ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 112/01 |
||
2008/C 112/02 |
||
2008/C 112/03 |
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej |
|
2008/C 112/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5115 — Englefield/Cognetas/Morrison Utility Services) ( 1 ) |
|
2008/C 112/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5072 — AMSSC/BE Group/JV) ( 1 ) |
|
2008/C 112/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4979 — ACER/Packard Bell) ( 1 ) |
|
2008/C 112/07 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5012 — 3M/AEARO) ( 1 ) |
|
2008/C 112/08 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5116 — Total France/S-Oil/Total Isu Oil) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 112/09 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2008/C 112/10 |
||
2008/C 112/11 |
||
2008/C 112/12 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 112/13 |
||
2008/C 112/14 |
||
2008/C 112/15 |
||
2008/C 112/16 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 112/17 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5088 — Scholz Recycling/ERG/ESR) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2008/C 112/18 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5047 — REWE/ADEG) ( 1 ) |
|
2008/C 112/19 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5094 — Nokia/Trolltech) ( 1 ) |
|
2008/C 112/20 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5075 — Vienna Insurance Group/EBV) ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 112/21 |
||
|
Rettifikazzjonijiet |
|
2008/C 112/22 |
||
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/1 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(2008/C 112/01)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
28.2.2008 |
|||
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 129/07 |
|||
Stat Membru |
L-Ungerija |
|||
Reġjun |
— |
|||
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Kedvezményes hitel és lízingdíj-támogatás mezőgazdasági üzemek korszerűsítéséhez, fejlesztéséhez |
|||
Bażi ġuridika |
…/2007. (…) FVM rendelet a mezőgazdasági üzemek korszerűsítéséhez, fejlesztéséhez nemzeti hatáskörben nyújtott kedvezményes hitel és lízingdíj-támogatás igénybevételének részletes feltételeiről |
|||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
Għan |
L-għajnuna ta' l-investimenti għall-produzzjoni, għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli |
|||
Forma ta' għajnuna |
Is-sussidju fuq l-imgħax, fuq it-tariffa għall-kera u l-garanziji mill-Istat |
|||
Il-Baġit |
Baġit annwali: HUF 400 miljun Baġit globali: HUF 2 600 miljun |
|||
Intensità |
40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli |
|||
Tul ta' żmien |
Mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni sal-31.12.2013 |
|||
Setturi ekonomiċi |
L-Agrikoltura |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità konċessjonarja |
|
|||
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
13.2.2008 |
|||
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 451/07 |
|||
Stat Membru |
L-Italja |
|||
Reġjun |
— |
|||
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Campagne pubblicitarie di prodotti agricoli nella Comunità e nei paesi terzi |
|||
Bażi ġuridika |
Legge 27 dicembre 2006, n. 296, articolo 1, commi 1088-1090. Decreto legge del Ministro dall'Economia e dalle finanze, di concerto con il Ministro delle Politiche agricole, alimentari e forestali, recante modalità applicative dell'articolo 1, commi 1088-1090 della legge 27 dicembre 2006, n. 296 |
|||
Tip ta' miżura |
Skema |
|||
Għan |
Għar-reklamar u għall-appoġġ tekniku |
|||
Forma ta' għajnuna |
Kreditu fiskali — credito d'imposta |
|||
Baġit |
EUR 105 000 000 |
|||
Intensità |
Sa limitu ta' 50 % |
|||
Tul ta' żmien |
2008-2010 |
|||
Setturi ekonomiċi |
L-Agrikoltura |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità konċessjonarja |
|
|||
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
16.11.2007 |
||||
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 476/07 |
||||
Stat Membru |
L-Olanda |
||||
Reġjun |
Provincie Overijssel |
||||
Titolu (u/jew isem il-benefiċċjarju) |
Boeren voor Natuur II,onderdeel schapen, zoogkoeien en gemengde bedrijven |
||||
Bażi ġuridika |
Kadewet LNV-subsidies van het Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit, artikelen 145 en 152 van de Provinciewet en artikel 8.78 van de Subsidieverordening van de provincie Overijssel |
||||
Tip ta' miżura |
Skema ta' l- għajnuna mill-istat — miżuri ta' kumpens ambjentali |
||||
Għan |
L-aġġustament ta' l-għan tan-Nru 58/05 biex jinkludi nagħaġ, baqar tar-redgħa u farms imħallta fl-iskema ta' l-għajnunia. L-għan ta' din il-miżura għall-proġett pilota hu biex jinħoloq ambjent aħjar u mod sostenibli għal biedja billi tinbidel s-sistema sħiħa tal-biedja għal sistema ta' “biedja magħluqa” (awto suffiċenza) |
||||
Forma ta' l-għajnuna |
Kumpens, ammont annwali |
||||
Baġit |
Il-baġit msemmi f'N 58/05 ma jinbidilx (massimu EUR 565 570, fis-sena) |
||||
Intensità |
Massimu 100 %, massimu ta' EUR 1 042 għal kull ettaru |
||||
Tul ta' żmien |
L-ewwel sub miżura: 10 sena. It-tieni sub miżura: 30 sena |
||||
Setturi ekonomiċi |
Agrikoltura, nagħaġ, merħliet ta' baqar li jreddgħu u farms imħalltin fir-reġjun ta' Twickel |
||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
||||
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Id-data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
28.2.2008 |
|||
In-numru ta' l-għajnuna |
N 545/07 |
|||
L-Istat Membru |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
|||
Ir-reġjun |
Bayern |
|||
It-titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Vertragsnaturschutzprogramm Wald |
|||
Il-bażi ġuridika |
VNPWaldR 2007 |
|||
It-tip ta' għajnuna |
Skema |
|||
L-għan |
Il-bijodiversità Il-biedja ambjentalment aċċettabbli |
|||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Sussidju |
|||
Il-baġit |
EUR 8 000 000 |
|||
L-intensità massima ta' l-għajnuna |
varjabbli |
|||
It-tul ta' żmien |
2007-2013 |
|||
Is-setturi ekonomiċi |
L-agrikoltura |
|||
L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna |
|
|||
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
13.2.2008 |
||||
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 587/07 |
||||
Stat Membru |
L-Irlanda |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Equine Breeding and Disease Research Scheme |
||||
Bażi ġuridika |
National Development Plan 2007-2013 |
||||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
Għan |
Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp |
||||
Forma ta' l-għajnuna |
Għotjiet diretti |
||||
Baġit |
Baġit globali: 6,5 miljun EUR |
||||
Intensità |
— |
||||
Tul ta' żmien |
31.12.2013 |
||||
Setturi ekonomiċi |
L-Agrikoltura |
||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
||||
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/5 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(2008/C 112/02)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
19.12.2007 |
|||||
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 619/07 |
|||||
Stat Membru |
Franza |
|||||
Reġjun |
Bouches-du-Rhône |
|||||
Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Aides aux investissements pour la protection sanitaire des élevages |
|||||
Bażi legali |
Articles L 1511-1 à 1511-6 du Code général des collectivités territoriales et L 3231-2 et suivants. Arrêté du ministre de l'agriculture et de la pêche du 5 février 2007 |
|||||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
Għan |
L-investimenti għall-protezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali u t-tjur tat-trobbija, b'mod partikolari kontra r-riskju ta' l-influwenza tat-tjur |
|||||
Forma ta' l-għajnuna |
Sussidju dirett |
|||||
Baġit |
EUR 200 000 |
|||||
Intensità |
Mass. 40 % |
|||||
Perjodu |
Sentejn |
|||||
Setturi ekonomiċi |
L-agrikoltura |
|||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||||
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
24.1.2008 |
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 740/07 |
Stat Membru |
L-Italja |
Reġjun |
Lazio |
Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Interventi nelle zone agricole colpite da calamità naturali (tromba d'aria del 23 agosto 2007 in alcuni comuni della provincia di Viterbo) |
Bażi ġuridika |
Decreto legislativo n. 102/2004 |
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
Għan |
Kundizzjonijiet ta' maltemp |
Forma ta' l-għajnuna |
Għotjiet |
Baġit |
Ara l-għajnuna NN 54/A/04 |
Intensità |
Sa 100 % |
Tul ta' żmien |
Sakemm isir l-aħħar ħlas |
Setturi ekonomiċi |
L-agrikoltura |
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
— |
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Id-data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
28.2.2008 |
In-numru ta' l-għajnuna |
N 758/07 |
L-Istat Membru |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Ir-reġjun |
— |
It-titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Waldkalkung |
Il-bażi ġuridika |
Bundeshaushaltsordnung (BHO) |
It-tip ta' għajnuna |
Skema |
L-għan |
It-titjib tal-ħamrija tal-foresti |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Sussidju |
Il-baġit |
EUR 2 000 000 fis-sena |
L-intensità massima ta' l-għajnuna |
100 % |
It-tul ta' żmien |
2008-2010 |
Is-setturi ekonomiċi |
L-agrikoltura |
L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
13.2.2008 |
Nru ta' l-għajnuna |
N 782/07 |
Stat Membru |
L-Italja |
Reġjun |
Molise |
Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Interventi nelle zone agricole colpite da calamità naturali (siccità dal 20 maggio al 20 settembre 2007 nella regione Molise, provincia di Campobasso e Isernia) |
Bażi ġuridika |
Decreto legislativo n. 102/2004 |
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
Għan |
Kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena |
Forma ta' l-għajnuna |
Sussidji |
Baġit |
Ara l-fajl NN 54/A/04 |
Intensità |
Sa 80 % |
Perjodu |
Sa tmiem il-ħlasijiet |
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Agrikoltura |
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
— |
Tagħrif ieħor |
Miżura ta' applikazzjoni ta' skema approvata mill-Kummissjoni fil-qafas tal-fajl ta' l-għajnuna mill-Istat NN 54/A/04 (Ittra lill-Kummissjoni C(2005) 1622 fin, tas-7 ta' Ġunju 2005) |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/8 |
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej
(2008/C 112/03)
Konformi ma' Artiklu 9(1)(a), it-tieni indent, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:
F'paġna 335, daħħal it-test li ġej:
“8521 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi apparat bla skrin li kapaċi jirċievi sinjali tat-televiżjoni, hekk imsejjaħ ‘kaxxi ta' fuq is-sett’ (set-top boxes), li jinkorpora strument li jagħmel funzjoni ta' rrekordjar jew riproduzzjoni (pereżempju drajv għal ħardisk jew DVD).” |
F'paġna 339, daħħal it-test li ġej:
“8528 71 13 |
Apparat b'mezz ibbażat fuq mikroproċessur li fih mowdem għall-aċċess għall-Internet, u li għandu funzjoni ta' bdil interattiv ta' informazzjoni, li jista' jirċievi sinjali tat-televiżjoni (‘kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) b'funzjoni ta' komunikazzjoni’) Dan is-subtitlu jkopri apparat mingħajr skrin, hekk imsejjaħ ‘kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) b'funzjoni ta' komunikazzjoni’, li jikkonsisti mill-komponenti ewlenin li ġejjin:
It-Transmission Control Protocol/Internet Protocol (TCP/IP) għandu jkun preżenti bħala firmware fil-kaxxa ta' fuq is-sett (set-top box). Il-kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) ta' dan is-subtitlu għandhom jippermettu lill-utent ta' l-apparat jidħol fl-Internet. L-apparat għandu jkun jista' wkoll iħaddem applikazzjonijiet ta' l-Internet b'mod ta' 'bdil ta' informazzjoni interattiv' bħal klijent emejl jew applikazzjoni għall-messaġġi b'użu ta' sokits UDP jew TCP/IP. Kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes), li jinkorporaw strument b' funzjoni ta' rrekordjar jew riproduzzjoni (pereżempju drajv għal ħardisk jew DVD) huma esklużi minn dan is-subtitlu (subtitlu 8521 90 00). |
||||||
8528 71 19 |
Oħrajn Ara l-aħħar paragrafu tan-Noti ta' Spjega għal subtitlu 8528 71 13. |
||||||
8528 71 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi prodotti li ma fihomx skrin li huma apparat għar-riċezzjoni għat-televiżjoni, iżda li ma jinkorporawx tuner tal-vidjow (pereżempju hekk imsejħa ‘IP streaming boxes’). Ara wkoll l-aħħar paragrafu tan-Noti ta' Spjega għal subtitlu 8528 71 13.” |
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-ahhar mir-Regolament (KE) Nru 275/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 3).
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/10 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5115 — Englefield/Cognetas/Morrison Utility Services)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/04)
Fiil-25 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5115. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/10 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5072 — AMSSC/BE Group/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/05)
Fl-10 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5072. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/11 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4979 — ACER/Packard Bell)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/06)
Fis-27 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M4979. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/11 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5012 — 3M/AEARO)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/07)
Fit-28 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5012. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/12 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5116 — Total France/S-Oil/Total Isu Oil)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/08)
Fit-28 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5116. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/13 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Is-6 ta' Mejju 2008
(2008/C 112/09)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,5528 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
162,25 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4627 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,78810 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,3360 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6274 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
119,72 |
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8690 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,175 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
252,04 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6977 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,4372 |
RON |
Leu Rumen |
3,6575 |
SKK |
Krona Slovakka |
32,158 |
TRY |
Lira Turka |
1,9524 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6448 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5719 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
12,1031 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9739 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,1095 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 577,26 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,6926 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,8499 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,2570 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 301,29 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8936 |
PHP |
Peso Filippin |
65,753 |
RUB |
Rouble Russu |
36,8215 |
THB |
Baht Tajlandiż |
49,247 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,5795 |
MXN |
Peso Messikan |
16,2710 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/14 |
Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2008/C 112/10)
Numru XA: XA 248/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Radovljica
Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u isem l-intrapriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Podpore programom razvoja podeželja v občini Radovljica 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Radovljica za programsko obdobje 2007–2013
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: EUR 93 130 |
|
2008: EUR 94 900 |
|
2009: EUR 97 750 |
|
2010: EUR 100 680 |
|
2011: EUR 103 700 |
|
2012: EUR 106 810 |
|
2013: EUR 110 015 |
Intensità massima ta' għajnuna:
1. Investiment f'azjendi agrikoli għal produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % mill-ispejjeż eliġibbli f'żoni aktar żvantaġġati, |
— |
sa 40 % mill-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, |
— |
sa 60 % mill-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas żvantaġġati, u sa 50 % mill-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żagħżagħ fi żmien ħames snin mindu jibdew joperaw. |
Appoġġ jiġi allokat għal investimenti fir-restawr ta' karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir għal produzzjoni agrikola, u għal investiment f'għelejjel permanenti, titijib fl-għelieqi u ġestjoni ta' mergħat.
2. Konservazzjoni ta' pajsaġġ tradizzjonali u bini:
— |
sa 100 % mill-ispejjeż reali għal investiment f'karatteristiċi mhux produttivi, |
— |
sa 60 % (jew sa 75 % f'żoni aktar żvantaġġati) mill-ispejjeż reali għal investiment f'assi produttivi fuq farms, sakemm l-investiment ma jkun jeħtieġ l-ebda żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm, |
— |
tista' tingħata għajnuna addizzjonali b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba mill-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex iżommu l-wirt karatteristiku tal-bini. |
3. Lokazzjoni mill-ġdid tal-bini tal-farm fl-interess pubbliku:
— |
sa 100 % mill-ispejjeż attwalment imġarrba fejn lokazzjoni mill-ġdid fl-interess pubbliku sempliċi tirrikjedi ż-żarmar, tneħħija u bini mill-ġdid ta' facilitajiet eżistenti, |
— |
fejn il-lokazzjoni mill-ġdid tirriżulta filli l-bidwi jibbenifika minn faċilitajiet aktar moderni, il-bidwi għandu jikkontribwixxi talanqas 60 %, jew 50 % f'żoni aktar żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitiajiet konċernati wara l-lokazzjoni mill-ġdid. Fejn il-benefiċjarju huwa bidwi zagħzugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun talanqas 55 %, jew 45 % f'żoni aktar żvantaġġati, fejn il-lokazzjoni mill-ġdid tirrizulta f'żieda fil-kapaċità produttiva, il-bidwi għandu jikkkontribwixxi talanqas 60 % jew talanqas 50 % f'żoni aktar żvantaġġati, |
— |
mill-ispejjeż relatati ma' din iż-żieda. Meta l-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun talanaqas 55 % jew 45 % f'żoni aktar żvantaġġati, |
4. Għajnuna għal pagament ta' primjums għal assigurazzjoni:
— |
il-livell ta' finanzjament konġunt mill-muniċipalità hija d-differenza bejn il-livell ta' finanzjament konġunt tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % mill-ispejjeż eliġibbli tal-primjums imħallsa biex jassiguraw għelejjel u frott, u jassiguraw l-annimali kontra mard. |
5. Għajnuna għal tqassim mill-ġdid ta' art:
— |
sa 50 % mill-ispejjeż legali u amministrattivi attwali. |
6. Għajnuina biex tkun xprunata l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
— |
sa 100 % mill-ispejjeż reali imġarrba, fil-forma ta' servizzi ssussidjati, din ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lil produtturi. |
7. Għoti ta' appoġġ tekniku:
— |
sa 100 % mill-ispejjeż konċernati ma' edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn terżi persuni u l-organizzazzjoni ta' fora, konkorrenzi, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u siti ta' l-internet, u l-ispiża ta' servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnujna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lil produtturi |
Data ta' implimentazzjoni: Settembru 2007
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31.12.2013
Għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għotja ta' għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Radovljica għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
L-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,
L-Artikolu 5: Konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali,
L-Artikolu 6: Lokazzjoni mill-ġdid tal-bini tal-farm fl-interess pubbliku,
L-Artikolu 12: Għajnuna għal pagament ta' primjums għal assigurazzjoni,
L-Artikolu 13: Għajnuna għal tqassim mill-ġdid ta' art,
L-Artikolu 14: Għajnuina biex tkun xprunata l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
L-Artikolu 15: L-għoti ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Settur/i ekonomiku(ċi) konċernat/i: Agrikoltura
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Radovljica |
Gorenjska cesta 19 |
SLO-4240 Radovljica |
Sit ta' l-internet: http://www.radovljica.si/dokument.aspx?id=2554
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-pagament ta' primjums ta' assigurazzjoni biex jassiguraw għelejjel u frott inkluż l-avvenimenti klimatiċi ħżiena li ġejjin li jistgħu jiġu assimilati bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, beraq, nirien ikkawżati minn beraq, maltempati u għarar.
Ir-regoli tal-muniċipalità jilħqu r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċessi li jiġu qabel l-għotja ta' għajnuna, kumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)
Janko S. STUŠEK
Sindku
Numru XA: XA 249/07
Stat Membru: ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Naklo
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpore programom razvoja podeželja v občini Naklo 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodelitvi pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Naklo (II. Poglavje)
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: EUR 14 688,80 |
|
2008: EUR 15 217,60 |
|
2009: EUR 15 570,13 |
|
2010: EUR 16 010,80 |
|
2011: EUR 16 451,46 |
|
2012: EUR 16 892,12 |
|
2013: EUR 17 332,78 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'azjendi agrikoli tal-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, |
L-appoġġ għandu jingħata skond l-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u għax-xiri ta' tagħmir li se jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment fl-għelejjel permanenti, it-titjib ta' l-art agrikola u l-proviżjon ta' mogħdijiet ta' aċċess privat fil-farms.
2. Il-konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:
— |
sa' 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli mill-karatteristiċi mhux produttivi; |
— |
sa 60 % (jew sa 75 % taż-żoni anqas vantaġġati) ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-assi produttivi, sakemm dak l-investiment ma jinvolvix kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm. |
3. L-għajnuna lejn il-ħlas tal-primjums ta' l-assigurazzjoni:
— |
il-livell kofinanzjmant muniċipali hu d-differenza bejn il-livell tal-kofinanzjament għall-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums għall-assigurazzjoni ta' l-għelejjel u frott u għall-assigurazzjoni ta' l-annimali kontra l-mard. |
4. L-għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
— |
Sa 50 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi reali |
5. Proviżjon ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, is-servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet, fieri, għall-pubblikazzjonijiet, katalgi u siti web u s-servizzi biex jissostwixxu l-bdiewa matul btajjel jew mard. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlassijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Settembru 2007 (jew fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ ir-Regoli)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-Abbozz tar-Regoli fuq l-għotja ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Naklo), inklużi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3) (traduzzjoni mhux uffiċjali):
L-Artikolu 4: L-investiment f'azjendi agrikoli,
L-Artikolu 5: Il-konservazzjoni tal-bini u l-pajżaġġi tradizzjonali,
L-Artikolu 12: L-għajnuna lejn il-ħlas tal-primjums ta' l-assigurazzjoni,
L-Artikolu 13: L-għajnuna għat-tqassim ta' l-art,
L-Artikolu 15: Il-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-Agrikoltura
Isem u indirizz ta' l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:
Občina Naklo |
Glavna cesta 24 |
SLO-4202 Naklo |
Indirizz ta' l-Internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200781&dhid=91479
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jassiguraw l-għelejjel u l-frott tinkludi l-avvenimenti klimatiċi avversi li ġejjin li jistgħu jkun assimilati mad-diżastri naturali: ġlati fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati minn sajjetti, maltempati u għargħar
Ir-regoli tal-muniċipalità jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet applikabbli (il-proċeduri ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u l-monitoraġġ ta' l-għajnuna)
Janez ŠTULAR
Is-Sindku
Numru XA: XA 252/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Občina Šentjernej
Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora programom razvoja podeželja v občini Šentjernej v letih 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Šentjernej za programsko obdobje 2007–2013
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: EUR 100 000 |
|
2008: EUR 100 000 |
|
2009: EUR 120 000 |
|
2010: EUR 120 000 |
|
2011: EUR 130 000 |
|
2012: EUR 130 000 |
|
2013: EUR 140 000 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:
— |
sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment. |
L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, biex jinxtara tagħmir għall-użu fil-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola.
2. Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:
— |
għal investiment tal-karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali; |
— |
għall-investiment f'assi produttivi tal-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm; |
— |
għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini. |
3. Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:
— |
l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż ġuridiċi u amministrattivi attwali mġarrba. |
5. Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi pprovduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. |
6. Provvista ta' l-appoġġ tekniku:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ, għas-servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts, it-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku u servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Settembru 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-konservazzjoni u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Šentjernej għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu 1: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Šentjernej |
Trubarjeva c. 5 |
SLO-8310 Šentjernej |
Indirizz ta' l-internet: http://www.sentjernej.si/gradiva/dokumentacija/razpisi/2007/pravilnik_kmetijstvo.doc
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)
Numru XA: XA 328/07
Stat Membru: L-Irlanda
Reġjun: L-Irlanda
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li għaliha hija indirizzata l-għajnuna individwali: Stamp Duty Relief for Farm Consolidation
Bażi ġuridika: Section 81C of the Stamp Duties Consolidation Act 1999, as introduced in Section 104 of the Finance Act 2007
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-iskema se tkun introdotta għal perjodu ta' 19-il xahar u hija mistennija li se tqum EUR 1,5 miljun fis-sena
Intensità massima ta' għajnuna: Ir-rata tad-dazju tal-boll ma teċċedix id-9 % tal-valur ta' l-art involuta. L-intensità massima ta' l-għajnuna hija ta' 100 % tad-dazju obbligatorju tal-boll fuq l-investiment. Għalhekk, l-intensità massima ta' l-għajnuna ma teċċedix il-100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi għat-tqassim ta' l-art, inklużi l-ispejjeż ta' l-istħarriġ
Data ta' l-implimentazzjoni: Mhux qabel għaxart ijiem tax-xogħol min-notifika
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: sat-30.6.2009
L-għan ta' l-għajnuna: Li skop ta' l-għajnuna huwa li jitnaqqsu d-diffikultajiet operattivi kkawżati mill-fregmentazzjoni ta' l-art u biex tittjieb il-vijabbilità u l-kompetittività tal-farms Irlandiżi billi jiġi mħeġġeġ livell ogħla ta' konsolidament tar-razzett. L-iskema hija fi ħdan il-parametri stipulati fl-Artikolu 13 tal-Block Exemption Regulations (Regolament (KE) Nru 1857/2006) — “Għajnuna għat-tqassim ta' l-art”
Settur(i) kkonċernat(i): Is-setturi Agrikoli kollha
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: L-għajnuna hija forma ta' eżenzjoni tat-taxxa jew ħlas lura ta' taxxa L-awtorità ta' l-għotja f'dan ir-rigward hija l-Revenue Commissioners, Dublin Castle, Dublin 2, Ireland. L-iskema ser ikollha bżonn ukoll ċertifikazzjoni mill-awtorità Statali ta' Teagasc, Oak Park, Carlow u l-Irlanda dwar l-iżvilupp agrikolu u ta' l-ikel. Iż-żewġ istituzzjonijiet għandhom uffiċji madawr il-pajjiż — l-indirizzi ta' l-uffiċju prinċipali huma elenkati hawn
Indirizz ta' l-internet: Il-leġiżlazzjoni ta' din l-għajnuna tad-dazju tal-boll proposta tista' tinstab fis-Sezzjoni 81C ta' l-Stamp Duties Consolidation Act 1999, kif introdott b'Sezzjoni 104 tal-Finance Act 2007 — http://www.oireachtas.ie/documents/bills28/acts/2007/a1107.pdf.
Informazzjoni oħra: Il-linji gwida għall-din l-iskema tinkludi l-kundizzjonijiet li ġejjien:
(a) |
tnaqqis fin-numru ta' l-oqsma ta' l-art separati inklużi f'razzett; jew |
(b) |
tnaqqis totali fid-distanza bejn oqsma eżistenti f'razzett; |
(a) |
iżomm il-propjetà għall-art mibdula; |
(b) |
jużha għal biedja; u |
(c) |
juża jktar minn 50 % tal-ħin normali tiegħu/tagħha ta' xogħol fil-biedja. kif ukoll |
Bidwi eleġibbli għandu japplika lill-Teagasc bid-dokumentazzjonijiet relevanti kollha u jekk sodisfatta, Teagasc ser toħroġ ċertifikat ta' konsodilazzjoni tar-razzett, li l-bidwi għandu jgħati lir-Revenue Commissioners biex ikollu l-għajnuna tad-dazju tal-boll jew ħlas lura kif neċessarju
XA Number: XA 331/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Castilla-La Mancha
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Ayudas para paliar los daños ocasionados en los cultivos leñosos, herbáceos y hortícolas afectados por las tormentas acaecidas en los meses de mayo y junio 2007
Bażi ġuridika: Decreto 66/2007, de 25.5.2007, por el que se adoptan medidas urgentes para la atención a determinadas necesidades derivadas de situaciones de naturaleza catastrófica producidas por fenómenos meteorológicos adversos en el territorio de Castilla-La Mancha durante el mes de mayo de 2007; Resolución de 1.6.2007, del Vicepresidente Primero, por la que se determinan los términos municipales afectados por situaciones de naturaleza catastrófica producidas por fenómenos meteorológicos adversos en el territorio de Castilla-La Mancha, durante el mes de mayo de 2007; Orden de 11.6.2007, de la Consejería de Agricultura, por la que se declara como fenómeno climático adverso asimilable a desastre natural las tormentas acaecidas en junio de 2007 en determinados municipios de Castilla-La Mancha.
Orden de 8.10.2007, de la Consejería de Agricultura, por la que se establecen las bases reguladoras de la concesión de préstamos bonificados para paliar los daños ocasionados en los cultivos leñosos, herbáceos y hortícolas afectados por las tormentas acaecidas en los meses de mayo y junio 2007
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew il-kwantità totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 2 500 000 fuq medda ta' erba' snin
Intensità massima ta' l-għajnuna: 8 % tal-ħsarat.
Data ta' l-implimentazzjoni:
Tul ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' l-għajnuna individwali:
Għan ta' l-għajnuna: li tagħti sussidji fil-forma ta' self b'rati favorevoli ta' interessi, maħsub biex jikseb il-potenzjal produttiv ta' l-għelejjel u jikkumpensa għat-tnaqqis tad-dħul tas-sidien minħabba t-telf fil-ħsad fis-sena attwali tal-kummerċjalizzazzjoni b'konsegwenza ta' fenomenu klimatiku negattiv, u biex tgħin bl-ispejjeż li jkollhom il-bdiewa b'konsegwenza ta' dan l-avveniment, skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) 1857/2006
Settur(i) konċernati: produzzjoni veġetali: għelejjel permanenti, għelejjel ta' l-art li tinħarat u ħxejjex
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Consejería de Agricultura |
C/ Pintor Matías Moreno, 4 |
E-45071 Toledo |
Sit elettroniku: Proviżjonalment:
www.jccm.es/agricul/paginas/ayudas/agricultura/vinedo.htm
Wara l-pubblikazzjoni:
www.jccm.es/cgi-bin/docm.php3
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/20 |
Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2008/C 112/11)
Numru XA: XA 253/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Občina Ljutomer
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Ljutomer 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči in izvajanju drugih ukrepov razvoja podeželja v občini Ljutomer
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: EUR 59 898 |
|
2008: EUR 55 616 |
|
2009: EUR 56 344 |
|
2010: EUR 57 080 |
|
2011: EUR 57 825 |
|
2012: EUR 58 579 |
|
2013: EUR 59 342 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra. |
L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, biex jinxtara tagħmir għall-użu fil-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.
2. Għajnuna għal konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:
— |
sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, għall-investimenti intiżi għall-konservazzjoni tal-karatteristiċi patrimonjali ta' l-assi produttivi (bini tal-farm), sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni; |
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-għanijiet ta' konservazzjoni ta' wirt mhux produttiv misjub fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku), |
— |
għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini. |
3. Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:
— |
f'konformità mad-Digriet dwar il-kofinanzjament ta' primjums ta' l-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola għas-sena attwali, l-ammont ta' għajnuna muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni, bl-inklużjoni tat-taxxa dwar it-tranżazzjonijiet ta' assigurazzjoni. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż ġuridiċi u amministrattivi eliġibbli, bl-inklużjoni ta' l-ispejjeż ta' l-ispezzjonijiet. |
5. Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, is-servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Settembru 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ).
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Il-kapitolu II ta' l-abbozz tar-regoli għall-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħrajn għall-iżvilupp taż-żoni rurali fil-muniċpalità ta' Ljutomer jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:
Občina Ljutomer |
Vrazova ulica 1 |
SLO-9240 Ljutomer |
Indirizz ta' l-internet: http://www.obcinaljutomer.si/obvestila_slika.php?upload_id=237
Tagħrif ieħor:: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)
Darja HRGA
Aġent Direttur ta' l-amministrazzjoni muniċipali
Numru XA: XA 254/07
Stat Membru: Il-Latvja
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Atbalsta shēma “Atbalsts ciltsdarbam”
Il-bażi ġuridika: Ministru kabineta 2007. gada 23. janvāra noteikumi Nr. 78 “Noteikumi par valsts atbalstu lauksaimniecībai 2007. gadā un tā piešķiršanas kārtību” 2. pielikums
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: In-nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema ta' l-għajnuna hija ta' LVL 9 910 000
Intensità massima ta' l-għajnuna:
Konformi ma' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006:
(1) |
għajnuna b'rata sa 100 % biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi ta' l-istabbiliment u ż-żamma ta' reġistru tal-merħla; |
(2) |
għajnuna b'rata sa 70 % ta' l-ispejjeż tat-testijiet li jsiru minn jew f'isem partijiet terzi, biex tiġi determinata l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' kontrolli magħmula minn sid il-bhejjem u l-kontrolli ta' rutina għall-kwalità tal-ħalib; |
(3) |
sal-31 ta' Diċembru 2011, l-għajnuna b'rata sa 40 % biex tiġi koperta l-introduzzjoni fuq il-livell tal-farm ta' tekniki jew prattiki innovattivi tat-tgħammir tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-inseminazzjoni artifiċjali; |
(4) |
għajnuna b'rata sa 100 % ta' l-ispejjeż għat-tneħħija ta' l-annimali mejta u 75 % ta' l-ispejjeż għall-qerda ta' dawn il-karkassi |
Konformi ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006:
għajnuna b'rata sa 100 % ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-organizzazzjoni ta' u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, esibizzjonijiet, fieri u fora bil-għan li tinqasam l-informazzjoni fis-settur
Implimentazzjoni:
Tul ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Sal-31 ta' Diċembru 2011 għal għajnuna marbuta ma' l-introduzzjoni fuq il-livell tal-farm ta' tekniki jew prattiki innovattivi tat-tgħammir tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-inseminazzjoni artifiċjali
L-għan ta' l-għajnuna:
L-għan ta' l-għajnuna għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju huwa:
— |
li min irabbi l-bhejjem jiġi mħeġġeġ jieħu sehem f'evalwazzjonijiet tal-bhejjem riproduttivi fuq bażi ta' valutazzjoni tal-frieħ u fi programmi oħra ta' selezzjoni; |
— |
biex tiżdied il-produttività ta' l-annimali, jittejjeb il-potenzjal ġenetiku u jiżdied in-numru ta' merħliet b'valur riproduttiv għoli; |
— |
li jiġu stabbiliti reġistri tal-produttività u oriġini ta' l-annimali u biex jittejjeb is-softwer marbut ma' attivitajiet riproduttivi u programmi ta' selezzjoni ta' l-annimali permezz tan-netwerk konġunt ta' l-IT; |
— |
għall-immodernizzar tal-produzzjoni ta' l-annimali u t-teknoloġiji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-laħam; |
— |
biex tiġi mħeġġa t-trobbija ta' razez ta' kwalità għolja u biex jittejbu l-karatteristiċi ta' pedigri tagħhom; |
— |
biex jinżammu u jittejbu l-annimali bil-pedigri u r-riżorsi ġenetiċi tagħhom fil-Latvja; |
— |
biex isiru evalwazzjonijiet ta' l-annimali bil-pedigri u jiġu organizzati wirjiet u testijiet/kompetizzjonijiet dwar il-kapaċità ta' ħidma għaż-żwiemel. |
Japplikaw l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Spejjeż eliġibbli skond il-kriterji għall-għoti ta' l-għajnuna:
1. |
spejjeż amministrattivi mġarbba mill-istabbiliment u ż-żamma tar-reġistri tal-merħliet; |
2. |
spejjeż tat-testijiet li jsiru minn jew f'isem partijiet terzi, biex tiġi determinata l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' kontrolli magħmula minn sid il-bhejjem u l-kontrolli ta' rutina tal-kwalità tal-ħalib; |
3. |
spejjeż marbuta ma' l-introduzzjoni fuq il-livell tal-farm ta' tekniki jew prattiki innovattivi tat-tgħammir tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-inseminazzjoni artifiċjali; |
4. |
spejjeż marbuta ma' l-organizzazzjoni ta' u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, esibizzjonijiet, fieri u fora bil-għan li tinqasam l-informazzjoni fis-settur |
Is-settur(i) konċernat(i): Setturi tat-tgħammir tal-bhejjem fejn il-kwalità ġenetika u l-produttività tal-bhejjem agrikoli tkun determinata skond il-programm ta' attivitajiet ta' tgħammir fis-settur
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Ministère de l'agriculture |
Latvijas Republikas Zemkopības ministrija |
LV-1981 Riga |
Indirizz elettroniku: www.zm.gov.lv
Numru XA: XA 318/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Kuzma
Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-benefiċjarju: Podpora programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Kuzma 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči na področju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Kuzma
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: EUR 12 519 |
|
2008: EUR 13 000 |
|
2009: EUR 13 000 |
|
2010: EUR 13 000 |
|
2011: EUR 14 000 |
|
2012: EUR 14 000 |
|
2013: EUR 14 000 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'investiment f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra; sussidji fuq ir-rati ta' interess dwar self ta' investiment sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'investiment f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra. |
2. Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:
— |
sa 60 %, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, tan-nefqa eliġibbli fil-każ ta' investimenti fil-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt kulturali ta' assi produttivi dwar farms (bini ta' farms; fosos tal-qmuħ, xtillieri għat-tnixxif, imtamar tal-qmuħ, imqawel, kaxex tan-naħal, eċċ.); sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment fil-konservazzjoni ta' wirt mhux produttiv misjub fil-farms (karatteristiċi arkeoloġiċi jew storiċi); sa 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu tradizzjonali ta' materjali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini. |
3. Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:
— |
il-livell ta' kofinanzjament muniċipali m'għandux jaqbeż id-differenza bejn il-livell ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % tal-primjums ta' assigurazzjoni u pagamenti imħallsa relatati ma' l-assigurazzjoni, skond ir-Regolament dwar il-kofinanzjament tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' produzzjoni agrikola għas-sena kurrenti, għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra il-mard. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi. |
5. Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' l-attivitajiet ta' riċerka tas-suq, kunċett u disinn tal-prodott, li jinkludi l-preparazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew ċertifikati ta' karattru speċifiku f'konformità mar-regolamenti Kommunitarji rilevanti; sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' l-introduzzjoni ta' skemi ta' kwalità ta' assigurazzjoni, sistemi ta' traċċabilità, sistemi biex jassiguraw l-awtentiċità u normi tas-suq jew sistemi ta' awditjar ambjentali għall-produzzjoni primarja. |
6. Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts |
Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tiġix allokata qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni)
Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013
Għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp agrikolu u dak rurali fil-muniċipalità ta' Kuzma jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu 4: Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja,
l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Kuzma |
Kuzma 60c |
SLO-9263 Kuzma |
Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200793&dhid=91957
Tagħrif ieħor: Ir-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp agrikolu u dak rurali fil-muniċipalità ta' Kuzma jilħqu l-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)
Jožef ŠKALIČ
Sindku
Numru XA: XA 324/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Navarra
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Ayudas a la renovación del parque de tractores y cosechadoras automotrices de Navarra
Bażi ġuridika: Orden Foral de la Consejera de Desarrollo Rural y Medio Ambiente por la que se aprueban las ayudas a la renovación del parque de tractores y cosechadoras automotrices de Navarra
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 200 000
Intensità massima ta' l-għajnuna: Għajnuna sa 50 % ta' l-investimenti eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati.
Għajnuna sa 40 % ta' l-investimenti eliġibbli fiż-żoni l-oħra.
Fil-każ ta' bdiewa żgħażagħ, il-persentaġġi ta' hawn fuq jiżdiedu b'10 punti jekk l-investimenti jsiru matul il-ħames snin wara l-istabbiliment tagħhom.
Data ta' l-implimentazzjoni:
Tul ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Mill-1 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna:
(1) |
L-għan ewlieni ta' l-għajnuna huwa r-rimi ta' tratturi u ħassada li jitħaddmu b'magna proprja li m'għadhomx jintużaw, bħala inċentiv biex jinxtraw oħrajn ġodda li jużaw teknoloġiji ġodda u li huma iktar effiċjenti, adattabbli u sikuri. |
(2) |
Bħala għan sekondarju jista' jissemma: l-appoġġ għall-involviment ta' l-agrikoltura fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwils fossili u ta' l-emissjonijiet li jniġġsu. |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Investmenti f'azjendi ta' l-agrikoltura. Spejjeż eliġibbli: l-Artikolu 4(4)(b) Għajnuna għax-xiri ta' makkinarju
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu primarju
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Gobierno de Navarra |
Departamento de Desarrollo Rural y Medio Ambiente |
C/ Tudela, 20 |
E-31003 Pamplona |
Sit ta' l-internet: http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO07065%20OF.pdf
Tagħrif ieħor:
Dirección General de Desarrollo Rural |
C/ Tudela, 20 |
E-31003 Pamplona |
Tel. (34) 848 42 29 33 |
Email: izabalzv@cfnavarra.es |
Gobierno de Navarra |
Numru XA: XA 325/07
Stat Membru: L-Italja
Reġjun: Regione Piemonte — Provincia di Novara
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna:: Interventi per l'innovazione e l'ammodernamento delle piccole e medie imprese: PMI agricole attive nel settore della produzione primaria di prodotti agricoli
Bażi legali: Delibera della Giunta Camerale CCIAA Novara n. 64 del 17 settembre 2007 ai sensi del regolamento (CE) n. 1857/2006
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema: EUR 50 000
Intensità massima ta' l-għajnuna: 20 % tan-nefqa eliġibbli sa massimu ta' EUR 10 000 għal kull impriża
Data ta' l-implimentazzjoni: L-applikazzjonijiet għandhom jidħlu bejn it-3 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007
L-approvazzjoni ta' l-applikazzjonijiet issir fi żmien 90 jum mill-31 ta' Diċembru 2007
Tul ta' l-iskema: Għandu jiġi ppreżentat rendikont tan-nefqa fi żmien 10 tijiem mill-31 ta' Ottubru 2008
Likwidazzjoni sa tmiem l-2008
Għan ta' l-għajnuna: Sostenn favur interventi relatati mal-modernizzazzjoni ta' l-impriżi u għall-iżvilupp ta' l-innovazzjoni ta' prodotti u ta' proċessi u għall-iżvilupp sostenibbli għall-ekoloġija (l-introduzzjoni ġenerali u l-Artikolu 2 ta' l-Avviż għas-sejħiet)
Spejjeż eliġibbli: Akkwist ta' makkinarju, tagħmir u softwer meħtieġa għall-użu tagħhom, xogħlijiet ta' kostruzzjoni (l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' eżenzjoni (KE) Nru 1857/2006)
Setturi konċernati: Produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli (is-subkodiċjiet kollha eliġibbli)
L-awtorità konċessonarja:
Camera di Commercio di Novara |
Via Avogadro, 4 |
I-28100 — Novara |
Sit ta' l-internet: www.no.camcom.it/contributi — Bando 0701 sez B
Tagħrif ieħor: Referente CCIAA Novara
Petrera Michela — Responsabile del Procedimento
Tel. (39) 0321 33 82 57
Fax. (39) 0321 33 83 33
e-mail servizi.imprese@no.camcom.it
L-Uffiċjal responsabbli għall-Proċedura
Michela PETRERA
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/25 |
Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju
(2008/C 112/12)
Numru ta' l-għajnuna |
XA 7001/08 |
||||||||||||||||
Stat Membru |
L-Italja |
||||||||||||||||
Reġjun |
ISMEA, Istituto di servizi per il mercato agricolo ed agroalimentare |
||||||||||||||||
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali |
Agevolazioni per il subentro in agricoltura, parte trasformazione e commercializzazione dei prodotti agricoli |
||||||||||||||||
Bażi legali |
Delibera del consiglio di amministrazione per l'adeguamento degli interventi di cui al decreto legislativo 21 aprile 2000, n. 185, titolo I, capo III, ai regolamenti (CE) n. 70/2001 e (CE) n. 1857/2006 |
||||||||||||||||
Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża |
Skema ta' għajnuniet |
Ammont globali annwali |
EUR 20 miljun |
||||||||||||||
Self garantit |
— |
||||||||||||||||
Għajnuna individwali |
Ammont globali ta' l-għajnuna |
— |
|||||||||||||||
Self garantit |
— |
||||||||||||||||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
L-aġevolazzjonijiet permessibbli għal ħolqien tal-proġetti ta' impriża jikkonsistu f'għajnuniet b'sussidju u bla rifużjoni. L-intensità grossa ta' l-għajnuna ma għandhiex teċċedi:
It-total tal-kwota tal-kontribuzzjoni soġġetta għal ħlas lura (self b'imgħax baxx) ma jistax ikun inqas minn 50 % tat-total ta' l-aġevolazzjonijiet konċessi (l-investimenti, il-prestazzjoni ta' l-astistenza teknika u ta' l-għajnuna tal-bidu. L-aġevolazzjonijiet kuma skond l-Artikolu 4, minn paragrafu 2 sa 6 u tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 |
||||||||||||||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.2.2008 |
||||||||||||||||
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
It-tul ta' żmien hu ta' 6 snin |
||||||||||||||||
Għan ta' l-għajnuna |
Biex tikkoraġixxi lill-intraprendenza u l-bdil fil-ġenerazzjonijiet fl-agrikoltura fl-azjendi attivi fit-trasformazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli. Huma eliġibbli għall-aġevolazzjonijiet l-ispejjeż li ġejjin:
|
||||||||||||||||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna lill-SMEs |
Le |
|||||||||||||||
Għajnuna limitata għal setturi speċifiċi |
Iva |
||||||||||||||||
|
Iva |
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
jew |
|
||||||||||||||||
L-industrija ta' l-azzar |
|
||||||||||||||||
Il-bini ta' bastimenti |
|
||||||||||||||||
Il-fibri sintetiċi |
|
||||||||||||||||
L-industrija tal-karozzi |
|
||||||||||||||||
L-industriji tal-manifattura oħrajn |
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
jew |
|
||||||||||||||||
It-trasport |
|
||||||||||||||||
Is-servizzi finanzjarji |
|
||||||||||||||||
Servizzi oħrajn |
|
||||||||||||||||
Isem u indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
ISMEA |
||||||||||||||||
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/27 |
Sejħa għall-applikazzjonijiet minn esperti individwali għal għajnuna teknika lil pajjiżi terzi fis-settur ta' l-għajnuna umanitarja
(2008/C 112/13)
1. TAGĦRIF ĠENERALI
(a) Tip ta' missjonijiet
Id-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja — ECHO huwa responsabbli għall-amministrazzjoni u l-finanzjament ta' l-għajnuna umanitarja tal-Komunità Ewropea, li l-kondizzjonijiet għalihom jinsabu stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 (1).
F'konformità ma' l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, il-mandat ta' l-ECHO jinkludi, b'mod partikolari, dawn l-attivitajiet li ġejjin:
— |
studji ta' tħejjija u fattibilità ta' l-ħidmiet umanitarji u l-valutazzjoni ta' proġetti u pjani umanitarji, |
— |
ħidmiet ta' sorveljanza ta' proġetti u pjani umanitarji, |
— |
miżuri li jsaħħu l-koordinazzjoni Komunitarja ma' l-Istati Membri, pajjiżi donaturi oħra, organizzazzjonijet u istituzzjonijiet umanitarji internazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, |
— |
l-għajnuna teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' proġetti umanitarji. |
Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda, għalhekk, tfittex esperti biex jimplimentaw missjonijiet ta' għajnuna umanitarja bħal dawn. L-esperti ser ikunu qed jaħdmu f'pajjiżi terzi barra mill-Unjoni Ewropea. Il-missjonijiet li jrid jitwettqu huma fuq medda ta' żmien estiż u għal minimu ta' 12-il xahar.
(b) Kriterji ta' inklużjoni
Il-kandidati interessati jridu jkunu fil-lista ta' esperti tal-Kummissjoni Ewropea. Dawk li jixtiequ jkunu inklużi fil-lista jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. Għandu jkollhom:
— |
diploma ta' edukazzjoni għolja (livell ta' digri jew masters) jew ċertifikat ta' tkomplija ta' l-edukazzjoni sekondarja, |
— |
esperjenza professjonali ta' mhux anqas minn tliet snin fl-għajnuna umanitarja u ta' esperjenza rilevanti ta' mhux anqas minn sentejn fl-oqsma magħżula tagħhom ta' kompetenza (2) barra mill-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi industrijalizzati oħra (3) minbarra l-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom; għall-qasam 15 (informazzjoni u komunikazzjoni) u 16 (amministrazzjoni finanzjarja u amministrattiva ta' l-uffiċċji reġjonali), minimu ta' ħames snin esperjenza li sena minnhom trid tkun barra mill-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi industrijalizzati oħra, minbarra l-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, |
— |
profiċjenza mill-inqas f'waħda minn dawn il-lingwi: l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, |
— |
liċenzja tas-sewqan valida. |
Jistgħu japplikaw biss biex jiġu inklużi fil-lista dawk il-kandidati li huma ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jew li huma ċittadini ta' pajjiżi eliġibbli għall-proġetti u l-programmi Komunitarji. Lista ta' dawn il-pajjiżi hija ppubblikata fuq l-Internet.
N.B. |
Dawk il-kandidati li diġà jinsabu fuq il-lista wara s-sejħa għall- applikazzjonijniet preċedenti tas-26 ta' Settembru 2000jridu jerġgħu japplikaw. |
2. KIF ISSIR L-APPLIKAZZJONI
Dawk il-kandidati li huma interessati jistgħu japplikaw fi kwalunkwe ħin. Madankollu l-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li teskludi l-kandidati minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet jew tirrestrinġiha għal ċerti oqsma.
L-applikazzjonijiet ikunu eżaminati għall-konformità tagħhom mal-kriterji dwar l-inklużjoni u l-kandidati jiżdiedu mal-lista kull erba' xhur minn Lulju 2008 'l quddiem. Kwalunkwe bidla f'din il-frekwenza tiġi avżata fuq l-internet.
Dawk il-kandidati li huma interessati jridu jużaw il-lista ta' l-oqsma ta' l-attivitajiet ippubblikata fuq l-Internet biex ikunu jistgħu jimlew il-formola ta' l-applikazzjoni on-line disponibbli fuq l-Internet mis-server ta' Europa fl-indirizz elettroniku li ġej:
http://ec.europa.eu/echo/jobs/experts_en.htm
Il-kandidati jingħażlu mill-bordijiet ta' l-għażla biex jiġu inklużi fil-lista skond il-qasam jew l-oqsma ta' l-għażla tagħhom esklużivament fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti fuq il-formola ta' l-applikazzjoni tagħhom.
N.B. |
Applikazzjonijiet mhux mimlijin kollha u/jew li jkunu inkonsistenti ma jiġux ikkunsidrati. F'kull ħin, il-Kummissjoni tista' titlob lill-kadidati li jiddaħħlu fil-lista biex jissottomettu d-diplomi u d-dokumenti li jikkorroboraw id-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom fil-formola ta' l-applikazzjoni tagħhom. |
3. UŻU TAL-LISTA U ASSENJAR TAL-MISSJONIJIET
Il-lista għandha tintuża f'konformità mal-ħtiġiet ta' l-għajnuna teknika u skond id-disponibilità u l-kapaċitajiet tekniċi u professjonali (esperjanza u taħriġ) tal-kandidati, wara li tkun ġiet ivvalutata l-adattabilità tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti speċifiċi ta' kull missjoni. Il-Kummissjoni mbagħad tiddeċied tikkuntattjahomx jew le. Il-kandidati jistgħu jiġu mgħajta għal intervista. Id-data tal-bidu tas-servizzi meħtieġa tista' tiġi nnotifikata b'avviż ta' malajr (minn ftit ġimgħat sa tliet xhur qabel).
Il-kandidati li jidhru fuq il-lista jridu jaġġornaw l-applikazzjonijiet tagħhom on-line darba fis-sena minn jeddhom għax jekk ma jagħmlux dan, wara sentejn isimhom jinqata' mil-lista. Il-Kummissjoni trid ukoll tiġi avżata b'kull tibdil fid-dettalji dwar kif il-kandidat jista' jiġi kkuntattjat.
L-inklużjoni ta' kandidat fil-lista ma timplikax li l-persuna hija intitolata għal kuntratt.
Ir-riżultati ta' l-assenjar tal-missjonijiet ikunu ppubblikati fuq Europa f'perjodi ta' kull sitt xhur.
4. KONDIZZJONIJIET KUNTRATTWALI U FINANZJARJI
L-assenjar tal-missjonijiet jagħti lok għal kuntratt ta' impjieg dirett bejn il-Kummissjoni u l-espert.
Il-kuntratt ikun ta' tul ta' żmien varjabbli. Il-kriterju ewlieni għad-determinazzjoni tas-salarju jkun l-ammont ta' snin ta' esperjenza professjonali, għalkemm kriterji oħra bħal mhuma l-livell ta' taħriġ ta' l-espert, il-kwalità ta' l-esperjenza professjonali li jkollu u l-grad ta' diffikultà jew responsabbiltà mitluba fil-missjoni assenjata, jistgħu jkunu kkunsidrati wkoll.
Is-salarju bażiku jista' jiżdied b':
— |
0 sa 25 % ta' ammont ta' referenza (EUR 5 387 fix-xahar) skond il-kondizzjonijiet tal-ħajja fil-post tal-missjoni, |
— |
5 % tal-paga bażika bħala konċessjoni lill-kap ta' familja, |
— |
263,11 EUR fix-xahar għal kull wild dipendenti, |
— |
konċessjoni għas-sistemazzjoni fuq bażi ta' kuljum iffissata skond il-post tax-xogħol u mħallsa sa l-ewwel xahrejn tal-kuntratt. |
Il-kondizzjonijiet finanzjarji preċiżi fir-rigward tal-kuntratti huma mfissra fir-Regoli Ġenerali li jirregolaw il-Kuntratt ta' Impjieg għal Terminu Fiss tal-Persunal ta' l-Għajnuna Teknika.
Il-kopertura tas-sigurtà soċjali (mard, inċident) u l-poloz ta' assigurazzjoni (inkapaċità, mewt, pensjoni) jiġu ffissati bid-dispożizzjonijiet kuntrattwali u l-leġiżlazzjoni applikabbli.
L-esperti huma intitolati għal lijv annwali mħallas skond il-kondizzjonijiet kuntrattwali.
Faxex indikattivi tas-salarju bażiku fix-xahar:
|
minn 3 sa 5 snin esperjenza professjonali: EUR 4 410 sa 4 550, |
|
minn 6 sa 10 snin esperjenza professjonali: EUR 4 695 sa 5 330, |
|
minn 11 sa 20 sena esperjenza professjonali: EUR 5 505 sa 7 015, |
|
il fuq minn 20 sena esperjenza professjonali: EUR 7 340 sa 8 960. |
N.B. |
Il-paga u l-konċessjonijiet jiġu aġġustati fuq bażi regolari. |
(2) Il-lista ta' oqsma ta' kompetenza hija ppubblikata fuq l-Internet.
(3) Il-lista ta' pajjiżi fejn l-esperjenza professjonali hija meqjusa rilevanti għall-għanijiet ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet hija ppubblikata fuq l-Internet.
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/30 |
Sejħiet għall-proposti SUB 01-2008 u SUB 02-2008
(2008/C 112/14)
Il-Kummissjoni Ewropea tipprevedi li talloka sussidji għal ammont globali indikattiv ta' EUR 10 400 000 bil-għan li jiġu promossi l-għanijiet tal-politika tat-trasport. Il-prijoritajiet politiċi kienu ġew iffissati fil-Programm ta' Ħidma għas-sena 2008 adottat mill-Kummissjoni Ewropea.
It-temi prinċipali magħżula jirrigwardaw is-sikurezza fit-toroq kif ukoll l-ottimizzazzjoni ta' l-użu ta' l-infrastrutturi min-naħa ta' l-operaturi (it-trasport bit-triq u dak ko-modali) (SUB 01-2008) kif ukoll il-mobbiltà sostenibbli fil-qasam urban u suburban (SUB 02-2008).
L-informazzjoni dwar din is-sejħa għall-proposti tinsab fis-sit tad-DĠ TREN f'dan l-indirizz:
http://ec.europa.eu/dgs/energy_transport/grants/proposal_en.htm
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/31 |
Sejħa għall-espressjoni ta' interess għat-twaqqif ta' lista ta' esperti esterni għall-attivitajiet ta' valutazzjoni rigward il-programmi li ġejjin — Intelligent Energy-Europe, Eco-Innovation u Marco Polo
(2008/C 112/15)
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) qed tniedi sejħa għall-espressjoni ta' interess għat-twaqqif ta' lista ta' esperti għall-attivitajiet ta' valutazzjoni reward il-programmi imsemmija hawn fuq.
Informazzjoni dwar il-modalitjiet tas-sejħa huma disponibbli fuq:
http://ec.europa.eu/eaci
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/32 |
CZ-Ostrava: tħaddim ta' servizzi ta' l-ajru skedati
Tħaddim ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Ostrava u Londra (Luton), Brussell, Amsterdam
Sejħa għall-offerti mir-Repubblika Ċeka skond l-Artikolu (4)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 għat-tħaddim ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Ostrava (OSR) u Londra Luton (LTN), Brussell (BRU), Amsterdam (AMS)
(2008/C 112/16)
1. Introduzzjoni: Skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, ir-Repubblika Ċeka imponiet obbligi ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi ta' l-ajru skedati għal dawn ir-rotot:
Ostrava (OSR) - Amsterdam (AMS)
Ostrava (OSR) - Brussels (BRU)
Ostrava (OSR) - London Luton (LTN).
L-istandards meħtieġa mill-obbligi għas-servizz pubbliku huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 111 ta' 6.5.2008.
F'każ li sat-28 ta' Lulju 2008 l-ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun għadu beda jew wasal biex jibda jħaddem dawn is-servizzi ta' l-ajru skedati skond l-obbligi għas-servizz pubbliku imposti fuq kull waħda mir-rotot imsemmijin hawn fuq u mingħajr ma jkun talab kumpens finanzjarju, ir-Repubblika Ċeka ddeċidiet, skond il-proċedura stabbilta fl-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament hawn fuq imsemmi, li tillimita l-aċċess għal trasportatur wieħed biss għal tliet snin u li toffri id-dritt tat-tħaddim ta' servizz ta' dan it-tip mill-15 ta' Awwissu 2008 wara sejħa għall-offerti pubblika.
Jistgħu jitressqu offerti għal waħda jew aktar mir-rotot imsemmijin hawn fuq. Madanakollu, l-offerti kollha għandhom jitressqu separatament minn xulxin għal kull waħda mir-rotot imsemmijin hawn fuq. Il-proċedura tas-sejħa għall-offerti hija ddeterminata separatament għal kull rotta imsemmija hawn fuq.
2. L-awtorità kontraenti: Ir-Reġjun tal-Moravja-Sileżja tar-Repubblika Ċeka, Moravian-Silesian Region - Regional Authority, 28. října 117,CZ -702 18 OstravaPersuna kompetenti: Persuna ta' kuntatt: Ing. Veronika Bordovská. Tel.420 595 622 711. Fax 420 595 622 960. E-mail: veronika.bordovska@kr-moravskoslezsky.cz.
3. Karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt: Din hija delega ta' kuntratt għal servizz pubbliku konkluż bejn it-trasportatur u ir-Reġjun tal-Moravja-Sileżja tar-Repubblika Ċeka għat-tħaddim ta' servizz ta' l-ajru skedat għal kull waħda mir-rotot hawn fuq imsemmijin skond l-obbligi tas-servizz pubbliku.
Id-delegat se jitħallas. Ir-Reġjun tal-Moravja-Sileżja tar-Repubblika Ċeka se jħallas lid-delegat id-differenza negattiva bejn in-nefqa biex iħaddem is-servizz, inkluża it-taxxa ta' l-avjazzjoni imma mingħajr VAT fuq it-tħaddim tas-servizz, u d-dħul kummerċjali li jagħmel id-delegat, inkluża it-taxxa ta' l-avjazzjoni imma mingħajr VAT. Hemm stabbilit limitu massimu ta' kumpens fuq id-dħul.
4. Il-perjodu tal-kuntratt: Il-perjodu tal-kuntratt (il-kuntratt ta' delega għas-servizz pubbliku) huwa ta' tliet snin mill-15 ta' Awwissu 2008. Wara dan il-perjodu s-sitwazzjoni tiġi eżaminata mill-ġdid.
5. Parteċipazzjoni fis-sejħa ta' l-offerti: Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha li għandhom liċenzja ta' l-operat valida maħruġa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers.
6. Il-proċedura tas-sejħa ta' l-offerti: Din is-sejħa għall-offerti hija suġġetta għall-Artikoli 4(1)(d), (e), (f), (g), (h) u (i) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji.
7. It-tressiq ta' l-offerti: Il-ħin u d-data ta' l-għeluq għas-sottomissjoni ta' l-offerti għal kull proċedura tas-sejħa ta' l-offerti huma 10:00 ta' 31 jum wara id-data tal-pubblikazzjoni ta' din is-sejħa għall-offerti fil-ġurnal ta' l-Unjoni Ewropeja. L-offerti għandhom jintbagħtu bil-posta rreġistrata jew jitwasslu bl-idejn u tingħata rċevuta, fil-kamra tal-posta ta' l-Awtorità tar-Reġjun tal-Moravja-Sileżja (l-oriġinali u żewġ kopji, waħda minnhom bl-Ingliż), fl-indirizz imsemmi f'Paragrafu 2, f' envelop magħluq u ssiġillat u bl-isem tal-kuntratt pubbliku relevanti miktub fuqu ( jew . Offerti mibgħata bil-feks jew b' e-mail ma jiġux aċċettati.
8. Il-fajl ta' l-offerta: Il-fajl ta' l-offerta komplut għal kull waħda minn dawn il-proċeduri għas-sejħa ta' l-offerti, li jinkludi s-sejħa lil kandidati interessati li jipparteċipaw fil-proċedura tas-sejħa ta' l-offerti biex jitfgħu offerti, il- kundizzjonijiet rigward is-sejħa għall-offerti, l-ispeċifikazzjonijiet tekiniċi, it-termini tal-kuntratt u d-dettalji rigward l-impożizzjoni ta' obbligi għas-servizz pubbliku, jistgħu jinġiebu bla ħlas mingħand il-persuna ta' kuntatt ta' l-awtorità kontraenti:
Ing. Veronika Bordovská, Moravian-Silesian Region - Regional Authority, 28. října 117, CZ-702 18 Ostrava. Tel.420 595 622 711. Fax: 420 595 622 960. E-mail:veronika.bordovska@kr-moravskoslezsky.cz. URL: www.kr-moravskoslezsky.cz.
Kondizzjonijiet ta' l-offerta: L-offerta għandha tkun miktuba biċ-Ċek u magħha għandu jkun hemm traduzzjoni bl-Ingliż. Fejn ikun hemm differenzi fil-verżjonijiet lingwistiċi tgħodd il-verżjoni Ċeka.
— |
applikazzjoni ta' l-offerta, flimkien ma' informazzjoni dwar minn qed jagħmel l-offerta, jiġifieri isem il-kumpanija, in-numru ta' reġistrazzjoni ta' min qed jagħmel l-offerta, il-kwartieri ġenerali tiegħu, l-isem tar-rappreżentant awtorizzat, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tiegħu (VAT), numru tat-telefown, indirizz tal-e-mail u URL, |
— |
abbozz ta' kuntratt iffirmat mir-rappreżentant awtorizzat ta' minn għamel l-offerta (skond il-fajl ta' l-offerta); |
— |
speċifikazzjonijet dwar kooperazzjoni ma' sotto kuntrattauri; |
— |
Il-kondizzjonijiet meħtieġa mill-awtorità kontraenti dwar il-kwalifiki għandhom ikunu fil-fajl ta' l-offerta. Dawn jinkludu: kwalifiki bażiċi meħtieġa:
kwalifiki professjonali meħtieġa:
|
Informazzjoni dettaljata fuq il-kwalifiki meħtieġa mill-awtorità kontraenti tinsab fil-fajl li hemm aċċess għalih fl-indirizz hawn fuq imsemmi. L-offerta għandha tipprovdi evidenza li turi li għandha r-rekwiżiti bażiċi imsemmijin fil-fajl ta' l-offerta skond l-Att 137/2006 Coll. dwar il-kuntratti pubbliċi, maħruġ fir-Repubblika Ċeka. Is-sejħa għall-offerti għandha tkun valida sa u tinkludi it-30 ta' Settembru 2008.
— |
Ir-rotot ta' l-ajru huma kollha offruti individwalment. It-trasportaturi se jkunu magħżulin skond l-inqas livell ta' kumpens offrut, sakemm l-offerta tissodissfa il-ħtiġijiet kollha ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku. Fejn ikun offrut l-istess livell ta' kumpens, il-fattur determinanti għandu jkun il-kapaċità totali ta' postijiet korrispondenti man-numru ta' rotazzjonijiet kull ġimgħa. L-awtorità kontraenti se tagħżel l-aktar offerta xierqa għal kull waħda minn dawn il-proċeduri ta' offerti separatament. |
9. Kumpens finali: L-offerti għandhom espliċitament jiddikjaraw l-ammont ta' kumpens (f' koruni Ċeki CZK), li jinkludi taqsim b' sena sena, meħtieġ għat-tħaddim tar-rotta; dan ir-rimborż se jikkonsidra l-ispejjeż tat-tħaddim u dħul iġġenerat mis-servizz. L-ammont attwali ta' kumpens li jitħallas jiġi determinat b' lura għal kull sena tal-kuntratt abbażi tad-dħul u nefqa għas-servizz bl-ajru. Madankollu, l-ammont ma jaqbiżx dak imniżżel fl-offerta għall-perjodu tal-kuntratt.
10. Tibdill jew notika ta' terminazzjoni tal-kuntratt: L-offerta għandha jkun fiha abbozz tal-kuntratt, iffirmat minn persuna awtorizzata biex taġixxi f'isem jew għal minn qed jagħmel l-offerta li timplika li minn qed jagħmel l-offerta se jkun marbut bil-kontenut kollu ta' l-offerta matul il-perjodu sħiħ assenjat. Dokumenti oħra meħtieġa mir-Reġjun tal-Moravja-Sileżja, bħala l-awtorità kontraenti, jinkludu ċertifikati u infromazzjoni li jipprovdu evidenza tal-kwalifiki meħtieġa skond il-fajl ta' l-offerta jagħmlu parti essenzjali mill-offerta. Regoli dwar bdil u terminazzjoni tal-kuntratt, partikularment biex jiġu kkonsidrati tibdiliet mhux previsti: il-partijiet kontraenti jistgħu jinħallu mill-kuntratt abbażi ta' ksur serju ta' l-obbligazzjonijiet ġejjin mill-kuntratt, bħal nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku skond il-kuntratt jew in-nuqqas ta' qadi ta' dmirijiet imniżżlin fih, bl-eċċezzjoni ta' raġunijiet esterni, bħalma huma t-temp, strajkijiet jew restrizzjonijet għall-ħidma imposti mill-ajruporti. Aktar dettalji jinsabu fil-fajl tas-sejħa għall-offerti.
11. Nuqqas ta' twettiq tal-kuntratt/penali kuntrattwali: It-trasportatur ta' l-ajru huwa responsabbli għat-twettiq kif xieraq ta' l-obbligi kuntratwali. It-trasportatur għandu jiggarantixxi li għandu l-kapaċità li jħaddem is-servizz huwa stess matul il-perjod tal-kuntratt.
Fil-każ ta' nuqqas ta' twettiq sħiħ jew parzjali ta' l-obbligi kuntratwali mit-trasportatur ta' l-ajru, ir-Reġjun tal-Moravja-Silesja tar-Repubblika Ċeka timponi multa. Multa tista' tigi imposta, per eżempju, għat-telf ta' liċenzja ta' l-operat valida maħruġa minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers, it-telf ta' ċertifikat ta' trasportatur ta' l-ajru, nuqqas ta' ajruplani, nuqqas ta' twettiq ta' dmirijiet neċessarji jew nuqqas min-naħa tat-trasportatur li jibda t-tħaddim għal raġunjiet li huwa responsabbli għalihom. Aktar informazzjoni tinsab fil-fajl tas-sejħa għall-offerti.
12. Validità tas-sejħa biex issir offerta: Il-validità tas-sejħa biex issir offerta għal kull waħda mir-rotot hawn fuq imsemmijin hija suġġetta għall-kundizzjoni li ebda trasportatur Komunitarju ma jippreżenta programm biex iħaddem ir-rotta kkonċernata skond l-obbligi għas-servizz pubbliku imposti u bla ma jircievi l-ebda kumpens finanzjarju. L-awtorità kontraenti tista' tirrifjuta li taċċetta kwalunkwe offerti jekk għal raġunjiet xierqa, l-ebda waħda ma tkun ikkunsidrata li hija aċċetabbli.
13. Informazzjoni addizzjonali: L-awtorità kontraenti iżżomm id-dritt li tħassar il-proċedura ta' assenjament f' kull ħin qabel ma tiffirma il-kuntratt għal kwalunkwe rotta kkonċernata. l-awtorità kontraenti hija awtorizzata biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tas-sejħa ta' l-offerti.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/35 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5088 — Scholz Recycling/ERG/ESR)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/17)
1. |
Fil-25 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Scholz Recycling GmbH (“Scholz Recycling”, tal-Ġermanja), proprjetà ta' Scholz-Gruppe, u EKO Recycling GmbH (“EKO Recycling”, tal-Ġermanja), proprjetà ta' ArcelorMittal-Gruppe jakkwistaw fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriża EKO Schrottrecycling GmbH (“EKO Schrottrecycling”, tal-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:
|
3. |
Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5088 — Scholz Recycling/ERG/ESR, fl-indirizz li ġej:
|
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/36 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5047 — REWE/ADEG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/18)
1. |
Fit-23 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Billa AG (“Billa”, ta' l-Awstrija), proprjetà tal-grupp REWE (“REWE”, tal-Ġermanja), takkwista fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża ADEG Österreich Handelsaktiengesellschaft (“ADEG”, ta' l-Awstrija) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:
|
3. |
Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5047 — REWE/ADEG, fl-indirizz li ġej:
|
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/37 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5094 — Nokia/Trolltech)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/19)
1. |
Fl-24 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Nokia Corporation (“Nokia”, tal-Finlandja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Trolltech ASA (“Trolltech”, tan-Norveġja) permezz ta' offerta pubblika fit-28 ta' Jannar 2008. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5094 — Nokia Trolltech, fl-indirizz li ġej:
|
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/38 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5075 — Vienna Insurance Group/EBV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/20)
1. |
Fit-23 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża WIENER STÄDTISCHE Versicherung AG Vienna Insurance Group (“Vienna Insurance Group”, l-Awstrija) akkwistat fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriżi Sparkassen Versicherung (“s-Versicherung”, l-Awstija), BCR Asigurari de Viata S.A. (“BCR Life”, ir-Rumanija), BCR Asigurari S.A. (“BCR Non-life”, ir-Rumanija), Pojišťovna České spořitelny, a.s. (“PCS”, ir-Repubblika Ċeka), Poist'ovňa Slovenskeij sporitel'ne, a.s. (“P-SLSP”, is-Slovakkja), u Erste Sparkasse Biztosító Zártkörűen Működő Részvénytársaság (“ESB”, l-Ungerija) (kollettivatament “EBV”), li huma kkontrollati mill-impriża Erste Bank der oesterreichischen Sparkassen AG (“EB”, l-Awstrija), permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:
|
3. |
Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5075 —Vienna Insurance Group/EBV, fl-indirizz li ġej:
|
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/39 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
(2008/C 112/21)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“ACEITE DE LA ALCARRIA”
Nru tal-KE: ES/PDO/005/562/06.11.2006
IĠP X DPO
1. ISEM
“Aceite de La Alcarria”
2. Stat Membru
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.5. — Żjut u sustanzi xaħmin (butir, marġerina, żejt, eċċ.).
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1
Deskrizzjoni tal-prodott: Żejt taż-żebbuġa extra verġni li jinkiseb mill-frotta tas-siġra taż-żebbuġ, tal-varjetà lokali CASTELLANA (VERDEJA), permezz ta' proċeduri mekkaniċi jew mezzi fiżiċi oħra li ma jaffettwawx il-kwalità taż-żejt, filwaqt li jinżammu t-togħma, ir-riħa u l-karatteristiċi tal-frotta li minnha jinkiseb.
— |
Aċidità: massimu ta' 0,7° |
— |
Kontenut ta' perossidu: massimu ta' 15 |
— |
Assorbenza tar-raġġi ultravjola: K 270: massimu ta' 0,20 |
— |
K 232: massimu ta' 2 |
— |
Umdità: massimu ta' 0,1 % |
— |
Impuritajiet: massimu ta' 0,1 % |
— |
Evalwazzjoni organolettika: Medjan tad-difett Md = 0 |
— |
Medja tal-kontenut ta' frott Mf > 0 |
Il-kulur ewlieni huwa l-aħdar tal-lajm, ftit jew wisq qawwi skond meta jsir il-ħsad u l-istadju ta' maturazzjoni taż-żebbuġa.
Mil-lat organolettiku ż-żjut ta' din il-varjetà għandhom element ta' frott u huma aromatiċi, b'riħa qawwija ta' weraq, b'kombinazzjoni ta' ħwawar tal-ħaxix, il-ġellewża u l-banana, xi drabi b'togħma pikkanti.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata
Il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ippakkjar.
3.6. Regoli speċifiċi dwar il-qtugħ, l-għerik, l-ippakkjar, eċċ.
Bl-għan li jinżammu l-karatteristiċi tipiċi tal-prodott fil-fażijiet kollha, il-proċess ta' l-ippakkjar isir fiż-żona ġeografika awtorizzata. B'hekk, jista' jinżamm kontroll totali tal-produzzjoni min-naħa ta' l-awtoritajiet ta' kontroll filwaqt li l-proċess finali jibqa' r-responsabbiltà tal-produtturi taż-żona. Dawn huma n-nies li l-iktar jifhmu kif dan iż-żejt jirreaġixxi għall-metodu ta' l-ippakkjar, bħal ma huma l-ħin u l-metodu tat-tferrigħ, il-filtrazzjoni, l-art li għandha mid-dijatoma, iċ-ċellulosa, it-temperatura ta' l-ippakkjar, ir-reazzjoni għall-bard u l-ħżin. Dan kollu, li hu maħsub biex iżomm il-karatteristiċi tipiċi tal-prodott, jiggarantixxi li tkun tista' tinsab l-oriġini taż-żejt.
Il-persuna li tikkontrolla l-ippakkjar għandu jkollha żewġ sistemi separati għall-ippakkjar taż-żejt tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini u għall-ippakkjar taż-żjut l-oħra.
Bl-istess mod, għandu jkollu tipi ta' sistemi approvati għall-kejl taż-żejt.
Iż-żejt għandu jkun ippakkjat f'kontenituri tal-ħġieġ, tal-metall miksi, PET jew ċeramika vitrifikata.
3.7. Regoli speċifiċi li jirrigwardaw l-ittikkettar
It-tikketta taż-żejt għandha tinkludi, flimkien ma' l-isem tal-bejgħ, il-frażi “Denominación de Origen” (jew DO) “Aceite de La Alcarria” u tista' tiġi inkluża wkoll il-marka ta' konformità mill-entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott għall-istruttura tal-kontroll.
Il-kontenituri li fihom jitpoġġa ż-żejt protett għall-konsum ikollhom siġill ta' garanzija, tikketta ta' quddiem jew ta' wara numerata li jingħataw u jiġu kkontrollati mill-Awtorità tal-Kontroll, b'tali mod li s-siġill ma jkunx jista' jerġa' jintuża.
It-tikketta għandha tkun konformi mar-regoli ġenerali ta' l-ittikkettar
4. DESKRIZZJONI QASIRA TAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
Ir-reġjun ta' La Alcarria jinkludi 95 muniċipju mill-provinċja ta' Guadalajara u 42 muniċipju mill-provinċja ta' Cuenca.
5. RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona hija definita minn bidliet estremi tat-temperatura, bi sjuf sħan ħafna b'iktar minn 35 °C u xtiewi kesħin ħafna, bi frekwenza ta' silġ, u ftit xita. Il-preċipitazzjoni sseħħ matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa.
It-temperatura medja annwali hija ta' madwar 13 °C, b'medja ta' 3 °C fix-xahar l-iktar kiesaħ u 21 °C f'dak l-iktar sħun.
Il-karatteristika li tiddefinixxi l-ħamrija hija l-konċentrazzjoni għolja ta' CaCO3 (karbonat tal-kalċju), kif ukoll il-preżenza bazza tal-materjal organiku, l-għoljiet kemmxejn aċċentwati u, għalhekk, in-nuqqas ta' l-istabbilità tal-ħamrija.
Mil-lat agrikolu hija ħamrija fqira ħafna.
L-altezza tal-muniċipji ta' La Alcarria qegħdin f'għoli ta' bejn 700 u 900 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
L-“Aceite de La Alcarria” għandu il-karatteristiċi li ġejjin:
Żejt ibbilanċjat u stabbli ħafna minħabba l-proporzjon ta' aċidi grassi saturizzati u dawk mhux saturizzati.
Kontenut għoli ta' aċidu olejku
Il-kulur ewlieni huwa l-aħdar tal-lajm, ftit jew wisq qawwi skond meta jsir il-ħsad u l-istadju ta' maturazzjoni taż-żebbuġa.
Il-proporzjon tal-kontenut tal-karoten u l-klorofilla tirriżulta fil-kulur karatteristiku taż-żejt ta' din id-Denominazzjoni ta' l-Oriġini.
Mil-lat organolettiku ż-żjut ta' din il-varjetà castellana (verdeja) għandhom element ta' frott u huma aromatiċi, b'riħa qawwija ta' weraq, b'kombinazzjoni ta' ħwawar tal-ħaxix, il-ġellewża u l-banana, xi drabi b'togħma pikkanti.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP).
Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħamrija u t-temp taż-żona kellhom influwenza qawwija fuq is-selezzjoni naturali li tirriżulta f'reġjun uniku f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' dan iż-żejt taż-żebbuġa verġni ta' varjetà monovarjetali bl-isem ta' Castellana jew verdeja.
F'dak li għandu x'jaqsam mal-klima, din il-varjetà tittolera s-silġ sa temperatura ta' -5 °C mingħajr żieda sinifikanti tal-valur tal-perossidu.
Rigward ir-rabta bejn il-karatteristiċi ġeoloġiċi u dawk tal-ħamrija, għandu jitqies kif il-formazzjoni tal-ħamrija mmejla, baxx ħafna, alkalina u mmellħa kellha effett fuq il-forma ta' l-għelejjel soġġetti għal piż kontinwu. B'hekk dawn l-aspetti kellhom rwol ta' mezz għas-selezzjoni naturali li rriżulta f'produzzjoni u differenzjazzjoni tal-prodott baxxi.
Il-varjetà Castellana flimkien mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħamrija u t-temp taż-żona jagħtu l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi kif ukoll dawk organolettiċi partikolari liż-żejt kif imsemmija fil-punt 4.2.
Referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Resolución de 2.10.2006, de la Consejería de Agricultura, por la que se emite decisión favorable en relación con la solicitud de registro de la Denominación de Origen Protegida Aceite de La Alcarria.
Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' Castilla-La Mancha Nru 209 ta' l-10 ta' Ottubru 2006, p. 20702.
http://www.jccm.es/cgi-bin/docm.php3
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
Rettifikazzjonijiet
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/42 |
Rettifika dwar l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali
( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 169 tal-21 ta' Lulju 2007 )
(2008/C 112/22)
F'paġna 19, Għajnuna Nru “XR 32/07” tinbidel b'dan li ġej:
“Għajnuna Nru |
XR 32/07 |
|||
Stat Membru |
Ir-Repubblika Ċeka |
|||
Reġjun |
87(3)(a), 87(3)(c) |
|||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Investment incentives |
|||
Bażi legali |
Act No. 72/2000 Coll., on Investment Incentives, as amended by the act 159/2007 Coll. Act No. 586/1992 Coll., on Income Taxes, as amended Government Decree No. 596/2006, on the permissible level of state aid Act No. 435/2004 Coll., on Employment, as amended Government Decree No. 515/2004 Coll., on financial support for job creation and financial support for retraining or training within the framework of investment incentives, as amended |
|||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
Baġit annwali |
CZK 2 miljun |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
40 % |
|||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
2.7.2007 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Limitat għal setturi speċifiċi |
|||
D |
||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
http://www.mpo.cz/cz/podpora-podnikani/investovani/ |
|||
Aktar informazzjoni |
—” |