi rwol siewi fl-ambitu tat-taħriġ komuni u l-iżvilupp professjonali. In-netwerk jista' jgħin ukoll biex tiġi żviluppata unità ċentrali għall-ġbir ta' l-istatistika Ewropea u għodda oħra ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' spezzjoni u infurzar fl-Ewropa kollha.

Brussell, it-22 ta' April 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  ĠU L 118, 27.4.2001, p. 41.

(2)  Regolament (KE) nru 1013/2006 dwar il-vjeġġi ta' l-iskart, ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(3)  Regolament (KE) nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769 tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku, ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(5)  Regolament (KE) nru 338/97 tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(6)  Wieħed jista' jsemmi l-eżempju tas-sistema Ingliża OPRA (Operator and Pollution Risk Appraisal).

(7)  Direttiva 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis.

(8)  Għal iktar dettalji, ara l-website tan-netwerk IMPEL:

http://ec.europa.eu/environment/impel/index.htm (disponibbli bl-Ingliż biss).

(9)  Dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni: Rapport dwar l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjoni 2001/331/KE li tipprovdi kriterji minimi applikabbli għall-ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri, SEC(2007)1493.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/44


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-oġġetti ta' l-ikel għal użu ta' nutriment parikolari (Riformulazzjoni)

COM(2008) 3 finali — 2008/0003 (COD)

(2008/C 211/11)

Nhar it-30 ta' Jannar 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-oġġetti ta' l-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (Riformulazzjoni).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-opinjoni preċedenti tiegħu, adottata fis-17 ta' Settembru 1986 (1), u fl-opinjoni CESE 961/2004, adottata fit-2 ta' Ġunju 2004 (2), iddeċieda, matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u tat-23 ta' April (seduta tat-22 ta' April 2008), b'148 vot favur u 3 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favur il-proposta u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li kien ħa fid-dokumenti msemmija.

L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-proċedura regolatorja bi skrutinju qiegħda titħejja bħalissa [COM(2007) 741 finali, COM(2007) 822 finali, COM(2007) 824 finali u COM(2008) 71 finali].

 

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbutin ma' l-oġġetti ta' l-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (ĠU C 328, 22.12.1986, p. 9).

(2)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-oġġetti ta' l-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (verżjoni kkodifikata) — COM(2004) 290 finali (ĠU C 241, 28.9.2004, p. 23).


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/45


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju/Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

COM(2008) 104 finali — 2008/0184 (COD)

(2008/C 211/12)

Nhar is-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 175(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

L-adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju/Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li diġà ta fehmtu fl-opinjoni preċedenti tiegħu, adottata fis-26 ta' Mejju 1992 (1), iddeċieda, matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u tat-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April 2008), b'146 vot favur u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favoreveli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.

L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-proċedura regolatorja bi skrutinju qiegħda titħejja bħalissa [COM(2007) 741 finali, Com(2007) 822 finali, COM(2007) 824 finali u COM(2008) 71 finali].

 

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet rigward il-pussess u l-kummerċ ta' kampjuni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġiĠU C 223, 31.8.1992, p. 19.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/46


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju/Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

COM(2008) 105 finali — 2008/0038 (COD)

(2008/C 211/13)

Nhar l-10 ta' Marzu 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 175(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

L-adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju/Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-opinjoni preċedenti tiegħu adottata fil-25 ta' Mejju 1977 (1) u fl-opinjoni adottata fil-5 ta' Settembru 1994 (2), iddeċieda, matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April), b'143 vot favur u 5 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.

L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-proċedura regolatorja bi skrutinju qiegħda titħejja bħalissa [COM(2007) 741 finali, COM(2007) 822 finali, COM(2007) 824 finali u COM(2008) 71 finali].

 

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafarĠU C 152, 29.6.1977, p. 3 (Nota tat-traduttur: din l-opinjoni mhix disponibbli bil-Malti).

(2)  Opinjoni dwar il-Prosposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġiĠU C 393, 31.12.1994, p. 93 (Nota tat-traduttur: din l-opinjoni mhix disponibbli bil-Malti).


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/47


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 (li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu) rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

COM(2008) 53 finali — 2008/0030 (COD)

(2008/C 211/14)

Nhar it-22 ta' Frar 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 (li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu) rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu, adottati fis-7 ta' Lulju 1999 (1) u fid-9 ta' Marzu 2005 (2), iddeċieda, matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u tat-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April), b'154 vot favur u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.

L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-proċedura regolatorja bi skrutinju qiegħda titħejja bħalissa [COM(2007) 741 finali, COM(2007) 822 finali, COM(2007) 824 finali u COM(2008) 71 finali].

 

Brussell, 22 ta' April 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu” — ĠU C 258/1999, p. 19.

(2)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, l-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu– COM(2004) 775 finali” — ĠU C 234, 22.9.2005, p. 26-27.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/48


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà

COM(2007) 359 finali

(2008/C 211/15)

Nhar is-27 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta' April 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Thomas Janson u l-ko-rapporteur kien is-Sur Christian Ardhe.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 April 2008 (seduta tat-22 ta' April 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'147 vot favur, vot wieħed kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-kontributi mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-imsieħba soċjali Ewropej fid-dibattitu dwar il-flessigurtà. F'dinja dejjem tinbidel huwa essenzjali li niddiskutu kif il-bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà fil-livell ta' l-UE u ta' l-Istat Membru jista' jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' iktar impjiegi u impjiegi aħjar.

1.1.1

Il-KESE diġà enfasizza li l-kunċett tal-flessigurtà ma jfissirx it-tnaqqis unilaterali u illeġittimu tad-drittijiet tal-ħaddiema. L-imsieħba soċjali Ewropej sejħu lill-Istati Membri sabiex janalizzaw mill-ġdid, u jekk hemm bżonn jaġġustaw, it-tfassil tal-liġi tax-xogħol, is-sistemi ta' protezzjoni ta' l-impjieg u, flimkien ma' l-imsieħba soċjali, il-prattika tan-negozjar kollettiv, bil-għan li, per eżempju, “jiġi assigurat l-aħjar bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà għar-relazzjonijiet kollha ta' l-impjieg [u] tiġi provduta sigurtà adegwata għall-ħaddiema li għandhom kull tip ta' kuntratt sabiex jiġu indirizzati s-swieq tax-xogħol segmentati”.

1.2

Id-diskussjonijiet dwar il-flessigurtà taw spunt ukoll għal dibattiti fl-Istati Membri u azzjoni miftiehma f'xi wħud minnhom. Dan isaħħaħ l-idea li huwa importanti li l-imsieħba soċjali jkunu involuti fid-dibattitu u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

1.3

Il-KESE jenfasizza li l-flessigurtà ma tistax titqies separatament mill-isfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea. Il-globalizzazzjoni, l-iżvilupp rapidu ta' teknoloġiji ġodda u l-isfida demografika kif ukoll l-isfidi ambjentali qegħdin ibiddlu s-suq tax-xogħol Ewropew. Il-flessigurtà għandha tkun parti minn reazzjoni għal dawn it-tendenzi u l-pressjonijiet esterni u interni, bil-għan ta' bilanċ ġust bejn il-ħaddiema u min iħaddem.

1.4

Il-KESE jikkunsidra li l-Ewropa għandha tiffoka fuq il-kwalità għolja tal-prodotti u s-servizzi tagħha, il-forza tax-xogħol edukata u l-mudell soċjali tagħha, u għandha tikkompeti mal-kompetituri globali fuq il-kwalità. Dan għandu jiġi rifless fil-Linji Gwida għall-Impjieg. Il-KESE jixtieq jara xi bidliet fil-linji gwida minħabba d-diskussjonijiet dwar il-flessigurtà u speċjalment fir-rigward tal-kwalità ta' l-impjiegi.

1.5

Fl-aħħarnett, il-Kumitat jagħmel xi rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-flessigurtà. Huwa:

jirrakkomanda li l-Kummissjoni tevalwa d-diversi kontributi u fehmiet dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, u li tikkonsulta ma' l-imsieħba soċjali ta' l-Istati Membri fil-livelli kollha;

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex timmonitorja l-proċess ta' implimentazzjoni u twaqqaf pjattaforma għall-iskambju tal-prattiki tajbin li tinkludi lill-imsieħba soċjali; jappoġġja l-parteċipazzjoni attiva ta' l-imsieħba soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-flessigurtà fl-Istati Membri fl-istadji kollha tal-proċess;

jenfasizza l-importanza tal-fiduċja reċiproka bejn l-atturi involuti;

jenfasizza li l-politiki makroekonomiċi sodi li jrawmu t-tkabbir ta' l-impjieg, kif ukoll ambjent favorevoli għall-intrapriżi li permezz tiegħu jiġi liberalizzat u appoġġjat il-potenzjal sħiħ għat-tkabbir, huma prekondizzjonijiet importanti sabiex tkun tista' tiffunzjona l-flessigurtà; iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-UE sabiex joħolqu u jżommu qafas legali li jwassal għall-adattabilità, li jkun sempliċi, trasparenti u prevedibbli, kif ukoll sabiex isaħħu u jżommu d-drittijiet ta' l-impjegati u l-ġustizzjabilità tagħhom fl-UE kollha u biex jippromovu qafas legali stabbli għan-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali;

josserva li s-sistemi ġenerali tas-sigurtà soċjali jistgħu jtejbu l-mobbiltà billi jassiguraw li l-ħaddiema ma joħorġux telliefa meta jiffaċċjaw il-bidliet li jolqtu l-post tax-xogħol tagħhom; sabiex jiġu rispettati r-regolamenti nazzjonali u ta' l-UE dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni huwa importanti li l-bidla tiġi antiċipata u l-konsegwenzi tagħha jittaffew; jenfasizza l-importanza li jiġu dedikati riżorsi ekonomiċi għall-flessigurtà, li jinkludu l-għajnuna pubblika u privata għall-impjegati li għaddejjin minn bidla fl-impjieg;

jenfasizza li kull politika rilevanti għandha tirrinforza b'mod reċiproku;

jixtieq jara approċċ integrat fuq diversi livelli; fil-kuntest tan-natura multidimensjonali tal-flessigurtà, huwa importanti li jsir sforz għall-integrazzjoni fil-livelli differenti ta' politika;

jargumenta li għandhom jitqiesu r-riskji ġodda u li t-transizzjonijiet għandhom ikunu kumpensati fl-implimentazzjoni tal-flessigurtà, iżda wkoll li l-kuntratti permanenti m'għandhomx jitneħħew sistematikament;

hu tal-fehma li fi żmien ħames snin il-Kummissjoni għandha tipprevedi evalwazzjoni tal-prattiki tal-flessigurtà fl-Istati Membri u speċjalment l-effett tagħhom fuq il-livell ta' l-impjiegi fil-livell nazzjonali u anke ta' l-UE.

2.   Sfond

2.1

Il-flessigurtà ilha kwistjoni għaddejja sa minn meta ġew adottati l-ewwel linji gwida għall-impjieg. Madankollu, id-dibattitu attwali beda f'Jannar 2006 bil-laqgħa informali tal-Kunsill dwar il-flessigurtà. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 talab lill-Istati Membri sabiex jagħtu attenzjoni speċjali lill-isfida prinċipali tal-“flessigurtà”. Il-kwistjoni tal-flessigurtà ġiet diskussa matul żewġ Summits Soċjali Tripartitiċi marbuta mas-Summits Ewropej ta' Diċembru 2006 u ta' Marzu 2007. Il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar il-flessigurtà f'Ġunju 2007 li ġiet diskussa u pproċessata fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill kienet unanima. Barraminhekk, f'Ottubru 2007 l-imsieħba soċjali kkonkludew analiżi konġunta ta' l-isfidi ewlenin li qegħdin jiffaċċjaw is-swieq tax-xogħol Ewropej, inklużi r-rakkomandazzjonijiet dwar il-flessigurtà. Il-KESE jilqa' l-kontributi kollha u speċjalment l-analiżi konġunta ta' l-imsieħba soċjali Ewropej (1).

2.2

Id-diskussjonijiet dwar il-flessigurtà taw spunt ukoll għal dibattiti fl-Istati Membri u, dan l-aħħar, għal azzjoni miftiehma f'xi wħud minnhom. Il-KESE jilqa' dawn id-diskussjonijiet u l-attivitajiet iżda jenfasizza li huwa essenzjali li l-imsieħba soċjali jkunu involuti b'mod attiv fid-dibattitu u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

2.3

Billi tieħu l-opinjoni tal-KESE dwar li flessigurtà, li ġiet adottata f'Lulju 2007 (2), bħala bażi li għadha tgħodd, din l-opinjoni għandha l-għan:

li tippreżenta l-fehmiet tal-KESE dwar punti fokali importanti sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-flessigurtà fl-Istati Membri u li tagħti ħarsa lill-konsegwenzi għall-politiki ta' l-UE;

li żżomm il-fehmiet tal-KESE fir-rigward tar-rwol kruċjali ta' l-imsieħba soċjali u tenfasizza iktar ir-rwol tas-soċjetà ċivili f'dan il-proċess.

3.   L-implimentazzjoni tal-flessigurtà

3.1

Il-KESE jilqa' d-diversi kontributi għad-dibattitu dwar il-flessigurtà. F'dinja dejjem tinbidel huwa essenzjali li niddiskutu kif il-bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà fil-livell ta' l-UE u ta' l-Istat Membru jista' jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' iktar impjiegi u impjiegi aħjar.

3.2   L-isfidi għas-suq tax-xogħol

3.2.1

Il-flessigurtà ma tistax titqies bħala separata mill-isfidi li qiegħda tiffaċċja l-Unjoni Ewropea. Il-globalizzazzjoni, l-iżvilupp rapidu ta' teknoloġiji ġodda u l-isfida demografika kif ukoll l-isfidi ambjentali qegħdin ibiddlu s-suq tax-xogħol Ewropew. Madankollu, il-KESE jixtieq iżid li l-isfidi ambjentali wkoll ser ikollhom impatt fuq is-swieq tax-xogħol. Il-flessigurtà għandha tkun parti minn reazzjoni għal dawn it-tendenzi u l-pressjonijiet esterni u interni, bil-għan ta' bilanċ ġust bejn il-progress soċjali, ambjentali u ekonomiku.

3.2.2

Il-KESE huwa tal-fehma li l-isfidi ambjentali ser jolqtu s-swieq tax-xogħol Ewropej. Dawn ser iżidu l-pressjoni sabiex tiġi ffrankata l-enerġija u jiġu introdotti sistemi għal ambjent iktar sostenibbli. Iżda jistgħu wkoll jagħtu spinta lill-innovazzjoni teknoloġika billi jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u t-tkabbir fl-impjieg.

3.2.3

Il-Kumitat osserva li l-bidla fil-klima tista' tenfasizza d-distorsjonijiet u d-diskrepanzi soċjali attwali (3), kemm fl-UE kif ukoll f'partijiet oħra tad-dinja. Huwa nnota wkoll li l-objettiv għandu jkun il-ġestjoni ta' l-adattament u jikseb il-mitigazzjoni mingħajr ma jwassal għall-qgħad u d-distorsjoni soċjali (4).

3.2.4

Il-globalizzazzjoni u r-riżultat tagħha ta' l-integrazzjoni tas-swieq qegħdin jolqtu s-swieq tax-xogħol Ewropej. It-tendenzi tal-konsum, il-produzzjoni u l-investiment qegħdin jinbidlu. Dawn l-iżviluppi m'humiex inevitabbli u lanqas m'hu impossibbli li jiġu affettwati jew imfassla. Il-leġislazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà u d-drittijiet tal-ħaddiema jtejbu l-ħajja tax-xogħol u jsawru n-normi globali. L-istandards tal-prodotti jistgħu jtejbu l-kompetittività filwaqt li titqies l-adattabilità ta' l-intrapriżi. Madankollu, is-swieq tax-xogħol Ewropej ser ikollhom jaġġustaw sabiex iwieġbu għall-isfidi ta' dinja globalizzata. Minn bosta perspettivi, l-Ewropa gawdiet mill-globalizzazzjoni. Is-suq uniku għen il-ħolqien ta' kumpaniji fl-UE li huma kompetittivi fuq livell globali. Konsegwentement, l-UE setgħet tbiegħ il-prodotti u s-servizzi fil-quċċata tal-katina tal-valur.

3.2.5

Il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika ma fixklux it-tkabbir ta' l-impjieg fl-Ewropa. Matul il-perijodu 1995-2005, l-UE rat espansjoni netta ta' l-impjieg bil-ħolqien ta' 18.5 miljun impjieg. L-għadd ta' impjiegi mitlufa minħabba aġġustament relatat ma' l-impjieg huwa żgħir meta mqabbel mar-rata globali tal-ħolqien ta' impjiegi fl-ekonomija. Tassew, l-approċċ miftuħ għall-kummerċ jista' jżid il-possibbiltajiet ta' l-impjieg, kif urew l-iżviluppi reċenti fl-Unjoni Ewropea.

3.2.6

Iżda l-globalizzazzjoni tista' twassal ukoll għal iżjed vulnerabbiltà. Il-kumpaniji huma esposti għal kompetizzjoni miżjuda. Impjiegi li qabel kienu kkunsidrati bħala protetti issa huma esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali. Is-servizzi li għal ħafna snin kienu kkunsidrati bħala lokali issa jistgħu jiġu provduti b'mod transkonfinali. Ir-ristrutturar iseħħ ħafna iktar u b'pass iktar mgħaġġel. Meta l-ħaddiema li ma jistgħux ikomplu fil-qasam tagħhom jimpjegaw ruħhom mill-ġdid tipikament jirċievu inqas paga. Għaldaqstant, għal ħafna nies, il-globalizzazzjoni tfisser telf ta' dħul finanzjarju meta jiċċaqilqu bejn l-impjiegi. Fil-fatt is-sehem tal-pagi fl-ekonomija naqas. L-imsieħba soċjali rrimarkaw ukoll li meta mqabbla ma' l-Istati Uniti, l-UE ħalqet iktar impjiegi fis-setturi ta' produttività iktar baxxa filwaqt li l-impjieg fis-setturi li qegħdin jesperjenzaw produttività għolja naqas (5).

3.2.7

Il-bidliet fis-suq tax-xogħol wasslu għal żieda fix-xogħol ta' tip part-time u ta' perijodu fiss. Jista' jkun li dawn it-tipi ta' impjieg għamluha iktar faċli sabiex in-nies jimpjegaw ruħhom u b'hekk żdiedu r-rati ta' l-impjieg fl-Ewropa. Iżda l-ħaddiema fl-impjieg temporanju għandhom tendenza li jkunu inqas produttivi, jirċievu inqas taħriġ appoġġjat minn min iħaddimhom (6) u għandhom iktar ċans li jkollhom inċidenti relatati max-xogħol (7). Dawn jirriskjaw ukoll li jeħlu f'impjieg temporanju. Ftit iktar minn nofs il-ħaddiema b'kuntratti temporanji jkollhom kuntratt permanenti wara sitt snin meta mqabbla ma' 'l fuq minn tliet kwarti li bdew b'kuntratt permanenti (8).

3.2.8

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi hemm bżonn li jinħolqu servizzi ġodda u opportunitajiet ta' l-impjieg per eżempju fl-oqsma tal-kura tat-tfal u l-anzjani. F'dan il-qafas l-Ewropa għandha bżonn ukoll li ttejjeb l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-bilanċ bejn il-ħajja privata u l-ħajja tax-xogħol.

3.2.9

F'bosta pajjiżi ta' l-UE l-politika fiskali kellha tendenza li tkun inqas stretta fi żminijiet tajbin u iktar stretta fi żminijiet diffiċli taċ-ċiklu tal-kummerċ. Dan huwa speċjalment il-każ fil-pajjiżi l-kbar taż-żona ta' l-euro. B'żieda ma' dan, id-dejn pubbliku baqa' għoli f'għadd ta' pajjiżi ta' l-UE fid-dawl tat-tixjiħ demografiku (9).

3.3   L-Istrateġija ta' l-Impjieg u l-flessigurtà

3.3.1

Meta jimplimentaw il-politiki tal-flessigurtà fl-Istati Membri, il-Linji Gwida għall-Impjieg jagħtu lill-Istati Membri indikazzjonijiet dwar it-tip ta' swieq tax-xogħol u l-ekonomija li għalihom għandha timmira l-Ewropa. Il-fehma tal-KESE hija ċara: l-Ewropa għandha tiffoka fuq il-kapaċità innovattiva tagħha, il-kwalità għolja tal-prodotti u s-servizzi tagħha, il-forza tax-xogħol tagħha kkwalifikata u l-mudell soċjali tagħha, u għandha tikkompeti mal-kompetituri globali tagħha fuq il-kwalità mhux f'tellieqa għall-iktar pagi baxxi u l-inqas standards soċjali — għax hawnhekk l-Ewropa żgur toħroġ telliefa (10).

3.3.2

Hemm bosta Linji Gwida għall-Impjieg li jistgħu jifformaw il-bażi għal diskussjoni dwar il-flessigurtà. Il-KESE jixtieq jara xi bidliet fil-linji gwida li jirriflettu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, l-iktar fir-rigward tal-kwalità ta' l-impjiegi, kif stqarr fl-opinjoni tiegħu dwar il-Linji Gwida għall-Impjieg (11).

3.3.3

F'diversi okkażjonijiet, il-KESE kkummenta dwar il-proċess rivedut ta' Lisbona u l-Linji Gwida l-ġodda għall-Impjieg (12). Il-Kumitat laqa' l-approċċ integrat il-ġdid u ċ-ċiklu multiannwali iżda osserva li:

f'ċerti oqsma, hemm inkonsistenzi bejn il-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika u l-Linji Gwida għall-Impjieg;

is-suċċess jiddependi l-ewwelnett mill-Istati Membri li jieħdu r-responsabbiltajiet tagħhom bis-serjetà u li verament ipoġġu l-prijoritajiet miftiehma fil-prattika fil-livell nazzjonali;

il-parlamenti nazzjonali, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti ġenwinament fl-istadji kollha tal-koordinazzjoni tal-politika ta' l-impjieg.

3.3.4

Il-KESE indika wkoll li wieħed mill-aspetti li jwasslu għas-suċċess tal-programmi nazzjonali ta' riforma huwa l-parteċipazzjoni kemm jista' jkun wiesgħa ta' l-atturi soċjali rilevanti kollha — b'mod partikulari l-imsieħba soċjali — f'kull fażi tal-proċess, u li r-rwol ta' l-imsieħba soċjali għandu jissaħħaħ (13). Il-Kumitat jixtieq jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu kkonsultati l-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali f'dan il-qafas.

3.4   Il-kunċett tal-flessigurtà

3.4.1

Il-flessigurtà tista' taqdi rwol ewlieni fil-ksib ta' l-għanijiet ta' l-Istrateġija mġedda ta' Lisbona, li jagħtu qafas għar-riformi nazzjonali u l-għażliet ta' politika. Madankollu, la l-kunċett u lanqas il-komponenti tal-flessigurtà m'huma ġodda. L-ewwel Linji Gwida għall-Impjieg, adottati fil-kuntest ta' l-Istrateġija Ewropea għall-Impjieg fl-1998, diġà kienu sejħu lill-imsieħba soċjali sabiex jinnegozjaw bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà.

3.4.2

Il-KESE jixtieq jenfasizza li ma teżisti l-ebda soluzzjoni unika għal kollox u li t-taħlita t-tajba ser tvarja fid-diversi Stati Membri. Il-KESE diġà enfasizza li d-dibattitu kien l-iktar limitat għaż-żieda fil-flessibbiltà esterna u għall-mezzi ta' kumpens ta' żieda bħal din bit-tisħiħ tal-politiki tas-suq tax-xogħol jew bid-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Minflok, l-għan għandu jkun li jiġu enfasizzati dimensjonijiet oħra sabiex jinħolqu sitwazzjonijiet fejn igawdi kulħadd (14). Il-flessigurtà tfisser ukoll id-deċiżjoni tal-bilanċ tad-drittijiet u l-obbligi bejn min iħaddem u l-ħaddiema fejn għandhom jiġu negozjati pakketti bilanċjati u ġusti (15).

3.4.3

Il-flessigurtà tintuża, fost oħrajn, mill-Kummissjoni meta tanalizza l-Pjanijiet Nazzjonali ta' Riforma u mill-Presidenza meta jiġu diskussi l-isfidi tas-suq tax-xogħol. Din saret qafas għall-evalwazzjoni tas-swieq tax-xogħol ta' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tieħu nota ta' l-iżviluppi u l-kontributi kollha reċenti. Sabiex tanalizza l-prekondizzjonijiet differenti, u ħafna drabi kumplessi ħafna, fl-Istati Membri, il-kooperazzjoni stretta ma' l-atturi rilevanti hija essenzjali. L-imsieħba soċjali għandhom jiġu kkonsultati qabel ma l-gvernijiet jippreżentaw il-Pjanijiet Nazzjonali ta' Riforma.

3.5   Il-komponenti fl-implimentazzjoni tal-flessigurtà

3.5.1

Il-KESE diġà enfasizza li l-kunċett tal-flessigurtà ma jfissirx it-tnaqqis unilaterali u illeġittimu tad-drittijiet tal-ħaddiema. Il-KESE ma jaċċettax din l-idea (16). L-imsieħba soċjali Ewropej (17) sejħu lill-Istati Membri sabiex jirrevedu, u jekk hemm bżonn jaġġustaw, it-tfassil tal-liġi tax-xogħol, is-sistemi tal-protezzjoni ta' l-impjieg u, flimkien ma' l-imsieħba soċjali, il-prattika tan-negozjar kollettiv, bil-għan li:

jiġi assigurat l-aħjar bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà għar-relazzjonijiet kollha ta' l-impjieg;

tiġi provduta sigurtà adegwata għall-ħaddiema li għandhom kull tip ta' kuntratt sabiex jiġu indirizzati s-swieq tax-xogħol segmentati;

jiġu żviluppati miżuri komplementari għas-sigurtà ta' l-impjieg li jippromovu t-transizzjonijiet għall-impjiegi produttivi u ta' sodisfazzjon;

tittejjeb iċ-ċertezza legali u t-trasparenza kemm għal min iħaddem kif ukoll il-ħaddiema fir-rigward ta' l-ambitu, il-kopertura u l-infurzar tal-liġi tax-xogħol;

jiġu implimentati u rispettati fil-livell nazzjonali l-prinċipji u r-regoli tad-direttivi soċjali Ewropej, inkluż dawk li jinbtu minn ftehim qafas bejn l-imsieħba soċjali Ewropej, kif ukoll il-prinċipji bażiċi tat-trattament ugwali u n-non-diskriminazzjoni;

jiġu promossi r-relazzjonijiet ta' l-impjieg li jkunu stabbli u l-prattiki fis-suq tax-xogħol li jkunu sostenibbli;

jiġi implimentat il-qafas għall-iżvilupp tal-prattiki tal-post tax-xogħol li jtejbu l-bilanċ bejn il-ħajja privata u l-ħajja tax-xogħol u b'hekk jiġi promoss l-isfruttar tal-potenzjal produttiv tal-forza tax-xogħol Ewropea.

3.5.2

Il-Kumitat jaqbel ma' l-importanza kruċjali ta' strateġiji komprensivi għat-tagħlim tul il-ħajja u l-investiment aħjar fir-riżorsi umani sabiex tirnexxi l-istrateġija ta' Lisbona. Madankollu, iċ-ċifri ta' l-Eurostat juru li sar ftit li xejn progress fiż-żieda tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-tagħlim tul il-ħajja. L-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja għat-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-opportunitajiet tal-karriera u l-produttività ġiet enfasizzata f'bosta opinjonijiet reċenti tal-KESE. Filwaqt li fil-passat saru ħafna impenji għat-tagħlim tul il-ħajja, għad fadal ħafna x'jinkiseb fil-prattika min-naħa ta' l-Istati Membri u atturi oħrajn. Fl-2002, l-imsieħba soċjali Ewropej ftehmu dwar Qafas ta' azzjonijiet għall-iżvilupp tal-kompetenzi u l-kwalifiki tul il-ħajja.

3.5.3

Il-KESE jressaq l-argument li s-sistemi tas-sigurtà soċjali inklużivi abbinati mal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol itejbu l-qbil bejn il-kompetenzi u l-impjiegi u jħeġġu l-innovazzjoni u l-produttività ogħla fl-industriji vulnerabbli li huma kruċjali għall-kompetittività futura ta' l-Ewropa. Parti importanti tal-flessigurtà hija l-benefiċċji tal-qgħad b'rati għoljin ta' sostituzzjoni li jkunu effiċjenti u orjentati lejn l-impjieg, jipprovdu possibbiltajiet addizzjonali għal qbil adegwat bejn l-impjiegi u l-ħiliet filwaqt li jtejbu s-sigurtà ta' l-impjieg. Għaldaqstant m'hijiex biss kwistjoni li jiġu offruti livelli ta' sostituzzjoni “adegwati” iżda wkoll li jiġi assigurat li jżommu livell ta' għajxien xieraq filwaqt li jibqgħu sostenibbli, u jintrabtu ma' strateġiji ta' attivazzjoni u servizzi ta' impjieg li jkunu ta' kwalità għolja.

3.5.4

Iktar kmieni, il-KESE enfasizza l-importanza ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (18). Il-politiki għandhom jiġu implimentati sabiex jinstab bilanċ bejn il-ħajja professjonali, privata u familjali kif ukoll miżuri li jagħmluh possibbli li kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jilħqu l-potenzjal professjonali tagħhom u jsiru ekonomikament indipendenti. Il-KESE jħeġġeġ lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi sabiex jimmonitorja l-flessigurtà mill-perspettiva tal-ġeneru.

3.5.5

Il-mobbiltà ġeografika u professjonali tal-ħaddiema huma għodod neċessarji sabiex jiġu assigurati s-swieq tax-xogħol effiċjenti u jittaffa n-nuqqas ta' qbil bejn id-domanda u l-provvista tax-xogħol, billi jitnaqqsu s-sitwazzjonijiet ta' konġestjoni f'setturi u professjonijiet speċifiċi. Il-mobbiltà ġeografika tista' tagħti kontribut għall-konverġenza pożittiva tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien. Barraminhekk, il-mobbiltà ġeografika u ta' l-impjieg jista' jkollha impatt sinifikattiv fuq ir-rati tat-tkabbir u l-impjieg. Tul dawn l-aħħar snin, l-Istati Membri bl-ogħla livelli ta' mobbiltà rreġistraw ukoll tkabbir ekonomiku b'saħħtu u rati tal-qgħad baxxi — jew imnaqqsa sew. Dan jindika relazzjoni bejn il-livelli tal-mobbiltà u l-prestazzjoni b'saħħitha fis-suq ekonomiku u tax-xogħol.

3.6   Il-flessigurtà u d-diversi partijiet interessati

3.6.1

Il-KESE jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali u li l-imsieħba soċjali jkunu involuti b'mod attiv f'kull livell rilevanti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-flessigurtà (19). Kif enfasizza l-KESE fl-opinjoni preċedenti tiegħu, it-tisħiħ tas-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali fil-livell Ewropew u nazzjonali huwa essenzjali għal kull diskussjoni dwar il-flessigurtà.

3.6.2

Il-flessigurtà teħtieġ klima ta' fiduċja u djalogu wiesa' fost il-partijiet kollha interessati, fejn kulħadd huwa lest li jieħu r-responsabbiltà għall-bidla bil-għan li jkun hemm politiki bilanċjati fil-qasam soċjali. Dan jinkludi wkoll il-possibbiltajiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni kif ukoll tar-riżultati tal-politiki.

3.6.3

Is-soċjetà ċivili għandha rwol x'taqdi wkoll fl-implimentazzjoni tal-flessigurtà. L-NGOs soċjali jipprovdu s-servizzi essenzjali għal dawk li huma fir-riskju jew li qegħdin jesperjenzaw il-marġinalizzazzjoni u jikkontribwixxu għall-bilanċ bejn il-ħajja familjali u professjonali. L-assoċjazzjonijiet edukattivi jħeġġu u jipprovdu t-tagħlim tul il-ħajja ta' l-adulti. Is-soċjetà ċivili organizzata tista' tgħin iżżid il-kwalità ta' l-impjieg u ttaffi l-isfidi ffaċċjati mill-iktar gruppi vulnerabbli li jiltaqgħu mad-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol Ewropew, bħaż-żgħażagħ u l-persuni mdaħħla fl-età, in-nisa, il-migranti u l-persuni b'diżabbiltà.

4.   Rakkomandazzjonijiet

4.1

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tevalwa d-diversi kontributi u fehmiet dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u żviluppi reċenti oħra. L-Istati Membri u l-imsieħba soċjali fil-livelli kollha wkoll għandhom rwol x'jaqdu fit-tfassil tal-kunċett tal-flessigurtà meta tiġi implimentata. Dan huwa essenzjali billi l-flessigurtà tintuża fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma ta' l-Istati Membri.

4.2

Meta l-Istati Membri jinkorporaw il-prinċipji komuni fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, u jipprovdu taħlita tal-politiki nazzjonali skond il-kondizzjonijiet u l-prattiki tagħhom, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex timmonitorja l-proċess sħiħ u twaqqaf pjattaforma għall-iskambju ta' l-aħjar prattiki u l-valutazzjoni komparattiva li tinkludi, b'mod speċjali, l-imsieħba soċjali, iżda wkoll is-soċjetà ċivili organizzata. Għaldaqstant, il-KESE jilqa' “il-missjoni għall-flessigurtà” esploratorja mwaqqfa mill-Kummissjoni.

4.3

Il-KESE jappoġġja l-parteċipazzjoni attiva ta' l-imsieħba soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-flessigurtà fl-istadji kollha tal-proċess. Il-KESE diġà enfasizza l-bżonn għal “djalogu soċjali b'saħħtu u vitali fejn l-imsieħba soċjali jipparteċipaw b'mod attiv u jkunu jistgħu jinnegozjaw, jinfluwenzaw u jieħdu r-responsabbiltà għad-definizzjoni, għall-komponenti u għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-flessigurtà …” (20).

4.4

Il-fiduċja reċiproka bejn l-atturi involuti hija ferm importanti. Is-soċjetà ċivili organizzata tista' taqdi rwol importanti sabiex tiżdied il-fiduċja iżda wkoll bħala pont għal dawk li jinsabu l-iktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol.

4.5

Fost il-prekondizzjonijiet importanti sabiex tkun tista' tiffunzjona l-flessigurtà nsibu l-politiki makroekonomiċi li jrawmu t-tkabbir fl-impjieg u l-ambjent kummerċjali favorevoli li jilliberalizza u jappoġġja l-potenzjal sħiħ għat-tkabbir.

4.6

Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri u l-UE sabiex joħolqu u jżommu qafas legali li jwassal għall-adattabilità, li jkun sempliċi, trasparenti u prevedibbli, kif ukoll sabiex isaħħu u jżommu d-drittijiet ta' l-impjegati u l-ġustizzjabilità tagħhom fl-UE kollha u biex jippromovu qafas legali stabbli għan-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali meta jimplimentaw il-flessigurtà. Il-bażi ta' kull mudell tal-flessigurtà hija l-politika li tista' tiggarantixxi livelli għolja ta' ħarsien soċjali, it-teħid tar-responsabbiltà minn servizzi pubbliċi finanzjati b'mod adegwat, u qafas legali stabbli għan-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali. F'dan il-qafas, l-istandards ta' l-ILO u l-leġislazzjoni ta' l-UE, billi huma trasparenti u prevedibbli, huma bażijiet importanti.

4.7

Sistemi ġenerali tas-sigurtà soċjali jistgħu jtejbu l-mobbiltà billi jassiguraw li l-ħaddiema ma joħorġux telliefa meta jiġu kkonfrontati b'bidliet li jolqtu l-post tax-xogħol tagħhom. Sabiex jiġu rispettati r-regolamenti nazzjonali u ta' l-UE dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni huwa importanti li l-bidla tiġi antiċipata u l-konsegwenzi tagħha jittaffew. F'opinjoni preċedenti, il-KESE ppropona li d-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħolijiet (21) tiġi riveduta u dan l-aħħar il-Kummissjoni nediet it-tieni fażi ta' konsultazzjoni li tagħti lill-imsieħba soċjali l-opportunità li jibdew in-negozjati bil-għan li tiġi riveduta l-leġislazzjoni eżistenti. Il-Kumitat ħeġġeġ ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jipprovaw isibu soluzzjoni sakemm issir leġislazzjoni fil-qasam soċjali.

4.8

Il-KESE enfasizza l-importanza li jiġu dedikati riżorsi ekonomiċi għall-flessigurtà. L-implimentazzjoni tal-flessigurtà mingħajr l-investiment fit-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet, il-politiki attivi fis-suq tax-xogħol u t-tagħlim matul il-ħajja, ma twassalx għal suq tax-xogħol ta' kwalità għolja. Din tinkludi l-estensjoni tas-sigurtà għall-impjiegi prekarji. Il-politiki għandhom ikunu ffukati fuq l-integrazzjoni tan-nisa, iż-żgħażagħ u l-persuni mdaħħla fl-età fis-suq tax-xogħol. Il-flessigurtà għandha tiġi applikata b'approċċ olistiku u konsistenti. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li jiġu dedikati r-riżorsi xierqa għall-fondi Ewropej bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

4.9

Il-KESE jenfasizza li kull politika rilevanti għandha tirrinforza b'mod reċiproku. It-tkabbir, l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u l-ambjent huma kollha importanti indaqs u jappoġġjaw lil xulxin b'mod reċiproku. It-tkabbir sostenibbli huwa relatat ma' aspirazzjonijiet ta' benesseri ogħla u ambjent imtejjeb.

4.10

Il-KESE jixtieq jara approċċ integrat fuq diversi livelli. Fil-kuntest tan-natura multidimensjonali tal-flessigurtà, huwa importanti li jsir sforz għall-integrazzjoni fil-livelli differenti ta' politika. Hemm bżonn politika li tkun iktar koerenti sabiex tindirizza l-kwistjoni u interazzjoni miżjuda bejn id-diversi atturi u livelli sabiex tittejjeb il-koeżjoni ekonomika u soċjali.

4.11

Il-KESE jressaq l-argument li għandhom jitqiesu r-riskji ġodda u li t-transizzjonijiet għandhom jiġu kumpensati fl-implimentazzjoni tal-flessigurtà. Il-globalizzazzjoni ser iżżid ir-riskji għall-ħaddiema u l-kumpaniji. Huwa essenzjali li jitqiesu dawn ir-riskji sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-globalizzazzjoni. Huwa kruċjali li jkun hemm promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema b'mod pożittiv u ta' kwalità għolja permezz ta' l-investiment fin-nies u t-titjib fil-portabbiltà tad-drittijiet.

Brussell, it-22 ta' April 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Key challenges facing European labour markets: a joint analysis of European social partners, Ottubru 2007.

URL: http://www.ceep.eu/media/right/publications/key_market_challenges_facing_european_labour_markets.

(2)  Opinjoni tal-KESE tal-11 ta' Lulju 2007 dwar Il-Flessigurtà (in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali) rapporteur: is-Sur Janson (ĠU C 256, 27.10.2007).

(3)  Ara http://www.etuc.org/a/3356 Climate change and employment.

(4)  Opinjoni tal-KESE ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar It-Tibdil fil-Klima u l-Istrateġija ta' Lisbona, rapporteur: is-Sur Ehnmark (NAT/362, ĠU C 44, 16.2.2008), punt 1.11.

(5)  Ara nota 1.

(6)  Assessing the impact of labour market policies on productivity: a difference-in-differences approach OECD Social, Employment and Migration Working Papers Nru 54, 2007.

URL: http://www.oecd.org/dataoecd/27/20/38797288.pdf.

(7)  European Working Conditions Survey (Il-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib fil-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u x-Xogħol).

(8)  Analiżi konġunta (ara nota 1).

(9)  Idem.

(10)  Opinjoni tal-KESE tat-13 ta' Settembru 2006 dwar il-kwalità tal-ħajja tax-xogħol, il-produttività u l-impjieg fil-kuntest tal-glboalizzazzjoni u l-isfidi demografiċi, rapporteur: is-Sinjura Englen-Kefer (ĠU C 318, 23.12.2006), punt 1.1. Mhux disponibbli bil-Malti.

(11)  Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-Politika ta' l-Impjiegi (SOC/303), rapporteur is-Sur Greif (adozzjoni ppjanata għal Marzu 2008). Is-sett il-ġdid ta' Linji Gwida għall-2008-2010 li kienu proposti mill-Kummissjoni f'Diċembru 2007 huwa identiku għall-pakkett preċedenti (2005-2008).

(12)  Opinjoni tal-KESE tal-31 ta' Mejju 2005 dwar Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi 2005-2008, rapporteur: is-Sur Malosse, ĠU C 286 17.11.2005, opinjoni tal-KESE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-Linji Gwida għall-Impjieg, rapporteur is-Sur Greif (ĠU C 195, 18.8.2006) u l-opinjoni tal-KESE ta' l-24 ta' April dwar il-Linji Gwida għall-politiki ta' l-impjieg, rapporteur: is-Sinjura O'Neill (ĠU C 168, 20.7.2007).

(13)  Opinjoni tal-KESE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi, rapporteur: is-Sur Greif, (ĠU C 195, 18.8.2006).

(14)  Opinjoni tal-KESE tal-11 ta' Lulju 2007 dwar Il-Flessigurtà (in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali) rapporteur: is-Sur Janson (ĠU C 256, 27.10.2007), punt 1.1.

(15)  Ibid, punt 4.1.

(16)  Ibid, punt 1.4.

(17)  Ara nota 1.

(18)  Opinjoni tal-KESE tal-11 ta' Lulju 2007 dwar Il-Flessigurtà (in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali) rapporteur: is-Sur Janson (ĠU C 256, 27.10.2007).

(19)  Ibid, punt 4.1.

(20)  Opinjoni tal-KESE tal-11 ta' Lulju 2007 dwar Il-Flessigurtà (in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali) rapporteur: is-Sur Janson (ĠU C 256, 27.10.2007), punt 1.3.

(21)  Opinjoni tal-KESE tat-13 ta' Settembru 2006 dwar il-Kunsilli Ewropej tax-Xogħolijiet: rwol ġdid fil-promossjoni ta' l-integrazzjoni Ewropea, rapporteur: is-Sur Iozia (ĠU C 318, 23.12.2006). Mhux disponibbli bil-Malti.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/54


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Niġġieldu kontra l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel

COM(2007) 424 finali

(2008/C 211/16)

Nhar it-18 ta' Lulju 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar: Niġġieldu kontra l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta' April 2008. Is-Sinjura Kössler kienet ir-rapporteur.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'128 vot favur u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' r-rieda politika tal-Kummissjoni li tkompli tiġġieled kontra l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Bħall-Kummissjoni, il-Kumitat jemmen li huwa serju ħafna l-fatt li għadu ma jidhirx xaqq ta' dawl li din l-inugwaljanza titneħħa xi darba għalkemm diġà ttieħdu miżuri għal dan il-għan. Għaldaqstant, huwa importanti li l-partijiet ikkonċernati kollha jipparteċipaw fl-isforzi li qed isiru, u juru r-rieda li s-sitwazzjoni tinbidel verament. L-istrateġija ta' l-UE għat-tkabbir u l-impjiegi li tinsab fl-istrateġija ta' Lisbona hija strument importanti għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol u t-tnaqqis ta' l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel Il-paga trid tinġieb indaqs sabiex jinkisbu l-objettivi ta' l-istrateġija ta' Lisbona, jiġi żgurat il-benesseri pubbliku u tiġi assigurata l-kompetittività globali. Dan hu importanti għall-ġejjieni tan-nisa u l-irġiel.

1.2

Fil-kuntest tal-ġlieda għall-ugwaljanza fil-pagi, il-KESE jagħti dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-istituzzjonijiet Ewropej, lill-gvernijiet nazzjonali, lill-korpi inkarigati mill-ugwaljanza fil-livell nazzjonali u lill-imsieħba soċjali.

1.2.1

Fil-fehma tal-KESE, kull Stat Membru għandu jiggarantixxi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ndaqs għall-irġiel u n-nisa għall-istess xogħol jew għal xogħol ta' l-istess valur fil-leġislazzjoni tiegħu u fil-ftehimiet kollettivi, b'konformità mad-Direttiva 75/117/KEE.

1.2.2

Il-KESE jaħseb li l-Istati Membri għandhom jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq il-ġlieda kontra l-fatturi li jikkawżaw l-inugwaljanza fil-pagi. Dawn il-fatturi huma marbuta mal-fatt li x-xogħol tan-nisa u l-irġiel huwa stmat b'mod differenti, li fis-suq tax-xogħol teżisti diviżjoni tax-xogħol skond is-sess, u li jeżistu d-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tas-suq tax-xogħol u tas-setgħa u l-istat li huma jgawdu.

1.2.3

Rigward id-dispożizzjonijiet attwali, jeħtieġ li:

dawn jiġu verament applikati fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-pagi;

il-possibbiltà leġislattiva li jittieħdu miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva b'konformità ma' l-Artikolu 141(4) tat-Trattat KE tinżamm u tiġi applikata b'mod effettiv sabiex isir iktar faċli li dak is-sess li jkun inqas rappreżentat jaqbad jaħdem;

min iħaddem jagħmel reviżjoni annwali tal-qagħda u l-iżvilupp tal-pagi biex jiġu identifikati l-problemi ta' diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fis-sistemi tal-klassifikazzjoni tax-xogħlijiet, u jiġu implimentati soluzzjonijiet xierqa billi jitfassal pjan favur l-ugwaljanza li jinkludi sistema ta' pagi trasparenti;

l-Istati Membri jiggarantixxu l-aċċess mingħajr tfixkil għall-mekkaniżmi biex wieħed jappella jew jirrapporta każi ta' diskriminazzjoni, u li b'konformità mad-Direttiva 97/80/KE tal-Kunsill rigward il-piż tal-prova fil-każijiet ta' diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess (1), għandha tiġi mill-akkużat li jagħti prova, fil-qorti jew quddiem awtorità kompetenti oħra, li l-prinċipju tat-trattament ugwali ma nkisirx.

1.2.4

Fil-ftehimiet bejn l-imsieħba soċjali, tinħass il-ħtieġa li:

jissaħħu d-djalogu soċjali u n-negozjati kollettivi fil-livelli kollha peress li dawn huma strumenti indispendabbli għat-tneħħija ta' l-inugwaljanzi fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel;

isir studju bir-reqqa tal-kriterji attwali tal-klassifikazzjonijiet tax-xogħlijiet — l-implikazzjonijiet espliċiti u impliċiti tagħhom, il-progress tal-ħidma fid-dawl taż-żmien, id-disponibbiltà u r-responsabbiltajiet fid-dar;

id-dispożizzjonijiet rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema u mar-rappreżentanti tagħhom dwar il-qagħda u l-iżvilupp tal-pagi tan-nisa u ta' l-irġiel ikunu trasparenti fi ħdan intrapriża jew organizzazzjoni;

jittieħdu miżuri għall-ġlieda kontra l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel;

tingħata l-possibbiltà li wieħed jagħżel ħinijiet tax-xogħol flessibbli.

1.2.5

Billi l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol hija fattur ewlieni għat-tneħħija ta' l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, huwa importanti li:

jittieħdu miżuri bil-għan li jissaħħaħ l-aċċess ugwali u l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol kollu — għal dan tinħtieġ ukoll l-għajnuna finanzjarja mill-Fondi Strutturali;

it-tfal u ż-żgħażagħ, kemm bniet kif ukoll subien, jingħataw eżempji pożittivi li jħeġġuhom jagħmlu għażliet professjonali “mhux tradizzjonali”;

tinkiseb l-ugwaljanza f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni u l-influwenza fil-ħajja professjonali;

jiġu adottati miżuri konġunti, strettament marbutin u koerenti li jiggarantixxu l-bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali sabiex ikun jista' jinstab bilanċ bejn ir-responsabbiltajiet familjari u x-xogħol;

jiddaħħal il-leave tal-ġenituri bil-ħlas f'pajjiżi fejn bħalissa dan ma jeżistix — per eżempju bis-saħħa tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjoni li għandhom l-istituzzjonijiet Ewropej — u li tingħata l-possibbiltà ta' leave tal-ġenituri bil-ħlas itwal. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri effiċjenti sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-irġiel u n-nisa meta jaqsmu l-leave tal-ġenituri, inkluż il-leave tal-ġenituri obbligatorju għall-irġiel (2);

jiġu offruti day care centres għat-tfal, li jkunu komprensivi u sussidjati, sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu, u jinterrompu l-karriera tagħhom għal tul ta' żmien iqsar. Għandha tikber il-provvista ta' servizzi ta' kwalità li jistgħu jintlaħqu finanzjarjament għall-persuni dipendenti u għall-familji tagħhom (3).

jiġu pprovduti faċilitajiet estensivi u sussidjati mill-fondi pubbliċi għall-anzjani u persuni oħra li jeħtieġu l-kura.

1.2.6

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li:

il-partijiet ikkonċernati kollha jiġu infurmati dwar il-fatturi li jikkawżaw l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel u dwar id-diskriminazzjoni marbuta mas-sess;

isir skambju ta' l-aħjar prattiki u jiġi organizzat djalogu fil-fond bejn il-pajjiżi;

kemm iċ-ċittadini b'mod ġenerali kif ukoll ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta' min iħaddem, u dawk li jaħdmu fis-settur tal-ġustizzja jiġu infurmati dwar id-drittijiet tan-nies li jħossuhom diskriminati.

1.2.7

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex fil-ħidma tiegħu jagħti prijorità lill-kwistjoni ta' l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.

1.2.8

Il-Kumitat jinsab inkwetat ħafna minħabba r-riżultati tar-rapport tal-Kummissjoni dwar “L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel — 2008” (4). Ir-rapport jgħid li hemm nuqqas fir-rappreżentazzjoni tan-nisa f'setturi li huma fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku u li normalment ikunu mħallsa tajjeb. Għaldaqstant, waħda mill-isfidi ewlenin għandha tkun it-tisħiħ ta' l-aspett kwalitattiv ta' l-ugwaljanza.

1.2.9

Il-Kumitat jappoġġja wkoll il-Pjattaforma Ewropea għax-Xjentisti Nisa (5), u jħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati kollha fil-livell nazzjonali u Ewropew biex jiffokaw b'mod speċjali fuq in-nisa li qed jaħdmu fl-oqsma tax-xjenza u r-riċerka. Fl-UE, 29 % tax-xjentisti u l-inġiniera biss huma nisa.

1.3

Il-Kumitat jistenna li l-istituzzjonijiet tal-gvern u l-mexxejja politiċi fl-Istati Membri jkunu ta' eżempju permezz tal-prattiki u l-imġiba tagħhom fl-implimentazzjoni tal-prinċipji diskussi f'din l-opinjoni.

1.4

Il-KESE jirrakkomanda li tingħata attenzjoni speċjali lill-influwenza tal-mezzi tax-xandir biex jeliminaw l-immaġini stereotipati ta' l-irġiel u n-nisa, u biex jippromovu r-rappreżentanza taż-żewġ sessi li tirrifletti b'mod iktar preċiż il-kontribut tagħhom f'kull qasam tas-soċjetà.

2.   Introduzzjoni

2.1

Mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni joħroġ li, bħala medja, in-nisa fl-UE għadhom jaqilgħu 15 % inqas mill-irġiel. It-tneħħija ta' l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel hija wieħed mill-elementi ewlenin li jinsabu fil-Pjan ta' Azzjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2006-2010)  (6). Il-kwistjoni ta' l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel tmur bil-wisq lil hinn mill-problema ta' “paga ndaqs għall-istess xogħol”. Waħda mill-kawżi prinċipali hija marbuta mal-mod ta' kif jiġu evalwati l-kompetenzi tan-nisa meta mqabbla ma' dawk ta' l-irġiel. B'mod ġenerali, xogħol li għalih ikunu meħtieġa kwalifiki u esperjenza jixxiebhu huwa mħallas inqas meta dan ikun f'settur tipikament marbut man-nisa.

2.1.1

L-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel hija xhieda wkoll ta' l-inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol li jolqtu l-iktar lin-nisa, b'mod partikolari d-diffikultà li jsibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. In-nisa jirrikorru iktar għax-xogħol part-time u jinterrompu iktar ta' spiss il-karriera tagħhom. Dan jillimita l-possibbiltajiet ta' tagħlim matul il-ħajja u jxekkel l-iżvilupp professjonali tagħhom. In-nisa huma żvantaġġati wkoll meta jiġu għall-postijiet maniġerjali, u iktar kemm jitilgħu skaluni fil-karriera tagħhom iktar isibu ostakli u reżistenza. Għaldaqstant, il-karriera tan-nisa titwaqqaf iktar ta' spiss, tavvanza b'rata inqas mgħaġġla u hija iqsar minn dik ta' l-irġiel. B'hekk in-nisa jitħallsu inqas. L-istatistika turi li l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel tikber ma' l-età, il-livell ta' edukazzjoni u n-numru ta' snin li persuna tkun ilha fis-servizz — id-differenza fil-pagi tammonta għal 30 % fil-faxxa ta' l-età bejn il-50 u d-59 sena, u 7 % fost iż-żgħażagħ ta' inqas minn 30 sena. Din id-differenza hija ta' iktar minn 30 % fost il-gradwati, u 13 % fost dawk li waqfu mill-iskola wara s-sekondarja.

2.1.2

Il-Komunikazzjoni tipproponi erba' oqsma ta' ħidma:

it-titjib ta' l-implimetazzjoni tal-leġislazzjoni attwali (billi jiġi eżaminat kif jistgħu jiġu adattati u implimentati aħjar il-liġijiet attwali, u billi titqajjem kuxjenza ikbar dwar din il-kwistjoni fost il-poplu);

l-inklużjoni tal-ġlieda kontra l-inugwaljanza fil-pagi bħala parti mill-politika tax-xogħol ta' l-Istati Membri (bil-għajnuna finanzjarja ta' l-UE, speċjalment tal-Fond Soċjali Ewropew) (7);

il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza fil-pagi fost min iħaddem, l-iktar billi ssir referenza għar-responsabbiltà soċjali tagħhom;

l-appoġġ għall-iskambju ta' l-aħjar prattiki madwar l-UE kollha kemm hi, u l-inklużjoni ta' l-imsieħba soċjali.

2.1.3

Il-Komunikazzjoni tanalizza l-fatturi li jikkawżaw l-inugwaljanza fil-pagi, u teżamina r-rimedju possibbli għal dan fil-livell Komunitarju. Il-ħsieb ewlieni huwa li biex wieħed jiġġieled b'mod effettiv kontra l-inugwaljanza fil-pagi, l-azzjoni trid tittieħed fil-livelli kollha, iridu jiġu inklużi l-partijiet ikkonċernati kollha, u jridu jkunu magħrufa l-fatturi kollha li jikkawżaw din l-inugwaljanza.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-KESE jaqbel li l-partijiet ikkonċernati kollha għandhom jieħdu sehem fl-isforzi għat-tnaqqis ta' l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.

3.1.1

Il-progress li għamlu n-nisa fit-taħriġ, fir-riċerka u fl-intraprenditorija mhux rifless fil-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. Ir-rata ta' l-impjieg tan-nisa hija iktar baxxa minn dik ta' l-irġiel (55.7 % kontra 70 %); u din ir-rata hija ħafna iktar baxxa fost in-nisa ta' bejn il-55 u l-64 sena (31.7 %). Barra minn dan, il-qgħad huwa ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel (9.7 % kontra 7.8 %).

3.1.2

Il-KESE huwa tal-fehma li l-gvernijiet nazzjonali, il-korpi inkarigati mill-ugwaljanza fil-livell nazzjonali u b'mod speċjali l-imsieħba soċjali għandhom l-obbligu li jieħdu ħsieb li jiġu limitati d-differenzi strutturali li jeżistu fil-forma ta' segregazzjoni f'diversi oqsma, xogħlijiet u tipi ta' impjiegi, u li jinħolqu sistemi tal-pagi li jkunu kapaċi jnaqqsu l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.

3.1.3

Il-progress li għamlu n-nisa, l-iktar f'oqsma importanti bħat-taħriġ u r-riċerka, la hu rifless fl-istruttura tal-pagi u lanqas fid-dħul tagħhom. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex in-nisa jaqilgħu inqas mill-irġiel ġejja mill-fatt li n-nisa jinterrompu l-karriera tagħhom sabiex jiddedikaw ruħhom għat-tfal u l-familja. Huma n-nisa li jwelldu t-tfal, u huma jqattgħu ħafna iktar ħin magħhom mill-irġiel. Il-leave tal-maternità jfisser ukoll li n-nisa jaħdmu għal tul ta' żmien iqsar, ikollhom inqas esperjenza professjonali u inqas opportunitajiet ta' taħriġ avvanzat. Iktar kemm persuna ddum barra s-suq tax-xogħol, iktar ikun hemm intoppi fl-iżvilupp tal-paga tagħha. In-nisa wkoll għandhom ir-responsabbiltà ewlenija biex jieħdu ħsieb l-anzjani u persuni oħra li jeħtieġu l-kura.

3.1.4

Il-pożizzjoni xejn favorevoli tan-nisa fis-suq tax-xogħol kif ukoll id-differenza fil-pagi li tirriżulta minn dan iħallu l-konsegwenzi tagħhom fuq id-dritt tan-nisa għall-pensjoni. Għaldaqstant, is-sistemi tal-pensjoni għandhom jiġu adattati sabiex in-nisa li jwaqqfu l-attività professjonali tagħhom minħabba l-leave tat-tqala u tat-trobbija ma jkunux żvantaġġati, u b'hekk is-sistemi tal-pensjoni jiggarantixxu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel flimkien ma' l-għan għal perijodu twil ta' żmien li l-pensjonijiet ikunu individwali (8). In-nisa u l-irġiel għandhom jaqsmu r-responsabbiltajiet tal-familja, u r-responsabbiltà tal-ġenituri m'għandhiex twassal għal kundizzjonijiet tal-pensjoni eħżen.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Sa mill-1957, it-Trattat ta' Ruma, fl-Artikolu 119, inkluda l-prinċipju ta' l-ugwaljanza fil-pagi bejn il-ħaddiema rġiel u l-ħaddiema nisa għal xogħol ugwali. Dan l-Artikolu, li sar Artikolu 141 tat-Trattat, jistipula li kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali, għandu jkun applikat.

4.1.1

Għalhekk, b'konformità mar-raba' paragrafu ta' dan l-Artikolu, sabiex jassiguraw b'mod konkret l-ugwaljanza sħiħa bejn l-irġiel u n-nisa, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jieħdu miżuri bil-għan li jiffaċilitaw l-eżerċizzju ta' attività professjonali mis-sess l-inqas rappreżentat.

4.1.2

Il-possibbiltà legali li jittieħdu miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva għandha tinżamm, u jekk ikun hemm bżonn tissaħħaħ, peress li għadhom jeżistu differenzi kbar bejn in-nisa u l-irġiel fil-pożizzjonijiet maniġerjali. Fis-sena 2000, in-nisa kienu jokkupaw biss 31 % tal-postijiet ta' livell għoli; sa l-2006 dan żdied biss b'punt perċentwali u tela' għal 32 % (9).

4.1.3

Id-Direttiva 75/117/KEE, li adotta l-Kunsill fl-1975, tistipula li l-prinċipju ta' pagi ndaqs bejn in-nisa u l-irġiel għall-istess xogħol jew għal xogħol ta' l-istess valur jimplika t-tneħħija ta' kull diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess fl-aspetti u l-kundizzjonijiet kollha tal-pagi. Din id-Direttiva kienet il-bażi ta' ħafna mil-liġijiet nazzjonali dwar il-prinċipju ta' paga ndaqs kif ukoll ta' ċerti ftehimiet kollettivi, u b'hekk saħħet il-pożizzjoni tal-mara fis-suq tax-xogħol.

4.1.4

Skond l-Artikolu 141 tat-Trattat KE “paga” tfisser “il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, sew jekk fi flus jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, għall-impjieg tiegħu, mingħand min iħaddmu”.

4.1.5

Il-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward il-kundizzjonijiet ugwali ta' l-ingaġġ u tal-pagi għandhom jitfasslu b'mod iktar koerenti sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni diretta u indiretta kontra n-nisa.

4.1.6

Jidher ċar li l-leġislazzjoni attwali ma kinitx implimentata b'mod adegwat f'dak li għandu x'jaqsam mar-rispett tal-prinċipju ta' paga ndaqs għal xogħol ta' l-istess valur. Huwa diffiċli li wieħed jidentifika dan it-tip ta' diskriminazzjoni. Il-partijiet ikkonċernati mhux dejjem ikunu konxji mid-diskriminazzjoni u/jew ftit li xejn ikunu jistgħu jagħtu prova ta' każ ta' diskriminazzjoni. Fl-opinjoni tal-Kumitat, l-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom għandu jkollhom aċċess għal mezzi effiċjenti sabiex janalizzaw jekk l-istess xogħol jew ix-xogħol ta' l-istess valur hux qiegħed jitħallas bl-istess mod.

4.1.7

Strument effiċjenti għas-sorveljanza u l-garanzija ta' pagi ġusti jinvolvi r-reviżjoni annwali tal-qagħda u l-iżvilupp tal-pagi li jagħmel min iħaddem f'intrapriżi kbar u medji biex jiġu identifikati l-problemi ta' diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fis-sistemi tal-klassifikazzjoni tax-xogħlijiet, u jiġu implimentati soluzzjonijiet xierqa billi jitfassal pjan favur l-ugwaljanza li jinkludi sistemi ta' pagi trasparenti biex jiżguraw li l-ħiliet, l-esperjenza u l-potenzjal tal-personal kollu jitħallsu b'mod ġust. Għandu jitħejja pjan favur l-ugwaljanza b'objettivi konkreti, bħal per eżempju t-tnaqqis tad-differenzi bejn il-pagi b'1 % fis-sena. Fl-Istati Membri kollha, kull sena min iħaddem għandu jipprovdi statistika tal-pagi skond is-sessi lill-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom.

4.1.8

Wieħed mill-ostakli fl-implimentazzjoni totali tal-liġijiet huwa n-nuqqas ta' informazzjoni u ta' għarfien dwar id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fost il-partijiet ikkonċernati. Persuna minn kull tlieta biss ikkonfermat li taf x'inhuma d-drittijiet tagħha f'każ li tiġi diskriminata (10). Fil-fehma tal-Kumitat huwa importanti li kemm iċ-ċittadini b'mod ġenerali kif ukoll ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta' min iħaddem, u dawk li jaħdmu fis-settur tal-ġustizzja jkomplu jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom.

4.1.9

L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-aċċess mingħajr tfixkil għall-mekkaniżmi biex wieħed jappella jew jirraporta każi ta' diskriminazzjoni, u b'konformità mad-Direttiva 97/80/KE tal-Kunsill rigward il-piż tal-prova fil-każijiet ta' diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, għandha tiġi mill-akkużat li jagħti prova, fil-qorti jew quddiem awtorità kompetenti oħra, li l-prinċipju tat-trattament ugwali ma nkisirx.

4.1.10

Minkejja l-liġijiet u l-ftehimiet kollettivi, l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel ma tnaqqsetx. B'hekk joħroġ fid-dieher li jeżistu fatturi oħra (psikoloġiċi, soċjali, kulturali) li jikkawżaw id-differenzi fil-pagi, ngħidu aħna d-diffikultà li jinstab bilanċ bejn il-familja u x-xogħol. Huwa importanti li jinkiseb bilanċ bejn il-ħajja privata u l-ħajja professjonali. Għaldaqstant, il-Kumitat jaħseb li l-ġlieda għall-ugwaljanza fil-pagi għandha tinfirex f'ħafna oqsma differenti.

4.1.11

Għandha tiġi sfruttata l-possibbiltà legali li jitqiesu l-klawżoli soċjali fl-appalti pubbliċi għax hekk tingħata preferenza lill-operaturi li jaħdmu favur l-ugwaljanza u l-pagi ġusti għall-irġiel u n-nisa.

4.1.12

Il-Kumitat iħoss li l-amministrazzjoni tal-gvern fl-Istati Membri għandha tkun ta' eżempju għal min iħaddem mhux biss b'rabta mal-kwistjonijiet relatati direttament mal-pagi ndaqs u l-promozzjoni, iżda anke fl-arranġamenti bħall-ħin tax-xogħol flessibbli li joffri bilanċ tajjeb bejn il-ħajja u x-xogħol, u fil-politika tat-taħriġ biex tiggarantixxi l-opportunitajiet indaqs.

4.1.13

Il-persuni pubbliċi, inklużi l-politiċi, jaqdu rwol ċentrali fit-tqajjim ta' kuxjenza. Bis-saħħa ta' l-eżempju tajjeb fil-ħajja professjonali u privata tagħhom, huma spiss ikollhom impatt ikbar minn kwalunkwe kampanja promozzjonali li tqum il-flus.

4.2   It-tneħħija ta' l-inugwaljanza fil-pagi bħala parti mill-politika tax-xogħol ta' l-Istati Membri

4.2.1

L-istrateġija ta' l-UE għat-tkabbir u l-impjiegi li tinsab fl-istrateġija ta' Lisbona hija strument importanti għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol u t-tnaqqis ta' l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Fil-fehma tal-Kumitat huwa importanti li jittieħdu miżuri bil-għan li jissaħħaħ l-aċċess u l-parteċipazzjoni ta' kulħadd fis-suq tax-xogħol — għal dan tinħtieġ ukoll l-għajnuna finanzjarja mill-Fondi Strutturali.

4.2.2

Il-Kumitat jirrakkomanda dawn il-miżuri li ġejjin:

il-garanzija tat-trasparenza fil-klassifikazzjoni tax-xogħlijiet b'għadd ta' kriterji li jitfasslu u jiġu implimentati mingħajr diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa;

il-garanzija ta' kriterji differenti ta' valutazzjoni li jkunu marbuta man-natura tax-xogħol u mhux mal-persuna, u li ma jinkludux forom differenti li jistgħu jwasslu għad-diskriminazzjoni;

il-promozzjoni ta' l-għażliet professjonali “mhux tradizzjonali” sabiex ikun influwenzat u jitnaqqas l-iżbilanċ fis-suq tax-xogħol. L-objettiv għandu jkun li n-nisa jagħżlu professjonijiet fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija, filwaqt li l-irġiel ifittxu u jagħżlu professjonijiet li normalment isiru min-nisa;

l-inkoraġġiment ta' min iħaddem biex jiżviluppa u jimplimenta programmi favur l-ugwaljanza, fosthom stħarriġ dwar il-paga, kif ukoll biex jibqa' jadattahom għall-iżviluppi li jkun hemm;

l-inkoraġġiment ta' l-impjegati u ta' min iħddem biex jikkontribwixxu għall-iżvlipp tal-ħiliet;

l-inkoraġġiment ta' min iħaddem u tat-trade unions biex jiddaħħlu mekkaniżmi għas-sorveljanza tal-pagi. F'dan il-kuntest għandhom jintużaw in-nomenklatura ta' l-impjiegi, il-proċeduri legali, il-każistika u l-klassifika tal-professjonijiet;

l-inkoraġġiment u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp sabiex in-nisa jfittxu u jiksbu postijiet ta' livell ogħla, pożizzjonijiet tat-tmexxija u maniġerjali fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp, it-teknoloġija u l-innovazzjoni;

l-inkoraġġiment ta' parteċipazzjoni ikbar min-naħa tan-nisa fil-livelli professjonali kollha ta' l-oqsma li qed jiżviluppaw, bħat-turiżmu, il-ħarsien ta' l-ambjent u r-riċiklaġġ, it-telekomunikazzjoni u l-bijoteknoloġija;

il-promozzjoni ta' prattiki ta' ġestjoni li jiffavorixxu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

l-inklużjoni ta' indikatur ta' segwitu speċifiku fl-istrateġija ta' l-impjiegi li bis-saħħa tiegħu wieħed ikun jista' jissorvelja l-ugwaljanza tal-pagi fil-livell Komunitarju.

4.3   Il-Kumitat jirrakkomanda dawn il-miżuri li ġejjin sabiex tissaħħaħ l-ugwaljanza fl-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali:

il-promozzjoni u ż-żieda fil-proporzjon ta' nisa li jipparteċipaw fit-taħriġ professjonali u tas-suq tax-xogħol fl-oqsma tat-teknoloġija u l-informatika (speċjalment fil-livelli għolja fil-qasam ta' l-IT);

l-inkoraġġiment u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp permezz tat-taħriġ, l-esperjenza u miżuri oħra tas-suq tax-xogħol bil-għan li għadd ikbar ta' rġiel isibu xogħol fl-oqsma tas-servizzi u tas-saħħa u l-kura;

l-inkoraġġiment ta' iktar flessibbiltà fl-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex jintlaħqu n-nisa li jgħixu f'żoni rurali u mhux daqstant popolati;

il-promozzjoni ta' l-opportunitajiet tan-nisa biex itejbu l-ħiliet professjonali tagħhom permezz tat-taħriġ vokazzjonali matul il-leave tal-ġenituri u hekk kif jerġgħu jirritornaw għax-xogħol.

4.4   Il-Kumitat jirrakkomanda dawn il-miżuri li ġejjin sabiex jinħolqu u jissaħħu l-possibbiltajiet li n-nisa jwaqqfu l-intrapriża tagħhom:

l-isfruttar tal-Fondi Strutturali sabiex jingħata appoġġ lil nisa li jkunu jridu jwaqqfu intrapriża (11);

it-tqajjim ta' kuxjenza dwar it-trattament ugwali fost il-maniġers, id-diretturi u l-konsulenti dwar it-twaqqif ta' intrapriża, u l-promozzjoni tal-kunsiderazzjoni ta' kwistjonijiet marbuta ma' l-ugwaljanza;

l-aġġustament u t-tfassil tas-servizzi ta' għajnuna (finanzjarja u teknika) għall-SMEs sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet tan-nisa li jkunu jridu jwaqqfu u jiżviluppaw l-intrapriża tagħhom stess;

l-għoti ta' għajnuna finanzjarja/self għall-intraprendituri nisa;

il-promozzjoni ta' netwerks u organizzazzjonijiet għall-intraprendituri nisa, u ta' mentoring min-nisa għan-nisa;

appoġġ partikolari għal nisa li jkunu jridu jwaqqfu u jiżviluppaw intrapriża fl-oqsma tat-telekomunikazzjoni u t-tekonoloġija avvanzata;

appoġġ għal nisa li jippromovu u jieħdu inizjattivi soċjo-ekonomiċi.

4.5   Għandu jissaħħaħ id-dritt tan-nisa li joħorġu jaħdmu u jaqilgħu l-għajxa ta' kuljum. Kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel għandhom ikunu jistgħu jgħixu b'mod deċenti minn fuq dak li jaqilgħu. Il-Kumitat jirrakkomanda dawn il-miżuri li ġejjin sabiex ikun jista' jinħoloq b'mod iktar faċli l-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol:

bis-saħħa ta' day care centres għat-tfal sussidjati mill-gvern, il-ġenituri jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu u jinterrompu l-karriera tagħhom għal tul ta' żmien iqsar;

il-promozzjoni ta' taħriġ professjonali għall-personal li jieħu ħsieb it-tfal u tal-kura tas-saħħa;

l-introduzzjoni tal-leave tal-ġenituri bil-ħlas f'pajjiżi fejn bħalissa dan ma jeżistix — per eżempju bis-saħħa tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom l-istituzzjonijiet Ewropej. Għandha tingħata wkoll il-possibbiltà ta' leave tal-ġenituri bil-ħlas itwal. Il-leave tal-ġenituri għandu jkun jista' jinqasam bejn il-ġenituri. Il-fatt li parti mil-leave tal-ġenituri tintrefa' għall-missier huwa progress importanti fl-isforzi biex il-missier jerfa' iktar responsabbiltà fil-familja. L-inizjattivi finanzjarji bħala kumpens għat-tnaqqis fid-dħul jistgħu jikkontribwixxu biex iktar irġiel jieħdu l-leave tal-paternità (din il-kwistjoni tinsab fl-aġenda ta' l-imsieħba soċjali Ewropej, kif ġie propost matul it-tieni konsultazzjoni ta' l-imsieħba soċjali Ewropej dwar il-bilanċ bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja privata u l-familja) (12);

appoġġ għax-xogħol mill-bogħod u t-teleworking sabiex jinħolqu iktar opportunitajiet għal dawk in-nies li, għal diversi raġunijiet, ma jistgħux jivvjaġġaw lejn il-post tax-xogħol biex jaħdmu u jipparteċipaw f'korsijiet ta' taħriġ;

il-ħolqien ta' taħriġ biex wieħed ikun jista' jerġa' jidħol fid-dinja tax-xogħol, per eżempju bis-saħħa tas-sistema tat-taxxa. Dan it-taħriġ għandu jkun immirat l-iktar lejn in-nisa li waqfu mix-xogħol għal perijodu twil ta' żmien minħabba l-leave tal-ġenituri u/jew il-leave tat-trobbija;

it-twaqqif ta' faċilitajiet, sussidjati mill-fondi pubbliċi, għall-anzjani u persuni oħra li jeħtieġu l-kura, li bis-saħħa tagħhom ikun iktar faċli, b'mod partikolari għan-nisa, biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol.

4.6   Il-Kumitat jirrakkomanda dawn il-miżuri li ġejjin sabiex jissaħħu l-parteċipazzjoni u l-influwenza tan-nisa:

il-ħolqien ta' bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel f'kumitati u f'korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

l-involviment ta' l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi li jaħdmu għall-ugwaljanza u l-organizzazzjonijiet tan-nisa f'korpi ta' sorveljanza, sħubijiet u fora oħra;

it-titjib tal-possibbiltajiet li n-nisa jokkupaw postijiet tat-tmexxija u tat-teħid ta' deċiżjonijiet f'korpi li huma responsabbli għat-tmexxija u l-implimentazzjoni;

il-garanzija li n-nisa jgawdu minn ugwaljanza kontinwa fis-suq tax-xogħol sabiex huma ma jkunux meħtieġa biss matul il-perijodi ta' prosperità ekonomika u jkunu huma l-ewwel u l-iktar li jintlaqtu meta l-ekonomija ma tkunx sejra tajjeb;

l-organizzazzjoni ta' skambji ta' opinjonijiet regolari ma' l-organizzazzjonijiet li jaħdmu favur l-ugwaljanza.

4.7   Ir-rispett ta' l-ugwaljanza fil-pagi u r-responsabbiltà soċjali min-naħa ta' min iħaddem

4.7.1

Il-prinċipju ta' l-istess ħlas għall-istess xogħol qed jiġi rikonoxxut dejjem iktar fl-Ewropa, għalkemm dan mhux ovvju fis-27 Stat Membru. Għalkemm il-Konvenzjoni għall-Ħlas Indaqs ta' l-ILO (adottata fl-1951) ġiet ratifikata mis-27 Stat Membru kollha aktar minn 50 sena ilu, u fl-Artikolu 2 tistipula li kull membru, b'mezzi adattati għall-metodi fis-seħħ li jiddeterminaw ir-rati ta' ħlas, għandu jħeġġeġ u, sa fejn jibqa' konsistenti ma' dawn il-metodi, jiżgura li l-prinċipju ta' ħlas indaqs għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ta' l-istess valur jiġi applikat għall-ħaddiema kollha. Għadha teżisti l-ipoteżi li l-mara tista' tistrieħ fuq id-dħul tar-raġel, għalkemm dan m'huwiex il-każ fis-soċjetà ta' llum. Lanqas huwa ovvju u aċċettat kullimkien li x-xogħol ta' l-istess valur jitħallas b'mod ugwali. L-analiżi biex jiġi determinat jekk ix-xogħlijiet u l-professjonijiet humiex ta' l-istess valur hija diffiċli immens. Għadd ta' każijiet tal-qorti jistgħu joffru xi tip ta' gwida f'din il-kwistjoni.

4.7.2

Fil-fehma tal-Kumitat, min iħaddem jista' jikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' l-inugwaljanza fil-pagi permezz ta' dawn il-miżuri li ġejjin:

il-ħinijiet tax-xogħol flessibbli jiffavorixxu l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol. Il-possibbiltà ta' xogħol volontarju part-time toffri waħda mill-opportunitajiet li l-ġenituri jsibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja; għalhekk huwa importanti li jiġi assigurat li dawn ikunu jistgħu jerġgħu jirritornaw għall-impjieg full-time tagħhom. Jekk dawk li jkunu qed jaħdmu part-time kontra qalbhom tingħatalhom il-possibbiltà li jaħdmu full-time, dawn ikunu jistgħu jsiru ekonomikament indipendenti, u dan huwa partikolarment importanti għal dawk li għandhom il-piż tal-familja fuq darhom;

il-ħinijiet tax-xogħol għandhom ikunu jaqblu mal-ħajja familjari. Għandu jinbidel it-tqassim tax-xogħol tad-dar u tal-kura skond is-sess sabiex jinħoloq bilanċ aħjar bejn in-nisa u l-irġiel. L-irġiel iridu jaqdu rwol ikbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-kura fil-familja u fid-dar;

il-mudelli għall-paragun tax-xogħlijiet u r-responsabbiltajiet professjonali joffru bażi għall-analiżi tal-pagi, u b'hekk jinħoloq strument għall-promozzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali. Jenħtieġ ukoll l-iżvilupp ta' skemi ta' evalwazzjoni tax-xogħol li jistgħu jintużaw biex jiġu determinati xogħlijiet ta' l-istess valur fost gruppi ta' persunal differenti. Dan jgħin sabiex ikun żgurat li titħallas l-istess paga għall-istess xogħol irrispettivament mis-sess;

jekk il-leave tal-ġenituri jinftiehem f'kuntest pożittiv u jiġi ppremjat bi promozzjonijiet u bi strutturi ta' ħlas. Madankollu, dan m'għandux ikun ta' żvantaġġ fir-rigward ta' paga u avvanz fil-karriera għall-persuni bla wlied;

bit-twaqqif ta' day care centres għat-tfal, is-soċjetà u min iħaddem jikkontribwixxu sabiex in-nisa jkollhom iktar possibbiltà li jżommu l-post tax-xogħol u li javvanzaw fil-karriera tagħhom;

min iħaddem jista' jiffaċilta u jtejjeb il-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol billi jagħti l-leave matul il-vaganzi ta' l-iskola u/jew meta t-tfal jimirdu;

fl-Istati Membri fejn m'hemmx id-dritt statutorju għal-leave tal-paternità jew ta' l-adozzjoni, min iħaddem jista' jagħti eżempju billi jerfa' r-responsabbiltà soċjali tiegħu u joffri l-possibbiltà ta' dan il-leave (13);

min iħaddem għandu joffri l-leave għall-kura f'każ li jimirdu l-qraba stretti;

għandha tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-taħriġ avvanzat u fi programmi għall-iżvilupp tal-karriera;

l-irġiel, kif ukoll in-nisa stess, iridu jitgħallmu jaraw, jifhmu, jagħrfu u jużaw il-ħiliet tan-nisa.

4.8   Iktar skambju ta' l-aħjar prattiki fl-UE u l-involviment ta' l-imsieħba soċjali

4.8.1

Fil-fehma tal-Kumitat, il-progress konkret jista' jinkiseb permezz ta' l-iskambju u l-promozzjoni ta' l-aħjar prattiki u bid-djalogu fil-fond bejn l-Istati Membri. L-ugwaljanza ġenwina u l-paga ġusta jistgħu jinkisbu biss jekk l-Istati Membri jieħdu miżuri kostruttivi u jaħdmu bis-sħiħ sabiex jeliminaw l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Min iħaddem u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema kif ukoll l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandhom rwol importanti x'jaqdu sabiex jinkiseb dan l-objettiv.

4.8.2

L-imsieħba soċjali għandhom jgħinu sabiex titnaqqas l-inugwaljanza fil-pagi bis-saħħa ta' inizjattivi apposta matul in-negozjar tal-pagi. Eżempju konkret ta' inizjattiva bħal dawn li kienet ta' suċċess huwa l-qafas ta' azzjoni li fasslu l-imsieħba soċjali fl-2005 għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u li waħda mill-erba' prijoritajiet tiegħu kienet proprju l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel (14).

4.8.3

Jinħtieġu diversi tipi ta' bidliet fl-istatistika dwar il-pagi ħalli l-informazzjoni dwar id-differenzi fil-pagi ssir bażi iktar adegwata biex jittieħdu d-deċiżjonijiet. Il-fatturi li jikkawżaw l-inugwaljanza fil-pagi għandhom bżonn jiġu eżaminati iktar bir-reqqa, u l-iskambju ta' l-għarfien li jirriżulta minn din l-analiżi jista' jintuża biex jinkixfu, jiġu kkoreġuti u evitati l-każijiet ta' diskriminazzjoni.

4.8.4

Għal dan il-għan, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien tax-Xogħol, li għandha s-sede tagħha f'Dublin, u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandhom jipprovdu statistiċi komparabbli mill-Istati Membri dwar il-proporzjon tan-nisa f'pożizzjonijiet tat-tmexxija u maniġerjali kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, u statistiċi dwar il-progress ta' kull Stat Membru f'dak li għandu x'jaqsam mal-prinċipju ta' l-istess paga għall-istess xogħol.

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Artikolu 4: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:1998:014:0006:0008:EN:PDF.

(2)  Din il-kwistjoni tinsab fl-aġenda ta' l-imsieħba soċjali Ewropej, kif ġie propost matul it-tieni konsultazzjoni ta' l-imsieħba soċjali Ewropej dwar il-bilanċ bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja privata u l-familja.

(3)  F'dan ir-rigward, il-KESE jfakkar fir-rakkomandazzjonijiet li diġà ressaq diversi drabi f'opinjonijiet preċedenti; l-aktar waħda reċenti hija l-opinjoni tal-KESE tat-13 ta' Frar 2008 dwar “il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-Politika ta' l-Impjiegi ta' l-Istati Membri (skond Artikolu 128 tat-Trattat tal-KE)” (SOC/303), rapporteur: is-Sur Greif (ara b'mod b'mod speċjali punt 2.3).

(4)  COM(2008) 10 finali, 23.1.2008.

(5)  Ara www.epws.org.

(6)  Opinjoni tal-KESE dwar l-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġielPjan ta' Azzjoni 2006-2010, rapporteur: Grace Attard, ĠU C 318 tat-23.12.2006. (Din l-opinjoni ma nqalbitx għall-Malti). F'dan il-kuntest nistgħu nsemmu wkoll dawn l-opinjonijiet li ġejjin: l-opinjoni (SOC/204) tal-KESE tat-28 ta' Diċembru 2005 dwar Il-ħolqien ta' Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza, rapporteur: Dana Štechová, ĠU C 24, 31.1.2006 (din l-opinjoni ma nqalbitx għall-Malti), kif ukoll l-opinjoni (SOC/207) tal-KESE tad-29 ta' Settembru 2005 dwar Il-faqar fost in-nisa fl-Ewropa, rapporteur: Brenda King, ĠU C 24, 31.1.2006 (din l-opinjoni ma nqalbitx għall-Malti). Ara wkoll Il-Karta tal-KETU dwar il-gender mainstreaming fit-trade unions, li ġiet adottata mill-Kungress tal-KETU f'Seville nhar it-23 ta' Mejju 2007, kif ukoll Il-manwal tal-Kummissjoni Ewropea għall-gender mainstreaming tal-politiki tax-xogħol, ta' Lulju 2007.

(7)  Ara nota 3.

(8)  Opinjoni tal-KESE tad-29 ta' Novembru 2001 dwar it-Tkabbir ekonomiku, it-tassazzjoni u s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet fl-UE (ĠU C 48 tal-21.2.2002); rapporteur: is-Sur Byme, ko-rapporteur: is-Sur van Dijk. (Din l-opinjoni ma nqalbitx għall-Malti).

(9)  Eurostat, Stħarriġ dwar il-ħaddiem, il-maniġers fl-UE — tqassim skond is-sess fl-2000 u fl-2006.

(10)  Eurobarometer.

(11)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar l-ispirtu intraprenditorjali u l-aġenda ta' Lisbona tal-25 ta' Ottubru 2007, rapporteur: is-Sinjura Sharma, ko-rapporteur: is-Sur Olsson, ĠU C 44 tas-15.2.2008.

(12)  Fid-Danimarka, mill-1 ta' Ottubru 2006 'l hawn l-intrapriżi kollha ġew obbligati legalment ipoġġu xi flus f'fond ta' kumpens nazzjonali għal-leave tal-ġenituri. B'dan il-mod, l-ebda intrapriża ma tkun żvantaġġata meta tiġi biex tħallas il-pagi matul il-leave tal-ġenituri, u m'hemmx ir-riskju li l-ġenituri bil-leave jsiru piż ekonomiku fuq min iħaddem. Fl-Islanda teżisti sistema simili fejn min iħaddem u l-ħaddiema kollha jpoġġu xi flus f'fond għal-leave tal-ġenituri. Barra minn hekk, hawnhekk iddaħħal mudell maqsum fi tlieta fejn l-omm u l-missier jieħdu tlieta mid-disa' xhur ta' leave tal-ġenituri kull wieħed, filwaqt li t-tielet parti jistgħu jaqsmuha. Minn mindu daħal fis-seħħ dan ir-regolament kważi 90 % tal-missirijiet qed jieħdu l-leave tal-ġenituri fl-Islanda.

(13)  Fl-1 ta' Ġunju 2006, fl-Isvezja daħlet fis-seħħ liġi ġdida dwar il-leave tal-ġenituri li tistipula li min iħaddem ma jistax jiddiskrima lill-ħaddiema minħabba raġunijiet marbuta mal-leave tal-ġenituri. B'konformità ma' din il-liġi, ma tista' ssir l-ebda distinzjoni bejn il-ħaddiema li jkunu bil-leave tal-ġenituri u dawk li ma jkunux. Skond ir-rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet li jaħdmu favur l-ugwaljanza, il-ħaddiema li jkunu bil-leave tal-ġenituri għandhom jiġu ttrattati bħallikieku kienu qed jaħdmu. Bejn wieħed u ieħor in-nisa jieħdu leave tal-ġenituri itwal minn ta' l-irġiel, u għalhekk huma jkollhom jirrinunzjaw għal iktar bonuses u konċessjonijiet ta' flus.

(14)  Qafas ta' azzjoni għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa:

http://ec.europa.eu/employment_social/news/2005/mar/gender_equality_en.pdf.


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/61


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-prevenzjoni tat-terroriżmu u tar-radikalizzazzjoni vjolenti

(2008/C 211/17)

F'ittra bid-data tas-17 ta' Diċembru 2007, is-Sinjura Margot Wallström, Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, biex iħejji opinjoni esploratorja dwar:

Il-prevenzjoni tat-terroriżmu u tar-radikalizzazzjoni vjolenti.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta' April 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Retureau. Il-ko-rapporteur kien is-Sur Cabra de Luna.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'147 vot favur, vot wieħed kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Introduzzjoni

1.1

Il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat biex ifassal opinjoni dwar il-prevenzjoni tat-terroriżmu u, b'mod iktar speċifiku, dwar il-politiki ta' prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti, li fuqhom hija trid tadotta komunikazzjoni f'Lulju 2008. L-għan ewlieni tal-komunikazzjoni huwa li tidentifika politiki, azzjonijiet u inizjattivi li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala prattika tajba fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti. Bħalissa l-pjan huwa li l-komunikazzjoni tindirizza suġġetti bħar-radikalizzazzjoni vjolenti fil-ħabsijiet u f'postijiet oħra fejn in-nies huma vulnerabbli jew postijiet li jistgħu jintużaw għar-reklutaġġ tat-terroristi, u li teżamina d-diskors u l-ideoloġija espressi mill-estremisti vjolenti, kif ukoll l-impenn u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili.

1.2

Id-dinja ta' wara l-Gwerra l-Bierda u tal-globalizzazzjoni ekonomika għaddiet minn bidla kbira fl-ambitu tar-relazzjonijiet internazzjonali, bidla li kellha impatt fuq l-istituzzjonijiet universali bħan-Nazzjonijiet Uniti, li għaddew minn (u għarfu) żieda kbira fin-numru ta' entitajiet statali ġodda li ħadu s-sovranità tagħhom u ddikjaraw ruħhom soġġetti għal-liġi internazzjonali pubblika.

1.3

Barra minn hekk, qamu xi kunflitti f'għadd minn dawn il-pajjiżi l-ġodda, u xi gruppi armati għadhom jokkupaw parti minn dawn l-artijiet; id-drittijiet tal-bniedem spiss ma jiġux irrispettati.

1.4

L-artijiet jew partijiet mill-artijiet li l-kontroll tagħhom huwa dgħajjef jew ineżistenti huma ġenna ta' l-art għall-mexxejja tal-gruppi terroristiċi ewlenin, li għandhom it-tendenza li jiftħu l-bażijiet tagħhom f'postijiet fejn l-istat tad-dritt u l-libertajiet pubbliċi m'għadhomx jeżistu.

1.5

Ir-rikors għall-gwerra klassika ma kienx effikaċi ħafna kontra theddida mifruxa, b'ħafna forom differenti u bi strutturi varji, u li timmanipula n-nies f'isem il-fundamentaliżmu jew l-ideoloġija politika anti-demokratika ta' organizzazzjonijiet jew gruppi informali li huma lesti li jużaw il-vjolenza politika.

1.6

Il-fatt li ma nstabitx soluzzjoni paċifika għas-sitwazzjoni fil-Palestina u sitwazzjonijiet oħra ta' kunflitt armat fid-dinja huwa wkoll fattur politiku li jiffavorixxi l-ideat estremisti u l-atti terroristiċi internazzjonali, iżda wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-biċċa l-kbira ta' l-atti terroristiċi jsiru fil-kuntest ta' kunflitti interni.

1.7

Mingħajr l-ebda dubju, ma saritx analiżi dettaljata biżżejjed tal-motivazzjonijiet u l-metodi ta' reklutaġġ li, bħalma ġara fil-każ tal-11 ta' Settembru 2001, jistgħu jittrasformaw- lill-membri ta' l-istaff eżekuttiv, inġiniera u intellettwali f'nies li jippjanaw u jwettqu attentati suwiċida kkoordinati li jitolbu determinazzjoni u intelliġenza kbira kif ukoll ċerta kapaċità ta' infiltrazzjoni fis-soċjetajiet demokratiċi; it-tfassil ta' kontro-strateġija adattata u ta' l-istess livell jeħtieġ fehim mill-aħjar ta' l-ideoloġija u l-psikoloġija involuti, flimkien ma' l-analiżi ġeopolitika li hija essenzjali, u l-użu tal-mezzi kollha ta' ġbir u skambju ta' informazzjoni.

1.8

Filwaqt li l-mezzi ta' komunikazzjoni u l-globalizzazzjoni ħolqu dinja globalizzata fejn ċerti sitwazzjonijiet ma jistgħux jiddependu mil-livell nazzjonali biss, barra l-kriżi ta' l-istati nazzjon, il-liġi internazzjonali wkoll tinsab fi kriżi, billi din m'għandhiex mezzi ta' kontroll dissważivi u lanqas mezzi legali adegwati għall-intervent. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biss għandu l-poteri suffiċjenti, iżda anke dawn huma relattivi minħabba d-dritt ta' veto li għandhom ħames pajjiżi.

1.9

Madankollu, sistema multilaterali effikaċi u aġġornata tkun tista' tindirizza aħjar il-problemi globali, klimatiċi, ekonomiċi u soċjali; il-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali tista' tkun iktar effikaċi f'qafas multilaterali li jiżgura l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet u l-aġenziji internazzjonali (Interpol), bil-parteċipazzjoni ta' l-NGOs li jkomplu jimmonitorjaw id-demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet proċedurali u tal-libertajiet pubbliċi.

2.   Responsabbiltajiet għall-Ewropa u azzjonijiet li qegħdin jitwettqu jew jitħejjew bħalissa

2.1

Ġlieda effikaċi kontra t-terroriżmu fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea titlob li l-Istati Membri jadottaw definizzjoni komuni ta' l-att kriminali tat-terroriżmu u li jarmonizzaw il-liġi kriminali tagħhom fl-akkuża u s-sanzjonijiet ukoll. Dan il-proċess, flimkien ma' l-adozzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew, malajr tnieda u maż-żmien, speċjalment mis-snin 90 lil hawn, il-Kunsill adotta deċiżjonijiet qafas rilevanti.

2.2

Minn mindu twettqu l-attentati qattiela tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti, twaqqfet koordinazzjoni kruċjali kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew u Komunitarju: il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti flimkien ma' l-Interpol, in-NATO għall-operazzjonijiet militari, il-Kunsill ta' l-Ewropa per eżempju bil-Konvenzjoni Ewropea kontra t-Terroriżmu, l-OSCE u fl-aħħar l-Unjoni Ewropea u l-Europol. Ġew żviluppati kooperazzjonijiet ma' l-Istati Uniti, mal-pajjiżi tal-Magreb u ma' l-Unjoni Afrikana, kif ukoll operazzjonijiet speċifiċi ta' assistenza lil ċerti pajjiżi fl-ambitu militari, tal-pulizija u finanzjarju.

2.3

Intlaħaq kunsens fl-istituzzjonijiet Komunitarji kif ukoll fl-Istati Membri, fost il-mexxejja politiċi u l-maġġoranza taċ-ċittadini, fir-rigward tad-definizzjoni tat-terroriżmu u t-tipi ta' azzjonijiet legali jew illegali li m'humiex marbutin ma' din id-definizzjoni; fil-fatt huwa neċessarju li wieħed jiffoka esklużivament fuq it-theddida u l-iżviluppi tagħha, sabiex jiġi evitat li l-azzjoni tinfirex iżżejjed jew li jkun hemm restrizzjonijiet inutli tad-drittijiet u l-libertajiet individwali u kollettivi.

2.4

Madankollu, f'ċerti pajjiżi ta' l-Afrika u tal-Lvant Nofsani b'mod partikolari, pajjiżi bi gvernijiet awtoritarji, wieħed jista' josserva tendenza kontra kull forma ta' oppożizzjoni politika li qiegħda tissejjaħ ġlieda kontra t-terroriżmu, u dan huwa sors ta' inkwiet għall-Unjoni u l-membri tagħha, billi wħud minnhom għandhom relazzjonijiet ekonomiċi, politiċi u ta' kooperazzjoni militari mal-mexxejja ta' dawn il-pajjiżi, u għalhekk għandhom jużaw l-influwenza tagħhom biex inaqqsu l-abbuż.

2.5

L-iktar ħaġa kkumplikata fil-livell internazzjonali hija l-problema tar-risposta adattata għat-theddid li jippersisti bla waqfien fid-dinja kollha minn diversi gruppi terroristiċi, theddid li ġeneralment huwa dirett lejn l-ambaxxati jew “miri” oħra, b'mod partikolari l-popolazzjoni ċivili. Għal raġunijiet ġeografiċi, l-Ewropa hija l-iktar art mhedda mill-attakki terroristiċi.

2.6

L-atti terroristiċi għandhom l-għan li joħolqu klima ta' biża' u nuqqas ta' sigurtà u li jeqirdu l-istituzzjonijiet demokratiċi. Għalhekk, wieħed għandu joqgħod attent li ma jaqax fin-nassa tar-restrizzjonijiet mhux iġġustifikati tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili f'isem is-sigurtà; il-pajjiżi l-iktar mhedda ilhom is-snin f'sitwazzjoni eċċezzjonali ta' intensità ftit jew wisq qawwija, u ċerti miżuri jistgħu jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ jew li jista' jiġi kkontrollat, per eżempju fil-qasam tad-data personali tal-passaġġieri transatlantiċi, fejn tintalab informazzjoni dettaljata żżejjed li tinżamm għal żmien twil wisq.

2.7

Il-monitoraġġ tan-netwerks, is-sorveljanza ffilmjata ġeneralizzata fil-postijiet pubbliċi kollha u f'dawk privati b'aċċess pubbliku, il-politika ta' kontroll fil-fruntieri, il-ġestjoni tal-manifestazzjonijiet, it-tfittxija bir-reqqa fuq il-persuni fl-ajruporti — dawn kollha, jekk isiru b'mod esaġerat, jistgħu jkunu ta' ħsara għall-privatezza tal-persuna, il-moviment ħieles u b'mod iktar ġenerali l-libertajiet ċivili. Dan jista' jaffettwa l-appoġġ taċ-ċittadini għall-politiki kontra t-terroriżmu, għax azzjonijiet bħal dawn jistgħu jidhru li huma diretti lejhom.

2.8

L-indħil fil-ħajja privata taċ-ċittadini u l-kontrolli żejda jwasslu wkoll għar-riskju (li diġà sar realtà mifruxa) li jiġu intensifikati l-kontrolli ta' ċerti “minoranzi viżibbli”, li jħossuhom dejjem iktar stigmatizzati u dejjem iktar vittmi ta' diskriminazzjoni etnika jew razzista; il-limitu tat-tolleranza diġà nqabeż u dan wassal għal “radikalizzazzjoni vjolenti” tas-sitwazzjonijiet ta' kunflitt u ta' ġlied bejn il-pulizija u l-membri tal-forzi armati fuq naħa u ż-żgħażagħ fuq in-naħa l-oħra f'ċerti żoni urbani u ghettos, fejn dan il-kunflitt wassal għall-qerda ta' bini u oġġetti pubbliċi u privati.

2.9

Iżda dawn il-vjolenzi urbani, jekk jiġu assoċjati mal-kunċett tar-“radikalizzazzjoni tal-vjolenza”, li jista' jiġi kkunsidrat bħala l-pass li jwitti t-triq għat-terroriżmu jew saħansitra bħala forma ta' terroriżmu fih innifsu, jistgħu jwasslu għal definizzjoni wiesgħa wisq tad-delitt, ta' l-att terroristiku u tat-tentattiv jew tal-kompliċità, definizzjoni li tiġi estiża għal diversi forom ta' vjolenza li minkejja l-gravità tagħhom m'humiex neċessarjament marbutin ma' l-intenzjoni li wieħed iwettaq delitt terroristiku, anke jekk din il-vjolenza kultant twassal għal qerda materjali kbira kif ukoll għal korriment li jista' jkun gravi.

2.10

Il-motivazzjoni ta' l-att jew tentattiv hija kruċjali sabiex wieħed jiddetermina l-persuni humiex terroristi jew le.

2.11

Ċerti gruppi terroristiċi mmanifestaw ruħhom reċentement u għadhom preżenti fil-kontinent tagħna; il-vjolenza politika m'għandhiex motivazzjoni ġġustifikata fil-pajjiżi demokratiċi fejn huwa possibbli li jitwaqqfu partiti politiċi u li wieħed jipparteċipa f'elezzjonijiet regolari u ġusti għal kulħadd fil-livelli kollha tal-gvernanza lokali, nazzjonali u, fil-każ tagħna, fil-livell tal-membri parlamentari Ewropej.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Anke jekk hemm kunsens dwar id-definizzjoni tat-terroriżmu, ċerti kunċetti ġodda jistgħu joħolqu problema, bħal per eżempju l-kunċett tar-“radikalizzazzjoni vjolenti” li huwa definit mill-Kummissjoni bħala fenomenu li minħabba fih ċerti persuni jiżviluppaw fehmiet, opinjonijiet jew ideat li jistgħu jwasslu għal atti terroristiċi bħal dawk definiti fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni qafas ta' l-2002.

3.2

Dan ġie enfasizzat fir-rapport Burgess tal-PE fir-rigward tal-kunċett il-ġdid tar-“radikalizzazzjoni vjolenti” f'rabta ma' l-appoġġ u r-reklutaġġ tat-terroristi; hawn ukoll, l-ikbar sfida tad-definizzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti u tal-prevenzjoni hija dik ta' l-intenzjoni. Bl-istess mod, ir-radikalizzazzjoni ħafna drabi hija proċess li jista' jinfirex fuq għadd ta' snin, u dan ifisser li jkun hemm il-ħin għad-djalogu u l-proċeduri ta' edukazzjoni u informazzjoni u miżuri ta' prevenzjoni oħra.

3.3

It-terroriżmu ilu jeżisti fid-dinja tal-politika. Illum juża l-mezzi ta' komunikazzjoni globali, it-tax havens, il-possibbiltajiet li joffru l-pajjiżi bi gvernanza batuta jew dawk li l-makkinarju statali tagħhom sfronda meta nħolqu l-bażijiet u l-kampijiet ta' taħriġ. Madankollu dan huwa fenomenu mċajpar, iktar minn netwerk internazzjonali uniku u strutturat.

3.4

L-iktar dimensjoni ġdida ta' l-impatt tiegħu tinsab mingħajr dubju fil-mezzi tax-xandir diretti u internazzjonali, li jiddeskrivu t-terroriżmu b'mod dettaljat u viżibbli, bl-immaġni, u kultant kważi direttament waqt l-attakki. L-impatt ta' dawn il-mezzi huwa mingħajr preċedent fl-istorja tad-dinja. Iżda l-libertà ta' l-istampa timpedixxi li wieħed irażżan is-sensazzjonaliżmu li fil-fatt isaħħaħ b'mod konsiderevoli l-biża' u n-nuqqas ta' sigurtà li jħossu ċ-ċittadini u li saħansitra jservi ta' pubbliċità għall-attakki terroristiċi.

3.5

L-Internet huwa spazju ta' komunikazzjoni li jintuża biex jinxterdu ideoloġiji li jappoġġjaw il-vjolenza u biex jinġibdu riżorsi u anke kandidati għall-attentati suwiċida, biex min iwettaq l-attakki u l-kapijiet tagħhom jikkomunikaw bejniethom u biex jinfirxu tekniki bħall-produzzjoni ta' bombi artiġjanali.

3.6

Iżda minbarra t-tfittxija tas-siti ta' l-Internet li jigglorifikaw it-terroriżmu, ser ikun diffiċli li wieħed jikkontrolla l-komunikazzjoni bejn ċerti gruppi fid-dawl tat-teknoloġiji eżistenti għall-kitba ta' messaġġi bil-kowd u għall-ħabi ta' informazzjoni permezz ta' kowd, kemm dik miktuba kif ukoll dik mogħtija bil-fomm.

3.7

Barra minn dan, il-Kumitat għandu xi dubji dwar l-effikaċja tal-miżuri msaħħa li qegħdin jiġu eżaminati għal adozzjoni dwar il-monitoraġġ ta' l-Internet u tal-komunikazzjonijiet taċ-ċittadini.

3.8

Jeżistu raġunijiet validi għaliex wieħed jista' jiddubita mill-fatt li l-kontrolli ta' l-identità, tal-bagalji jew tal-karozzi fil-fruntieri, fl-ajruporti, fil-portijiet u, inqas ta' spiss, fl-istazzjonijiet tal-ferrovija, jimpedixxu l-moviment tat-terroristi, anke jekk il-kontroll tad-dokumenti ta' l-identità huwa mezz tajjeb kif wieħed jista' jiġġieled kontra l-falsifikazzjoni tad-dokumenti ta' l-identità; għalkemm dawn il-miżuri sa ċertu punt jikkumplikaw il-movimenti tal-kriminali b'mod ġenerali, huma jikkumplikaw ukoll il-ħajja taċ-ċittadini kollha u għandhom it-tendenza li progressivament iwasslu għall-ħolqien ta' mappa dettaljata taċ-ċaqliq tan-nies, fuq kollox meta wieħed iqis it-tixrid tas-sistemi ta' sorveljanza ffilmjata, ta' l-aġenti privati tas-sigurtà, ta' l-użu wiesa' ta' badges ta' aċċess elettroniċi fi stabbilimenti pubbliċi u privati u tat-trasmissjoni tat-telefon ċellulari jew mezzi oħra ta' lokalizzazzjoni diretta tal-persuni. Iżda dawn il-miżuri kollha ma jimpedixxux l-attentati suwiċida. Joħolqu atmosfera ta' pajjiż ikkontrollat mill-pulizija jekk ma jitteħdux miżuri demokratiċi li juru li dawn it-teknoloġiji qegħdin jintużaw biss għat-twettiq ta' l-objettiv tagħhom. Korpi nazzjonali ta' monitoraġġ tas-sistemi ta' kontroll u l-ħolqien ta' grupp ta' studju Ewropew dwar dan is-suġġett u dwar l-informazzjoni fuq persuni ssuspettati minn attività terroristika jistgħu jkunu soluzzjoni.

3.9

Normalment, il-monitoraġġ tal-flussi finanzjarji illegali m'huwiex ta' ħsara għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u jippermetti li ssir sorveljanza tal-prattiki illegali (traffikar ta' bnedmin, armi u drogi, eċċ.) li jwasslu għall-akkumulazzjoni ta' dawn il-kapitali illegali, sorveljanza li minn banda tikkontribwixxi sabiex il-flus idumu iktar biex jaslu f'idejn it-terroristi u mill-banda l-oħra biex ikun hemm stampa iktar ċara tal-postijiet fejn tinbet din il-vjolenza (1). Iżda huwa diffiċli ħafna li wieħed jimpedixxi t-trasferimenti likwidi jew dawk imwettqa permezz ta' sistema ta' korrispondenti fejn il-flus imħallsa f'pajjiż jinġabru minn intermedjarju f'pajjiż ieħor, operazzjonijiet immexxija jew ikkonfermati minn ittri jew messaġġi moħbija f'kowd; is-sorveljanza u l-investigazzjonijiet jistgħu jkunu effikaċi fejn jidħol il-ġbir ta' fondi għal organizzazzjonijiet tal-karità jew umanitarji b'rabtiet moħbija ma' gruppi terroristiċi; iżda fl-istess ħin wieħed għandu jevita li jissorvelja l-organizzazzjonijiet non-governattivi kollha u jikkumplika l-attivitajiet umanitarji jew ta' solidarjetà tagħhom, jew il-ġbir tal-fondi, u b'hekk joħloq atmosfera ta' suspettar ġeneralizzat li jdejjaq liċ-ċittadini u jikkumplika l-azzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tagħhom, kultant bir-riżultat li saħansitra jimpedixxi l-amministrazzjoni normali tal-programmi tagħhom.

3.10

L-iskambju tad-data bejn il-korpi tal-pulizija u l-aġenziji ta' informazzjoni jinvolvi informazzjoni delikata ħafna bħar-ritratt, l-isem, l-indirizz, il-marki tas-swaba' u d-DNA u s-sħubija f'diversi organizzazzjonijiet, u għad hemm inċertezza fir-rigward tal-garanzija reali tal-protezzjoni tal-privatezza kontra l-iżbalji li jsiru waqt ir-reġistrazzjoni jew l-evalwazzjoni fil-fajls VIS, SIS, ir-reġistru kriminali jew fajls oħra tal-pulizija, kif ukoll fir-rigward tal-possibbiltà li persuni li jinsabu fir-reġistru tal-pulizija jkunu jistgħu jieħdu azzjoni biex l-iżbalji jiġu kkoreġuti.

3.11

Fl-aħħar mill-aħħar, il-kontribut essenzjali tad-dimensjoni Ewropea huwa dak ta' l-armonizzazzjoni, tal-kooperazzjoni u tat-tixrid ta' l-esperjenzi. Dan għandu jittejjeb iżda b'mod li ma jħeġġiġx żieda esaġerata ta' liġijiet u miżuri speċjali meta l-liġijiet u l-korpi eżistenti kontra l-kriminalità organizzata jew finanzjarja jistgħu jiġu estiżi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu.

3.12

Diġà teżisti ġabra ta' informazzjoni konsiderevoli dwar l-eċċezzjonijiet, anke dawk żgħar jew moderati, li b'mod ġenerali jiffavorixxu restrizzjoni tal-libertajiet ċivili, ħsara għall-garanziji ta' l-istat tad-dritt u suspetti fir-rigward tal-barranin, il-migranti legali u illegali u dawk li ressqu talba ta' ażil. Dan kollu jiġri fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri. Qiegħda tinxtered mewġa ta' razziżmu u ksenofobija u din għandha tiġi opposta bil-kliem u bl-eżempju.

3.13

Ir-rwoli rispettivi ta' l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, il-Europol, il-Eurojust, eċċ. huma definiti b'mod ċar, iżda l-aspett prattiku tal-kooperazzjoni fi ħdan l-aġenziji ta' informazzjoni u l-investigazzjonijiet għandu jittejjeb b'mod kontinwu.

3.14

Il-prevenzjoni tal-vjolenza radikali u tat-terroriżmu teħtieġ għarfien tal-kuntest u l-ideoloġiji li jwasslu għalihom, u dan għandu jgħin sabiex jinqerdu l-prekonċetti mhux iġġustifikati.

3.15

L-organizzazzjoni tal-ġlieda kontra l-vjolenza u t-terroriżmu tista' biss issir fuq perijodu twil għax hemm bżonn li d-demokrazija u r-rispett tal-libertajiet ċivili jissaħħu jew jinbtu fil-pajjiżi li huma dgħajfa jew li ma jikkontrollawx l-art kollha tagħhom u fil-pajjiżi bi gvern awtoritarju jew dittatorjali.

3.16

Il-Kumitat jemmen li l-azzjoni, li normalment issir fid-diskrezzjoni, ta' l-aġenziji ta' informazzjoni u ta' l-investigazzjonijiet tal-pulizija m'għandhiex għalfejn tkun akkumpanjata minn politika li sistematikament tkun sigrieta fir-rigward taċ-ċittadini u r-rappreżentanti tagħhom, kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej; informazzjoni li tiffavorixxi l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u kontroll demokratiku għandhom ikunu jistgħu jiġu pprovduti b'mod adegwat minkejja l-kuntest, b'mod partikolari sabiex jiġi evitat kull abbuż fir-rigward ta' l-istat tad-dritt.

4.   Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-prevenzjoni tat-terroriżmu u tar-radikalizzazzjoni vjolenti

4.1   Il-missjoni ewlenija tas-soċjetà ċivili

4.1.1

Is-soċjetà ċivili hija l-ewwel vittma tat-terroriżmu internazzjonali (ikunx ipprovokat min-nazzjonaliżmu estrem, mill-istrumentalizzazzjoni tal-fundamentaliżmu reliġjuż jew ikollux il-vjolenza bħala l-uniku skop tiegħu). Is-soċjetà ċivili qiegħda tħabbat wiċċha ma' terroriżmu li għandu l-għan li jikkastiga lil kulħadd b'mod kollettiv u globali, li qiegħed jipprova joħloq atmosfera ta' biża' ġġeneralizzata sabiex il-gvern jagħtih dak li jrid. Iżda s-soċjetà ċivili hija wkoll wieħed mill-elementi ewlenin ta' kull strateġija kontra din it-theddida, kif enfasizza l-KESE fl-opinjoni tiegħu dwar “Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu” (2), kemm fir-rigward tal-mekkaniżmi tal-ġlieda kontra l-iktar effetti viżibbli tat-terroriżmu, kif ukoll fir-rigward tal-kawżi profondi tiegħu, mingħajr ma ninsew ir-rwol tagħha fl-ambitu ta' l-għajnuna lill-vittmi.

4.1.2

Jekk wieħed iqis ir-rwol ta' l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' l-UE — b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà, il-ġustizzja u l-finanzjament — fil-ġlieda kontra l-iktar sintomi u effetti viżibbli ta' din it-theddida (il-prevenzjoni ta' atti terroristiċi, it-tfittxija u ż-żarmar tal-gruppi terroristiċi, l-arrest, il-proċess u s-sentenza tat-terroristi, il-qerda tal-mezzi ta' finanzjament tagħhom, eċċ.), is-soċjetà ċivili tista' taqdi rwol essenzjali f'dan il-kuntest billi:

4.1.2.1

tara li l-ġlieda kontra t-terroriżmu ma toħroġ qatt mil-limiti ta' l-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-valuri, il-prinċipju u l-libertajiet ta' soċjetà miftuħa u demokratika;

4.1.2.2

tikkollabora ma' l-awtoritajiet Komunitarji u nazzjonali fil-livelli kollha sabiex jiġu identifikati l-attivitajiet u l-atturi involuti fin-netwerks terroristiċi (ir-rwol tal-korpi finanzjarji u ta' dawk li jamministraw is-servizzi ta' telekomunikazzjoni huwa partikolarment importanti f'dan ir-rigward). Din il-kollaborazzjoni għandha tkun ibbażata fuq impenn reċiproku ta' l-atturi involuti kollha sabiex ikun hemm skambju ta' informazzjoni, ta' riżorsi u ta' sforzi mmirati lejn l-objettiv komuni tal-qerda tat-terroriżmu;

4.1.2.3

tistabbilixxi djalogu mal-mexxejja u l-atturi soċjali tal-komunitajiet ta' referenza tal-gruppi terroristiċi, biex tippromovi azzjoni komuni ta' kritika u “deleġittimizzazzjoni” tal-prattiki u d-diskors vjolenti;

4.1.2.4

taqsam mad-diversi atturi soċjali u ma' l-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji l-esperjenzi u l-prattiki li jwasslu għall-iżolament u l-kontroll ta' persuni u gruppi ta' persuni li huma vulnerabbli għall-esklużjoni u r-radikalizzazzjoni vjolenti, dejjem b'kull rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif ukoll għall-istat tad-dritt;

4.1.2.5

tipprovdi informazzjoni dwar id-diversi approċċi (fir-rigward tal-proċess ta' integrazzjoni, tal-fehmiet, attitudnijiet u funzjonament ta' l-iktar gruppi importanti f'dan il-kuntest) fil-programmi ta' taħriġ tal-forzi tal-pulizija, tas-sigurtà u ta' l-informazzjoni li huma inkarigati mill-ġlieda kontra din it-theddida;

4.1.2.6

tniedi proġetti pilota li jiffukaw fuq l-iktar żoni esposti għall-aljenazzjoni, ir-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ (ħabsijiet, postijiet ta' qima, skejjel, inħawi fil-periferija u stabbilimenti tat-telekomunikazzjoni, eċċ.) u li jkollhom l-għan li jevitaw l-esklużjoni, ir-radikalizzazzjoni u l-akkuża mhux iġġustifikata ta' persuni jew gruppi ta' persuni minħabba l-klassi soċjali, is-sess, l-oriġini etnika jew ir-reliġjon tagħhom.

4.2   L-integrazzjoni mill-perspettiva tal-prevenzjoni: proposti konkreti

4.2.1

Is-soċjetà ċivili tista' taqdi r-rwol tagħha bis-sħiħ billi tindirizza l-kuntest li fih tinbet il-vjolenza terroristika. Mingħajr ma jiġġustifika xi tip ta' vjolenza minħabba l-kawżi tagħha, wieħed jista' jispjega għadd ta' atti terroristiċi bħala r-riżultat tal-proċess ta' aljenazzjoni, radikalizzazzjoni u reklutaġġ, aggravat mill-inugwaljanzi orizzontali bejn gruppi ta' nies li jgħixu fl-istess art, minn fenomeni bħall-esklużjoni u d-diskriminazzjoni (soċjali, politika u ekonomika) u mill-parzjalità li tiġi applikata fil-mod kif jiġu ġġudikati l-atti ta' wħud u dawk ta' oħrajn. B'konsegwenza ta' dan, l-integrazzjoni għandha tkun fil-qalba ta' kull strateġija li, għal raġunijiet ta' prevenzjoni, għandu jkollha l-għan li:

4.2.2

tiffavorixxi sistemi ta' edukazzjoni formali u informali li jkunu bbażati fuq it-tneħħija ta' stereotipi negattivi, u li jippromovu t-tolleranza u l-koeżistenza fuq il-bażi ta' valuri komuni msejsa fuq id-drittijiet tal-bniedem (għal din ir-raġuni l-kotba ta' l-iskola għandhom jiġu riveduti sabiex l-istereotipi jinbidlu f'mudelli li jistimolaw it-tolleranza u f'għodda ta' pedagoġija multikulturali);

4.2.3

titlob l-impenn (inkluż kodiċi ta' kondotta) tal-mezzi tax-xandir biex ma jagħtux lok għal diskorsi u approċċi li jistgħu jippromovu l-esklużjoni, ir-razziżmu u l-ksenofobija. B'rispett għal-libertà ta' l-istampa u ta' l-espressjoni, wieħed jista' jippromovi pożizzjonijiet u approċċi li jxandru l-valuri komuni ta' l-istorja u jfaħħru l-vantaġġi tal-multikulturaliżmu bħala aspett pożittiv tad-dinja globalizzata;

4.2.4

ixxandar, permezz ta' kampanji pubbliċitarji, messaġġi u approċċi pożittivi li jiffavorixxu l-inklużjoni u li jgħinu biex jiġu ċċarati l-affarijiet u biex il-kunċetti qarrieqa jinbidlu ma' oħrajn (per eżempju, it-terroriżmu internazzjonali minflok it-terroriżmu islamiku, l-integrazzjoni minflok l-assimilazzjoni) jew biex stampi inadegwati li jippromovu l-firda u l-konfrontazzjoni jiġu sostitwiti b'oħrajn iktar adegwati (ċittadini minflok immigranti);

4.2.5

tikkontribwixxi sabiex in-nies jifhmu li huwa importanti li d-drittijiet tal-bniedem jiġu kkunsidrati bħala l-pedament ewlieni tal-koeżistenza f'soċjetà multikulturali. F'dan il-kuntest, is-soċjetà ċivili organizzata għandha tkun il-mutur tar-rieda li tinħoloq soċjetà li fiha kulħadd igawdi mill-istess drittijiet (soċjali, politiċi u ekonomiċi) u jkollu l-istess dmirijiet;

4.2.6

tippromovi l-ħolqien ta' pjattaformi soċjali li jinvolvu membri tad-diversi komunitajiet li jgħixu fl-istess pajjiż u li jkollhom l-objettiv li jdaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta' inklużjoni u soluzzjoni paċifika tal-kunflitti;

4.2.7

tidentifika u ssaħħaħ ir-rwol tal-mexxejja u ta' l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw komunitajiet oħra fl-UE bħala l-interlokuturi ewlenin fir-relazzjonijiet ma' persuni minn kulturi differenti, bil-għan li jiġu stabbiliti djalogu u kollaborazzjoni sabiex jinqerdu l-kawżi potenzjali ta' l-aljenazzjoni u r-radikalizzazzjoni ta' wħud mill-membri ta' dawn il-komunitajiet;

4.2.8

tiżviluppa programmi speċifiċi li jkollhom l-għan li jimpedixxu r-radikalizzazzjoni ta' dawk li potenzjalment huma kapaċi jappoġġjaw l-ideat u l-prattiki terroristiċi fil-postijiet fejn isir ir-reklutaġġ (ħabsijiet, postijiet ta' qima, eċċ.) Dawn il-programmi għandhom ikunu bbażati fuq l-integrazzjoni soċjali u l-ħolqien ta' l-impjiegi;

4.2.9

tikkunsidra l-kooperazzjoni deċentralizzata minn din il-perspettiva, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Komunitarju (billi tuża mekkaniżmi diġà stabbiliti bħall-Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja, il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-assoċjazzjoni bejn il-pajjiżi AKP. Dan jimplika li l-potenzjal enormi li jirrappreżentaw il-politiki ta' kooperazzjoni u ta' żvilupp ta' l-Istati Membri u l-UE jista' jintuża biex jitwaqqfu proġetti ta' kooperazzjoni fuq il-post ma' persuni li huma involuti fix-xena reliġjuża jew nazzjonalista iżda li jirrifjutaw b'mod radikali kull tip ta' vjolenza;

4.2.10

iżżid b'mod konsiderevoli, fl-UE u fil-kuntest tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi, in-numru ta' programmi ta' skambju għall-għalliema, l-istudenti, il-ġurnalisti u l-membri ta' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u trade unions, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-membri ta' organizzazzjonijiet non-governattivi, eċċ., u l-baġit tagħhom, b'attenzjoni partikolari għall-ugwaljanza bejn is-sessi. L-għarfien personali u l-iskambju ta' esperjenzi u ta' fehmiet huma metodi li għandhom jingħataw preferenza sabiex jinqerdu l-istereotipi negattivi u sabiex jitfassal ġejjieni komuni f'seklu li għandu jkun multikulturali (3). Għalhekk ikun xieraq li l-potenzjal tal-KESE jintuża u jissaħħaħ sabiex permezz tal-kuntatti u l-kooperazzjoni tiegħu ma' korpi extra-Komunitarji, jiġu eżaminati forom ġodda ta' azzjoni kontra r-radikalizzazzjoni ta' ċerti gruppi jew individwi;

4.2.11

tiffavorixxi l-ħolqien u l-konsolidazzjoni ta' pjattaformi ta' parteċipazzjoni tal-popolazzjoni (tal-post u barranija) li jippromovu l-inklużjoni orizzontali bbażata fuq ir-rappreżentazzjoni ċivika minflok fuq il-profil nazzjonalista jew reliġjuż;

4.2.12

tixpruna r-riċerka fiċ-ċentri u l-istituti speċjalizzati, kemm fl-UE kif ukoll fil-kuntest ta' kollaborazzjoni ma' ċentri li jinsabu f'pajjiżi li huma partikolarment importanti għal din il-kwistjoni. Huwa importanti ferm li jingħata appoġġ lil proġetti u studji mmirati lejn għarfien aħjar tal-proċessi li jwasslu għall-aljenazzjoni, ir-reklutaġġ u r-radikalizzazzjoni u tal-korrelazzjonijiet bejn id-diversi fatturi involuti.

4.3   L-għajnuna lill-vittmi

4.3.1

Fl-aħħar, huwa importanti li tingħata għajnuna lill-vittmi diretti ta' l-atti terroristiċi bħala parti sostanzjali minn viżjoni globali fejn is-soċjetà ċivili taqdi rwol fil-ġlieda kontra t-theddida terroristika. Sabiex il-vittmi ma jintesewx u ma jiġux marġinalizzati fl-ambitu soċjali, huwa essenzjali li:

4.3.2

jsir sforz kbir sabiex id-drittijiet kollha tal-vittmi jiġu rikonoxxuti (inkluż il-kumpens finanzjarju) bħala vittmi ta' atti terroristiċi, tkun xi tkun in-natura ta' l-attentat u indipendetement mill-fatt jekk l-attentat iseħħx fil-pajjiż tal-vittmi jew f'pajjiż ieħor;

4.3.3

jinħolqu mekkaniżmi soċjali ta' appoġġ (appoġġ fiżiku, psikoloġiku u finanzjarju) li jgħinu lill-vittmi joħorġu mit-trawma u li jevitaw li jiżviluppa diskors li jistigmatizza lil ċerti gruppi jew li jkun razzista jew ksenofobu;

4.3.4

titkattar ir-rieda politika tal-gvernijiet nazzjonali u ta' l-UE sabiex jiġi stabbilit kunsens għar-rikonoxximent tal-vittmi u l-appoġġ u l-ħarsien tagħhom.

4.4   Iċ-ċittadini bħala atturi prinċipali tas-sigurtà u tal-prevenzjoni: politiki li jagħtu kontribut

4.4.1

Fuq il-bażi tal-fatt li ċ-ċittadini huma l-mutur ewlieni ta' kull pajjiż, u b'hekk ta' l-UE, kwistjonijiet bħas-sigurtà, il-paċi u l-prevenzjoni ta' kunflitti vjolenti, jimplikaw li hemm bżonn li:

4.4.2

jitwaqqfu strateġiji u sforzi multidimensjonali sabiex jiġi ggarantit ċertu livell ta' benesseri u ta' sigurtà għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiż u l-ġirien tagħhom; jekk wieħed jiżgura l-iżvilupp u s-sigurtà globali jkun qiegħed jiżgura l-iżvilupp u s-sigurtà individwali;

4.4.3

jitnaqqsu u eventwalment jinqerdu l-inugwaljanzi bejn il-gruppi u l-pajjiżi; dan huwa l-aħjar mezz biex titħares is-sigurtà ta' kulħadd. Il-bażi komuni tal-koeżistenza u t-tnaqqis tat-theddida tat-terroriżmu tinsab, għal darb'oħra, fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u fit-tisħiħ ta' ambjent demokratiku, b'rispett għad-diversi prattiki reliġjużi f'qafas separat mill-affarijiet pubbliċi. Dan jimplika wkoll iċ-ċaħda ta' l-eżistenza ta' spazji soċjali barra mil-limiti tal-liġi (postijiet li jinsabu f'“limbu” legali u ghettos ibbażati fuq prattiki li huma inaċċettabbli f'dan il-kuntest);

4.4.4

jinftiehem il-fatt li l-ħarsien tas-sigurtà m'għandux ikun ta' ħsara għal-libertà billi jitnaqqsu d-drittijiet iggarantiti minn kull soċjetà miftuħa u demokratika jew billi jintużaw metodi kontra t-terroriżmu li jixbhu lil dawk użati mit-terroristi stess;

4.4.5

jiġi rikonoxxut li objettiv bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu (li jinvolvi bosta dixxiplini u bosta dimensjonijiet u li jista' jintlaħaq biss fuq perijodu twil) jista' jintlaħaq biss jekk jingħata baġit speċifiku u adegwat li jinkludi riżorsi nazzjonali kif ukoll Komunitarji.

4.5   Sħubijiet pubbliċi-privati

4.5.1

It-theddida tat-terroriżmu hija mifruxa, permanenti u globali. L-impatt tagħha jolqot lil kulħadd, mingħajr eċċezzjoni, u n-natura u l-espressjoni tagħha jinbidlu kontinwament. Dan, flimkien mal-fatt li għadha ma nstabitx strateġija adegwata kontriha, ifisser li l-analiżi, l-istimi u l-metodi użati jridu jiġu riveduti l-ħin kollu. Din hija biċċa xogħol li tinvolvi l-partijiet kollha, kemm il-gvernijiet kif ukoll il-korpi Komunitarji u s-soċjetà ċivili kollha kemm hi. Fil-qafas ta' din il-ħidma, wieħed għandu jeżamina wkoll il-possibbiltajiet tas-sħubijiet pubbliċi-privati (però dan m'għandux iwassal għall-privatizzazzjoni tas-sigurtà u tad-difiża, li tkun ħaġa kontro-produċenti) sabiex dawn jaqdu l-objettiv komuni: il-benessseri u s-sigurtà ta' kulħadd (4). Dawn l-isforzi għandhom ikunu bbażati fuq:

4.5.2

il-bżonn li wieħed iħejji glossarju tat-termini sabiex jintlaħaq kunsens, kemm fid-diskors kif ukoll fl-atti, dwar il-kunċetti li jiggwidaw il-ħidma li għandha ssir mill-partijiet kollha kkonċernati;

4.5.3

il-kontroll demokratiku ta' l-istrateġija tal-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-livelli u l-forom kollha tagħha;

4.5.4

is-sensibilizzazzjoni fir-rigward ta' l-importanza tal-politiki esterni ta' l-Istati Membri (u l-PESK/PESD fil-livell Komunitarju) u l-politiki nazzjonali u Komunitarji ta' kooperazzjoni u żvilupp għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u tal-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni ta' terroristi potenzjali;

4.5.5

il-bżonn urġenti li jiġi allokat baġit adegwat u kostanti għall-programmi u l-azzjonijiet kollha msemmija f'din l-opinjoni;

4.5.6

il-bżonn li jinħolqu (jew jinżammu) djalogu u kooperazzjoni ma' l-atturi u korpi soċjali, politiċi u ekonomiċi kemm fi ħdan l-UE kif ukoll barra mill-fruntieri tagħha, fid-dawl tal-fatt li ħadd ma jista' jiggarantixxi s-suċċess tal-ġlieda kontra din it-theddida waħdu, u tal-vantaġġi li ġġib il-koordinazzjoni ta' l-isforzi biex jiġu elaborati viżjonijiet u strateġiji ta' azzjoni koerenti u sostenibbli.

Brussell, it-22 ta' April 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni tal-KESE tal-11.5.2005 dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għal skopijiet ta' money laundering, inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu” (mhux disponibbli bil-Malti). Rapporteur: is-Sur Simpson, ĠU C 267, 27.10.2005, punti 3.1.8 u 3.2.1.

(2)  Opinjoni esploratorja tal-KESE tat-13.9.2006 dwar “Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu”, rapporteurs: is-Sinjuri Rodríguez García-Caro, Pariza Castaños u Cabra de Luna (ĠU C 318, 23.12.2006), punt 13 (mhux disponibbli bil-Malti).

(3)  Opinjoni tal-KESE ta' l-20.4.2006 dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatata mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008)”, rapporteur: is-Sinjura Cser (ĠU C 185, 8.8.2006) (mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  Opinjoni esploratorja tal-KESE tat-13.9.2006 dwar “Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu”, rapporteurs: is-Sinjuri Rodríguez García-Caro, Pariza Castaños u Cabra de Luna (ĠU C 318, 23.12.2006), punt 13 (mhux disponibbli bil-Malti).


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/67


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar ir-rati tal-VAT minbarra r-rati standard tal-VAT

COM(2007) 380 finali — SEC(2007) 910

(2008/C 211/18)

Nhar il-5 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar ir-rati tal-VAT differenti minn dawk standard.

Is-sezzjoni speċjalizzata għall-Unjoni ekonomika u monetarja, koeżjoni ekonomika u soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett taħt diskussjoni, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-28 ta' Marzu 2008, fuq il-bażi tal-proġett predispost mir-rapporteur is-Sur Burani.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu (seduta tat-22 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'112-il vot favur, xejn voti kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipprovdi l-bażi għal dibatittu politiku fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill li kapaċi joħroġ prinċipji aċċettati minn kulħadd dwar derogi fir-reġim tal-VAT. Peress li l-proċess għandu dimensjoni politika ċara, id-data ta' l-għeluq fl-aħħar ta' l-2010 għall-adozzjoni ta' regoli ġodda hija kompletament realistika.

1.2

L-iskop oriġinali ta' l-adozzjoni tar-reġim tal-VAT kien li joħloq l-isfond għal armonizzazzjoni fiskali li tiżgura t-tħaddim tajjeb tas-suq intern: madankollu, il-bosta bidliet li saru minn dakinhar, fuq kollox l-eżenzjonijiet u d-derogi, ħadmu bil-kontra u l-attentat li jiġu standardizzati d-derogi huwa l-aħjar li wieħed jista' jistenna fiċ-ċirkostanzi attwali.

1.3

Id-derogi jiġu implimentati f'kull Stat Membru fuq il-bażi tal-kriterji fiskali flinkien ma' tħassib politiku u soċjali; dawn huma permessi meta ma jkollhom l-ebda impatt transkonfinali jew meta jilħqu l-kriterji stabbiliti mill-politika Komunitarja. Il-KESE min-naħa tiegħu jemmen li, filwaqt li dawn il-kriterji jridu jiġu rrispettati, id-derogi jridu jiġu analizzati l-ewwel u qabel kollox — anki jekk mhux biss — skond il-kontribut tagħhom għal politika ta' ridistribuzzjoni tad-dħul.

1.4

Fid-diskussjonijiet għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-servizzi lokali li ma jistgħux jiġu offruti mill-bogħod, u b'hekk m'għandhomx impatt dirett fuq is-suq intern: kategorija li tinkludi bosta attivitajiet li, għalkemm huma bla dubju ta' benefiċċju ekonomiku u soċjali, huma b'xi mod kontroversjali jew li jistgħu jkunu soġġetti għal konsiderazzjonijiet differenti: attivitajiet ta' snajja', servizzi ta' restaurants, servizzi tas-saħħa pubbliċi u privati, setturi ta' xogħol intensiv mhux kwalifikat, kotba u gazzetti.

1.5

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li l-eżenzjonijiet jingħataw skond l-ispiża differenti għal gruppi bi dħul għoli u dħul baxx: distinzjoni li diffiċli biex issir. Imma fuq kollox ifakkar li l-eżenzjonijiet għandhom jimxu skond kriterji ta' trasparenza u jqisu l-ispejjeż li jinvolvu regolamenti vagi jew ġeneriċi għall-amministraturi tat-taxxa u għan-negozji, spejjeż li finalment jaqgħu fuq il-konsumaturi.

1.6

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lis-sussidji diretti bħala alternattiva għal rati mnaqqsa tal-VAT: soluzzjoni li l-Kummissjoni qed tippreżenta però mingħajr ma tieħu pożizzjoni. Il-KESE jemmen li din l-alternattiva għandha tiġi ttrattata bil-galbu u tiġi adottata bil-qies u biss f'każi fejn ikun diffiċli li jinstabu soluzzjonijiet oħrajn; ikun x'ikun il-każ, is-sussidji m'għandhom qatt jieħdu l-forma ta' għajnuna mill-Istat.

2.   Sfond

2.1

Ir-reġim tal-VAT huwa, min-natura tiegħu stess, ibbażat fuq sistema kumplessa; imwieled fl-1977 bħala reġim “provviżorju” (1), kif għadu magħruf illum — wara tletin sena! Matul is-snin dan ir-reġim ġie emendat ħafna drabi bħala riżultat ta' bidliet f'sitwazzjonijiet temporanji jew dejjiema, kunsiderazzjonijiet politiċi, żviluppi fis-suq inten, u t-tkabbir.

2.2

L-azzjoni meħtieġa biex tissimplifika x-xogħol ta' l-amministraturi u l-parteċipanti ekonomiċi ttieħdet mill-Kummissjoni permezz tad-Direttiva dwar il-VAT ta' l-2006  (2), li rranġat il-leġislazzjoni u li fil-prattika hija t-“test konsolidat” dwar il-kwistjoni. Id-direttiva hija ispirata mill-prinċipji oriġinali ta' l-1977, parzjalment riveduti fl-1992: b'mod ġenerali, ir-rata minima normali hija ta' 15 % (3) u t-taxxa ġeneralment tiġi imposta fil-post ta' l-oriġini. Però ċerti derogi u eċċezzjonijiet huma mistennija: ir-rata standard tista' titnaqqas u xi prodotti jew servizzi jistgħu jiġu intaxxati fil-post tad-destinazzjoni tagħhom.

2.3

Skond ir-regoli, l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata mnaqqsa jew tnejn, imma biss għas-servizzi u l-prodotti mniżżla fid-direttiva dwar il-VAT (4). L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni parzjali tad-Danimarka, jieħdu vantaġġ minn din il-possibbiltà, imma b'qies differenti u applikata għal prodotti u servizzi differenti magħżulin minn dawk permessi. Inkonsistenza bħal din żgur ma twassalx għat-tħaddim fil-prattika tal-prinċipji ta' koordinazzjoni meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tas-suq uniku. Il-Kummissjoni issa qed tipproponi li tniedi “stedina għad-dibatittu politiku fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew” — bil-parteċipazzjoni tal-KESE, li ntlabet l-opinjoni tiegħu — bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim bejn l-Istati Membri dwar tfassil ġdid għar-rati tal-Vat imnaqqsa.

2.3.1

Fil-prattika dan jinvolvi r-reviżjoni tal-qafas sħiħ tad-derogi speċifiċi u temporanji li diġà ngħataw, ta' l-ewwel lill-Istati Membri li ssieħbu anqas riċentament u ta' l-aħħar lill-grupp il-“ġdid” ta' Stati Membri, u l-bini mil-ġdid ta' qafas li jagħti kas li l-objettivi jkunu konsistenti mal-loġika tas-suq intern. Dan m'huwiex proċess sempliċi: ser ikollu jinstab bilanċ aċċettat fuq bażi komuni bejn in-neċessitajiet poltiċi, ekonomiċi u soċjali li maż-żmien iġġustifikaw id-derogi u l-eċċezzjonijiet, applikati mbagħad minn kull Stat Membru skond il-ħtiġijiet partikolari tiegħu. Il-Kummissjoni mhijiex illuża dwar id-diffikultajiet involuti: fil-fatt mhux qed tistenna li l-proċess ta'konsultazzjoni jwassal għal regolament ġdid qabel tmiem l-2010.

2.4

Ittieħed pass preliminari, li kien neċessarju biex ipoġġi l-Istati Membri kollha fuq l-istess livell f'dawk li huma derogi, permezz ta' l-abbozz ta' direttiva li jestendi d-derogi temporanji mogħtija lill-Istati Membri l-ġodda sal-31 ta' Diċembru 2010 (5). Ir-raġuni għall-proposta, li kienet adotatta fl-20 ta' Diċembru 2007, tinsab fir-reġimi differenti li jirregolaw id-derogi: l-Istati Membri li ssieħbu anqas riċentament għandhom il-benefiċċju ta' derogi miftuħin filwaqt li dawk għall-Istati Membri l-ġodda skadew fl-aħħar ta' l-2007. L-estensjoni li ngħatat fl-20.12.2007 lil dawn ta' l-aħħar poġġiet lil kulħadd fuq l-istess livell, ta' l-anqas sa l-2010, sa liema data l-Kummissjoni tittama li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew ikunu laħqu ftehim dwar l-adozzjoni ta' reġim stabbli u uniformi tar-rati tal-VAT differenti minn dawk standard.

2.5

Il-komunikazzjoni li qed tiġi indirizzata hawnhekk timmira li tipprovdi bażi għal “dibattitu politiku” fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill li kapaċi joħloq prinċipji aċċettati b'mod komuni li jagħmluha possibbli li jitfasslu proposti regolatorji bi probabbiltà kbira li jiġu aċċettati. Hi u żżomm f'moħħha l-esperjenza tal-passat u tal-preżent, il-Kummissjoni qed toqgħod attenta f'dak illi tgħid u qed tkun realistika dwar id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu: qed tistenna li tirċievi sinjali. Bil-komunikazzjoni tagħha tillimita lilha nnifisha għal preżentazzjoni bbilanċjata ta' l-informazzjoni kollha utli biex issir evalwazzjoni u kunsiderazzjoni, billi tirreferi għall-prinċipji mħaddma tas-suq uniku u l-Istrateġija ta' Lisbona. Il-KESE jqis din l-inizjattiva bħala waħda kruċjali għall-ġejjieni tas-suq intern fil-qasam fiskali: ċans uniku li s-suċċess tiegħu ser jiddependi fuq is-sens ta' responsabbiltà u r-rieda tajba ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.

3.   Il-kontenut tal-komunikazzjoni

3.1

Il-komunikazzjoni tiġbor fil-qasir studju ta' Copenhagen Economics li eżamina, f'isem il-Kummissjoni u bil-mandat tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, l-impatta tar-rat mnaqqsa tal-VAT u tad-derogi relatati, b'attenzjoni partikolari mogħtija lill-aspetti soċjali (id-distribuzzjoni tad-dħul) u l-ispejjeż tas-sistema. Il-KESE jifraħ lill-Kummissjoni għall-kwalità tad-dokument li fasslet ibbażat fuq l-istudju. Tassew, la hemm elementi minsija u l-anqas truf li ma jwasslu mkien: hemm l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dibattitu li ġej.

3.2

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tippreżenta l-għan tagħha li tiżgura opportunitajiet indaqs għall-Istati Membri kif ukoll aktar trasparenza, konsistenza u, fuq kollox, tħaddim tajjeb tas-suq intern, pereżempju billi jitnaqqas it-tfixkil għall-attività ekonomika transkonfinali u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-konformità mal-VAT (6).

3.3

B'mod speċifiku, u b'referenza għall-istudju ta' Copenhagen Economics, il-Kummissjoni tinnota li minn perspettiva purament ekonomika, l-aktar soluzzjoni razzjonali tkun li jkun hemm rata tal-VAT waħda: toħloq tnaqqis fl-ispejjeż ta' operazzjoni għall-amministraturi u n-negozji u — fit-teorija — tnaqqas il-kompetizzjoni distorta. Bħal kull regolament riġidu, madankollu, hemm ir-riskju li r-rata unika ma tkunx addattata għal kull ċirkostanza u għalhekk tirrikjedi ċertu ammont ta' flessibilità: huwa dan il-prinċipju li fuqu huma bbażati r-rati mnaqqsa.

3.4

L-implimentazzjoni ta' rati mnaqqsa hija rispons għal kriterji ekonomiċi, imma wkoll għal kriterji soċjali u ekonomiċi: bħala eżempji nistgħu nsemmu s-servizzi li jieħdu ħafna xogħol (speċjalment dak ta' bla sengħa) u s-servizzi lokali meta ma jkollhomx impatt maġġuri fuq it-traffiku transkonfinali. Il-ħsieb hawnhekk huwa li rati aktar baxxi (u b'hekk prezzijiet aktar baxxi) iżidu l-produttività u x-xogħol: iċ-ċittadini jfittxu aktar l-għajnuna ta' professjonisti flok jaraw kif jieħdu ħsieb l-affarijiet kif jistgħu huma stess, u bekk jinvestu anqas fl-ekonomija “moħbija”.

3.5

Il-lista sħiħa ta' prodotti u servizzi li jibbenefikaw minn rati mnaqqsa (Artikolu 98 tad-direttiva dwar il-VAT) jinsab f'Anness III tad-direttiva; Fejn jidħlu s-servizzi li jinvolvu ħafna xogħol, dawn iridu jilħqu tliet kriterji (Artikolu 107): barra dawk imsemmija fil-punt ta' qabel, dawn iridu jkunu servizzi pprovduti l-aktar direttament lill-konsumaturi aħħarija u servizzi ta' natura lokali, li ma joħolqux kompetizzjoni distorta. Għall-prodotti u s-servizzi “normali”, il-kriterji huma anqas espliċiti, imma n-natura soċjali tagħhom hija ċara mil-lista: huma fil-fatt il-prodotti ta' l-ikel u dawk farmaċewtiċi, l-ilma, il-pubblikazzjoni, is-servizzi tat-televiżjoni, eċċ. Il-Kumitat ser jikkumenta dwar dawn l-aspetti aktar tard (ara punt 4.12).

3.6

Il-Kummissjoni tikkumenta dwar wieħed mill-aktar argumenti komuni dwar ir-rati imnaqqsin, li jgħid li dawn jgħinu biex jiżguraw aktar ġustizzja soċjali billi jtejbu d-distribuzzjoni tad-dħul biex tiffavorixxi lil dawk anqas sinjuri. L-istudju, u mid-dehra anki l-Kummissjoni, jikkwalifikaw l-approvazzjoni tagħhom ta' dan l-argument. Ir-rati mnaqqsa jkollhom effett verament distributtiv biss jekk il-parti ta' l-ispiża għall-konsum ta' prodotti “ffavoriti” tkun stabbli matul iż-żmien u toħloq differenza vera bejn gruppi bi dħul baxx u bi dħul għoli. Il-komunikazzjoni tiżvela, barra minn hekk, li hemm differenzi konsiderevoli bejn pajjiż u ieħor, u li l-livell ta' effettività tar-rati mnaqqsa jiddependi fuq kemm hemm differenza fid-dħul bejn il-klassijiet soċjali.

3.7

Aspett importanti ieħor huwa l-ispiża tas-sistema: rati li huma differenti mir-rata standard joħolqu piżijiet amministrattivi sostanzjali għan-negozji u l-awtoritajiet tat-taxxi, speċjalment meta l-implimentazzjoni hija miftuħa għall-interpretazzjoni, li kważi dejjem hija n-norma.

3.8

Il-Kummissjoni, hekk kif tikkwota l-istudju, ma tiddubitax mis-sistema tar-rati mnaqqsa, imma ssaqsi jekk għodda politiċi alternattivi jkunux aktar addattati għall-għanijiet ta' l-Istati Membri. Issemmi bħala alternattiva, jew bħala waħda mill-alternattivi, sistema ta' sussidji diretti, li jilħqu l-istess objettivi b'anqas spejjeż. Din is-sistema tista' titfassal biex tevita effetti ta' tfawwir (spill-over) fil-livell ta' l-UE, tiżgura trasparenza akbar u tkun irħas għall-baġits ta' l-Istati Membri. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li s-sussidji diretti jistgħu jkunu ta' benefiċċju dubjuż għan-negozji: jistgħu jingħataw b'mod arbitrarju jew għal perjodu temporanju, jiddependi fuq dak li jitlob il-baġit nazzjonali u fuq l-orjentazzjoni politika ta' dak iż-żmien.

3.9

Jidher li l-Kummissjoni tati importanza konsiderevoli għal din l-aħħar alternattiva, u fil-fatt għal kull alternattiva għas-sistema tar-rati mnaqqsa: fil-fatt “tirrakkomanda li l-Istati Membri jeżaminaw b'attenzjoni il-possibbiltajiet kollha li jeżistu”. Mingħajr ma tidher li qed tieħu pożizzjoni, tinnota li spiss għodda oħrajn huma aktar effiċjenti mir-rati mnaqqsa tal-VAT u jinvolvu spiża anqas għall-baġit ta' l-Istat, u dan għandu jitqies fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

4.   Osservazzjonijiet u kummenti

4.1

Ta' min wieħed jifraħ lill-Kummissjoni għall-komunikazzjoni riġoruża u bbilanċjata li fasslet. B'mod partikolari, il-KESE huwa sodisfatt bil-konferma ta' x'uħud mill-fehmiet li kien esprima fil-bidu, li ser jitfakkru fil-kummenti li ġejjin. L-ewwel nett, u b'referenza għall-kummenti li ssemmew f'punt 3.9 hawn fuq, il-Kumitat ifakkar li huwa esprima t-tħassib tiegħu fuq is-sistema tad-derogi fl-opinjoni tiegħu dwar id-direttiva dwar il-VAT (7): dak iż-żmien kien qal li “ma jidher li hemm l-ebda pjan [min-naħa ta' l-Istati Membri] biex jiddiskutu d-derogi … bil-ħsieb li jiġu eliminati”. Din il-pożizzjoni issa hija kkonfermata u msaħħa mill-istudju awtoritattiv tal-Copenhagen Economics, u kif jidher anki mill-Kummissjoni. Madankollu, huwa ċar li kif qegħdin l-affarijiet bħalissa, sakemm ma jkunx hemm xi bidla fil-ħsieb mill-Istati Membri, kull suġġerimenti għal soluzzjonijiet alternattivi ser jibqgħu biss suġġerimenti.

4.2

Il-VAT hija taxxa kumplessa fiha nnifisha, diffiċli biex tiġborha, evaża minn ħafna nies u hija spiża għall-Istati Membri u n-negozji biex joperawha (8). Iżda fuq kollox ma tiksibx l-għan oriġinali, li kien dak li kien li jinħoloq reġim definittiv ta' armonizzazzjoni fiskali. Minkejja dan, ta' min jinnota li l-armonizzazzjoni m'hijiex l-iskop aħħari imma kundizzjoni neċessarja għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern. F'kwalunkwe każ, dawn kienu l-intenzjonijiet ta' dawk li ħalquha, kif fakkret il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha ta' Jannar 1993. Il-Kumitat iqis dan l-aħħar dokument bħala tappa fl-istorja ta' l-evoluzzjoni tal-VAT u jiddispjaċieh li ma kienx segwit (ħlief permezz ta' l-aċċettazzjoni tar-rata minima ta' 15 %) minħabba oppożizzjoni minn xi Stati Membri. Illum is-sitwazzjoni ma nbidlitx: l-attentat tal-Kummissjoni li tirranġa għall-inqas l-aspett tad-derogi huwa punt favorevoli, imma fl-istess ħin juri nuqqas ta' abbiltà li jsir aktar progress lejn armonizzazzjoni fiskali fil-livell Komunitarju. Il-Kummissjoni ma taħtix ta' dan, imma lanqas ma jaħtu l-Istati Membri, jew hekk jew b'hekk mhux l-Istati Membri waħidhom: il-problema fundamentali tinsab fl-istruttura stess tal-VAT bħal reġim temporanju, kid ser jitfisser aktar 'il quddiem.

4.3

Bażikament jeħtieġ li ngħarfu u naċċettaw li l–VAT kif tinftiehem bħalissa tintuża mill-Istati Membri biex tikseb miri prinċipalment fiskali u biex tindirizza tħassib politiku u soċjali li jwassal biex jiġu applikati rati ogħla jew aktar baxxi mir-rata standard. Fil-livell Komunitarju, għalhekk, l-armonizzazzjoni hija aspirazzjoni li ma tissarrafx fil-prattika u din il-komunikazzjoni hija attentat biex toffri rimedju permezz ta' l-armonizzazzjoni tar-rata tal-VAT imnaqqsa, ta' l-anqas għal attivitajiet li għandhom impatt transkonfinali jew li jaqblu ma' kriterji aċċettati ta' poltiki Komunitarji. Min-naħa tiegħu il-KESE jsostni li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom dejjem iżommu f'moħħhom li, jekk wieħed mill-għanijiet tal-VAT imnaqqsa hu li jkun hemm ridistribuzzjoni tad-dħul, dan irid jissarraf tassew fil-prattika. Fi kliem ieħor, kull tnaqqis tal-VAT irid jiġi analizzat bir-reqqa biex jiġi żgurat li tassew jikkorrespondi ma' kriterju soċjali u li mhux qed jaħbi għanijiet anqas ġenwini. Ħtiġijiet oħrajn li wieħed għandu jqis huma s-simplifikazzjoni ta' l-obbligi u t-trasparenza tar-regoli: żewġ rekwiżiti li jagħmlu l-ħajja aktar faċli għan-negozji imma wkoll aktar faċli u ta' anqas spiża għall-awtoritajiet fiskali biex jagħmlu spezzjonijiet.

4.4

Anness III tad-direttiva dwar il-VAT jinkludi lista ta' 18-il kategorija li għalihom tapplika r-rata mnaqqsa; kull Stat Membru għandu l-possibbiltà li jagħżel il-kategoriji, jagħmel esklużjonijiet fihom u jiddetermina kemm ser ikun it-tnaqqis. Il-komunikazzjoni in kwistjoni tistieden l-Istati Membri “janalizzaw il-kandidati differenti għal rati mnaqqsa ulterjuri sabiex jiddeterminaw il-livell ta' tgħawwiġ li jista' jinqala' mill-eliġibbiltà — volontarja — u biex jiddeċiedu jekk tali livell ta' tgħawwiġ huwiex aċċettabbli” (9). Mill-kuntest ġenerali tal-komunikazzjoni ma jidhirx li wieħed jista' jinterpreta dan il-messaġġ bħala stedina biex titkabbar il-lista ta' prodotti u servizzi, jekk xejn il-kuntrarju. Hu x'inhu, il-KESE jopponi b'mod miftuħ l-estensjoni tal-kategoriji tal-prodotti u s-servizzi li għalihom jistgħu jiġu applikati r-rati mnaqqsa: jekk irridu nibqgħu mexjin — għall-inqas idealment, għalissa — fuq it-triq lejn l-armonizzazzjoni, l-Istati Membri fil-fatt imisshom iqassru aktar milli jtawlu l-lista li tinsab f'Anness III.

4.5

Wieħed jifhem, madankollu, il-linja li ħadet il-Kummissjoni: la l-miraġġ ta' reġim “definittiv” intesa jew twarrab, waħda mill-prijoritajiet hi li tingħata awtonomija akbar lill-Istati Membri biex jistabbilixxu rati mnaqqsa għas-servizzi lokali li ma jistgħux jiġu offruti mill-bogħod. Il-Kummissjoni tinnota li dawn is-servizzi “ma huma ta' l-ebda tħassib għat-tħaddim tas-suq intern”: din m'hijiex sempliċi pragmatika imma aktar l-għarfien tan-neċessitajiet poltiċi u soċjali li huma l-bażi għall-għotja ta' l-eżenxjonijiet.

4.6

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu analizzati sewwa l-affermazzjonijiet li jwasslu għal ġeneralizzazjonijiet simplistiċi: jekk l-intaxxar ta' l-attività lokali ma taffetwax it-tħaddim tas-suq intern, allura kull prodott jew servizz prodott u kkunsmat lokalment ikollu jiġi soġġett għal tassazzjoni stabbilita fuq bażi lokali: dan il-prinċipju li jdgħajjef kompletament l-istess bażi tad-direttiva dwar il-VAT. Bla dubju l-Kummissjoni la għandha l-intenzjoni li twaqqaf u lanqas li taċċetta prinċipju bħal dan.

4.7

Jekk inħarsu lejn id-dettalji ta' l-aspetti msemmija mill-Kummissjoni, ta' min wieħed jikkumenta dwar l-affermazzjoni li rata mnaqqsa tal-VAT f'setturi taħt mira għaqlija tista' toffri benefiċċji speċifiċi, u b'hekk iżżid il-produttività ġenerali u għalhekk il-PGD. F'din il-kategorija jaqgħu s-servizzi mogħtija lokalment: tnaqqis fil-VAT jista' jikkonvinċi l-konsumaturi jnaqqsu l-attivitajiet “do-it-yourself” u jiddedikaw aktar ħin għall-attivitajiet professjonali tagħhom. Jeħtieġ iżda li nħarsu lejn il-fatti: l-attivitajiet “do-it-yourself” huma passatemp li m'huwiex biss ta' użu soċjalment imma wkoll ta' benefiċċju ekonomiku għall-familji, u għalhekk ta' min jitħeġġeġ. Barra minn hekk, filwaqt li hu possibbli li tnaqqis tat-taxxa jistà jwassal għal irċevuti tat-taxxa akbar għat-Teżor, dan ikun japplika biss għal attivitajiet do-it-yourself li jistgħu jsiru minn kumpaniji li jħallsu t-taxxa; kemm tista' tibbenefika minn dan l-ekonomija s-sewda ma jissemma qatt. L-ekonomija moħbija jew parzjalment moħbija — biex ma nsemmux l-evażjoni tat-taxxa — mhux ser tinkixef sempliċiment għax tibbenefika minn rata mnaqqsa tal-VAT. Biex dan jinkiseb jeħtieġ ta'miżuri differenti ħafna.

4.8

Issir referenza speċjali għas-servizzi li jagħtu r-ristoranti, li skond il-Kummissjoni jinsabu f'sitwazzjoni ambigwa, jew ta' l-anqas kontroversjali. Minn naħa, tosserva li huma l-aktar ikkonċentrati fuq konsum domestiku, imma min-naħa l-oħra huwa magħruf li jistgħu jkunu ta' importanza kosniderevoli għall-politika tat-turiżmu f'xi pajjiżi, u fil-pajjiżi kollha fir-reġjuni fil-fruntieri. Mhux ser ikun faċli li jintlaħaq ftehim dwar din il-kwistjoni, kif ġara fil-passat: il-Kumitat jemmen li ser tinħtieġ deċiżjoni ta' natura purament politika. Kull kunsiderazzjoni ekonomika jew fiskali oħra tibqa' ġġebbed l-argument: ħadd mhu ser jiċċaqlaq mill-pożizzjoni tiegħu, ġustifikata minn raġunijiet validi ta' politika interna.

4.9

Dejjem fuq il-kwistjoni ta' servizzi mogħtija lokalment, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni lejn qasam li jista' jsir is-suġġet ta' dibatittu importanti, dak tas-servizzi tas-saħħa pubbliċi u privati, li f'ċerti ċirkostanzi diġà jistgħu jkollhom rati mnaqqsa (10). Hemm tendenza dejjem tikber fost iċ-ċittadini ta' xi Stati Membri li jużaw is-servizzi mediċi u kirurġiċi pubbliċi f'pajjiżi oħrajn, li huma jikkunsidrawhom, bir-raġun jew le, aktar effiċjenti. Dan il-fenomenu ftit għandu x'jaqsam mat-tassazzjoni; aktar rilevanti għal kwistjonijiet ta' tassazzjoni hija l-għażla li f'pajjiżi oħrajn jintużaw servizzi minn kliniċi u professjonisti privati. Id-differenza kbira bejn ir-rati ntaxxati fl-Isati Membri differenti toħloq, speċjalment f'ċerti oqsma tas-saħħa, devjazzjoni mis-suq nazzjonali lejn pajjiżi oħra. In-natura lokali ta' dawn is-servizzi għalhekk qed tonqos hekk kif qed jieħdu dehra trans-nazzjonali għal xi servizzi u xi pajjiżi. F'dan il-qasam mhux faċli li jsiru distinzjonijiet, u lanqas m'hu possibbli li tiġġeneralizza:b'hekk hemm riskju qawwi li tinħoloq kontroversja.

4.9.1

Jekk jintlaħaqx ftehim jiddependi minn jekk jinstabx bilanċ bejn ħtiġijiet differenti u opposti: minn naħa, minħabba n-natura intrinsikament soċjali tal-ħarsien tas-saħħa, jidher xieraq li dawn is-servizzi jiġu inklużi ma' dawk li għalihom tapplika rata mnaqqsa, min-naħa l-oħra, dan jista' jqajjem kwistjonijiet ta' kompetizzjoni. Id-deċiżjoni aħħarija trid tqis id-dritt ta' l-individwu li jirċievi kura li tkun ta' piż mill-inqas għall-baġit familjari; Fi kliem ieħor, l-interess taċ-ċittadin/konsumatur jrid jieħu prijorità fuq il-prinċipja ta' kompetizzjoni.

4.10

L-applikazzjoni ta' rata tal-VAT imnaqqsa għal oqsma li jinvolvu ħadna xogħol ta' bla sengħa hija kontroversjali. L-istudju kkwotat mill-Kummissjoni josserva li din il-miżura tista' twassal għal tkabbir permanenti fix-xogħol, imma li l-gwadann x'aktarx ikun minuri, li huwa x'aktarx minnu. Anki f'dan il-każ diffiċli tittieħed deċiżjoni: oqsma bħal dawn (bini, xogħolijiet fit-toroq, kumpaniji tad-tindif, swieq, eċċ.) jaqdu domanda li ġeneralment mhix flessibbli, u għalhekk tnaqqis fil-VAT għal dawn is-setturi ma jkollux wisq effett fuq ix-xogħol. Barra minn hekk, hemm ukoll oqsma li jimpjegaw ħaddiema bla sengħa fl-“ekonomija klandestina” aktar spiss. Tnaqqis tal-VAT żgur li jgħin biex inaqqas l-ispejjeż għan-negozji, imma mhux magħruf jekk dan iwassalx għal tnaqqis fil-prezzijiet u żieda “vera” fix-xogħol.

4.11

B'mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni tinnota li r-rati mnaqqsa huma effettivi biss meta s-sehem tan-nefqa fuq il-konsum ta' prodotti jew servizzi tvarja biżżejjed bejn il-gruppi ta' dħul baxx u għoli u tkun stabbli tul iż-żmien. Dawn id-differenzi jidhru l-aktar fis-setturi ta' l-ikel, tal-ħwejjeġu tal-bini: jeżistu differenzi notevoli bejn pajjiż u ieħor; Imma spiss id-differenzi l-aktar evidenti — u l-aktar inġusti mill-lat soċjali) jinsabu fl-Istati Membri individwali. Il-Kumitat ifakkar li f'bosta Stati Membri ir-rata mnaqqsa tiġi applikata skond il-karegorija, mingħajr ma jitqies il-fatt li ħafna kategoriji jinkludu prodotti tal-massa waqt li oħrajn huma deċiżament esklussivi u ħafna aktar għaljin. Il-problema tibqa' dik ta' kif — u skond liema kriterji — ser tapplika rati ta' taxxa differenti fuq prodotti jew servizzi li jaqgħu fl-istess kategorija imma li fil-fatt jimmiraw klassijiet soċjali differenti skond il-kwalità u l-prezz. Problema oħra hija kif isiru distinzjonijiet dejjiema, li ma jiġux affetwati minn bidliet fil-moda, u kif tiżgura li jiġu osservati mingħajr l-użu ta' spezzjonijiet ikkumplikati u li jkunu spiża. Fl-aħħar, trid ukoll titqies il-frodi, li hi possibbli f'kull qasam imma partikolarment fit-tnejn msemmija hawnhekk: kategorizzazzjoni stretta u ddettaljat tista' tiffaċilita l-frodi u l-monitoraġġ tagħha huwa diffiċli ħafna. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu applikati kriterji li huma differenti skond il-kunsiderazzjonijiet soċjali: fi kliem ieħor, rati mnaqqsa għandhom jikkontribwixxu għal politika soċjali ta' distribuzzjoni tad-dħul u, fejn l-alternattivi msemmija fil-Punt 4.15 m'humiex possibbli, għal appoġġ għal programmi soċjali importanti. Imma f'kwalunkwe każ, trid tiġi żgurata t-trasparenza b'rispett lejn iċ-ċittadini tal-pajjiż innifsu u ta' l-Istati Membri l-oħrajn.

4.11.1

L-istess ħaġa tista' tingħad għall-kotba u l-gazzetti, kategorija li fiha pubblikazzjonijiet ta' valur soċjali xi drabi jinġabru ma' oħrajn ta' l-ebda valur edukattiv jew li joffri divertiment jew, agħar minn hekk, li huma kważi illegali jew lil'hinn mil-limiti tal-kuxjenza ċivili komuni. Għalkemm diffiċli, jidher li d-distinzjonijiet huma meħtieġa, u hu x'inhu l-każ, ġustifikabbli fejn tidħol it-trasparenza demokratika.

4.12

Finament, il-Kummissjoni tinnota li l-operazzjoni ta' bosta rati tinvolvi spejjeż sinifikattivi għan-negozji u l-awtoritajiet fiskali: dan huwa ovvju. Il-Kumitat jippreferi jitkellem dwar żieda fl-ispejjeż, la fil-qasam tat-tassazzjoni l-VAT diġà hija l-aktar taxxa għalja biex tiġi implimentata u miġbura. Il-Kumitat diġà enfasizza dan il-fatt (11) u hawnhekk jitlob lill-Istati Membri biex juru d-dħul nett mill-VAT wara li jitnaqqas l-ammont li jmur fil-baġit Komunitarju kif ukoll l-ispejjeż ta' l-operazzjoni, il-ġbir, il-kontroll u l-ġlieda kontra l-frodi. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagmel din it-talba tagħha, f'isem it-trasparenza, u wkoll biex tikkunsidra jekk jistax ikun hemm lok għal sistema alternattiva ta' taxxa  (12). Wieħed jawgura li bidla fil-ħsieb f'dan il-qasam sħiħ tissarraf ukoll fir-riżultati — li jistgħu jkunu sorprendenti — f'dak li hu l- gwadann nett għat-Teżor : meta joħorġu r-rużultati “vera”, jista' jkun li jkunu l-awtoritajiet fiskali stess li jieħdu l-inizjattiva.

4.13

Madankollu, l-unika kwistjoni li qed tiġi diskussa bħalissa hija dik mhux daqstant ċentrali ta' l-ispejjeż miżjuda “għan-negozji u l-awtoritajiet tat-taxxa”, jew l-ispejjeż amministrattivi u taż-żamma tal-kotba li tinvolvi l-implimentazzjoni — u l-interpretazzjoni — ta' regoli li jidderogaw mill-istandard. Il-Kumitat jisħaq li kull żieda fl-ispejjeż għan-negozji tiġi trasferita għall-konsumatur aħħari, għalhekk ikun meħtieġ li wieħed janalizza, skond il-każ, jekk u kemm l-applikazzjoni ta' rata mnaqqsa tissarraf f'benefiċċji reali għaċ-ċittadini. Illum il-maġġoranza tal-ħafna każi — każi ta' nuqqas ta' qbil huma riżultat tal-firxa wiesgħa ta' klassifikazzjonijiet, li jwasslu għal interpretazzjonijiet kontroversjali, l-involviment tal-konsulenti, spezzjonijiet u appelli: b'hekk ir-regoli l-ġodda għandhom jiġu mfassla biex ma jkunux spiża biex jiġu implimentati.

4.14

Għalissa, is-sistema ta' rati mnaqqsa, għalkemm waħda għalja, hija l-unika waħda prattikabbli; Madankollu, peress li l-Kummissjoni sejħitilha riġida u inkoerenti, il-Kumitat jittama li d-diskussjonijiet politiċi bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iwasslu għal deċiżjonijiet konġunti li, ovvjament filwaqt li mmexxija mill-prinċipji tas-suq intern, dejjem jirrispettaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini/konsumaturi, il-kumpaniji u l-awtoritajiet tat-taxxa.

4.15

F'dawk li huma alternattivi għar-rati mnaqqsa, il-Kummissjoni ssaqsi jekk dawn jistgħux jinbidlu minn sussidji diretti: dan huwa strument politiku aktar effettiv, aktar trasparenti u anqas jiswa' flus. Il-Kumitat jemmen li alternattivi skond in-natura nazzjonali huma vijabbli f'xi każi speċifiċi fuq bażi temporanja, sakemm jiġu evitati dawk il-miżuri li huma simili għall-għajnuna mill-Istat. Madankollu, kull tip ta' soluzzjoni nazzjonali bħala alternattiva għad-derogi tal-VAT għandha tkun deċiża fuq bażi ta' kriterji li jiżguraw it-trasparenza, billi nżommu f'moħħna li, f'kwalunkwe każ, dan iwarrabna dejjem aktar mill-objettivi tas-suq uniku.

4.16

Finalment, bħala sostenn għall-bosta opinjonijiet tiegħu dwar is-suġġett, il-Kumitat jagħti suġġeriment ibbażat fuq it-trasparenza u s-sens komun: ir-reġim tal-VAT m'għandux jibqa' jissejjaħ “temporanju”. Aġġettiv bħal dan, li għadu jintuża wara li għaddew 30 sena u m'għandux prospetti ta' żmien medju li jsir definittiv — huwa qarrieqi u ta' ħsara għall-kredibbiltà tar-regoli ta' l-UE. Jekk xejn jikkonferma l-idea antika li tgħid li “xejn mhu aktar definittiv mill-attwali”.

Brussell, it-22 ta' April 2008.

Il President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Skond il-loġika, reġim “definittiv” għandu jipprovidi għal tassazzjoni fil-post tad-destinazzjoni, jew aktar preċiżament, fil-post tal-konsum. Dak iż-żmien, u anki llum, ostakli differenti fixklu milli jkun hemm implimentazzjoni ġenerali, u dan għadu hekk s'issa.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347 tal-11.12.2006).

(3)  Artikolu 96 u 97 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347 tal-11.12.2006). Qatt ma ġiet stabbilita rata massima.

(4)  Ara Artikoli 98-101 u Anness III tad-direttiva.

(5)  Proposta ta' direttiva COM(2007) 381 finali u opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward ċerti dispożizzjonijiet temporanji dwar rati ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU C 44 tas-16.2.2008, p. 120).

(6)  Ara l-Introduzzjoni għall-Komunikazzjoni COM (2007) 380 finali.

(7)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (Riformulat) (ĠU C 74 tat-23.3.2005, p. 21).

(8)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE bil-ħsieb li jiġu ssimplifikati l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1798/2003 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni amministrattiva fil-kuntest ta' l-iskema ta' waqfa waħda u l-proċedura ta' rifużjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU C 267 tas-27.10.2005, p. 45).

(9)  Ara l-Komunikazzjoni COM(2007) 380 finali, punt 3.3 “In-neċessitajiet tas-Suq Intern”, it-tieni paragrafu.

(10)  Paragrafi 15 u 17, Anness III tad-Direttiva tal-VAT.

(11)  Din il-kwistjoni tqajmet l-ewwel mill-Kumitat fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa fis-suq uniku (ĠU C 268 tad-19.9.2000, p. 45) u f'bosta okkażjonijiet oħrajn aktar tard, l-aktar riċentament fl-opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/ECC bil-ħsieb li tissimplifika l-ibbligi tat0taxxa fuq il-valur miżjud u l-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1798/2003 li jikkonċerna l-introduzzjoni ta' arranġament ta' kooperazzjoni amministrattiva fil-kuntest ta' skema l-iskema ta' waqfa waħda u l-proċedura ta' rifużjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU C 267 tas-27.10.2005, p. 45), li naturalment ħadd ma ta kasha.

(12)  Il-KESE beda jiġbed l-attenzjoni dwar dan il-punt ukoll fl-2000 fl-opinjoni msemmija fin-nota ta' qabel, u minn dakinhar kompla jsostni l-punt f'numru ta' opinjonijiet. Il-Kumitat ukoll ikkumentat dwar dan fl-opinjoni tiegħu dwar sistema komuni tal-VAT (riformulat) (ĠU C 74 tat-23 ta' Marzu 2005, p. 21).


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/72


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Strateġija għall-ibgħad reġjuni: kisbiet u prospettivi fil-ġejjieni

COM(2007) 507 finali

(2008/C 211/19)

Nhar il-21 ta' Settembru 2007 il-Kumissjoni Ewropea iddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Strateġija għall-Ibgħad Reġjuni: Kisbiet u Prospettivi fil-Ġejjieni.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-28 ta' Marzu 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Coupeau.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April 2008 (seduta tat-22 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'128 vot favur, 3 voti kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Introduzzjoni

1.1

Artikolu 299(2) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi l-partikolarità ta' l-ibgħad reġjuni u b'hekk jagħmilha possibbli għalihom li jżommu l-karatteristiċi partikolari tagħhom u jnaqqsu x-xkiel.

1.2

Is-seba' reġjuni kklassifikati bħala l-ibagħad reġjuni huma l-komunità Spanjola awtonoma tal-Gżejjer Kanarji, ir-reġjuni awtonomi Portugiżi ta' Madeira u l-Ażores u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guadeloupe, il-Gujana Franċiża, Martinique u Réunion.

1.3

Sa mill-1989, dawn ir-reġjuni bbenefikaw minn programm speċifiku ta appoġġ għal miżuri ta' żvilupp soċjo-ekonomiku li jwasslu għal konverġenza akbar mal-bqija ta' l-Unjoni Ewropea.

1.4

Permezz tal-Komunikazzjoni tat-12 ta' Settembru 2007 bit-titolu Strateġija għall-ibgħad reġjuni: kisbiet u prospettivi fil-ġejjieni, il-Kummissjoni nediet proċess ta' konsultazzjoni pubblika sabiex tiġbor l-opinjonijiet tal-partijiet interessati kollha dwar il-politika tagħha dwar l-ibgħad reġjuni minħabba fl-isfidi kbar li l-ibgħad reġjuni jridu jiffaċċjaw fis-snin li ġejjin. Din l-opinjoni hi l-kontribut tal-KESE għall-proċess ta' konsultazzjoni.

1.5

Il-KESE jħoss li filwaqt li l-politiki finanzjarji ta' l-ibgħad reġjuni ta' l-UE kellhom xi effetti tajbin, għad fadal xi diffikultajiet strutturali, li jridu jiġu riżolti: dawn il-politiki għalhekk iridu jittejbu fil-futur.

1.6

Il-Kumitat jinnota li l-aċċess għall-Ewropa u s-suq tagħha hu kwistjoni kostanti minħabba d-distanza u l-insularità ta' l-ibgħad reġjuni (ħlief għall-Gujana Franċiża) u l-karatteristiċi ġeografiċi u strutturali partikolari tagħhom.

1.7

Il-KESE jinnota li l-pożizzjoni ta' l-ibgħad reġjoni, viċin sferi ta' influwenza bħalma huma l-Mercosur, l-Afrika tal-Punent u t'Isfel u l-Karibew, tagħti dimensjoni globali lill-Ewropa. Barra minn hekk, peress li jinsabu f'diversi oċeani differenti, l-ibgħad reġjuni jagħtu lill-Ewropa żona ekonomika esklussiva li tgħodd mal-25 miljun km2 li fiha ġid u riżorsi li għadhom ma ġewx stmati.

1.8

Il-Kumitat jixtieq jenfasizza wkoll li min-natura tagħhom stess l-ibgħad reġjuni jbatu minn żvantaġġ kompetittiv.

ma jistax ikollhom ekonomiji ta' skala minħabba fiċ-ċokon tas-swieq;

in-nuqqas ta' riżorsi naturali, bħaż-żejt, il-gass u l-minerali;

żvilupp ekonomiku li huwa bbażat fuq ftit prodotti biss: it-turiżmu, l-agrikoltura u s-sajd.

minħabba fiċ-ċokon tas-swieq, hemm it-tendenza li n-negozji jiġbru, f'żona żgħira, u jiffurmaw monopolji jew konsorzi, li jfixklu l-kompetittività.

1.9

Il-KESE jħoss li l-grupp bejn is-servizzi dwar l-ibgħad reġjuni tal-Kummissjoni irid jinżamm jew anke jissaħħaħ, sabiex tiżdied l-effikaċja tal-politika ta' l-UE.

2.   Is-setturi ta' l-industrija ta' l-ibgħad reġjuni: analiżi u rakkomandazzjonijiet

2.1   Turiżmu

2.1.1.

Is-settur tat-turiżmu huwa importanti ħafna fl-ekonomiji ta' l-ibgħad reġjuni u f'xi każi l-unika sors ta' tkabbir ekonomiku.

2.2

Il-Gżejjer Kanarji żviluppaw industrija diversifikata tat-turiżmu li tattira aktar minn għaxar miljun turist fis-sena. Madeira ukoll żviluppat l-industrija tat-turiżmu tagħha billi kabbret il-kapaċità tagħha b'mod sinifikanti. It-turiżmu huwa importanti ukoll fl-Antilli u f'Réunion, iżda għalkemm settur importanti għadu fraġli. Grazzi għall-ambjent naturali eċċezzjonali u klima favorevoli, l-ibgħad reġjuni żviluppaw turiżmu ta' kwalità. Iżda dan żied id-dipendenza ekonomika tagħhom, li ġġib magħha riskji kbar minħabba fl-instabbiltà tal-klima, r-rati ta' skambju ta' l-Euro, tħassib dwar is-saħħa, eċċ. li jwasslu għal ħafna bidliet fit-talba għat-turiżmu.

2.3

Il-Kumitat jemmen li hemm bżonn urġenti li jinħareġ logo għall-ibgħad reġjuni li jiġi reklamat, sabiex dawn ir-reġjuni jiġu promossi fil-pajjiżi kollha Ewropej u anke f'pajjiżi oħra viċin l-ibgħad reġjuni, sabiex ikun hemm diversifikazzjoni u titjib fil-kwalità u s-sostenibbiltà tat-turiżmu.

2.4

Il-partijiet interessati fit-turiżmu jridu jsaħħu l-kontribut tal-prattiċi sostenibbli, fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu ppreżervati r-riżorsi naturali, u jridu jikkonsultaw mal-partijiet interessati lokali kollha sabiex jistabbilixxu kriterji ta' żvilupp xieraq. Filwaqt li huwa ċar li hemm għarfien dwar is-sostenibbiltà fl-ibgħad reġjuni, din trid tiġi akkumpanjata minn politika li tkun żviluppata mill-partijiet interessati lokali u msaħħa bil-fondi ta' l-UE.

2.5   Agrikoltura

2.5.1.

Il-KESE jinnota li għalkemm l-agrikoltura hi settur tradizzjonali u tibqa pilastru importanti ta' l-ekonomiji ta' l-ibgħad reġjuni, il-kontribut tagħha għall-valur miżjud qed jonqos. L-agrikoltura tirrappreżenta sors ewlieni ta' impjieg u għandha tkun protetta akkost ta' kollox, u jekk jista' jkun żviluppata:

L-Ażores huma l-aktar gżejjer agrikoli fost l-ibgħad reġjuni, u fejn is-settur agrikolu jirrappreżenta 24 % tal-ħaddiema (mhux biss trobbija ta' l-annimali, iżda pitravi, tabakk u oħrajn). Is-sajd hu settur strateġiku fir-rigward tal-esportazzjoni — speċjalment tat-ton — iżda dan l-aħħar kien qed jonqos.

L-ibgħad reġjuni jipproduċu ukoll:

banana (Gżejjer Kanarji, Madeira, Martinique u l-Guadeloupe);

kannamiela (Réunion, Guadeloupe u l-Martinique);

frott tropikali (Réunion u l-Gujana Franċiża);

fjuri tropikali (l-Antilli);

xarbiet (Madeira, Gżejjer Kanarji, Martinique u l-Guadeloupe);

2.5.2

Għandu jiġi nnutat li hemm kompetizzjoni qawwija mill-pajjiżi terzi, li tispjega ftit mit-tnaqqis tal-valur miżjud.

2.5.3

Hemm żewġ tipi ta' agrikoltura: dik għas-suq lokali u għall-esportazzjoni. Ħafna drabi dawn iż-żewġ tipi jkunu f'kunflitt iżda jistgħu anke jikkumplimentaw lil xulxin. Il-KESE jisħaq l-ħtieġa importanti li d-distributuri lokali jippromovu l-agrikoltura għas-suq lokali.

2.5.4

Fir-rigward ta' l-agrikoltura għall-esportazzjoni, il-KESE jitlob għal kampanja ta' reklamar dwar il-prodotti ta' l-ibgħad reġjuni u li dawn il-prodotti jingħataw tikketta speċjali, li tenfasizza l-konformità tagħhom ma' l-istandards soċjali, ambjentali u ta' saħħa iebsin ta' l-UE.

2.5.5

Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa urġenti biex l-UE issaħħaħ il-politika tagħha ta' sorveljanza tal-prodott minn pajjiżi terzi biex twaqqaf l-firxa tal-mard li jittieħed u tipi differenti ta' kontaminazzjoni tal-pjanti bil-għan li jiġu protetti l-irziezet.

2.5.6

Il-Kumitat jipproponi ċertu grad ta' konformità bejn il-prodotti minn pajjiżi terzi u mill-ibgħad reġjuni, sakemm dan:

ma jkunx ta' theddida għall-irziezet lokali;

iżid l-istandard ta' għajxien tan-nies f'pajjiżi terzi; u li

ikun hemm forum għal konsultazzjoni biex jippromovi qafas ta' żvilupp sostenibbli.

2.5.7

Il-KESE jenfasizza l-iżvantaġġi naturali ta' l-ibgħad reġjuni, imsemmija qabel, u jixtieq li jżomm il-politika li jikkumpensa għalihom.

2.5.8

Il-Kumitat hu mħasseb dwar il-ġestjoni ta' l-art f'xi uħud mill-ibgħad reġjuni, għaliex għandhom jiġu preservati ż-żoni agrikoli. L-UE għandha tħeġġeġ l-awtoritajiet lokali sabiex, f'qafas ta' żvilupp sostenibbli jikklassifikaw iż-żoni ta' preservazzjoni u ż-żoni urbani.

2.5.9

L-ibgħad reġjuni huma sinjuri fil-bijodiversità u bla dubju dan hu vantaġġ ekonomiku li jippermetti li tinżamm varjetà konsiderevoli ta' agrikoltura bl-użu ta' metodi li jirrispettaw l-ekosistema. Politika f'dan il-qasam għandha tkun ambizzjuża u ffinanzjata b'mod adegwat.

2.6   Sajd

2.6.1

Dan hu settur importanti għall-ibgħad reġjuni, iżda l-ġestjoni tal-ħażniet tal-ħut ser tkun problematika. Għandha tingħata kunsiderazzjoni għat-tfittxija ta' provvisti ta' ħut ġodda, jista' jkun l-akwakultura tal-baħar.

2.6.2

Riċerka u politikimmirati għandhom jiżguraw mezzi ta' żamma ta' provvisti tal-ħut. L-iskemi li intużaw s'issa kellhom suċċess kbir fl-appoġġ tas-settur.

2.6.3

Is-settur ta' l-akwakultura għadu fil-bidu tiegħu iżda hu stabbilit sew fil-Gżejjer Kanarji u f'Réunion. Il-KESE jinnota s-suċċess tal-Gujana Franċiża fil-qasam ta' trobbija tal-gambli.

2.6.4

Il-pożizzjoni ta' l-ibgħad reġjuni tagħti lill-Unjoni Ewropea żona marittima kbira (l-Oċeani Indjani u Atlantiċi, il-Karibbew, eċċ) kif ukoll bijodiversità kbira ta' riżorsi tal-ħut. Il-KESE jsostni li l-baċiri ta' l-ibħra għandhom jiġu ġestiti individwalment, minħabba li s-sitwazzjoni fl-Oċean Indjan hi differenti minn dik fl-Atlantiku; dan għandu ukoll jikkunsidra l-provvisti reali tal-ħut.

2.7   Negozjar u distribuzzjoni

2.7.1

Is-settur tan-negozji hu wieħed importanti għall-ibgħad reġjuni, iżda jiddependi fuq l-importazzjonijiet mill-Istati Membri; il-konsum hu sostnut mill-popolazzjoni lokali, iżda jvarja ukoll skond in-numri tat-turisti.

2.7.2

Il-KESE jemmen li hemm bżonn ta' sezzjoni għall-bejgħ u x-xiri bl-imnut li tiffoka fuq il-prodotti lokali sabiex toffri varjetà ta' prodotti u servizzi adattati għall-popolazzjoni u għat-turisti.

2.8   Kumpaniji u kompetizzjoni

2.8.1

Meta jitqies id-daqs kemmxejn żgħir tas-suq lokali fl-ibgħad reġjuni, kumpanija żgħira tista' malajr issib ruħha f'pożizzjoni ta' monopolju.Għalhekk dik li titqies bħala kumpanija kbira fl-ibgħad reġjuni tirrappreżenta kumpanija żgħira fl-Ewropa kontinentali; b'riżultat ta' dan ma hemm l-ebda ekonomija ta' skala f'dawn ir-reġjuni.

2.8.2

Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza tas-suq u l-promozzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji.

2.8.3

L-ispejjeż żejda ffaċjati mill-ibgħad reġjuni huma ġeneralment diffiċli li jiġu identifikati. Dawn jinkludu:

trasport bil-baħar u bl-ajru tal-merkanzija u l-materjali;

vjaġġar ta' negozju diffiċli bejn il-kontinent u l-ibgħad reġjuni minħabba n-nuqqas ta' konnessjonijiet diretti, skedi ta' titjiriet mhux konvenjenti u spejjeż għoljin kaġun tad-distanza u l-insularità doppja;

spejjeż ta' ħażna ogħla minħabba n-nuqqas ta' konnessjonijiet bil-baħar u bl-ajru;

spejjeż ta' reklutaġġ ogħla, minħabba l-ħtieġa ta' korisjiet ta' taħriġ fil-kumpaniji biex l-ħaddiema b'anqas ħiliet isiru aktar produttivi;

nefqa ogħla fuq it-trasport, taħriġ tal-persunal u kapaċità ta' mħażen akbar mill-intrapriżi fil-kontinent Ewropew: dan iżid l-ispejjeż u jnaqqas l-kompetittività;

spejjeż ta' installazzjoni ogħla minħabba l-importazzjoni tal-materjali.

2.8.4

Il-KESE jħoss illi l-politiki ta' l-UE jridu jikkunsidraw dawn l-ispejjeż żejda u jieħdu miżuri biex itaffuhom kemm jista' jkun.

2.9   Enerġija

2.9.1

L-iskarsezza jew in-nuqqas ta' sorsi tradizzjonali ta' enerġija u d-dipendenza fuq enerġija esterna hi dgħjufija strutturali ta' l-ekonomiji ta' l-ibgħad reġjuni. Madankollu l-ibgħad reġjuni għandhom firxa wiesa' ta' possibbilitajiet għall-iżvilupp ta' enerġija rinnovabbli:

2.9.2

Il-KESE jinnota li l-enerġija hi problema rikorrenti f'dawn ir-reġjuni, madankollu hemm bosta opportunitajiet, bħall-enerġija solari, geotermali mill-baħar u tar-riħ.

2.9.3

Barraminhekk, dawn ir-reġjuni għandhom kemmxejn ta' problema bl-immaniġġjar ta' l-iskart, li jista' jkun sors ta' enerġija. Politika ta' diversifikazzjoni ta' l-enerġija tista' fl-istess ħin issolvi ukoll il-problema ta' l-iġene pubblika:

ħafna mir-reġjuni għandhom klima triopikali u jistgħu jaħżnu l-enerġija li din toffri;

xi reġjuni jinsabu fuq territorju vulkaniku fejn tista' tiġi sfruttata l-enerġija ġeotermali;

grazzi għall-viċinanza tal-baħar, tista' tiġi żviluppata l-enerġija bbażata fuq il-baħar;

l-iskart hu sors possibli ta' enerġija;

2.9.4

Il-Kumitat jemmen li d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' enerġija għandha titqies bħala mira għat-tul li għaliha għandu jkun hemm inċentiv finanzjarju.

2.10   Riċerka u żvilupp

2.10.1

Iridu jiġu żviluppati teknoloġiji ta' komunikazzjoni ġodda sabiex jintemm l-iżolament u jinfetħu opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp ekonomiku fl-ibgħad reġjuni.

2.10.2

Hu importanti, kemm għas-setturi tradizzjonali u mhux tradizzjonali, li tiġi żviluppata riċerka sabiex jinstabu risposti għall-kwistjonijiet li qed jiffaċċjaw l-ibgħad reġjuni.

2.10.3

Il-KESE jemmen li jekk dawn ir-reġjuni jsiru aktar attraenti għaċ-ċentri tar-riċerka dan ikollu effett pożittiv ħafna. Dan ukoll jipprovdi sors utli ta' diversifikazzjoni għall-ekonomoija ta' l-ibgħad reġjuni.

2.11   L-importanza ta' l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta' l-ekonomiji reġjonali:

2.11.1

L-iżvilupp individwali fl-ibgħad reġjuni jvarjaw ħafna. Bl-eċċezzjoni ta' ftit inizjattivi, is-setturi l-ġodda m'humiex stabbiliti sew fl-ibgħad reġjuni u ma jistgħu qatt ikunu ta' alternattiva għas-settur tradizzjonali.

2.11.2

Għandu jiġi enfasizzat li s-settur pubbliku (Ewropew, amministrazzjoni ċentrali u reġjonali, kumpaniji pubbliċi, università u ċentri tar-riċerka) għandu rwol kruċjali bħala magna ta' attività. L-unversitajiet ukoll huma importanti fl-ibgħad reġjuni: hu għalhekk importanti li dawn jinżammu. Il-KESE jissuġġerixxi t-twaqqif ta' borża ta' studju Ewropea li tattira studenti minn kull nazzjonalità.

2.11.3

Il-kumpaniji lokali m'għandhomx kapaċità ta' investiment. Għalhekk huma dipendenti ħafna fuq l-għajnuna Komunitarja biex iwettqu proġetti barra fis-setturi tradizzjonali.

2.11.4

Il-potenzjal ta' finanzjar ta' kumpaniji hu mxekkel bi spejjeż żejda. Il-KESE jikkunsidra li hu indispensabbli li jkun hemm politika finanzjarja li tgħin lill-kumpaniji biex jiżviluppaw l-oqsma ta' attività tagħhom. Il-KESE jixtieq ukoll li jistimola politika ta' ħolqien ta' kumpaniji billi jiffaċilita l-aċċess għall-fondi ta' investiment sabiex jassisti fl-implimentazzjoni tal-proġetti li għandhom iġibu valur miżjud għall-ibgħad reġjuni.

2.12   L-istandard ta' għajxien

2.12.1

Il-KESE jipproponi li għandhom jiġu kkunsidrati l-ispeċifiki ta' dawn l-ibgħad reġjuni u għandha tiġi adottata politika koerenti għat-tul. Ir-reġjuni u l-bliet għandhom jsiru aktar attraenti billi jittejjeb l-aċċess għalihom u tiġi sostnuta r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni ġodda.

2.12.2

Il-Kumitat jemmen li f'dawn ir-reġjuni, għandu jiġi promoss d-djalogu soċjali u li l-politika ta' l-UE għandha tikkunsidrhom fl-objettivi futuri għall-ibgħad reġjuni.

2.12.3

Għandhom jinħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar, billi n-nies jitħeġġu biex jidħlu fis-suq tax-xogħol jiffaċilitaw il-bidu ta' intrapriżi, billi jagħmlu l-ħaddiema u l-kumpaniji aktar adattabbli u jkabbru l-investiment.

2.12.4

Gvernijiet lokali u reġjonali responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politiki ta' l-ibgħad reġjuni għandhom it-tendenza li ma jagħtux każ ta' l-objettiv għat-titjib tal-koeżjoni soċjali; Il-KESE jikkunsidra l-koeżjoni soċjali u territorjali bħala prijorità, u dan ukoll għandu jiġi kkunsidrat.

2.12.5

Il-politiki Ewropej iridu jikkunsidraw dawn l-objettivi u jdaħħlu fis-seħħ politika ta' azzjoni biex jinkiseb l-iżvilupp ekonomiku. L-ewwelnett, il-KESE jixtieq jara politika li tagħmel l-ibgħad reġjuni aktar aċċessibbli:

permezz ta' konnessjonijiet aħjar bi prezzijiet aktar attraenti u bil-ftuħ tas-suq tat-trasport, it-titjib ta' faċilitiajiet ta' transitu (portijiet u ajruporti), ir-razzjonalizzar ta' loġistiċi ta' trasport u kumpens għad-distanza; u

bl-iżvilupp tas-setturi tradizzjonali, permezz ta' attività ta' reklamar u t-taħriġ tal-ħaddiema.

2.12.6

Il-KESE jirreaġixxi għas-sitwazzjoni ta' l-ibgħad reġjuni u jixtieq jara titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u tkabbir fl-istandard ta' l-għajxien permezz ta' politika ambizzjuża li trattab l-iżvantaġġi u twitti t-triq għall-ħolqien tal-valur miżjud.

2.12.7

Ta' min wieħed jinnota li s-servizzi pubbliċi ta' interess ġenerali jirrappreżentaw wieħed mill-problemi ewlenin iffaċċjati mir-residenti ta' l-ibgħad reġjuni. Il-KESE jaħseb li l-politika ta' l-UE għall-ibgħad reġuni trid tikkunsidra l-fatt li jekk il-konverġenza trid titmexxa 'l quddiem, il-koeżjoni soċjali trid tiżdied billi tittejjeb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi.

2.13   Kooperazzjoni transkonfinali.

2.13.1

Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni transkonfinali dinamika ma' raggruppamenti reġjonali oħrajn barra milli ma' l-Unjoni Ewropea, biex jiġu stabbiliti sinerġiji komuni għat-tkabbir ta' l-iżvilupp f'dawn ir-reġjuni; dan jitqies bħala kondizzjonali fuq il-parteċipazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali ta' l-ibgħad reġjuni.

2.13.2

Il-KESE jixtieq jara evalwazzjoni dettaljata tal-koooperazzjoni transkonfinali u jinsab ċert li jistgħu jinstabu s-soluzzjonijiet. Iżda għandu l-ħsieb idaħħal fis-seħħ is-salvagwardji normali sabiex jiżgura li ma tinħoloq l-ebda problema ġdida.

2.14   Sistema fiskali

2.14.1

L-ibgħad reġjuni għandhom sistemi ekonomiċi u fiskali speċifiċi, li huma inklużi ma' dawk approvati mill-UE. Il-KESE jemmen li ż-żamma ta' dawn l-arranġamenti ekonomiċi u fiskali speċifiċi hi kruċjali sabiex l-ibgħad reġjuni jiġu megħjuna jegħlbu d-diffikultajiet strutturali li jiffaċċjaw.

2.15   Politika ta' koeżjoni

2.15.1

Il-kisba tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali hi waħda mill-miri ewlenin ta' l-UE li trid tingħata spinta fil-ġejjieni. Il-KESE jsostni li l-politika ta' l-UE għall-ibgħad reġjuni għandha tkun immirata lejn it-tkabbir tal-koeżjoni soċjali sabiex is-sezzjonijiet kollha tal-popolazzjoni jkunu jistgħu jgawdu kwalità ta' ħajja aħjar.

2.15.2

Il-politika ta' koeżjoni trid tippermetti li n-negozji jimmodernizzaw u jiżviluppaw u li jinħolqu negozji ġodda għaż-żgħażagħ. Għal dan il-għan, l-innovazzjoni hi ta' prijorità fil-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda kifu ukoll ċentri ta' riċerka u taħriġ f'rabta mad-dinja tan-negozju.

2.15.3

Biex tiżdied il-koeżjoni m'għandux jitħeġġeġ biss l-iżvilupp ekonomiku iżda għandu jkun hemm ukoll żieda fis-salarji, fil-kwalità ta' impjieg u fis-servizzi pubbliċi.

2.15.4

L-ibgħad reġjuni jista' jkollhom rwol importanti fl-iżvillup reġjonali, għaliex huma pjattaformi importanti Ewropej għall-kumpaniji. Jistgħu ukoll iservu bħala mudell reġjonali fl-iżvilupp tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u bħala referenza dinjija f'dak li għandu x'jaqsam mal-mudell soċjali.

2.16   It-tisħiħ tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Viċinanza Usa'

2.16.1

Il-pożizzjoni ta' l-ibgħad reġjuni tagħtihom l-opportunità ta' sħubija privileġġjata mar-reġjuni ġirien. Madankollu, din il-politika tenħtieġ titmexxa 'l quddiem, għaliex hi implimentata b'mod insuffiċjenti u sproporzjonat. Il-KESE jinnota li din is-sħubija m'għandiex tkun biss mal-pajjiżi ta' oriġni u fuq inizjattiva tagħhom, u għalhekk għandu jkun hemm miżuri biex jinkoraġġixxu l-konoxxenza reċiproka f'dawn ir-reġjuni tad-dinja.

2.17   Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (EPAs)

2.17.1

L-EPAs jistgħu joffru opportunità ta' żvilupp ta' l-ibgħad reġjuni, iżda dan jeħtieġ studju u analiżi ta' min jafdha dwar dawn l-ftehimiet futuri. L-EPAs jridu jikkunsidraw l-interessi tal-parteċipanti interessati kollha.

2.17.2

Il-KESE jitlob li dawn il-ftehimiet iħeġġu l-parteċipazzjoni ta' l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili kemm fl-ibgħad reġjuni kif ukoll fil-pajjiżi terzi.

2.17.3

Il-KESE huwa favur id-djalogu bejn l-ibgħad reġjuni u l-Istati ta' l-ACP, immirati li jidentifikaw is-sinerġiji u t-tkabbir ta' l-iżvilupp ekonomiku għall-kulħadd.

2.18   Flussi migratorji

2.18.1

Bħalissa l-EU qed tfassal politika komuni dwar l-immigrazzjoni li tikkunsidra s-sitwazzjoni demografika, is-swieq tax-xogħol u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini. Il-flussi migratorji huma ta' tħassib serju għall-ibgħad reġjuni. L-ibgħad reġjuni jeħtieġu arranġament li jnaqqas il-flussi illegali u/jew irregolari.Għalhekk, kwalunkwe politika ta' migrazzjoni Ewropea trid tqis b'mod xieraq il-ħtiġijiet partikolari ta' l-ibgħad reġjuni u tipprovdi soluzzjonijiet sostenibbli għall-problemi li jiffaċċjaw.

2.18.2

Għandha titwettaq stima ta' impatt biex tipprovdi għarfien aħjar ta' dan il-kwistjoni u toffri soluzzjonijiet għal kwistjonijiet migratorji.

2.18.3

Il-Kumitat jaħseb li l-politika ta' l-immigrazzjoni ta' l-UE għandha tkun aktar ambizzjuża u mmirata lejn il-ġestjoni ta' l-immigrazzjoni permezz ta' leġislazzjoni komuni u proċeduri trasparenti. L-Ewropa trid tkun kapaċi tiffaċilità l-immigrazzjoni jew l-ibgħad reġjuni waqt li tqis l-evoluzzjoni demografika tas-suq tax-xogħol.

2.18.4

Meta jitqiesu t-tendenzi demografiċi fl-Ewropa, jidher li ser jiżdiedu l-flussi migratorji. Minħabba l-pożizzjoni tagħhom l-ibgħad reġjuni jridu jiffaċċjaw problemi kaġun ta' l-immigrazzjoni irregolari u tenħtieġ is-solidarjetà Ewropea f'dan ir-rigward. L-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġjar tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għandha tmexxi 'l quddiem l-attivitajiet tagħha fl-ibgħad reġjuni.

2.19   Inżidu n-numru ta' l-ibgħad rġjuni

2.19.1

Xi Stati Membri, speċjalment Franza u l-Olanda, bħalissa qed jikkunsidraw l-idea li jżidu n-numru ta' l-ibgħad reġjuni. Mossa bħal din tirrikjedi deċiżjoni pożittiva mill-Kunsill. Madankollu l-KESE jenfasizza li jekk l-ibgħad reġjuni attwali u dawk ġodda kellhom ikunu integrati aħjar, l-UE tkun trid taħseb għal aktar finanzjament għal din iż-żona.

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/77


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-libertà ta' assoċjazzjoni fil-pajjiżi msieħba ta' l-Euromed

(2008/C 211/20)

Nhar is-17 ta' Jannar 2008, b'konformità ma' l-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji Opinjoni fuq proprja dwar

Il-libertà ta' assoċjazzjoni fil-pajjiżi msieħba ta' l-Euromed.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-22 ta' Frar 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Moreno Preciados.

Matul l-444 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-22 u t-23 ta' April (seduta tat-22 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'99 vot favur, xejn voti kontra u astensjoni waħda.

1.   Sommarju u rakkomandazzjonijiet

1.1

Ir-rispett għal-libertà ta' l-assoċjazzjoni huwa inkluż b'mod espliċitu fost l-impenji tal-gvernijiet firmatarji tad-Dikjarazzjoni ta' Barċellona ta' Novembru 1995, li waqqfet is-Sħubija Ewro-Mediterranja.

Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni ffirmati bejn l-UE u kull wieħed mill-Pajjiżi Msieħba Mediterranji (MPC (1)) jinkludu klawsola li tgħid li l-konformità mal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali hija element essenzjali tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni.

Il-pjanijiet ta' azzjoni li l-Unjoni Ewropea kkonkludiet ma' l-MPCs taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat introdotta fl-2004 jinkludu wkoll referenzi għal “gvernanza tajba u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali”.

1.2

Ir-realtà fl-MPCs — għalkemm kull pajjiż huwa differenti — hija li l-libertà ta' assoċjazzjoni m'hijiex garantita u soċjetà ċivili ta' suċċess hija mwaqqfa milli timxi 'l quddiem minħabba ostakoli politiċi u amministrattivi mir-rifjut tal-kostituzzjonijiet ta' assoċjazzjonijiet f'xi każi għall-projbizzjoni jew is-sospensjoni ta' oħrajn.

Assoċjazzjonijiet li huma rikonoxxuti legalment ukoll jiltaqgħu ma' ostakoli meta joperaw b'mod normali, bl-impożizzjoni mill-gvern ta' projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal assistenza internazzjonali bbażata fuq il-kooperazzjoni. Dawn huma każijiet partikularment serji.

1.3

L-emerġenza ta' assoċjazzjonijiet ħielsa ta' gruppi soċjali f'setturi differenti tas-soċjetà ċivili (ħaddiema, dawk li jħaddmu, bdiewa, l-ekonomija soċjali, nisa, żgħażagħ, konsumaturi, eċċ.) hija prerekwiżit għall-proċess tad-demokratizzazzjoni tal-pajjiż sħab Mediterranji. L-assoċjazzjoni ekonomika Ewro-Mediterranja stabbilita fuq pedamenti sodi, permezz ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni ta' l-UE ma' l-MPCs għandha tiġi estiża għad-dimensjonijiet soċjali u demokratiċi. L-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata huwa neċessarju għal dan il-għan.

1.4

L-awtoritajiet politiċi jindaħlu fit-trade unions f'diversi livelli, jillimitaw il-ħarsien tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li joħorġu fuq strajk.

1.5

Id-dgħjufija tad-djalogu u l-konsultazzjoni soċjali turi li hemm nuqqas fil-ħidma assoċjattiva ta' dawk li jħaddmu u t-trade unions. Dan id-djalogu bilaterali jew trilateri huwa inqas żviluppat fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani milli fl-Afrika ta' Fuq.

1.6

Il-KESE jsejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li jintlaħqu l-impenji ta' demokratizzazzjoni ta' l-assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja, il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni u l-pjanijiet ta' azzjoni fir-rigward il-politika tal-viċinat. Il-Kummissjoni għandha tagħmilha ċara lill-gvernijiet ikkonċernati li assoċjazzjonijiet ma jistgħux ikunu suġġetti għal kwalunkwe miżuri ta' dissoluzzjoni jew sospensjoni amministrattiva, minbarra permezz ta' proċedura ġudizzjarja f'lokha.

1.7

B'mod simili, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-gvernijiet MPC jiggarantixxu li l-membri u l-uffiċjali ta' assoċjazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu arrestati għax iwettqu l-kompiti leġittimi tagħhom fir-rigward l-assoċjazzjoni.

1.8

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex meta tfassal il-karti ta' strateġija ta' kull pajjiż li jistabbilixxu l-qafas għal kooperazzjoni Komunitarja skond il-pjanijiet ta' azzjoni, tqis il-livell ta' konformità mill-gvernijiet tal-pajjiżi msieħba fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem.

Din id-domanda hija msejsa fuq l-Artikolu 1 tal-Programm ta' Azzjoni Komunitarju 2005-2010 għaż-żona Ewro-Mediterranja (assoċjazzjoni politika u s-sigurtà) li jistabbilixxi l-objettivi ewlenin tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika: aktar involviment tan-nisa; l-iżgurar tal-libertà ta' l-espressjoni u ta' assoċjazzjoni; il-promozzjoni tar-rwol tas-soċjetà ċivili; l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

1.9

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tesiġi l-involviment tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi MPC bħala parti mis-segwitu għall-ftehimiet ta' assoċjazzjoni u l-pjanijiet ta' azzjoni.

1.10

Fl-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, fejn il-KESE għandu l-istatus ta' osservatur, il-kumitat ser jipproponi li l-parlamentari tal-pajjiżi msieħba jkunu infurmati dwar il-ħtieġa li ssir riforma ta' kwalunkwe leġislazzjoni li xxekkel il-libertà ta' assoċjazzjoni.

1.11

Bil-kooperazzjoni tan-netwerks Ewro-Mediterranji ta' dawk li jħaddmu, it-trade unions u l-ekonomija soċjali u oħrajn, il-KESE għandu jfassal rapporti regolari u dettaljati dwar il-qagħda tal-libertà ta' assoċjazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi MPC, li għandhom jitressqu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew. L-opinjoni attwali ser tiġi diskussa fis-summit li jmiss ta' Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili, li ser isir fil-Marokk fl-2008. Il-fehmiet u l-informazzjoni li tinġabar waqt il-laqgħa ser jikkontribwixxu għas-segwitu.

1.12

Il-KESE ser ikompli b'ħidmietu jappoġġja l-istabbiliment ta' korpi konsultattivi uffiċjali tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi MPC, u li jagħti ħajja mill-ġdid lil dawk li diġà jeżistu fil-Libanu u l-Ġordan, u ser jirrakkomanda wkoll li dawn il-korpi jkunu magħmulin minn organizzazzjonijiet rappreżentattivi mis-setturi ċivili varji, u jkunu mgħammra bir-riżorsi neċessarji sabiex joperaw b'mod indipendenti u effettiv.

1.13

Il-KESE jerġa' jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa fis-soċjetà, u b'mod partikulari fl-attivitajiet ta' assoċjazzjoni tal-pajjiżi msieħba, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta' din l-opinjoni dwar il-promozzjoni ta' l-intraprenditorija tan-nisa fir-reġjun Ewro-Mediterranju (2).

B'mod simili, jenfasizza wkoll l-importanza tal-konklużjonijiet tal-konferenza ministerjali Ewro-Mediterranja (3), li tappoġġja l-promozzjoni tar-rappreżentazzjoni u l-parteċipazzjoni tan-nisa f'inkarigi li jinvolvu t-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, b'mod partikulari f'assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem, unions tal-ħaddiema u strutturi oħra soċjo-ekonomiċi.

1.14

Il-KESE ser jiffaċilita laqgħat u djalogu bejn organizzazzjonijiet ta' min iħaddem (UMCE) u t-trade unions (Forum Ewro-Mediterranju tat-Trade Unions) u jappoġġja l-iżvilupp tagħhom, kif ukoll dak ta' organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili fiż-żona Ewro-Mediterranja bħan-Netwerk Ewro-Mediterranju ta' l-Ekonomija Soċjali (ESMED) u organizzazzjonijiet tan-nisa.

2.   Il-pedamenti tal-libertà ta' assoċjazzjoni bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' demokratizzazzjoni tal-Proċess ta' Barċellona

2.1

Il-ħtieġa għal din l-opinjoni ġdida toriġina min-nuqqasijiet irrimarkati fil-konklużjonijiet ta' l-ewwel Summit Ewro-Mediterranju tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern (Novembru 2005) fir-rigward tar-rwol tas-soċjetà ċivili, u bħala segwitu għad-Dikjarazzjonijiet Finali tas-summits l-iktar reċenti Ewro-Mediterranji tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili (Amman, Novembru 2005, Ljubljana, Novembru 2006 u Ateni, Ottubru 2007). Il-għan ta' l-opinjoni fuq inizjattiva proprja attwali huwa li jsir kontribut għall-eżerċizzju sħiħ tad-dritt ta' assoċjazzjoni fil-pajjiżi msieħba tan-nofsinhar tal-Mediterran.

2.2

L-impenji li saru mill-pajjiżi li ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta' Barċellona jinkludu dawn li ġejjin:

li jaġixxu skond il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll obbligi oħrajn taħt il-liġi internazzjonali, b'mod partikulari dawk li joħorġu mill-istrumenti reġjonali u internazzjonali li huma jagħmlu parti minnhom;

li jiżviluppaw l-istat tad-dritt u d-demokrazija fis-sistemi politiċi tagħhom, waqt li jirrikonoxxu fi ħdan dan il-qafas id-dritt li kull wieħed minnhom jagħżel u jiżviluppa b'mod ħieles is-sistema, politika, soċjo-kulturali, ekonomika u ġudizjarza tagħhom stess;

li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jiggarantixxu l-eżerċizzju leġittimu u reali ta' dawn id-drittijiet u libertajiet, inkluża l-libertà ta' l-espressjoni, il-libertà ta' assoċjazzjoni għal finijiet paċifiki u l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, kemm individwalment kif ukoll flimkien ma' membri oħrajn ta' l-istess grupp, mingħajr ma ssir diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza, in-nazzjonalità, il-lingwa, ir-reliġjon jew is-sess.

2.3

L-opinjoni ġenerali kienet li l-Ewwel Summit Ewro-Mediterranju tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern, li sar f'Barċellona fl-2005 sabiex jiġu valutati l-ewwel għaxar snin tal-proċess Ewro-Mediterranju kien ta' suċċess, peress li ħaddan fih numru ta' avvanzi meta mqabbel mad-Dikjarazzjoni ta' l-1995, kif ukoll dispożizzjonijiet ġodda fir-rigward ta' l-iżvilupp tar-rwol tas-soċjetà ċivili. Iżda mill-perspettiva tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. għad hemm ħafna tħassib serju, kif ġie espress fis-summit innifsu.

2.4

Bħala konsegwenza ta' dan, is-summit ta' l-2005 impenja ruħu biex jiġu estiżi l-pluraliżmu u l-parteċipazzjoni politika għaċ-ċittadini kollha, b'mod partikulari n-nisa u ż-żgħażagħ, billi jiġi promos qafas politiku kompetittiv, li jinkludi elezzjonijiet ħielsa u ġusti u progress lejn id-deċentralizzazzjoni u ġestjoni pubblika aħjar.

2.5

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għarrfet b'mod impliċitu il-progress fqir li sar fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (4), hija semmiet id-drittijiet tal-bniedem forst it-tliet temi ta' prijorità għar-reġjun tal-Mediterran, kif ukoll relazzjonijiet iktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi msieħba, li jiffokaw prinċipalment fuq l-objettiv li jiġu avvanzati d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. Il-KESE jaqsam mal-Kummissjoni din l-opinjoni, u jaħseb li huwa importanti ħafna li jinbdew u jiġu kkonsolidati proċessi ta' demokratizzazzjoni fl-MPCs.

2.6

Fost ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tar-rapport dwar il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-2004 (UNDP) (5) hemm ċaqliq gradwali lejn gvernanza iktar rappreżentattiva, l-ewwel stadju għandu jkun li jintużaw bis-sħiħ il-vantaġġi tas-soċjetà ċivili u li tkun permessa l-espressjoni tat-tliet libertajiet fundamentali: il-libertà ta' l-opinjoni, il-libertà ta' l-espressjoni u l-libertà ta' assoċjazzjoni.

F'dan ir-rigward, u sabiex ikun iktar faċli għan-nisa li jipparteċipaw f'kull aspett tal-ħajja pubblika fil-pajjiżi MPC, għandhom isiru bidliet fil-leġislazzjoni, b'mod speċjali liġijiet dwar l-istatus personali, sabiex nisa jkunu jistgħu jagħmlu għażliet ħielsa meta jeżerċitaw il-libertajiet fundamentali tagħhom.

2.7

Id-dikjarazzjonijiet finali ta' l-aħħar żewġ Summits tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili indirizzaw aspetti li jirrigwardaw it-tema ċentrali ta' l-opinjoni fuq inizjattiva proprja attwali.

2.8

Il-laqgħa f'Ljubljana fl-2006 rrimarkat il-ħtieġa li jissaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet u l-partijiet mhux governattivi fir-reġjun Ewro-Mediterranju, b'mod speċjali assoċjazzjonijiet tan-nisa u ż-żgħażagħ, u organizzazzjonijiet soċjo-okkupazzjonali. F'dan ir-rigward, id-Dikjarazzjoni Finali pproponiet li l-Presidenza Slovena tal-Kunsill (l-ewwel nofs ta' l-2008) għandha torganizza konferenza tripartitika dwar il-progress fid-djalogu soċjali.

2.9

Id-Dikjarazzjoni Finali ta' l-aħħar Summit tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili (Ateni, 15 u 16 ta' Ottubru 2007) għamlet numru ta' referenzi sinifikanti: (a) sejħa għal monitoraġġ regolari ta' l-involviment tas-soċjetà ċivili fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, u s-suġġeriment li l-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili jistgħu jservu bħala mezz kif jiġi faċilitat dan il-monitoraġġ (b) sejħa għal riżorsi, appoġġ u għarfien lill-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali sabiex ikunu jistgħu jitkellmu b'mod indipendenti, u għal impenn min-naħa tagħhom li jibqgħu miftuħa għal rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mhux inklużi f'dawn il-korpi (c) punt 12 jitlob b'mod espliċitu li jkun hemm rispett għal-libertà ta' assoċjazzjoni sabiex jiġi faċilitat id-djalogu mas-soċjetà ċivili.

3.   Il-qagħda tal-libertà ta' assoċjazzjoni fil-pajjiżi msieħba fil-Mediterran

3.1

Is-sigurtà u l-isforzi għall-paċi huma essenzjali għall-ħolqien ta' atmosfera li tiffaċilita t-tħaddim ta' proċess ta' demokratizzazzjoni fil-pajjiżi msieħba tal-Mediterran kollha.

Is-sitwazzjoni diżastruża fit-territorji Palestinjani, il-gwerra fl-Iraq u l-emerġenza ta' l-estremiżmu u t-terroriżmu għamlu ħsara kbira għall-prospetti li dawn il-libertajiet jiġu żviluppati. Xi gvernijiet użaw dawn ir-riskji jew theddid minn barra biex jiġġustifikaw li jwaqqfu r-riformi favur id-demokrazija. F'ċerti pajjiżi dan wassal għal deġenerazzjoni tal-libertajiet individwali u d-dritt ta' assoċjazzjoni.

3.2

L-eżerċizzju garantit tad-drittijiet tal-bniedem huwa kondizzjoni minn qabel ta' importanza kbira ħafna sabiex titwettaq l-intenzjoni ddikjarata favur id-demokratizzazzjoni. Il-libertà ta' assoċjazzjoni, flimkien mal-promozzjoni u l-iżvilupp ta' assoċjazzjonijiet, huma fl-interess tas-setturi kollha, u huma fattur ewlieni fl-iżvilupp ta' Sħubija Ewro-Mediterranja, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-involviment tas-soċjetà ċivili u l-korpi varji tagħha.

3.3

Jenħtieġ li jiġi mtenni li d-dritt ta' assoċjazzjoni libera jinkludi d-dritt li wieħed jissieħeb, jassoċja jew joħroġ minn gruppi, assoċjazzjonijiet u soċjetajiet ta' tipi differenti. Jesiġi li ma jkunx hemm involviment mill-Istat fl-istabbiliment u fl-affarijiet ta' l-assoċjazzjonijiet kollha li joperaw b'mod legali. Jirrikjedi wkoll l-appoġġ ta' l-Istat fil-ħolqien u ż-żamma ta' atmosfera fejn id-dritt ta' assoċjazzjoni libera ikun jista' jiġi eżerċitat.

3.4

Id-dritt li tifforma jew tissieħeb ma' assoċjazzjoni ma jistax jiġi iżolat minn drittijiet oħra ċiviki u politiċi, bħal-libertà ta' l-espressjoni u ta' l-opinjoni, il-libertà tal-moviment u ta' ażil. Soċjetà ċivili ta' suċċess ser tikkontribwixxi hi nnifisha għall-introduzzjoni jew il-konsolidazzjoni ta' sistemi politiċi iktar pluralisti.

3.5

Hemm kontradizzjoni fil-maġġoranza tal-pajjiżi MPC bejn il-konvenzjonijiet internazzjonali (li jiggarantixxu d-dritt tal-libertà tal-moviment) iffirmati mill-gvernijiet tagħhom, u l-liġijiet nazzjonali tagħhom, u bejn il-liġijiet u l-fatti kif inhuma fil-prattika. Bl-eċċezzjoni ta' ftit pajjiżi, il-ħolqien ta' assoċjazzjonijiet u l-eżerċitar ta' l-attivitajiet tagħhom huma suġġett għal ħafna restrizzjonijiet fuq il-bażi — jew il-pretest — tas-salvagwardja tas-sigurtà u l-unità nazzjonali.

3.6

Dan il-pretest jintuża ta' siktwit, permezz tal-leġislazzjoni, biex jillimita (u xi kultant anke jipprojbixxi) id-dritt li wieħed joħroġ fuq strajk, li jinġabar fi grupp f'post pubbliku, li jagħmel dimostrazzjoni u li jwaqqaf assoċjazzjoni. Ċentralizzazzjoni qawwija tal-poter eżekuttiv, element komuni fis-sistemi politiċi fil-pajjiżi msieħba, hija riflessi fis-superviżjoni eċċessiva ta' l-assoċjazzjonijiet.

3.7

It-tolleranza, il-kontroll u r-ripressjoni huma t-tliet approċċi użati (xi kultant flimkien) mill-awtoritajiet fil-konfront ta' l-assoċjazzjonijiet. F'xi pajjiżi, hemm livell aċċettabbli ta' libertà għall-assoċjazzjonijiet, u din hija ristretta biss f'ċirkostanzi speċifiċi; f'oħrajn assoċjazzjonijiet indipendenti huma permessi joperaw iżda huma kostretti minn kontrolli amministrattivi u finanzjarji; umbagħad hemm dawk il-pajjiżi fejn assoċjazzjonijiet li huma favur il-gvern biss huma permessi.

3.8

L-interferenza u l-kontroll għandhom impatt negattiv fuq l-istadji differenti fil-ħajja ta' assoċjazzjoni, mit-twaqqif tagħha sakem tisfaxxa. Fejn l-istabbiliment ta' assoċjazzjonijiet huwa selettiv jew diskrezjonali, assoċjazzjonijiet ta' sikwit huma ristretti għal dawk il-persuni li huma qrib ta' l-awtoritajiet, u ġeneralment ikunu sors ta' korruzzjoni. Fejn id-dissoluzzjoni tkun tista' tiġi imposta b'mod arbitrarju, assoċjazzjonijiet jaġixxu b'mod timidu, u jonqsu milli jilħqu l-aspettattivi jew il-potenzjal tagħhom.

3.9

Tliet tipi ta' assoċjazzjoni huma partikularment suġġetti għas-sorveljanza, u għal raġunijiet differenti: l-ewwel nett, assoċjazzjonijiet Islamiċi fundamentalisti, li huma suspettati li jinkoraġġixxu Islamiżmu politiku estrem, li f'xi pajjiżi sar forza ewlenija ta' oppożizzjoni, kemm legali kif ukoll b'mod illegali. It-tieni nett, assoċjazzjonijiet tad-drittijeit tal-bniedem, billi xi kultant ikunu qrib ta' gruppi politiċi alternattivi. U fl-aħħar nett hemm it-trade unions, peress li f'xi każijiet huma organizzazzjonijiet tal-massa li jistgħu jisfidaw il-politika ekonomika u soċjali ta' pajjiż, u għandhom kuntatti mill-qrib ma' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali.

3.10

Għalkemm dawn ir-restrizzjonijiet huma mifruxa sew, wieħed għandu jinnota li l-livell ta' libertà fir-rigward tad-dritt ta' assoċjazzjoni fil-pajjiżi msieħba m'huwiex l-istess. F'ħafna pajjizi huwa possibbli, għalkemm diffiċli, li ħaddiema, dawk li jaħdmu għal rashom, dawk li jħaddmu, in-nisa, iż-żgħażagħ, il-bdiewa, eċċ. jorganizzaw ruħhom b'mod indipendenti.

4.   Il-qagħda u l-karatteristiċi ta' l-assoċjazzjonijiet ewlenin fil-pajjiżi MPC

4.1

Organizzazzjonjiet tradizzjonali li jirrappreżentaw il-ħaddiema, il-bdiewa, dawk li jħaddmu, l-ekonomija soċjali u attivitajiet oħra varji jkopru l-pajjiżi kollha, iżda huma relattivament dgħajfin u suġġetti għar-restrizzjonijiet imsemmija.

4.2

Tipi oħra ta' assoċjazzjoni huma ta' natura ta' karità u ta' għajnuna soċjali, li jaħdmu mas-sezzjoni tal-popolazzjoni żvantaġġjata sabiex jipprovdu servizzi l-iktar fuq bażi komunitarja, reliġjuża, tribali jew familjali. F'xi każi, dawn huma xejn inqas minn servizzi soċjali reali u organizzati.

4.3

Tipi oħra ta' assoċjazzjoni ambjentali u kulturali ħarġu mis-snin disgħin 'il hawn, li jipprovaw jinvolvu ruħhom f'affarijiet pubbliċi jew ta' l-istat permezz ta' proposti, inkoraġġiment u azzjoni diretta, u mhux biss billi jimlew il-lakuni minħabba nuqqasijiet min-naħa ta' l-istat. Dawn l-assoċjazzjonijiet il-ġodda ta' spiss ikunu taħt suspett u jiġu mxekkla min-naħa ta' l-istrutturi amministrattivi u politiċi.

4.4

Assoċjazzjonijiet oħrajn importanti huma kkonċernati bi kwistjonijiet rigward id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tan-nisa, id-difiża tal-minoritajiet u l-iżvilupp tad-demokrazija in ġenerali.

4.5

Is-sitwazzjoni fil-post tax-xogħol u fil-każ ta' relazzjonijiet industrijali fil-pajjiżi MPC kienet diskussa fl-aħħar Summit tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali, permezz ta' rapport konġunt ippreżentat mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ta' Spanja. Uħud mill-fehmiet f'dan ir-rapport huma inklużi fl-erba' punti li ġejjin.

4.6

Il-prinċipju tal-libertà tat-trade unions huwa mħaddan fil-kostituzzjonijiet tal-pajjiżi MPC. F'dawn l-aħħar snin sar xi progress fir-ratifika tal-konvenzjonijiet soċjali ewlenin ta' l-ILO. Iżda dan m'huwiex il-każ f'termini ta' l-inkorporazzjoni tagħhom fil-leġislazzjoni nazzjonali. Il-Kumitat għal-Libertà tat-Trade Unions ta' l-ILO, li huwa responsabbli biex janlizza l-ilmenti li jagħmlu trade unions u organizzazzjonijiet tan-negozju kontra l-gvernijiet tagħhom fir-rigward ta' ksur tal-prinċipju tal-libertà tat-trade unions, irċieva numru ta' ilmenti minn pajjiżi MPC, u l-iktar li kienu jikkonċernaw kienu l-Marokk u t-Turkija (6).

4.7

Il-mudell għal organizzazzjonijiet tat-trade unions ivarja minn pajjiż għal pajjiż. Uħud għandhom trade union waħda obbligatorja (monopolju) waqt li f'oħrajn din l-unità hija volontarja (trade union waħda), u f'xi pajjiżi hemm firxa ta' organizzazzjonijiet tat-trade unions. Hemm ukoll dipendenza funzjonali ċara fir-rigward tal-poteri politiċi.

4.8

Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' leġislazzjoni regolatorja ċara u definita tajjeb dwar ir-rappreżentazzjoni, li jaffettwa kemm l-organizzazzjonijiet tal-unions kif ukoll dawk tan-negozju, u b'hekk hemm ħafna spazju għall-awtoritajiet politiċi biex jeżerċitaw b'mod diskrezzjonali il-poteri tagħhom.

4.9

Il-biċċa l-kbira ta' l-organizzazzjonijiet tat-trade unions fil-pajjiżi MPC jagħmlu parti minn konfederazzjonijiet internazzjonali usa', u jikkoordinaw ħidmiethom mat-trade unions Ewropej permezz tal-Forum Ewro-Mediterranju tat-Trade Unions. Il-Forum iħaddan fih il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC), il-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ITUC), il-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions Għarab (ICATU) u l-Konfederazzjoni ta' Trade Unions tal-Ħaddiema Għarab tal-Magreb (USTMA). L-objettivi tagħhom jinkludu kooperazzjoni ikbar bejn it-tramuntana u n-nofs in-nhar, u d-difiża u l-promozzjoni ta' l-interessi tal-ħaddiema fil-Proċess ta' Barċellona.

4.10

Assoċjazzjonijiet tan-negozju huma mifruxa fil-pajjiżi MPC kollha u b'mod ġenerali m'humiex suġġetti għal daqshekk restrizzjonijiet legali, politiċi jew amministrattivi meta jwettqu l-funzjoni rappreżentattiva tagħhom. Organizzazzjonijiet ta' min iħaddem ibbażati f'settur partikulari huma n-norma, u konfederazzjonijiet ta' min iħaddem trans-settorjali bil-mod qed jiġu stabbiliti. Barra minn assoċjazzjonijiet tan-negozju, għandu jiġi rimarkat ir-rwol importanti li jaqdu il-kmamar tal-kummerċ fil-pajjiżi MPC.

Il-Pluraliżmu huwa stabbilit iktar fost l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem milli fost it-trade unions. Organizzazzjonijiet f'kull pajjiż jistgħu jingħaqdu flimkien f'konfederazzjoni tan-negozju waħdanija, bħal fit-Tuneżija, fejn l-UTICA (7) tkopri s-setturi ekonomiċi kollha mhux marbuta mal-biedja, waqt li f'oħrajn teżisti firxa ta' organizzazzjonijiet, bħal fil-Marokk, fejn hemm tliet organizzazzjonijet ta' min iħaddem (8).

4.