ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
20 ta' Ġunju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 155/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Ossidu taż-żingu; sulfat taż-żingu; bis(ortofosfat) tat-triżingu ( 1 )

1

2008/C 155/02

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji

10

2008/C 155/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5044 — Bridgepoint/Pret A Manger) ( 1 )

23

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 155/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

24

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 155/05

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

25

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 155/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5046 — Friesland/Campina) ( 1 )

31

2008/C 155/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5182 — Shell/BP/AFS/GlobeFuel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

32

2008/C 155/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5158 — Strabag/Kirchhoff) ( 1 )

33

2008/C 155/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5186 — Investor AB/Altor/Lindorff JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

34

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/1


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Ossidu taż-żingu; sulfat taż-żingu; bis(ortofosfat) tat-triżingu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 155/01)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1) jinvolvi r-rappurtar tad-dejta, l-iffissar tal-prijoritajiet, il-valutazzjoni tar-riskju u, fejn meħtieġ, l-iżvilupp ta' strateġiji biex ikunu limitati r-riskji ta' sustanzi eżistenti.

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta' prijorità għall-valutazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2268/95 (2) li jikkonċerna t-tieni lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93

ossidu taż-żingu,

sulfat taż-żingu,

bis(ortofosfat) tat-triżingu.

L-Istat Membru rapporteur maħtur skond dan ir-Regolament temm l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta' materjali eżistenti (3) u ssuġġerixxa strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93.

Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjoni dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-rapporteur. Dawn l-opinjonijiet jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-Kumitati Xjentifiċi.

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jistipula li r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġija rakkomandata biex ikunu limitati r-riskji għandhom jiġu adottati fuq livell Komunitarju u ppubblikati mill-Kummissjoni. Din il-Komunikazzjoni, flimkien mar-Rakkomandazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni 2008/468/KE (4) [inkludi ref. għar-rakkomandazzjoni], tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju (5) u strateġiji biex ikunu limitati r-riskji għas-sustanzi msemmija hawn fuq.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji li għalihom tipprovdi din il-komunikazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93.


(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 231, 28.9.1995, p. 18.

(3)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.

(4)  ĠU L 161, 20.6.2008.

(5)  Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:

http://ecb.jrc.it/existing-substances/


ANNESS

PARTI 1

CAS-Nru 1314-13-2

 

Einecs-Nru 215-222-5

Formula Strutturali:

ZnO

Isem Einecs:

Ossidu taż-żingu

Isem IUPAC:

Ossidu taż-żingu

Rapporteur:

L-Olanda

Klassifikazzjoni (1):

N; R50-53

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur. Il-valutazzjoni tar-riskju twettqet skond il-metodoloġija għall-metalli applikabbli dak iż-żmien u skond id-Dokument ta' Gwida Teknika dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju li jsostni r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 dwar il-valutazzjoni tar-riskju għal sustanzi eżistenti.

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament f'materjal li jgħaqqad il-gomma, fi prodotti tal-ħġieġ u taċ-ċeramika. Użijiet oħra huma bħala inibitur tal-korrużjoni fiż-żebgħa, bħala materja prima għall-produzzjoni ta' kimiki taż-żingu, bħala addittiv fil-fjuwil u fil-lubrikanti, u bħala addittiv taż-żingu fil-fertilizzanti, fl-għalf ta' l-annimali u fl-elementi tal-vitamini għall-bniedem. Użijiet bħala nanomaterjali ma ġewx ivvalutati.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar deni mid-duħħan tal-metall bħala konsegwenza ta' tossiċità akuta mill-inalazzjoni waqt l-iwweldjar ta' azzar miksi biż-żingu,

hemm tħassib dwar l-effetti sistemiċi, bħala konsegwenza ta' esponiment ripetut tal-ġilda u esponiment ripetut ikkombinat (mill-inalazzjoni u tal-ġilda) mill-użu ta' żebgħa li fiha l-ossidu taż-żingu.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-Ambjent

Qegħdin jingħataw konklużjonijiet dwar sitwazzjonijiet lokali biss. Il-konklużjonijiet dwar ir-riskji reġjonali għall-ambjent kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju għall-metall taż-żingu (EINECS-Nru 231-175-3) japplikaw ukoll.

Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA

huma li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA INKLUŻ IS-SEDIMENT

1.1

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji għas-sitwazzjonijiet speċifiċi elenkati hawn taħt. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba:

tħassib dwar effetti fuq l-ambjent (inkluż is-sediment) lokali akkwatiku bħala konsegwenza ta' esponiment mill-produzzjoni f'sit wieħed (is-sediment biss) u mill-użu fl-industrija ta' l-ipproċessar tal-ħġieġ, fl-industrija tal-ferrites (is-sediment biss), fl-industrija tal-varistors, fl-ipproċessar tal-katalisti, fil-formulazzjoni tal-lubrikanti, fl-ipproċessar taż-żebgħa u fil-formulazzjoni tal-kożmetiċi farmaċewtiċi u fl-użu privat tal-kożmetiċi farmaċewtiċi (is-sediment biss). Għal għadd ta' siti ta' produzzjoni u ta' sitwazzjonijiet ta' pproċessar (li jipproduċu emissjonijiet fl-ilma) ma ġie identifikat l-ebda tħassib immedjat iżda riskju potenzjali fuq skala lokali ma jistax jiġi eskluż minħabba l-possibilità ta' l-eżistenza ta' konċentrazzjonijiet għoljin ta' żingu fir-reġjun.

1.2

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati għas-sitwazzjonijiet lokali kollha, inkluż tħassib dwar avvelenament sekondarju, minbarra dawk elenkati fil-punt 1.1 hawn fuq. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA TERRESTRI

2.1

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar l-ambjent lokali terrestri bħala konsegwenza ta' esponiment mill-użu fl-industrija ta' l-ipproċessar tal-ħġieġ, fil-formulazzjoni tal-lubrikanti u fil-formulazzjoni ta' farmaċewtiċi kożmetiċi.

2.2

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati, għas-sitwazzjonijiet lokali kollha, inkluż tħassib dwar avvelenament sekondarju, minbarra dawk elenkati fil-punt 2.1 hawn fuq. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

3.1

hija li hemm il ħtieġa li jkunu limitati r-riskji għal xi wħud mis-sitwazzjonijiet lokali iżda mhux għal kollha. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar mikro-organiżmi fl-impjant għat-trattament tad-dranaġġ bħala konsegwenza ta' esponiment mill-użu fl-industrija ta' l-ipproċessar tal-ħġieġ, fl-industrija tal-varistors, fl-ipproċessar tal-katalisti, fil-formulazzjoni tal-lubrikanti, fl-ipproċessar taż-żebgħat u fil-formulazzjoni ta' kożmetiċi farmaċewtiċi.

3.2

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati għas-sitwazzjonijiet lokali kollha, minbarra dawk elenkati fil-punt 3.1 hawn fuq.Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

Għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji ta' l-ossidu taż-żingu sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika. Barra dan, abbażi tar-riżultati tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju, huwa rakkomandat

li jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju valuri tal-limitu għall-esponiment fuq il-post tax-xogħol għad-duħħan mill-iwweldjar skond id-Direttiva 98/24/KEE (2) jew id-Direttiva 2004/37/KE kif xieraq (3).

Għall-AMBJENT

huwa rakkomandat li:

jiġi kkunsidrat fid-Direttiva 2008/1/KE (4) u fid-Direttiva 2000/60/KE (5) jekk hijiex meħtieġa ġestjoni addizzjonali tar-riskju għal sorsi oħra ta' emissjonijiet taż-żingu minbarra dawk mill-produzzjoni u l-importazzjoni tal-kimika (pereżempju sorsi naturali, attivitajiet fil-minjieri, tniġġis storiku u l-użu ta' komposti taż-żingu oħrajn), fejn l-istrateġija għat-tnaqqis tar-riskju identifikat li qed isir kontribut sinifikanti għall-emissjonijiet taż-żingu fil-kompartiment akkwatiku,

biex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-permessi u l-monitoraġġ fid-Direttiva 2008/1/KE, l-ossidu taż-żingu għandu jiġi inkluż fil-ħidma li għaddejja bħalissa biex tiġi żviluppata gwida dwar “l-Aqwa Metodi Disponibbli” (BAT).

PARTI 2

CAS-Nru 7733-02-0

 

Einecs-Nru 231-793-3

Formula Strutturali:

ZnSO4

Isem Einecs:

Sulfat taż-żingu

Isem IUPAC:

Sulfat taż-żingu

Rapporteur:

L-Olanda

Klassifikazzjoni (6):

Xn; R22

R41

N; R50-53

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur. Il-valutazzjoni tar-riskju twettqet skond il-metodoloġija għall-metalli applikabbli dak iż-żmien u skond id-Dokument ta' Gwida Teknika dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju li jsostni r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 dwar il-valutazzjoni tar-riskju għal sustanzi eżistenti.

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament għall-produzzjoni tal-fertilizzanti u tal-pestiċidi, għall-skopijiet farmaċewtiċi agrikoli bħal addittivi ta' l-għalf, u fl-industrija tal-kimika. Użijiet oħra huma applikazzjonijiet fil-produzzjoni tal-visk, bħala aġent għat-tagħwim fl-industrija tal-minjieri, bħala inibitur tal-korrużjoni fl-industrija ta' l-iggalvanizzar u fi proċessi ta' trattament ta' l-ilma. Użijiet bħala nanomaterjali ma ġewx ivvalutati.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-Ambjent

Qegħdin jingħataw konklużjonijiet dwar sitwazzjonijiet lokali biss. Il-konklużjonijiet dwar ir-riskji reġjonali għall-ambjent kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju għall-metall taż-żingu (EINECS-Nru 231-175-3) japplikaw ukoll.

Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA

huma li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA INKLUŻ IS-SEDIMENT

1.1

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti fuq l-ambjent lokali akkwatiku b'konsegwenza ta' esponiment mill-użu mill-industrija agrikola tal-fertilizzanti (formulazzjoni). Għall-użu fl-industrija agrikola ta' l-għalf (formulazzjoni) ma ġie identifikat l-ebda tħassib immedjat iżda riskju potenzjali fuq skala lokali ma jistax jiġi eskluż minħabba l-possibilità ta' l-eżistenza ta' konċentrazzjonijiet għoljin ta' żingu fir-reġjun,

hemm tħassib dwar effetti fuq organiżmi li jgħixu fis-sediment bħala konsegwenza ta' esponiment lokali mill-użu fl-industrija agrikola tal-fertilizzanti (formulazzjoni), fl-industrija agrikola ta' l-għalf u fl-industrija tal-kimika (ipproċessar). Għal għadd ta' sitwazzjonijiet ta' pproċessar ma ġie identifikat l-ebda tħassib immedjat iżda riskju potenzjali fuq skala lokali ma jistax jiġi eskluż minħabba l-possibilità ta' l-eżistenza ta' konċentrazzjonijiet għoljin ta' żingu fir-reġjun.

1.2

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati għas-sitwazzjonijiet lokali kollha, inkluż tħassib dwar avvelenament sekondarju, minbarra dawk elenkati fil-punt 1.1 hawn fuq. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA TERRESTRI

2.1

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar l-ambjent lokali terrestri bħala konsegwenza ta' esponiment mill-użu fl-industrija tal-kimika (ipproċessar), fl-industrija agrikola tal-pestiċidi (ipproċessar) u fl-industrija agrikola tal-fertilizzanti (formulazzjoni).

2.2

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati, għas-sitwazzjonijiet lokali kollha, inkluż tħassib dwar avvelenament sekondarju, minbarra dawk elenkati fil-punt 2.1 hawn fuq. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

3.1

hija li hemm il-ħtieġa li jkunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar mikro-organiżmi fl-impjant għat-trattament tad-dranaġġ bħala konsegwenza ta' esponiment mill-użu fl-industrija tal-kimika (ipproċessar), fl-industrija agrikola tal-pestiċidi (ipproċessar) u fl-industrija agrikola tal-fertilizzanti (formulazzjoni).

3.2

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati għas-sitwazzjonijiet lokali kollha, minbarra dawk elenkati fil-punt 3.1 hawn fuq. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-AMBJENT

huwa rakkomandat li

jiġi kkunsidrat fid-Direttiva 2008/1/KE (4) u fid-Direttiva 2000/60/KE (5) jekk hijiex meħtieġa ġestjoni addizzjonali tar-riskju għal sorsi oħra ta' emissjonijiet taż-żingu minbarra dawk mill-produzzjoni u l-importazzjoni tal-kimika (pereżempju sorsi naturali, attivitajiet fil-minjieri, tniġġis storiku u l-użu ta' komposti taż-żingu oħrajn), fejn l-istrateġija għat-tnaqqis tar-riskju identifikat li qed isir kontribut sinifikanti għall-emissjonijiet taż-żingu fil-kompartiment akkwatiku,

biex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-permessi u l-monitoraġġ fid-Direttiva 2008/1/KE, is-sulfat taż-żingu għandu jiġi inkluż fil-ħidma li għaddejja bħalissa biex tiġi żviluppata gwida dwar “l-Aqwa Metodi Disponibbli” (BAT).

PARTI 3

CAS-Nru 7779-90-0

 

Einecs-Nru 231-944-3

Formula Strutturali:

Zn3(PO4)2

Isem Einecs:

Bis(ortofosfat) tat-triżingu

Isem IUPAC:

Bis(ortofosfat) tat-triżingu

Rapporteur:

L-Olanda

Klassifikazzjoni (7):

N; R50-53

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur. Il-valutazzjoni tar-riskju twettqet skond il-metodoloġija għall-metalli applikabbli dak iż-żmien u skond id-Dokument ta' Gwida Teknika dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju li jsostni r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 dwar il-valutazzjoni tar-riskju għal sustanzi eżistenti.

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament bħala pigment attiv inorganiku kontra l-korrużjoni fi primers u f'żebgħat għall-protezzjoni ta' wċuh metalliċi fl-industrija taż-żebgħa u tal-verniċ (lacquers u varnishes). Użijiet bħala nanomaterjali ma ġewx ivvalutati.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-Ambjent

Qegħdin jingħataw konklużjonijiet dwar sitwazzjonijiet lokali biss. Il-konklużjonijiet dwar ir-riskji reġjonali għall-ambjent kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju għall-metall taż-żingu (EINECS-Nru 231-175-3) japplikaw ukoll.

Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA

huma li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA INKLUŻ IS-SEDIMENT

1.1

huma li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti fuq l-ambjent lokali akkwatiku (inkluż is-sediment) b'konsegwenza ta' esponiment mill-użu mill-industrija taż-żebgħa (formulazzjoni u pproċessar).

1.2

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati għas-sitwazzjonijiet lokali kollha, inkluż tħassib dwar avvelenament sekondarju, minbarra dawk elenkati fil-punt 1.1 hawn fuq. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA TERRESTRI

2.1

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti fuq l-ambjent lokali terrestri b'konsegwenza ta' esponiment mill-użu mill-industrija taż-żebgħa (formulazzjoni).

2.2

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati, għas-sitwazzjonijiet lokali kollha, inkluż tħassib dwar avvelenament sekondarju, minbarra dawk elenkati fil-punt 2.1 hawn fuq. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

3.1

hija li hemm il-ħtieġa li jkunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar mikro-organiżmi fl-impjant għat-trattament għad-dranaġġ b'konsegwenza ta' esponiment mill-użu mill-industrija taż-żebgħa (formulazzjoni u pproċessar).

3.2

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati għas-sitwazzjonijiet lokali kollha, minbarra dawk elenkati fil-punt 3.1 hawn fuq. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-AMBJENT

huwa rakkomandat li

jiġi kkunsidrat fid-Direttiva 2008/1/KE (4) u fid-Direttiva 2000/60/KE (5) jekk hijiex meħtieġa ġestjoni addizzjonali tar-riskju għal sorsi oħra ta' emissjonijiet taż-żingu minbarra dawk mill-produzzjoni u l-importazzjoni tal-kimika (pereżempju sorsi naturali, attivitajiet fil-minjieri, tniġġis storiku u l-użu ta' komposti taż-żingu oħrajn), fejn l-istrateġija għat-tnaqqis tar-riskju identifikat li qed isir kontribut sinifikanti għall-emissjonijiet taż-żingu fil-kompartiment akkwatiku,

biex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-permessi u l-monitoraġġ fid-Direttiva 2008/1/KE, il-bis(ortofosfat) tat-triżingu għandu jiġi inkluż fil-ħidma li għaddejja bħalissa biex tiġi żviluppata gwida dwar “l-Aqwa Metodi Disponibbli” (BAT).


(1)  Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April 2004 (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1 amendat b' ĠU L 216, 16.6.2004, p. 3) li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi.

(2)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.

(3)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50

(4)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(5)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(6)  Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April 2004(ĠU L 152/1, 30.04.2004 u ĠU L 216/3, 16.06.2004) li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi.

(7)  Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April (ĠU L 152/1, 30.04.2004 u ĠU L 216/3, 16.06.2004) li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi.


20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/10


Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji

(2008/C 155/02)

Dan l-Avviż jissostitwixxi l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14).

1.   DAĦLA

1.1.   Sfond

Dan l-Avviż jaġġorna l-approċċ tal-Kummissjoni lejn l-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta' garanziji u għandu l-għan li jipprovdi lill-Istati Membri bi gwida aktar dettaljata dwar il-prinċipji li fuqhom il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tibbaża l-interpretazzjoni tagħha ta' l-Artikoli 87 u 88 u l-applikazzjoni tagħhom għall-garanziji mill-Istat. Dawn il-prinċipji huma attwalment stabbiliti fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (1). L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dan l-Avviż sa mis-sena 2000 tissuġġerixxi li l-politika tal-Kummissjoni f'dan il-qasam għandha tiġi riveduta. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar pereżempju fil-prattika riċenti tagħha f'diversi deċiżjonijiet speċifiċi (2) fir-rigward tal-ħtieġa li ssir evalwazzjoni individwali tar-riskju tat-telf marbut ma' kull garanzija fil-każ ta' skemi. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li ttejjeb, kemm possibbli, it-trasparenza tal-politika tagħha f'dan il-qasam sabiex id-deċiżjonijiet tagħha jkunu prevedibbli u sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tixtieq tipprovdi lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju (minn hawn 'il quddiem imsejħa “SMEs”) u lill-Istati Membri b'safe harbours billi jiġi determinat minn qabel, għal kumpanija partikolari u fuq il-bażi tal-livell finanzjarju tagħha, il-marġni minimu li għandu jkun hemm sabiex garanzija mill-Istat ma titqiesx bħala għajnuna skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Bl-istess mod, kwalunkwe defiċit fil-premium mitlub meta mqabbel ma' dak il-livell jista' jiġi meqjus bħala l-element ta' għajnuna.

1.2.   Tipi ta' garanzija

Fil-forma l-aktar komuni tagħhom, il-garanziji huma assoċjati ma' self jew obbligu finanzjarju ieħor aċċettat minn min jissellef fil-konfront ta' min jisilfu; dawn jistgħu jingħataw bħala garanziji individwali jew fi ħdan skemi ta' garanzija.

Madankollu, jista' jkun hemm diversi forom ta' garanzija, skond il-bażi legali tagħhom, it-tip ta' tranżazzjoni koperta, it-tul ta' żmien, eċċ. Għalkemm din il-lista mhix waħda eżawrjenti, jistgħu jiġu identifikati l-forom ta' garanzija li ġejjin:

garanziji ġenerali, jiġifieri garanziji mogħtija lil impriżi bħala tali għall-kuntrarju ta' garanziji marbuta ma' tranżazzjoni speċifika, li tista' tkun self, investiment ta' ekwità, eċċ,

garanziji mogħtija permezz ta' strument speċifiku għall-kuntrarju ta' garanziji marbuta ma' l-istat ta' l-impriża nnifisha,

garanziji mogħtija direttament jew kontrogaranziji pprovduti lil garanti fl-ewwel livell,

garanziji mhux limitati għall-kuntrarju ta' garanziji limitati fl-ammont u/jew fiż-żmien. Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll bħala għajnuna fil-forma ta' garanzija t-termini ta' finanzjament aktar favorevoli akkwistati minn intrapriżi li l-forma legali tagħhom teskludi proċeduri ta' falliment jew proċeduri oħra ta' insolvenza jew tipprovdi b'mod espliċitu garanzija jew kopertura tat-telf mill-Istat. L-istess japplika għall-akkwist minn Stat ta' holding f'intrapriża jekk ikun hemm aċċettazzjoni ta' responsabbiltà mhux limitata minflok ir-responsabbiltà limitata normali,

garanziji li għandhom b'mod ċar oriġini kuntrattwali (bħal kuntratti formali, ittri ta' konfort) jew oriġini legali ieħor għall-kuntrarju ta' garanziji li l-forma tagħhom hija inqas viżibbli (bħal ittri sekondarji, impenji orali), possibbilment b'diversi livelli ta' konfort li jistgħu jiġu pprovduti b'din il-garanzija.

B'mod speċjali fil-każ ta' l-aħħar, in-nuqqas ta' reġistru legali jew ta' kontabilità xieraq ħafna drabi jwassal għal traċċabbiltà fqira ħafna. Dan huwa minnu kemm għall-benefiċjarju kif ukoll għall-Istat jew korp pubbliku li jipprovdiha u, bħala riżultat, għall-informazzjoni disponibbli għall-partijiet terzi.

1.3.   L-istruttura u l-ambitu ta' l-Avviż

Għall-iskop ta' din in-Notifika:

(a)

“skema ta' garanzija” tfisser kwalunkwe strument li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma tkun meħtieġa ebda miżura ulterjuri ta' implimentazzjoni, ikunu jistgħu jingħataw garanziji lil impriżi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet ta' tul ta' żmien, ammont, tranżazzjoni sottostanti, tip u daqs ta' impriżi (bħal SMEs);

(b)

“garanzija individwali” tfisser kwalunkwe garanzija mogħtija lil impriża u li ma tingħatax fuq il-bażi ta' skema ta' garanzija.

It-taqsimiet 3 u 4 ta' dan l-Avviż huma mfassla sabiex ikunu direttament applikabbli għal garanziji marbuta ma' tranżazzjoni finanzjarja speċifika bħalma hu self. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, minħabba l-frekwenza tagħhom u l-fatt li dawn normalment jistgħu jiġu kkwantifikati, dawn huma l-aktar każi fejn il-garanziji jeħtieġ li jiġu kklassifikati skond jekk jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat jew le.

Bħall-parti l-kbira tal-każijiet it-tranżazzjoni koperta minn garanzija tkun self, l-Avviż għandu jirriferi ulterjorment għall-benefiċjarju prinċipali tal-garanzija bħala “min jissellef” u l-korp li jkollu r-riskju mnaqqas minħabba l-garanzija mill-Istat bħala “min isellef”. L-użu ta' dawn iż-żewġ termini speċifiċi huwa intiż wkoll sabiex jiġi faċilitat l-apprezzament tal-prinċipju li fuqu huwa bbażat it-test, peress li l-prinċipju bażiku ta' self huwa mifhum b'mod wiesa'. Mandakollu, dan ma jfissirx li t-taqsimiet 3 u 4 huma applikabbli biss għal garanzija fuq self. Dawn japplikaw għall-garanziji kollha fejn ikun hemm trasferiment simili ta' riskju, bħal investiment fil-forma ta' ekwità, kemm-il darba jitqies il-profil rilevanti tar-riskju (inkluż in-nuqqas ta' kollateralizzazzjoni li jista' jkun hemm).

Dan l-Avviż japplika għas-setturi ekonomiċi kollha, inkluż is-settur ta' l-agrikoltura, tas-sajd u tat-trasport mingħajr ħsara għal regoli speċifiċi relatati ma' garanziji fis-settur ikkonċernat.

Dan l-Avviż ma japplikax għal-garanziji ta' kreditu għall-esportazzjoni.

1.4.   Tipi oħra ta' garanzija

Fejn ċerti forom oħra ta' garanzija (ara l-punt 1.2) jinvolvu trasferiment ta' riskju lill-garanti u fejn ma jurux wieħed jew aktar mill-fatturi speċifiċi msemmija fil-punt 1.3, bħal garanziji ta' l-assigurazzjoni, għandha ssir analiżi każ b'każ li għaliha, safejn huwa meħtieġ, jiġu applikati t-taqsimiet jew il-metodoloġiji applikabbli deskritti f'dan l-Avviż.

1.5.   Newtralità

Dan l-Avviż japplika mingħajr ħsara għall-Artikolu 295 tat-Trattat u għalhekk ma jippreġudikax ir-regoli ta' l-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tal-proprjetà. Il-Kummissjoni hija newtrali fir-rigward ta' proprjetà pubblika jew privata.

B'mod partikolari, il-fatt waħdu li l-parti l-kbira tal-proprjetà ta' impriża tkun ta' entità pubblika m'huwiex biżżejjed fih innifsu sabiex jikkostitwixxi garanzija mill-Istat, u dan sakemm ma hemm ebda elementi espliċiti jew impliċiti ta' garanzija.

2.   L-APPLIKABILITÀ TA' L-ARTIKOLU 87(1)

2.1.   Rimarki ġenerali

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat jistipula li kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi ta' l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzjoni ta' ċerti oġġetti għandha, safejn tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni.

Dawn il-kriterji ġenerali japplikaw ugwalment għall-garanziji. Fir-rigward ta' forom oħra ta' għajnuna potenzjali, garanziji mogħtija direttament mill-Istat, jiġifieri minn awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali, kif ukoll garanziji mogħtija permezz ta' riżorsi ta' l-Istat minn korpi oħra kontrollati mill-Istat bħal impriżi u imputabbli lil awtoritajiet pubbliċi (3), jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, il-kunċett ta' riżorsi ta' l-Istat għandu għalhekk jiġi ċċarat fir-rigward tal-garanziji mill-Istat. Il-benefiċċju ta' garanzija mill-Istat huwa li r-riskju assoċjat mal-garanzija jittieħed mill-Istat. It-teħid ta' dan ir-riskju mill-Istat għandu normalment jiġi remunerat bi premium xieraq. Fejn l-Istat iċedi l-premium kollu jew parti minnu, ikun hemm kemm benefiċċju għall-impriża kif ukoll tnaqqis tar-riżorsi ta' l-Istat. Għalhekk, anke jekk jirriżulta li qatt ma jsir pagament mill-Istat taħt garanzija, xorta waħda jista' jkun hemm għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. L-għajnuna tingħata fil-mument li ssir il-garanzija, mhux meta l-garanzija tiġi invokata u lanqas meta l-pagamenti jsiru skond it-termini tal-garanzija. Jekk garanzija tikkostitwixxix jew le għajnuna mill-Istat, u, jekk iva, x'jista' jkun l-ammont ta' dik l-għajnuna mill-Istat, għandu jiġi evalwat fil-mument meta tingħata l-garanzija.

F'dan il-kuntest il-Kummissjoni tirrimarka li l-analiżi taħt ir-regoli ta' l-għajnuna mill-Istat ma tiġġudikax minn qabel il-kompatibbiltà ta' miżura partikolari ma' dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat.

2.2.   Għajnuna lil min jissellef

Normalment, il-benefiċjarju ta' l-għajnuna huwa min jissellef. Kif indikat taħt il-punt 2.1, normalment it-teħid ta' riskju għandu jitħallas permezz ta' premium xieraq. Fejn min jissellef mhuwiex meħtieġ li jħallas il-premium, jew iħallas premium baxx, dan jikseb vantaġġ. F'paragun ma' sitwazzjoni mingħajr garanzija, il-garanzija mill-Istat tippermetti lil min jissellef li jikseb termini finanzjarji aħjar għal self minn dawk normalment disponibbli fis-swieq finanzjarji. Ġeneralment, bil-benefiċċju ta' garanzija mill-Istat, min jissellef jista' jikseb rati aktar baxxi u/jew joffri inqas sigurtà. F'xi każi, min jissellef ma jsibx, mingħajr garanzija mill-Istat, istituzzjoni finanzjarja li tkun lesta ssellef bi kwalunkwe termini. Għalhekk il-garanziji mill-Istat jistgħu jiffaċilitaw il-ħolqien ta' negozji ġodda u jippermettu lil ċerti impriżi jiġbru flus għat-twettiq ta' attivitajiet ġodda. Bl-istess mod, garanzija mill-Istat tista' tgħin lil kumpanija f'diffikultajiet tibqa' attiva minflok li din tiġi eliminata jew ristrutturata, u b'hekk tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li tista' tinqala'.

2.3.   Għajnuna lil min isellef

2.3.1.

Anke jekk normalment il-benefiċjarju ta' l-għajnuna jkun min jissellef, ma jistax jiġi eskluż li taħt ċerti ċirkostanzi min isellef jibbenefika direttament mill-għajnuna wkoll. B'mod partikolari, pereżempju, jekk garanzija mill-Istat tingħata ex post fir-rigward ta' self jew obbligu finanzjarju ieħor konkluż mingħajr aġġustament tat-termini ta' dan is-self jew obbligu finanzjarju, jew jekk self garantit jintuża sabiex jitħallas lura self ieħor mhux garantit lill-istess istituzzjoni ta' kreditu, jista' jkun hemm ukoll għajnuna lil min isellef, u dan safejn tiżdied is-sigurtà tas-selfiet. Fejn il-garanzija tkun tinvolvi għajnuna lil min isellef, għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li din l-għajnuna, fil-prinċipju, tista' tikkostitwixxi għajnuna għat-tħaddim.

2.3.2.

Il-garanziji huma differenti minn miżuri oħra ta' għajnuna mill-Istat, bħal għotjiet u eżenzjonijiet mit-taxxa, billi, fil-każ ta' garanzija, l-Istat jidħol ukoll f'relazzjoni ġuridika ma' min isellef. Għalhekk, għandhom jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi possibbli għal partijiet terzi minħabba għajnuna mill-Istat mogħti kontra l-liġi. Fil-każ ta' garanziji mill-Istat għal selfiet, dan jikkonċerna prinċipalment l-istituzzjonijiet finanzjarji li jsellfu. Fil-każ ta' garanziji għal bonds maħruġa sabiex jinkiseb finanzjament għall-impriżi, dan jikkonċerna l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fil-ħruġ tal-bonds. Il-kwistjoni dwar jekk l-illegalità ta' l-għajnuna taffettwax ir-relazzjonijiet ġuridiċi bejn l-Istat u l-partijiet terzi hija kwistjoni li għandha tiġi eżaminata taħt il-liġi nazzjonali. Il-qrati nazzjonali jista' jkollhom jeżaminaw jekk il-liġi nazzjonali timpedixxiex l-adempiment tal-kuntratti tal-garanzija, u f'dik l-evalwazzjoni l-Kummissjoni tikkunsidra li għandu jitqies il-ksur tal-liġi Komunitarja. Minħabba f'hekk, min isellef jista' jkollu interess li jivverifika, bħala miżura standard ta' prekawzjoni, li r-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat ġewx osservati kulfejn jingħataw garanziji. L-Istat Membru għandu jkun jista' jipprovdi numru tal-każ maħruġ mill-Kummissjoni għal każ individwali jew skema u possibbilment kopja mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni flimkien mar-referenza rilevanti għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Min-naħa tagħha l-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha sabiex tagħmel disponibbli b'mod trasparenti l-informazzjoni dwar każi u skemi minnha approvati.

3.   KUNDIZZJONIJIET LI JESKLUDU L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA

3.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Jekk garanzija individwali jew skema ta' garanzija konkluża mill-Istat ma ġġib ebda vantaġġ għal impriża, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

F'dan il-kuntest, sabiex jiġi determinat jekk ikunx qed jingħata vantaġġ permezz ta' garanzija jew skema ta' garanzija, il-Qorti kkonfermat fis-sentenzi riċenti (4) tagħha li l-Kummissjoni għandha tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq il-prinċipju ta' investitur li jopera f'ekonomija tas-suq (minn hawn 'il quddiem il-“prinċipju ta' l-investitur f'ekonomija tas-suq”). Għalhekk għandhom jitqiesu l-possibilitajiet effettivi għal impriża benefiċjarja li takkwista riżorsi finanzjarji ekwivalenti billi tirrikorri għas-suq kapitali. L-għajnuna mill-Istat ma tkunx involuta meta sors ġdid ta' finanzjament isir disponibbli b'kundizzjonijiet li jkunu aċċettabbli għal operatur privat taħt il-kundizzjonijiet normali ta' ekonomija tas-suq (5).

Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni dwar jekk ikunx ġie sodisfatt il-prinċipju ta' l-investitur f'ekonomija tas-suq fir-rigward ta' miżura partikolari ta' garanzija, f'din it-taqsima l-Kummissjoni tistipula għadd ta' kundizzjonijiet suffiċjenti għan-nuqqas ta' għajnuna. Il-garanziji individwali huma koperti fil-punt 3.2 b'għażla aktar sempliċi għall-SMEs fil-punt 3.3. L-iskemi ta' garanzija huma koperti fil-punt 3.4 b'għażla aktar sempliċi għall-SMEs fil-punt 3.5.

3.2.   Garanziji individwali

Fir-rigward ta' garanzija individwali mill-Istat, il-Kummissjoni tikkunsidra li biex tiġi eskluża l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat ikun biżżejjed li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Min jissellef ma jkunx f'diffikultà finanzjarja.

Sabiex tittieħed deċiżjoni dwar jekk min jissellef ikunx ikkunsidrat f'diffikultà finanzjarja, għandha ssir referenza għad-definizzjoni stabbilita fil-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpanniji f'diffikulta' (6). Għall-finijiet ta' dan l-Avviż, l-SMEs li ġew inkorporati għal anqas minn tliet snin m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala f'diffikultà matul dak il-perjodu.

(b)

Il-limitu tal-garanzija jista' jitkejjel sewwa meta jingħata. Dan ifisser li l-garanzija għandha tkun marbuta ma' tranżazzjoni finanzjarja speċifika, għal ammont massimu fiss u limitata fiż-żmien.

(c)

Il-garanzija ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self jew ta' l-obbligu finanzjarju ieħor dovut; dan il-limitu ma japplikax għal garanziji li jkopru titoli ta' dejn (7).

Il-Kummissjoni tikkunsidra li jekk obbligu finanzjarju jkun kompletament kopert b'garanzija mill-Istat, min isellef ikollu inqas inċentiv sabiex jevalwa, jassigura u jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li joħroġ mill-operazzjoni tas-self, u b'mod partikolari sabiex jevalwa kif xieraq il-kapaċità ta' min jissellef li jħallas lura s-self. Minħabba nuqqas ta' mezzi, jista' jkun li din l-evalwazzjoni tar-riskju ma ssirx dejjem mill-garanti Statali. Dan in-nuqqas ta' inċentiv li jitnaqqas ir-riskju li s-self ma jitħallasx lura jista' jinkuraġġixxi lil min isellef li jikkonkludi selfiet b'riskju kummerċjali akbar minn dak normali u b'hekk jista' jżid l-ammont ta' garanziji b'riskju ogħla fil-portafoll ta' l-Istat.

Din il-limitazzjoni ta' 80 % ma tapplikax għal garanzija pubblika mogħtija bħala finanzjament lil kumpannija li l-attività tagħha tkun tikkostitwixxi biss minn Servizz ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (SGEI) (8) fdat lilha u meta din il-garanzija tkun ingħatat mill-awtorità pubblika li tkun daħħlet dan l-istrument fis-seħħ. Din il-limitazzjoni ta' 80 % tapplika jekk il-kumpannija kkonċernata tagħti SGEIs jew attivitajiet ekonomiċi oħra.

Sabiex jiġi żgurat li min isellef jassumi b'mod effettiv parti mir-riskju, għandha tingħata l-attenzjoni dovuta liż-żewġ aspetti li ġejjin:

meta d-daqs tas-self jew ta' l-obbligu finanzjarju jonqos maż-żmien, pereżempju minħabba li s-self jibda jitħallas lura, l-ammont garantit għandu jitnaqqas proporzjonalment, b'tali mod li f'kull mument il-garanzija ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self jew l-obbligu finanzjarju dovut,

it-telf għandu jiġi sostnut proporzjonalment u bl-istess mod minn min isellef u mill-garanti. Bl-istess mod, l-irkupri netti (jiġifieri dħul li jeskludi l-ispejjeż għat-trattament tal-pretensjoni) iġġenerati mill-irkuprar tad-dejn mill-garanziji mogħtija minn min jissellef għandhom inaqqsu b'mod proporzjonali t-telf li jbatu kemm min isellef kif ukoll il-garanti. Garanziji first-loss, fejn it-telf jiġi attribwit biss lil min jissellef wara li dan jiġi l-ewwel attribwit lill-garanti, għandhom jiġu meqjusa li jistgħu jinvolvu l-għajnuna.

Jekk Stat Membru jkun jixtieq jagħti garanzija ogħla mil-limitu ta' 80 % u jikkunsidra li din ma tikkostitwixxix għajnuna, huwa għandu debitament jissostanzja din il-pożizzjoni, pereżempju fuq il-bażi ta' l-arranġament tat-tranżazzjoni kollha, u jinnotifikaha lill-Kummissjoni sabiex il-garanzija tkun tista' tiġi evalwata sew fir-rigward tax-xejriet ta' għajuna mill-Istat li jista' jkollha.

(d)

Jitħallas għall-garanzija prezz orjentat għas-suq.

Kif indikat taħt il-punt 2.1, normalment it-teħid ta' riskju għandu jitħallas permezz ta' premium xieraq fuq l-ammont tal-garanzija jew il-kontragaranzija. Meta l-prezz imħallas għall-garanzija jkun mill-anqas għoli daqs il-limitu ta' premium ta' garanzija korrispondenti li jkun hemm fis-swieq finanzjarji, il-garanzija ma tkunx tinkludi għajnuna.

Jekk fis-swieq finanzjarji ma jinstab l-ebda limitu tal-premium tal-garanzija li jikkorrispondi, l-ispiża finanzjarja totali tas-self garantit, inkluż ir-rata ta' imgħax tas-self u tal-premium tal-garanzija, għandha tiġi mqabbla mal-prezz tas-suq ta' self simili li m'huwiex garantit.

Fiż-żewġ każi, sabiex jiġi determinat il-prezz tas-suq li jikkorrispondi, għandhom jitqiesu l-karatteristiċi tal-garanzija u tas-self sottostanti. Dan jinkludi: l-ammont u t-tul ta' żmien tat-tranżazzjoni; is-sigurtà mogħtija minn min jissellef u esperjenza oħra li taffettwa l-evalwazzjoni tar-rata ta' rkupru; il-probabbiltà li min jissellef jonqos mill-obbligi tiegħu minħabba l-pożizzjoni finanzjarja, is-settur ta' l-attività u l-prospetti tiegħu; kif ukoll kundizzjonijiet ekonomiċi oħra. Din l-analiżi għandha b'mod partikolari tippermetti li min jissellef jiġi kklassifikat permezz ta' klassifika tar-riskju. Din il-klassifika tista' tiġi pprovduta minn aġenzija ta' klassifika rikonoxxuta internazzjonalment jew, fejn disponibbli, bil-klassifika interna użata mill-bank li jipprovdi s-self sottostanti. Il-Kummissjoni tindika r-rabta bejn il-klassifika u r-rata ta' inadempjenza, magħmula mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, li x-xogħol tagħhom huwa wkoll disponibbli pubblikament (9). Sabiex jiġi evalwat jekk il-premium huwiex f'konformità mal-prezzijiet tas-suq l-Istat Membru jista' jqabbel il-prezzijiet imħallsa minn impriżi klassifikati fl-istess livell fis-suq.

Għalhekk il-Kummissjoni ma taċċettax li l-premium tal-garanzija jiġi stabbilit b'rata unika meqjusa li tikkorrispondi għal standard ġenerali ta' l-industrija.

3.3.   Evalwazzjoni ta' garanziji individwali għall-SMEs

Bħala eċċezzjoni, jekk min jissellef ikun SME (10), il-Kummissjoni tista' b'deroga mill-punt 3.2.(d) taċċetta evalwazzjoni aktar sempliċi dwar jekk garanzija fuq self tinvolvix għajnuna. F'dak il-każ, u kemm-il darba l-kundizzjonijiet l-oħra kollha stipulati fil-punti 3.2.(a), (b) u (c) ikunu osservati, garanzija mill-Istat tiġi meqjusa li ma tikkostitwixxix għajnuna jekk jintalab il-premium minimu annwali (“safe harbour premium” (11)) stabbilit fit-tabella li jmiss fuq l-ammont effettivament garantit mill-Istat, fuq il-bażi tal-klassifika ta' min jissellef (12):

Kwalità tal-kreditu

Standard and Poor's

Fitch

Moody's

Safe harbour premium annwali

L-ogħla kwalità

AAA

AAA

Aaa

0,4 %

Kapaċità ta' ħlas b'saħħitha ħafna

AA +

AA +

Aa 1

 

AA

AA

Aa 2

0,4 %

AA –

AA –

Aa 3

 

Kapaċità ta' ħlas b’saħħitha

A +

A +

A 1

 

A

A

A 2

0,55 %

A –

A –

A 3

 

Kapaċità ta' ħlas adegwata

BBB +

BBB +

Baa 1

 

BBB

BBB

Baa 2

0,8 %

BBB –

BBB –

Baa 3

 

Kapaċità ta' ħlas vulnerabbli għal kundizzjonijiet avversi

BB +

BB +

Ba 1

 

BB

BB

Ba 2

2,0 %

BB –

BB –

Ba 3

 

Kapaċità ta' ħlas x'aktarx tkun mittiefsa minn kundizzjonijiet avversi

B +

B +

B 1

3,8 %

B

B

B 2

 

B –

B –

B 3

6,3 %

Kapaċità ta' ħlas dipendenti fuq kundizzjonijiet favorevoli kontinwi

CCC +

CCC +

Caa 1

Ma jista’ jiġi pprovdut l-ebda safe harbour premium annwali

CCC

CCC

Caa 2

CCC –

CCC –

Caa 3

CC

CC

 

 

C

 

F'każ ta' inadempjenza jew kważi inadempjenza

SD

DDD

Ca

Ma jista’ jiġi pprovdut l-ebda safe harbour premium annwali

D

DD

C

 

D

 

Is-safe harbour premiums japplikaw għall-ammont garantit jew kontrogarantit b'mod effettiv mill-Istat fil-bidu ta' kull sena kkonċernata. Għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-minimu li għandu jiġi applikat fir-rigward ta' kumpannija li l-klassifika ta' kreditu tagħha tkun ta' l-inqas daqs dawk mogħtija fit-tabella (13).

Fil-każ ta' premium uniku ta' garanzija imħallas bil-quddiem, il-garanzija tas-self hija meqjusa ħielsa minn għajnuna jekk tkun ta' l-inqas daqs il-valur preżenti tal-premiums futuri ta' garanzija kif indikat hawn fuq, bir-rata ta' tnaqqis li tkun ir-rata ta' referenza li tikkorrispondi (14).

Kif muri fit-tabella t'hawn fuq, kumpanniji bi klassifika li tikkorrispondi għal CCC/Caa jew agħar ma jistgħux jibbenefikaw minn din il-metodoloġija simplifikata.

Għall-SMEs li m'għandhom storja ta' kreditu jew klassifika bbażata fuq metodu ta' karta tal-bilanċ, bħal fil-każ ta' ċerti kumpanniji b'għan speċifiku jew kumpanniji start-up, is-safe harbour premium huwa ffissat għal 3,8 % iżda dan qatt ma jista' jkun anqas mill-premium li kieku jkun applikabbli għall-kumpannija jew kumpanniji prinċipali.

Dawn il-marġni jistgħu jiġu riveduti minn żmien għal żmien sabiex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni tas-suq.

3.4.   Skemi ta' garanzija

Fir-rigward ta' skema ta' garanzija mill-Istat, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat tkun eskluża fil-każ li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

L-iskema ma tkunx tapplika għal min jissellef u jkun f'diffikultà finanzjarja (ara d-dettalji fil-punt 3.2.(a)).

(b)

Safejn il-garanziji jistgħu jitkejlu sewwa meta jingħataw. Dan ifisser li l-garanzija għandha tkun marbuta ma' tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi, għal ammont massimu fiss u limitati fiż-żmien.

(c)

Il-garanziji ma jkoprux aktar minn 80 % ta' kull self li għadu jrid jitħallas jew obbligu finanzjarju ieħor (ara d-dettalji fil-punt 3.2.(c)).

(d)

It-termini ta' l-iskema huma bbażati fuq evalwazzjoni realistika tar-riskju sabiex il-premiums imħallsa mill-benefiċjarji x'aktarx li jagħmluha kapaċi tiffinanzja lilha nfisha. In-natura ta' l-iskema, li hija waħda li tiffinanzja lilha nfisha, u l-orjentazzjoni xierqa tar-riskju huma meqjusa mill-Kummissjoni bħala indikazzjonijiet li l-premiums tal-garanzija li jintalbu taħt l-iskema, huma konformi mal-prezzijiet tas-suq.

Dan jirrikjedi li r-riskju ta' kull garanzija ġdida għandu jiġi evalwat, fuq il-bażi tal-fatturi rilevanti kollha (il-kwalità ta' min jissellef, it-titoli ta' sigurtà, it-tul ta' żmien tal-garanzija, eċċ). Fuq il-bażi ta' din l-analiżi tar-riskju, il-klassijiet ta' riskju (15) jridu jiġu definiti, il-garanzija trid tiġi kklasifikata f'waħda minn dawn il-klassijiet ta' riskju u l-premium ta' garanzija korrispondenti jrid jintalab fuq l-ammont garantit jew kontrogarantit.

(e)

Sabiex ikun hemm evalwazzjoni xierqa u progressiva ta' l-aspett ta' l-iskema li tiffinanzja lilha nfisha, is-suffiċjenza tal-livell tal-premiums għandha tiġi riveduta ta' l-inqas darba f'sena fuq il-bażi tar-rata ta' telf effettiv ta' l-iskema fuq perjodu ta' żmien ekonomikament raġjonevoli, u l-premiums aġġustati skond dan jekk ikun hemm riskju li l-iskema ma tibqax tiffinanzja lilha nfisha. Dan l-aġġustament jista' jikkonċerna l-garanziji kollha maħruġa u dawk futuri jew biss dawn ta' l-aħħar.

(f)

Biex jitqiesu konformi mal-prezzijiet tas-suq, il-premiums li jintalbu għandhom ikopru r-riskji normali assoċjati ma' l-għoti tal-garanzija, l-ispejjeż amministrattivi ta' l-iskema, u remunerazzjoni annwali ta' kapital adegwat, anke jekk dan ta' l-aħħar m'huwiex kostitwit jew huwa biss kostitwit parzjalment.

Fir-rigward ta' l-ispejjeż amministrattivi, dawn ta' l-anqas għandhom jinkludi l-evalwazzjoni tar-riskju inizjali speċifika kif ukoll l-ispejjeż għall-monitoraġġ tar-riskju u l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tar-riskju marbuta ma' l-għoti u l-ġestjoni tal-garanzija.

Fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-kapital, il-Kummissjoni tosserva li l-garanti normali huma soġġetti għar-regoli tar-rekwiżit tal-kapital u, skond dawn ir-regoli, huma obbligati jikkostitwixxu ekwità sabiex ma jfallux meta jkun hemm varjazzjonijiet fit-telf fis-sena relatat mal-garanziji. L-iskemi ta' garanzija mill-Istat normalment m'humiex soġġetti għal dawn ir-regoli u għalhekk ma jeħtiġux li jikkostitwixxu dawn ir-riżervi. Fi kliem ieħor, kull darba li t-telf li jirriżulta mill-garanziji jeċċedi d-dħul mill-premiums tal-garanziji, id-defiċit ikun sempliċiment kopert mill-baġit ta' l-Istat. Din il-garanzija mill-Istat għall-iskema tqiegħed lil dan ta' l-aħħar f'sitwazzjoni aktar favorevoli minn garanti normali. Sabiex din id-disparità tiġi evitata u sabiex l-Istat jiġi remunerat għar-riskju li jkun qed jieħu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-premiums ta' garanzija għandhom ikopru r-remunerazzjoni ta' kapital adegwat.

Il-Kummissjoni tikkunsdira li dan il-kapital għandu jikkorrispondi għal 8 % (16) tal-garanziji li għad iridu jitħallsu. Għal garanziji mogħtija lil impriżi li l-klassifika tagħhom hija ekwivalenti għal AAA/AA- (Aaa/Aa3), l-ammont ta' kapital li għandu jkun remunerat jista' jitnaqqas għal 2 % tal-garanziji li għad iridu jitħallsu. Min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' garanziji mogħtija lil impriżi li l-klassifika tagħhom hija ekwivalenti għal A+/A- (A1/A3), l-ammont ta' kapital li għandu jkun remunerat jista' jitnaqqas għal 4 % tal-garanziji li għad iridu jitħallsu;

Ir-remunerazzjoni normali ta' dan il-kapital hija magħmula minn premium ta' riskju, possibilment miżjud b'rata ta' l-imgħax ħielsa mir-riskju.

Il-premium tar-riskju għandu jitħallas lill-Istat fuq l-ammont adegwat tal-kapital fil-każi kollha. Abbażi ta' din il-prattika, il-Kummissjoni tikkunsidra li premium ta' riskju normali għal ekwità jammonta għal ta' l-inqas 400 punti ta' bażi u li dan il-premium ta' riskju għandu jinkludi l-premium tal-garanzija mitlub mill-benefiċjarji (17).

Jekk, bħalma jiġri fil-parti l-kbira ta' l-iskemi ta' garanzija mill-Istat, il-kapital ma jkunx provdut għall-iskema u għalhekk ma jkunx hemm kontribuzzjoni ta' flus mill-Istat, ir-rata ta' imgħax ħielsa mir-riskju ma jkollhiex għalfejn tiġi meqjusa. B'mod ieħor, jekk il-kapital sottostanti jingħata effettivament mill-Istat, l-Istat għandu jbati l-ispejjeż tas-self u l- l-iskema tieħu benefiċċju minn din il-likwidità billi, jekk jista' jkun, tinvestiha. Għalhekk ir-rata ta' l-imgħax ħielsa mir-riskju trid titħallas lill-Istat fuq l-ammont mogħti. Madankollu, dan il-ħlas għandu jittieħed mid-dħul finanzjarju ta' l-iskema u mhux neċessarjament iħalli impatt fuq il-premiums ta' garanzija (18). Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dħul mill-bond tal-gvern ta' 10 snin jista' jintuża bħala sostitut xieraq għar-rata ħielsa mir-riskju meqjus bħala dħul normali mill-kapital.

(g)

Sabiex tiġi żgurata t-traparenza, l-iskema għandha tipprovdi għat-termini li fuqhom għandhom jingħataw garanziji futuri, bħal kumpanniji eliġibbli f'termini ta' klassifika u, meta applikabbli, is-settur u d-daqs, l-ammont massimu u t-tul ta' żmien tal-garanziji.

3.5.   Il-valutazzjoni ta' skemi ta' garanzija għall-SMEs

Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika ta' l-SMEs u sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-fondi, speċjalment permezz ta' l-użu ta' skemi ta' garanzija, jeżistu żewġ possibbiltajiet speċifiċi għal dawn il-kumpaniji:

l-użu ta' safe harbour premiums kif definit għal garanziji individwali lil SMEs,

l-evalwazzjoni ta' skemi ta' garanzija billi tingħata l-possibbiltà ta' l-applikazzjoni ta' premium uniku u tiġi evitata l-ħtieġa għal klassifiki individwali ta' SMEs benefiċjarji.

Il-kundizzjonijiet ta' l-użu taż-żewġ regoli huma mfissra kif ġej:

Użu ta' safe harbour premiums fi skemi ta' garanziji għall-SMEs

B'konformità ma' dak propost għall-finijiet ta' simplifikazzjoni fir-rigward ta' garanziji individwali, l-iskemi ta' garanziji favur SMEs jistghu, bħala prinċipju, ukoll jiġu meqjusa bħala li jiffinanzjaw lilhom infushom u li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat jekk jiġu applikati s-safe harbour premiums minimi stipulati fil-punt 3.3 u bbażati fuq il-klassifiki ta' l-impriżi (19). Il-kundizzjonijiet l-oħra stipulati fil-punti 3.4.(a), (b) u (c) kif ukoll fil-punt 3.4.(g) għandhom xorta waħda jiġu ssodisfati u l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 3.4.(d), (e) u (f) huma meqjusa li jiġu ssodisfati bl-użu tal-premiums annwali minimi stipulati fil-punt 3.3.

Użu ta' premiums uniċi fi skemi ta' garanziji għall-SMEs

Il-Kummissjoni hija konxja li t-twettiq ta' evalwazzjoni tar-riskju individwali ta' kull min jissellef huwa proċess li jinvolvi ħafna spejjeż, li jista' ma jkunx xieraq fejn skema tkopri numru kbir ta' selfiet żgħar li għalihom hija tirrappreżenta mezz ta' tqassim tar-riskju.

Għalhekk, fejn skema torbot biss ma' garanziji għall-SMEs u l-ammont garantit ma jaqbiżx limitu ta' EUR 2,5 miljun għal kull kumpannija, il-Kummissjoni tista' taċċetta, b'deroga mill-punt 3.4.(d), premium uniku ta' garanzija fis-sena għal dawk kollha li jissellfu. Madankollu, sabiex il-garanziji mogħtija taħt din l-iskema ma jitqisux bħala għajnuna mill-Istat, l-iskema għandha tibqa' waħda li tiffinanzja lilha nfisha u għandhom jibqgħu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-punti 3.4.(a), (b) u (c) kif ukoll fil-punti 3.4.(e), (f) u (g).

3.6.   Ebda klassifikazzjoni awtomatika bħala għajnuna mill-Istat

Nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 3.2 sa 3.5 ma jfissirx li l-garanzija jew skema ta' garanzija hija awtomatikament meqjusa bħala għajnuna mill-Istat. Jekk hemm xi dubju dwar jekk garanzija jew skema ta' garanzija ppjanata tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

4.   GARANZIJI B'ELEMENT TA' GĦAJNUNA

4.1.   Ġenerali

Fejn garanzija individwali jew skema ta' garanzija ma tkunx konformi mal-prinċipju ta' l-investitur f'ekonomija tas-suq, din tkun meqjusa li tinvolvi l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk l-element ta' għajnuna mill-Istat jeħtieġ li jiġi kkwantifikat sabiex jiġi mistħarreġ jekk l-għajnuna tistax tinstab kompatibbli taħt xi eżenzjoni speċifika ta' l-għajnuna mill-Istat. Bħala punt ta' prinċipju, l-element ta' l-għajnuna mill-Istat jiġi meqjus li jkun id-differenza bejn il-prezz xieraq tas-suq tal-garanzija pprovduta individwalment jew permezz ta' skema u l-prezz attwalment imħallas għal dik il-miżura.

L-ekwivalenti f'għotjiet fi flus annwali li jirriżultaw għandhom jiġu mnaqqsa għall-valur preżenti tagħhom bl-użu tar-rata ta' referenza, u mbagħad magħduda sabiex toħroġ l-ekwivalenti f'għotja totali.

Fil-kalkolu ta' l-element ta' l-għajnuna f'garanzija, il-Kummissjoni ser tiddedika attenzjoni speċjali lill-elementi li ġejjin:

(a)

Jekk fil-każ ta' garanziji individwali min jissellef jinsab f'diffikultà finanzjarja. Jekk fil-każ ta' skemi ta' garanzija, il-kriterji ta' eliġibbiltà ta' l-iskema jipprevedu għall-esklużjoni ta' tali impriżi (ara d-dettalji fil-punt 3.2.(a)).

Il-Kummissjoni tinnota li għal kumpanniji f'diffikultà, garanti tas-suq, jekk ikun hemm, jitlob fiż-żmien meta ssir il-garanzija ħlas ta' premium għoli meta wieħed iqis ir-rata mistennija ta' inadempjenza. Jekk il-probabilità li min jissellef ma jkunx kapaċi jħallas lura s-self issir partikolarment kbira, huwa possibbli li din ir-rata tas-suq ma tkunx teżisti u f'ċirkostanzi eċċezzjonali l-element ta' l-għajnuna tal-garanzija jista' jirriżulta li jkun għoli daqs l-ammont effettivament kopert minn dik il-garanzija.

(b)

Jekk il-limitu ta' kull garanzija jista' jitkejjel sewwa meta tingħata l-garanzija.

Dan ifisser li l-garanzija għandha tkun marbuta ma' tranżazzjoni finanzjarja speċifika, għal ammont massimu fiss u limitata fiż-żmien. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tikkunsidra fil-prinċipju li l-garanziji mhux limitati huma inkompatibbli ma' l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(c)

Jekk il-garanziji jkopru aktar minn 80 % ta' kull self li għad ma tħallasx jew ta' obbligu finanzjarju ieħor (ara d-dettalji u l-eċċezzjonijiet fil-punt 3.2.(c))

Sabiex jiġi żgurat li min isellef ikollu inċentiv reali sabiex jevalwa, jassigura u jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li jirriżulta mill-operazzjoni tas-self, u b'mod partikolari sabiex tiġi evalwata kif xieraq il-kapaċità ta' min jissellef li jħallas lura s-self, il-Kummissjoni tikkunsidra li għandu jinżamm minn min isellef perċentwali ta' mill-inqas 20 % li ma jkunx kopert minn garanzija mill-Istat (20) sabiex jassigura sewwa s-self tiegħu u jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju assoċjat mat-tranżazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni għandha, b'mod ġenerali, teżamina aktar fid-dettall kwalunkwe garanzija jew skema ta' garanzija li tkopri l-intier (jew kważi l-intier) ta' tranżazzjoni finanzjarja ħlief meta Stat Membru debitament jiġġustifikaha, pereżempju bin-natura speċifika tat-tranżazzjoni.

(d)

Jekk il-karatteristiċi speċifiċi tal-garanzija u tas-self (jew obbligu finanzjarju ieħor) tqiesu meta ġie ddeterminat il-premium tas-suq tal-garanzija, li minnu l-element ta' l-għajnuna huwa kkalkulat billi jitqabbel mal-premium fil-fatt imħallas (ara d-dettalji fil-punt 3.2.(d)).

4.2.   L-element ta' għajnuna fil-garanziji individwali

Għal garanzija individwali l-ekwivalenti fi flus ta' garanzija għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz tas-suq tal-garanzija u l-prezz li fil-fatt tħallas.

Fejn is-suq ma jipprovdix garanziji għat-tip ta' tranżazzjoni kkonċernata, ma jkun disponibbli l-ebda prezz tas-suq għall-garanzija. F'dak il-każ, l-element ta' l-għajnuna għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod bħall-ekwivalenti ta' għotja ta' self b'kundizzjonijiet favorevoli (soft loan), jiġifieri bħad-differenza bejn ir-rata ta' imgħax speċifika tas-suq li din il-kumpannija kienet tassumi mingħajr il-garanzija u r-rata ta' imgħax miksuba permezz ta' l-għajnuna mill-Istat wara li jitqiesu kwalunkwe premiums imħallsa. Jekk m'hemmx rata ta' imgħax tas-suq u jekk l-Istat Membru jkun jixtieq juża r-rata ta' referenza minflokha, il-Kummissjoni tenfasizza li l-kundizzjonijiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza (21) huma validi sabiex tiġi kkalkulata l-intensità ta' l-għajnuna ta' garanzija individwali. Dan ifisser li hija meħtieġa attenzjoni speċjali għaż-żieda fuq ir-rata bażika sabiex jittieħed kont tal-profil tar-riskju rilevanti marbut ma' l-operazzjoni koperta, l-impriża garantita u l-kollaterali pprovduti.

4.3.   L-element ta' għajnuna fil-garanziji individwali għall-SMEs

Għall-SMEs, is-sistema simplifikata ta' evalwazzjoni spjegata fil-punt 3.3 tista' wkoll tiġi applikata. F'dak il-każ, jekk il-premium għal garanzija partikolari ma jikkorrispondix għall-valur stipulat bħala minimu għall-klassifika tagħha, id-differenza bejn dan il-livell minimu u l-premium mitlub tiġi kkunsidrata bħala għajnuna. Jekk il-garanzija ddum aktar minn sena, id-defiċits annwali jiġu mnaqqsa bl-użu tar-rata ta' referenza rilevanti (22).

Huwa biss f'każi bi provi ċari u debitament ġustifikati mill-Istat Membru kkonċernat li l-Kummissjoni tista' taċċetta deroga minn dawn ir-regoli. F'dawn il-każi għandu xorta waħda jiġi osservat approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

4.4.   L-element ta' għajnuna fl-iskemi ta' garanziji

Għall-iskemi ta' garanziji, l-ekwivalenti f'għotja ta' flus għal kull garanzija fi ħdan l-iskema hija d-differenza bejn il-premium effettivament mitlub (jekk ikun hemm) u l-premium li għandu jiġi mitlub fi skema ekwivalenti li m'għandhiex għajnuna mwaqqfa skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3.4. Il-premiums fit-teorija hawn fuq imsemmija li minnhom huwa kkalkulat l-element ta' l-għajnuna għandhom għalhekk ikopru r-riskji normali assoċjati mal-garanzija kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi u kapitali (23). Dan il-mod ta' kalkolu ta' l-ekwivalenti f'għotja huwa intiż sabiex jiżgura, fuq il-bażi ta' terminu ta' żmien medju u twil ukoll, li l-għajnuna totali mogħtija taħt l-iskema hija daqs il-flus investiti mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiġi kopert id-defiċit ta' l-iskema.

Peress li, fil-każ ta' l-iskemi ta' garanzija mill-Istat, l-elementi speċifiċi tal-każi individwali jistgħu ma jkunux magħrufa fiż-żmien meta l-iskema għandha tiġi evalwata, l-element ta' l-għajnuna għandu jiġi evalwat b'referenza għad-dispożizzjonijiet ta' l-iskema.

L-elementi ta' l-għajnuna fl-iskemi ta' garanziji jistgħu jiġu kkalkulati wkoll permezz ta' metodoloġiji diġà aċċettati mill-Kummissjoni wara n-notifika tagħhom taħt regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat, bħar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna nazzjonali għall-investiment reġjonali (24), jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (25), kemm-il darba l-metodoloġija approvata tindirizza espressament it-tip ta' garanziji u t-tip ta' tranżazzjonijiet sottostanti involuti.

Huwa biss f'każi bi provi ċari u debitament ġustifikati mill-Istat Membru kkonċernat li l-Kummissjoni tista' taċċetta deroga minn dawn ir-regoli. F'dawn il-każi għandu xorta waħda jiġi osservat approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

4.5.   L-element ta' għajnuna fl-iskemi ta' garanziji għall-SMEs

Iż-żewġ strumenti ta' simplifikazzjoni murija fil-punt 3.5 u li huma relatati ma' skemi ta' garanzija għall-SMEs jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet ta' kalkolu ta' għajnuna. Il-kundizzjonijiet ta' l-użu taż-żewġ regoli huma mfissra kif ġej:

Użu ta' safe-harbour premiums fi skemi ta' garanziji għall-SMEs

Għall-SMEs, is-sistema simplifikata ta' evalwazzjoni spjegata hawn fuq fil-punt 3.5 tista' wkoll tiġi applikata. F'dak il-każ, jekk il-premium għal kategorija partikolari fi skema ta' garanzija ma jikkorrispondix għall-valur stipulat bħala minimu għall-klassifika tagħha (26), id-differenza bejn dan il-livell minimu u l-premium mitlub tiġi kkunsidrata bħala għajnuna (27). Jekk il-garanzija ddum aktar minn sena, id-defiċits annwali jiġu mnaqqsa bl-użu tar-rata ta' referenza (28).

Użu ta' premiums uniċi fi skemi ta' garanziji għall-SMEs

Minħabba distorsjoni aktar limitata għall-kompetizzjoni li tista' tiġi kkawżata bl-għajnuna mill-Istat ipprovduta fil-qafas ta' skema ta' garanzija għall-SMEs, il-Kummissjoni tqis li jekk skema ta' għajnuna tirrigwarda biss garanziji għal SMEs, fejn l-ammont garantit ma jaqbiżx il-limitu ta' EUR 2,5 miljun għal kull kumpannija f'din l-iskema partikolari, il-Kummissjoni tista' taċċetta, b'deroga mill-punt 4.4, evalwazzjoni ta' l-intensità ta' l-għajnuna ta' l-iskema bħala tali, mingħajr ħtieġa li ssir evalwazzjoni għal kull garanzija individwali jew klassi ta' riskju fi ħdan l-iskema (29).

5.   KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ KOMUNI TA' L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIL-FORMA TA' GARANZIJI

5.1.   Ġenerali

Garanziji mill-Istat li jaqgħu fl-ambitu ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat għandhom jiġu eżaminati mill-Kummissjoni bl-għan li jiġi determinat jekk humiex kompatibbli mas-suq komuni. Qabel ma tkun tista' ssir din l-evalwazzjoni ta' kompatibbiltà, għandu jiġi identifikat il-benefiċjarju ta' l-għajnuna.

5.2.   Evalwazzjoni

Il-kwistjoni jekk din l-għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq komuni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni skond l-istess regoli kif applikati għall-miżuri ta' l-għajnuna li jieħdu forom oħra. Il-kriterji konkreti għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ġew iċċarati u dettaljati mill-Kummissjoni fl-oqfsa u l-linji gwida dwar l-għajnuna orizzontali, reġjonali u settorjali (30). L-eżami għandu jqis, b'mod partikolari, l-intensità ta' l-għajnuna, il-karatteristiċi tal-benefiċjarji u l-għanijiet imfittxija.

5.3.   Kundizzjonijiet

Il-Kummissjoni taċċetta garanziji biss jekk il-mobilizzazzjoni tagħhom tkun kuntrattwalment marbuta ma' kundizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jaslu sa dikjarazzjoni mandatorja tal-falliment ta' l-impriża benefiċjarja, jew kwalunkwe proċedura simili. Dawn il-kundizzjonijiet ikollhom jiġu maqbula bejn il-partijiet meta l-garanzija tingħata inizjalment. Fil-każ li Stat Membru ikun irid jimmobilizza l-garanzija taħt kundizzjonijiet li ma jkunux dawk inizjalment miftiehma fl-istadju ta' l-għotja, il-Kummissjoni tikkunsidra l-mobilizzazzjoni tal-garanzija bħala li toħloq għajnuna ġdida li għandha tiġi nnotifikata taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

6.   RAPPORTI LI GĦANDHOM JIĠU PPREŻENTATI LILL-KUMMISSJONI MILL-ISTATI MEMBRI

Skond l-obbligi ta' monitoraġġ ġenerali (31), sabiex żviluppi ġodda fis-swieq finanzjarji jiġu aktar immonitorjati u peress li l-evalwazzjoni tal-valur tal-garanziji mill-Istat hija diffiċli u dan il-valur jinbidel maż-żmien, ir-reviżjoni kontinwa skond l-Artikolu 88(1) tat-Trattat, ta' l-iskemi ta' garanziji mill-Istat approvati mill-Kummissjoni hija partikolarment importanti. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapporti lill-Kummissjoni.

Għall-iskemi ta' l-għajnuna b'garanzija, jeħtieġ li dawn ir-rapporti jiġu ppreżentati ta' l-inqas fl-aħħar tal-perjodu ta' validita' ta' l-iskema tal-garanzija u għan-notifika ta' skema emendata. Madankollu l-Kummissjoni tista' tikkunsidra xieraq li titlob rapporti aktar spiss, skond il-każ.

Fir-rigward ta' skemi ta' garanzija, li dwarhom il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni kontra l-għajnuna, u speċjalment fejn ma tkun teżisti l-ebda data storika solida dwar l-iskema, fid-deċiżjoni tagħha dwar in-nuqqas ta' għajuna l-Kummissjoni tista' titlob li jitressqu tali rapporti, u b'hekk issir kjarifika fuq bażi ta' każ b'każ dwar il-frekwenza u l-kontenut tar-rekwiżit ta' rappurtar.

Ir-rapporti għandhom jinkludu ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru u l-ammont ta' garanziji maħruġa;

(b)

in-numru u l-ammont ta' garanziji dovuti fl-aħħar tal-perjodu;

(c)

in-numru u l-valur ta' garanziji inadempjenti (murija individwalment) fuq bażi annwali;

(d)

id-dħul fis-sena:

(1)

dħul mill-premiums mitluba;

(2)

dħul mill-irkupri;

(3)

dħul ieħor (eż. imgħax li joħroġ minn depożiti jew investimenti);

(e)

l-ispejjeż annwali:

(1)

spejjeż amministrattivi;

(2)

indennizzi mħallsa fuq garanziji mobilizzati;

(f)

il-bilanċ pożittiv jew negattiv annwali (differenza bejn dħul u spejjeż); u

(g)

il-bilanċ pożittiv jew negattiv akkumulat mill-bidu ta' l-iskema (32).

Għal garanziji individwali, l-informazzjoni rilevanti, prinċipalment dik imsemmija fil-punti (d) sa (g), għandha tiġi rrapurtata bl-istess mod.

Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni ta' l-Istati Membri għall-fatt li rappurtar tajjeb f'data remota jippresupponi ġbir tajjeb ta' data meħtieġa mill-bidu ta' l-użu ta' l-iskema u aggregazzjoni korretta tagħhom fuq bażi annwali.

L-attenzjoni ta' l-Istati Membri hija wkoll miġbuda għar-rigward tal-fatt li għal garanziji li m'humiex għajnuna mogħtija individwalment jew taħt skema, għalkemm ma hemm ebda obbligu ta' notifika, il-Kummissjoni jista' jkollha tivverifika li l-garanzija jew skema ma tinvolvi ebda elementi ta' għajnuna, pereżempju għaliex isir ilment. F'dan il-każ, il-Kummissjoni titlob informazzjoni simili għal dik stipulata hawn fuq fir-rigward tar-rapporti mill-Istat Membru kkonċernat.

Fejn rapporti jkunu diġà jridu jkunu ppreżentati minħabba obbligi speċifiċi ta' rappurtar stabbiliti mir-regolamenti dwar eżenzjonijiet ta' kategoriji, linji gwida jew oqfsa applikabbli fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat, dawn ir-rapporti speċifiċi għandhom jissostitwixxu r-rapporti li għandhom jkunu ppreżentati skond dan l-obbligu ta' rappurtar tal-garanzija kemm-il darba l-informazzjoni elenkata hawn fuq tkun inkluża.

7.   MIŻURI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jaġġustaw il-miżuri ta' garanzija eżistenti tagħhom ma' l-istipulazzjonijiet imressqa minn dan l-Avviż sa l-1 ta' Jannar 2010 f'dak li jirrigwarda garanziji ġodda.


(1)  ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14.

(2)  Pereżempju: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/706/KE tat-23 ta' April 2003 dwar l-iskema ta' għajnuna implementata mill-Ġermanja msejjħa 'Skema ta' garanzija tal-Land ta' Brandenburg għall-1991 u 1994' Għajnuna mill-Istat C 45/98 (ex NN 45/97) (ĠU L 263, 14.10.2003, p. 1); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2003 dwar l-Iskemi ta' garanzija għall-finanzjament tal-bastimenti — il-Ġermanja (N 512/03) (ĠU C 62, 11.3.2004, p. 3); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/599/KE tas-6 ta' April 2005 dwar l-iskema ta' għajnuna li L-Italja qed tippjana li timplementa għall-finanzjament tal-bastimenti (ĠU L 244, 7.9.2006, p. 17).

(3)  Ara il-kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust) [2002] ECR I-4397.

(4)  Ara l-kawża C-482/99 imsemmija fin-nota tal-qiegħ tal-paġna nru 3.

(5)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE għax-shareholdings pubbliċi (Bullettin tal-Komunitajiet Ewropej Nru 9-1984); Kawżi Konġunti 296 u 318/82 L-Olanda u Leeuwarder Papierwarenfabriek Bv v Il-Kummissjoni [1985] ECR 809, paragrafu 17; Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-għajnuna mill-Istat fis-settur ta' l-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5), punti 25 u 26.

(6)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(7)  Għat-tifsira ta' “titoli ta' debitu”, ara l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/22/KE (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 50).

(8)  Tali SGEI jrid ikun konformi ma' regoli Komunitarji bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi li jkunu fdati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67) u l-qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).

(9)  Bħat-Tabella 1 dwar il-klassifiki tal-kreditu ta' aġenziji li tinstab fid-Dokument ta' Ħidma Nru 207 tal-Bank għal Ħlasijiet Internazzjonali, disponibbli fl-indirizz:

http://www.bis.org/publ/work207.pdf.

(10)  “SMEs” jirreferu għal impriżi żgħar u ta' daqs medju kif imfisser fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħir u ta' daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1976/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).

(11)  Dawn is-safe harbour premiums huma stabbiliti skond il-marġini deċiżi għas-self għal impriżi kklasfikati bl-istess mod fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' rata ta' tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Fis-segwitu ta' l-istudju kkummisjonat mill-Kummissjoni dwar dik il-materja

(http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/studies_reports/full_report.pdf — ara l-paġni 23 u 156-159 ta' l-istudju), tqies tnaqqis ġenerali ta' 20 punt bażi. Dan it-tnaqqis jikkorrispondi għad-differenza fil-marġni ta' riskju simili bejn self u garanzija sabiex jikkunsidra l-ispejjeż addizzjonali marbuta speċifikament mas-self.

(12)  It-tabella tirreferi għall-klassijiet ta' klassifiki ta' Standard and Poor, Fitch u Moody, li huma l-aġenziji ta' kklassifikar l-aktar frekwentement użati mis-settur bankarju sabiex tintrabat is-sistema tagħhom ta' klassifika skond kif deskritt fil-punt 3.2.(d). Madankollu, il-klassfiki mhux bilfors li jinkisbu mingħand dawk l-aġenzjiji ta' kklassifikar speċifiċi. Is-sistemi nazzjonali ta' kklassifikar jew is-sistemi ta' kklassfikar użati mill-banek biex jirreflettu r-rati ta' inadempiment huma wkoll aċċettabbli sakemm dawn jagħtu l-probabbiltà ta' inadempiment ta' sena billi din hija ċ-ċifra li tintuża mill-aġenzji ta' kklassifikar għall-ikklassifikar tal-kumpanniji. Sistemi oħrajn għandhom jippermettu li ssir klassifika simili permezz ta' dan il-kklassifikar prinċipali.

(13)  Pereżempju, kumpannija li lilha bank jagħti klassifika ta' kreditu li tikkorrispondi għal BBB-/Baa 3 għandha tintalab tħallas premium annwali ta' garanzija li jkun ta' l-inqas 0,8 % fuq l-ammont garantit b'mod effettiv mill-Istati fil-bidu ta' kull sena.

(14)  Ara l-Komunikazzjoni msemmija fin-nota tal-qiegħ tal-paġna nru 11 li tistabbilixxi li: “Ir-rata ta' referenza għandha tintuża wkoll bħala rata ta' tnaqqis, sabiex isir il-kalkolu tal-valuri kurrenti. Għalhekk, fil-prinċipju, ser tintuża r-rata bażi miżjuda b'marġni fiss ta' 100 punt bażi”(p. 4).

(15)  Aktar dettalji jinsabu fin-nota tal-qiegħ tal-paġna nru 12.

(16)  Tikkorrispondi għar-rekwiżiti ta' kapital stabbiliti fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-ħolqien u l-ġestjoni tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1) meħud flimkien ma' l-Anness VI (paragrafu 41 'il quddiem) tiegħu.

(17)  Għal garanzija għal kumpannija klassifikata BBB li tammonta għal 100, ir-riżervi li għandhom jiġu kkostitwiti għalhekk jammontaw għal 8. L-applikazzjoni ta' 400 punti ta' bażi (jew 4 %) għal dan l-ammont iwassal għal spejjeż kapitali annwali ta' 8 %*4 % = 0,32 % ta' l-ammont garantit, li b'dan il-mod ikollu impatt fuq il-prezz tal-garanzija. Jekk ir-rata ta' inadempjenza ta' sena antiċipata mill-iskema għal din il-kumpannija hija, pereżempju, 0,35 % u l-ispejjeż amministrattivi annwali huma stmati li jammontaw għal 0,1 %, il-prezz tal-garanzija li ma tkunx meqjusa bħala għajnuna se tammonta għal 0,77 % fis-sena.

(18)  F'dak il-każ, u kemm-il darba ir-rata ħielsa mir-riskju hija meqjusa 5 %, l-ispiża annwali tar-riżervi li għandhom jiġu kkostitwiti jkunu, għall-istess garanzija ta' 100 u riżervi ta' 8 li għandha tiġi kkostitwita, 8 % *(4 %+5 %) = 0,72 % ta' l-ammont garantit. Skond l-istess suppożizzjonijiet (rata ta' inadempjenza ta' 0,35 % u spejjeż amministrattivi ta' 0,1 %), il-prezz tal-garanzija jkun ta' 0,7 % fis-sena u ħlas addizzjonali ta' 0,4 % għandu jitħallas mill-iskema lill-Istat.

(19)  Dan jinkludi d-dispożizzjoni li permezz tagħhom għall-SMEs li m'għandhomx storja ta' kreditu jew klassifika bbażata fuq metodu ta' karta tal-bilanċ, il-premium fil-limitu ta' eżenzjoni huwa ffissat għal 3,8 % iżda dan qatt ma jista' jkun anqas mill-premium applikabbli lill-kumpannija jew kumpanniji prinċipali.

(20)  Dan huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-livell ta' sigurtà korrispondenti jkun pprovdut mill-kumpannija lill-Istat u lill-istituzzjoni tal-kreditu.

(21)  Ara l-Komunikazzjoni msemmija fin-nota tal-qiegħ tal-paġna nru 11.

(22)  Aktar dettalji jinsabu fin-nota tal-qiegħ il-paġna nru 14.

(23)  Dan il-kalkolu jista' jiġi mqassar, għal kull klassi ta' riskju, bħala d-differenza bejn (a) l-ammont dovut garantit, multiplikat bil-fattur tar-riskju tal-klassi ta' riskju (u b' “riskju” nifhmu l-probabilità ta' l-inadempjenza wara li jiġu inklużi l-ispejjeż amministrattivi u kapitali), li jirrapreżenta il-premium tas-suq, u (b) kwalunkwe premium imħallas, jiġifieri (is-somma garantita × ir-riskju) — premium imħallas.

(24)  ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29.

(25)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.

(26)  Dan jinkludi l-possibilta' li permezz tagħha SMEs li m'għandhom ebda storja ta' kreditu jew klassifika bbażata fuq metodu ta' karta tal-bilanċ, is-safe harbour premium huwa ffissat għal 3,8 % iżda dan qatt ma jista' jkun anqas minn dak applikabbli lill-kumpannija jew kumpanniji prinċipali.

(27)  Dan il-kalkolu jista' jiġi mqassar, għal kull klassi ta' riskju, bħala s-somma dovuta garantita multiplikata bid-differenza bejn (a) il-perċentwali tas-safe harbour premium fil-limitu ta' eżenzjoni ta' dik il-klassi ta' riskju u (b) il-perċentwali tal-premium imħallas, i.e. is-somma garantita × (is-safe harbour premium — il-premium imħallas).

(28)  Aktar dettalji jinsabu fin-nota tal-qiegħ tal-paġna nru 11.

(29)  Dan il-kalkolu jista' jiġi mqassar, irrispettivament mill-klassi ta' riskju, bħala d-differenza bejn (a) l-ammont dovut garantit, multiplikat bil-fattur tar-riskju ta' l-iskema (b' “riskju” nifhmu l-probabilità ta' l-inadempjenza wara li jiġu inklużi l-ispejjeż amministrattivi u kapitali), u (b) kwalunkwe premium imħallas, jiġifieri (is-somma garantita × ir-riskju) — premium imħallas.

(30)  Ara l-liġi tal-Kompetizzjoni applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-Komunità Ewropea,

http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/legislation/legislation.html

Għal leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat speċifika għas-settur, ara għall-agrikoltura,

http://ec.europa.eu/agriculture/stateaid/leg/index_en.htm

u għat-trasport:

http://ec.europa.eu/dgs/energy_transport/state_aid/transport_en.htm

(31)  Bħal dawk stipulati b'mod partikolari mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 271/2008 (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).

(32)  Jekk l-iskema tkun ilha attiva għal aktar minn 10 snin, jiġu pprovduti biss l-ammonti annwali ta' bilanċ pożittiv/negattiv ta' matul l-aħħar 10 snin.


20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/23


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5044 — Bridgepoint/Pret A Manger)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 155/03)

Fit-2 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5044. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/24


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Id-19 ta' Ġunju 2008

(2008/C 155/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5481

JPY

Yen Ġappuniż

166,94

DKK

Krona Daniża

7,4591

GBP

Lira Sterlina

0,78630

SEK

Krona Żvediża

9,4030

CHF

Frank Żvizzeru

1,6196

ISK

Krona Iżlandiża

126,95

NOK

Krona Norveġiża

8,0365

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,110

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

240,45

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7040

PLN

Zloty Pollakk

3,3677

RON

Leu Rumen

3,6671

SKK

Krona Slovakka

30,355

TRY

Lira Turka

1,9015

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6344

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5712

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,0893

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0432

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1211

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 592,61

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,3936

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6472

HRK

Kuna Kroata

7,2482

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 377,20

MYR

Ringgit Malażjan

5,0468

PHP

Peso Filippin

68,898

RUB

Rouble Russu

36,6520

THB

Baht Tajlandiż

51,738

BRL

Real Brażiljan

2,4880

MXN

Peso Messikan

15,9748


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/25


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 155/05)

Numru XA: XA 273/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Rače-Fram

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje državnih pomoči za programe razvoja kmetijstva in podeželja v občini Rače-Fram

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoja kmetijstva in podeželja v občini Rače-Fram

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 72 500 EUR

 

2008: 72 500 EUR

 

2009: 72 500 EUR

 

2010: 72 500 EUR

 

2011: 72 500 EUR

 

2012: 72 500 EUR

 

2013: 72 500 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati jew sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'żoni oħrajn, jekk l-investiment huwa magħmul minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tal-farm tagħhom, huwa inkluż fil-pjan ta' kummerċ u jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, għall-investiment għall-konservazzjoni tal-karatteristiċi fil-wirt ta' assi produttivi, sakemm l-investiment ma jwassalx għal kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-raġunijiet ta' konservazzjoni ta' wirt mhux produttiv misjub fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku u storiku),

għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni. mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal primjums ta' assigurazzjoni għal assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u l-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 70 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli mġarrba.

5.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati biex tkopri sa 70 % ta' l-ispejjeż u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lill-produtturi.

6.   Provvista ta' appoġġ tekniku:

sa 70 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, it-tixrid tas-sejbien xjentifiċi, u l-pubblikazzjonijiet, bħal katalgi u websajts. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u l-għajnuna de minimis u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħrajn ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Rače-Fram li jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Rače-Fram

Grajski trg 14

SLO-2327 Rače

Indirizz ta' l-Internet: http://www.race-fram.si/dokument.aspx?id=2829

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-avvenimenti ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Numru XA: XA 276/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Kostanjevica na Krki

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Finančna sredstva za ohranjanje in spodbujanje razvoja kmetijstva in podeželja v občini Kostanjevica na Krki

Bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Kostanjevica na Krki za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 11 000

 

2008: EUR 20 000

 

2009: EUR 30 000

 

2010: EUR 30 000

 

2011: EUR 30 000

 

2012: EUR 30 000

 

2013: EUR 30 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment fil-kumpaniji agrikoli

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni anqas vantaġġati,

40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn.

fejn is-sehem ta' l-għajnuna għall-investiment tal-farms japplika għal bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom, il-bidwi konċernat għandu jkun taħt l-40 sena, sar is-sid għall-ewwel darba, għandu jkun resident permanenti fil-farm, jintrabat li jwettaq l-attività skond il-pjan ta' ġestjoni tal-farm, u sabiex jibqa' l-kap u s-sid ta' l-azjenda agrikola ta' l-anqas ħames snin wara l-għoti ta' l-għajnuna, is-sehem tal-fondi pubbliċi huma 10 % ogħla,

l-għajnuna għandha tingħata għall-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' karatteristiċi mhux produttivi,

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew sa 75 % f'żoni anqas vantaġġati, fil-każ ta' assi produttivi tal-farms (bini tal-farms: fosos tal-qmuħ, xtillieri għat-tnixxif, kaxxi tan-naħal, imtieħen, segeriji), sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-potenzjal ta' produzzjoni tal-farm,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-għelejjel u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli.

5.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità

l-għajnuna għandha tingħata bir-rata sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

l-għajnuna għandha tingħata bir-rata sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward korsijiet ta' taħriġ u konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, fieri u wirjiet, it-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku u pubblikazzjonijiet. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Għal għajnuna ta' azjendi agrikoli u negozji żgħar ħafna

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-konservazzjoni u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Kostanjevica na Krki għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3)

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Kostanjevica na Krki

Ljubljanska cesta 7

SLO-8311 Kostanjevica na Krki

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200787&dhid=91625

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna responsabbli

Župan

Mojmir PUSTOSLEMŠEK

Numru XA: XA 277/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Videm

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Dodeljevanje državnih pomoči za programe razvoja podeželja v občini Videm

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči in drugih pomoči, ter ukrepov za programe razvoja podeželja v občini Videm

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 12 074

 

2008: EUR 12 500

 

2009: EUR 13 000

 

2010: EUR 13 500

 

2011: EUR 14 000

 

2012: EUR 14 500

 

2013: EUR 15 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja

sa 50 % ta' l-investiment eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati,

sa 40 % ta' l-investimenti eliġibbli f'żoni oħrajn,

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

L-għajnuna għandha tingħata għall-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajżaġġi u bini tradizzjonali

sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni anqas vantaġġati, għal investiment f'assi produttivi tal-farms, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-raġunijiet ta' konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttivi misjuba fl-azjendi agrikoli (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku),

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex il-karatteristiċi tipiċi tal-bini jiġu preservati.

3.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni

l-appoġġ muniċipali għall-kofinanzjament huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-għelejjel u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli, inklużi l-ispejjeż ta' l-istħarriġ.

5.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità

l-għajnuna għandha tingħata bir-rata sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

l-għajnuna għandha tingħata bir-rata sa 100 % ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' sostituzzjoni matul in-nuqqas tal-bidwi minħabba mard jew btala, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, u l-pubblikazzjonijiet bħal katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u għajnuna oħra u miżuri għall-programmi ta' żvilupp rurali fil-muniċpalità ta' Videm jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Videm

Videm pri Ptuju 54

SLO-2284 Videm pri Ptuju

Indirizz ta' l-internet: http://ls.lex-localis.info/UradnoGlasiloObcin/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=fddd663f-924f-4244-9a05-d3389bdf4bbc

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulu, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna inkarigata

Direktorica občinske uprave

občine Videm

Mag. Darinka RATAJC

Numru: XA 278/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Jesenice

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Jesenice 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodelitvi pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Jesenice (II. poglavje Pravilnika)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Nefqa annwali ppjanata:

2007: EUR 39 642

2008: EUR 40 476

2009: EUR 41 312

2010: EUR 42 147

2011: EUR 42 981

2012: EUR 43 884

2013: EUR 44 805

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra.

L-għajnuna għandha tingħata għall-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Għajnuna għall-konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fir-rigward ta' karatteristiċi mhux produttivi,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'assi produttivi tal-farms, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm, jew 75 % f'żoni żvantaġġati.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 50 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi imġarrba realment.

5.   Għajnuna biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u servizzi ta' sostituzzjoni lill-bdiewa. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu, tal-forestrija u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Jesenice li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 15: provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Jesenice

Cesta železarjev 6

SLO-4270 Jesenice

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/_pdf/2007/Ur/u2007087.pdf

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-avvenimenti ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/31


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5046 — Friesland/Campina)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 155/06)

1.

Fit-12 ta' Ġunju 2008, l-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Zuivelcoöperatie Friesland Foods U. A. (“Coöperatie Friesland”, the Netherlands) u s-sussudjarja tagħha Koninklijke Friesland Foods NV. (“Friesland”, l-Olanda) jidħlu f'amalgamazzjoni sħiħa fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill ma' Zuivelcoöperatie Campina U.A. (“Cooperatie Campina”,l-Olanda) u s-sussudjarja tagħha Campina B.V (“Campina”,l-Olanda)

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għall-impriża Friesland: il-ksib u l-ipproċessar ta' ħalib mhux pasturizzat, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tal-ħalib u prodotti mhux tal-ħalib għal konsumaturi individwali u għal klijenti industrijali,

għall-impriża Campina: il-ksib u l-ipproċessar ta' ħalib mhux pasturizzat, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tal-ħalib u prodotti mhux tal-ħalib għal konsumaturi individwali u għal klijenti industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (numru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5046 — Friesland/Campina, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5182 — Shell/BP/AFS/GlobeFuel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 155/07)

1.

Fl-10 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Shell Deutschland Oil GmbH (“SDO”, il-Ġermanja), li tifforma parti minn Shell group (“Shell”, ir-Renju Unit), Deutsche BP AG (“Deutsch BP”, il-Ġermanja), li tappartjeni lil Culimately, ikkontrollata b'mod konġunt minn BP u l-Grupp Lufthansa, (“Lufthansa”, il-Ġermanja) takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' GlobeFuel Systems & Services GmbH (“GlobeFuel”, il-Ġermanja) pemezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal SDO: attiva fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt u l-gass naturali kif ukoll fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti taż-żejt u l-kimiċi,

għal Deutsche Bank: attiva fl-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass kif ukoll fir-raffinar, il-manifattura u l-marketing tal-prodotti taż-żejt u l-petrokimiċi,

għal AFS: fornitur ta' servizzi abbord l-ajruplani, jiġifieri servizzi ta' refuelling ta' l-ajruplani u attiva fil-kostruzzjoni ta' mħażen għal fjuwil, żvilupp u servizzi konsultattivi fil-qasam tal-kostruzzjoni tal-vetturi, u l-loġistika tat-trasport,

għal GlobeFuel: fornitur ta' soluzzjonijiet integrati ta' l-IT għal servizzi abbord l-ajruplani.

3.

Wara l-ewwel eżaminazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru. (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M. 5182 — Shell/BP/AFS/GlobeFuel, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5158 — Strabag/Kirchhoff)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 155/08)

1.

Fl-10 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Strabag SE (“Strabag”, l-Awstrija) li hi kkontrollata minn Rasperia Trading Limited (“Rasperia”, Ċipru), li hi stess hija kkontrollata mis-Sur Oleg Deripasky li jikkontrolla Basic Element Company (“Basic Element”, ir-Russja), Raiffeisen-Holding Niederösterreich-Wien reg. Gen.m.b.H (“Raiffeisen Holding”, l-Awstrija), Uniqa Versicherungen AG (“Uniqua”, l-Awstrija) u Dr. Hans Peter Haselsteiner takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontrol ta' l-impriża sħiħa F. Kirchhoff AG (“Kirchhoff”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Strabag: servizzi ta' kostruzzjoni u materjal għall-kostruzzjoni,

għal Rasperia/Basic Element: attivitajiet fl-enerġija, il-prototti bażiċi, l-avjazzjoni, l-inġinerija, is-servizzi finanzjarji, il-kostruzzjoni, il-materjal għall-kostruzzjoni,

għal Raiffeisen-Holding: il-kontroll ta' parteċipazzjoni f'diversi industriji,

għal Uniqa: assikurazzjonijiet,

għal Dr. Hans Peter Haselsteiner: parteċipazzjoni fi Strabag,

għal Kirchhoff:: kostruzzjoni u materjal għall-kostruzzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (fks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5158 — Strabag/Kirchhoff, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/34


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5186 — Investor AB/Altor/Lindorff JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 155/09)

1.

Fil-11 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Investor AB (“Investor”, l-Iżvezja), u Altor Fund II u Altor 2003 (flimkien “Altor”, l-Iżvezja) jakkwistaw skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriżi Lindorff Group AB (“Lindorff”, l-Iżvezja), li attwalment huma kkontrollati biss minn Fond Altor 2003, billi xtraw l-ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Investror: kumpanija ta' investiment, li qiegħda fil-Borża ta' Stokkolma,

għal Altor: fondi ta' investiment ta' ekwità privata, b'kumpaniji ta' portafoll attivi f'varjetà ta' setturi industrijali,

Lindorff: servizzi ta' ġbir ta' debitu lill-klijenti fis-setturi bankarji, finanzjarji, tat-telekomunikazzjonijiet, il-kummerċ, l-utilitajiet u s-settur pubbliku.

3.

Wara l-ewwel eżaminazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5186 — Investor AB/Altor/Lindorff JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.