ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
6 ta' Awwissu 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2008/C 200/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika f'passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 200/02

Rata tal-kambju ta' l-euro

6

2008/C 200/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-ħatra tal-membri tal-Korp ta' Konċiljazzjoni stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 885/2006 tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEGG u tal-Feader

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 200/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5247 — Daiichi Sankyo/Ranbaxy Laboratories) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

8

2008/C 200/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5275 — Delek Nederland/Salland Olie Holding) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

9

 

Rettifikazzjonijiet

2008/C 200/06

Corrigendum tal-Aġġornament tal-lista ta' postijiet tal-qsim tal-fruntieri msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jikkontrollaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 177, 12.7.2008)

10

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

6.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika f'passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri

(2008/C 200/01)

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fit-18 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Proposta għal Regolament (minn issa 'l quddiem “il-proposta”) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li għandha l-għan li temenda r-Regolament (KE) Nru 2252/2004 (1). Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) ma kienx ikkonsultat dwar din il-proposta, għalkemm, skond l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-KEPD, meta tadotta proposta leġislattiva rigward il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' l-indvidwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali.

2.

Il-KEPD jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma kkonformatx ma' dan l-obbligu legali tagħha li tikkonsultah u jistenna li fil-ġejjieni jiġi kkonsultat dwar il-proposti kollha li jaqgħu taħt l-ambitu ta' l-Artikolu 28(2). Il-KEPD iddeċieda li joħroġ opinjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Minħabba l-karattru obbligatorju ta' l-Artikolu 28 (2), din l-opinjoni għandha tissemma fil-preambolu tat-test.

3.

L-isfond tal-proposta hu dan li ġej. Fit-13 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards tas-sigurtà u l-bijometrika għal passaporti u dokumenti oħrajn ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri sabiex jintroduċu data bijometrika fil-passaporti. Flimkien ma' elementi ta' sigurtà, id-data bijometrika għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabta bejn il-passaport u d-detentur ta' dan id-dokument. Fit-28 ta' Frar 2005, il-Kummissjoni adottat l-ewwel part ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (2) dwar il-ħażna tax-xbieha tal-wiċċ tad-detentur fuq ċippa mingħajr kuntatt. Fit-28 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni adottat it-tieni Deċiżjoni (3) dwar il-ħażna ulterjuri ta' żewġ marki tas-swaba' fuq iċ-ċippa tal-passaport.

4.

Bil-ħsieb li jiġu armonizzati l-eċċezzjonijiet għall-passaport bijometriku, il-proposta żiedet il-miżuri li ġejjin: it-tfal taħt l-età ta' 6 snin huma eżentati mill-obbligu li jittieħdulhom il-marki tas-swaba', u għandhom ukoll ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit, persuni li għalihom huwa fiżikament impossibbli li jittieħdulhom il-marki tas-swaba'.

5.

Barra minn hekk, il-proposta tintroduċi l-obbligu ta' “persuna waħda-passaport wieħed” li ġie deskritt bħala miżura ta' sigurtà supplimentari u ħarsien addizjonali għat-tfal.

6.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħadet kont tal-punt fir-rigward tal-proċeduri ta' rimedju, li ddikjara fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu, kif issemma' fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta.

7.

Il-KEPD jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni ta' l-impatt dwar din il-proposta. Għalhekk, mhuwiex ċar kif il-Kummissjoni kienet f'pożizzjoni li tevalwa l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-proposta fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data mingħajr l-appoġġ ta' valutazzjoni rigoruża ta' l-impatt. Analiżi bħal din ma għandhiex tkun limitata għall-infiq minn miżuri ġodda u hija tista' tibbenifika minn kwistjonijiet simili li jkunu tqajmu diġà fil-kuntest ta' proposti oħrajn bħal dik dwar ir-reviżjoni ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (4). In-nuqqas ta' valutazzjoni ta' l-impatt tenfasizza wkoll il-ħtieġa li ssir reviżjoni tal-limitu ta' l-età indikata fil-proposta kif inhu aktar spjegat fil-parti 2.1 ta' din l-opinjoni.

2.   ANALIŻI TAL-PROPOSTA

2.1.   Eżenzjonijiet bijometriċi

8.

F'diversi okkażżjonijiet, il-KEPD irrikonoxxa l-vantaġġi previsti mill-użu ta' bijometriċi, iżda enfasizza wkoll li dawn il-benefiċċji huma dipendenti fuq l-applikazzjoni ta' miżuri stretti ta' salvagwardja. Fl-opinjoni tiegħu dwar is-SIS II (5), l-KEPD ippropona lista mhux eżawrjentia ta' obbligi jew ħtiġiet komuni li għandhom ikunu rispettati meta d-data bijometrika tiġi użata f'sistema. Dawn l-elementi ser jikkontribwixxu sabiex d-detentur ta' passaport ma jkollux għalfejn iġorr il-piż ta' l-imperfezzjonijiet tas-sistema, bħall-impatt ta' identifikazzjoni ħażina jew in-nuqqas ta' reġistrazzjoni.

9.

Għalhekk, il-KEPD jappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu introdotti eżenzjonijiet mill-obbligu li jittieħdu l-marki tas-swaba' abbażi ta' l-età tal-persuna jew il-kapaċità tiegħu/tagħha li jittieħdulu/jittieħdulha l-marki tas-swaba'. Dawn l-eżenzjonijiet huma parti mill-proċeduri ta' rimedju li għandhom jiġu implimentati. Il-KEPD jilqa' wkoll-isforz tal-Kummissjoni li tadotta approċċ koerenti fl-istrumenti differenti li jittrattaw kwistjonijiet simili minħabba li diġà ġiet introdotta proposta għall-eżenzjoni fil-proposta għar-reviżjoni ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni.

10.

Madankollu, il-KEPD għadu jikkunsidra dawn l-eżenzjonijiet mhux sodisfaċenti, minħabba li ma jindirizzawx il-kwistjonijiet potenzjali u rilevanti kollha li tqajmu mill-imperfezzjonijiet li hemm fis-sistemi bijometriċi, u b'mod aktar speċifiku dawk relatati mat-tfal u ma' l-anzjani.

Il-każ tat-tfal

11.

Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta, il-Kummissjoni tagħmel referenza għal proġetti pilota f'xi Stati Membri li enfasizzaw li l-marki tas-swaba' minn “tfal taħt l-età ta' 6 snin ma dehrux li kienu ta' kwalità suffiċjenti għal verifika personali ta' l-identità”. Madankollu, ftit li xejn hemm informazzjoni disponibbli dwar dawn il-proġetti pilota u ċ-ċirkostanzi li fihom twettqu; s'issa għadu ma ġiex spjegat xi tfisser “kwalità suffiċjenti”.

12.

Skond il-KEPD, il-limitu ta' l-età biex jittieħdu l-marki tas-swaba' tat-tfal għandu jkun definit minn studju konsistenti u fil-fond li għandu jidentifika b'mod xieraq l-preċiżjoni tas-sistemi miksuba taħt kondizzjonijiet reali, u li għandu jirrifletti d-diversità tad-data proċessata. Il-proġetti pilota minnhom infushom ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni li fuqha jistgħu jiġu bbażati għażliet fundamentali tal-leġislatur Komunitarju.

13.

Fl-opinjoni tiegħu (6) dwar il-proposta għal Regolament li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, il-KEPD diġà enfasizza l-ħtieġa għal studju bħal dan qabel ma ssir kwalunkwe definizzjoni tal-limitu ta' l-età. La l-litteratura xjentifika disponibbli u lanqas l-istudju dwar l-impatt preċedenti mwettaq mill-Kummissjoni fil-kwadru tal-proposta dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viżi (7) ma ppreżentaw evidenza dwar il-limitu ta' l-età tat-tfal b'bażi soda.

14.

Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li l-limitu ta' l-età magħżul fil-proposta għandu jkun ikkunsidrat bħala wieħed proviżorju. Wara tliet snin, il-limitu ta' l-età għandu jkun rivedut u appoġġat minn studju fuq skala kbira u fil-fond. Minħabba s-sensittività tad-data bijometrika, kif ukoll id-dimensjoni kompetittiva tas-sistemi bijometriċi, il-KEPD jissuġġerixxi li dan l-istudju għandu jibbenifika mill-immaniġġar ta' istituzzjoni Ewropea waħda li għandha għarfien espert ċar u faċilitajiet ta' apparat għat-testijiet f'dan il-qasam (8). Il-partijiet interessati rilevanti kollha mill-industrija għall-awtoritajiet ta' l-istati membri għandhom jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal dan l-istudju.

15.

Qabel ma jiġi definit b'mod ċar il-limitu ta' l-età f'dan l-istudju u bil-għan li tiġi evitata kwalunkwe implimentazzjoni perikoluża, il-KEPD jirrakkomanda li l-limitu applikat jikkorrispondi għal dawk li diġà ġew adottati għall-popolazzjonijiet kbar fir-Regolament dwar is-Sistema Eurodac (9) fir-rigward ta' dawk li jfittxu ażil (il-limitu ta' l-età għall-ġbir ta' marki tas-swaba' hu ta' erbatax-il sena) jew il-programm taż-Żjara fl-Istati Uniti (10) (il-limitu ta' l-età huwa wkoll ta' erbatax-il sena). Dawn il-limit setgħu kienu anke ftit aktar baxxi minħabba li l-użu tad-data bijometrika hu strettament limitat għall-proċess ta' verifika (paragun ta' wieħed ma' wieħed) skond l-Artikolu 4 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004. Fil-fatt, normalment isiru anqas żbalji minn proċess bħal dan, b'paragun ma' proċess ta' identifikazzjoni (paragun 1 għal n) li jippreżenta rati iżjed għolja.

Il-każ ta' l-anzjani

16.

L-imperfezzjonijiet tas-sistemi ta' marki tas-swaba' ma jikkonċernawx biss it-tfal iż-żgħar iżda wkoll l-anzjani. Fil-fatt, ġie muri li l-preċiżjoni u l-potenzjal ta' l-użu tal-marki tas-swaba' jonqsu hekk kif il-persuni javvanzaw fl-età (11) u li aspetti ta' konvenjenza u ergonomija huma wkoll speċjalment rilevanti. B'konformità mar-raġunament tal-limitu ta' l-età tat-tfal, il-KEPD jirrakkomanda li, bħala eżenzjoni addizzjonali, jiġi introdott limitu ta' l-età għall-anzjani li jista' jkun ibbażat fuq esperjenzi simili fis-seħħ (Iż-Żjara fl-Istati Uniti għandha limitu ta' 79 sena). Il-kwalità tal-marki tas-swaba' għall-proċessi ta' reġistru u tqabbil għandha wkoll tkun parti mill-istudju propost aktar kmieni.

17.

Fl-aħħarnett, il-KEPD ifakkar li dawn l-eżenzjonijiet m'għandhom bl-ebda mod ikasbru jew jiddiskriminaw kontra dawk l-individwi li għandhom ikunu eżentati, minħabba l-età tagħhom bħala prinċipju ta' prekawzjoni jew minħabba li jippreżentaw marki tas-swaba' li huwa ċar li ma jistgħux jinqraw.

2.2.   “Persuna waħda — passaport wieħed”

18.

Kif inhu spjegat fis-sit elettroniku ta' l-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), ir-rakkomandazzjoni għall-“kunċett persuna waħda-passaport wieħed” (12) ġiet imfassla prinċipalment bħala soluzzjoni potenzjali għar-riżoluzzjoni tan-nuqqas ta' standardizzazzjoni fir-rigward tal-passaporti tal-familja u l-iżvilupp ta' passaporti li jistgħu jinqraw minn magna. Il-KEPD jirrikonoxxi li dan il-kunċett jista', bħala benefiċċju addizzjonali, jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal. Madankokku, l-għan prinċipali ta' passaport hu li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar taċ-ċittadini Ewropej u mhux il-ġlieda kontra s-sekwestru ta' tfal li għaliha qed jiġu żviluppati miżurikonkreti u effiċjenti addizzjonali.

19.

Skond studju reċenti (13), il-biċċa l-kbira tar-riskji tat-traffikar jew is-sekwestru huma assoċjati mal-minuri li jivjaġġaw waħedhom. Huwa ċar li għal din il-kategorija, il-pussess ta' dokument ta' l-ivvjaġġar personali jikkostitwixxi ħarsien ulterjuri. Madankollu, għandu jkun issottolinjat li skond l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (IATA), tfal taħt l-età ta' 6 snin mhumiex permessi jivjaġġaw mingħajr il-persuna li għandha s-setgħa tal-ġenitur.

20.

Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta, il-Kummissjoni turi l-ħtieġa għal din il-miżura ta' sigurtà permezz ta' eżempju ta' ġenitur u t-tfal tiegħu rreġistrati fl-istess passaport, u l-fatt li d-data bijometrika tat-tfal ma għandux jiddaħħal fiċ-ċippa filwaqt li għandu jiddaħħal biss dak tal-ġenitur. Għandu jkun issottolinjat li, fi kwalunkwe każ, għat-tfal ta' taħt l-limitu ta' l-età propost mill-Kummissjoni d-data bijometrika tagħhom ma għandhiex tiddaħħal fil-passaport. F'dan il-każ, il-piż tan-nefqa addizzjonali u l-proċedura għall-ġenituri, kif ukoll il-ġabra addizzjonali ta' data personali fir-rigward tat-tfal, jidher li huma eċċessivi meta wieħed jikkunsidra l-valur miżjud potenzjali li joffri dan il-prinċipju.

21.

Għandu jkun issottolinjat ukoll li l-ftuħ ta' aċċess għal u reġistru ta' data teknikament vijabbli (permezz tal-provvista ta' passaport bijometriku lit-tfal li huma eżentati) f'ħafna każijiet, isir mezz b'saħħtu li jwassal għall-adeżjoni de facto jew għall-ġabra ta' dik id-data. Wieħed jista' jassumi mingħajr periklu, li jintużaw mezzi tekniċi ladarba dawn ikunu disponibbli; fi kliem ieħor, xi drabi huma l-mezzi li jintużaw li jiġġustifikaw ir-riżultat li jinkiseb u mhux bil-kontra. Dan jista' jwassal għal talbiet sussegwenti għal ħtiġiet anqas stretti (u limitu ta' l-età aktar baxx) biex jiġi ffaċilitat l-użu ta' dawn id-disponibbiltajiet tekniċi. Għalhekk, il-bidliet legali jistgħu biss jikkonfermaw il-prattiki li huma fis-seħħ diġà.

22.

Il-KEPD jirrakkomanda li l-prinċipju ta' “persuna waħda-passaport wieħed” japplika biss għat-tfal 'il fuq mill-limitu ta' l-età propost mill-Kummissjoni jew dak li ser jiġi rivedut u kkonfermat mill-istudju msemmi aktar kmieni.

2.3.   Dokumenti “ta' nisel”

23.

Il-ħruġ ta' passaport fl-Istati Membri ta' l-UE hu trattat skond il-liġi nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri. Il-liġi nazzjonali teħtieġ il-preżentazzjoni ta' diversi dokumenti, bħaċ-ċertifikat tat-twelid, iċ-ċertifikat ta' ċittadinanza, il-ktieb tal-familja, l-awtorizzazzjoni tal-ġenituri, il-liċenzja tas-sewqan, il-kontijiet ta' utilità, eċċ. Dawn id-dokumenti huma normalment imsejħa dokumenti “ta' nisel”, minħabba li l-passaporti jistgħu joħorġu minnhom.

24.

F'dan ir-rigward, hemm differenzi kbar bejn il-liġijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Il-mod kif jiġu prodotti d-dokumenti “ta' nisel” fl-Istati Membri kif ukoll id-dokumenti li huma meħtieġa għall-ħruġ ta' passaport juru diversità kbira ta' sitwazzjonijiet u proċeduri, li huma previsti li jnaqqsu l-kwalità tad-data fil-passaporti u anke trawwem ir-riskju ta' serq ta' identità.

25.

Minħabba li normalment igawdu minn anqas karatteristiċi ta' sigurtà, id-dokumenti “ta' nisel” huma aktar soġġetti għall-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni meta mqabbla ma' passaport imsaħħaħ permezz ta' l-użu ta' data bijometrika mħarsa minn sistemi tal-PKI (Public Key Infrastructure).

26.

Għalkemm il-KEPD jilqa' l-objettiv tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-miżuri ta' sigurtà tal-passaport, hu jixtieq jenfasizza li l-passaport huwa biss ħolqa waħda ta' katina ta' sigurtà li tibda minn dawn id-dokumenti “ta' nisel” u tispiċċa fil-postijiet ta' kontroll mal-fruntieri; u li din il-katina tista' titqies sigura daqs l-idgħjef ħolqa tagħha. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tipproponi miżuri addizzjonali għall-armonizzazzjoni tal-mod li bih jiġu prodotti d-dokumenti “ta' nisel” u liema minnhom huma meħtieġa għal passaport.

2.4.   Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004 u kwistjonijiet li qegħdin jinbtu

Il-ħażna ta' data bijometrika

27.

Skond stħarriġ fil-fond (14) imwettaq mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data ta' l-Artikolu 29 fuq talba tal-kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew u ffukat fuq il-prattiki ta' l-implimentazzjoni fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004, diversi Stati Membri pprevedew l-implimentazzjoni ta' database ċentrali għall-ħażna tad-data bijometrika tal-passaport. Għalkemm huwa possibbli għal Stat Membru li jimplimenta biss proċedura ta' verifika ta' data bijometrika permezz ta' l-użu ta' database ċentralizzata, minħabba li hemm limitu strett fir-Regolament, din l-għażla tippreżenta riskji addizzjonali fir-rigward tal-ħarsien ta' data personali, bħall-iżvilupp ta' finijiet ulterjuri mhux previsti fir-regolament, jew saħansitra spedizzjonijiet ta' sajd fid-database li huma diffiċli li jittaffew (15).

28.

Il-KEPD jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri ta' armonizzazzjoni ulterjuri sabiex timplimenta bissl-użu ta' ħażna deċentralizzata (fiċ-ċippa ta' bla fili tal-passaport) fir-rigward tad-data bijometrika miġbura għal passaporti ta' l-Istati Membri.

Proċessi ta' reġistru u qbil

29.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (16) tat-28 ta' Ġunju 2006, C(2006) 2909, iddefiniet biss il-format u l-kwalità tax-xbiehat tal-marki tas-swaba' li għandhom jiġu proċessati kif ukoll il-mod li bih iridu jiġu mħarsin (il-Kontroll Estiż ta' l-Aċċess). Fil-proposta m'hemm l-ebda indikazzjoni la dwar ir-rata ta' Nuqqas ta' Reġistrazzjoni (FER) u lanqas tar-rati fir-rigward tal-proċess ta' qbil. Fil-fatt, il-proposta pprevediet proċedura ta' rimedju għat-tfal iż-żgħar (il-limitu ta' l-età), iżda l-limitu li jindika meta l-marki tas-swaba' mhumiex tajbin biżżejjed biex jiġu rreġistrati mhuwiex definit.

30.

Fir-rigward tal-proċess ta' qbil, il-proposta tonqos ukoll milli tiddefinixxi liema Rata ta' Rifjut Falz (FRR) għandha tiġi applikata fil-fruntieri u kif għandhom jiġu trattati l-persuni li jidhru li ġew rifjutati b'mod falz. Dan in-nuqqas ta' rati uniformi jista' jwassal għal proċessi differenti ta' data bijometrika ta' ċittadini ta' l-UE, skond il-fruntiera magħżula mill-persuna għall-aċċess taż-żona Schengen, u għalhekk, jista' jwassal għal nuqqas ta' trattament ugwali taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward tar-riskju residwu tas-sistemi bijometriċi. Minħabba li l-proċess hu wieħed ta' verifika wieħed ma' wieħed, il-KEPD jirrikonoxxi li l-FFR għandha tkun aktar baxxa minn dik applikata għal proċess ta' identifikazzjoni u għalhekk għandu jkun hemm anqas każijiet li jridu jiġu trattati. Madankollu, il-proċeduri ta' rimedju jridu wkoll jiġu definiti b'mod armonizzat u sodisfaċenti għal dawk il-persuni.

31.

Il-KEPD jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tipproponi rati komuni għall-proċessi ta' reġistru u ta' qbil kompluti permezz ta' proċeduri ta' rimedju flimkien ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri.

3.   KONKLUŻJONI

32.

L-emendi proposti għar-regoli eżistenti dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika fil-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, jagħtu lok għal kwistjonijiet simili bħal dawk li tqajmu fl-opinjonijiet preċedenti, għalkemm il-KEPD jilqa' l-fatt li issa ttieħed kont tal-ħtieġa għal proċeduri ta' rimedju.

33.

Il-KEPD jilqa' wkoll l-introduzzjoni ta' eżenzjonijiet ibbażati fuq l-età tal-persuna u l-kapaċità li tiegħu/tagħha li jittieħdulu/jittieħdulha l-marki tas-swaba', kif ukoll l-isforz li jiġi adottat approċċ koerenti fi strumenti differenti li jittrattaw kwistjonijiet simili.

34.

Madankollu, il-KEPD għadu jqis dawn l-eżenzjonijiet mhux sodisfaċenti, minħabba li ma jindirizzawx il-kwistjonijiet potenzjali u rilevanti kollha li jirriżultaw mill-imperfezzjonijiet li hemm fis-sistemi bijometriċi, u b'mod aktar speċifiku dawk relatati mat-tfal u ma' l-anzjani.

35.

Għalhekk, il-limitu ta' l-età għat-tfal għandu jiġi definit minn studju konsistenti u fil-fond li għandu jidentifika b'mod xieraq l-preċiżjoni tas-sistemi miksuba taħt kondizzjonijiet reali, u li għandu jirrifletti d-diversità tad-data proċessata. L-istudju għandu jitwettaq minn istituzzjoni Ewropea b'għarfien espert ċar u faċilitajiet xierqa f'dan il-qasam.

36.

Qabel ma jiġi definit il-limitu ta' l-età mill-istudju u sabiex tiġi evitata l-implimentazzjoni perikoluża, il-limitu proviżorju għandu jikkorrispondi għal dawk li diġà ġew adottati għall-popolazzjonijiet kbar, jew fis-sistema Eurodac jew fil-programm taż-Żjara fl-Istati Uniti (l-età ta' erbatax-il sena), jew ikun ftit aktar baxx fil-kuntest tal-proċess ta' verifika biss.

37.

Għandu jiġi introdott bħala eżenzjoni addizzjonali l-limitu ta' l-età għall-anzjani li jista' jkun ibbażżat fuq esperjenzi simili (Żjara fl-Istati Uniti: l-età ta' 79 sena). Eżenzjonijiet bħal dawn ma għandhom bl-ebda mod ikasbru jew jiddiskriminaw kontra l-individwi kkonċernati.

38.

Il-prinċipju ta' “persuna waħda-passaport wieħed” għandu jiġi applikat biss għat-tfal ta' età 'il fuq mill-limitu ta' l-età rilevanti.

39.

Minħabba d-diversità eżistenti skond il-liġijiet nazzjonali fir-rigward ta' dokumenti meħtieġa għall-ħruġ ta' passaporti, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri addizzjonali biex jiġu armonizzati l-produzzjoni u l-użu ta' dokumenti “ta' nisel” bħal dawn.

40.

Il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll miżuri ta' armonizzazzjoni ulterjuri sabiex timplimenta biss l-ħażna deċentralizzata ta' data bijometrika miġbura għal passaporti ta' l-Istati Membri.

41.

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni għandha tipproponi rati komuni għall-proċessi ta' reġistru u ta' qbil kompluti permezz ta' proċeduri ta' rimedju flimkien ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, fis-26 ta' Marzu 2008.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2007) 619 finali.

(2)  Deċiżjoni C(2005) 409 tista' tinsab hawn:

http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/freetravel/documents/doc_freetravel_documents_en.htm

(3)  Deċiżjoni C(2006) 2909 tista' tinsab hawn:

http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/freetravel/documents/doc_freetravel_documents_en.htm

(4)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għal missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' bijometriċi inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża (COM(2006) 269 finali).

(5)  Opinjoni tad-19 ta' Ottubru 2005 dwar tliet Proposti fir-rigward tas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2005) 230 finali, COM(2005)236 finali u COM(2005) 237 finali), ĠU C 91, 19.4.2006, p. 38.

(6)  Opinjoni tas-27 ta' Ottubru 2006 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għal missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' bijometriċi inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża (COM(2006) 269 finali) — 2006/0088 (COD), ĠU C 321, 29.12.2006, p. 38.

(7)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal żjarat qosra (COM(2004) 835 finali) ippreżentata mill-Kummissjoni fit-28 ta' Diċembru 2004.

(8)  Il-KEPD jissuġġerixxi l-possibbiltà li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea għandu jkun fdat b'din il-missjoni.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin, ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.

(10)  l-eżenzjonijiet dwar iż-żjarat ta' l-Istati Uniti jistgħu jinsabu hawn:

http://www.dhs.gov/xtrvlsec/programs/editorial_0527.shtm

(11)  Fingerprint Image Quality Evaluation: Elderly and Younger Populations N.C. Sickler & S.J. Elliott, Ph.D., Department of Industrial Technology, School of Technology, Purdue University, West Lafayette, IN 47907,

A. Hicklin and R. Khanna, The Role of Data Quality in Biometric Systems, MTS, 9 February 2006,

(12)  http://www.icao.int/icao/en/atb/fal/passport_concept.htm

(13)  L-istudju jista' jinsab hawn:

http://www.childfocus.be/fr/activities_5_2.php?id=112

Sommarju Ingliż ta' l-istudju jista' jinsab hawn:

http://www.childfocus.be/uploads/documents/114-414-samenvatting %20eng %20definitief.doc

(14)  Ara l-ittra ta' l-10 ta' Diċembru 2007, bl-anness, mill-President tal-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 lill-President tal-Kumitat LIBE dwar il-passaporti ta' l-UE, f'dawn is-siti:

http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/others/2007_12_10_letter_cavada_biopassports_en.pdf

http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/others/2007_12_10_letter_cavada_biopassports_replies_en.pdf

(15)  Ara l-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 nru 3/2005 tat-30 ta' Settembru 2005 (WP 112).

(16)  Ara in-nota 3 f'qiegħ il-paġna.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

6.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/6


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-5 ta' Awwissu 2008

(2008/C 200/02)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5487

JPY

Yen Ġappuniż

167,06

DKK

Krona Daniża

7,4606

GBP

Lira Sterlina

0,79285

SEK

Krona Żvediża

9,4622

CHF

Frank Żvizzeru

1,6312

ISK

Krona Iżlandiża

122,74

NOK

Krona Norveġiża

8,0315

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,928

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

235,13

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7049

PLN

Zloty Pollakk

3,2159

RON

Leu Rumen

3,4965

SKK

Krona Slovakka

30,375

TRY

Lira Turka

1,7882

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6890

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6168

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,0873

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1388

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1339

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 575,80

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,4340

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6173

HRK

Kuna Kroata

7,2173

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 059,10

MYR

Ringgit Malażjan

5,0666

PHP

Peso Filippin

68,140

RUB

Rouble Russu

36,4325

THB

Baht Tajlandiż

52,075

BRL

Real Brażiljan

2,4308

MXN

Peso Messikan

15,3331


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


6.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-ħatra tal-membri tal-Korp ta' Konċiljazzjoni stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 885/2006 tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEGG u tal-Feader

(2008/C 200/03)

1.

Il-Kummissjoni ħatret bħala president:

is-Sur Daniel PERRIN (FR) (mill-1 ta' Awwissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2011).

2.

Il-Kummissjoni ħatret bħala membri:

is-Sinjura Concepción SÁNCHEZ TRUJILLANO (ES) (mill-1 ta' Awwissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2011),

is-Sur George TREVELYAN (UK) (mill-1 ta' Awwissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2011).

3.

Il-Kummissjoni ħatret bħala membri sostituti lil:

is-Sur Toomas KEVVAI (EE) (mill-1 ta' Awwissu 2008),

is-Sur Jaroslaw OLESNIEWICZ (PL) (mill-1 ta' Awwissu 2008),

is-Sur Bart BRADY (IE) (mill-1 ta' Awwissu 2008),

is-Sur Ian George PEARSON (UK) (mill-1 ta' Awwissu 2008).


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

6.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5247 — Daiichi Sankyo/Ranbaxy Laboratories)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 200/04)

1.

Fit-30 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Daiichi Sankyo Company, Limited (“DS”, il-Ġappun) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża Ranbaxy Laboratories Limited, l-Indja (“Ranbaxy”, l-Indja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal DS: azjenda farmaċewtika,

għal Ranbaxy: azjenda farmaċewtika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5247 — Daiichi Sankyo/Ranbaxy Laboratories, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


6.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5275 — Delek Nederland/Salland Olie Holding)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 200/05)

1.

Fit-30 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-impriża Delek Nederland BV (“Delek”, l-Olanda) li hija proprjetà ta' Delek Group takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Salland Olie Holding BV (“Salland”, l-Olanda) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Delek: kummerċ bl-ingrossa, kummerċ (pompa tal-petrol u trasport ta' prodotti petroliferi), u ħżin ta' prodotti petroliferi,

għal Salland: kummerċ bl-ingrossa u kummerċ (pompa tal-petrol u trasport ta' prodotti petroliferi), ta' prodotti petroliferi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5275 — Delek Nederland/ Salland Olie Holding, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Rettifikazzjonijiet

6.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 200/10


Corrigendum tal-Aġġornament tal-lista ta' postijiet tal-qsim tal-fruntieri msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jikkontrollaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

( ĠU C 177, 12.7.2008 )

(2008/C 200/06)

In-notifika Franċiża għandha tinqara kif ġej:

“FRANZA

Sostituzzjoni ta' l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1

Fruntieri ta' l-ajru

(1)

Abbeville

(2)

Agen-la Garenne

(3)

Ajaccio-Campo dell'Oro

(4)

Albi-le Séquestre

(5)

Amiens-Glisy

(6)

Angers-Marcé

(7)

Angoulême-Brie-Champniers

(8)

Annecy-Methet

(9)

Annemasse

(10)

Auxerre-Branches

(11)

Avignon-Caumont

(12)

Bâle-Mulhouse

(13)

Bastia-Poretta

(14)

Beauvais-Tillé

(15)

Bergerac-Roumanière

(16)

Besançon-la Vèze

(17)

Béziers-Vias

(18)

Biarritz-Bayonne-Anglet

(19)

Bordeaux-Mérignac

(20)

Bourges

(21)

Brest-Guipavas

(22)

Caen-Carpiquet

(23)

Cahors-Lalbenque

(24)

Calais-Dunkerque

(25)

Calvi-Sainte-Catherine

(26)

Cannes-Mandelieu

(27)

Carcassonne-Salvaza

(28)

Castres-Mazamet

(29)

Châlons-Vatry

(30)

Chambéry-Aix-les-Bains

(31)

Châteauroux-Déols

(32)

Cherbourg-Mauperthus

(33)

Clermont-Ferrand-Aulnat

(34)

Colmar-Houssen

(35)

Courchevel

(36)

Deauville-Saint-Gatien

(37)

Dieppe-Saint-Aubin

(38)

Dijon-Longvic

(39)

Dinard-Pleurtuit

(40)

Dôle-Tavaux

(41)

Epinal-Mirecourt

(42)

Figari-Sud Corse

(43)

Gap-Tallard

(44)

Genève-Cointrin

(45)

Granville

(46)

Grenoble-Saint-Geoirs

(47)

Hyères-le Palivestre

(48)

Issy-les-Moulineaux

(49)

La Môle

(50)

Lannion

(51)

La Rochelle-Laleu

(52)

Laval-Entrammes

(53)

Le Castelet

(54)

Le Havre-Octeville

(55)

Le Mans-Arnage

(56)

Le Touquet-Paris-Plage

(57)

Lille-Lesquin

(58)

Limoges-Bellegarde

(59)

Lognes-Emerainville

(60)

Lorient-Lann-Bihoué

(61)

Lyon-Bron

(62)

Lyon-Saint-Exupéry

(63)

Marseille-Provence

(64)

Meaux-Esbly

(65)

Megève

(66)

Metz-Nancy-Lorraine

(67)

Monaco-Héliport

(68)

Montbéliard-Courcelles

(69)

Montpellier-Méditérranée

(70)

Morlaix-Ploujean

(71)

Nancy-Essey

(72)

Nantes-Atlantique

(73)

Nevers-Fourchambault

(74)

Nice-Côte d'Azur

(75)

Nîmes-Garons

(76)

Orléans-Bricy

(77)

Orléans-Saint-Denis-de-l'Hôtel

(78)

Paris-Charles de Gaulle

(79)

Paris-le Bourget

(80)

Paris-Orly

(81)

Pau-Pyrénées

(82)

Perpignan-Rivesaltes

(83)

Poitiers-Biard

(84)

Pontarlier

(85)

Pontoise-Cormeilles-en-Vexin

(86)

Quimper-Pluguffan

(87)

Reims-Champagne

(88)

Rennes Saint-Jacques

(89)

Roanne-Renaison

(90)

Rodez-Marcillac

(91)

Rouen-Vallée de Seine

(92)

Saint-Brieuc-Armor

(93)

Saint-Etienne-Bouthéon

(94)

Saint-Nazaire-Montoir

(95)

Saint-Yan

(96)

Strasbourg-Entzheim

(97)

Tarbes-Ossun-Lourdes

(98)

Toulouse-Blagnac

(99)

Tours-Saint-Symphorien

(100)

Toussus-le-Noble

(101)

Troyes-Barberey

(102)

Valence-Chabeuil

(103)

Valenciennes-Denain

(104)

Vesoul-Frotey

(105)

Vichy-Charmeil

Fruntieri tal-baħar

(1)

Ajaccio

(2)

Bastia

(3)

Bayonne

(4)

Bonifacio

(5)

Bordeaux

(6)

Boulogne

(7)

Brest

(8)

Caen-Ouistreham

(9)

Calais

(10)

Calvi

(11)

Cannes-Vieux Port

(12)

Carteret

(13)

Cherbourg

(14)

Concarneau

(15)

Dieppe

(16)

Douvres

(17)

Dunkerque

(18)

Granville

(19)

Honfleur

(20)

La Rochelle-La Pallice

(21)

Le Havre

(22)

Les Sables-d'Olonne-Port

(23)

L'lle-Rousse

(24)

Lorient

(25)

Marseille

(26)

Monaco-Port de la Condamine

(27)

Nantes-Saint-Nazaire

(28)

Nice

(29)

Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis

(30)

Port-la-Nouvelle

(31)

Porto-Vecchio

(32)

Port-Vendres

(33)

Propriano

(34)

Roscoff

(35)

Rouen

(36)

Saint-Brieuc (maritime)

(37)

Saint-Malo

(38)

Sète

(39)

Toulon

(40)

Villefranche-sur-Mer

Fruntieri ta' l-art

Ma' l-IŻVIZZERA

(1)

Bâle-Mulhouse aéroport (Passaġġ pedonali bejn is-setturi)

(2)

Bois-d'Amont

(3)

Chatel

(4)

Col France

(5)

Delle route

(6)

Evian Port

(7)

Ferney-Voltaire

(8)

Ferrières-sous-Jougne

(9)

Gare de Genève-Cornavin

(10)

Goumois

(11)

La Cure

(12)

Les Verrières route

(13)

Moëllesulaz

(14)

Pontarlier-gare

(15)

Poste autoroute Saint-Julien-Bardonnex

(16)

Prévessin

(17)

Saint-Gingolph

(18)

Saint-Julien-Perly

(19)

Saint-Louis autoroute

(20)

Saint-Louis-Bâle-gare ferroviaire

(21)

Vallard-Thonex

(22)

Vallorbe (Ferroviji internazzjonali)

(23)

Vallorcine

(24)

Veigy

Mar-RENJU UNIT

(kollegament fiss min-naħa għall-oħra taċ-Channel)

(1)

Gare d'Ashford International

(2)

Gare d'Avignon-Centre

(3)

Cheriton/Coquelles

(4)

Gare de Chessy-Marne-la-Vallée

(5)

Gare de Fréthun

(6)

Gare de Lille-Europe

(7)

Gare de Londres-Waterloo

(8)

Gare de Paris-Nord

Ma' ANDORRA

(1)

Pas de la Case-Porta”.