ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 145A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
11 ta' Ġunju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Parlament Ewropew

2008/C 145A/01

Avviż ta' reklutaġġ Nru PE/108/S – Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD14) – Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni – Direttorat A – Appoġġ u Servizzi Teknoloġiċi għat-Traduzzjoni

1

2008/C 145A/02

Avviż ta' reklutaġġ Nru PE/113/S – Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD14) – Direttorat Ġenerali ta' l-Interpretazzjoni u tal-Konferenzi – Direttorat A – Interpretazzjoni

8

2008/C 145A/03

Avviż ta' reklutaġġ Nru PE/114/S – Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD14) – Direttorat Ġenerali ta' l-Interpretazzjoni u tal-Konferenzi – Direttorat B – Organizzazzjoni u programmazzjoni

14

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Parlament Ewropew

11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 145/1


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ Nru PE/108/S

DIRETTUR (Grupp ta' funzjonijiet AD14)

DIRETTORAT ĠENERALI GĦAT-TRADUZZJONI – DIRETTORAT A – APPOĠĠ U SERVIZZI TEKNOLOĠIĊI GĦAT-TRADUZZJONI

(2008/C 145 A/01)

 

1.   IMPJIEG VAKANTI

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex jimtela' dan l-impjieg vakanti ta' Direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni, Direttorat A – Appoġġ u Servizzi Teknoloġiċi għat-Traduzzjoni, skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti għall-Istaff tal-Komunitajiet Ewropej.

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità investita bis-setgħa tal-ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li tkun għaddejja l-proċedura interna ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD14 (1). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12 312,60 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti minn taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skond id-dispożizzjoniet previsti mir-Regolament għall-Istaff tal-Komunità Ewropea.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li l-impjieg huwa suġġett għar-regolament dwar il-politika dwar il-mobilità adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità għal missjonijiet frekwenti bejn il-postijiet tax-xogħol, impenn u bosta kuntatti interni u esterni, kif ukoll kuntatti mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

2.   POST TAX-XOGĦOL

Lussemburgu. Dan l-impjieġ huwa suġġett għal trasferiment għal xi wieħed miż-żewġ postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   UGWALJANZA TA' OPPORTUNITAJIET

Il-Parlament Ewropew jimxi fuq politika ta' ugwaljanza ta' opportunitajiet u jħeġġeġ kandidati nisa u rġiel kwalifikati biex japplikaw u jeskludi dejjem kull xorta ta' diskriminazzjoni.

4.   DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET

Uffiċjal ta' livell għoli li, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-Direttorat Ġenerali, għandu dawn id-dmirijiet (2):

Jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' entità tas-Segretarjat Ġenerali li tinkludi bosta unitajiet li jkopru l-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat;

Jimmaniġġja, jistimula, iqanqal u jikkoordina tim wieħed jew aktar ta' aġenti – jagħmel l-aħjar l-użu mir-riżorsi ta' l-entità waqt li jiżgura servizz ta' kwalità għolja (organizzazzjoni, amministrazzjoni tar-riżorsi umani, baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta' attività tiegħu;

Jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni ta' l-oġġettivi u l-istrateġiji), jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti, jevalwa s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiġi garantita l-kwalità tagħhom;

Jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-membri tal-Parlament dwar il-qasam ta' attività tiegħu;

Jikkoopera mad-direzzjonijiet differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrapreżenta lill-Istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fil-qasam ta' attività tiegħu;

Imexxi u jwassal fi tmiem il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji;

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal għall-awtorizzazzjoni b'delega.

5.   ELIĠIBILITÀ (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil ma' l-Artikolu 28 tar-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-kandidat/a i/trid i/tkun:

ċittadin/a ta' wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (3);

i/tgawdi mid-drittijiet kollha ta' ċittadin;

issodisfa/t kull obbligu impost mill-liġi dwar is-servizz militari;

j/tippreżenta referenzi xierqa ta' kondotta li jiggarantixxu l-ħiliet li jitlob ix-xogħol mistenni minnu/ha.

b)   Kundizzjonijiet partikulari

i)   Kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma li jirriżultaw f'lawrja meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma li jirriżultaw f'lawrja, flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (4), meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji jkun talanqas ta' tliet snin;

Mill-inqas ħmistax-il sena esperjenza professjonali wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, li mill-inqas tmienja minnhom ikunu ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti ta' l-affarijiet Ewropej;

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiki interni, nazzjonali u internazzjonali;

Fehim tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-Istituzzjonijiet;

Għarfien tajjeb ħafna ta' l-istrutturi tas-Segretarjat Ġenerali, l-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fih;

Għarfien tajjeb ħafna tar-Regolamenti ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, tal-proċeduri leġiżlattivi u tar-regoli u l-prattiki interni;

Għarfien tajjeb ħafna tar-Regolamenti Finanzjarji, ir-Regoli ta' Implimentazzjoni u r-regolmanenti interni tal-Parlament Ewropew u testi subordinati oħrajn;

Ħiliet amministrattivi tajbin ħafna (aspetti ta' riżorsi umani, amministrazzjoni, baġit, finanzi, informatika,...);

Għarfien eċċellenti tat-tekniki ta' l-immaniġġjar.

iii)   Kompetenzi lingwistiċi

Għarfien eċċellenti ta' lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (5), kif ukoll għarfien tajjeb ta' lingwa oħra minn fost dawn il-lingwi.

Għal raġunijiet ta' prattiċità, għarfien tajjeb ħafna ta' l-Ingliż jew tal-Franċiż huwa meħtieġ, kif ukoll għarfien tajjeb tal-lingwa l-oħra minn fost dawn it-tnejn. Il-Kumitat Konsultattiv jagħti kunsiderazzjoni wkoll għal għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija;

Kapaċità amministrattiva;

Kapaċità ta' antiċipazzjoni;

Kapaċità ta' reazzjoni;

Approċċ metikoluż;

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   PROĊEDURA TA' L-GĦAŻLA

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra, il-Kumitat Konsultattiv għan-nominazzjoni ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi lista ta' kandidati u jirrakkomanda l-ismijiet tal-kandidati mistiedna għall-intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. Fuq din il-bażi, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

7.   PREŻENTAZZJONI TA' L-APPLIKAZZJONIJIET

Il-kandidati huma mitluba li jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (waqt li jikkwotaw “avis de recrutement numéro PE/108/S”) flimkien ma' curriculum vitae (preferibilment fil-format Europass (6)) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire Général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

L-2929 Luxembourg

L-applikazzjoni trid tintbagħat b'posta reġistrata sa mhux aktar tard mis-26 ta' Ġunju 2008, kif konfermat mit-timbru tal-posta.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista  (7) għandhom jinnutaw li sad-data ta' l-intervista jridu jipprovdu – taħt forma ta' kopji jew fotokopji biss – id-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  Meta jintagħżel, l-uffiċjal jitqiegħed fil-livell xieraq skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 32 tar-Regolament għall-Istaff tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.4.2004).

(2)  Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-anness.

(3)  L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea huma: Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugal, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(4)  Din is-sena ta' esperjenza ma' titqiesx għall-evalwazzjoni ta' l-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.

(5)  Il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u l-Iżvediż.

(6)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(7)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DIRETTORAT A – SERVIZZI TA' APPOĠĠ TEKNOLOĠIKU GĦAT-TRADUZZJONI

1.   DMIRIJIET PRINĊIPALI

Jiżgura t-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-motivazzjoni ta' l-unitajiet tad-Direttorat A.

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal għall-awtorizzazzjoni b'delega.

2.   ORGANIGRAMMA (1)

1 Direttur

UNITÀ – APPOĠĠ GĦAT-TEKNOLOĠIJI TA' L-INFORMAZZJONI

1.   DMIRIJIET PRINĊIPALI

Teknoloġija ta' l-informazzjoni: LSU tad-Direttort Ġenerali

Tanalizza u tiddefinixxi l-ħtiġijiet tas-servizzi tad-traduzzjoni għall-iżvilupp u x-xiri ta' għodda ta' l-informatika

Tamministra l-materjal informatiku u tiżgura appoġġ għal min jużah fis-servizzi kollha tiegħu

Tieħu ħsieb/tikkontribwixxi għall-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni ta' l-għodda meħtieġa għall-produzzjoni ta' dokumenti tas-servizzi tat-traduzzjoni (DocEP, SEI-AMD, Euramis), l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda ta' għajnuna għat-traduzzjoni

Tiżgura t-taħriġ ta' l-utilizzaturi u tieħu ħsieb id-definizzjoni ta' l-istruttura tal-memorji għat-traduzzjoni

Tiżgura r-rappreżentanza tad-Direttorat fi proġetti u kumitati ta' l-informatika istituzzjonali u interistituzzjonali

Tiżgura li tingħata attenzjoni lis-suq ta' l-informatika tat-traduzzjoni u l-analiżi/verifika ta' għodod ta' għajnuna għat-traduzzjoni li jkun hemm fis-suq

Tiżgura l-ħolqien, l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni tas-servizz ta' l-Intranet tas-servizzi tat-traduzzjoni

Tiżgura l-funzjonament tal-Helpdesk informatiku tad-Direttorat Ġenerali

Lingwistika

Tiżgura l-alimentazzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tad-database tat-terminoloġija interistituzzjonali (IATE)

Tiżgura s-superviżjoni, b'kooperazzjoni ma' l-istituzzjonijiet l-oħra, tad-database tat-terminoloġija ta' l-Unjoni

Tiżġura l-għajnuna terminoloġika għat-tradutturi

Dokumentazzjoni

Tiżgura d-distribuzzjoni, il-ġabra u l-ġestjoni tad-dokumenti stampati u tad-dokumenti elettronici lis-servizzi tat-traduzzjoni

Tiżgura l-ġestjoni ta' l-arkivji ċentrali tas-servizzi tat-traduzzjoni

Tiżgura l-iżvilupp u l-ġestjoni ta' applikazzjoni ċentrali għat-tiftix tad-dokumenti

Tordna, tamministra u tqassam kotba u perjodiċi għall-użu tas-servizzi tat-traduzzjoni

Tieħu sehem fid-diskussjonijiet u fid-deċiżjonijiet istituzzjonali u interistituzzjonali dwar l-użu li jitħalla jsir minn dokumenti elettroniċi u dwar l-iskambju tagħhom

Is-Servizz PreTranslation

Iddaħħal id-data fil-bażi tad-data tal-memorji interistituzzjonali tat-traduzzjoni

Tiżgura l-koordinazzjoni ma' l-Istituzzjonijiet li jipparteċipaw fil-Proġett Euramis

Tiżgura t-taħriġ ta' min juża s-sistema Euramis

2   ORGANIGRAMMA (42)

1 Kap ta' unità

13 Amministraturi

28 Assistenti

UNITÀ – TRADUZZJONI ESTERNA

1.   DMIRIJIET PRINĊIPALI

Tikkoordina x-xogħolijiet tas-servizzi ta' l-Unità u tiżgura l-ġestjoni amministrattiva ta' l-Unità

Tamministra t-tkabbir

Tieħu ħsieb il-koperazzjoni interistituzzjonali

Tipparteċipa fit-twettiq ta' studji dwar żviluppi fl-informatika

Tamministra t-talbiet għal traduzzjonijiet esterni bl-użu tad-database free-lance (FLUID)

Tiżgura l-amministrazzjoni finanzjarja tal-linji tal-baġit 1420-1, 1420-2 u 1420-3 u tad-dħul allokat

Twieġeb għall-mistoqsijiet tal-verifikaturi

Tipprepara sejħiet għall-offerti fis-sezzjoni tat-traduzzjoni esterna

Tamministra l-kuntratti

Tamministra t-traduzzjoni tal-minuti (CRE)

2.   ORGANIGRAMMA (36)

1 Kap ta' unità

4 Amministraturi

31 Assistenti

UNITÀ TAL-PRETRANSLATION TAL-EURAMIS

1.   DMIRIJIET PRINĊIPALI

Tiżgura d-dħul tad-data u l-manutenzjoni tal-memorji komuni tat-traduzzjoni fil-bażi tad-data Euramis

Tiżgura l-għajnuna tax-xogħol ta' qabel u wara t-traduzzjoni fid-Direttorat Ġenerali, inkluż l-għoti ta' pariri u servizzi Helpdesk għall-utilizzaturi, kif ukoll l-appoġġ waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew

Tiżgura t-taħriġ u tagħti informazzjoni lill-utilizzaturi fid-Direttorat Ġenerali

Tiżgura l-koordinazzjoni u l-koperazzjoni fil-livell ta' bejn id-dipartimenti u bejn l-istituzzjonijiet rigward l-pretranslation u l-memorji tat-traduzzjoni

2.   ORGANIGRAMMA (11)

1 Kap ta' unità

3 Amministraturi

7 Assistenti

UNITÀ – TAĦRIĠ U TRAINEESHIPS

1.   DMIRIJIET PRINĊIPALI

Tagħti pariri lid-Direttur Ġenerali dwar il-qasam tar-riżorsi umani

Tamministra traineeships ta' tradutturi bi ħlas u bla ħlas

Twettaq il-funzjoni ta' uffiċjal għall-awtorizzazzjoni b'delega

Tamministra s-sistema ta' xogħol li jsir mid-dar, l-issekondar ta' staff f'kumitati, l-iskambji interistituzzjonali

Tamministra l-attività ta' taħriġ tad-Direttorat Ġenerali

Tiżgura l-amministrazzjoni u s-superviżjoni ta' l-inkariku sekondarju “missjonijiet ta' taħriġ”

2.   ORGANIGRAMMA (7)

1 Kap ta' unità

6 Assistenti


11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 145/8


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ Nru PE/113/S

DIRETTUR (Grupp ta' funzjonijiet AD14)

DIRETTORAT ĠENERALI TA' L-INTERPRETAZZJONI U TAL-KONFERENZI – DIRETTORAT A – INTERPRETAZZJONI

(2008/C 145 A/02)

 

1.   IMPJIEG VAKANTI

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex jimtela' dan l-impjieg vakanti ta' Direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali TA' L-Interpretazzjoni u tal-Konferenzi, Direttorat A – Interpretazzjoni, skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti għall-Istaff tal-Komunitajiet Ewropej.

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità investita bis-setgħa tal-ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li tkun għaddejja l-proċedura interna ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD14 (1). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12 312,60 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti minn taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skond id-dispożizzjoniet previsti mir-Regolament għall-Istaff tal-Komunità Ewropea.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li l-impjieg huwa suġġett għar-regolament dwar il-politika dwar il-mobilità adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità, missjonijiet frekwenti bejn il-postijiet tax-xogħol, bosta kuntatti interni u esterni, kif ukoll kuntatti mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

2.   POST TAX-XOGĦOL

Brussell. Dan l-impjieġ huwa suġġett għal trasferiment għal xi wieħed miż-żewġ postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   UGWALJANZA TA' OPPORTUNITAJIET

Il-Parlament Ewropew jimxi fuq politika ta' ugwaljanza ta' opportunitajiet u jħeġġeġ kandidati nisa u rġiel kwalifikati biex japplikaw u jeskludi dejjem kull xorta ta' diskriminazzjoni.

4.   DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET

Uffiċjal ta' livell għoli li, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-Direttorat Ġenerali, għandu dawn id-dmirijiet (2):

Jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' entità tas-Segretarjat Ġenerali li tinkludi bosta unitajiet li jkopru l-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat;

Jimmaniġġja, jistimula, iqanqal u jikkoordina tim wieħed jew aktar ta' aġenti – jagħmel l-aħjar l-użu mir-riżorsi ta' l-entità waqt li jiżgura servizz ta' kwalità għolja (organizzazzjoni, amministrazzjoni tar-riżorsi umani, baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta' attività tiegħu;

Jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni ta' l-oġġettivi u l-istrateġiji), jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti, jevalwa s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiġi garantita l-kwalità tagħhom;

Jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-membri tal-Parlament dwar il-qasam ta' attività tiegħu;

Jikkopera mad-direzzjonijiet differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrapreżenta lill-Istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fil-qasam ta' attività tiegħu;

Imexxi u jwassal fi tmiem il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji;

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal għall-awtorizzazzjoni b'delega.

5.   ELIĠIBILITÀ (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil ma' l-Artikolu 28 tar-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-kandidat/a i/trid i/tkun:

ċittadin/a ta' wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (3);

i/tgawdi mid-drittijiet kollha ta' ċittadin;

issodisfa/t kull obbligu impost mill-liġi dwar is-servizz militari;

j/tippreżenta referenzi xierqa ta' kondotta li jiggarantixxu l-ħiliet li jitlob ix-xogħol mistenni minnu/ha.

b)   Kundizzjonijiet partikulari

i)   Kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma li jirriżultaw f'lawrja meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma li jirriżultaw f'lawrja, flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (4), meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji jkun talanqas ta' tliet snin;

Mill-inqas ħmistax-il sena esperjenza professjonali wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, li mill-inqas tmienja minnhom ikunu ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti ta' l-affarijiet Ewropej;

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiki interni, nazzjonali u internazzjonali;

Għarfien tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-Istituzzjonijiet;

Għarfien tajjeb ħafna ta' l-istrutturi tas-Segretarjat Ġenerali, l-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fih;

Għarfien tajjeb ħafna tar-Regolamenti ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, tal-proċeduri leġiżlattivi u tar-regoli u l-prattiki interni;

Għarfien tajjeb ħafna tar-Regolamenti Finanzjarji, tal-modalitajiet ta' użu, tar-regoli interni u testi oħra subordinati tal-Parlament Ewropew;

Għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (aspetti ta' riżorsi umani, amministrazzjoni, baġit, finanzi, informatika,...);

Għarfien eċċellenti tat-tekniki ta' l-immaniġġjar.

iii)   Kompetenzi lingwistiċi

Għarfien eċċellenti ta' lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (5), kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta' lingwa oħra minn fost dawn il-lingwi.

Għal raġunijiet ta' funzjonalità, għarfien tajjeb ħafna ta' l-Ingliż u tal-Franċiż huwa mixtieq. Il-Kumitat Konsultattiv jagħti kunsiderazzjoni wkoll għal għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija;

Kapaċità amministrattiva;

Kapaċità ta' antiċipazzjoni;

Kapaċità ta' reazzjoni;

Approċċ metikoluż;

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   PROĊEDURA TA' L-GĦAŻLA

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra, il-Kumitat Konsultattiv għan-nominazzjoni ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi lista ta' kandidati u jirrakkomanda l-ismijiet tal-kandidati mistiedna għall-intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F'dan il-qafas, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smiegħ tal-kandidati.

7.   PREŻENTAZZJONI TA' L-APPLIKAZZJONIJIET

Il-kandidati huma mitluba li jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (waqt li jikkwotaw “avis de recrutement numéro PE/113/S”) flimkien ma' curriculum vitae (preferibilment fil-format Europass (6)) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire Général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

L-2929 Luxembourg

L-applikazzjoni trid tintbagħat b'posta reġistrata sa mhux aktar tard mis-26 ta' Ġunju 2008, kif konfermat mit-timbru tal-posta.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista  (7) għandhom jinnutaw li sad-data ta' l-intervista jridu jipprovdu – taħt forma ta' kopji jew fotokopji biss – id-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  Meta jintagħżel, l-uffiċjal jitqiegħed fil-livell xieraq skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 32 tar-Regolament għall-Istaff tal-Komunitajiet Ewropej (ara l-ĠU L 124, 27.4.2004).

(2)  Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-anness.

(3)  L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea huma: Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugal, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(4)  Din is-sena ta' esperjenza ma' titqiesx għall-evalwazzjoni ta' l-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.

(5)  Il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u ż-Zvediż.

(6)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(7)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DIRETTORAT A – INTERPRETAZZJONI

1.   ĦIDMIET PRINĊIPALI

L-immaniġġjar, il-koordinazzjoni u s-superviżjoni ta' l-unitajiet kif ukoll tad-dipartimenti fid-Direttorat;

It-twettiq ta' doveri ta' uffiċjali ta' awtorizzazzjoni b'subdelgazzjoni;

L-immaniġġjar tal-proġetti;

L-immaniġġjar ta' l-implimentazzjoni tal-politika u l-proġetti ta' l-IT (Pericles) u ż-żamma ta' servizz ta' uffiċċju ta' assistenza ta' l-IT;

Iż-żamma ta' relazzjonijiet ma' l-istituzzjonijiet l-oħra dwar kwistjonijiet marbuta ma' l-unitajiet lingwistiċi;

Iż-żamma ta' relazzjonijiet mal-kategorija professjonali ta' l-interpreti (ftehim professjonali, eċċ.);

L-iżgurar tas-segwitu tan-noti u tal-fajls tad-Direttorat;

Il-ġestjoni tas-segretarjat tad-Direttorat.

2.   ORGANIGRAMMA (6)

1 Direttur

5 Amministraturi

22 UNITÀ LINGWISTIKA

1.   ĦIDMIET PRINĊIPALI TA' L-UNITAJIET

Interpretazzjoni fil-lingwa u mil-lingwa ta' l-unità.

Ħidmiet mogħtija lill-kap ta' l-unità

L-immaniġġjar ta' l-istaff permanenti (l-assenjazzjoni tal-missjonijiet, il-monitoraġġ tal-kwalità u t-taħriġ, ir-rapporti ta' l-istaff);

L-għażla ta' interpreti esterni fuq il-bażi ta' testijiet interistituzzjonali u l-monitoraġġ tal-kwalità tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' rapporti ta' smigħ;

Il-promozzjoni ta' taħriġ avvanza;

Il-promozzjoni ta' tagħlim ta' lingwi li mhumiex koperti biżżejjed fl-unità;

Il-promozzjoni ta' taħriġ u l-għażla ta' interpreti li jkollhom żewġ lingwi attivi;

Il-provvista ta' taħriġ ad hoc għal gradwati żgħażagħ (apprendisti).

2.   ORGANIGRAMMA (411)

UNITÀ LINGWISTIKA

KAP TA' L-UNITÀ

INTERPRETI

TOTAL

Daniża

1

15

16

Ġermaniża

1

27

28

Griega

1

17

18

Ingliża

1

28

29

Spanjola

1

23

24

Finlandiża

1

18

19

Franċiża

1

27

28

Taljana

1

24

25

Olandiża

1

24

25

Portugiża

1

19

20

Żvediża

1

16

17

Pollakka

1

24

25

Ċeka

0

16

16

Ungeriża

0

17

17

Slovakka

0

11

11

Slovena

0

12

12

Estonjana

1

11

12

Litwana

0

12

12

Latvjana

1

12

13

Maltija

0

10

10

Bulgara

0

18

18

Rumena

0

16

16

TOTAL

14

397

411


11.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 145/14


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ Nru PE/114/S

DIRETTUR (Grupp ta' funzjonijiet AD14)

DIRETTORAT ĠENERALI TA' L-INTERPRETAZZJONI U TAL-KONFERENZI – DIRETTORAT B – ORGANIZZAZZJONI U PROGRAMMAZZJONI

(2008/C 145 A/03)

 

1.   IMPJIEG VAKANTI

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex jimtela' dan l-impjieg vakanti ta' Direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali ta' l-Interpretazzjoni u tal-Konferenzi, Direttorat B – Organizzazzjoni u programmazzjoni, skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti għall-Istaff tal-Komunitajiet Ewropej.

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità investita bis-setgħa tal-ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li tkun għaddejja l-proċedura interna ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD14 (1). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12 312,60 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti minn taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skond id-dispożizzjoniet previsti mir-Regolament għall-Istaff tal-Komunità Ewropea.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li l-impjieg huwa suġġett għar-regolament dwar il-politika dwar il-mobilità adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità, missjonijiet frekwenti bejn il-postijiet tax-xogħol, bosta kuntatti interni u esterni, kif ukoll kuntatti mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

2.   POST TAX-XOGĦOL

Brussell. Dan l-impjieġ huwa suġġett għal trasferiment għal xi wieħed miż-żewġ postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   UGWALJANZA TA' OPPORTUNITAJIET

Il-Parlament Ewropew jimxi fuq politika ta' ugwaljanza ta' opportunitajiet u jħeġġeġ kandidati nisa u rġiel kwalifikati biex japplikaw u jeskludi dejjem kull xorta ta' diskriminazzjoni.

4.   DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET

Uffiċjal ta' livell għoli li, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-Direttorat Ġenerali, għandu dawn id-dmirijiet (2):

Jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' entità tas-Segretarjat Ġenerali li tinkludi bosta unitajiet li jkopru l-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat;

Jimmaniġġja, jistimula, iqanqal u jikkoordina tim wieħed jew aktar ta' aġenti – jagħmel l-aħjar l-użu mir-riżorsi ta' l-entità waqt li jiżgura servizz ta' kwalità għolja (organizzazzjoni, amministrazzjoni tar-riżorsi umani, baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta' attività tiegħu;

Jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni ta' l-oġġettivi u l-istrateġiji), jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti, jevalwa s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiġi garantita l-kwalità tagħhom;

Jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-membri tal-Parlament dwar il-qasam ta' attività tiegħu;

Jikkopera mad-direzzjonijiet differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrapreżenta lill-Istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fil-qasam ta' attività tiegħu;

Imexxi u jwassal fi tmiem il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji;

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal għall-awtorizzazzjoni b'delega.

5.   ELIĠIBILITÀ (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil ma' l-Artikolu 28 tar-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-kandidat/a i/trid i/tkun:

Ċittadin/a ta' wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (3);

I/tgawdi mid-drittijiet kollha ta' ċittadin;

Issodisfa/t kull obbligu impost mill-liġi dwar is-servizz militari;

J/tippreżenta referenzi xierqa ta' kondotta li jiggarantixxu l-ħiliet li jitlob ix-xogħol mistenni minnu/ha.

b)   Kundizzjonijiet partikulari

i)   Kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma li jirriżultaw f'lawrja meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma li jirriżultaw f'lawrja, flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (4), meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji jkun talanqas ta' tliet snin;

Mill-inqas ħmistax-il sena esperjenza professjonali wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, li mill-inqas tmienja minnhom ikunu ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti ta' l-affarijiet Ewropej;

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiki interni, nazzjonali u internazzjonali;

Għarfien tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-Istituzzjonijiet;

Għarfien tajjeb ħafna ta' l-istrutturi tas-Segretarjat Ġenerali, l-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fih;

Għarfien tajjeb ħafna tar-Regolamenti ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, tal-proċeduri leġiżlattivi u tar-regoli u l-prattiki interni;

Għarfien tajjeb ħafna tar-Regolamenti Finanzjarji, tal-modalitajiet ta' użu, tar-regoli interni u testi oħra subordinati tal-Parlament Ewropew;

Għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (aspetti ta' riżorsi umani, amministrazzjoni, baġit, finanzi, informatika,...);

Għarfien eċċellenti tat-tekniki ta' l-immaniġġjar.

iii)   Kompetenzi lingwistiċi

Għarfien eċċellenti ta' lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (5), kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta' lingwa oħra minn fost dawn il-lingwi.

Għal raġunijiet ta' funzjonalità, għarfien tajjeb ħafna ta' l-Ingliż u tal-Franċiż huwa mixtieq. Il-Kumitat Konsultattiv jagħti kunsiderazzjoni wkoll għal għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija;

Kapaċità amministrattiva;

Kapaċità ta' antiċipazzjoni;

Kapaċità ta' reazzjoni;

Approċċ metikoluż;

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   PROĊEDURA TA' L-GĦAŻLA

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra, il-Kumitat Konsultattiv għan-nominazzjoni ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi lista ta' kandidati u jirrakkomanda l-ismijiet tal-kandidati mistiedna għall-intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F'dan il-qafas, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smiegħ tal-kandidati.

7.   PREŻENTAZZJONI TA' L-APPLIKAZZJONIJIET

Il-kandidati huma mitluba li jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (waqt li jikkwotaw “avis de recrutement numéro PE/114/S”) flimkien ma' curriculum vitae (preferibilment fil-format Europass (6)) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire Général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

L-2929 Luxembourg

L-applikazzjoni trid tintbagħat b'posta reġistrata sa mhux aktar tard mis-26 ta' Ġunju 2008, kif konfermat mit-timbru tal-posta.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista  (7) għandhom jinnutaw li sad-data ta' l-intervista jridu jipprovdu – taħt forma ta' kopji jew fotokopji biss – id-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  Meta jintagħżel, l-uffiċjal jitqiegħed fil-livell xieraq skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 32 tar-Regolament għall-Istaff tal-Komunitajiet Ewropej (ara l-ĠU L 124, 27.4.2004).

(2)  Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-anness.

(3)  L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea huma: Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugal, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(4)  Din is-sena ta' esperjenza ma' titqiesx għall-evalwazzjoni ta' l-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.

(5)  Il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u ż-Zvediż.

(6)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(7)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DIRETTORAT B – ORGANIZZAZZJONI U PPJANAR

1.   DMIRIJIET EWLENIN

Id-direzzjoni, il-koordinazzjoni u s-sorveljanza ta' l-unitajiet u d-dipartimenti tad-Direttorat;

It-twettiq tad-dmirijiet ta' l-uffiċjal b'sottodelega;

L-immaniġġjar ta' proġetti;

L-iżgurar ta' segwitu għan-noti u l-fajls tad-Direttorat;

Iż-żamma ta' relazzjonijiet ma' l-istituzzjonijiet l-oħra.

2.   ORGANIGRAMMA (għad trid tiġi speċifikata)

1 Direttur

UNITÀ GĦAR-REKLUTAĠĠ TA' L-INTERPRETI AWŻILJARJI GĦALL-KONFERENZI (IAK)

1.   DMIRIJIET EWLENIN

Il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet u l-amministrazzjoni ta' l-unità;

Ir-reklutaġġ ta' l-IAK meħtieġa biex jiġi ssuplimentat l-assenjar tar-riżorsi ta' l-interpreti permanenti fuq perjodu ta' żmien twil, medju u qasir;

Il-koordinazzjoni tal-prijoritajiet ta' reklutaġġ ibbażata fuq il-kriterju ta' kwalità mal-kapijiet ta' l-unitajiet lingwistiċi;

Id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika ta' reklutaġġ fuq perjodu ta' żmien medju u twil (kull post tax-xogħol);

Id-definizzjoni tal-kriterji, l-iskadenzi u l-arranġamenti għal reklutaġġ fuq perjodu ta' żmien twil, b'mod sinkronizzat ma' l-istituzzjonijiet l-oħra;

L-immaniġġjar tal-kuntatti ma' l-IAK (kuntatti, disponibilità, għażliet ta' impenn, eċċ.) u l-WebCalendar interistituzzjonali;

Il-ħruġ ta' kuntratti, id-dħul u l-arkivjar ta' kuntratti ffirmati;

Il-forniment ta' informazzjoni lid-dipartiment għall-ħlasijiet ta' l-IAK, fejn ikun hemm bżonn;

It-tfassil ta' skeda preliminari ta' timijiet għal-laqgħat ta' l-istituzzjonijiet l-oħra fil-Lussemburgu (il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti ta' l-Awdituri);

It-tweġib ta' talbiet għal informazzjoni minn IAK li jikkonċernaw il-politika ta' reklutaġġ tad-Direttorat Ġenerali;

L-immaniġġjar ta' talbiet individwali minn Membri tal-PE, ir-reklutaġġ ta' l-IAK meħtieġa u l-assenjar preliminari;

It-tħejjija ta' noti u fajls għad-Direttorat Ġenerali dwar ir-reklutaġġ ta' l-IAK;

Iż-żamma ta' relazzjonijiet mal-kategorija professjonali ta' l-interpreti (ftehim professjonali, eċċ.);

L-immaniġġjar ta' l-approprjazzjonijiet marbuta mal-missjonijiet ta' l-unità.

2.   ORGANIGRAMMA (għad trid tiġi speċifikata)

UNITÀ GĦALL-IPPJANAR

1.   DMIRIJIET EWLENIN

Il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet u l-amministrazzjoni ta' l-unità;

It-tiswir ta' timijiet ta' interpreti skond ir-rekwiżiti tas-servizzi għall-utenti fi tliet livelli: l-ippjanar u l-immaniġġjar għall-ġimgħa attwali, programmi fuq perjodu ta' żmien medju, programmi fuq perjodu ta' żmien twil;

Il-forniment ta' informazzjoni għad-dipartimenti li jitolbuha u n-negozjar magħhom dwar il-possibilitajiet biex jiġi pprovdut servizz;

L-immaniġġjar tad-disponibilità ta' l-istaff permanenti (vaganzi, taħriġ, eċċ.) u l-istima tal-bżonn sussegwenti għal reklutaġġ ta' interpreti esterni, u mbagħad it-tgħarrif ta' l-unità ta' reklutaġġ;

L-iffinalizzar tat-timijiet ta' interpreti għall-istituzzjonijiet l-oħra (il-Kummissjoni Ewropew fil-Lussemburgu, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman);

Iż-żamma ta' kuntatti u n-negozjar mal-Kummissjoni Ewropea dwar skambji interistituzzjonali;

L-aġġornar u l-forniment lid-dipartimenti għall-ħlasijiet ta' informazzjoni utli għat-tfassil u l-korrezzjoni ta' fajls ta' kuntratti elettroniċi u anke għal kull invojsjar ta' servizzi ta' interpretazzjoni;

Il-forniment u l-kontroll ta' l-appoġġ ta' ppjanar; dokumenti għal-laqgħat, dokumenti speċifiċi għal seduti ta' smigħ pubbliċi u għat-tħejjija ta' missjonijiet (“desk” għad-dokumentazzjoni), is-segwitu għal rapporti ta' sessjonijiet u t-tfassil ta' rapporti perjodiċi dwar laqgħat ikkanċellati jew laqgħat mitluba tard wisq (kodiċi ta' kondotta), is-segwitu għar-rapporti tal-mexxejja tat-timijiet, l-immonitorar ta' kumpens (bi qbil mal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol);

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet tekniċi fis-swali barra mill-postijiet tax-xogħol;

It-tħejjija tan-noti u l-fajls għad-Direttorat Ġenerali relevanti għall-Ippjanar u dwar l-assenjar ta' l-istaff permanenti u l-mistoqsijiet marbuta mal-missjonijiet u d-dokumentazzjoni (appoġġ għall-ippjanar);

L-iffinalizzar ta' l-ippjanar tat-talbiet għal interpretazzjoni individwali mill-Membri tal-PE b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-unità għar-reklutaġġ ta' l-IAK;

It-tressiq ta' proposti lid-Direttur Ġenerali għal kumpens (bi qbil mal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol).

2.   ORGANIGRAMMA (għad trid tiġi speċifikata)

UNITÀ GĦAL-LAQGĦAT U L-KONFERENZI

(inklużi s-“Servizz għas-Swali u l-Laqgħat” u s-“Servizz għat-Tekniċi għall-Konferenzi”)

1.   DMIRIJIET EWLENIN

Il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet u l-amministrazzjoni ta' l-unità;

L-immaniġġjar ta' l-approprjazzjonijiet marbuta mal-missjonijiet ta' l-unità;

Il-koordinazzjoni mad-Direttorati Ġenerali u d-dipartimenti l-oħra;

L-abbozzar ta' noti u ittri u t-tħejjija tal-fajls li jikkonċernaw lill-unitajiet.

Immaniġġjar tas-swali u l-laqgħat

L-ittrattar u s-segwitu ta' talbiet għall-interpretazzjoni mill-gruppi politiċi u mill-Ombudsman Ewropew;

It-tħejjija ta' opinjonijiet tekniċi bħala rispons għal talbiet speċjali u talbiet mill-entitajiet amministrattivi ta' l-istituzzjoni;

Iż-żamma ta' kuntatti mal-gruppi politiċi u l-unitajiet għar-“Reklutaġġ ta' l-IAK” u għall-“Ippjanar” dwar il-fattibilità teknika ta' talbiet għall-interpretazzjoni u dwar il-konformità tagħhom mal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Parlament Ewropew, u f'konnessjoni ma' talbiet għal konsulenza;

L-immaniġġjar ta' approprjazzjonijiet marbuta ma' l-attivitajiet tad-dipartiment;

L-immaniġġjar tas-swali għal-laqgħat fit-tliet postijiet tax-xogħol u l-koordinazzjoni bejn il-varji utenti interni u esterni;

Id-dħul tad-dettalji tal-laqgħat kollha tal-gruppi politiċi u ta' l-Ombudsman Ewropew fl-applikazzjoni Pericles;

L-organizzazzjoni ta' laqgħat barra mit-tliet postijiet tax-xogħol u l-koordinazzjoni fuq il-post tal-varji dipartimenti kkonċernati;

Il-ħlas u r-regolarizzar ta' kontijiet u ħlasijiet antiċipati;

It-tfassil ta' fajls għall-invojsjar ta' entitajiet esterni fit-tliet postijiet tax-xogħol u l-invojsjar ta' l-ispejjeż tat-tekniċi għall-konferenzi.

Tekniċi għall-Konferenzi

L-immaniġġjar ta' l-assenjar tat-tekniċi għall-konferenzi;

It-tfassil ta' dokumenti ta' sejħiet għal offerti u l-implimentazzjoni ta' kull proċedura amministrattiv għax-xiri ta' tagħmir u servizzi minn kumpaniji esterni;

Il-forniment ta' assistenza teknika għal-laqgħat kollha tal-Parlament Ewropew;

L-irrekordjar ta' laqgħat;

Il-manteniment tat-tagħmir tekniku fit-tliet postijiet tax-xogħol;

L-iżgurar li l-installazzjonijiet qed jaħdmu sew b'koperazzjoni mas-Servizz għall-Ippjanar u l-uffiċjal responsabbli għat-teknoloġiji l-ġodda;

L-immaniġġjar ta' l-istokkijiet ta' materjal speċifiku.

2.   ORGANIGRAMMA (55)

1 Kap ta' Unità

54 Assistenti