ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
1 ta' Mejju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2008/C 110/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-abbozz ta' Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tar-Reġistru ta' l-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal finijiet ta' infurzar tal-liġi

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 110/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

16

2008/C 110/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5084 — PARE/Acea/JV) ( 1 )

17

2008/C 110/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5104 — Altor Fund II/Papyrus) ( 1 )

17

2008/C 110/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4784 — Suez Environnement/SITA) ( 1 )

18

2008/C 110/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5092 — GDF/Suez/Teesside Power) ( 1 )

18

2008/C 110/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5061 — Renault/Russian Technologies/AvtoVaz) ( 1 )

19

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 110/08

Rata tal-kambju ta' l-euro

20

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 110/09

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

21

2008/C 110/10

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

22

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 110/11

Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma Programm Konġunt tal-Għixien Megħjun Kontestwalment (AAL)

27

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2008/C 110/12

Avviż dwar il-miżuri ta' anti-dumping fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet fil-Komunità ta' tertuqa tal-polietilene tereftalat (PET) li joriġinaw mill-Indja: modifika fl-indirizz tal-kumpanija soġġetta għal rata individwali ta' dazju ta' anti-dumping

28

2008/C 110/13

Proposta ta' arkivjar tad-denunzja 2005/4347

29

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-abbozz ta' Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tar-Reġistru ta' l-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal finijiet ta' infurzar tal-liġi

(2008/C 110/01)

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu (2),

Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skond l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 li waslet fit-13 ta' Novembru 2007 mill-Kummissjoni Ewropea;

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA

I.   INTRODUZZJONI

Konsultazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

1.

L-abbozz tal-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tar-Reġistru ta' l-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal finijiet ta' infurzar tal-liġi kien mibgħut mill-Kummissjoni lill-KEPD għal konsultazzjoni, f'konformità ma' l-Artikolu 28(2) tar-Regolament 45/2001/KE (minn hawn 'il quddiem “il-proposta”).

2.

Il-proposta tikkonċerna l-ipproċessar ta' data PNR fi ħdan l-UE u hija marbuta mill-qrib ma' skemi oħrajn ta' ġbir u użu ta' data tal-passiġġieri, b'mod partikolari l-ftehim UE-Stati Uniti ta' Lulju 2007. Dawn l-iskemi huma ta' interess kbir għall-KEPD, li diġà kellu l-opportunità jibgħat xi kummenti preliminarji dwar il-kwestjonarju tal-Kummissjoni rigward is-sistema PNR maħsuba ta' l-UE, li ntbagħat f'Diċembru 2006 lill-partijiet interessati rilevanti (3). Il-KEPD jilqa' l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni. Skond il-KEPD, l-opinjoni preżenti għandha tissemma fil-preambolu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Il-proposta fil-kuntest tagħha

3.

Il-proposta għandha l-għan li tarmonizza d-dispożizjonijiet ta' l-Istati Membri dwar l-obbligi tat-trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet lejn jew mit-territorju ta' mill-inqas Stat Membru wieħed rigward it-trasmissjoni ta' data PNR lill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu pprevenuti u miġġielda reati ta' terroriżmu u ta' kriminalità organizzata.

4.

Ġew konklużi arranġamenti għat-trasmissjoni ta' data PNR għal finijiet komparabbli mill-Unjoni Ewropea ma' l-Istati Uniti, kif ukoll mal-Kanada. Ftehim tal-bidu konkluż ma' l-Istati Uniti f'Mejju 2004 ġie sostitwit bi ftehim ġdid f'Lulju 2007 (4). Ftehim simili kien konkluż mal-Kanada f'Lulju 2005 (5). Barra minn hekk, se jibdew negozjati bejn l-UE u l-Awstralja għal ftehim dwar l-iskambju ta' data PNR, u l-Korea t'Isfel diġà qed teħtieġ data PNR minn titjiriet lejn it-territorju tagħha, mingħajr ebda pjan għal negozjar f'livell Ewropew f'dan l-istadju.

5.

Fi ħdan l-UE, il-proposta tasal b'żieda għad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE (6) dwar l-obbligu ta' trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri magħrufa bħala data API, sabiex tkun miġġielda l-immigrazzjoni illegali u jitjieb il-kontroll tal-fruntieri. Din id-Direttiva kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali ta' l-Istati Membri mhux aktar tard mill-5 ta' Settembru 2006. Madankollu l-implimentazzjoni għadha mhux żgurata fl-Istati Membri kollha.

6.

Kuntrarju għad-data dwar Informazzjoni minn Qabel ta' Passiġġieri (API) li suppost tgħin biex jiġu individwati individwi, id-data PNR imsemmija fil-proposta tikkontribwixxi għat-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju ta' persuni, għall-ksib ta' intelligence u sabiex issir konnessjoni bejn persuni li jkunu magħrufa u dawk li ma jkunux.

7.

Il-proposta tinkludi l-elementi prinċipali li ġejjin:

tipprevedi d-disponibbiltà mit-trasportaturi bl-ajru ta' data PNR lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, għall-fini li jkunu pprevenuti u miġġielda reati ta' terroriżmu u ta' kriminalità organizzata,

tipprevedi fil-prinċipju l-istabbiliment ta' Unità ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri (PIU) f'kull Stat Membru, responsabbli għall-ġbir ta' data PNR minn trasportaturi bl-ajru (jew l-intermedjarji maħtura) u għat-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju tal-passiġġieri,

l-informazzjoni vvalutata b'dan il-mod tiġi trasmessa lill-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru. Din l-informazzjoni tiġi skambjata ma' Stati Membri oħrajn fuq bażi ta' każ-b'każ u għall-fini indikata hawn fuq,

it-trasferiment lejn pajjiżi 'l barra mill-Unjoni Ewropea huwa soġġett għal kondizzjonijiet addizzjonali,

id-data tinżamm għal tlettax-il sena, tmienja minnhom f'database mhux attiva,

l-ipproċessar għandu jkun irregolat mill-(abbozz) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-Protezzjoni ta' l-Ipproċessar tad-Data Personali fil-Qafas tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja u tal-Pulizija f'Materji Kriminali (minn hawn 'il quddiem “deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data”) (7),

kumitat b'rappreżentanti ta' Stati Membri se jassisti lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' protokoll u ta' kodifikazzjoni, kif ukoll fir-rigward ta' kriterji u prattiki tal-valutazzjoni tar-riskju.,

għandha ssir reviżjoni tad-deċiżjoni fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

Fokus ta' l-opinjoni

8.

Il-proposta li dwarha hu kkonsultat il-KEPD hija pass ieħor f'sistema ta' ġbir regolari ta' data ta' individwi li fil-prinċipju ma huma suspettati b'ebda reat. Kif imsemmi hawn fuq, din l-evoluzzjoni qed isseħħ f'livell internazzjonali u Ewropew.

9.

Il-KEPD jinnota li wkoll il-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja ppreżentaw opinjoni konġunta dwar il-proposta (8). Il-KEPD jappoġġa dik l-opinjoni. L-opinjoni preżenti tenfasizza u tiżviluppa għadd ta' punti oħrajn.

10.

Filwaqt li l-opinjoni tal-KEPD ser tanalizza l-aspetti rilevanti kollha tal-proposta, hi se tikkonċentra fuq erba' kwistjonijiet prinċipali.

l-ewwel minn dawn il-kwistjonijiet hija l-leġittimità tal-miżuri maħsuba. Il-kwistjoni dwar l-iskop, il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-proposta se tkun ivvalutata fuq il-kriterji ta' l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

l-opinjoni se tanalizza wkoll il-kwistjoni dwar il-liġi applikabbli għall-operazzjoni ta' ipproċessar proposta. B'mod partikolari, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-protezzjoni tad-data fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-ewwel pilastru dwar il-protezzjoni tad-data jistħoqq attenzjoni speċjali. Il-konsegwenza tas-sistema applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data fir-rigward ta' l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data se tkun mistħarrġa wkoll,

imbagħad l-opinjoni se tiffoka fuq il-kwalità tar-riċevituri tad-data f'livell nazzjonali. B'mod partikolari, il-kwalità tal-PIU, ta' l-intermedjarji u ta' l-awtoritajiet kompetenti maħtura biex iwettqu valutazzjoni tar-riskju u janalizzaw id-data tal-passiġġieri tqajjem tħassib speċifiku peress li ma tingħata l-ebda preċiżazzjoni fil-proposta f'dan ir-rigward,

ir-raba' kwistjoni hija dwar il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' data lejn pajjiżi terzi. Mhuwiex ċar liema kondizzjonijiet se japplikaw għal trasferimenti bħal dawn fejn jeżistu regoli differenti: il-kondizzjonijiet għal trasferiment taħt il-proposta preżenti, flimkien ma' dawk tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-protezzjoni tad-data, u l-ftehim internazzjonali eżistenti (ma' l-Istati Uniti u l-Kanada).

11.

Punti sostantivi oħrajn se jiġu identifikati f'parti minn ta' l-aħħar, inklużi passi pożittivi f'termini ta' protezzjoni tad-data iżda wkoll partijiet addizzjonali ta' tħassib fil-proposta.

II.   LEĠITTIMITÀ TAL-MIŻURI PROPOSTI

12.

Sabiex tkun analizzata l-leġittimità tal-miżuri proposti f'konformità mal-prinċipji fundamentali dwar il-protezzjoni tad-data, u notevolment l-Artikolu 8 tal-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Artikoli 5 sa 8 tal-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa (9), huwa meħtieġ li jiġi identifikat b'mod ċar l-iskop ta' l-ipproċessar maħsub ta' data personali, sabiex ikunu identifikati l-ħtieġa u l-proporzjonalità tiegħu. Għandu jkun żgurat li ma jkun hemm l-ebda mezz ieħor, li jkun anqas invażiv, biex jintlaħaq l-iskop previst.

Identifikazzjoni ta' l-iskop

13.

Il-formulazzjoni tal-proposta u l-valutazzjoni ta' l-impatt tagħha jindikaw li l-objettiv mhux sempliċiment li jkunu identifikati terroristi magħrufa jew kriminali magħrufa involuti fil-kriminalità organizzata, billi jsir tqabbil ta' l-ismijiet tagħhom ma' dawk inklużi f'listi ġestiti minn awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi. L-iskop hu li tinġabar intelligence fir-rigward tat-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata, u aktar preċiżament “biex twettaq valutazzjoni tar-riskju ta' persuni, tikseb intelligence u tagħmel konnessjoni bejn persuni li jkunu magħrufa u dawk li ma jkunux” (10). L-iskop imsemmi fl-Artikolu 3(5) tal-proposta hu, fl-ewwel linja u l-ewwelnett, “biex ikunu identifikati persuni li huma jew li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew ta' kriminalità organizzata, kif ukoll persuni assoċjati magħhom”.

14.

Din hija r-raġuni invokata biex tispjega li d-data API mhix suffiċjenti biex tikseb l-allegat skop. Tabilħaqq, kif diġà ssemma, filwaqt li d-data API suppost tgħin biex jiġu indentifikati individwi, id-data PNR m'għandhiex skop ta' identifikazzjoni, iżda d-dettalji tal-PNR jikkontribwixxu għat-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju ta' persuni, għall-ksib ta' intelligence u sabiex issir konnessjoni bejn persuni li jkunu magħrufa u dawk li ma jkunux.

15.

L-iskop tal-miżuri previsti mhux biss ikopri l-qbid ta' persuni li jkunu magħrufa iżda wkoll li jiġu lokalizzati persuni li jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-proposta.

Sabiex ikunu identifikati dawn il-persuni, l-analiżi tar-riskju u l-identifikazzjoni ta' xejriet huma ċentrali għall-proġett. Il-premessa 9 tal-proposta tgħid b'mod espliċitu li d-data għandha tinżamm “għal perijodu twil biżżejjed biex jitwettaq l-iskop li jkunu żviluppati indikaturi tar-riskju u li jkunu stabbiliti xejriet ta' vvjaġġar u mġiba”.

16.

L-iskop huwa għalhekk deskritt f'żewġ livelli: L-ewwel livell jikkonsisti fl-objettiv globali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, filwaqt li t-tieni livell jinkludi l-mezzi u l-miżuri inerenti għall-kisba ta' dan l-objettiv. Filwaqt li l-iskop tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata jidher li hu ċar biżżejjed u leġittimu, il-mezzi użati biex jintlaħaq dan l-iskop iridu jiġu diskussi.

L-istabbiliment ta' xejriet u valutazzjoni tar-riskju

17.

Il-proposta ma tagħti l-ebda indikazzjoni dwar il-mod kif ix-xejriet ser jiġu stabbiliti u dwar kif se issir il-valutazzjoni tar-riskju. Il-valutazzjoni ta' l-impatt tagħti l-preċiżazzjoni li ġejja dwar il-mod kif se tintuża d-data PNR: biex titqabbel id-data ta' passiġġieri “ma' taħlita ta' karatteristiċi u ta' xejriet ta' mġiba, bil-għan li tinħoloq valutazzjoni tar-riskju. Meta passiġġier jikkorrispondi għal ċerta valutazzjoni tar-riskju, imbagħad huwa jista' jiġi identifikat bħala passiġġier ta' riskju kbir” (11).

18.

Persuni suspettati jistgħu jintgħażlu skond elementi konkreti ta' suspett inklużi fid-data PNR tagħhom (eż. kuntatt ma' aġenzija ta' l-ivvjaġġar suspettuża, referenza ta' karta ta' kreditu misruqa), kif ukoll abbażi ta' “xejriet” jew profil astratt. Jistgħu tabilħaqq jiġu kostitwiti profili standard differenti abbażi tax-xejriet ta' vvjaġġar, għal “passiġġieri normali” jew “passiġġieri suspettużi”. Permezz ta' dawn il-profili dawk il-passiġġieri li ma jaqgħux fil-“kategorija normali ta' passiġġieri” ikunu jistgħu jiġu investigati ulterjorment, aktar u aktar jekk il-profil tagħhom huwa assoċjat ma' elementi suspettużi oħrajn bħal karta ta' kreditu misruqa.

19.

Għalkemm wieħed ma jistax jassumi li l-passiġġieri se jkunu mmirati skond ir-reliġjon tagħhom jew data oħra sensittiva, jidher madankollu li se jkunu soġġetti għal investigazzjoni abbażi ta' taħlita ta' informazzjoni in concreto u in abstracto, inklużi xejriet standard u profili astratti.

20.

Wieħed jista' jiddiskuti jekk din it-tip ta' investigazzjoni tikkwalifikax bħala teħid tal-profil. It-teħid tal-profil jikkonsisti “f'metodu bil-kompjuter fejn issir estrazzjoni ta' data minn maħżen tad-data, li tippermetti jew maħsuba biex tippermetti l-klassifikazzjoni, b'xi probabbiltà — u għalhekk b'xi marġni ta' żball — ta' individwu f'kategorija speċifika sabiex jittieħdu deċiżjonijiet individwali fir-rigward ta' dik il-persuna” (12).

21.

Il-KEPD huwa konxju li għaddejjin diskussjonijiet dwar id-definizzjoni ta' teħid tal-profil. Jekk hux rikonoxxut uffiċjalment jew le li l-għan tal-proposta hu t-teħid ta' profil tal-passiġġieri, il-punt li hemm fin-nofs mhuwiex rigward definizzjonijiet. Huwa rigward l-impatt fuq individwi.

22.

It-tħassib prinċipali tal-KEPD huwa rigward il-fatt li d-deċiżjonijiet dwar individwu se jittieħdu abbażi tax-xejriet u l-kriterji stabbiliti bl-użu tad-data tal-passiġġieri in ġenerali. Għalhekk jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet fuq individwu, fejn bħala referenza jintużaw (għall-inqas parzjalment), xejriet derivati mid-data ta' individwi oħrajn. Għalhekk id-deċiżjonijiet se jittieħdu b'relazzjoni għal kuntest astratt, li jista' jaffettwa ferm is-suġġett tad-data. Hu estremament diffiċli biex individwu jiddefendi ruħu kontra tali deċiżjonijiet.

23.

Barra minn hekk, il-valutazzjoni tar-riskju se titwettaq mingħajr ma hemm standards uniformi għall-identifikazzjoni ta' suspettati. Il-KEPD għandu dubji serji dwar iċ-ċertezza legali tal-proċess sħiħ ta' filtrazzjoni, meta jitqies li l-kriterji li bihom kull passiġġier se jkun skannjat huma definiti ftit wisq.

24.

Il-KEPD ifakkar fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn skond hi l-liġi domestika għandha tkun preċiża biżżejjed biex tindika liċ-ċittadini f'liema ċirkostanzi u b'liema termini l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa li jaħżnu informazzjoni dwar il-ħajja privata tagħhom u jagħmlu użu minnha. L-informazzjoni “għandha tkun aċċessibbli lill-persuna kkonċernata u prevedibbli għal dawk li huma l-effetti tagħha”. Regola hija “prevedibbli”“jekk din hija fformulata bi preċiżazzjoni suffiċjenti sabiex kwalunkwe individwu — jekk ikun il-każ permezz ta' parir xieraq — ikun jista' jirregola l-imġiba tiegħu” (13).

25.

Bħala konklużjoni, huwa notevolment minħabba dawn it-tipi ta' riskji, li l-proposta preżenti teħtieġ konsiderazzjoni bir-reqqa. Filwaqt li l-iskop ġenerali tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, huwa fih innifsu ċar u leġittimu, il-qofol ta' l-ipproċessar li jrid jitħaddem ma jidhirx li huwa delimitat u ġġustifikat b'mod suffiċjenti. Il-KEPD għalhekk iħeġġeġ lil-leġislatur ta' l-UE biex jittratta din il-kwistjoni b'mod ċar, qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas.

Ħtieġa

26.

Il-karattru intrużiv tal-miżuri huwa evidenti, kif muri hawn fuq. Min-naħa l-oħra, l-utilità tagħhom ma tidher assolutament xejn.

27.

Il-valutazzjoni ta' l-impatt dwar il-proposta aktar tikkonċentra fuq l-aħjar mod biex jiġi stabbilit PNR ta' l-UE, milli fuq il-ħtieġa ta' tali PNR. Issir referenza fil-valutazzjoni (14) għas-sistemi tal-PNR li jitħaddmu f'pajjiżi oħrajn, jiġifieri l-Istati Uniti u r-Renju Unit. Madankollu wieħed jista' jiddeplora n-nuqqas ta' fatti u figuri preċiżi relatati ma' dawk is-sistemi. Huma rrappurtati “bosta arresti” fir-rigward “tad-diversi reati” fis-sistema semafor tar-Renju Unit, mingħajr preċiżazzjoni għal dik li hija r-rabta mat-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata. Ma jingħataw l-ebda dettalji fir-rigward tal-programm ta' l-Istati Uniti, ħlief li “l-UE setgħet tivvaluta l-valur tad-data PNR u tirrealizza l-potenzjal tagħha għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi”.

28.

Mhux biss hemm nuqqas ta' informazzjoni preċiża fil-proposta dwar ir-riżultati konkreti ta' sistemi PNR bħal dawn, iżda rapporti ppubblikati minn aġenziji oħrajn, eż. il-GAO fin-Nazzjonijiet Uniti, ma jikkonfermawx f'dan l-istadju l-effiċjenza tal-miżuri (15).

29.

Il-KEPD iqis li l-metodi tal-valutazzjoni tar-riskju ppreżentat minn individwi permezz ta' l-użu ta' għodod għall-estrazzjoni ta' data u xejriet ta' mġiba jeħtieġ li jkunu vvalutati ulterjorment, u l-utilità tagħhom tkun stabbilita b'mod ċar fil-qafas tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, qabel ma dawn jintużaw fuq skala kbira bħal din.

Proporzjonalità

30.

Sabiex ikun apprezzat il-bilanċ bejn l-intrużjoni fil-privatezza ta' l-individwu u l-ħtieġa tal-miżura (16), għandu jittieħed kont ta' l-elementi li ġejjin:

il-miżuri japplikaw għall-passiġġieri kollha, sew jekk ikunu taħt investigazzjoni sew jekk ma jkunux mill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi. Dan jikkostitwixxi riċerka proattiva, fuq skala li m'għandhiex preċedent,

deċiżjonijiet dwar individwi jistgħu jkunu bbażati fuq profili astratti, u b'hekk ikunu jinkludu marġini ta' żball sinifikanti,

in-natura tal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-individwu tirrigwarda l-infurzar tal-liġi: il-konsegwenzi f'termini ta' esklużjoni jew koersjoni huma għalhekk iktar intrużivi milli f'kuntesti oħrajn, bħall-frodi ta' karti ta' kreditu jew il-kummerċjalizzazzjoni.

31.

Il-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità jimplika mhux biss li l-miżura proposta hija effettiva, iżda wkoll li l-iskop previst mill-proposta ma jistax jintlaħaq bl-użu ta' l-għodod li jinvadu l-privatezza anqas. L-effikaċja tal-miżuri maħsuba ma ġietx ippruvata. Għandha tkun ivvalutata bir-reqqa l-eżistenza ta' alternattivi qabel ma jibdew jitħaddmu miżuri addizzjonali/ġodda għall-proċess ta' informazzjoni personali. Skond il-KEPD, għadha ma seħħitx valutazzjoni komprensiva bħal din.

32.

Il-KEDP jixtieq ifakkar is-sistemi l-oħrajn fuq skala kbira li jissorveljaw il-movimenti ta' individwi fi jew fuq il-fruntieri ta' l-UE, kemm jekk qed joperaw jew se jiġu implimentati, inkluż b'mod partikolari s-Sistema ta' Informazzjoni Visa u s-Sistema (17) ta' Informazzjoni Schengen (18). Filwaqt li l-għan ta' dawn l-istrumenti mhuwiex il-ġlieda kontra t-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata, sa ċertu punt dawn huma jew se jkunu aċċessibbli għall-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi għall-ambitu usa' tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (19).

33.

Eżempju ieħor jikkonċerna d-disponibbiltà ta' data personali inkluża fid-databases nazzjonali tal-pulizija — speċjalment fir-rigward ta' informazzjoni bijometrika — fil-qafas tat-Trattat ta' Prüm iffirmat f'Mejju 2005, li qed tiġi estiża lill-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea (20).

34.

Dawn l-istrumenti differenti kollha għandhom in komuni l-fatt li jippermettu kontroll globali tal-movimenti ta' individwi, anki jekk minn perspettivi differenti. Il-mod li fih jistgħu diġà jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra forom speċifiċi ta' kriminalità, inkluż it-terroriżmu, għandu jkun soġġett għal analiżi bir-reqqa u komprensiva, qabel ma jkun deċiż li tiġi stabbilita forma ġdida ta' skanjar sistematiku tal-persuni kollha li jħallu l-UE jew jidħlu fiha bl-ajruplan. Il-KEDP jirrakkomanda li l-Kummissjoni tmexxi tali analiżi, bħala pass meħtieġ fil-proċedura leġislattiva.

Konklużjoni

35.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-KEPD jikkonkludi kif ġej dwar il-leġittimità tal-miżuri proposti. Li wieħed jibni fuq data bases differenti mingħajr perspettiva globali dwar ir-riżultati konkreti u n-nuqqasijiet:

imur kontra politika leġislattiva razzjonali li fiha strumenti ġodda m'għandhomx jiġu adottati qabel dawk eżistenti ma jkunux ġew implimentati bis-sħiħ u ġew ippruvati li huma insuffiċjenti (21),

jista' altrimenti jwassal għal pass lejn soċjetà ta' sorveljanza totali.

36.

Ċertament, il-ġlieda kontra t-terroriżmu tista' tkun raġuni leġittima biex jiġu applikati eċċezzjonijiet għad-drittijiet findamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Madankollu, biex tkun valida, il-ħtieġa ta' intrużjoni trid tkun sostnuta minn elementi ċari u li wieħed ma jistax jiċħad, u għandha tiġi ppruvata l-proporzjonalità ta' l-ipproċessar. Dan huwa meħtieġ aktar f'każ ta' intrużjoni estensiva fil-privatezza ta' individwi kif previst fil-proposta.

37.

Wieħed jista' jinnota biss li tali elementi ta' ġustifikazzjoni ma jeżistux fil-proposta u li t-testijiet ta' ħtieġa u ta' proporzjonalità mhumiex sodisfatti.

38.

Il-KEPD jinsisti dwar il-karattru essenzjali tat-testijiet ta' ħtieġa u ta' proporzjonalità żviluppati hawn fuq. Huma jirrappreżentaw condicio sine qua non għad-dħul fis-seħħ tal-proposta preżenti. Kwalunkwe kumment ieħor tal-KEPD fl-opinjoni preżenti għandu jittieħed fid-dawl ta' din il-kondizzjoni preliminari.

III.   LIĠI APPLIKABBLI — L-EŻERĊIZZJU TAD-DRITTIJIET TAS-SUĠĠETT TAD-DATA

Liġi applikabbli

39.

L-analiżi ta' hawn isfel se tikkonċentra fuq tliet punti:

deskrizzjoni tal-passi differenti ta' pproċessar previsti fil-proposta, bil-ħsieb li tkun identifikata l-liġi applikabbli f'kull stadju,

il-limitazzjonijiet tal-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali f'termini ta' ambitu u f'termini tad-drittijiet tas-suġġett tad-data,

analiżi aktar ġenerali tal-punt safejn strument tat-tielet pilastru jista' japplika għal atturi privati li jipproċessaw id-data f'qafas ta' l-ewwel pilastru.

Liġi applikabbli fl-istadji differenti ta' l-ipproċessar

40.

L-Artikolu 11 tal-proposta jgħid li “l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali Pproċessata fil-Qafas tal-Kooperazjoni bejn il-Pulizija u dik Ġudizzjarja fi Kwistjonijiet Kriminali (…) tkun applikabbli għall-ipproċessar tad-data pesonali skond din id-Deċiżjoni Qafas”.

41.

Madankollu, minkejja din id-dispożizzjoni mhuwiex ċar sa liema punt id-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data — strument taħt it-tielet pilastru tat-Trattat ta' l-UE — se tkun applikabbli għal data pproċessata mil-linji ta' l-ajru, miġbura mill-PIU, u użata ulterjorment minn awtoritajiet kompetenti oħrajn.

42.

L-ewwel pass fl-ipproċessar ta' data personali previst fil-proposta huwa l-ipproċessar mil-linji ta' l-ajru, li huma obbligati jagħmlu disponibbli d-data PNR — billi jużaw fil-prinċipju sistema lineari (push) — lill-PIU nazzjonali. Jidher mill-formulazzjoni tal-proposta u l-valutazzjoni ta' l-impatt (22) li d-data tista' tiġi trasmessa wkoll f'daqqa mil-linji ta' l-ajru lill-intermedjarji. Il-linji ta' l-ajru huma primarjament attivi f'ambjent kummerċjali, soġġetti għal-leġislazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE (23). Se jinqalgħu mistoqsijiet dwar il-liġi applikabbli meta d-data li tkun inġabret tintuża għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi (24).

43.

Id-data tiġi mbagħad iffiltrata minn intermedjarju (trid tiġi fformattjata u tkun teskludi data PNR mhux inkluża fil-lista ta' data meħtieġa mill-proposta) jew tintbagħat direttament lill-PIU. L-intermedjarji jistgħu wkoll ikunu atturi mis-settur privat, kif hu l-każ għal SITA, li topera f'dak is-sens fil-qafas tal-Ftehim PNR mal-Kanada.

44.

Fir-rigward tal-PIU, responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskju ta' l-ammont sħiħ ta' data, mhuwiex ċar min se jkun responsabbli mill-ipproċessar. L-awtoritajiet doganali u tal-fruntiera jistgħu jkunu involuti, u mhux bilfors l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi.

45.

It-trasmissjoni sussegwenti ta' data ffiltrata lill-awtoritajiet “kompetenti” x'aktarx issir f'kuntest ta' infurzar tal-liġi. Il-proposta tgħid li “l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu biss l-awtoritajiet responsabbli mill-prevenzjoni ta' jew mill-ġlieda kontra reati terroristiċi u l-kriminalità organizzata”.

46.

Filwaqt li jipprogredixxu fil-passi ta' l-ipproċessar, l-atturi involuti u l-iskop segwit għandhom rabta aktar mill-qrib fil-kooperazzjoni mal-pulizija u l-ġudikatura f'kwistjonijiet kriminali. Madankollu, il-proposta ma ssemmix b'mod espliċitu meta d-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data preċiżament se tibda tapplika. Il-formulazzjoni twassal ukoll biex wieħed jaħseb li din tapplika għall-ipproċessar kollu, u anki għal-linji ta' l-ajru (25). Madankollu, id-deċiżjoni kwadru dwar il-protezzjoni ta' data personali tinkludi fiha nfisha ċerti limitazzjonijiet.

47.

F'dan il-kuntest, il-KEPD għandu dubji fundamentali dwar il-fatt jekk it-Titolu VI tat-Trattat ta' l-UE jistax iservi ta' bażi legali għal obbligi legali fuq bażi ta' rutina u għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi fuq atturi mis-settur privat. Barra minn hekk, il-mistoqsija hi rilevanti fil-każ jekk it-Titolu VI tat-Trattat ta' l-UE jistax iservi ta' bażi legali għall-obbligi legali fuq awtoritajiet pubbliċi li huma fil-prinċipju barra mill-qafas tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi. Dawn il-mistoqsijiet se jiġu elaborati aktar 'il quddiem fl-opinjoni.

Limitazzjonijiet tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data

48.

It-test tal-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali fiha mill-inqas żewġ limitazzjonijiet li huma rilevanti f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni.

49.

L-ewwelnett, il-kamp ta' applikazzjoni tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data hu definit sew fid-deċiżjoni qafas infisha: hija tapplika “biss għal data miġbura jew ipproċessata mill-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali” (26).

50.

It-tieni, id-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data mhix suppost tapplika għal data pproċessata purament fil-livell domestiku, iżda hija limitata għal data skambjata bejn l-Istati Membri u t-trasferiment ulterjuri lejn pajjiżi terzi (27).

51.

Id-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data tinkludi wkoll xi żvantaġġi meta mqabbla mad-Direttiva 95/46/KE, b'mod partikolari eċċezzjoni wiesgħa għall-prinċipju dwar il-limitazzjoni ta' l-iskop. Fir-rigward ta' dan il-prinċipju dwar l-iskop, il-proposta tillimita b'mod ċar l-iskop ta' l-ipproċessar għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Madankollu, id-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data tippermetti l-ipproċessar għal skopijiet usa'. F'każ bħal dan, il-lex specialis (il-proposta) għandha tipprevala fuq il-lex generalis (id-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data) (28). Dan għandu joħroġ b'mod espliċitu fit-test tal-proposta.

52.

Għal din ir-raġuni, il-KEPD jirrakkomanda ż-żieda tad-dispożizzjoni li ġejja għall-proposta: “Id-data personali trasmessa mil-linji ta' l-ajru skond din id-Deċiżjoni Qafas ma tistax tiġi pproċessata għal skopijiet oħra ħlief dawk tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. L-eċċezzjonijiet previsti fir-rigward tal-prinċipju dwar l-iskop fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali ma japplikawx”.

53.

Bħala konklużjoni, il-KEPD jinnota nuqqas serju ta' ċertezza legali fir-rigward tas-sistema dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-atturi differenti involuti fil-proġett, u b'mod partikolari għal-linji ta' l-ajru u atturi oħrajn ta' l-ewwel pilastru: kemm jekk huma r-regoli tal-proposta, ir-regoli tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data jew il-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE. Il-leġislatur għandu jagħmilha ċara f'liema mument ta' l-ipproċessar dawn ir-regoli se japplikaw preċiżament.

Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-regoli ta' l-ewwel u tat-tielet pilastru

54.

Il-KEPD għandu dubji fundamentali dwar il-fatt li strument tat-tielet pilastru joħloq obbligi legali fuq bażi ta' rutina u għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi fuq atturi mis-settur privat jew pubbliku li huma fil-prinċipju 'l barra mill-qafas tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi.

55.

Hawnhekk jista' jsir paragun ma' żewġ każijiet oħrajn fejn is-settur privat kien involut fiż-żamma jew it-trasferiment ta' data f'perspettiva ta' infurzar tal-liġi:

il-każ tal-PNR ta' l-Istati Uniti fejn kien previst trasferiment sistematiku ta' data PNR mil-linji ta' l-ajru lill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi. Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ PNR eskludiet il-kompetenza Komunitarja biex ikun konkluż il-ftehim PNR. Waħda mill-ġustifikazzjonijiet kienet li t-trasferiment tad-data PNR lis-CBP ta' l-Istati Uniti kkostitwixxa operazzjonijiet ta' ipproċessar dwar is-sigurtà pubblika u l-attivitajiet ta' l-Istat f'oqsma tal-liġi kriminali (29). F'dan il-każ, l-operazzjoni ta' pproċessar kienet trasferiment lis-CBP b'mod sistematiku, li tagħmel differenza fil-każ li ġej,

iż-żamma ġenerali ta' data mill-operaturi ta' komunikazzjoni elettronika. Fir-rigward tal-kompetenza Komunitarja biex jiġi stabbilit tali perijodu ta' żamma, tista' ssir differenza fil-każ tal-PNR ta' l-Istati Uniti, meta jitqies li d-Direttiva 2006/24/KE (30) tipprevedi biss obbligu ta' żamma, fejn id-data tibqa' taħt il-kontroll ta' l-operaturi. Ma hu previst l-ebda trasferiment sistematiku ta' data lill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi. Jista' jiġi konkluż li, dment li d-data tibqa' taħt il-kontroll tal-fornituri tas-servizz, dawk il-fornituri jibqgħu wkoll responsabbli fir-rigward tar-rispett għall-obbligi ta' protezzjoni ta' data personali vis-à-vis is-suġġett tad-data.

56.

Fil-proposta preżenti ta' l-UE dwar il-PNR, il-linji ta' l-ajru jridu jagħmlu disponibbli b'mod sistematiku d-data PNR tal-passiġġieri kollha. Madankollu, din id-data ma tiġix ittrasferita f'daqqa lill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi: din tista' tintbagħat lil intermedjarju u tiġi vvalutata minn parti terza, li l-istatut tiegħu għadu mhux ċar, qabel ma tintbagħat informazzjoni magħżula lill-awtoritajiet kompetenti.

57.

Il-parti prinċipali ta' l-ipproċessar issir f'żona mhux ċara, b'rabtiet materjali kemm ma' l-ewwel kif ukoll mat-tieni pilastru. Kif se jkun żviluppat fil-Kapitolu IV, il-kwalità ta' l-atturi li jipproċessaw id-data mhix ċara. Ovvjament, il-linji ta' l-ajru mhumiex awtoritajiet ta' infurzar, u l-intermedjarji jistgħu jkunu atturi tas-settur privat. Anki fir-rigward tal-PIU li suppost ikunu awtoritajiet pubbliċi, irid jiġi enfasizzat li mhux kull awtorità pubblika għandha l-kwalità u l-kompetenzi biex twettaq kompiti ta' infurzar tal-liġi fuq bażi ta' rutina.

58.

Tradizzjonalment, kienet teżisti differenza bejn l-attivitajiet ta' infurzar tal-liġi u l-attivitajiet tas-settur privat, fejn kompiti ta' infurzar tal-liġi jitwettqu minn awtoritajiet speċjali apposta, b'mod partikolari il-forzi tal-pulizija, u l-atturi privati jiġu ssoliċitati fuq bażi ta' każ b'każ biex jikkomunikaw data personali lil dawn l-awtoritajiet ta' l-infurzar. Issa hemm tendenza li tkun imponuta l-kooperazzjoni fuq atturi privati għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi fuq bażi sistematika, li tqajjem il-kwistjoni dwar liema qafas ta' protezzjoni tad-data (l-ewwel jew it-tielet pilastru) japplika għall-kondizzjonijiet ta' din il-kooperazzjoni: ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq il-kwalità tal-kontrollur tad-data (settur privat) jew fuq l-iskop segwit (infurzar tal-liġi)?

59.

Il-KEPD diġà fakkret fir-riskju ta' lakuna legali bejn l-attivitajiet ta' l-ewwel u tat-tielet pilastru (31). Tabilħaqq ma huwa xejn ċar jekk l-attivitajiet ta' kumpanniji privati, b'xi mod konnessi ma' l-infurzar tal-liġi kriminali, humiex koperti mill-ambitu ta' azzjoni tal-leġislatur ta' l-Unjoni Ewropea skond l-Artikoli 30, 31, u 34 TUE.

60.

Jekk il-qafas ġenerali (l-ewwel pilastru) ma jkunx japplika, fornitur tas-servizz ikun irid jagħmel distinzjonijiet diffiċli fi ħdan id-data bases tiegħu. Skond is-sistema attwali, huwa ċar li l-kontrollur tad-data jrid jirrispetta l-istess protezzjoni tad-data vis-à-vis is-suġġetti tad-data irrispettivament mill-iskopijiet li jiġġustifikaw iż-żamma tad-data. Għandu għalhekk ikun evitat eżitu fejn l-ipproċessar minn fornituri tas-servizz għal skopijiet differenti jkun soġġett għal oqfsa differenti għall-protezzjoni tad-data.

Eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data

61.

Is-sistemi differenti legali li jkunu japplikaw fil-livell nazzjonali jkollhom impatt maġġuri primarjament fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu/tagħha mis-suġġett tad-data.

62.

Fil-preambolu tal-proposta huwa mniżżel li “id-dritt għall-informazzjoni, id-dritt għall-aċċess, id-dritt tal-korrezzjoni, it-tħassir u l-ibblukkar, kif ukoll id-dritt għall-kumpens u r-rimedji ġuridiċi għandhom ikunu pprovduti taħt dik id-Deċiżjoni Qafas”. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma tweġibx għall-mistoqsija dwar min hu l-kontrollur inkarigat biex iwieġeb għat-talbiet tas-suġġetti tad-data.

63.

Filwaqt li l-informazzjoni dwar l-ipproċessar tista' tkun ikkomunikata mil-linji ta' l-ajru, il-kwistjoni hija aktar kumplessa għal dak li huwa l-aċċess jew ir-rettifika tad-data. Dawn id-drittijiet huma tabilħaqq ristretti taħt id-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data. Kif intqal hawn fuq, huwa dubjuż li fornitur tas-servizz bħal-linja ta' l-ajru jista' jiġi obbligat jagħti aċċess iddifferenzjat u drittijiet ta' rettifika fir-rigward tad-data li jkun qed iżomm, skond l-iskop (kummerċjali jew infurzar tal-liġi) segwit. Wieħed jista' jargumenta li dawn id-drittijiet iridu jiġu eżerċitati qabel il-PIU jew alternattivament l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew maħtura. Il-proposta madankollu ma tagħti ebda indikazzjoni ulterjuri f'dan ir-rigward, u kif diġà ssemma, l-anqas ma hu ċar li dawn l-awtoritajiet (għall-inqas il-PIU) se jkunu awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi normalment fdati bi proċeduri ta' aċċess ristrett (possibbilment b'mod indirett).

64.

L-individwu jirriskja wkoll li jkun ikkonfrontat b'riċevituri differenti tad-data, safejn għandhom x'jaqsmu l-PIU: veru li d-data tiġi trasmessa lill-PIU tal-pajjiż tat-tluq/wasla tat-titjiriet, iżda possibbilment ukoll lill-PIU ta' Stati Membri oħrajn fuq bażi ta' każ b'każ. Barra minn hekk, huwa possibbli li diversi Stati Membri jistgħu jistabbilixxu jew jaħtru PIU wieħed u komuni. F'dak il-każ, is-suġġett tad-data forsi jkollu jeżerċita rimedju quddiem awtorità ta' Stat Membru ieħor. Għal darba oħra mhuwiex ċar jekk ir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data humiex se japplikaw (dawn suppost huma armonizzati fi ħdan l-UE), jew jekk huwiex se jkollu jittieħed kont ta' leġislazzjoni speċifika dwar l-infurzar tal-liġi (minħabba n-nuqqas ta' armonizzazzjoni komprensiva fit-tielet pilastru fil-livell nazzjonali).

65.

Il-kwistjoni hija l-istess fir-rigward ta' l-aċċess għal data pproċessata minn intermedjarji, li l-istatut tagħhom mhuwiex ċar, li li jista' wkoll ikun komuni għal-linji ta' l-ajru f'pajjiżi differenti ta' l-UE.

66.

Il-KEPD jiddeplora l-inċertezza li għad baqa' fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data. Huwa jenfasizza l-fatt li din is-sitwazzjoni prinċipalment hi minħabba l-fatt li l-atturi li ma għandhomx l-infurzar tal-liġi bħala kompitu prinċipali jiġu fdati b'tali responsabbiltajiet.

Konklużjoni

67.

Il-KEPD iqis li l-proposta għandha tagħmilha ċara liema sistema legali tkun applikabbli u f'liema stadju ta' l-ipproċessar, u tispeċifika vis-à-vis liema attur jew awtorità għandhom jiġu eżerċitati l-aċċess jew ir-rimedju. Il-KEPD ifakkar li skond l-Artikolu 30.1. b) TUE, id-dispożizzjonjiet dwar il-protezzjoni tad-data għandhom ikunu adatti u jkopru l-firxa sħiħa ta' l-operazzjonijiet ta' ipproċessar stabbiliti mill-proposta. Referenza sempliċi għad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data mhijiex suffiċjenti, minħabba l-kamp ta' applikazzjoni limitat ta' dik id-deċiżjoni qafas u r-restrizzjonijiet għad-drittijiet li fiha. Safejn huma involuti l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi, ir-regoli tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data għandhom għall-inqas japplikaw għall-ipproċessar kollu previst fil-proposta, sabiex tkun garantita l-koerenza l-applikazzjoni tal-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-data.

IV.   KWALITÀ TAR-RIĊEVITURI

68.

Il-KEPD jinnota li l-proposta ma tipprevedi l-ebda speċifikazzjoni fir-rigward tal-kwalità tar-riċevituri tad-data personali miġbura mil-linji ta' l-ajru, kemm jekk hija għall-intermedjarji, għall-Unitajiet ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, jew għall-awtoritajiet kompetenti. Għandu jiġi enfasizzat li l-kwalità tar-riċevitur hija f'relazzjoni diretta mat-tip ta' garanziji għall-protezzjoni tad-data li japplikaw għar-riċevitur. Id-differenza bejn garanziji previsti b'mod partikolari bir-regoli ta' l-ewwel u tat-tielet pilastru diġà ssemmiet. Huwa essenzjali li s-sistema applikabbli tkun ċara għall-atturi kollha involuti, inklużi l-gvernijiet nazzjonali, l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data, kif ukoll il-kontrolluri tad-data u s-suġġetti tad-data involuti.

Intermedjarji

69.

Ma tingħata l-ebda indikazzjoni fil-proposta fir-rigward tal-kwalità ta' l-intermedjarji (32). Ir-rwol ta' l-intermedjarji bħala kontrolluri jew proċessuri lanqas ma hu speċifikat. Mill-esperjenza, jidher li entità mis-settur privat, sew jekk hi Sistema ta' Riżervazzjoni bil-Kompjuter kif ukoll jekk hi entità oħra, tista' perfettament tkun fdata bil-kompitu li tiġbor data PNR direttament mil-linji ta' l-ajru biex tiddiriġiha mill-ġdid lill-PIU. Dan hu tabilħaqq il-mod ta' kif hija pproċessata d-data skond il-Ftehim PNR mal-Kanada. SITA (33) hija l-kumpannija responsabbli mill-ipproċessar ta' l-informazzjoni. Ir-rwol ta' l-intermedjarju huwa deċiżiv, għax hu jista' jkun responsabbli mill-iffiltrar/formatting mill-ġdid tad-data li tiġi trasmessa f'daqqa mil-linji ta' l-ajru (34). Anki jekk l-intermedjarji huma obbligati jikkanċellaw l-informazzjoni pproċessata ladarba din tkun ġiet ittrasferita lill-PIU, l-ipproċessar fih innifsu jibqa' sensittiv ferm: konsegwenza ta' l-intervent ta' intermedjarji hija l-ħolqien ta' database addizzjonali li tkun tinkludi ammonti massivi ta' data, u wkoll, skond il-proposta, data sensittiva (fejn imbagħad l-intermedjarji jkunu obbligati jħassru dik id-data sensittiva). Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-KEPD jirrakkomanda li ebda intermedjarju ma għandu jkun involut fl-ipproċessar ta' data tal-passiġġieri, sakemm il-kwalità u l-kompiti ta' l-intermedjarju ma jkunux strettament speċifikati.

Unitajiet ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġeri

70.

Il-PIU għandhom rwol deċiżiv fl-identifikazzjoni ta' persuni li huma jew jistgħu jkunu involuti jew assoċjati mat-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata. Skond il-proposta, dawn se jkunu responsabbli għall-ħolqien ta' indikaturi tar-riskju u biex jipprovdu intelligence dwar xejriet ta' vvjaġġar (35). Fejn il-valutazzjoni tar-riskju tkun ibbażata fuq xejriet ta' vvjaġġar standardizzati u mhux fuq evidenza materjali marbuta ma' każ konkret, l-analiżi tista' titqies bħala waħda li tkun tikkostitwixxi investigazzjoni proattiva. Il-KEPD jenfasizza li dan it-tip ta' pproċessar huwa fil-prinċipju strettament irregolat fil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri (jekk mhux ipprojbit), u huwa l-kompitu ta' awtoritajiet pubbliċi speċifiċi li l-funzjonament tagħhom huwa wkoll strettament irregolat.

71.

Il-PIU huma għalhekk fdati bi proċessar ta' informazzjoni sensittiv ħafna, fejn il-proposta ma tagħti ebda dettall dwar il-kwalità tagħhom u l-kondizzjonijiet li fihom jeżerċitaw din il-kompetenza. Għalkemm x'aktarx dan il-kompitu se jitwettaq minn korp governattiv, possibbilment id-dwana jew il-kontroll tal-fruntiera, il-proposta ma timpedix espliċitament lill-Istati Membri milli jafdaw it-twettiq tiegħu f'idejn aġenziji ta' l-intelligence jew saħansitra kwalunkwe tip ta' proċessur. Il-KEPD jenfasizza l-fatt li t-trasparenza u l-garanziji li japplikaw lill-aġenziji ta' l-intelligence mhumiex dejjem identiċi għal dawk applikabbli għall-awtoritajiet tradizzjonali ta' l-infurzar tal-liġi. Id-dettalji dwar il-kwalità tal-PIU huma deċiżivi, peress li din se jkollha konsegwenzi diretti fuq il-qafas legali applikabbli u l-kondizzjonijiet tal-kontroll. Il-KEPD iqis li l-proposta għandha tinkludi dispożizzjoni addizzjonali li tagħti dettalji dwar l-ispeċifiċitajiet tal-PIU.

Awtoritajiet kompetenti

72.

Jidher mill-Artikolu 4 tal-proposta li kwalunkwe awtorità responsabbli mill-prevenzjoni ta' jew mill-ġlieda kontra reati terroristiċi u l-kriminalità organizzata tista' tirċievi d-data. Filwaqt li l-iskop hu definit b'mod ċar, m'hemm xejn dwar il-kwalità ta' l-awtorità. Il-proposta ma tipprevedi l-ebda limitazzjoni ta' riċevituri lill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi.

Kif intqal aktar 'il fuq fir-rigward tal-PIU, huwa deċiżiv li l-informazzjoni sensittiva in kwistjoni tkun ipproċessata f'ambjent b'qafas legali ċar. Dan hu aktar u aktar il-każ, eż., għall-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi milli għall-aġenziji ta' l-intelligence. Meta jitqiesu l-elementi ta' estrazzjoni ta' data u r-riċerka proattiva inkluża fil-proposta, ma jistax ikun eskluż li aġenziji ta' l-intelligence bħal dawn ikunu involuti fl-ipproċessar tad-data, mingħajr l-esklużjoni ta' kwalunkwe tip ieħor ta' awtorità.

Konklużjoni

73.

Bħala kumment ġenerali, il-KEPD jinnota li l-infurzar ta' sistema PNR ta' l-UE jsir aktar diffiċli meta jitqies li l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi għandhom kompetenzi differenti skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istati Membri, sew jekk jiġu inklużi kif ukoll jekk le l-intelligence, it-taxxa, l-immigrazzjoni jew il-pulizija. Din hija madankollu raġuni supplimentari biex wieħed jirrakkomanda li l-proposta tkun aktar preċiża fir-rigward tal-kwalità ta' l-atturi msemmija u l-garanziji għall-kontroll tat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Għandhom jiġu integrati fil-proposta dispożizzjonijiet addizzjonali, biex ikun speċifikat b'mod strett il-kompetenzi u l-obbligi legali ta' l-intermedjarji, il-PIU u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.

V.   KONDIZZJONIJIET TA' TRASFERIMENT LIL PAJJIŻI TERZI

74.

Il-proposta tipprevedi xi salvagwardji fir-rigward tat-trasferiment ta' data PNR lil pajjiżi terzi (36). B'mod partikolari, hija tipprevedi espliċitament l-applikazzjoni tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data għat-trasferiment ta' data, hija tipprevedi limitazzjoni ta' skop speċifiku u ssemmi l-ħtieġa ta' kunsens ta' l-Istat Membru f'każ ta' trasferiment suċċessiv. It-trasferiment għandu wkoll jikkonforma mal-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll kwalunkwe ftehim internazzjonali applikabbli.

75.

Madankollu, għad baqa' ħafna mistoqsijiet, partikolarment fir-rigward tal-kwalità ta' kunsens, il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwistjoni dwar ir-“reċiproċità” fit-trasmissjoni ta' data lil pajjiiżi terzi.

Kwalità tal-kunsens

76.

L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jagħti l-kunsens espliċitu għat-trasferiment suċċessiv ta' data minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor. Il-proposta ma tispeċifikax f'liema kondizzjonijiet u minn min se jingħata dan il-kunsens, u jekk id-DPA nazzjonali għandhomx ikunu involuti fid-deċiżjoni. Il-KEPD iqis li l-mod li bih se jingħata l-kunsens għandu ta' l-inqas ikun f'konformità mal-liġijiet nazzjonali li jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi.

77.

Barra minn hekk, il-kunsens ta' Stat Membru m'għandux jiddomina fuq il-prinċipju li jipprevedi livell xieraq ta' protezzjoni mill-pajjiż riċevitur għall-ipproċessar maħsub. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu kumulattivi, kif inhuma fid-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data (Artikolu 14). Il-KEPD għalhekk jissuġġerixxi li jiżdied punt (c) għall-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 8 li jkun jinqara “u (c) l-Istat terz jiżgura livell xieraq ta' protezzjoni għall-ipproċessar tad-data maħsub”. Il-KEPD ifakkar f'dan ir-rigward li għandhom jitħaddmu mekkaniżmi li jiżguraw standards komuni u deċiżjonijiet ikkoordinati fir-rigward ta' l-adegwatezza (37).

Applikazzjoni tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data

78.

Il-proposta tirreferi għall-kondizzjonijiet u s-salvagwardji li jinsabu fid-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data filwaqt li tispeċifika wkoll b'mod espliċitu xi kondizzjonijiet, partikolarment il-kunsens imsemmi hawn fuq ta' l-Istat Membru kkonċernat, u limitazzjoni ta' l-iskop biex ikunu impeduti u miġġielda r-reati terroristiċi u l-kriminalità organizzata.

79.

Id-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data nnfisha tipprevedi kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi, jiġifieri fir-rigward tal-limitazzjoni ta' l-iskop, il-kwalità tar-riċevituri, il-kunsens ta' l-Istat Membru, u l-prinċipju dwar l-adegwatezza. Madankollu, hija tipprevedi wkoll derogi għal dawn il-kondizzjonijiet ta' trasferiment: interessi prevalenti leġittimi, speċjalment interessi pubbliċi importanti, jistgħu jkunu bażi suffiċjenti ta' trasferiment anki jekk il-kondizzjonijiet elenkati hawn fuq mhumiex sodisfatti.

80.

Kif diġà ssemma fil-Kapitolu III ta' din l-opinjoni, il-KEPD iqis li għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar fit-test tal-proposta li l-garanziji aktar preċiżi tal-proposta jipprevalu fuq il-kondizzjonijiet ġenerali — u l-eċċezzjonijiet — tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data, fejn ikun japplika.

Reċiproċità

81.

Il-proposta tindirizza l-kwistjoni dwar il-possibbiltà ta' “talbiet ta' ritaljazzjoni” minn pajjiżi li jistgħu jitolbu lill-UE data PNR għal titjiriet mill-UE lejn it-territorju tagħhom. Fejn l-UE titlob data minn databases ta' linji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi bħal dawn, minħabba li joperaw titjira lejn jew mill-UE, tali pajjiż terz jista' jagħmel l-istess talba lil linji ta' l-ajru bbażati fl-UE, inkluża data minn ċittadini ta' l-UE. Għalkemm il-Kummissjoni tqis din l-eventwalità bħala waħda “rimota ħafna”, hi tagħmel provvediment għaliha. Il-proposta tirreferi f'dan ir-rigward għall-fatt li l-ftehim ma' l-Istati Uniti u mal-Kanada jipprevedi tali trattament reċiproku “li jista' jkun infurzat b'mod awtomatiku” (38). Il-KEPD għandu dubji dwar is-sinifikat ta' tali reċiproċità awtomatika u l-applikazzjoni ta' salvagwardji għal trasferimenti bħal dawn, notevolment b'kont meħud ta' l-eżistenza ta' livell xieraq ta' protezzjoni tal-pajjiż ikkonċernat.

82.

Għandha ssir distinzjoni bejn pajjiżi terzi li diġà kkonkludew ftehim ma' l-UE, u dawk il-pajjiżi li m'għandhomx ftehim bħal dan.

Pajjiżi li m'għandhom ebda ftehim ma' l-UE

83.

Il-KEPD jinnota li r-reċiproċità tista' twassal għal trasferiment ta' data personali lil pajjiżi fejn ma tista' tiġi pprovduta l-ebda garanzija f'termini ta' standards demokratiċi u livell xieraq ta' protezzjoni tad-data.

84.

Il-valutazzjoni ta' l-impatt tagħti elementi ulterjuri fir-rigward tal-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' data lil pajjiżi terzi: il-vantaġġ tas-sistema PNR ta' l-UE, fejn id-data tiġi ffiltrata mill-PIU, huwa enfasizzat. Data magħżula ta' individwi suspettati biss (u mhux id-data kollha kemm hi) għandha tiġi ttrasferita lill-Awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u preżumibbilment lill-pajjiżi terzi wkoll (39). Il-KEPD jirrakkomanda li jkun ikkjarifikat dan il-punt fit-test tal-proposta. Sempliċi dikjarazzjoni fil-valutazzjoni ta' l-impatt ma tipprovdix il-protezzjoni meħtieġa.

85.

Filwaqt li l-għażla tad-data tkun tikkontribwixxi biex ikun minimizzat l-impatt fuq il-privatezza tal-passiġġieri, għandu jkun imfakkar li l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-data jmorru ferm lil hinn mill-minimizzazzjoni tad-data, u jinkludu prinċipji bħall-ħtieġa, it-trasparenza u l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, il-prinċipji kollha li jrid jittieħed kont tagħhom meta jiġi ddeterminat jekk pajjiż terz jagħmilx provvediment għal-livell xieraq ta' protezzjoni.

Pajjiżi li għandhom ftehim bilaterali ma' l-UE

86.

Il-valutazzjoni ta' l-impatt tindika li pproċessar bħal dan jagħti lill-UE l-kapaċità “biex tinsisti fuq ċerti standards u biex tiżgura konsistenza f'tali ftehim bilaterali ma' pajjiżi terzi. Hi se tagħti wkoll il-possibbiltà li wieħed ikun jista' jitlob trattament reċiproku mill-pajjiżi terzi li l-UE jkollha ftehim magħhom, xi ħaġa li mhix possibbli llum” (40).

87.

Minn dawn l-osservazzjonijiet toħroġ il-kwistjoni dwar l-impatt tal-proposta dwar il-ftehim attwali mal-Kanada u l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Il-kondizzjonijiet ta' aċċess għad-data f'dawn il-ftehim huma tabilħaqq aktar wesgħin, għax mhumiex soġġetti għal għażla simili qabel ma tiġi ttrasferita lil dawk il-pajjiżi terzi.

88.

Il-valutazzjoni ta' l-impatt tindika li “fil-każijiet fejn l-UE għandha ftehim internazzjonali ma' pajjiż terz għall-iskambjar/trasmissjoni ta' data PNR lil tali pajjiż terz, tali ftehim għandhom ikunu debitament meqjusa. It-trasportaturi għandhom jibagħtu d-data PNR lill-Unitajiet ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skond il-prassi normali taħt il-miżura attwali. Il-PIU li jirċievi din id-data għandu jittrasmettiha lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li miegħu jeżisti tali ftehim” (41).

89.

Filwaqt li min-naħa waħda, il-proposta jidher li timmira lejn it-trasferiment tad-data magħżula biss lil kwalunkwe awtorità kompetenti, sew fi ħdan l-UE jew 'il barra mill-UE, min-naħa l-oħra, il-valutazzjoni ta' l-impatt, il-preambolu tal-proposta (premessa 21) u l-Artikolu nnifsu jfakkru li għandu jittieħed kont debitu tal-ftehim attwali. Dan jista' jwassal għall-konklużjoni li l-filtraġġ jista' jkun biss miżura valida għall-ftehim li jiġi konkluż fil-futur. Jista' jkun previst f'din il-perspettiva li l-aċċess għad-data kollha kemm hi se jibqa' jkun ir-regola ta' aċċess eż. mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti għad-data PNR, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim UE-Stati Uniti, iżda li b'mod parallel u abbażi ta' każ b'każ, trasferiment ta' data lill-Istati Uniti jista' jseħħ, fir-rigward ta' data speċifika identifikata mill-PIU, inkluż iżda mhux limitat għal data li tirrigwarda titjiriet lejn l-Istati Uniti.

90.

Il-KEPD jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' ċarezza dwar dan il-punt deċiżiv tal-proposta. Huwa jqis bħala importanti ferm li l-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' data PNR lil pajjiżi terzi jkunu koerenti u soġġetti għal livel armonizzat ta' protezzjoni. Minbarra dan, għal raġunijiet ta' ċertezza legali, għandhom jiġu inklużi preċiżazzjonijiet fir-rigward tal-garanziji li japplikaw għat-trasferiment tad-data fil-proposta nnfisha u mhux biss fil-valutazzjoni ta' l-impatt, kif hu l-każ bħalissa.

VI.   PUNTI SOSTANTIVI OĦRAJN

Proċessar awtomatizzat

91.

Il-KEPD jinnota li l-proposta teskludi b'mod espliċitu li għandhom jittieħdu azzjonijiet ta' infurzar mill-Unitajiet ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biss minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR jew minħabba l-oriġini etnika jew tar-razza ta' persuna, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha (42).

92.

Tali preċiżjoni hi flokha peress li tillimita ir-riskji ta' miżuri arbitrarji kontra l-individwu. Il-KEPD madankollu jinnota li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha huwa limitat għal azzjonijiet ta' infurzar mill-PIU jew l-awtoritajiet kompetenti. Hi ma teskludix, fil-formulazzjoni attwali tagħha, il-filtraġġ awtomatizzat ta' individwi skond il-profili standard, u lanqas ma timpedixxi l-kostituzzjoni awtomatizzata ta' listi ta' persuni suspettati u t-teħid ta' miżuri bħas-sorveljanza estiża, sakemm dawn il-miżuri ma jitqisux bħala azzjonijiet ta' infurzar.

93.

Il-KEPD iqis li l-kunċett ta' azzjonijiet ta' infurzar hu vag wisq, u li, bħala prinċipju, ma għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni fir-rigward ta' individwi minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-data tagħhom biss  (43). Il-KEPD jirrakkomanda li l-proposta tiġi mmodifikata għaldaqstant.

Kwalità tad-data

94.

Fl-Artikolu 5.2 il-proposta tagħti preċiżjoni importanti peress li tagħmilha ċar li l-linji ta' l-ajru ma għandhom l-ebda obbligu li jiġbru jew iżommu data addizzjonali għal dik miġbura għall-iskop kummerċjali inizjali.

95.

Diversi aspetti ta' l-ipproċessar ta' din id-data għadhom jeħtieġu aktar kummenti:

id-data għandha tkun disponibbli, kif elenkat fl-Anness I tal-proposta, hija estensiva ħafna, u l-lista hija simili għal-lista tad-data disponibbli lill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti fil-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti. F'diversi okkażjonijiet ġew espressi dubji mill-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data rigward il-kwalità ta' xi data mitluba, u speċjalment mill-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 (44),

jidher mill-formulazzjoni tal-valutazzjoni ta' l-impatt (45) u l-Artikolu 6.3 tal-proposta li d-data tista' tiġi trasmessa wkoll f'daqqa mil-linji ta' l-ajru lill-intermedjarji. Data trasmessa lil terzi inizjalment lanqas ma tkun limitata fil-konformità mad-data PNR elenkata fl-Anness 1 tal-proposta,

fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data sensittiva, anki jekk din id-data tista' tiġi ffiltrata fl-istadju ta' intermedjarji, tibqa' l-kwistjoni dwar jekk it-trasferiment tal-kamp kollu mil-linji ta' l-ajru huwiex strettament meħtieġ.

Il-KEPD jappoġġa l-punti f'dan ir-rigward li saru fl-opinjoni WP29.

Metodu ta' trasferiment tad-data PNR

96.

It-trasportaturi ta' l-ajru stabbiliti 'l barra mill-UE huma meħtieġa jibagħtu d-data b'mod lineari lill-PIU jew lill-intermedjarji sakemm ikollhom l-istruttura teknika biex jagħmlu dan. Jekk dan ma jkunx il-każ huma jkollhom jippermettu l-estrazzjoni ta' data permezz tal-metodu mhux lineari.

97.

Jekk wieħed jippermetti metodi differenti ta' komunikazzjoni tad-data skond il-linji ta' l-ajru kkonċernati se jinħolqu aktar diffikultajiet fir-rigward tal-kontroll tal-konformità tat-trasferiment tad-data PNR mar-regoli għall-protezzjoni tad-data. Dan jirriskja wkoll distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-linji ta' l-ajru ta' l-UE u dawk mhux ta' l-UE.

98.

Il-KEPD ifakkar li l-metodu lineari, li jippermetti lil-linji ta' l-ajru jżommu kontroll fuq il-kwalità tad-data ttrasferita u ċ-ċirkostanzi tat-trasferimenti, huwa l-uniku metodu ammissibbli fir-rigward tal-proporzjonalità ta' l-ipproċessar. Barra minn hekk, dan għandu jikkonsisti f'metodu lineari effettiv, jiġifieri, id-data m'għandhiex tintbagħat f'daqqa lil intermedjarju iżda ffiltrata fl-ewwel pass ta' l-ipproċessar. Hija ħaġa mhux ammissibbli li data mhux meħtieġa — u data mhux inkluża fl-Anness 1 tal-proposta — tintbagħat lil terzi, anki jekk dik id-data titħassar immedjatament minn dawn it-terzi.

Żamma ta' data

99.

L-Artikolu 9 tal-proposta jipprevedi ż-żamma tad-data PNR għal perijodu ta' 5 snin, b'perijodu addizzjonali ta' 8 snin fejn id-data tinżamm f'database “mhux attiva” li tkun aċċessibbli f'kondizzjonijiet ristretti.

100.

Il-KEPD għandu dubji dwar id-differenza bejn iż-żewġ tipi ta' databases: hija ħaġa argumentabbli jekk id-database mhux attiva tikkostitwixxix arkivju veru, b'metodi differenti ta' ħażna u rkupru ta' data. Tabilħaqq, ħafna mill-kondizzjonijiet marbutin ma' l-aċċess għad-database mhux attiva jikkonsistu fi ħtiġiet ta' sigurtà li jistgħu jkunu applikabbli wkoll għad-“database li tinżamm għal ħames snin”.

101.

It-tul ta' żmien totali ta' ħażna — jiġifieri 13-il sena — huwa fi kwalunkwe każ eċċessiv. Fil-valutazzjoni ta' l-impatt, dan huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li jinħolqu indikaturi tar-riskju u jiġu stabbiliti xejriet ta' vvjaġġar u ta' mġiba (46), fejn l-effiċjenza tagħhom trid tiġi ppruvata aktar. Filwaqt li huwa ovvju li d-data tista' tinżamm għal kemm hu meħtieġ f'każ speċifiku sakemm tkun għaddejja investigazzjoni, m'hemm ebda ġustifikazzjoni għaż-żamma tad-data tal-passiġġieri kollha li ma huma bl-ebda mod issuspettati għal 13-il sena.

102.

Il-KEPD jinnota wkoll li dan il-perijodu ta' żamma m'għandux l-appoġġ tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni mill-Istati Membri, fejn skond dawn it-tul ta' żmien medju tal-ħażna meħtieġa jkun 3,5 snin (47).

103.

Barra minn hekk, il-perijodu ta' 13-il sena huwa komparabbli għall-perijodu ta' żamma ta' 15-il sena fil-ftehim l-aktar reċenti ma' l-Istati Uniti. Il-KEPD kien dejjem tal-fehma li dan il-perijodu twil ta' żamma sar qbil dwaru minħabba l-pressjoni kbira mill-Gvern ta' l-Istati Uniti biex ikun hemm perijodu ferm itwal min 3.5 snin, u mhux għax il-Kunsill jew il-Kummissjoni kienu qatt favur dan. M'hemm l-ebda raġuni għaliex tali kompromess għandu jiġi traspost — li ġie ġġustifikat biss bħala riżultat meħtieġ tan-negozjati — għal strument legali fl-UE nfisha.

Rwol tal-Kumitat ta' l-Istati Membri

104.

Il-Kumitat ta' l-Istati Membri stabbilit skond l-Artikolu 14 tal-proposta se jkun kompetenti fir-rigward ta' kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà inkluż il-protokoll u l-kodifikazzjoni ta' data PNR, iżda wkoll fir-rigward ta' gwida dwar kriterji ġenerali komuni, metodi u prassi relatati mal-valutazzjoni tar-riskju.

105.

Barra minn dawn l-indikazzjonijiet, il-proposta ma tinkludi ebda element jew kriterju fir-rigward tal-kondizzjonijiet u l-qafas konkreti tal-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-valutazzjoni ta' l-impatt ssemmi li l-kriterji fl-aħħar mill-aħħar se jiddependu fuq l-intelligence li jkollu kull Stat Membru, li qed tevolvi kontinwament. Il-valutazzjoni tar-riskju trid titwettaq fin-nuqqas ta' standards uniformi għall-identifikazzjoni ta' suspettati. Għalhekk jidher dubjuż sa liema punt il-Kumitat ta' l-Istati Membri se jkun jista' jkun ta' influenza f'dan ir-rigward.

Is-sigurtà

106.

Il-proposta ssemmi fid-dettall numru ta' miżuri ta' sigurtà (48) li għandhom jittieħdu mill-PIU, l-intermedjarji u awtoritajiet kompetenti oħrajn sabiex jipproteġu d-data. Meta jittieħed kont ta' l-importanza tad-database u s-sensittività ta' l-ipproċessar, il-KEPD iqis li barra mill-miżuri previsti, l-entità li tipproċessa d-data għandha tkun obbligata wkoll li tinnotifika uffiċjalment kull ksur fis-sigurtà.

107.

Il-KEPD huwa konxju tal-proġett biex tkun stabbilita tali proċedura ta' notifika fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika f'livell Ewropew. Huwa tal-parir li tkun inkluża salvagwardja bħal din fil-proposta preżenti, u jirreferi f'dan ir-rigward għas-sistema ta' ksur fis-sigurtà mħaddma fl-Istati Uniti fir-rigward ta' l-aġenziji ta' l-istat (49). Jistgħu tabilħaqq iseħħu inċidenti dwar is-sigurtà fi kwalunkwe qasam ta' attività, u kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku, kif kien il-każ meta reċentement intilfet database sħiħa taċ-ċittadini mill-Gvern Ingliż (50). Databases fuq skala kbira bħal dik prevista fil-proposta tkun l-ewwel f'lista ta' prijoritajiet li tibbenefika minn sistema ta' twissija bħal din.

Klawżola ta' Reviżjoni u ta' Estinzjoni

108.

Il-KEPD jinnota li għandha ssir reviżjoni fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni qafas, abbażi ta' rapport imħejji mill-Kummissjoni. Huwa jagħraf il-fatt li din ir-reviżjoni, ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, se tagħti attenzjoni speċifika fir-rigward ta' salvagwardji għall-protezzjoni tad-data, u tinkludi l-implimentazzjoni tal-metodu “lineari”, iż-żamma tad-data u l-kwalità tal-valutazzjoni tar-riskju. Biex tkun komprensiva, reviżjoni bħal din għandha tinkludi r-riżultati ta' analiżi tad-data statistika prodotta abbażi ta' l-ipproċessar ta' l-informazzjoni PNR. Flimkien ma' l-elementi msemmijin fl-Artikolu 18 tal-proposta, din l-istatistika għandha tinkludi dettalji statistika dwar l-identifikazzjoni ta' persuni b'riskju għoli, bħall-kriterji għal tali identifikazzjoni u r-riżultati konkreti ta' kwalunkwe azzjoni ta' infurzar tal-liġi li tirriżulta ta' l-identifikazzjoni.

109.

F'din l-opinjoni l-KEPD diġà insista dwar in-nuqqas ta' elementi konkreti biex tkun stabbilita l-ħtieġa tas-sistema proposta. Madankollu, huwa jqis li, jekk id-deċiżjoni qafas kellha tidħol fis-seħħ, din għandha bħala minimu tkun kkumplimentata minn klawżola ta' estinzjoni. Fi tmiem il-perijodu ta' tliet snin, id-Deċiżjoni Qafas għandha tiġi rrevokata f'każ li ma jkun hemm ebda element favur il-kontinwazzjoni tagħha.

Impatt fuq strumenti legali oħrajn

110.

Fid-dispożizzjonijiet finali tagħha l-proposta tagħmel kondizzjoni għall-applikazzjoni ulterjuri ta' ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali diġà eżistenti. Dawk l-istrumenti jistgħu jkunu applikati biss sakemm ikunu kompatibbli ma' l-objettivi tad-deċiżjoni qafas proposta.

111.

Il-KEPD għandu dubji dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni. Kif diġà ssemma fil-Kapitolu V taħt Reċiproċità, mhuwiex ċar x'se jkun l-impatt ta' din id-dispożizzjoni fuq il-kontenut tal-ftehim ma' pajjiżi terzi, bħall-ftehim ma' l-Istati Uniti. F'perspettiva differenti, lanqas ma huwa ċar jekk id-dispożizzjoni jistax ikollha impatt fuq il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' strumenti b'kamp ta' applikazzjoni usa', bħall-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Għalkemm dan jista' jidher improbabbli minħabba d-differenza fil-kuntest istituzzjonali u l-atturi involuti, għandu jkun evitat kull riskju ta' interpretazzjoni ħażina u l-proposta għandha tagħmilha ċar li ma għandha l-ebda impatt fuq strumenti b'kamp ta' applikazzjoni usa', notevolment dawk li għandhom bħala objettiv il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

VII.   KONKLUŻJONI

112.

Il-KEPD jenfasizza l-impatt prinċipali f'termini ta' protezzjoni tad-data tal-proposta preżenti. Huwa kkonċentra l-analiżi tiegħu fuq erba' kwistjonijiet fundamentali li tqajmu fil-proposta, u jinsisti dwar il-fatt li l-kwistjonijiet li tqajmu jeħtieġ li jiġu ttrattati b'mod komprensiv. Taħt iċ-ċirkostanzi preżenti, il-proposta ma tikkonformax mad-drittijiet fundamentali, notevolment l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni, u m'għandhiex tkun adottata.

113.

Jekk wieħed jikkonforma mal-kummenti ta' hawn fuq, speċjalment mat-test dwar il-leġittimità, għandu jittieħed kont ta' xi proposti ta' abbozzar li saru mil-leġislatur fl-opinjoni preżenti. Qed issir referenza b'mod partikolari għall-punti 67, 73, 77, 80, 90, 93, 106, 109 u 111 ta' l-opinjoni.

Leġittimità tal-miżuri proposti

114.

Filwaqt li l-iskop ġenerali tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata huwa fih innifsu ċar u leġittimu, il-qofol ta' l-ipproċessar li jrid jitħaddem mhuwiex delimitat u ġġustifikat b'mod suffiċjenti.

115.

Il-KEPD iqis li l-metodi tal-valutazzjoni tar-riskju ppreżentat minn individwi permezz ta' l-użu ta' għodod għall-estrazzjoni ta' data u xejriet ta' mġiba jeħtieġ li jkunu vvalutati ulterjorment, u l-utilità tagħhom tkun stabbilita b'mod ċar fil-qafas tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, qabel ma dawn jintużaw fuq skala kbira bħal din.

116.

Li wieħed jibni fuq databases differenti mingħajr perspettiva globali dwar ir-riżultati konkreti u n-nuqqasijiet:

imur kontra politika leġislattiva razzjonali fejn strumenti ġodda m'għandhomx jiġu adottati qabel ma l-istrumenti eżistenti jkunu ġew implimentati bis-sħiħ u ġew ippruvati li huma insuffiċjenti.

jista' nkella jwassal għal pass lejn soċjetà ta' sorveljanza totali.

117.

Tabilħaqq, il-ġlieda kontra t-terroriżmu tista' tkun raġuni leġittima biex jiġu applikati eċċezzjonijiet għad-drittijiet fundamentali ta' privatezza u ta' protezzjoni tad-data. Madankollu, biex tkun valida, il-ħtieġa ta' intrużjoni trid tkun sostnuta minn elementi ċari u li wieħed ma jistax jiċħad, u għandha tiġi ppruvata l-proporzjonalità ta' l-ipproċessar. Dan huwa meħtieġ aktar f'każ ta' intrużjoni estensiva fil-privatezza ta' individwi, kif previst fil-proposta.

118.

Dawn l-elementi ta' ġustifikazzjoni ma jeżistux fil-proposta u t-testijiet ta' ħtieġa u ta' proporzjonalità mhumiex sodisfatti.

119.

Il-KEPD jinsisti dwar il-karattru essenzjali tat-testijiet ta' ħtieġa u ta' proporzjonalità żviluppati hawn fuq. Huma jirrappreżentaw condicio sine qua non għad-dħul fis-seħħ tal-proposta.

Qafas legali applikabbli

120.

Il-KEPD jinnota nuqqas serju ta' ċertezza legali fir-rigward tas-sistema applikabbli għall-atturi differenti involuti fil-proġett, u b'mod partikolari għal-linji ta' l-ajru u atturi oħrajn ta' l-ewwel pilastru: kemm jekk huma r-regoli tal-proposta, ir-regoli tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data jew il-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE. Il-leġislatur għandu jagħmilha ċara f'liema stadji ta' l-ipproċessar dawn ir-regoli differenti se japplikaw.

121.

It-tendenza preżenti li wieħed jimponi l-kooperazzjoni fuq atturi privati għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi fuq bażi sistematika tqajjem il-kwistjoni dwar liema qafas ta' protezzjoni tad-data (l-ewwel jew it-tielet pilastru) japplika għall-kondizzjonijiet ta' din il-kooperazzjoni: mhuwiex ċar jekk ir-regoli għandhomx ikunu bbażati fuq il-kwalità tal-kontrollur tad-data (settur privat) jew fuq l-iskop segwit (infurzar tal-liġi).

122.

Il-KEPD diġà enfasizza r-riskju ta' lakuna legali bejn l-attivitajiet ta' l-ewwel u tat-tielet pilastru (51). Tabilħaqq ma huwa xejn ċar jekk l-attivitajiet ta' kumpanniji privati, b'xi mod konnessi ma' l-infurzar tal-liġi kriminali, humiex koperti mill-ambitu ta' azzjoni tal-leġislatur ta' l-Unjoni Ewropea skond l-Artikoli 30, 31, u 34 TUE.

123.

Għandu jkun evitat eżitu fejn l-ipproċessar minn fornituri tas-servizz għal skopijiet differenti jkun soġġett għal oqfsa differenti għall-protezzjoni tad-data, speċjalment meta jitqiesu d-diffikultajiet li dan joħloq f'termini ta' l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

Kwalità tar-riċevituri

124.

Il-proposta għandha tipprevedi speċifikazzjoni fir-rigward tal-kwalità tar-riċevituri tad-data personali miġbura mil-linji ta' l-ajru, kemm jekk hija għall-intermedjarji, għall-Unitajiet ta' Informazzjoni tal-Passiġġieri, jew għall-awtoritajiet kompetenti.

125.

Il-kwalità tar-riċevitur, li f'xi każijiet jistgħu jkunu atturi tas-settur privat, hija f'relazzjoni diretta mat-tip ta' garanziji għall-protezzjoni tad-data li japplikaw għal dak ir-riċevitur. Huwa essenzjali li s-sistema applikabbli tkun ċara għall-atturi kollha involuti, inklużi l-leġislatur, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data, kif ukoll il-kontrolluri tad-data u s-suġġetti tad-data involuti.

Trasferiment ta' data lil pajjiżi terzi

126.

Il-KEPD jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat livell xieraq ta' protezzjoni fil-pajjiż tar-riċeventi. Huwa għandu wkoll dubji dwar is-sinifikat tal-prinċipju tar-“reċiproċità” msemmi fil-proposta, u l-applikazzjoni tiegħu għal pajjiżi li diġà huma marbutin bi ftehim ma' l-UE, bħall-Kanada jew l-Istati Uniti. Huwa jqis bħala importanti ferm li l-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' data PNR lil pajjiżi terzi jkunu koerenti u soġġetti għal livel armonizzat ta' protezzjoni.

Punti sostantivi oħrajn

127.

Il-KEPD jiġbed ukoll l-attenzjoni tal-leġislatur rigward aspetti speċifiċi tal-proposta li jeħtieġu aktar preċiżazzjoni jew qies aħjar tal-prinċipju dwar il-protezzjoni tad-data. Dan huwa l-każ speċjalment fir-rigward ta' l-aspetti li ġejjin:

il-kondizzjonijiet li fihom jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet awtomatizzati għandhom ikunu ristretti,

il-kwantità tad-data pproċessata għandha titnaqqas,

il-metodu ta' trasferiment ta' data għandu jkun biss wieħed lineari,

il-perijodu għaż-żamma tad-data huwa meqjus bħala eċċessiv u mhux ġustifikat;

ir-rwol tal-kumitat ta' l-Istati Membri jista' jkun aktar preċiż fir-rigward tal-gwida tiegħu dwar “il-valutazzjoni tar-riskju”,

il-miżuri ta' sigurtà għandhom jinkludu proċedura għal “notifika ta' ksur fis-sigurtà”,

ir-reviżjoni tad-deċiżjoni għandha tinkludi klawżola ta' estinzjoni,

għandu jkun ċar fil-proposta li din m'għandha l-ebda impatt fuq strumenti b'kamp ta' applikazzjoni usa' li għandhom bħala għan il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

Osservazzjonijiet finali

128.

Il-KEPD jinnota li l-proposta preżenti qed issir f'mument meta l-kuntest istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea qiegħed biex jinbidel b'mod fundamentali. Il-konsegwenzi tat-Trattat ta' Lisbona f'termini ta' teħid ta' deċiżjoni se jkunu fundamentali, speċjalment fir-rigward tar-rwol tal-Parlament.

129.

Filwaqt li jitqies l-impatt bla preċedent tal-proposta f'termini ta' drittijiet fundamentali, Il-KEDP hu tal-parir li din ma tiġix adottata taħt il-Qafas ta' Trattat preżenti, iżda li jkun żgurat li ssegwi l-proċedura ta' ko-deċiżjoni prevista fit-Trattat il-ġdid. Dan isaħħaħ ir-raġunijiet legali li għalihom jittieħdu l-miżuri deċiżivi previsti fil-proposta.


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  Inklużi l-Istati Membri, l-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data u l-assoċjazzjonijiet tal-linji ta' l-ajru. Dan il-kwestjonarju kien tħejja fid-dawl tat-tħejjija ta' valutazzjoni ta' l-impatt mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-proposta preżenti.

(4)  Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data tar-Reġistru ta' l-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna ta' l-Istati Uniti (DHS) (2007 Ftehim PNR) (ĠU L 204, 4.8.2007, p. 18).

(5)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar l-ipproċessar ta' Informazzjoni minn Qabel ta' Passiġġieri u data tar-Reġistru ta' l-Ismijiet tal-Passiġġieri (ĠU L 82, 21.3.2006, p. 15).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-obbligu ta' trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24).

(7)  L-aħħar abbozz ta' din il-proposta huwa disponibbli fir-reġistru tal-Kunsill bħala dokument numru 16397/07.

(8)  Opinjoni konġunta dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tar-Reġistru ta' l-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-6 ta' Novembru 2007, adottata mill-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 fil-5 ta' Diċembru 2007 u mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja fit-18 ta' Diċembru 2007, WP 145, WPPJ 01/07.

(9)  Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, 28 ta' Jannar 1981.

(10)  Memorandum ta' Sjegazzjoni tal-proposta, Kapitolu I

(11)  Valutazzjoni ta' l-impatt, Kapitolu 2.1, “Deskrizzjoni tal-problema”.

(12)  Din id-definizzjoni ġejja minn studju reċenti dwar it-teħid tal-profil tal-Kumsill ta' l-Ewropa: L'application de la Convention 108 au mécanisme de profilage, Eléments de réflexion destinés au travail futur du Comité consultatif (T-PD), Jean-Marc Dinant, Christophe Lazaro, Yves Poullet, Nathalie Lefever, Antoinette Rouvroy, November 2007 (għad mhux ippubblikat). Ara wkoll id-definizzjoni minn Lee Bygrave: “B'mod ġenerali, it-teħid tal-profil huwa l-proċess fejn wieħed jinferixxi sett ta' karetteristiki (tipikament ta' mġiba) dwar persuna individwali jew entità kollettiva u mbagħad wieħed jittratta dik il-persuna/entità (jew persuni oħrajn/entitajiet) fid-dawl ta' dawn il-karatteristiċi. Fih innifsu, il-proċess ta' teħid tal-profil għandu żewġ komponenti prinċipali: (i) il-ġenerazzjoni ta' profil — il-proċess fejn wieħed jinferixxi profil; (ii) applikazzjoni tal-profil — il-proċess fejn wieħed jittratta persuni/entitajiet fid-dawl ta' dan il-profil”. L. A. BYGRAVE, Minding the machine: L-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data u t-Teħid Awtomatizzata tal-Profil tal-KE, Liġi tal-Kompjuter & Rapport dwar is-Sigurtà, 2001, vol. 17, pp. 17-24

http://www.austlii.edu.au/au/journals/PLPR/2000/40.html

(13)  Rotaru v. Romania, nru 28341/95, §§ 50, 52 u 55.

Ara wkoll Amann v. Svizzera, nru 27798/95, §§50 et s.

(14)  Kapitolu 2.1, “Deskrizzjoni tal-problema”.

(15)  Ara eż. ir-rapport ta' l-Uffiċċju tal-Kontabbiltà tal-Gvern ta' l-Istati Uniti lill-membri tal-kungress li jagħmlu t-talba, Mejju 2007, “Sigurtà ta' l-Avjazzjoni: Għaddejjin Sforzi biex Jitjieb l-Iscreening Internazzjonali minn qabel tal-Passiġġieri, iżda għad baqa' Kwistjonijiet ta' Ppjanar u ta' Implimentazzjoni”,

http://www.gao.gov/new.items/d07346.pdf

(16)  Skond l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni 108, “għandha tkun permessa deroga mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 5, 6 u 8 ta' din il-konvenzjoni meta tali deroga tkun prevista mil-liġi tal-Parti u tikkostitwixxi miżura meħtieġa f'soċjetà demokratika fl-interess ta':

1.

il-protezzjoni tas-sigurtà ta' l-Istat, is-sigurtà pubblika, l-interessi monetarji ta' l-Istat jew is-soppressjoni ta' reati kriminali;

2.

il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn”.

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5); Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal żjarat qosra, COM/2005/ 835 finali; Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri responsabbli għas-sigurtà interna u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra COM/2005/ 600 finali.

(18)  Ara b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007).

(19)  Ara dwar din il-kwistjoni: L-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri responsabbli għas-sigurtà interna u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (COM(2005) 600 finali) (ĠU C 97, 25.4.2006, p. 6).

(20)  Ara l-opinjonijiet tal-KEPD fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm: L-Opinjoni ta' l-4 ta' April 2007 dwar l-inizjattiva tal-15-il Stat Membru bil-ħsieb li tkun adottata Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib fil-kooperazzjoni trans-konfini, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfini (ĠU C 169, 21.7.2007, p. 2), u l-Opinjoni tad-19 ta' Diċembru 2007 dwar l-Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bil-ħsieb li tkun adottata Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/…/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni trans-konfini, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfini, disponibbli fi

http://www.edps.europa.eu.

(21)  Dan il-punt sar diversi drabi mill-KEDP, l-aktar reċenti fl-opinjoni tiegħu tal-25 ta' Lulju 2007 dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva għall-Protezzjoni tad-Data (ĠU C 255, 27.10.2007, p. 1).

(22)  L-Artikolu 6.3 tal-proposta u l-Valutazzjoni ta' l-Impatt, Anness A, “Metodu ta' trasmissjoni tad-data mit-trasportaturi”.

(23)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(24)  Ara f'dan ir-rigward il-konsegwenzi tas-sentenza tal-PNR. Sentenza tal-Qorti tat-30 ta' Mejju 2006, Parlament Ewropew vs Kunsill (C-317/04) u l-Kummissjoni (C-318/04), Każijiet konġunti C-317/04 u C-318/04, Ġabra [2006], Punt 56.

(25)  Artikolu 11 tal-proposta. Ara wkoll il-premessa 10 tal-preambolu: “Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali Proċessata fil-Qafas tal-Kooperazzjoni bejn il-Pulizija u dik Ġudizzjarja fi Kwistjonijiet Kriminali (…) għandha tkun applikabbli għad-data kollha pproċessata skond din id-Deċiżjoni Qafas. Id-drittijiet tas-suġġetti tad-data f'rabta ma' dan l-ipproċessar, bħalma hu d-dritt għall-informazzjoni, id-drittt għall-aċċess, id-dritt tal-korrezzjoni, it-tħassir u l-imblukkar, kif ukoll id-dritt għall-kumpens u r-rimedji ġuridiċi għandhom ikunu dawk previsti taħt dik id-Deċiżjoni Qafas”.

(26)  Premessa 5(a), verżjoni tal-11 ta' Diċembru 2007 tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data.

(27)  Artikolu 1.

(28)  Fir-rigward ta' dan il-punt, it-test ta' l-Artikolu 27b ta' l-aħħar abbozz tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa u diskuss.

(29)  Sentenza tal-Qorti tat-30 ta' Mejju 2006, Parlament Ewropew v Kunsill (C-317/04) u l-Kummissjoni (C-318/04), Każijiet konġunti C-317/04 u C-318/04, Ġabra [2006], Punt 56.

(30)  Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' netwerks ta' komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54).

(31)  Ara l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tkomplija ta' xogħol fuq il-Programm ta' Ħidma għall-aħjar implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (ĠU C 255, 27.10.2007, p. 1). Ara wkoll ir-Rapport Annwali 2006, p. 47.

(32)  Artikolu 6 tal-proposta.

(33)  SITA inħolqot fl-1949 minn 11-il linja ta' l-ajru membri. Huma pprovduti soluzzjonijiet b'valur miżjud lill-industrija ta' l-ajru permezz tal-kumpannija kummerċjali SITA INC (Information, Networking Computing) u servizzi ta' netwerk permezz ta' SITA SC fuq bażi ta' kooperattiva.

(34)  Valutazzjoni ta' l-Impatt, Anness A, “Metodu ta' trasmissjoni tad-data mit-trasportaturi”.

(35)  Artikolu 3 tal-proposta.

(36)  Artikolu 8 tal-proposta.

(37)  Opinjoni tal-KEPD tas-26 ta' Ġunju 2007 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, punti 27 sa 30 (ĠU C 139, 23.6.2007, p. 1).

(38)  Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta, Kapitolu 2.

(39)  Valutazzjoni ta' l-impatt, Kapitolu 5,2, “Protezzjoni tal-privatezza”.

(40)  Valutazzjoni ta' l-impatt, Kapitolu 5.2, “Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi”.

(41)  Valutazzjoni ta' l-Impatt, Anness A, “Korpi li jirċievu data mill-Unitajiet ta' Informazzjoni dwar il-Passiġġieri”.

(42)  Premessa 20 u l-Artikolu 3.3 u 3,5 tal-proposta.

(43)  Ara f'dan ir-rigward l-Artikolu 15.1 tad-Direttiva 95/46/KE. Id-Direttiva tipprojbixxi tali deċiżjonijiet awtomatizzati f'każijiet fejn l-individwu jkun affettwat mid-deċiżjoni. Fir-rigward tal-kuntest tal-proposta, id-deċiżjonijiet f'qafas ta' infurzar tal-liġi x'aktarx jaffettwaw serjament fi kwalunkwe każ is-suġġett tad-data. Ukoll il-fatt li wieħed ikun soġġett għal kontroli sekondarji jista' jaffettwa s-suġġett tad-data, speċjalment jekk dawn l-azzjonijiet jittieħdu ripetutament.

(44)  Ara b'mod partikolari l-Opinjoni Nru 5/2007 tas-17 ta' Awissu 2007 dwar il-ftehim ta' segwitu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-reġistru ta' l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (DHS) ta' l-Istati Uniti konkluż f'Lulju 2007, WP 138.

(45)  Valutazzjoni ta' l-Impatt, Anness A, “Metodu ta' trasmissjoni tad-data mit-trasportaturi”.

(46)  Valutazzjoni ta' l-impatt, Anness A, “Perijodu ta' żamma tad-data”.

(47)  Valutazzjoni ta' l-impatt, anness B.

(48)  Artikolu 12 tal-proposta.

(49)  Ara b'mod partikolari x-xogħlijiet ta' “Identity Theft Task Force”, Amerikana,

http://www.idtheft.gov/.

(50)  Ara l-link għas-sit elettroniku British HM Revenue and Customs:

http://www.hmrc.gov.uk/childbenefit/update-faqs.htm.

Ara wkoll

http://news.bbc.co.uk/1/hi/uk_politics/7103566.stm

(51)  Ara l-Opinjoni 2007/C 255/01 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu tal-Programm ta' Ħidma għal implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data, ĠU C 255, 27.10.2007, p. 1. Ara wkoll ir-Rapport Annwali 2006, p. 47.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/16


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2008/C 110/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

13.2.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 666/07

Stat Membru

Il-Litwanja

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Pagalba, skirta kompensuoti draudimo įmokas

Bażi ġuridika

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ir kaimo plėtros įstatymas, 2002 m. birželio 25 d. Nr. IX – 987 (Žin., 2002, Nr. 72-3009)

Draudimo įmokų dalinio kompensavimo taisyklės, patvirtintos Žemės ūkio ministro 2004 m. kovo 4 d. įsakymu Nr. 3D-92 „Dėl draudimo įmokų dalinio kompensavimo taisyklių patvirtinimo“ (Žin., 2004, Nr. 38-1253, 2007, Nr. 46-1757)

Žemės ūkio ministro  įsakymo „Dėl Žemės ūkio ministro 2004 m. kovo 4 d. įsakymo Nr. 3D-92 „Dėl draudimo įmokų dalinio kompensavimo taisyklių patvirtinimo“ pakeitimo“ projektas

Tip ta' miżura

Rifużjoni tal-primjums ta' l-assigurazzjoni

Għan

L-iżvilupp settorjali

Forma ta' għajnuna

Għotja diretta

Il-Baġit

Baġit totali: LTL 180 000 000

Intensità

50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli

Tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur ta' l-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità konċessjonarja

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija

Gedimino pr. 19

LT-01103 Vilnius

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/17


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5084 — PARE/Acea/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 110/03)

Fit-18 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Taljan u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5084. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/17


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5104 — Altor Fund II/Papyrus)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 110/04)

Fil-21 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5104. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/18


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4784 — Suez Environnement/SITA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 110/05)

Fis-17 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M4784. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/18


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5092 — GDF/Suez/Teesside Power)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 110/06)

Fil-21 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5092. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/19


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5061 — Renault/Russian Technologies/AvtoVaz)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 110/07)

Fit-8 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5061. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/20


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-30 ta' April 2008

(2008/C 110/08)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5540

JPY

Yen Ġappuniż

162,62

DKK

Krona Daniża

7,4620

GBP

Lira Sterlina

0,79015

SEK

Krona Żvediża

9,3575

CHF

Frank Żvizzeru

1,6147

ISK

Krona Iżlandiża

115,88

NOK

Krona Norveġiża

7,9740

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,205

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

253,32

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6983

PLN

Zloty Pollakk

3,4515

RON

Leu Rumen

3,6790

SKK

Krona Slovakka

32,229

TRY

Lira Turka

2,0030

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6614

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5689

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,1127

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9992

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1149

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 562,55

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,8205

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,8586

HRK

Kuna Kroata

7,2681

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 330,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,9091

PHP

Peso Filippin

65,610

RUB

Rouble Russu

36,8320

THB

Baht Tajlandiż

49,215

BRL

Real Brażiljan

2,6430

MXN

Peso Messikan

16,3597


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/21


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2008/C 110/09)

Numru XA: XA 7002/08

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Regione autonoma Valle d'Aosta

It-Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Aiuti alle aziende operanti nel settore della trasformazione e commercializzazione dei prodotti agricoli

Bażi ġuridika: Art. 56 del titolo III (Disciplina degli interventi regionali in materia di agricoltura e di sviluppo rurale. Modificazioni alle leggi regionali 16 novembre 1999, n. 36, e 28 aprile 2003, n. 18) della legge regionale 12 dicembre 2007, n. 32 «Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale della Regione autonoma Valle d'Aosta (Legge finanziaria per gli anni 2008/2010). Modificazioni di leggi regionali.»

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema: EUR 0,5 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investimenti f'assi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli, inklużi l-ispejjeż tal-konsulenza relatati mat-twettiq tagħhom.

Fil-każ li l-għajnuna tiġi allokata bħala sussidju ta' interessi jew inkella permezz ta' self issussidjat l-ammont gross ta' l-għotja jiġi kkalkolat bl-użu ta' programm ta' informatika adegwat, li japplika r-rata ta' referenza ffissata perjodikament mill-Kummissjoni

Data ta' l-applikazzjoni: Wara 20 ġurnata ta' xogħol mid-data tal-wasla għand il-Kummissjoni ta' l-informazzjoni fil-qosor

Tul ta' żmien ta' l-iskema: Taħt l-iskema l-għajnuna tista' tingħata sal 31 ta' Diċembru 2013 u għal sitt xhur minn hemm 'il quddiem

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ għal impriżi żgħar u ta' daqs medju li jaħdmu fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni fil-ġestjoni ta' l-istabbiliment permezz ta' tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni, titjib tal-produzzjoni u tal-kwalità, kif ukoll titjib ambjentali u fil-kundizzjonijiet rigward l-iġene u l-benessri ta' l-annimali.

Referenza għal leġiżlazzjoni Komunitarja: L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001

Setturi kkonċernati: Impriżi żgħar u ta' daqs medju li jaħdmu fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Is-sit ta' l-internet: http://www.regione.vda.it/gestione/sezioni_web/allegato.asp?pk_allegato=1247

Saint-Christophe

Il-Koordinatur tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura

Emanuele DUPONT


1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/22


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 110/10)

Numru XA: XA 383/07

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Navarra

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Ayudas a las inversiones, en régimen asociativo, en equipamiento informático y material de apoyo a las explotaciones agrarias

Bażi ġuridika: Orden Foral de la Consejera de Desarrollo Rural y Medio Ambiente por la que se establecen las normas reguladoras que regirán la concesión de ayudas a las inversiones, en régimen asociativo, en equipamiento informático y material de apoyo a las explotaciones agrarias

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew il-kwantità totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 200 000 fis-sena, minbarra fl-2007 fejn il-limitu tan-nefqa annwali huwa ta' EUR 160 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: Għajnuna sa 40 % ta' l-investimenti eliġibbli għall-investiment f'impriżi agrikoli

Data ta' l-implimentazzjoni:

Tul ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Mill-1.12.2007 sal-31.12.2010

Għan ta' l-għajnuna: L-għanijiet prinċipali ta' l-għajnuna huma dawn li ġejjin:

Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: L-investimenti fl-azjendi agrikoli. Spejjeż eliġibbli: l-Artikolu 4(4)(b) Għajnuna għax-xiri ta' tagħmir, inklużi programmi ta' l-informatika

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur benefiċjarju huwa s-settur agrikolu primarju

Isem u indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Gobierno de Navarra

Departamento de Desarrollo Rural y Medio Ambiente

C/ Tudela, 20

E-31003 Pamplona (Navarra)

Sit elettroniku: http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO07067%20OF.pdf

Tagħrif ieħor:

Dirección General de Desarrollo Rural

C/ Tudela, 20

E-31003 Pamplona

Tlf: (34-848) 42 29 33

E-mail: izabalzv@cfnavarra.es

Gobierno de Navarra

Numru XA: XA 385/07

Stat Membru: Il-Belġju

Reġjun: Vlaanderen

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Vlaams Centrum voor Agro- en Visserijmarketing vzw (VLAM)

Bażi ġuridika: Decreet van 22 december 2006 houdende de uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2007, inzonderheid artikel 12, gewijzigd bij het decreet van 29 juni 2007

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Għotja ta' EUR 120 000 għat-tliet programmi, maqsuma kif ġej:

EUR 62 000 għal servizzi ta' konsulenza pprovduti

EUR 11 000 għal organizzazzjoni ta' fora għall-bdil ta' l-għarfien

EUR 47 000 għal pubblikazzjonijiet

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna hija ta' 100 %

Data ta' l-implimentazzjoni: L-għajnuna se tibda fid-19.12.2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-għajnuna li tgħodd għal EUR 120 000 għandha tingħata għal attivitajiet mwettqa bejn id-19.12.2007 u l-31.7.2009

Għan ta' l-għajnuna: L-organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ VLAM tixtieq twettaq attivitajiet biex tinkuraġixxi l-produtturi jipparteċipaw fi skemi ta' PDO/PGI/TSG.

Permezz ta' din il-kampanja, il-VLAM tixtieq tipprovdi sostenn u gwida għall-gruppi ta' produtturi u tagħtihom pariri dwar kif għandu jiġi kkumpilat u mibgħut dossier ta' applikazzjoni .

VLAM biħsiebha twettaq l-attivitajiet li ġejjien:

L-għajnuna tingħata skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u konformi ma' dak l-Artikolu:

l-Artikolu 15(2)(c): rigward servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, il-ħlas għas-servizzi li ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika u lanqas jirrigwardaw in-nefqa normali tat-tħaddim ta' l-impriża, bħal servizzi ta' rutina dwar konsulenza fiskali, servizzi legali regolari jew reklamar;

l-Artikolu 15(2)(d): rigward l-organizzazzjoni ta' u l-parteċipazzjoni f'fora għat-tixrid ta' tagħrif bejn in-negozjanti, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri;

l-Artikolu 15(2)(f): publikazzjonijiet bħal katalgi jew websajts li jirrappreżentaw informazzjoni fattwali dwar produtturi minn reġjun partikolari jew produtturi ta' prodott partikolari, sakemm din l-informazzjoni u l-preżentazzjoni tkun newtrali u li l-produtturi kollha kkonċernati jingħataw l-istess opportunità li jkunu preżentati fil-publikazzjon

Settur(i) kkonċernat(i): Is-setturi tal-biedja u t-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Koning Albert II laan 35, bus 40

B-1030 Brussel

Indirizz ta' l-internet: http://www.ejustice.just.fgov.be/cgi/article_body.pl?numac=2007036508&caller=list&article_lang=N&row_id=1&numero=18&pub_date=2007-10-04&set3=set+character_variant+%27dutch.ftl%27&ddfm=12&dt=DECREET&language=nl&choix1=EN&choix2=EN&fromtab=+montxt&nl=n&trier=afkondiging&ddda=2006&sql=dt+%3D+%27DECREET%27+and+dd+between+date%272006-12-22%27+and+date%272006-12-22%27+&rech=18&tri=dd+AS+RANK+&ddfa=2006&dddj=22&dddm=12&ddfj=22&set1=set+stopfile+%27MON.stp%27

Tagħrif ieħor: Mingħajr din l-għajnuna mill-Istat, ma jkunx possibli li jintlaħaq l-għan tal-programm u jagħmilha impossibli biex jitwettaq il-proġett

Jules VAN LIEFFERINGE

Segretarju-Ġenerali

Numru XA: XA 386/07

Stat Membru: Franza

Reġjun: Centre

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: «Aide à la création de maisons de cultures destinées à la production agricole»

Binja ta' kultivazzjoni hija binja li fiha ssir il-produzzjoni agrikola. Tippermetti l-ħelsien mill-kundizzjonijiet klimatiċi esterni, filwaqt li tiżgura l-faċilità tal-ħsad u s-sikurezza tal-prodotti mil-lat tas-saħħa. Tinvolvi iżolament termiku, regolazzjoni tat-temperatura interna, kontroll ta' l-indewwa kif ukoll tal-ventilazzjoni. il-binjiet lkoll flimkien jistgħu jkunu mgħammra b'linja ta' ġbir

Bażijiet ġurdiċi:

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Code général des collectivités territoriales (partie législative): articles L 1511-1 et L 1511-2

Délibération de la commission permanente régionale du 12 octobre 2007

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema għall-għajnuna jew ammont totali ta' l-għajnuna individwali, mogħtija lill-impriża benefiċjarja:

(EUR)

Valuri provviżorji

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Sussidji

200 000

200 000

200 000

200 000

200 000

200 000

200 000

Investimenti megħjuna

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

L-għadd ta' l-impriżi

4

4

4

4

4

4

4

Dawn is-somom jikkonċernaw is-settur tal-produzzjoni agrikola għar-reġjun Centre biss

Skond l-Artikolu 4.4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, huma eliġibbli għas-sussidji l-investimenti li jikkorrispondu għall-istabbiliment ta' binjiet ta' kultivazzjoni, u b'mod partikolari:

a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist jew it-titjib ta' proprjetajiet immobbli;

b)

ix-xiri jew il-kiri b'xiri ta' makkinarju u apparat ġdid, inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur ta' l-assi fis-suq;

c)

l-ispejjeż ġenerali marbuta ma' l-infiq imsemmi fil-punti a) u b), pereżempju l-ħlasijiet għal periti, inġiniera u esperti, studji ta' fattibbiltà, l-akkwist ta' brevetti u liċenzji

Intensità massima ta' l-għajnuna: Is-somma massima li għaliha tista' tingħata l-għajnuna hija limitata għal EUR 150 000 għal kull UX (unita' ta' xogħol). Ikunu koperti 2 UX għal kull stabbiliment agrikolu. Madankollu, għal dawk l-istabbilimenti agrikoli orjentati lejn sistemi ta' produzzjoni li jeħtieġu għadd kbir ta' ħaddiema, il-limitu sejjer ikun ta' 6 UX.

Skond l-Artikolu 4(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, is-somma massima ta' għajnuna mogħtija lil impriża waħda ma għandhiex taqbeż l-EUR 400 000 matul perjodu ta' tliet snin finanzjarji, jew il-EUR 500 000 jekk l-impriża tkun f'żona żvantaġġata jew f'waħda msemmija fl-Artikolu 36, il-punti a), i) jew iii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, deżinjati mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 tar-Regolament imsemmi.

Jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna biss l-istabbilimenti agrikoli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

L-intensità grossa ta' l-għajnuna tiżdied progressivament, skond l-ammont globali tal-proġett ta' investiment:

Il-Kunsill Reġjonali għandu jkun responsabbli għal nofs l-intensità grossa ta' l-għajnuna. Il-Kunsilli ġenerali tar-Reġjun Centre jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali fil-ħarsien tal-limiti permessi

Id-data ta' l-implimentazzjoni: Malli jiġi rċevut l-avviż tal-wasla mingħand il-Kummissjoni

It-tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013, għeluq il-validità tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

L-għan ta' l-għajnuna: It-titjib tal-kompetittività ta' l-istabbilimenti agrikoliu tal-kwalità tal-prodotti u t-tnaqqis ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni (estensjoni ta' l-iskema ta' għajnuna rreġistrata bin-Nru XA 16/05)

Is-settur(i) konċernat(i): Is-setturi kollha tal-produzzjoni agrikola, għajr is-serer ta' l-ortikoltura u tal-ħxejjex li jingħataw jew ikunu ngħataw għajnuna finanzjarja skond l-iskemi nnotifikati (N 572/01 u N 523/01)

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità responsabbli:

Conseil régional du Centre

9, rue St Pierre Lentin

F-45041 Orléans cedex 1

Tél.: (33) 02 38 70 30 30

Fax: (33) 02 38 70 31 18

E-mail: Amanda.Tibble@regioncentre.fr

Indirizz ta' l-internet: www.regioncentre.fr

It-taqsima “Le guide des aides”

Numru XA: XA 399/07

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Cataluña

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para la incentivación de la mejora de la eficiencia energética en invernaderos agrícolas y en explotaciones de porcino

Bażi ġuridika: Orden ARP/XXX/2007, de 23 de octubre, por la que se aprueban las bases reguladoras de las ayudas para la incentivación de la mejora de la eficiencia energética en invernaderos agrícolas y en explotaciones porcinas, y se convocan las correspondientes al año 2007

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija: Għall-2007: EUR 478 800

Intensità massima ta' l-għajnuna: Is-sussidju massimu għal kull applikazzjoni jkun ta' 25 % ta' l-investiment eliġibbli. Dan jista' jiżdied:

b'5 % fejn l-applikant ikun bidwi żagħżugħ

bi 2 % fejn l-applikant ikun mara

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007

Tul ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali:

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna huwa li tagħti assistenza fl-investiment fl-azjendi agrikoli bl-għan li titjieb l-effiċjenza ta' l-enerġija fis-serer li jintużaw għall-produzzjoni agrikola u fil-produzzjoni tal-majjal (l-Artikolu 4).

L-investiment relatat mat-titjib ta' l-istallazzjonijiet, l-iżolazzjonijiet u l-koperti, is-sistemi tat-tisħin, il-ventilazzjoni u materjali huwa eliġibbli daqs kwalunkwe titjib li jinvolvi l-iffrankar u t-tfaddil li jista' jkun ikkwantifikat ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija fis-serer użati fil-produzzjoni agrikola u f'azjendi tal-produzzjoni tal-majjal.

L-ispejjeż eliġibbli huma definiti fl-Artikolu 4(4)(a) u (b), jiġifieri dawk relatati mal-kostruzzjoni, ix-xiri jew it-titjib ta' istallazzjonijiet, kif ukoll dawk relatati max-xiri jew ix-xiri bil-kiri ta' tagħmir u makkinarju meħtieġ għat-titjib ta' l-effiċjenza fis-serer użati għal finijiet agrikoli u f'azjendi tal-produzzjoni tal-majjal

Spejjeż marbuta man-nefqa ta' hawn fuq, bħal ma huma l-ħlasijiet lill-periti, l-inġiniera u l-konsulenti, studji tal-fattibbiltà u x-xiri ta' patenti u liċenzji mhumiex eliġibbli

Is-settur(i) konċernat(i): Il-produzzjoni tal-prodotti mniżżla fl-Anness I tat-Trattat, minbarra l-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li huma koperti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 u l-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 4502, 4503 u 4504 (prodotti tas-sufra)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departamento de Agricultura, Alimentación y Acción Rural

Generalitat de Catalunya

Gran Via de les Corts Catalanes, 612-614

E-08007 Barcelona

Indirizz elettroniku: http://www.gencat.net/darp/c/serveis/ajuts/ajut.htm

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 400/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Žužemberk

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje sredstev za ohranjanje in razvoj kmetijstva v občini Žužemberk za obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju sredstev iz naslova finančnih intervencij za ohranjanje in razvoj kmetijstva v občini Žužemberk za programsko obdobje 2007–2013 (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 70 000

 

2008: EUR 66 750

 

2009: EUR 67 500

 

2010: EUR 67 875

 

2011: EUR 68 250

 

2012: EUR 68 625

 

2013: EUR 69 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għax-xiri ta' makkinarju u tagħmir sabiex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

għal investiment tal-karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali,

għall-investiment f'assi produttivi dwar farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjum ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali ġuridiċi u amministrattivi mġarrba.

5.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u katalgi, it-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku u l-ispejjeż ta' servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna taħt miżuri finanzjarji għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Žužemberk għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p.3):

l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Žužemberk

Grajski trg 33

SLO-8360 Žužemberk

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200790&dhid=91805

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Franc ŠKUFCA

Is-Sindku tal- Il-muniċipalità ta' Žužemberk


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/27


Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma Programm Konġunt tal-Għixien Megħjun Kontestwalment (AAL)

(2008/C 110/11)

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma Programm Konġunt ta' l-Għixien Megħjun Kontestwalment

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja:

AAL-2008-1.

Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinkludi l-iskadenza u l-baġit jinsabu fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit li ġej:

http://www.aal-europe.eu


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/28


Avviż dwar il-miżuri ta' anti-dumping fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet fil-Komunità ta' tertuqa tal-polietilene tereftalat (PET) li joriġinaw mill-Indja: modifika fl-indirizz tal-kumpanija soġġetta għal rata individwali ta' dazju ta' anti-dumping

(2008/C 110/12)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 (ĠU L 288/1 tas-6 ta' Novembru 2007) impona dazju definittiv ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' tertuqa tal-polietilene tereftalat (PET) li joriġinaw fl-Indja wara reviżjoni ta' l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (GU L 56, 6.3.1996, p. 1).

SRF Limited, kumpanija fl-Indja, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità ta' tertuqa tal-polietilene tereftalat (PET) huma soġġetti għal rata individwali ta' anti-dumping ta' 3.5 % mir-Regolament imsemmi hawn fuq, għarrfet lill-Kummissjoni li fis-7 ta' Novembru 2005 biddlet l-indirizz tagħha għal:

Block C, Sector 45

Greenwood City

Gurgaon 122003

Haryana

India

Il-kumpanija sostniet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwax id-dritt li l-kumpanija tibbenefika mir-rata individwali ta' dazju applikata lill-kumpanija taħt l-indirizz li kellha qabel li kien:

Express Building 9-10

Bahadur Shah Zaraf Marg

New Delhi 110002

India

Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif mogħti u kkonkludiet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007. Għalhekk, ir-referenza għal:

‘Express Building 9-10

Bahadur Shah Zaraf Marg

New Delhi 110002

India’

għandha tinqara bħala:

‘Block C, Sector 45

Greenwood City

Gurgaon 122003

Haryana

India’

fl-Artikolu 2.2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007.

Il-kodiċi addizzjonali Taric A753 attribwit lil SFR Limited jibqa' l-istess.


1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/29


Proposta ta' arkivjar tad-denunzja 2005/4347

(2008/C 110/13)

Is-servizzi tal-Kummissjoni temmew bl-investigazzjoni dwar id-denunzja kollettiva 2005/4347 dwar il-ġestjoni ta' l-ilma fiż-żona tal-lago d'Idro, relatata ma' sit ta' importanza skond id- Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

Wara li saret evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni trażmessa mill-awturi tad-denunzja msemmija, u mill-awtoritajiet Taljani fl-ambitu tal-proċedura ta' ksur li l-Kummissjoni kienet bdiet fit-18 ta' Diċembru 2005, bl-istedina ta' tqegħid fil-mora bl-ewwel ittra, u kompliet fit-18 ta' Ottubru 2006 (id-data ta' meta ntbagħtet l-ittra tat-tqegħid fil-mora supplementari) is-servizzi tal-Kummissjoni waslu għall-konklużjoni li, fil-qagħda preżenti, l-ebda ksur tad-Direttiva 92/43/KEE ma jista' jiġi identifikat f'dan il-każ. Għaldaqstant, dawn is-servizzi għandhom iressqu proposta lill- Kummissjoni biex isir l-arkivjar ta' l-oġġezzjoni korrispondenti.

Ġie ppubblikat fuq l-Internet test li fih id-dettalji l-oħra dwar ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni:

http://ec.europa.eu/community_law/complaints/multiple_complaints/

Fil-każ li jinkiseb tagħrif ieħor dwar ksur probabbli tar-regoli Komunitarji, l-awturi tad-denunzji huma mitluba jikkomunikawh lill-Kummissjoni fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.

Tibqa' ma tiġix ippreġudikata l-possibbiltà li, jekk jasal għand il-Kummissjoni xi tagħrif ieħor li jista' jiġġustifika l-ftuħ ta' proċedura li għandha l-għan imsemmi, ukoll jekk dan jasal wara larkivjar, il-każ jerġa' jinfetaħ biex jiġi investigat mill-ġdid.