ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 189/01 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2008/C 189/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5184 — Arcapita/Freightliner) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Parlament Ewropew |
|
2008/C 189/03 |
||
|
Kummissjoni |
|
2008/C 189/04 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2008/C 189/05 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 189/06 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 189/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2008/C 189/08 |
Għajnuna mill-Istat — Franza (L-Artikoli 87 sa 89 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea) — Avviż tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE — Irtirar ta' notifika — Għajnuna mill-Istat C 51/07 (ex N 530/07) — L-għajnuna ta' l-Aġenzija dwar l-Innovazzjoni Industrijali favur il-programm VHD ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 189/09 |
||
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/1 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 189/01)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
20.5.2008 |
||||
Għajnuna Nru |
N 598/06 |
||||
Stat Membru |
Spanja |
||||
Reġjun |
Andalucía |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ayudas de finalidad regional a la inversión y al empleo ligado a la inversión, ayudas en favor de las PYMES para consultaría e incentivos a la creación de pequeñas empresas y a la fase inicial de desarrollo de las pequeñas empresas por la Administración de la Junta de Andalucía en el 2007, 2008 y 2009 |
||||
Il-bażi legali |
Decreto no 21/2007 de 30 de enero, por el que se establece el marco regulador de las ayudas de finalidad regional y en favor de las pequeñas y medianas empresas (PYMES) que se concedan por la Administración de la Junta de Andalucía en los años 2007, 2008 y 2009 |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Żvilupp reġjonali, Impriżi ta' daqs żgħir u medju, Impjiegi |
||||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax, Self b'rata ta' imgħax baxxa |
||||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 888 miljun |
||||
L-intensità |
40 %, 50 %, 60 % |
||||
It-tul ta' żmien |
2008-31.12.2009 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
7.5.2008 |
||||||
Għajnuna Nru |
N 741/07 |
||||||
Stat Membru |
Spanja |
||||||
Reġjun |
Canarias |
||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Modificación del régimen de ayudas de Estado N 376/06 — Zona Especial Canaria (ZEC) |
||||||
Il-bażi legali |
Propuesta de disposición transitoria del Borrador del Proyecto de Real Decreto por el que se aprueba el Reglamento de Desarrollo de la Ley no 19/94 de 6 de julio, de modificación del Régimen Económico y Fiscal de Canarias, en materia de incentivos fiscales en la imposición indirecta, la reserva para inversiones en Canarias y la Zona Especial Canaria. Real Decreto-Ley no 12/2006, de 29 de diciembre, por el que se modifican la Ley no 19/1994, de 6 de julio, de modificación del Régimen Económico y Fiscal de Canarias, y el Real Decreto-Ley no 2/2000, de 23 de junio |
||||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
||||||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Vantaġġ fiskali |
||||||
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 20,8 miljun Baġit globali: EUR 104 miljun |
||||||
L-intensità |
40 % |
||||||
It-tul ta' żmien |
1.1.2009-31.12.2013 |
||||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
16.4.2008 |
|||
Għajnuna Nru |
NN 22/08 |
|||
Stat Membru |
Spanja |
|||
Reġjun |
Canarias |
|||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Arbitrio sobre las Importaciones y Entregas de Mercancías en las Islas Canarias (AIEM) |
|||
Il-bażi legali |
Council Decision of 20 June 2002 on the AIEM tax applicable in the Canary Islands Ley no 20/1991, de 7 de junio, de modificación de los aspectos fiscales del Régimen Económico y Fiscal de Canarias Ley no 24/2001, de 27 de diciembre, de Medidas Fiscales, Administrativas y del Orden Social Ley no 38/2003, de 17 de noviembre, General de Subvenciones |
|||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
|||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Vantaġġ fiskali |
|||
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 104 miljun Baġit globali: EUR 520 miljun |
|||
L-intensità |
40 % |
|||
It-tul ta' żmien |
1.1.2007-31.12.2011 |
|||
Setturi ekonomiċi |
L-industrija tal-manifattura, L-industrija kimika u farmaċewtika, L-Agrikoltura |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
30.4.2008 |
|||
Għajnuna Nru |
NN 25/08 |
|||
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|||
Reġjun |
Nordrhein-Westfalen |
|||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Risikoabschirmung WestLB |
|||
Il-bażi legali |
— |
|||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
|||
L-għan |
Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà |
|||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Garanzija |
|||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 5 000 miljun |
|||
L-intensità |
— |
|||
It-tul ta' żmien |
8.2.2008-8.8.2008 |
|||
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
2.7.2008 |
|||
Għajnuna Nru |
N 103/08 |
|||
Stat Membru |
Ir-Rumanija |
|||
Reġjun |
NUTS II |
|||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Schema de ajutor de stat privind dezvoltarea regională prin stimularea investiţiilor |
|||
Il-bażi legali |
Proiectul de Hotărâre de Guvern privind dezvoltarea regională prin stimularea investiţiilor |
|||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
L-għan |
Żvilupp reġjonali, Impjiegi |
|||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
|||
L-Estimi |
Baġit globali: RON 2 070 miljun |
|||
L-intensità |
50 % |
|||
It-tul ta' żmien |
31.12.2012 |
|||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/5 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5184 — Arcapita/Freightliner)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 189/02)
Fit-18 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5184. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Parlament Ewropew
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/6 |
Konferenza tal-Kumitati għall-Komunità u għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlamenti ta' l-Unjoni Ewropea (COSAC)
Kontribuzzjoni adottata mill-XXXIX COSAC
Brdo pri Kranju, 7-8 ta' Mejju 2008
(2008/C 189/03)
1. Ir-rwol tal-Parlamenti wara t-Trattat ta' Liżbona
1.1. |
Il-COSAC tilqa' b'merħba l-iffirmar tat-Trattat ta' Liżbona u r-ratifikazzjoni tiegħu minn tlettax-il Stat Membru (1) u titlob lill-parlamenti u liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri l-oħrajn biex jirratifikaw it-Trattat. |
1.2. |
Il-COSAC tilqa' b'merħba r-rwol imsaħħaħ tal-parlamenti nazzjonali kif stipulat fit-Trattat ta' Liżbona, li jippermettilhom li jinvolvu ruħhom aħjar fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-UE. Il-COSAC tinnota li hija r-responsabbiltà tal-parlamenti nazzjonali li jiżviluppaw mekkaniżmi sabiex jagħmlu użu mid-drittijiet estiżi tagħhom. |
1.3. |
Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Parlament Ewropew, il-COSAC tesprimi rispett għall-ħidma tiegħu mmirata għall-involviment dirett taċ-ċittadini ta' l-Ewropa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-UE. Barra minn hekk, il-COSAC temmen li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Liżbona li jtejjebu r-rwol tal-Parlament Ewropew bħala ko-leġiżlatur ser jikkontribwixxu għal leġittimità akbar tad-deċiżjonijiet meħuda fil-livell ta' l-UE. |
1.4. |
Il-COSAC tqis li jekk id-drittijiet ġodda tal-parlamenti nazzjonali kif previsti fit-Trattat ta' Liżbona jridu jiġu eżerċitati, il-COSAC innifisha, u kif ukoll l-IPEX u r-rappreżentanti permanenti tal-parlamenti nazzjonali ta' l-Unjoni Ewropea, jistgħu ikollhom rwol importanti fid-djalogu bejn il-parlamenti nazzjonali. Dan jeħtieġ ukoll il-kooperazzjoni sħiħa ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea. |
1.5. |
Il-COSAC tinkoraġġixxi lill-parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew sabiex jintroduċu u jippromwovu l-istrateġiji ta' komunikazzjoni tagħhom bil-għan li jgħarrfu liċ-ċittadini dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Liżbona. |
2. Kooperazzjoni ma' l-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea
2.1. |
Il-mekkaniżmu li permezz tiegħu l-Kummissjoni tittrasmetti d-dokumenti ta' konsultazzjoni u l-proposti ġodda kollha direttament lill-parlamenti nazzjonali huwa meqjus bħala pożittiv. Barra minn hekk, dan il-mekkaniżmu kkontribwixxa għall-monitoraġġ ta' l-affarijiet ta' l-UE mill-parlamenti nazzjonali. |
2.2. |
Il-COSAC tirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tirrispondi għar-reazzjonijiet ippreżentati mill-parlamenti nazzjonali. Madankollu, il-COSAC tinkoraġġixxi lill-Kummissjoni — b'konformità mal-XXXVII COSAC f'Berlin u l-XXXVIII COSAC f'Estoril — sabiex tipprovdi lill-parlamenti nazzjonali b'evalwazzjoni tal-miżuri li għandha fis-seħħ bħalissa, jew li tippjana li ddaħħal fis-seħħ, ħalli tqis dawn ir-reazzjonijiet fil-formulazzjoni tal-politika u fil-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma annwali tagħha. |
2.3. |
Il-COSAC tistieden lill-Kummissjoni:
|
2.4. |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Liżbona, il-COSAC tinkoraġġixxi wkoll lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex joħolqu mekkaniżmu li permezz tiegħu jgħarrfu lill-parlamenti nazzjonali meta l-aħħar traduzzjoni ta' proposta leġiżlattiva tiġi trasmessa lill-parlament nazzjonali rilevanti; u sabiex jindikaw id-data meta jiskadi l-perjodu ta' tmien ġimgħat biex tiġi ppreżentata reazzjoni għall-proposti. Il-COSAC tenfasizza li jkun ta' għajnuna jekk il-Kummissjoni tittrasmetti separatament mill-proposti l-oħra proposti li għalihom japplika l-mekkaniżmu ta' twissija bikrija. |
2.5. |
Il-COSAC temmen li d-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali fir-rigward ta' proposti individwali għandu jissokta wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, billi l-iskambju ta' opinjonijiet dwar is-sustanzi tal-proposti bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni jġib valur miżjud sinjifikanti lit-trasparenza u l-leġittimità demokratika tal-proċess leġiżlattiv ta' l-UE. |
3. L-Istrateġija ta' Liżbona u l-Parlamenti Nazzjonali
3.1. |
Il-COSAC tilqa' b'merħba l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008 fi Brussell. Hija tqis li ċ-ċiklu ġdid ta' tliet snin ta' l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Impjiegi, u l-perjodu stabbilit u l-prinċipji adottati għall-pakkett ta' l-enerġija u l-bidla tal-klima, huma ta' importanza kbira għall-ħajja ekonomika u soċjali taċ-ċittadini ta' l-Ewropa. |
3.2. |
Il-COSAC tinnota li l-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti fl-Istrateġija ta' Liżbona. F'dan ir-rigward, il-COSAC tinkoraġġixxi lill-parlamenti nazzjonali biex jilagħbu rwol aktar attiv fl-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija mġedda ta' Liżbona. |
3.3. |
Il-COSAC temmen li l-innovazzjoni u l-kreattività, kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs taċ-ċittadini ta' l-Ewropa huma fatturi ewlenin għat-tkabbir fil-ġejjieni. Bil-għan li tissodisfa l-ambizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam, il-COSAC tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jinvestu aktar u b'mod aktar effettiv fl-innovazzjoni u r-riċerka bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira ta' 3 % ta' investiment fir-riċerka u l-iżvilupp. Billi tieħu nota ta' l-istedina mill-Kunsill Ewropew lill-Istati Membri, il-COSAC titlob lill-parlamenti nazzjonali biex isegwu kif il-progress lejn il-miri ta' l-investiment nazzjonali fir-riċerka u l-iżvilupp jinkiseb permezz tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali. |
3.4. |
Il-COSAC tagħmel enfasi fuq l-opportunitajiet li l-moviment ħieles ta' l-għarfien, magħruf bħala l-ħames libertà, jista' jipprovdi għall-ksib tal-miri ta' l-Istrateġija mġedda ta' Liżbona. |
3.5. |
Il-COSAC tfakkar lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-importanza tas-settur tas-servizzi, fejn llum il-ġurnata qegħdin jinħolqu l-maġġoranza ta' impjiegi ġodda. Il-moviment ħieles tas-servizzi huwa ta' importanza kbira biex jinkiseb dan filwaqt li jiġi rikonoxxut li hemm differenzi fil-mudelli tas-swieq tax-xogħol nazzjonali ta' l-Istati Membri. |
4. Il-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja
4.1. |
Il-COSAC tilqa' b'merħba l-adeżjoni ta' disa' Stati Membri fiż-Żona Schengen u qegħda tistenna li l-Bulgarija u r-Rumanija jissieħbu wkoll fiż-Żona Schengen meta jasal il-waqt skond l-iskeda miftiehma u adottata miż-żewġ pajjiżi. It-tkabbir taż-Żona Schengen huwa kisba kbira fl-appoġġ għall-moviment ħieles tal-persuni, waħda mill-erba' libertajiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. |
4.2. |
Fl-istess ħin, il-COSAC tenfasizza li l-iżvilupp u l-introduzzjoni tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) tibqa' priorità u trid tiġi stabbilita fil-waqt opportun u skond id-data ta' skadenza miftiehma ta' Settembru 2009. |
4.3. |
Il-COSAC tagħti importanza konsiderevoli lill-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Balkani tal-Punent fil-qasam ta' l-affarijiet interni, peress li dan huwa wieħed mill-aktar oqsma prominenti tal-kooperazzjoni tagħhom. Din il-kooperazzjoni twassal għal sigurtà aħjar fir-reġjun ta' l-Istati Balkani tal-Punent u konsegwentement fl-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. |
4.4. |
Il-COSAC temmen li l-attivitajiet konġunti kurrenti ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Balkani tal-Punent fil-qasam ta' l-affarijiet interni, u primarjament fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, ser jibnu kooperazzjoni fost il-forzi ta' l-infurzar tal-liġi fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent u jgħinu fit-traspożizzjoni ta' l-istandards tas-sigurtà ta' l-UE fiz-zona. Huma ser jipprovdu lill-Istati Balkani tal-Punent il-mezzi u eżempji ta' l-aqwa prattika li huma neċessarji biex iżidu l-impenn tagħhom fl-iżvilupp u t-tħaddim ta' tali mekkaniżmi tagħhom stess. |
4.5. |
Il-COSAC tilqa' b'merħba l-ftuħ tad-djalogu tal-Kummissjoni Ewropea ma' l-Istati Balkani tal-Punent għal-liberalizzazzjoni ta' politika tal-visa u titlob lill-istituzzjonijiet ta' l-UE, l-Istati Membri u l-Istati Balkani tal-Punent biex jaraw li l-passi addizzjonali jittieħdu minn dawk kollha involuti fil-qasam. |
5. Il-Perspettiva Ewropea ta' l-Istati Balkani tal-Punent
5.1. |
Il-COSAC tara l-futur ta' l-Istati Balkani tal-Punent kollha fl-Unjoni Ewropea. F'dan ir-rigward, hija tilqa' b'merħba l-isforzi ta' kull pajjiż biex jintlaħqu l-kriterji li jkunu ġew stabbiliti. |
5.2. |
Kull pajjiż applikant irid jissodisfa l-kriterji biex jissieħeb fl-UE u l-COSAC temmen li l-viżjoni tar-rijunifikazzjoni ta' l-Ewropa ma tistax tiġi implimentata mingħajr l-integrazzjoni tal-Balkani tal-Punent, għalhekk l-UE trid tkompli bl-isforzi tagħha li tappoġġja l-Istati Balkani tal-Punent billi tgħinhom jilħqu l-kriterji tas-sħubija. |
(1) Sat-8 ta' Mejju 2008.
Kummissjoni
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/9 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Il-25 ta' Lulju 2008
(2008/C 189/04)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,5734 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
168,77 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4619 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,78880 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,4610 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6268 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
127,51 |
NOK |
Krona Norveġiża |
8,0815 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
23,595 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
231,35 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7032 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,2080 |
RON |
Leu Rumen |
3,5675 |
SKK |
Krona Slovakka |
30,385 |
TRY |
Lira Turka |
1,8966 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6438 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5968 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
12,2698 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,1159 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,1407 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 584,41 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,9481 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,7275 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,2182 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 352,55 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,1129 |
PHP |
Peso Filippin |
69,143 |
RUB |
Rouble Russu |
36,7435 |
THB |
Baht Tajlandiż |
52,608 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,4808 |
MXN |
Peso Messikan |
15,7525 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/10 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 189/05)
Għajnuna Nru |
XR 12/07 |
||||||||||
Stat Membru |
L-Irlanda |
||||||||||
Reġjun |
Border Midlands and West Region, Southern and Eastern Region |
||||||||||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Regional Aid (Industry and Services) Scheme 2007-2013 |
||||||||||
Bażi legali |
Industrial Development Acts 1986-2003; Údarás na Gaeltachta Act 1979; Shannon Free Airport Development Company Limited Act, 1959 as amended; Greyhound Industry Act, 1958 |
||||||||||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||||||
Baġit annwali |
EUR 85 miljun |
||||||||||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
30 % |
||||||||||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
|||||||||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.1.2007 |
||||||||||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
||||||||||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
||||||||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
||||||||||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
www.entemp.ie/enterprise/stateaid/ http://www.entemp.ie/enterprise/stateaid/regionalaidschemedescription.doc |
||||||||||
Tagħrif ieħor |
— |
Għajnuna Nru |
XR 144/07 |
||||
Stat Membru |
Is-Slovenja |
||||
Reġjun |
Slovenija |
||||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Regionalna shema državnih pomoči |
||||
Bażi legali |
Uredba o dodeljevanju regionalnih državnih pomoči (Uradni list RS, št. 72/2006 in 70/2007) |
||||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
Baġit annwali |
EUR 115,99 miljun |
||||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
30 % |
||||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
|||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
4.8.2007 |
||||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
||||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
||||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
http://zakonodaja.gov.si/rpsi/r05/predpis_URED4165.html |
||||
Tagħrif ieħor |
— |
Għajnuna Nru |
XR 49/08 |
||
Stat Membru |
Il-Litwanja |
||
Reġjun |
87(3)(a) |
||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Pramoninių objektų teritorijų inžinerinių tinklų ir susisiekimo komunikacijų įrengimo projektų grupės aprašas |
||
Bażi legali |
2008 m. vasario 29 d. Lietuvos Respublikos ūkio ministro įsakymo Nr. 4-79 „Dėl Lietuvos Respublikos ūkio ministerijos programų lėšų, teikiamų projektų veiklai ir kapitalui formuoti, administravimo taisyklių patvirtinimo“ 21 priedas „Pramoninių objektų teritorijų inžinerinių tinklų ir susisiekimo komunikacijų įrengimo projektų grupės aprašas“ |
||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
||
Baġit annwali |
LTL 10 miljun |
||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
50 % |
||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
|||
Data ta' l-implimentazzjoni |
9.3.2008 |
||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
||
— |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
http://www3.lrs.lt/pls/inter3/dokpaieska.showdoc_l?p_id=315576 http://www3.lrs.lt/c-bin/getgr?C1=bin&c2=315576&c3=26330 |
||
Aktar informazzjoni |
— |
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Kummissjoni
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/12 |
Avviż ta' l-iskadenza viċina ta' ċerti miżuri ta' kontrobilanċ fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' friex tas-sodda li joriġina mill-Indja
(2008/C 189/06)
1. |
Kif stipulat fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li sakemm issir reviżjoni skond il-proċedura segwenti, il-miżuri ta' kontrobilanċ imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt (1). |
2. Il-Proċedura
Produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tkun se twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' sussidji u ta' ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi Komunitarji mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imfissra fit-talba għal reviżjoni.
3. Limitu taż-żmien
Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi ta' dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), J-79 4/23, B-1049 Brussell (2), wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. |
Dan l-avviż huwa ppubblikat skond l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97.
|
(1) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(2) Fax (32-2) 295 65 05
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 189/07)
1. |
Fil-15 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi OMV Power International GmbH (“OPI”, l-Awstrija), ) ikkontrollata minn OMV AG, Austria, Lehman ALI Inc. (“Lehman”, l-Istati Uniti) li tappartjeni għal Lehman Brothers Group, u Met Group (“Met Group”, it-Turkija) kkontrollata minn Dr. Celal Metin jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' Borasco Elektrik Üretim Sanayi ve Ticaret A.S. (“Borasco Elektrik”, it-Turkija) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru.(32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV fl-indirizz li ġej:
|
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/14 |
GĦAJNUNA MILL-ISTAT — FRANZA
(L-Artikoli 87 sa 89 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea)
Avviż tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE — Irtirar ta' notifika
Għajnuna mill-Istat C 51/07 (ex N 530/07) — L-għajnuna ta' l-Aġenzija dwar l-Innovazzjoni Industrijali favur il-programm VHD
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 189/08)
Bid-deċiżjoni tad-29 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni, wara li nnutat li Franza rtirat in-notifika tagħha tad-29 ta' Novembru 2007, iddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, miftuħa fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq tat-13 ta' Novembru 2007.
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 189/15 |
Avviż dwar talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE — Estensjoni tad-data ta' l-għeluq
Talba minn Stat Membru
(2008/C 189/09)
Fid-19 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u dawk postali (1).
Din it-talba, mir-Repubblika tal-Polonja, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa ta' l-elettriku f'dan il-pajjiż. It-talba kienet is-suġġett ta' pubblikazzjoni fil-ĠU C 134, 31.5.2008, p. 43. Il-perjodu inizjali jiskadi fil-20 ta' Awwissu 2008.
Minħabba li s-servizzi tal-Kummissjoni jeħtiġilhom jirċievu u jeżaminaw tagħrif supplimentari u skond id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 30(6), it-tielet sentenza, id-data ta' l-għeluq li l-Kummissjoni għandha sabiex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba hi estiża b'xahar.
Il-perjodu għalhekk jiskadi fl-20 ta' Settembru 2008.
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.