ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 71E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
18 ta' Marzu 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

KUNSILL

2008/C 071E/01

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 3/2008 adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Diċembru 2007, bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li temenda d-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE 84/491/KEE, 86/280/KEE u 2000/60/KE

1

2008/C 071E/02

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 4/2008 adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Diċembru 2007, bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi

16

MT

 


III Atti preparatorji

KUNSILL

18.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 71/1


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 3/2008

adottata mill-Kunsill fil-20 ta' Diċembru 2007

bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva 2007/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li temenda d-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE 84/491/KEE, 86/280/KEE u 2000/60/KE

(2008/C 71 E/01)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

It-tniġġis kimiku ta' l-ilma tal-wiċċ huwa ta' theddida għall-ambjent akkwatiku b'effetti bħalma huma tossiċità akuta u kronika għall-organiżmi akkwatiċi, akkumulazzjoni fl-ekosistema u telf ta' l-abitati u l-bijodiversità, kif ukoll theddid għas-saħħa tal-bniedem. Bħala kwistjoni ta' prijorità, l-kawżi tat-tniġġis għandhom jiġu identifikati u l-emissjonijiet għandhom jiġu ttrattati fl-oriġini tagħhom, bl-aktar mod ekonomikament u ambjentalment effettiv.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (3) tafferma li l-ambjent u s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja huma prijoritajiet ambjentali ewlenin ta' dak il-Programm, u b'mod partikolari tenfasizza l-ħtieġa li tkun stabbilita leġislazzjoni aktar speċifika fil-qasam tal-politika ta' l-ilma.

(3)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (4) tistabbilixxi strateġija kontra t-tniġġis ta' l-ilma u tesiġi aktar miżuri speċifiċi għall-kontroll tat-tniġġis u għal standards ta' kwalità ambjentali (EQS, environmental quality standards). Din id-Direttiva tistabbilixxi EQS konformement mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE.

(4)

Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, u partikolarment il-paragrafu 1 tal-punt (a), l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 16(1) u (8) ta' dik id-Direttiva, bil-għan li jitnaqqas progressivament it-tniġġis minn sustanzi prijoritarji u jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf ta' sustanzi prijoritarji perikolużi.

(5)

Mis-sena 2000 ġew adottati diversi atti Komunitarji li jistabbilixxu miżuri ta' kontroll tat-tniġġis skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE għal sustanzi prijoritarji individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri għall-protezzjoni ta' l-ambjent jaqgħu fl-ambitu ta' leġislazzjoni Komunitarja eżistenti oħra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta' l-istrumenti eżistenti aktar milli sabiex jiġu stabbiliti kontrolli ġodda.

(6)

Rigward il-kontrolli ta' emissjonijiet ta' sustanzi prijoritarji minn sors wieħed u minn sorsi mxerrda kif imsemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE, jidher li jkun aktar effettiv meta mqabbel ma' l-ispiża u proporzjonat għall-Istati Membri jekk jinkludu, fejn meħtieġ, flimkien ma' l-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni Komunitarja eżistenti oħra, miżuri adegwati ta' kontroll, skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, fil-programm ta' miżuri li għandu jiġi żviluppat għal kull distrett ta' baċir ta' xmara skond l-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva.

(7)

Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta' sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE (5) tistabbilixxi l-ewwel lista ta' 33 sustanza jew grupp ta' sustanzi li ġew ipprijoritizzati għal azzjoni fil-livell Komunitarju. Fost dawk is-sustanzi prijoritarji, ċerti sustanzi ġew identifikati bħala sustanzi prijoritarji perikolużi li għalihom l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri meħtieġa bil-għan li jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf ta' sustanzi prijoritarji perikolużi. Xi sustanzi kienu qegħdin jiġu riveduti u għandhom jiġu kklassifikati. Il-Kummissjoni għandha tkompli tirrivedi l-lista ta' sustanzi prijoritarji, filwaqt li tipprijoritarizza lil sustanzi għal azzjoni abbażi ta' kriterji maqbula li juru r-riskju għal, jew vija, l-ambjent akwatiku, skond l-iskeda ta' żmien prevista fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE, u tressaq proposti skond il-ħtieġa.

(8)

Mill-perspettiva ta' l-interess Komunitarju u għal regolamentazzjoni aktar effettiva tal-protezzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ, huwa xieraq li jiġu stabbiliti EAS għall-kontaminanti kklassifikati bħala sustanzi prijoritarji fil-livell Komunitarju u li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu, fejn meħtieġ, regoli għall-kontaminanti li jifdal fil-livell nazzjonali, suġġetti għall-applikazzjoni ta' regoli Komunitarji rilevanti. Minkejja dan, tmien kontaminati li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-valuri ta' limitu u oġġettivi ta' kwalità għar-rilaxx ta' ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta' l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE (6) u li jifformaw parti mill-grupp ta' sustanzi li għalihom l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb sa l-2015, suġġett għall-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, ma kinux inklużi fil-lista ta' sustanzi prijoritarji. Madankollu, l-istandards komuni stabbiliti għal dawk il-kontaminanti wrew li kienu utli u huwa xieraq li tinżamm regolamentazzjoni ta' l-istandards tagħhom fil-livell Komunitarju.

(9)

Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-objettivi attwali ta' kwalità ambjentali, stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE tat-22 ta' Marzu 1982 dwar il-valuri ta' limitu u l-objettivi tal-kwalità għall-iskariki ta' merkurju mill-industrija ta' l-elettrosi tal-kloruri alkalini (7), id-Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas-26 ta' Settembru 1983 dwar il-valuri ta' limitu u objettivi ta' kwalità għar-rilaxx tal-kadmju (8), id-Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat-8 ta' Marzu 1984 dwar il-valuri ta' limitu u l-objettivi ta' kwalità għar-rilaxx ta' merkurju minn setturi li mhumiex dawk ta' l-industrija ta' l-elettroliżi tal-chlor-alkali (9), id-Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad-9 ta' Ottubru 1984 dwar il-valuri ta' limitu u l-objettivi ta' kwalità għar-rilaxx ta' hexachlorocyclohexane (10) u d-Direttiva 86/280/KEE se jsiru superfluwi u għandhom jitħassru.

(10)

L-ambjent akkwatiku jista' jiġi milqut minn tniġġis kimiku kemm fuq perijodu qasir kif ukoll fuq perijodu fit-tul u għalhekk sabiex jiġu stabbiliti l-EQS għandha tintuża d-data dwar l-effetti akuti u d-data dwar l-effetti kroniċi. Sabiex ikun żgurat li l-ambjent akkwatiku u s-saħħa tal-bniedem ikunu protetti b'mod xieraq, l-EQS, espressi bħala valur medju annwali, għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jipprovdi protezzjoni kontra l-espożizzjoni f'perijodu fit-tul, u għandhom jiġu stabbiliti konċentrazzjonijiet massimi permissibbli għall-protezzjoni kontra l-espożizzjoni f'perijodu qasir.

(11)

Skond ir-regoli stabbiliti fit-Taqsima 1.3.4. ta' l-Anness V mad-Direttiva 2000/60/KE, meta jsir il-monitoraġġ tal-konformità ma' l-EQS, inklużi dawk espressi bħala konċentrazzjonijiet massimi permissibbli, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu metodi ta' statistika, bħal kalkolu perċentili, sabiex jittrattaw outliers (devjazzjonijiet estremi mill-medja) u qari falz sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta' kunfidenza u preċiżjoni. Sabiex tkun żgurata l-komparabbiltà tal-monitoraġġ bejn l-Istati Membri, huwa xieraq li jkun previst għall-istabbiliment ta' regoli dettaljati għal tali metodi statistiċi permezz tal-proċedura ta' kumitat.

(12)

L-istabbiliment tal-valuri ta' l-EQS f'livell Komunitarju għandu, f'dan l-istadju, għall-maġġoranza tas-sustanzi ikun limitat għall-ilma tal-wiċċ biss. Madankollu, fir-rigward tal-eksaklorobenżin (hexachlorobenzene), l-eksaklorobutadien (hexachlorobutadiene) u l-merkurju, mhuwiex possibbli li tiġi żgurata protezzjoni kontra effetti indiretti u avvelenament sekondarju fil-livell Komunitarju permezz ta' EQS għall-ilma tal-wiċċ biss. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti EQS għall-bijota fil-livell Komunitarju għal dawk it-tliet sustanzi. Sabiex l-Istati Membri jkunu permessi flessibbiltà skond l-istrateġija ta' monitoraġġ tagħhom, huma għandhom ikunu jistgħu jew jimmonitorjaw u japplikaw dawk l-EQS għall-bijota, jew jistabbilixxu EQS aktar stretti għall-ilma tal-wiċċ li jipprovdu l-istess livell ta' protezzjoni.

(13)

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu EQS għas-sediment u/jew il-bijota f'livell nazzjonali u japplikaw dawk l-EQS minflok l-EQS għall-ilma stabbiliti f'din id-Direttiva. Tali EQS għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' proċedura trasparenti li tinvolvi notifiki lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħrajn sabiex ikun żgurat livell ta' protezzjoni ekwivalenti għall-EQS għall-ilma stabbilit fil-livell Komunitarju. Il-Kummissjoni għandha tiġbor fil-qosor dawn in-notifiki fir-rapporti tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE. Barra minn hekk, billi s-sediment u l-bijota jibqgħu matriċi importanti għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi mill-Istati Membri, sabiex jiġu vvalutati l-impatti fuq perijodu fit-tul ta' l-attività u x-xejriet antropoġeniċi, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, suġġett għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, bil-għan li jiżguraw li livelli eżistenti tal-kontaminazzjoni fil-bijota u s-sedimenti ma jiżdidux sinifikament.

(14)

L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (11) u jimmaniġġaw korpi fl-ilma tal-wiċċ użati għall-estrazzjoni ta' l-ilma għax-xorb skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tiġi implimentata mingħajr preġudizzju għal dawk ir-rekwiżiti li jistgħu jeħtieġu standards aktar stretti.

(15)

Fil-viċinanza ta' rilaxx minn punti ta' sors il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti huma normalment ogħla mill-konċentrazzjonijiet ambjentali fl-ilma. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħmlu użu minn żoni ta' taħlit, sakemm dawn ma jaffettwawx il-konformità tal-bqija tal-korp ta' l-ilma tal-wiċċ ma' l-EQS rilevanti. Il-limiti taż-żoni ta' taħlit għandhom ikunu ristretti għall-prossimità tal-punt ta' skariku u jkunu proporzjonati.

(16)

Huwa meħtieġ li tkun ivverifikata l-konformità ma' l-objettivi għal waqfien jew waqfien f'fażijiet, u t-tnaqqis, kif speċifikat fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2000/60/KE, li l-valutazzjoni ta' konformità ma' dawn l-obbligi ssir b'mod trasparenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsiderazzjoni ta' emissjonijiet, rilaxx u telf sinifikanti bħala riżultat ta' l-attivitajiet tal-bniedem. Barra minn hekk, skeda ta' żmien għal waqfien jew waqfien f'fażijiet, u tnaqqis, tista' tkun relatata biss ma' inventarju. Għandha tkun possibbli wkoll il-valutazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(4) sa (7) tad-Direttiva 2000/60/KE. Bl-istess mod, hija meħtieġa għodda adatta għall-kwantifikazzjoni ta' telf ta' sustanzi li jseħħ b'mod naturali, jew li jirriżulta minn proċessi naturali, fejn il-waqfien komplet jew il-waqfien f'fażijiet mis-sorsi potenzjali kollha huwa impossibbli. Sabiex jissodisfa dawk il-ħtiġijiet, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju ta' emissjonijiet, rilaxx u telf għal kull distrett ta' baċir ta' xmara jew parti minn distrett ta' baċir ta' xmara fit-territorju tiegħu.

(17)

Sabiex ikun evitat xogħol doppju sabiex jiġu stabbiliti dawk l-inventarji u sabiex tkun żgurata koerenza ta' dawk l-inventarji ma' għodda oħrajn eżistenti fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ, l-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni miġbura taħt id-Direttiva 2000/60/KE u taħt ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (12).

(18)

Sabiex ikunu riflessi aħjar il-ħtiġijiet tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu perijodu ta' referenza ta' sena adatt sabiex jitkejlu l-entrati bażiċi ta' l-inventarju. Madankollu, għandu jittieħed kont tal-fatt li t-telf mill-applikazzjoni tal-pestiċidi jista' jvarja b'mod konsiderevoli minn sena għal oħra minħabba rati ta' applikazzjoni differenti, per eżempju minħabba kondizzjonijiet klimatiċi differenti. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu perijodu ta' referenza ta' 3 snin għal ċerti sustanzi koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (13).

(19)

Sabiex isir l-aħjar użu mill-inventarju, huwa kunsiljabbli li tiġi stabbilita data ta' skadenza għall-Kummissjoni sabiex tivverifika li l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf qegħdin jagħmlu progress lejn il-konformità ma' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2000/60/KE, suġġett għall-Artikolu 4(4) u (5) ta' dik id-Direttiva.

(20)

Bosta Stati Membri huma affetwati minn tniġġis li s-sors tiegħu jkun jinsab barra l-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom. Għalhekk jixraq li jiġi kkjarifikat li Stat Membru ma jkunx fi ksur ta' l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva bħala riżultat tal-qabża ta' l-EQS minħabba tali tniġġis transkonfinali sakemm ikunu rispettati ċerti kondizzjonijiet u jkun ħa vantaġġ, kif xieraq, tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE.

(21)

Abbażi ta' rapporti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali speċifiċi għall-Komunità kollha u, jekk xieraq, tagħmel proposti rilevanti.

(22)

Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi li huma persistenti, bijoakkumulativi u tossiċi, kif ukoll ta' sustanzi oħrajn ta' tħassib ekwivalenti, partikolarment persistenti ħafna u bijoakkumulativi ħafna, kif imsemmija fid-Direttiva 2000/60/KE, huma stabbiliti fid-Dokument Tekniku ta' Gwida għall-Valutazzjoni tar-Riskju bħala appoġġ tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/67/KEE ta' l-20 ta' Lulju 1993 li tistabbilixxi l-prinċipji għall-istimi ta' riskju għall-bniedem u l-ambjent tas-sustanzi nnotifikati skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (14), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għall-studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta' materjali eżistenti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (15), u d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (16). Sabiex tkun żgurata l-konsistenza tal-leġislazzjoni Komunitarja differenti, dawn il-kriterji biss għandhom ikunu applikati għas-sustanzi taħt reviżjoni skond id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE, u l-Anness X mad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi sostitwit kif meħtieġ.

(23)

L-obbligi stabbiliti fid-Direttivi elenkati fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE diġà huma inkorporati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (17) u fid-Direttiva 2000/60/KE u, ta' l-inqas, l-istess livell ta' protezzjoni huwa ggarantit jekk l-EQS jinżammu jew jiġu riveduti. Sabiex ikun żgurat approċċ konsistenti għat-tniġġis kimiku ta' l-ilmijiet tal-wiċċ u sabiex tkun issimplifikata u ċċarata l-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti f'dak il-qasam, huwa meħtieġ li jitħassru, skond id-Direttiva 2000/60/KE, b'effett mit-22 ta' Diċembru 2012, id-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE.

(24)

Ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2000/60/KE, b'mod partikolari dawk tal-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent ġew ikkunsidrati.

(25)

Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (18), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, l-iskedi tagħhom stess li, sa fejn hu possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

(26)

Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-kisba ta' status kimiku tajjeb ta' l-ilma tal-wiċċ billi jiġu stabbiliti EQS għal sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħrajn, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista', għalhekk, permezz taż-żamma ta' l-istess livell ta' protezzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ fil-Komunità kollha, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(27)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (19).

(28)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li temenda l-punt 3 tal-parti B ta' l-Anness I. Minħabba li dik il-miżura għandha għan ġenerali u hija mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jew li tissupplimentah b'elementi mhux essenzjali ġodda, hija għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb ta' l-ilma tal-wiċċ u konformement mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, din id-Direttiva tistabbilixxi standards ta' kwalità ambjentali (EQS) għal sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħrajn kif previst fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE għandhom japplikaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Standards ta' kwalità ambjentali

1.   Skond l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A ta' l-Anness I ma' din id-Direttiva fl-ilmijiet tal-wiċċ.

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS fl-ilmijiet tal-wiċċ skond ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw EQS għas-sediment u/jew il-bijota minflok dawk stabbiliti fil-Parti A ta' l-Anness I, f'ċerti kategoriji ta' ilma tal-wiċċ. L-Istati Membri li japplikaw din l-għażla għandhom:

(a)

japplikaw, għall-merkurju u l-komposti tiegħu, EQS ta' 20 μg/kg, u/jew għall-eksaklorobenżin, EQS ta' 10g/kg, u/jew għall-eksaklorobutadien, EQS ta' 55 μg/kg, fejn dawn l-EQS huma għal tessuti tal-priża (piż bil-likwidu), bl-għażla ta' l-indikatur l-aktar adatt minn fost il-ħut, il-molluski, il-krustaċji u bijota oħra;

(b)

jistabbilixxu u japplikaw EQS oħrajn li m'humiex imsemmija fil-punt (a) għas-sediment u/jew il-bijota għal sustanzi speċifikati. Dawn l-EQS għandhom joffru mill-inqas l-istess livell ta' protezzjoni bħall-EQS għall-ilma stabbilit fil-Parti A ta' l-Anness I;

(ċ)

jiddeterminaw, għas-sustanzi msemmija fil-punti (a) u (b), il-frekwenza ta' monitoraġġ fil-bijota u/jew is-sediment. Madankollu, il-monitoraġġ għandu jsir mill-inqas darba fis-sena, sakemm teknika u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor; u

(d)

jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħrajn, permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2000/60/KE, dwar is-sustanzi li għalihom ġew stabbiliti EQS skond il-punt (b), ir-raġunijiet u l-bażi għall-użu ta' dan l-approċċ, l-EQS alternattivi li ġew stabbiliti, inklużi d-data u l-metodoloġija li bihom dawn ġew derivati, il-kategoriji ta' l-ilma tal-wiċċ li għalihom dawn ikunu japplikaw, u l-frekwenza ta' monitoraġġ ippjanat, flimkien mal-ġustifikazzjoni għal dik il-frekwenza.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi sommarju tan-notifikati skond il-punt (d) hawn fuq u n-nota (viii) għall-Parti A ta' l-Anness I fir-rapporti ppublikati skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2000/60/KE

3.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw l-analiżi tat-tendenza għall-perijodu fit-tul ta' konċentrazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi prijoritarji elenkati fil-Parti A ta' l-Anness I, li għandhom tendenza jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota (b'konsiderazzjoni partikolari mogħtija lis-sustanzi numri 2, 5, 6, 7, 12, 15, 16, 17, 18, 20, 21, 26, 28 u 30) abbażi tal-monitoraġġ ta' l-istatus ta' l-ilma mwettaq skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. Huma għandhom jieħdu l-miżuri mmirati biex jassiguraw, suġġett għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, li tali konċentrazzjonijiet ma jiżdidux sinifikament fis-sediment u/jew fil-bijota rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-frekwenza ta' monitoraġġ fis-sediment u/jew fil-bijota sabiex jipprovdu data suffiċjenti għal analiżi tat-tendenza affidabbli għall-perijodu fit-tul. Bħala linja gwida, il-monitoraġġ għandu jsir kull tliet snin, sakemm il-konoxxenza teknika u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor.

4.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress tekniku u xjentifiku, inkluża l-konklużjoni ta' valutazzjonijiet tar-riskju kif imsemmija fl-Artikolu 16(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-informazzjoni mir-reġistrazzjoni ta' sustanzi li jsiru disponibbli pubblikament skond l-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u, jekk meħtieġ, tipproponi r-reviżjoni ta' l-EQS stabbiliti fil-Parti A ta' l-Anness I ma' din id-Direttiva skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat f'konformità ma' l-iskeda ta' żmien prevista fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE.

5.   Il-Punt 3 ta' Parti B ta' l-Anness I ma' din id-Direttiva jista' jiġi emendat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Artikolu 4

Żoni ta' taħlit

1.   L-Istati Membri jistgħu jinnominaw żoni ta' taħlit ħdejn il-punti ta' rilaxx. Il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminant wieħed jew aktar f'tali żoni ta' taħlit jistgħu jeċċedu l-EQS rilevanti jekk huma ma jaffettwawx il-konformità tal-kumplament ta' l-ilma tal-wiċċ ma' dawk l-istandards.

2.   L-Istati Membri li jinnominaw żoni ta' taħlit għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' l-approċċi u l-metodoloġiji applikati sabiex jiġu derivati tali żoni fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċin ta' xmara magħmula skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.

3.   L-Istati Membri li jinnominaw żoni ta' taħlit għandhom jiżguraw li l-firxa ta' kwalunkwe tali żona hija:

(a)

ristretta għall-viċinanza tal-punt ta' rilaxx;

(b)

proporzjonata, b'konsiderazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti fil-punt ta' rilaxx u tal-kondizzjonijiet dwar emissjonijiet ta' kontaminanti li jinsabu fir-regolamenti ta' qabel, bħal awtorizzazzjonijiet u/jew permessi, imsemmijin fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE u kwalunkwe liġi Komunitarja rilevanti oħra, skond l-applikazzjoni ta' l-aħjar tekniki disponibbli u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, partikolarment wara li dawk ir-regolamenti ta' qabel jiġu riveduti.

Artikolu 5

Inventarju ta' emissjonijiet, rilaxx u telf

1.   Bl-użu ta' l-informazzjoni miġbura skond l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u skond ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju ta' l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf tas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti kollha elenkati fil-Parti A ta' l-Anness I ma' din id-Direttiva għal kull distrett ta' baċin ta' xmara jew parti minn distrett ta' baċin ta' xmara li jkun fit-territorju tagħhom.

2.   Il-perijodu ta' referenza għall-istima tal-valuri tal-kontaminanti li għandhom jitniżżlu fl-inventarji msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta' sena waħda bejn l-2008 u l-2010.

Madankollu, għas-sustanzi prijoritarji jew il-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, l-entrati jistgħu jiġu kkalkolati bħala l-medja tas-snin 2008, 2009 u 2010.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-inventarji stabbiliti skond il-paragrafu 1, inklużi l-perijodi ta' referenza rispettivi, skond ir-rekwiżiti ta' rappurtar taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.

4.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-inventarji tagħhom bħala parti mir-reviżjonijiet ta' l-analiżi speċifikati fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Il-perijodu ta' referenza għall-istabbiliment ta' valuri fl-inventarji aġġornati għandu jkun is-sena ta' qabel ma jkollha titlesta dik l-analiżi. Għas-sustanzi prijoritarji jew il-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, l-entrati jistgħu jiġu kkalkolati bħala l-medja tat-tliet snin ta' qabel it-tlestija ta' dik l-analiżi.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-inventarji aġġornati fil-pjanijiet aġġornati tagħhom ta' ġestjoni tal-baċin ta' xmara kif stabbilit fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

5.   Il-Kummissjoni għandha, sa l-2025, tivverifika li l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf kif jidhru fl-inventarju qed jagħmlu progress lejn konformità ma' l-objettivi ta' tnaqqis jew waqfien stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE, suġġett għall-Artikolu 4(4) u (5) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 6

Tniġġis transkonfinali

1.   Stat Membru m'għandux jitqies bħala li qed jikser l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva bħala riżultat tal-qbiż tal-limitu ta' EQS jekk jista' juri li:

(a)

il-qbiż tal-limitu kien dovut għal sors ta' tniġġis barra l-ġurisdizzjoni nazzjonali tiegħu; u

(b)

minħabba f'tali tniġġis transkonfinali huwa ma setax jieħu miżuri effettivi sabiex jikkonforma ma' l-EQS rilevanti; u

(ċ)

huwa kien applika l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/60/KE u, kif xieraq, kien ħa vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(4), (5) u (6) ta' dik id-Direttiva għal dawk l-ilmijiet affettwati mit-tniġġis transkonfinali.

2.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/60/KE sabiex jiġu pprovduti lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u sommarju tal-miżuri meħuda f'relazzjoni mat-tniġġis transkonfinali fil-pjan rilevanti ta' ġestjoni tal-baċin ta' xmara skond ir-rekwiżiti ta' rappurtar taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Artikolu 7

Reviżjoni

Abbażi ta' rapporti mill-Istati Membri, inklużi rapporti skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/60/KE u partikolarment dawk dwar it-tniġġis transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-ħtieġa għal miżuri speċifiċi addizzjonali mifruxin mal-Komunità kollha, bħall-kontrolli ta' l-emissjonijiet. Hija għandha tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tar-rapport imħejji skond l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti rilevanti.

Artikolu 8

L-emendament tad-Direttiva 2000/60/KE

L-Anness X mad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi sostitwit mit-test li jinsab fl-Anness II ma' din id-Direttiva.

Artikolu 9

L-emendament tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE

1.   L-Anness II mad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE u 84/491/KEE rispettivament għandu jitħassar.

2.   L-Intestaturi B fit-Taqsimiet I sa XI ta' l-Anness II mad-Direttiva 86/280/KEE għandhom jitħassru.

Artikolu 10

It-tħassir tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE

1.   Id-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE għandhom jitħassru b'effett mit-22 ta' Diċembru 2012.

2.   Qabel it-22 ta' Diċembru 2012, l-Istati Membri jistgħu jwettqu l-monitoraġġ u r-rappurtar skond l-Artikoli 5, 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE minflok ma jwettqu dawn skond id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa … (20).

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 97, 28.4.2007, p. 3.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 20 ta' Diċembru 2007 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

(5)  ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).

(7)  ĠU L 81, 27.3.1982, p. 29. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/692/KEE.

(8)  ĠU L 291, 24.10.1983, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/692/KEE.

(9)  ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/692/KEE.

(10)  ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/692/KEE.

(11)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005.

(12)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(13)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/50/KE (ĠU L 202, 3.8.2007, p. 15).

(14)  ĠU L 227, 8.9.1993, p. 9.

(15)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.

(16)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(17)  ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26.

(18)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(19)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(20)  18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

Standards ta' kwalità ambjentali għal sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħrajn

PARTI A: STANDARDS TA' KWALITÀ AMBJENTALI (EQS)

AA: medja annwali;

MAC: konċentrazzjoni massima permissibbli;

Unità: [μg/l].

Nru

Isem tas-sustanza

Numru CAS (1)

AA-EQS (2)

Ilmijiet tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta (3)

AA-EQS (2)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

MAC-EQS (4)

Ilmijiet tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta (3)

MAC-EQS (4)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(1)

Alaklor

15972-60-8

0,3

0,3

0,7

0,7

(2)

Antraċen

120-12-7

0,1

0,1

0,4

0,4

(3)

Atrażin

1912-24-9

0,6

0,6

2,0

2,0

(4)

Benżin

71-43-2

10

8

50

50

(5)

Difeniletere brominat (5)

32534-81-9

0,0005

0,0002

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(6)

Kadmju u l-komposti tiegħu

(skond il-klassijiet ta' l-ebusija ta' l-ilma) (6)

7440-43-9

≤ 0,08 (Klassi 1)

0,08 (Klassi 2)

0,09 (Klassi 3)

0,15 (Klassi 4)

0,25 (Klassi 5)

0,2

≤ 0,45 (Klassi 1)

0,45 (Klassi 2)

0,6 (Klassi 3)

0,9 (Klassi 4)

1,5 (Klassi 5)

 

(6a)

Tetraklorur tal-karbonju (7)

56-23-5

12

12

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(7)

C10-13 kloroalkani

85535-84-8

0,4

0,4

1,4

1,4

(8)

Klorfenvinfos

470-90-6

0,1

0,1

0,3

0,3

(9)

Klorpirifos (Klorpirifos-etil)

2921-88-2

0,03

0,03

0,1

0,1

(9a)

Pestiċidi miċ-ċiklodien:

Aldrin (7)

Dieldrin (7)

Endrin (7)

Isodrin (7)

309-00-2

60-57-1

72-20-8

465-73-6

Σ = 0,01

Σ = 0,005

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(9b)

DDT totali (8)  (7)

mhux applikabbli

0,025

0,025

mhux applikabbli

mhux applikabbli

para-para-DDT (7)

50-29-3

0,01

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(10)

1,2-Dikloroetan

107-06-2

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(11)

Diklorometan

75-09-2

20

20

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(12)

Di(2-etileksil)-ftalat (DEHP)

117-81-7

1,3

1,3

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(13)

Diuron

330-54-1

0,2

0,2

1,8

1,8

(14)

Endosulfan

115-29-7

0,005

0,0005

0,01

0,004

(15)

Fluworanten

206-44-0

0,1

0,1

1

1

(16)

Eksaklorobenżin

118-74-1

0,01 (9)

0,01 (9)

0,05

0,05

(17)

Eksaklorobutadien

87-68-3

0,1 (9)

0,1 (9)

0,6

0,6

(18)

Eksakloroċikloħexan

608-73-1

0,02

0,002

0,04

0,02

(19)

Isoproturon

34123-59-6

0,3

0,3

1,0

1,0

(20)

Ċomb u l-komposti tiegħu

7439-92-1

7,2

7,2

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(21)

Merkurju u l-komposti tiegħu

7439-97-6

0,05 (9)

0,05 (9)

0,07

0,07

(22)

Naftalen

91-20-3

2,4

1,2

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(23)

Nikil u l-komposti tiegħu

7440-02-0

20

20

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(24)

Nonilfenol

(4-Nonilfenol)

104-40-5

0,3

0,3

2,0

2,0

(25)

Oktilfenol

(4-(1,1',3,3'-tetrametilbutil)-fenol)

140-66-9

0,1

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(26)

Pentaklorobenżin

608-93-5

0,007

0,0007

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(27)

Pentaklorofenol

87-86-5

0,4

0,4

1

1

(28)

Idrokarburi poliaromatiċi (PAH) (10)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Benzo(a)piren

50-32-8

0,05

0,05

0,1

0,1

Benzo(b)fluworanten

205-99-2

Σ = 0,03

Σ = 0,03

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Benzo(k)fluworanten

207-08-9

Benzo(g,h,i)perilen

191-24-2

Σ = 0,002

Σ = 0,002

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Indeno(1,2,3-cd)piren

193-39-5

(29)

Simażin

122-34-9

1

1

4

4

(29a)

Tetrakloroetilen (7)

127-18-4

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(29b)

Trikloroetilen (7)

79-01-6

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(30)

Komposti ta' Tributiltin (katjonu ta' Tributiltin)

36643-28-4

0,0002

0,0002

0,0015

0,0015

(31)

Triklorobenżini

12002-48-1

0,4

0,4

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(32)

Trikolorometan

67-66-3

2,5

2,5

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(33)

Trifluralin

1582-09-8

0,03

0,03

mhux applikabbli

mhux applikabbli

PARTI B: APPLIKAZZJONI TA' L-EQS PREVISTI FIL-PARTI A

1.

Il-kolonni 4 u 5 tat-Tabella: Għal kwalunkwe korp ta' ilma tal-wiċċ partikolari, li japplika l-AA-EQS tfisser li, għal kull punt ta' monitoraġġ rappreżentattiv fil-korp ta' l-ilma, il-medja aritmatika tal-konċentrazzjonijiet imkejla fi żminijiet differenti matul is-sena, ma taqbiżx l-istandard.

Il-kalkolu tal-medja aritmatika u l-metodu analitiku li jintużaw għandhom ikunu f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/… ta' … li tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitoraġġ kimiku u għall-kwalità tar-riżultati analitiċi skond id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), inkluż kif jiġi applikat EQS fejn m'hemm l-ebda metodu analitiku xieraq li jilħaq il-kriterji ta' prestazzjoni minimi.

2.

Il-kolonni 6 u 7 tat-Tabella: Għal kwalunkwe korp ta' ilma tal-wiċċ partikolari, li japplika l-MAC-EQS tfisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta' monitoraġġ rappreżentattiv fil-korp ta' l-ilma, ma taqbiżx l-istandard.

Madankollu, f'konformità mat-taqsima 1.3.4 ta' l-Anness V mad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu metodi ta' statistika, bħal kalkolu perċentwali, sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta' fiduċja u preċiżjoni għad-determinazzjoni ta' konformità ma' l-MAC-EQS. Jekk jagħmlu hekk, dawn il-metodi ta' statistika għandhom ikunu konformi mar-regoli dettaljati stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE.

3.

Bl-eċċezzjoni tal-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju u n-nikil (minn issa 'l quddiem “metalli”) l-EQS stabbiliti f'dan l-Anness huma espressi bħala konċentrazzjonijiet totali fil-kampjun kollu ta' l-ilma. Fil-każ ta' metalli, l-EQS jirreferi għall-konċentrazzjoni maħlula, jiġifieri l-fażi maħlula ta' kampjun ta' l-ilma miksuba b'filtrazzjoni permezz ta' filter 0,45 μm jew kwalunkwe pretrattament ekwivalenti.

L-Istati Membri jistgħu, meta jivvalutaw ir-riżultati ta' monitoraġġ ma' l-EQS, jieħdu kont ta':

(a)

konċentrazzjonijiet ta' l-isfond naturali għall-metalli u l-komponenti tagħhom, jekk dawn jimpedixxu l-konformità mal-valur ta' l-EQS; u

(b)

l-ebusija, il-pH jew parametri oħrajn tal-kwalità ta' l-ilma li jaffettwaw il-bijodisponibbiltà tal-metalli.


(1)  CAS: Is-Servizz ta' l-Astratti Kimiċi.

(2)  Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala valur medju annwali (AA-EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali ta' l-isomeri kollha.

(3)  L-ilmijiet tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta jkopru xmajjar u lagi u korpi ta' l-ilma relatati li jkunu artifiċjali jew modifikati ħafna.

(4)  Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala l-konċentrazzjoni massima permessa (MAC-EQS). Fejn il-MAC-EQS huma mmarkati bħala “mhux applikabbli”, il-valuri AA-EQS huma kkunsidrati bħala protettivi kontra apiċi ta' tniġġis għall-perijodu qasir f'rilaxx kontinwu, billi huma signifikament aktar baxxi mill-valuri miksubin abbażi ta' tossiċità qawwija.

(5)  Għall-grupp ta' sustanzi prijoritarji koperti mid-difenileteri brominati (Nru 5) elenkati fid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE, huwa stabbilit EQS biss għan-numri ta' l-istess klassi 28, 47, 99, 100, 153 u 154.

(6)  Għall-Kadmju u l-komponenti tiegħu (Nru 6) il-valuri EQS ivarjaw skond l-ebusija ta' l-ilma kif speċifikat f'ħames kategoriji ta' klassi (il-Klassi 1: < 40 mg CaCO3/l, Klassi 2: 40 to < 50 mg CaCO3/l, Klassi 3: 50 to < 100 mg CaCO3/l, Klassi 4: 100 to < 200 mg CaCO3/l u Klassi 5: ≥ 200 mg CaCO3/l).

(7)  Din is-sustanza mhijiex sustanza prijoritorja iżda waħda mill-kontaminanti l-oħrajn li għalihom, l-EQS huma identiċi għal dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni li kienet tapplika qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(8)  Id-DDT totali jikkonsisti mill-għadd ta' l-isomeri 1,1,1-trikloro-2,2 bis (p-klorifenil) etan (Numru CAS 50-29-3; Numru EU 200-024-3); 1,1,1-trikloro-2 (o-klorofenil)-2-(p-klorifenil) etan (Numru CAS 789-02-6; Numru EU 212-332-5); 1,1-dikloro-2,2 bis (p-klorifenil) etilen (Numru CAS 72-55-9; Numru EU 200-784-6); u 1,1-dikloro-2,2 bis (p-klorifenil) etan (Numru CAS 72-54-8; Numru EU 200-783-0).

(9)  Jekk l-Istati Membri ma japplikawx l-EQS għall-bijota, huma għandhom jintroduċu EQS aktar stretti għall-ilma sabiex jilħqu l-istess livell ta' protezzjoni bħall-EQS għall-bijota stabbilit fl-Artikolu 3(2). Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2000/60/KE, dwar ir-raġunijiet u l-bażi għall-użu ta' dan l-approċċ, l-EQS alternattiv għall-ilma stabbilit, inkluż id-data u l-metodoloġija li biha nkisbu, u l-kategoriji tal-wiċċ ta' l-ilma li japplikaw għalihom.

(10)  Għall-grupp ta' sustanzi prijoritarji ta' idrokarboni poliaromatiċi (PAH) (Nru 28), huwa applikabbli kull EQS individwali, jiġifieri għandhom jintlaħqu l-EQS għall-Benzo(a)piren, l-EQS għall-għadd ta' Benzo(b)fluworanten u Benzo(k)fluworanten u l-EQS għall-għadd ta' Benzo(g,h,i)perilen u Indeno(1,2,3-cd)piren.

(11)  ĠU L …


ANNESS II

L-Anness X mad-Direttiva 2000/60/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS X

Lista ta' sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika ta' l-ilma

Numru

Numru CAS (1)

Numru EU (2)

Isem tas-sustanza prijoritarja (3)

Identifikat bħala sustanza perikoluża prijoritarja

(1)

15972-60-8

240-110-8

Alaklor

 

(2)

120-12-7

204-371-1

Antraċen

X

(3)

1912-24-9

217-617-8

Atrażin

 

(4)

71-43-2

200-753-7

Benżin

 

(5)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Difeniletere brominat (4)

X (5)

 

32534-81-9

mhux applikabbli

Pentabromodifeniletere (numri ta' l-istess klassi 28, 47, 99, 100, 153 u 154) (3)

 

(6)

7440-43-9

231-152-8

Kadmju u l-komposti tiegħu

X

(7)

85535-84-8

287-476-5

Kloroalkani, C10-13  (4)

X

(8)

470-90-6

207-432-0

Klorfenvinfos

 

(9)

2921-88-2

220-864-4

Klorpirifos

(Klorpirifos-etil)

 

(10)

107-06-2

203-458-1

1,2-dikloroetan

 

(11)

75-09-2

200-838-9

Diklorometan

 

(12)

117-81-7

204-211-0

Di(2-etileksil)ftalat (DEHP)

 

(13)

330-54-1

206-354-4

Diuron

 

(14)

115-29-7

204-079-4

Endosulfan

X

(15)

206-44-0

205-912-4

Fluworanten (6)

 

(16)

118-74-1

204-273-9

Eksaklorobenżin

X

(17)

87-68-3

201-765-5

Eksaklorobutadien

X

(18)

608-73-1

210-158-9

Eksakloroċikloħexan

X

(19)

34123-59-6

251-835-4

Isoproturon

 

(20)

7439-92-1

231-100-4

Ċomb u l-komposti tiegħu

 

(21)

7439-97-6

231-106-7

Merkurju u l-komposti tiegħu

X

(22)

91-20-3

202-049-5

Naftalen

 

(23)

7440-02-0

231-111-14

Nikil u l-komposti tiegħu

 

(24)

25154-52-3

246-672-0

Nonilfenol

X

 

104-40-5

203-199-4

(4-(para)nonilfenol) (3)

X

(25)

1806-26-4

217-302-5

Oktilfenol

 

 

140-66-9

mhux applikabbli

(4-(1,1',3,3'-tetrametilbutil)-fenol) (3)

 

(26)

608-93-5

210-172-5

Pentaklorobenżin

X

(27)

87-86-5

231-152-8

Pentaklorofenol

 

(28)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Idrokarburi poliaromatiċi

X

 

50-32-8

200-028-5

(Benzo(a)piren)

X

 

205-99-2

205-911-9

(Benzo(b)fluworanten)

X

 

191-24-2

205-883-8

(Benzo(g,h,i)perilen)

X

 

207-08-9

205-916-6

(Benzo(k)fluworanten)

X

 

193-39-5

205-893-2

(Indeno(1,2,3-cd)piren)

X

(29)

122-34-9

204-535-2

Simażin

 

(30)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Komposti ta' Tributiltin

X

 

36643-28-4

mhux applikabbli

Katjonu ta' Tributiltin

X

(31)

12002-48-1

234-413-4

Triklorobenżini

 

(32)

67-66-3

200-663-8

Triklorometan (kloroform)

 

(33)

1582-09-8

216-428-8

Trifluralin

 


(1)  CAS: Is-Servizz ta' l-Astratti Kimiċi.

(2)  Numru-EU: L-Inventarju Ewropew ta' Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)  Fejn ikunu ntgħażlu gruppi ta' sustanzi, qed jiġu elenkati rappreżentattivi individwali tipiċi bħala parametri indikattivi (fil-parentesi u mingħajr numru). Għal dawn il-gruppi ta' sustanzi, il-parametru indikattiv għandu jiġi definit permezz tal-metodu analitiku.

(4)  Dawn il-gruppi ta' sustanzi normalment jinkludu numru konsiderevoli ta' komponenti individwali. Attwalment, ma jistgħux jinagħtaw parametri indikattivi xierqa.

(5)  Pentabromodifeniletere biss (numru CAS 32534-81-9).

(6)  Il-fluworanten jinsab fil-lista bħala indikatur ta' idrokarboni poliaromatiċi oħra li huma aktar perikolużi.”


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   DAĦLA

Il-Kummissjoni adottat f'Lulju 2006, il-proposta tagħha għal Direttiva dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE.

Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari f'Mejju 2007.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali adotta l-opinjoni tiegħu f'April 2007 (1). Il-Kumitat tar-Reġjuni ma tax opinjoni.

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu fl-20 ta' Diċembru 2007.

II.   OBJETTIV

Id-Direttiva proposta tistabbilixxi standards ta' kwalità ambjentali (EQS) għal sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħrajn, kif previst fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE (id-“direttiva qafas dwar l-ilma”).

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Ġenerali

Il-pożizzjoni komuni tinkorpora bosta mill-emendi tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari, verbatim, parzjalment jew fl-ispirtu. Madankollu, hija ma tirriflettix il-maġġoranza ta' l-emendi, għax il-Kunsill jaqbel mal-Kummissjoni li dawn m'humiex meħtieġa u/jew mixtieqa.

Il-pożizzjoni komuni tinkludi wkoll għadd ta' bidliet minbarra dawk maħsuba fl-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari. It-taqsimiet li ġejjin jiddeskrivu l-bidliet ta' sustanza. Barra min dan, hemm bidliet ta' abbozzar biex jikkjarifikaw it-test jew biex tiġi żgurata l-koerenza globali tad-Direttiva.

2.   Suġġett u definizzjonijiet (l-Artikoli 1 u 2)

L-Artikolu 1 huwa parzjalment konsistenti ma' l-emenda 20, fis-sens li jikkjarifika li d-Direttiva tistabbilixxi EQS bil-għan li jintlaħaq status kimiku tajjeb skond id-dispożizzjonijiet u l-objettivi tad-direttiva qafas dwar l-ilma. Il-pożizzjoni komuni tinkludi l-Artikolu 2 ġdid biex jiġi kkjarifikat li d-definizzjonijiet tad-direttiva qafas dwar l-ilma huma applikabbli.

3.   Standards ta' kwalità ambjentali (l-Artikolu 3 u l-Anness I)

L-Artikolu 3 huwa parzjalment konsistenti ma' l-emendi 21 u 66 fis-sens li fil-paragrafu 1 tiegħu, huwa jikkjarifika r-rabtiet mad-direttiva qafas dwar l-ilma. L-Artikolu huwa wkoll parzjalment konsistenti ma' l-emenda 26, peress li l-paragrafu 2 ġdid jagħti lill-Istati Membri l-għażla li jwettqu monitoraġġ f'bijota jew sediment b'ċerti kondizzjonijiet.

L-Artikolu 3(3) jikkjarifika li, minbarra l-applikazzjoni ta' l-EQS, l-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tat-tendenza fuq perijodu twil ta' dawk is-sustanzi prijoritarji li għandhom tendenza li jakkumulaw f'sediment u/jew f'bijota.

L-Artikolu 3(4) jinkorpora referenza għar-Regolament REACH u għalhekk huwa konsistenti bis-sħiħ ma' l-emenda 29.

L-Artikolu 3(5) jipprevedi l-użu ta' proċedura regolatorja bi skrutinju, peress li l-bidliet għar-regoli dettaljati li jikkonċernaw il-monitoraġġ ta' metalli jikkostitwixxu emenda għall-korp tad-Direttiva.

L-Anness I, il-Parti A, huwa konsistenti ma' l-għan ta' l-emendi 50 u 51 fis-sens li huwa jikkombina t-tabella li tistabbilixxi l-EQS għal kontaminanti oħrajn ma' dik għal sustanzi prijoritarji. Madankollu, huwa jikkjarifika li l-kombinar tat-tabelli ma jerġax jikklassifika l-kontaminanti l-oħrajn bħala sustanzi prijoritarji, għax b'dan ikun qed jibdel il-klassifikazzjonijiet li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwarhom permezz tad-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE.

L-Anness I, il-Parti B, huwa parzjalment konsistenti ma' l-għan ta' l-emenda 30 u b'mod ġenerali konsistenti ma' l-għan ta' l-emenda 52, fis-sens li huwa jwessa' l-kamp ta' applikazzjoni biex jittieħed kont ta' konċentrazzjonijiet fl-isfond tal-metalli u dawn ir-regoli jistgħu jiġu emendati permezz ta' komitoloġija. Huwa jinkludi kjarifika dwar il-metodi analitiċi u ta' statistika applikabbli.

4.   Żoni ta' taħlit (l-Artikolu 4)

L-Artikolu 4 huwa parzjalment konsistenti ma' l-għan ta' l-emendi 35 u 36, fis-sens li huwa jikkjarifika li l-limitu taż-żoni ta' taħlit għandu jkun proporzjonat u rivedut regolarment. Il-pożizzjoni komuni tuża t-terminu iqsar u aktar ċar “żoni ta' taħlit” minflok “żoni transitorji ta' qbiż tal-limiti”.

Il-pożizzjoni komuni ma tagħmel l-ebda dispożizzjoni għall-użu tal-komitoloġija. Minflok, il-Kummissjoni ser toħroġ linji gwida għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu.

5.   Inventarju ta' emissjonijiet, rilaxx u telf (l-Artikolu 5)

L-Artikolu 5 jinkorpora l-emenda 40 parzjalment. Il-Kunsill ma jistax jaċċetta l-emendi l-oħrajn li jikkonċernaw l-inventarju, b'kont meħud li dawn joħolqu piżijiet amministrattivi addizzjonali bla bżonn għall-Istati Membri, ma jkunux konsistenti mad-direttiva qafas dwar l-ilma, jew m'humiex meħtieġa.

Għal darb'oħra, il-pożizzjoni komuni ma tagħmel l-ebda dispożizzjoni għall-użu tal-komitoloġija. Minflok, il-Kummissjoni ser toħroġ linji gwida għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu.

6.   Tniġġis transkonfini (l-Artikolu 6)

Il-pożizzjoni komuni tinkludi Artikolu ġdid biex jiġu kkjarifikati l-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-tniġġis transkonfini. Dan huwa parzjalment konsistenti ma' l-emendi 24 u 47.

7.   Reviżjoni (l-Artikolu 7)

L-Artikolu 7 ġdid jeħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi l-ħtieġa għal miżuri speċifiċi addizzjonali għall-Komunità kollha. Dan huwa konsistenti parzjalment jew fil-prinċipju ma' l-emendi 20, 32, 33 u 45.

8.   L-Anness II — l-emendi għall-Anness X għad-direttiva qafas dwar l-ilma

Il-Kunsill ma jistax jaċċetta l-emendi 53 sa 63 u 70, li jikklassifikaw bosta sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti l-oħrajn bħala sustanzi perikolużi prijoritarji. L-anqas ma jista' jaċċetta l-emenda 65, li mad-direttiva qafas dwar l-ilma, iżżid lista ta' sustanzi soġġetti għal reviżjoni biex jiġu identifikati bħala sustanzi prijoritarji possibbli jew sustanzi perikolużi prijoritarji. L-Artikolu 16 tad-direttiva qafas dwar l-ilma diġà jipprevedi reviżjoni regolari ta' l-Anness X. Il-Kunsill jaqbel mal-Kummissjoni li din ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet xjentifiċi biss.

Reviżjoni tal-lista ta' sustanzi prijoritarji, inkluż l-iskop għall-inklużjoni ta' sustanzi addizzjonali u l-kriterji għall-prijoritizzazzjoni, qegħda titwettaq bħalissa taħt l-istrateġija ta' implimentazzjoni komuni għad-direttiva qafas dwar l-ilma, bil-ħsieb li l-Kummissjoni tagħmel proposti għall-emenda tal-lista kif xieraq skond l-iskeda ta' żmien għar-reviżjoni stabbilita fl-Artikolu 16(4) tad-direttiva qafas dwar l-ilma.

9.   Oħrajn

Barra minn hekk, il-pożizzjoni komuni:

tinkorpora test dwar tabelli ta' korrelazzjoni konsistenti mal-paragrafu 34 tal-Ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet;

tinkludi bidliet konsegwenzjali għall-premessi u tinkorpora l-emendi 1, 4, 7 (parzjalment), 14 (fil-prinċipju) u 73 (parzjalment).

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill jemmen li l-pożizzjoni komuni tirrappreżenta pakkett bilanċjat li jirrispetta d-dispożizzjonijiet u l-objettivi tad-direttiva qafas dwar l-ilma. Huwa jistenna bil-ħerqa diskussjonijiet kostruttivi mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb ta' l-adozzjoni bikrija tad-Direttiva.


(1)  ĠU C 97, 28.4.2007, p. 3.


18.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 71/16


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 4/2008

adottata mill-Kunsill fil-20 ta' Diċembru 2007

bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi

(2008/C 71 E/02)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (4) tistabbilixxi l-qafas leġislattiv għall-immaniġġar ta' l-iskart fil-Komunità. Hija tiddefinixxi kunċetti ewlenin bħall-iskart, l-irkupru u r-rimi u tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali għall-immaniġġar ta' l-iskart, b'mod partikolari obbligu li stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta' l-immaniġġar ta' l-iskart ikollha permess jew tkun irreġistrata, u obbligu li Stati Membri jfasslu pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart. Hija wkoll tistabbilixxi prinċipji ewlenin bħall-obbligu li l-iskart ikun ittrattat b'mod li ma jkollux impatt negattiv fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, bħall-inkoraġġiment li tkun applikata l-ġerarkija ta' l-iskart, u, skond il-prinċipju li min iniġġes iħallas, ir-rekwiżit li l-ispiża tar-rimi ta' l-iskart għandha tinġarr mid-detentur ta' l-iskart, minn detenturi preċedenti jew mill-produtturi tal-prodott li minnu ġie l-iskart.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità għall-Ambjent (5) issejjaħ għall-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-leġislazzjoni fuq l-iskart, inkluża kjarifika tad-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart, u għall-iżvilupp ta' miżuri rigward il-prevenzjoni ta' l-iskart.

(3)

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2003 lejn Strateġija Tematika dwar il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart innotat il-ħtieġa li jkunu vvalutati d-definizzjonijiet eżistenti ta' rkupru u rimi, il-ħtieġa għal definizzjoni applikabbli b'mod ġenerali ta' riċiklaġġ u dibattitu dwar id-definizzjoni ta' skart.

(4)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' April 2004 dwar il-komunikazzjoni msemmija hawn fuq (6), il-Parlament Ewropew sejjaħ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li testendi d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (7) għas-settur ta' l-iskart kollu kemm hu. Huwa talab ukoll lill-Kummissjoni biex tiddistingwi b'mod ċar bejn rkupru u rimi u biex tiċċara d-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' l-1 ta' Lulju 2004, il-Kunsill sejjaħ lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għar-reviżjoni ta' ċerti aspetti tad-Direttiva 75/442/KEE, imħassra u sostitwita mid-Direttiva 2006/12/KE, sabiex tiċċara d-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart u dak bejnrkupru u rimi.

(6)

Huwa għalhekk meħtieġ li d-Direttiva 2006/12/KE tiġi riveduta sabiex ikunu ċċarati kunċetti ewlenin bħad-definizzjonijiet ta' skart,rkupru u rimi, biex jissaħħu l-miżuri li għandhom jittieħdu dwar il-prevenzjoni ta' l-iskart, biex ikun introdott approċċ li jikkunsidra ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti u l-materjali u mhux biss il-fażi ta' l-iskart, u biex jiffoka fuq it-tnaqqis ta' l-impatti ambjentali tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart u l-immaniġġar ta' l-iskart, u b'hekk jissaħħaħ il-valur ekonomiku ta' l-iskart. Barra minn hekk, jeħtieġ li wieħed jinkoraġixxi l-irkupru ta' l-iskart u l-użu ta' materjal irkuprat sabiex jiġu ppreservati r-riżorsi naturali. Fl-interessi taċ-ċarezza u l-leġibbiltà, id-Direttiva 2006/12/KE għandha titħassar u tkun sostitwita b'direttiva ġdida.

(7)

Billi l-biċċa l-kbira ta' l-operazzjonijiet sinifikanti ta' l-immaniġġar ta' l-iskart issa huma koperti bil-leġislazzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' l-ambjent, huwa importanti li din id-Direttiva tkun adattata għal dak l-approċċ. Enfasi fuq l-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat tkun tippermetti konċentrazzjoni aktar preċiża fuq l-impatti ambjentali tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart u l-immaniġġar ta' l-iskart matul iċ-ċiklu tal-ħajja tar-riżorsi. Għaldaqstant, il-bażi legali għal din id-Direttiva għandha tkun l-Artikolu 175.

(8)

Għandhom jiġu applikati regoli effettivi u konsistenti dwar it-trattament ta' l-iskart, suġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet, għall-proprjetà mobbli li d-detentur jarmi jew li bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi.

(9)

L-istatus ta' skart ta' ħamrija skavata mhux kontaminata u ta' materjal ieħor li jirriżulta b'mod naturali, li jintużaw f'siti differenti minn dak li minnu jkunu ġew skavati, għandhom jitqiesu skond id-definizzjoni ta' l-iskart u d-dispożizzjonijiet dwar prodotti sekondarji jew dwar l-istatus ta' tmiem ta' l-iskart taħt din id-Direttiva.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (8) jipprovdi, inter alia, kontrolli proporzjonati fir-rigward tal-ġbir, it-trasport, l-ipproċessar, l-użu u r-rimi tal-prodotti sekondarji kollha mill-annimali inkluż l-iskart li joriġina mill-annimali, sabiex jiġi evitat li dan jippreżenta riskju għas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi ċċarata r-rabta ma' dak ir-Regolament, biex jiġu evitati regoli dduplikati billi l-prodotti sekondarji mill-annimali fejn dawn huma maħsuba għall-użi li m'humiex ikkunsidrati bħala operazzjonijiet ta' skart jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(11)

Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, huwa xieraq li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-iskart u tad-dispożizzjonijiet tagħha dwar skart perikoluż fir-rigward tal-prodotti sekondarji mill-annimali irregolati bir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Fejn prodotti sekondarji mill-annimali joħolqu riskji potenzjali għas-saħħa, l-istrument legali xieraq biex jindirizza dawn ir-riskji huwa r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u għandu jiġi evitat li jirdoppja inutilment il-leġislazzjoni ta' l-iskart.

(12)

Il-klassifikazzjoni ta' l-iskart bħala skart perikoluż għandha tkun ibbażata, inter alia, fuq il-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sustanzi kimiċi, partikolarment fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' preparati bħala perikolużi, inklużi l-valuri tal-limitu ta' konċentrazzjoni użati għal dak l-iskop. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tinżamm is-sistema li biha kienu ġew ikklassifikati l-iskart u l-iskart perikoluż skond il-lista tat-tipi ta' skart kif stabbilita l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (9), sabiex tkun imħeġġa klassifikazzjoni armonizzata ta' l-iskart u tkun żgurata d-determinazzjoni armonizzata ta' skart perikoluż fi ħdan il-Komunità.

(13)

Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-ħażna preliminari ta' l-iskart sakemm jinġabar, il-ġbir ta' l-iskart u l-ħażna ta' l-iskart sakemm jiġi ttrattat. Stabbilimenti jew impriżi li jipproduċu l-iskart matul l-attivitajiet tagħhom m'għandhomx jitqiesu bħala involuti fl-immaniġġar ta' l-iskart u suġġetti għall-awtorizzazzjoni biex jaħżnu l-iskart tagħhom sakemm dan jinġabar.

(14)

Il-ħażna preliminari ta' l-iskart fid-definizzjoni ta' ġbir hija mifhuma bħala attività ta' ħażna sakemm jinġabar ġewwa faċilitajiet fejn jitbattal l-iskart sabiex tkun tista' ssir il-preparazzjoni tiegħu għal trasport ulterjuri għall-irkupru jew ir-rimi x'imkien ieħor. Id-distinzjoni bejn il-ħażna preliminari ta' skart sakemm jinġabar u l-ħażna ta' skart sakemm jiġi ttrattat għandha ssir, b'kont meħud ta' l-objettiv ta' din id-Direttiva, skond it-tip ta' skart, id-daqs u l-perijodu ta' żmien tal-ħażna u l-objettiv tal-ġbir. Din id-distinzjoni għandha ssir mill-Istati Membri. Il-ħażna ta' skart qabel l-irkurpru għal perijodu ta' 3 snin jew aktar u l-ħażna ta' skart qabel ir-rimi għal perijodu ta' sena jew aktar huwa suġġett għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (10).

(15)

Skemi ta' ġbir ta' skart li ma jitwettqux fuq bażi professjonali m'għandhomx ikunu suġġetti għar-reġistrazzjoni peress li dawn jippreżentaw riskju aktar baxx u jikkontribwixxu għall-ġbir separat ta' l-iskart. Eżempji ta' tali skemi huma l-mediċini mormija miġbura mill-ispiżeriji, skemi ta' teħid lura fi ħwienet għal prodotti tal-konsumatur u skemi komunitarji fl-iskejjel.

(16)

Definizzjonijiet ta' prevenzjoni, użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ għandhom jiġu inklużi f'din id-Direttiva, biex jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-kunċetti.

(17)

Id-definizzjonijiet ta' rkupru u rimi jeħtieġ li jkunu mmodifikati sabiex jiżguraw distinzjoni ċara bejn iż-żewġ kunċetti, ibbażati fuq differenza ġenwina fl-impatt ambjentali permezz tas-sostituzzjoni tar-riżorsi naturali fl-ekonomija u bl-għarfien tal-benefiċċji potenzjali ta' l-użu ta' l-iskart bħala riżors fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Barra minn dan, jistgħu jiġu żviluppati linji gwida sabiex jiġu ċċarati l-każijiet fejn fil-prattika huwa diffiċli li tkun applikata din id-distinzjoni jew fejn il-klassifikazzjoni ta' l-attività bħala rkupru ma taqbilx ma' l-impatt ambjentali reali ta' l-operazzjoni.

(18)

Din id-Direttiva għandha tiċċara wkoll meta l-inċinerazzjoni ta' l-iskart solidu muniċipali hija effiċjenti fl-enerġija u tista' tiġi kkunsidrata operazzjoni ta' rkupru.

(19)

Operazzjonijiet ta' rimi li jikkonsistu f'rilaxx f'ibħra u oċeani inkluż l-inserzjoni f'qiegħ il-baħar huma wkoll irregolati minn konvenzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġis Marittimu mit-Tfigħ ta' Skart u Materja Oħra, magħmula f'Londra fit-13 ta' Novembru 1972, u l-Protokoll tagħha ta' l-1996 kif emendat fl-2006.

(20)

M'għandux ikun hemm konfużjoni bejn l-aspetti varji tad-definizzjoni ta' skart, u għandhom jiġu applikati l-proċeduri xierqa, fejn meħtieġ, għall-prodotti sekondarji li mhumiex skart, minn naħa waħda, jew għal skart li ma jibqax skart, min-naħa l-oħra. Sabiex jiġu speċifikati ċerti aspetti tad-definizzjoni ta' l-iskart, din id-Direttiva għandha tikkjarifika:

meta sustanzi jew oġġetti li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni li mhux primarjament immirat lejn il-produzzjoni ta' tali sustanzi jew oġġetti huma prodotti sekondarji u mhux skart. Id-deċiżjoni li sustanza mhix skart tista' tittieħed biss abbażi ta' approċċ koordinat, li jrid jiġi aġġornat regolarment, u fejn dan ikun konsistenti mal-protezzjoni ta' l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. Jekk l-użu ta' prodott sekondarju huwa permess taħt liċenzja ambjentali jew regoli ambjentali ġenerali, dan jista' jintuża mill-Istati Membri bħala għodda sabiex jiġi deċiż li mhux mistenni li jseħħ xi impatt ġenerali negattiv fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem; u

meta ċertu skart ma jibqax skart, l-istabbiliment ta' kriterji dwar it-tmiem ta' l-iskart li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u benefiċċju ambjentali u ekonomiku; kategoriji possibbli ta' skart li għalihom speċifikazzjonijiet u kriterji dwar “it-tmiem ta' l-iskart” għandhom jiġu żviluppati huma, fost oħrajn, skart mill-bini u d-demolizzjoni, xi rmied u fdalijiet, metalli skrappjati, kompost, skart ta' karti u ħġieġ. Għall-finijiet li jintlaħaq status ta' tmiem ta' l-iskart, operazzjoni ta' rkupru tista' tkun sempliċi daqs l-ikkontrollar ta' l-iskart biex ikun verifikat li jissodisfa l-kriterji tat-tmiem ta' l-iskart.

(21)

Sabiex jiġi verifikat jew kalkulat jekk intlaħqux il-miri ta' riċiklaġġ u rkupru mniżżlin fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (11), id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m' għadhomx jintużaw (12), id-Direttiva 2002/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (13) u d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (14) kif ukoll leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra, l-ammonti ta' l-iskart li ma jibqax skart għandu jitqies bħala skart riċiklat u rkuprat.

(22)

Abbażi tad-definizzjoni ta' skart, sabiex wieħed jinkoraġixxi ċ-ċertezza u l-konsistenza, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida biex tispeċifika f'ċerti każijiet meta sustanzi jew oġġetti jsiru skart. Tali linji gwida jistgħu jiġu żviluppati, inter alia, għal tagħmir elettriku u elettroniku u vetturi.

(23)

Huwa xieraq li l-ispejjeż ikunu allokati b'tali mod li jirriflettu l-ispejjeż reali għall-ambjent tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta' dak l-iskart.

(24)

Il-prinċipju li min iniġġes iħallas huwa prinċipju ta' gwida fil-livell Ewropew u dak internazzjonali. Il-produttur ta' l-iskart u d-detentur ta' l-iskart għandu jimmaniġġa l-iskart b'mod li jiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

(25)

L-introduzzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'din id-Direttiva hija waħda mill-mezzi ta' appoġġ għal tfassil u produzzjoni ta' merkanzija li jieħdu kont sħiħ u jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi matul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tagħhom inkluż it-tiswija, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tagħhom mingħajr ma tkun kompromessa ċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija fis-suq intern.

(26)

Din id-Direttiva għandha tgħin biex tressaq lill-UE eqreb lejn “soċjetà riċiklanti”, billi tfittex li tevita l-ġenerazzjoni ta' l-iskart u li tuża l-iskart bħala riżors. B'mod partikolari, is-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni għall-Ambjent isejjaħ għal miżuri mmirati biex jiżguraw is-separazzjoni fis-sors, il-ġbir u r-riċiklaġġ ta' flussi prijoritarji ta' skart. Bi qbil ma' dak l-objettiv u bħala mezz biex ikun faċilitat jew imtejjeb il-potenzjal ta' l-irkupru tiegħu, l-iskart għandu jinġabar separatament jekk dan ikun prattikabbli teknikament, ambjentalment u ekonomikament, qabel ma jgħaddi minn operazzjonijiet ta' rkupru li jagħtu l-aħjar eżitu ambjentali globali.

(27)

Sabiex jiġu implimentati l-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju ta' azzjoni preventiva li jinsabu fl-Artikolu 174(2) tat-Trattat, jeħtieġ li jiġu ffissati objettivi ambjentali ġenerali għall-immaniġġar ta' l-iskart fil-Komunità. Bis-saħħa ta' dawk il-prinċipji, huwa f'idejn il-Komunità u l-Istati Membri li jistabbilixxu qafas biex jipprevjenu, inaqqsu u, kemm jista' jkun, jeliminaw mill-bidu s-sorsi tat-tniġġiż jew fastidju billi jadottaw miżuri ta' natura tali li jeliminaw riskji li jkunu magħrufin.

(28)

Il-ġerarkija ta' l-iskart ġeneralment tikkostitwixxi l-aqwa għażla ambjentali ġenerali fil-leġislazzjoni u l-politika ta' l-iskart, filwaqt li jista' jkun meħtieġ li ma tiġix segwita l-ġerarkija għal flussi ta' skart speċifiċi meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta', inter alia, fattibbiltà teknika, vijabbiltà ekonomika u protezzjoni ambjentali.

(29)

Sabiex il-Komunità kollha ssir awtosuffiċjenti fir-rimi ta' l-iskart u fl-irkupru ta' skart muniċipali mħallat miġbur mid-djar privati u sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jersqu lejn dik il-mira individwalment, huwa meħtieġ li jsir provvediment għal network ta' kooperazzjoni fir-rigward ta' impjanti tar-rimi u impjanti għall-irkupru ta' skart muniċipali mħallat miġbur mid-djar privati, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi u l-ħtieġa għal impjanti speċjalizzati għal ċerti tipi ta' skart.

(30)

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (15), skart muniċipali mħallat kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) ta' dak ir-Regolament jibqa' skart muniċipali mħallat anki meta dan ikun suġġett għal operazzjoni ta' trattament ta' skart li ma bidlitx il-proprjetajiet tiegħu b'mod sostanzjali.

(31)

Huwa importanti li l-iskart perikoluż jiġi ttikkettat skond l-istandards internazzjonali u Komunitarji. Madankollu, fejn dan l-iskart jinġabar separatament mid-djar, dan m'għandux jirriżulta f'li s-sidien tad-djar ikunu obbligati li jikkompletaw id-dokumentazzjoni meħtieġa.

(32)

Huwa importanti, skond il-ġerarkija ta' l-iskart, u għall-fini tat-tnaqqis ta' emissjoni ta' gassijiet b'effett serra li oriġina minn rimi ta' skart f'radam, li jkunu faċilitati l-ġbir separat u t-trattament xieraq tal-bijoskart sabiex ikunu prodotti kompost sigur ambjentalment u materjali oħrajn ibbażati fuq il-bijoskart. Wara valutazzjoni dwar l-immaniġġar tal-bijoskart, il-Kummissjoni ser tippreżenta proposti għal miżuri leġislattivi, jekk dan ikun kunsiljabbli.

(33)

Standards minimi tekniċi jistgħu jiġu adottati rigward l-attivitajiet tat-trattament ta' l-iskart li mhumiex koperti bid-Direttiva 96/61/KE fejn ikun hemm evidenza li jinkiseb benefiċċju fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u fejn approċċ koordinat għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jkun jiżgura l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

(34)

Jeħtieġ li jkunu speċifikati aktar il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut ta' l-obbligu ta' l-ippjanar ta' l-immaniġġar ta' l-iskart, u li jiġi integrat fil-proċess ta' l-iżvilupp jew ir-reviżjoni ta' pjanijiet ta' immaniġġar ta' l-iskart il-bżonn li jittieħed kont ta' l-impatti ambjentali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta' l-iskart. Fejn xieraq, għandu jittieħed kont ukoll tar-rekwiżiti ta' l-ippjanar ta' l-iskart stabbiliti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE u ta' l-istrateġija għat-tnaqqis ta' l-iskart bijodegradabbli li jmur fir-radam, imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva.

(35)

L-Istati Membri jistgħu japplikaw awtorizzazzjonijiet ambjentali jew regoli ambjentali ġenerali għal ċerti produtturi ta' l-iskart mingħajr ma' jikkompromettu l-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(36)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-vjeġġi ta' skart li mhumiex skond il-pjanijiet tagħhom ta' l-immaniġġar ta' l-iskart. B'deroga minn dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jillimitaw il-vjeġġi ta' skart li jkun dieħel għal inċineraturi klassifikati bħala rkupru, fejn ikun ġie stabbilit li l-iskart nazzjonali ser ikollu jintrema jew li l-iskart ser ikollu jiġi trattat b'mod li mhux koerenti mal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-immaniġġar ta' l-iskart. Huwa rikonoxxut li ċerti Stati Membri jistgħu ma jkunux kapaċi jipprovdu network li jinkludi l-firxa sħiħa tal-faċilitajiet għall-irkupru finali fit-territorju tagħhom.

(37)

Sabiex jittejjeb il-mod kif azzjonijiet għall-prevenzjoni ta' l-iskart fl-Istati Membri jitmexxew 'il quddiem u għall-faċilitazzjoni taċ-ċirkolazzjoni ta' l-aħjar prattika f'dan il-qasam, huwa meħtieġ li jissaħħu d-dispożizzjonijiet rigward il-prevenzjoni ta' l-iskart u li jiddaħħal rekwiżit għall-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart li jikkonċentraw fuq l-impatti ambjentali ewlenin u li jieħdu kont taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti u l-materjali. Tali miżuri għandhom jimmiraw li jaqgħtu r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-impatti ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta' l-iskart. Il-partijiet interessati, kif ukoll il-pubbliku ġenerali, għandhom ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw fit-tfassil tal-programmi, u għandhom ikollhom aċċess għalihom ladarba jkunu mfasslin, f'konformità mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent (16).

(38)

Strumenti ekonomiċi jista' jkollhom rwol kruċjali fil-kisba ta' objettivi għall-prevenzjoni u l-immaniġġar ta' l-iskart. Ħafna drabi l-iskart għandu valur bħala riżors u applikazzjoni ulterjuri ta' strumenti ekonomiċi tista' timmassimizza l-benefiċċji ambjentali. L-użu ta' tali strumenti fil-livell xieraq għandu għalhekk ikun imħeġġeġ filwaqt li jiġi enfasizzat li Stati Membri individwali jistgħu jiddeċiedu dwar l-użu tagħhom.

(39)

Ċerti dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġar ta' l-iskart, stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (17), għandhom jiġu emendati sabiex jitneħħew id-dispożizzjonijiet li m'għadhomx fl-użu u biex it-test ikun dejjem aktar ċar. Fl-interessi tas-simplifikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja, huma għandhom jiġu integrati fid-Direttiva preżenti. Sabiex tkun iċċarata l-operazzjoni tal-projbizzjoni tat-taħlit stabbilita fid-Direttiva 91/689/KEE, u għall-protezzjoni ta' l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, l-eżenzjonijiet għall-projbizzjoni tat-taħlit għandhom jikkonformaw ukoll ma' l-aħjar teknika disponibbli kif hemm definit fid-Direttiva 96/61/KE. Għalhekk id-Direttiva 91/689/KEE għandha tiġi revokata.

(40)

Fl-interessi tas-simplifikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja u r-riflessjoni tal-benefiċċji ambjentali, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta' żejt użat (18) għandhom jiġu integrati f'din id-Direttiva, u d-Direttiva 75/439/KEE għandha għalhekk tiġi revokata. L-immaniġġar ta' żjut użati għandu jitmexxa skond il-prinċipju ta' gwida tal-ġerarkija ta' l-iskart u għandha tingħata preferenza għall-possibilitajiet li jagħtu l-aħjar eżitu ambjentali globali. Il-ġbir separat ta' żjut użati jibqa' kruċjali għall-immaniġġar tagħhom kif suppost u l-prevenzjoni ta' ħsara lill-ambjent mir-rimi tagħhom li jsir mhux kif suppost.

(41)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi li għandhom jiġu imposti fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għall-immaniġġar ta' l-iskart, bħall-produtturi ta' l-iskart, id-detenturi, is-sensara, in-negozjanti, it-trasportaturi u dawk li jiġbruh, l-istabbilimenti jew l-impriżi li jwettqu operazzjonijiet ta' trattament ta' l-iskart u skemi ta' l-immaniġġar ta' l-iskart, f'każijiet fejn huma jiksru d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu azzjoni biex jirkupraw l-ispejjeż ta' miżuri ta' non-konformità u rimedjali, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedjar tal-ħsara ambjentali (19).

(42)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (20).

(43)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi kriterji rigward numru ta' kwistjonijiet bħall-kondizzjonijiet li taħthom oġġett għandu jiġi kkunsidrat bħala prodott sekondarju, l-istatus tat-tmiem ta' l-skart u d-determinazzjoni ta' skart li huwa kkunsidrat perikoluż. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-annessi għall-progress tekniku u xjentifiku u li tispeċifika l-applikazzjoni tal-formula għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni msemmija fl-Anness II, R1. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfasslin sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, u biex jissupplimentawha biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(44)

Bi qbil mal-paragrafu 34 tal-ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar ta' liġijiet (21), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru, kemm jista' jkun, il-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni u li jagħmluhom pubbliċi.

(45)

Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni ta' l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tad-Direttiva, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni ta' l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis ta' l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta' l-iskart, u permezz tat-tnaqqis ta' l-impatti ġenerali ta' l-użu ta' riżorsi u t-titjib ta' l-effiċjenza ta' tali użu.

Artikolu 2

Esklużjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni

1.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva:

(a)

skariki ta' gassijiet mitfugħa fl-atmosfera;

(b)

art (in situ) inkluża ħamrija kontaminata mhux skavata u bini konness ma' l-art b'mod permanenti ma' l-art;

(ċ)

ħamrija mhux kontaminata u materjal ieħor li jirriżulta b'mod naturali skavat waqt attivitajiet ta' kostruzzjoni fejn huwa ċert li l-materjal ser jintuża għal finijiet ta' kostruzzjoni fl-istat naturali tiegħu fuq is-sit li minnu kien skavat;

(d)

skart radjuattiv;

(e)

splussivi li m'għadhomx attivi;

(f)

demel, jekk mhux kopert mill-paragrafu 2(b), tiben u materjal naturali ieħor agrikolu jew tal-forestrija li mhux perikoluż użat fil-produzzjoni agrikola, fil-forestrija jew għall-produzzjoni ta' enerġija mill-bijomassa permezz ta' proċessi jew metodi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jew li ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem;

2.   Dawn li ġejjin għandhom jiġu eskluzi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sal-punt li huma koperti minn leġislazzjoni Komunitarja oħra:

(a)

ilmijiet mormija;

(b)

prodotti sekondarji mill-annimali inkluż prodotti pproċessati koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ħlief dawk li huma destinati għall-inċinerazzjoni, għar-radam jew għall-użu f'impjant ta' bijogass jew ta' kompostaġġ;

(ċ)

karkassi ta' annimali li mietu mhux għax inqatlu għall-ikel, inkluż annimali maqtula għall-qerda ta' mard epiżootiku, u li jintremew skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(d)

skart li jirriżulta mit-tiftix, l-estrazzjoni, it-trattament u l-ħżin ta' riżorsi minerali u x-xogħol tal-barrieri kopert mid-Direttiva 2006/21/KE.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra, is-sedimenti li jerġgħu jitpoġġew taħt wiċċ l-ilma bil-għan li jiġu mmaniġġati l-ilmijiet u l-passaġġi ta' l-ilma jew li jevitaw l-għargħar jew inaqqsu l-effetti ta' l-għargħar jew tan-nixfiet għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jekk jiġi ppruvat li s-sedimenti mhumiex perikolużi.

4.   Regoli speċifiċi għal sitwazzjonijiet partikolari, jew li jissupplimentaw dawk ta' din id-Direttiva, dwar l-immaniġġar ta' kategoriji partikolari ta' skart, jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' Direttivi individwali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett li l-possessur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi;

(2)

“skart perikoluż” tfisser skart li jkollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III;

(3)

“żjut għar-rimi” tfisser kull lubrikazzjoni minerali jew sintetika jew żjut industrijali li m'għadhomx tajbin għall-użu li għalih kienu maħsuba oriġinarjament, bħal żjut użati tal-magna tal-kombustjoni u żjut tal-gearbox, żjut ta' lubrikazzjoni, żjut għat-turbini u żjut idrawliċi;

(4)

“bijo-skart” tfisser skart bijodegredabbli tal-ġnien u l-ġonna, skart ta' l-ikel u l-kċina mid-djar, ristoranti, fornituri ta' l-ikel u postijiet tal-bejgħ u skart komparabbli minn impjanti ta' l-ipproċessar ta' l-ikel;

(5)

“produttur ta' l-iskart” tfisser kull min l-attivitajiet tiegħu jipproduċu skart (il-produttur oriġinali ta' l-iskart) jew kull min jagħmel pre-proċessar, taħlit jew operazzjonijiet oħra li jirriżultaw f'bidla fin-natura jew il-kompożizzjoni ta' dan l-iskart;

(6)

“possessur ta' l-iskart” tfisser il-produttur ta' l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess ta' l-iskart;

(7)

“negozjant” tfisser kwalunkwe intrapriża li taġixxi fir-rwol ta' prinċipal biex tixtri jew sussegwentement tbigħ l-iskart, inkluż tali negozjanti li ma jeħdux pussess fiżiku ta' l-iskart;

(8)

“sensar” tfisser kwalunkwe intrapriża li tirranġa l-irkupru jew ir-rimi ta' skart f'isem oħrajn, inkluż tali sensara li ma jeħdux il-pussess fiżiku ta' l-iskart;

(9)

“maniġġar ta' l-iskart” tfisser il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi ta' skart, inklużi s-superviżjoni ta' tali operazzjonijiet u l-kura ta' wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet li jittieħdu bħala negozjant jew sensar;

(10)

“ġbir” tfisser il-ġbir ta' l-iskart, inkluż l-għażla preliminari u l-ħżin preliminari ta' l-iskart għall-iskopijiet tat-trasport lejn impjant tat-trattament ta' l-iskart;

(11)

“prevenzjoni” tfisser miżuri meħuda qabel sustanza, materjal jew prodott ikunu saru skart, li jnaqqsu:

(a)

il-kwantità ta' l-iskart, inkluż permezz ta' l-użu mill-ġdid ta' prodotti jew l-estensjoni tat-tul ta' ħajja tal-prodotti;

(b)

l-impatti negattivi ta' l-iskart iġġenerat fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, jew

(c)

il-kontenut ta' sustanzi ta' ħsara f'materjali u prodotti;

(12)

“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha l-prodotti jew il-komponenti li mhumiex skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsubin;

(13)

“trattament” tfisser operazzjonijiet ta' rkupru jew rimi, inkluż il-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;

(14)

“irkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha jkun skart li jservi skop utli permezz tas-sostituzzjoni ta' materjali oħra li inkella kienu jintużaw biex jissodisfaw funzjoni partikolari, jew skart li qed jiġi ppreparat b'mod li jissodisfa dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa'. L-Anness II fih lista mhux eżawrjenti ta' operazzjonijiet ta' rkupru;

(15)

“preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta' operazzjonijiet ta' rkupru li biha prodotti jew komponenti ta' prodotti li saru skart jiġu ppreparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor;

(16)

“riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali ta' l-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi il-proċessar mill-ġdid ta' materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta' enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid;

(17)

“riġenerazzjoni ta' żjut għar-rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' riċiklaġġ li biha jistgħu jiġu prodotti żjut bażiċi bir-raffinar ta' żjut għar-rimi, partikolarment bit-tneħħija tal-kontaminanti, il-prodotti ta' ossidazzjoni u l-additivi li jinsabu f'dawn iż-żjut;

(18)

“rimi” tfisser kull operazzjoni li mhijiex irkupru anki meta l-operazzjoni għandha bħala konsegwenza sekondarja r-reklamazzjoni ta' sustanzi jew enerġija. L-Anness I fih lista mhux eżawrjenti ta' operazzjonijiet ta' rimi;

(19)

“l-aħjar teknika disponibbli” tfisser l-aħjar teknika disponibbli kif hemm definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 96/61/KE.

Artikolu 4

Prodotti sekondarji

1.   Sustanza jew oġġett, li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni, li l-għan primarju tgħhom mhuwiex il-produzzjoni ta' dak l-artikolu, jista' jitqies li mhuwiex skart kif imsemmi fil-punt (1) ta' l-Artikolu 3 iżda bħala prodott sekondarju biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

użu ulterjuri tas-sustanza jew l-oġġett huwa ċert;

(b)

is-sustanza jew l-oġġett jistgħu jiġu użati direttament mingħajr kwalunkwe proċessar ulterjuri ħlief prattika industrijali normali;

(ċ)

is-sustanza jew l-oġġett huma prodotti bħala parti integrali ta' proċess ta' produzzjoni; u

(d)

użu ulterjuri huwa skond il-liġi, i.e. is-sustanza jew l-oġġett jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha tal-prodott, dawk ambjentali u ta' protezzjoni tas-saħħa għall-użu speċifiku u mhuwiex ser jirriżulta f'impatti ġenerali li jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem.

2.   Abbażi tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, jistgħu jiġu adottati miżuri biex jiġu determinati l-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi li għandhom jitqiesu bħala prodotti sekondarji u mhux bħala skart kif imsemmi fil-punt (1) ta' l-Artikolu 3. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

Artikolu 5

Tmiem ta' l-istatus ta' skart

1.   Ċertu skart speċifikat m'għandux jibqa' jkun skart skond it-tifsira tal-punt (1) ta' l-Artikolu 3 meta dan ikun għadda minn operazzjoni ta' rkupru u jikkonforma ma' kriterji speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sustanza jew l-oġġett ikun użat komunement għal skop speċifiku;

(b)

jeżistu suq jew domanda għal tali sustanza jew oġġett;

(ċ)

is-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi għall-iskop speċifiku msemmi fil-punt (a) u jissodisfa l-leġislazzjoni u l-istandards applikabbli eżistenti għall-prodotti; u

(d)

l-użu tas-sustanza jew l-oġġett ma jwasslux għal impatti ġenerali li jagħmel ħsara lill-ambjenta jew lis-saħħa tal-bniedem.

Fejn jeħtieġ, il-kriterji għandhom jinkludu valuri ta' limiti għal sustanzi li jniġġsu.

2.   Il-miżuri relatati ma' l-adozzjoni ta' tali kriterji u li jispeċifikaw l-iskart, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

3.   Skart li ma jibqax skart bi qbil mal-kondizzjonijiet u l-kriterji speċifiċi imsemmija fil-paragrafu 1 ma jibqax skart bi qbil mal-paragrafu 1 ukoll għall-fini tal-miri ta' l-irkupru u r-riċiklaġġ mniżżlin fid-Direttivi 94/62/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2006/66/KE u leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra.

4.   Fejn il-kriterji ma ġewx stabbiliti fil-livell Komunitarju taħt il-proċedura mniżżla fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu każ b'każ jekk ċertu skart ma baqax ikun skart b'kont meħud tal-każistika applikabbli. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tali deċiżjonijiet skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi (22) fejn dan hu mitlub minn dik id-Direttiva.

Artikolu 6

Lista ta' skart

1.   Il-miżuri li jirrigwardaw l-aġġornar tal-lista ta' skart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2). Il-lista ta' skart għandha tinkludi skart perikoluż u għandha tieħu kont ta' l-oriġini u l-kompożizzjoni ta' l-iskart u, fejn jeħtieġ, tal-valuri tal-limiti ta' konċentrazzjoni tas-sustanzi perikolużi. Il-lista ta' skart għandha tkun vinkolanti fir-rigward tad-determinazzjoni ta' l-iskart li għandu jkun ikkunsidrat bħala skart perikoluż. L-inklużjoni ta' sustanza jew oġġett fil-lista ma għandhiex tfisser li huma skart fiċ-ċirkustanzi kollha. Sustanza jew oġġett għandu jkun ikkunsidrat skart biss meta tiġi sodisfatta d-definizzjoni tal-punt (a) ta' l-Artikolu 3.

2.   Stat Membru jista' jqis skart bħala skart perikoluż fejn, anki jekk ma jkunx imniżżel hekk fil-lista ta' skart, ikollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. L-Istat Membru għandu jinnotifika tali każijiet lill-Kummissjoni fir-rapport ipprovdut fl-Artikolu 34(1), u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha. Fid-dawl tan-notifiki rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.

3.   Fejn Stat Membru jkollu provi li juru li skart speċifiku li jidher fil-lista bħala skart perikoluż ma juri l-ebda waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III, jista' jqis dak l-iskart bħala skart mhux perikoluż. L-Istat Membru għandu jinnotifika tali każijiet lill-Kummissjoni fir-rapport ipprovdut fl-Artikolu 34(1) u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bil-provi meħtieġa. Fid-dawl tan-notifiki rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.

4.   Il-miżuri relatati mar-reviżjoni tal-lista biex jiġi deċiż l-adattament tagħha skond il-paragrafi 2 u 3, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

KAPITOLU II

Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 7

Responsabbiltà estiża tal-produttur

1.   Sabiex jissaħħu l-prevenzjoni u l-irkupru ta' l-iskart, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri leġislattivi jew mhux leġislattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa u tittratta jew tbigħ prodotti (produttur tal-prodott) għandha responsabbiltà estiża tal-produttur.

Tali miżuri jistgħu jinkludu aċċettazzjoni ta' prodotti meħudin lura u ta' l-iskart li jibqa' wara li dawk il-prodotti jkunu ntużaw, kif ukoll l-immaniġġar sussegwenti ta' l-iskart u r-responsabbiltà finanzjarja għal tali attivitajiet.

2.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu d-disinn ta' prodotti b'mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta' skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta' prodotti li jkunu saru skart iseħħu skond l-Artikoli 10 u 11.

Tali miżuri jistgħu jinkludu, inter alia, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti adatti għal użu multiplu, li teknikament idumu u li huma, wara li jsiru skart, adatti għal irkupru korrett usikur u rimi li huwa ambjentalment kompatibbli.

3.   Meta tiġi applikata r-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika u l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem u soċjali in ġenerali, filwaqt li jirrispettaw il-ħtieġa li jiżguraw il-funzjonament kif suppost tas-suq intern.

4.   Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-respnsabbiltà għall-immaniġġar ta' l-iskart kif previst fl-Artikolu 13(1).

Artikolu 8

Rkupru

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-skart jgħaddi minn operazzjonijiet ta' rkupru, skond l-Artikoli 10 and 11

2.   Fejn hu meħtieġ għal konformità mal-paragrafu 1 u biex ikun iffaċilitat jew imtejjeb l-irkupru, l-iskart għandu jinġabar separatament jekk dan ikun teknikament, ambjentalment u ekonomikament prattikabbli u m'għandux jitħallat ma' skart ieħor jew materjal ieħor bi proprjetajiet differenti.

Artikolu 9

Rimi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-irkupru skond l-Artikolu 8(1) ma jsirx, l-iskart jgħaddi mill-operazzjonijiet ta' rimi.

Artikolu 10

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-immaniġġar ta' l-iskart jitwettaq mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem, u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, u b'mod partikolari:

(a)

mingħajr riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija, pjanti jew l-annimali;

(b)

mingħajr ma jinħoloq fastidju permezz ta' ħsejjes jew irwejjaħ; u

(ċ)

mingħajr effetti negattivi fuq il-kampanja jew postijiet ta' interess speċjali.

Artikolu 11

Ġerarkija ta' l-iskart

1.   Il-ġerarkija ta' l-iskart, kif inhi hawn taħt, għandha tapplika bħala prinċipju ta' gwida fil-prevenzjoni ta' l-iskart u fil-leġislazzjoni u l-politika ta' l-immaniġġar:

(a)

prevenzjoni;

(b)

preparazzjoni għal użu mill-ġdid;

(ċ)

riċiklaġġ;

(d)

irkupru ieħor, eż. irkupru ta' enerġija; u

(e)

rimi.

2.   Waqt l-applikazzjoni tal-ġerarkija ta' l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista' jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta' skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan huwa ġġustifikat minn ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta' tali skart.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-prinċipji ta' protezzjoni ambjentali ġenerali ta' prekawzjoni u sostenibbiltà, fattibbiltà teknika u vijabbiltà ekonomika, protezzjoni tar-riżorsi kif ukoll l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem, u dawk ekonomiċi u soċjali ġenerali, skond l-Artikoli 1 u 10.

Artikolu 12

Spejjeż

1.   Skond il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, l-ispejjeż ta' l-immaniġġar ta' l-iskart għandhom jinġarru mill-produttur oriġinali ta' l-iskart jew mid-detentur attwali jew ta' qabel ta' l-iskart.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-ispiża ta' l-immaniġġar ta' l-iskart għandha tinġarr parzjalment jew b'mod sħiħ mill-produttur tal-prodott li minnu jkun ġie l-iskart u li d-distributuri ta' tali prodott jistgħu jikkondividu dawn l-ispejjeż.

KAPITOLU III

Maniġġar ta' l-iskart

Artikolu 13

Responsabbiltà għall-immaniġġar ta' l-iskart

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe produttur oriġinali ta' l-iskart jew detentur ieħor iwettaq it-trattament ta' l-iskart huwa stess jew jara li t-trattament isir minn negozjant jew stabbiliment jew intrapriża li twettaq operazzjonijiet ta' trattament ta' l-iskart jew jiġi organizzat minn entità tal-ġbir ta' l-iskart privata jew pubblika skond l-Artikoli 10 u 11.

2.   Fejn l-iskart jiġi trasferit mill-produttur jew id-detentur oriġinali lil waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 għal trattament preliminari, ir-responsabbiltà għat-twettiq ta' rkupru komplut jew operazzjoni ta' rimi ma għandhiex titwarrab.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet ta' responsabbiltà u jiddeċiedu f'liema każijiet il-produttur oriġinali għandu jżomm ir-responsabbiltà għall-katina kollha tat-trattament jew f'liema każijiet ir-responsabbiltà tal-produttur u d-detentur tista' tiġi kondiviża jew delegata fost l-atturi tal-katina tat-trattament.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, bi qbil ma' l-Artikolu 7, li r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni tat-trattament ta' l-iskart għandha tinġarr parzjalment jew b'mod sħiħ mill-produttur tal-prodott li minnu jkun ġie l-iskart u li d-distributuri ta' tali prodott jistgħu jaqsmu din ir-responsabbiltà.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fit-territorju tagħhom, l-istabbilimenti jew l-impriżi li jiġbru jew tittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali jwasslu l-iskart miġbur u ttrasportat sa impjanti ta' trattament adatti filwaqt li jirrispettaw l-obbligi pprovduti fl-Artikolu 10.

Artikolu 14

Prinċipji ta' awto-suffiċjenza u viċinanza

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, b'kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra fejn dan huwa meħtieġ jew rakkomandabbli, biex jistabbilixxu network integrat u adegwat ta' impjanti għar-rimi ta' l-iskart u ta' impjanti għall-irkupru ta' skart muniċipali mħallat miġbur minn djar privati, inkluż fejn tali ġbir ikopri wkoll skart muniċipali mħallat minn produtturi oħra, b'kont meħud ta' l-aħjar teknika disponibbli.

B'deroga mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu, sabiex jipproteġu n-network tagħhom, jillimitaw il-vjeġġi ta' skart li jkun dieħel iddestinat għall-inċineraturi li huwa kklassifikat bħala rkupru, fejn ġie stabbilit li tali vjeġġi jkollhom il-konsegwenza li l-iskart nazzjonali jkollu jintrema jew li l-iskart ikun irid trattat b'mod li mhuwiex koerenti mal-pjan nazzjonali tagħhom ta' l-immaniġġar ta' l-iskart. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni. L-Istati Membri jistgħu ukoll jillimitaw il-vjeġġi ta' skart li jkun ħiereġ għal raġunijiet ambjentali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

2.   In-network għandu jkun imfassal b'mod li jippermetti li l-Komunità, bħala entità waħda, tkun awtosuffiċjenti fir-rimi ta' l-iskart kif ukoll fl-irkupru ta' skart imsemmi fil-paragrafu 1, u li jippermetti li l-Istati Membri jersqu lejn dak il-għan fuq bażi individwali, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa ta' impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta' skart.

3.   In-network għandu jippermetti li l-iskart jintrema jew li l-iskart imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi rkuprat f'waħda mill-eqreb impjanti approprjati, permezz ta' l-aktar metodi u teknoloġiji approprjati, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent u tas-saħħa pubblika.

4.   Il-prinċipji tal-prossimità u ta' l-awto-suffiċjenza ma jfissrux li kull Stat Membru għandu jkollu l-firxa kollha ta' faċilitajiet ta' rkupru finali f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 15

Projbizzjoni ta' taħlit ta' skart perikoluż

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-iskart perikoluż ma jitħallatx ma' kategoriji oħra ta' skart perikoluż jew ma' skart, sustanzi jew materjali oħrajn. It-taħlit għandu jinkludi d-dilwizzjoni ta' sustanzi perikolużi.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-taħlit bil-kundizzjoni li:

(a)

l-operazzjoni ta' taħlit titwettaq minn stabbiliment jew intrapriża li tkun kisbet permess skond l-Artikolu 20;

(b)

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 jiġu osservati u l-impatt negattiv ta' l-immaniġġar ta' l-iskart fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ma jiżdiedx; u

(ċ)

l-operazzjoni ta' taħlit tkun konformi ma' l-aħjar teknika disponibbli.

3.   Suġġett għal kriterji tekniċi u ta' fattibilità, fejn skart perikoluż ikun ġie imħallat b'mod li jmur kontra l-paragrafu 1, is-separazzjoni għandha ssir fejn ikun possibbli u meħtieġ sabiex ikun konformi ma' l-Artikolu 10.

Artikolu 16

Tikkettar ta' skart perikoluż

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, waqt il-ġbir, it-trasport u l-ħżin temporanju, l-iskart perikoluż ikun ippakkjat u ttikkettat skond l-istandards internazzjonali u Komunitarji fis-seħħ.

2.   Kull meta skart perikoluż jiġi trasportat fi ħdan Stat Membru, għandu jkun akkumpanjat b'dokument ta' identifikazzjoni, li jista' jkun f'format elettroniku, li jkun fih id-data xierqa speċifikata fl-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

Artikolu 17

Skart perikoluż prodott mid-djar

L-Artikoli 15, 16, u 32 m'għandhomx japplikaw għal skart imħallat prodott mid-djar.

L-Artikoli 16 u 32 m'għandhomx japplikaw għal frazzjonijiet separati ta' skart perikoluż prodott mid-djar qabel ma dawn jiġu aċċettati għall-ġbir, ir-rimi jew l-irkupru minn stabbiliment jew intrapriża li tkun kisbet permess jew li tkun ġiet irreġistrata skond l-Artikoli 20 jew 23.

Artikolu 18

Żjut għar-rimi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi relatati ma' l-immaniġġar ta' l-iskart perikoluż stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a)

iż-żjut għar-rimi jinġabru separatament, fejn dan huwa teknikament fattibbli;

(b)

iż-żjut għar-rimi jiġu ttrattati skond l-Artikoli 10 u 11;

(ċ)

fejn dan hu teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli, żjut għar-rimi b'karatteristiċi differenti ma jitħalltux u żjut għar-rimi ma jitħalltux ma żjut ta' tipi oħrajn ta' skart jew sustanzi, jekk tali taħlit ma jħallix li jiġu ttrattati.

2.   Għall-għanijiet tal-ġbir separat ta' żjut għar-rimi u t-trattament tagħhom kif suppost, l-Istati Membri jistgħu, skond il-kondizzjonijiet nazzjonali tagħhom, japplikaw miżuri addizzjonali bħal rekwiżiti tekniċi, responsabbiltà tal-produttur, strumenti ekonomiċi jew ftehimiet volontarji.

3.   Jekk żjut għar-rimi, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, huma suġġetti għal rekwiżiti ta' riġenerazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li dawn iż-żjut għar-rimi għandhom jiġu rriġenerati jekk dan huwa teknikament fattibbli u, fejn l-Artikoli 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika, jirrestrinġu l-vjeġġ transkonfini taż-żjut għar-rimi mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi.

Artikolu 19

Bijoskart

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, u skond l-Artikoli 10 u 11, biex jinkoraġġixxu:

(a)

il-ġbir separat tal-bijoskart;

(b)

it-trattament tal-bijoskart b'mod li jilħaq livell għoli ta' protezzjoni ambjentali;

(ċ)

l-użu ta' materjali ambjentalment siguri prodotti mill-bijoskart.

Il-Kumissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta' l-immaniġġar tal-bijoskart bil-ħsieb li tippreżenta proposta jekk ikun hekk xieraq.

KAPITOLU IV

Permessi u reġistrazzjonijiet

Artikolu 20

Ħruġ ta' permessi

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li kwalunkwe stabbiliment jew intrapriża li jkollhom l-intenzjoni li jwettqu trattament ta' l-iskart jiksbu permess mill-awtorità kompetenti.

Tali permessi għandhom jispeċifikaw ta' l-inqas dan li ġej:

(a)

it-tipi u l-kwantitajiet ta' skart li jista' jiġi ttrattat;

(b)

għal kull tip ta' operazzjoni permessa, ir-rekwiżiti tekniċi u kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti għas-sit ikkonċernat;

(ċ)

il-miżuri ta' prekawzjoni u sigurtà li jridu jittieħdu;

(d)

il-metodu li għandu jintuża għal kull tip ta' operazzjoni;

(e)

dawk l-operazzjonijiet ta' monitoraġġ u ta' kontroll skond il-ħtieġa;

(f)

dawk id-dispożizzjonijiet ta' għeluq u ta' kura ta' wara skond il-ħtieġa.

2.   Il-permessi jistgħu jinħarġu għal perijodu speċifiku u jistgħu jkunu tat-tip li jiġġeddu.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-metodu ta' trattament maħsub mhuwiex aċċettabbli mill-aspett tal-protezzjoni ta' l-ambjent, b'mod partikolari meta l-metodu mhux skond l-Artikolu 10, hija għandha tirrifjuta li toħroġ il-permess.

4.   Għandha tkun kondizzjoni ta' kwalunkwe permess li jkopri l-inċinerazzjoni jew il-ko-inċinerazzjoni ma' l-irkurpru ta' l-enerġija, li l-irkupru ta' l-enerġija għandu jitwettaq b'livell għoli ta' effiċjenza enerġetika.

5.   Dment li r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu huma sodisfatti, kwalunkwe permess maħruġ skond leġislazzjoni nazzjonali jew Komunitarja oħra jista' jingħaqad mal-permess meħtieġ taħt il-paragrafu 1 biex jifforma permess wieħed, fejn tali format jevita d-duplikazzjoni mhux meħtieġa ta' informazzjoni u r-ripetizzjoni ta' xogħol mill-operatur jew l-awtorità kompetenti.

Artikolu 21

Eżenzjonijiet minn rekwiżiti ta' permessi

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(1) stabbilimenti jew intrapriżi għall-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

rimi ta' l-iskart mhux perikoluż tagħhom stess fil-post tal-produzzjoni; jew

(b)

irkupru ta' l-iskart.

Artikolu 22

Kondizzjonijiet għall-eżenzjoni

1.   Fejn Stat Membru jkun jixtieq jippermetti eżenzjonijiet, kif previst mill-Artikolu 21, huwa għandu jistabbilixxi, fir-rigward ta' kull tip ta' attività, regoli ġenerali li jispeċifikaw it-tipi u l-kwantitajiet ta' skart li jista' jkun kopert b'eżenzjoni, u l-metodu ta' trattament li għandu jintuża.

Dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-iskart huwa ttrattat skond l-Artikolu 10. Fil-każ ta' l-operazzjonijiet ta' rimi msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 21 dawk ir-regoli għandhom iqisu l-aħjar teknika disponibbli.

2.   B'żieda mar-regoli ġenerali previsti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi għal eżenzjonijiet relatati ma' skart perikoluż, inklużi tipi ta' attività, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ieħor meħtieġ sabiex jitwettqu tipi ta' rkupru differenti u, fejn hu rilevanti, il-valuri ta' limitu fir-rigward tal-kontenut ta' sustanzi perikolużi fl-iskart kif ukoll il-valuri ta' limitu ta' emissjonijiet.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli ġenerali stabbiliti skond il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 23

Reġistrazzjoni

Fejn dawn li ġejjin mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti ta' permess, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti żżomm reġistru ta':

(a)

stabbilimenti jew intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali;

(b)

negozjanti jew sensara; u

(ċ)

stabbilimenti jew intrapriżi li huma suġġetti għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta' permess skond l-Artikolu 21.

Artikolu 24

Standards minimi

1.   Jistgħu jiġu adottati standards tekniċi minimi għal attivitajiet ta' trattament li jeħtieġu permess skond l-Artikolu 20 fejn ikun hemm evidenza li jkun hemm gwadann f'termini ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent minn tali standards minimi. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

2.   Tali standards minimi għandhom ikopru biss dawk l-attivitajiet tat-trattament ta' l-iskart li mhumiex koperti mid-Direttiva 96/61/KE jew li mhumiex adattati għall-kopertura minnha.

3.   Tali standards minimi għandhom:

(a)

ikunu diretti lejn l-impatti ambjentali prinċipali ta' l-attività ta' trattament ta' l-iskart,

(b)

jiżguraw li l-iskart jiġi ttrattat skond l-Artikolu 7,

(ċ)

jieħdu kont ta' l-aħjar teknika disponibbli; u

(d)

skond il-każ, jinkludu elementi rigward il-kwalità tat-trattament u r-rekwiżiti tal-proċess.

4.   Standards minimi għal attivitajiet li jirrikjedu reġistrazzjoni skond il-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 23 għandhom jiġu adottati fejn hemm evidenza li jkun hemm gwadann minn tali standards minimi f'termini ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent jew biex is-suq intern ma jkunx imfixkel, inklużi elementi rigward il-kwalifika teknika ta' min jiġbor, tat-trasportaturi, tan-negozjanti jew tas-sensara.

Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

KAPITOLU V

Pjanijiet u programmi

Artikolu 25

Pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu, skond l-Artikoli 1, 10, 11 u 14, pjan wieħed jew iżjed għall-immaniġġar ta' l-iskart.

Dawk il-pjanijiet, weħidhom jew flimkien, għandhom ikopru t-territorju kollu ta' l-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart għandhom jinkludu analiżi tal-qagħda kurrenti ta' l-immaniġġar ta' l-iskart fl-entità ġeografika kkonċernata, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu għat-titjib fil-preparazzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u r-rimi ta' l-iskart u evalwazzjoni ta' kif il-pjan ser jappoġġa l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

3.   Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart għandu jkun fihom, kif xieraq u b'kont meħud tal-livell ġeografiku u l-kopertura taż-żona ta' ippjanar, mill-inqas dan li ġej:

(a)

it-tip, il-kwantità u s-sors ta' l-iskart iġġenerat fit-territorju, l-iskart li x'aktarx jiġi ttrasportat minn jew lejn it-territorju nazzjonali, u evalwazzjoni ta' l-iżvilupp ta' flussi ta' skart fil-ġejjieni;

(b)

skemi eżistenti għall-ġbir ta' l-iskart u impjanti ewlenin għar-rimi u l-irkupru, inkluż kwalunkwe arranġament speċjali għal żjut għar-rimi, skart perikoluż jew flussi ta' skart indirizzati minn leġislazzjoni speċifika Komunitarja;

(ċ)

valutazzjoni tal-ħtieġa għal skemi ġodda ta' ġbir, l-għeluq ta' impjanti eżistenti ta' l-iskart, infrastruttura ta' impjanti addizzjonali għall-iskart skond l-Artikolu 14, u, skond il-ħtieġa, l-investimenti relatati magħhom;

(d)

informazzjoni suffiċjenti dwar il-kriterji ta' lokazzjoni għal identifikazzjoni ta' siti u dwar il-kapaċità ta' installazzjonijiet futuri għal rimi jew impjanti prinċipali għal irkupru, skond il-ħtieġa;

(e)

linji politiċi ġenerali għall-immaniġġar ta' l-iskart, inklużi teknoloġiji u metodi ppjanati għall-immaniġġar ta' l-iskart, jew linji politiċi oħra fir-rigward ta' l-iskart li jġib miegħu problemi speċifiċi ta' maniġġar.

4.   Il-pjan għall-immaniġġar ta' l-iskart jista' jkun fih, b'kont meħud tal-livell ġeografiku u l-kopertura taż-żona ta' ppjanar, dan li ġej:

(a)

aspetti organizzattivi relatati ma' l-immaniġġar ta' l-iskart, inkluża deskrizzjoni ta' l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet bejn l-atturi pubbliċi u privati li qed iwettqu l-immaniġġar ta' l-iskart;

(b)

evalwazzjoni ta' l-utilità u l-idoneità ta' l-użu ta' strumenti ekonomiċi u oħrajn fit-trattament ta' diversi problemi konnessi ma' l-iskart, b'kont meħud tal-ħtieġa li s-suq intern jibqa' jopera bla xkiel;

(ċ)

l-użu ta' kampanji biex titqajjem il-kuxjenza u l-għoti ta' tagħrif immirati lejn il-pubbliku ġenerali jew grupp speċifiku ta' konsumaturi;

(d)

siti għar-rimi ta' l-iskart li huma storikament kontaminati u miżuri għar-rijabilitazzjoni tagħhom.

5.   Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart għandhom ikunu skond ir-rekwiżiti tal-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart stabbiliti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE u l-istrateġija għall-implimentazzjoni tat-tnaqqis ta' l-iskart bijodegradabbli li jintefa' f'radam, imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE.

Artikolu 26

Programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart

1.   L-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 1 u 11, jistabbilixxu programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart mhux aktar tard minn … (23).

Tali programmi għandhom jew jiġu integrati fil-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart previsti fl-Artikolu 25, jew fi programmi oħra ta' politika ambjentali, kif xieraq, jew għandhom jiffunzjonaw bħala programmi separati. Jekk tali programm huwa integrat fil-pjan għall-immaniġġar ta' l-iskart jew fi programmi oħra, il-miżuri ta' prevenzjoni ta' l-iskart għandhom ikunu identifikati b'mod ċar.

2.   Il-programmi previsti fil-paragrafu 1 għandhom jistipulaw l-objettivi ta' prevenzjoni ta' l-iskart. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu miżuri ta' prevenzjoni eżistenti u jevalwaw l-utilità ta' l-eżempji tal-miżuri indikati fl-Anness IV jew miżuri xierqa oħra.

Il-mira ta' dawn l-objettivi u miżuri għandha tkun li tinqata' r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-impatti ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta' l-iskart.

3.   L-Istati Membri għandom jiddeterminaw il-punti ta' referenza kwalitattivi jew kwantitattivi xierqa għall-miżuri ta' prevenzjoni ta' l-iskart li jkunu adottati biex jimmonitorjaw u jivvalutaw il-progress tal-miżuri u jistgħu jiddeterminaw miri kwalitattivi jew kwantitattivi speċifiċi u indikaturi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 4, għall-istess għan.

4.   L-indikaturi għall-miżuri ta' prevenzjoni ta' l-iskart jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 36(3).

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida sabiex tassisti lill-Istati Membri fil-tħejjija tal-Programmi.

Artikolu 27

Evalwazzjoni u reviżjoni ta' pjanijiet u programmi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart jiġu evalwati mill-inqas kull sitt snin, u riveduti kif ikun xieraq.

Artikolu 28

Parteċipazzjoni tal-pubbliku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati u l-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku ġenerali jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw fit-tfassil tal-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart, u jkollhom aċċess għalihom meta jkunu mfassla, skond id-Direttiva 2003/35/KE jew, jekk rilevanti, id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' ċerti effetti ta' pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (24). Huma għandhom iqiegħdu l-pjanijiet u l-programmi fuq sit ta' l-internet li jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Artikolu 29

Kooperazzjoni

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw kif jixraq ma' l-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati u mal-Kummissjoni sabiex ifasslu l-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart skond l-Artikoli 25 u 26.

Artikolu 30

Informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart imsemmija fl-Artikoli 25 u 26, ladarba jiġu adottati, u dwar kull reviżjoni sostanzjali tal-pjanijiet u l-programmi.

2.   Il-format għan-notifika ta' l-informazzjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali ta' dawk il-pjanijiet u programmi għandu jiġi adottat bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 36(3).

KAPITOLU VI

Spezzjonijiet u reġistri

Artikolu 31

Spezzjonijiet

1.   L-istabbilimenti jew l-intrapriżi li jwettqu operazzjonijiet ta' trattament ta' l-iskart, l-istabbilimenti jew l-intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali, is-sensara u n-negozjanti, u l-istabbilimenti jew l-intrapriżi li jipproduċu skart perikoluż għandhom ikunu suġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi xierqa mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-ispezzjonijiet fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' ġbir u trasport għandhom ikopru l-oriġini, in-natura, il-kwantità u d-destinazzjoni ta' l-iskart miġbur u trasportat.

3.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tar-reġistrazzjonijiet miksuba taħt l-iskema tal-Komunità għall-Immaniġġar u l-Awditjar ta' l-Ambjent (EMAS) b'mod partikolari rigward il-frekwenza u l-intensità ta' l-ispezzjonijiet.

Artikolu 32

Żamma ta' reġistri

1.   L-istabbilimenti jew l-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 20(1), il-produtturi ta' l-iskart perikoluż u l-istabbilimenti u l-intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart perikoluż fuq bażi professjonali, jew jaġixxu bħala negozjanti jew sensara ta' skart perikoluż, għandhom iżommu reġistru tal-kwantità, in-natura u l-oriġini ta' l-iskart, u, meta jkun rilevanti, id-destinazzjoni, il-frekwenza tal-ġbir, il-mod tat-trasport u l-metodu tat-trattament mistenni fir-rigward ta' l-iskart, u jagħmlu dan it-tagħrif disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Fil-każ ta' skart perikoluż, ir-reġistri għandhom jinżammu għal mill-anqas tliet snin, ħlief fil-każ ta' stabbilimenti u intrapriżi li jittrasportaw skart perikoluż li għandhom iżommu tali reġistri għal mill-anqas 12-il xahar.

Prova dokumentata li l-operazzjonijiet ta' mmaniġġar ikunu twettqu għandha tkun ipprovduta fuq talba ta' l-awtoritajiet kompetenti jew ta' possessur preċedenti.

3.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll lill-produtturi ta' skart mhux perikoluż biex jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 33

Infurzar u pieni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-abbandun, ir-rimi jew l-immaniġġar mhux ikkontrollat ta' l-iskart.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 34

Rappurtar u reviżjoni

1.   Kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, billi jippreżentaw rapport settorali f'forma elettronika. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-immaniġġar ta' żjut għar-rimi u dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart.

Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq kwestjonarju jew qafas stabbilit mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fuq l-ambjent (25). Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perijodu ta' tliet snin li jkopri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-kwestjonarju jew qafas lill-Istati Membri sitt xhur qabel jibda l-perjodu kopert mir-rapport settorali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard minn disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti settorali mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1.

4.   Fl-ewwel rapport li jokkorri sa … (26), il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u, jekk ikun xieraq, għandha tippreżenta proposta għal reviżjoni. Ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-programmi, miri u indikaturi eżistenti ta' prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-Istati Membri abbażi ta' l-informazzjoni ppreżentata taħt l-Artikolu 30 u għandha tirrivedi l-opportunità għal programmi, miri u indikaturi fil-livell Komunitarju.

Artikolu 35

Interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku

1.   Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta' rkupru u rimi fil-punti (n) u (r) ta' l-Artikolu 3.

Jekk ikun meħtieġ, l-applikazzjoni tal-formola għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni msemmija fl-Anness II R 1, għandha tkun speċifikata. Kondizzjonijiet klimatiċi lokali jistgħu jitqiesu bħas-severità tal-kesħa u l-ħtieġa għat-tisħin safejn dawn jinfluwenzaw l-ammonti ta' enerġija li jistagħu jintużaw jew jiġu prodotti teknikament fil-forma ta' elettriku, tisħin, tkessiħ jew fwar matul l-ipproċessar. Kondizzjonijiet lokali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda kif rikonoxxuti fir-raba subparagrafu ta' l-Artikolu 299(2) tat-Trattat u tat-territorji msemmija fl-Artikolu 25 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 jistgħu wkoll jittieħdu f'konsiderazzjoni. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

2.   L-Annessi jistgħu jiġu emendati, fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

Artikolu 36

Il-Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 37

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa … (27).

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 38

Revoka

Id-Direttivi 75/439/KEE u 91/689/KEE u 2006/12/KE huma permezz ta' dan revokati b'effett minn … (28).

Referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 40

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 309, 16.12.2006, p. 55.

(2)  Opinjoni ta' l-14 ta' Ġunju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 20 ta' Diċembru 2007 u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 401.

(7)  ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(8)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 (ĠU L 191, 21.7.2007, p. 1).

(9)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(10)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(11)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/20KE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 17).

(12)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/673/KE (ĠU L 254, 30.9.2005, p. 69).

(13)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(14)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(15)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(16)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.

(17)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(18)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2000/76/KE (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91).

(19)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2006/21/KE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15).

(20)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(21)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(22)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

(23)  Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(24)  ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

(25)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(26)  Sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(27)  24 xhar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(28)  24 xhar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

Operazzjonijiet ta' rimi

D 1

Depożitu ġewwa jew fuq l-art (eż. radam, eċċ.)

D 2

Trattament fuq l-art (eż. bijodegradazzjoni ta' rifjuti likwidi jew ta' tajn fil-ħamrija, eċċ.)

D 3

Injezzjoni fil-fond (eż. injezzjoni ta' rifjut li jista' jiġi ppumpjat fi bjar, munzelli tal-melħ jew repożitorji naturali, eċċ.)

D 4

Lagunaġġ (eż. tqegħid ta' rifjuti likwidi jew ta' tajn f'fosos, għadajjar jew laguni, eċċ.)

D 5

Radam speċjalment ippreparat (eż. tqegħid f'ċelluli separati miksija minn ġewwa li jkunu mgħottija u iżolati minn ma' xulxin u mill-ambjent, eċċ.)

D 6

Rilaxx f'ilmijiet li mhumiex ibħra/oċeani

D 7

Rilaxx f'ibħra/oċeani inkluża l-inserzjoni f'qiegħ il-baħar

D 8

Trattament bijoloġiku mhux speċifikat imkien ieħor f'dan l-Anness li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet aħħarija li jintremew permezz ta' kull wieħed mill-operazzjonijiet numerati minn D 1 sa D 12

D 9

Trattament fiżiko-kimiku mhux speċifikat imkien ieħor f'dan l-Anness li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet aħħarija li jintremew permezz ta' kull wieħed mill-operazzjonijiet numerati minn D 1 sa D 12 (eż. evaporazzjoni, tnixxif, kalċinazzjoni, eċċ.)

D 10

Inċinerazzjoni fuq l-art

D 11

Inċinerazzjoni fuq il-baħar (1)

D 12

Ħżin permanenti (eż. tqegħid ta' kontenituri f'minjiera, eċċ.)

D 13

Taqbil jew taħlit qabel ma sseħħ waħda mill-operazzjonijiet numerati minn D 1 sa D 12 (2)

D 14

Ippakkjar mill-ġdid qabel ma sseħħ waħda mill-operazzjonijiet numerati minn D 1 sa D 13

D 15

Ħżin preliminari qabel ma sseħħ waħda mill-operazzjonijiet numerati minn D 1 sa D 14 (ħlief il-ħżin temporanju, sakemm isir il-ġbir, fuq is-sit fejn jiġi prodott l-iskart) (3)


(1)  Din l-operazzjoni hija pprojbita mil-leġislazzjoni ta' l-UE u mill-konvenzjonijiet internazzjonali.

(2)  Jekk ma jkun hemm l-ebda kodiċi D xieraq, dan jista' jinkludi operazzjonijiet preliminari qabel ir-rimi inkluż il-pre-proċessar bħal, inter alia, l-għażla, it-tifrik, l-ikkumpattar, it-tgerbib, it-tnixxif, it-tqattigħ, il-kondizzjonament, jew is-separazzjoni qabel is-sottomissjoni għal kwalunkwe mill-operazzjonijiet enumerati D 1 sa D 12.

(3)  Ħżin temporanju tfisser ħżin preliminari skond il-punt (10) ta' l-Artikolu 3.


ANNESS II

Operazzjonijiet ta' rkupru

R 1

Użu ewlieni bħala karburant jew mezz ieħor għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija (1)

R 2

Riklamazzjoni/riġenerazzjoni ta' solventi

R 3

Riċiklaġġ/riklamazzjoni ta' sustanzi organiċi li mhumiex użati bħala solventi (inkluż il-kompostaġġ u proċessi oħra ta' trasformazzjoni bijoloġika) (2)

R 4

Riċiklaġġ/riklamazzjoni ta' metalli u komposti tal-metalli

R 5

Riċiklaġġ/riklamazzjoni ta' materjali inorganiċi oħra (3)

R 6

Riġenerazzjoni ta' aċidi jew bażijiet

R 7

Irkupru ta' komponenti użati għat-tnaqqis tat-tniġġis

R 8

Irkupru ta' komponenti minn katalizzaturi

R 9

Raffinar mill-ġdid taż-żejt jew użu ieħor mill-ġdid taż-żejt

R 10

Trattament ta' l-art li jirriżulta f'benefiċċju għall-agrikoltura jew f'titjib ekoloġiku

R 11

Użu ta' skart miksub minn waħda mill-operazzjonijiet numerati minn R 1 sa R 10

R 12

Skambju ta' skart biex jittieħed għal waħda mill-operazzjonijiet numerati minn R 1 sa R 11 (4)

R 13

Ħżin ta' skart sakemm issir waħda mill-operazzjonijiet numerati minn R 1 sa R 12 (ħlief il-ħżin temporanju, sakemm isir il-ġbir, fuq is-sit fejn jiġi prodott l-iskart) (5)


(1)  Dan jinkludi faċilitajiet ta' inċinerazzjoni mfassla għall-ipproċessar ta' skart solidu muniċipali biss fejn l-effiċjenza ta' l-enerġija tagħhom hija daqs jew ogħla minn:

0.60 għal installazzjonijiet li kienu qed jaħdmu u permessi skond il-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli qabel l-1 ta' Jannar 2009,

0.65 għal installazzjonijiet permessi wara l-31 ta' Diċembru 2008,

bl-użu tal-formula li ġejja:

Effiċjenza ta' l-enerġija = (Ep – (Ef + Ei))/(0.97 × (Ew + Ef))

Fejn:

Ep tfisser l-enerġija annwali prodotta bħala sħana jew elettriċità. Hija kkalkulata b'enerġija fis-sura ta' elettriċità mmultiplikata bi 2.6 u sħana prodotta għal użi kummerċjali mmultiplikata b'1.1 (GJ/sena)

Ef tfisser l-input ta' l-enerġija annwali fis-sistema minn karburanti li jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-fwar (GJ/sena)

Ew tfisser l-enerġija annwali li tinsab fl-iskart trattat ikkalkulata bl-użu tal-valur nett kalorifiku aktar baxx ta' l-iskart (GJ/sena)

Ei tfisser l-enerġija importata annwali esklużi Ew u Ef (FJ/sena)

0.97 huwa fattur responsabbli għat-telf ta' enerġija minħabba ċapep ta' l-irmied u radjazzjoni

Din il-formula għandha tkun applikata skond id-dokument ta' referenza dwar l-Aħjar Teknika Disponibbli għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart.

(2)  Dan jinkludi l-gassifikazzjoni u l-piroliżi bl-użu tal-komponenti bħala kimiki.

(3)  Dan jinkludi t-tindif tal-ħamrija li jirriżulta fl-irkupru tal-ħamrija u r-riċiklaġġ ta' materjali inorganiċi tal-bini.

(4)  Jekk ma jkun hemm l-ebda kodiċi R ieħor xieraq, dan jista' jinkludi operazzjonijiet preliminari qabel l-irkupru inkluż pre-proċessar bħal, inter alia, iż-żarmar, l-għażla, it-tifrik, l-ikkumpattar, it-tgerbib, it-tnixxif, it-tqattigħ, il-kondizzjonament, l-ippakkjar mill-ġdid, is-separazzjoni, it-taqbil jew it-taħlit qabel ma jintbagħat lil waħda mill-operazzjonijiet numerati minn R 1 sa R 11.

(5)  Ħżin temporanju tfisser ħżin preliminari skond il-punt (j) ta' l-Artikolu 3.


ANNESS III

Karatteristiċi ta' l-iskart li jirrenduh perikoluż

H 1

“Splussiv”: sustanzi u preparazzjonijiet li jista' jisplodi taħt l-effett ta' fjamma jew li hu aktar sensittiv għal xokkijiet jew frizzjoni mid-dinitrobenzine.

H 2

“Ossidizzanti”: sustanzi u preparazzjonijiet li juru reazzjonijiet exotermiċi għoljin meta jidħlu fil-kuntatt ma' sustanzi oħra, b'mod partikolari sustanzi li jieħdu n-nar.

H 3-A

“Jieħu n-nar malajr ħafna”:

sustanzi u preparazzjonijiet likwidi li għandhom punt ta' flaxx taħt il-21 °C (inklużi likwidi li jiedu n-nar malajr ħafna), jew

sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jisħnu u fl-aħħar jieħdu n-nar meta jkunu f'kuntatt ma' l-arja f'temperatura ambjentali mingħajr l-applikazzjoni ta' enerġija, jew

sustanzi u preparazzjonijiet solidi li jistgħu faċilment jieħdu n-nar wara kuntatt qasir ma' sors ta' tqabbid ta' nar u li jkompli jaqbad jew jiġi kkunsmat wara t-tneħħija tas-sors ta' tqabbid, jew

sustanzi u preparazzjonijiet gassużi li jieħdu n-nar fl-arja taħt pressjoni normali, jew

sustanzi u preparazzjonijiet li, f'kuntatt ma' l-ilma jew l-arja umda, jiżviluppaw gassijiet li jieħdu n-nar malajr ħafna fi kwantitajiet perikolużi.

H 3-B

“Jieħu n-nar”: sustanzi u preparazzjonijiet likwidi li għandhom punt ta' flaxx ugwali għal jew akbar minn 21 °C u anqas minn jew ugwali għal 55 °C.

H 4

“Irritanti”: sustanzi u preparazzjonijiet mhux korrużivi li, permezz ta' kuntatt immedjat, fit-tul jew ripetut mal-ġilda jew il-membrana bil-mukus, jistgħu jikkawżaw infjammazzjoni.

H 5

“Noċiv”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwassal għal riskji limitati għas-saħħa.

H 6

“Tossiku”: sustanzi u preparazzjonijiet (inklużi sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna) li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jikkaġunaw riskji serji, akuti jew kroniċi għas-saħħa u wkoll mewt.

H 7

“Karċinoġeniku”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwasslu għal kanċer jew iżidu l-inċidenza tiegħu.

H 8

“Korrużiv”: sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jeqirdu t-tessut ħaj meta jmiss miegħu.

H 9

“Infettuż”: sustanzi u preparazzjonijiet li jikkontjenu mikro-organiżmi vijabbli jew it-tossini tagħhom li huma magħrufa jew meqjusa b'mod affidabbli li jikkaġunaw mard fil-bniedem jew f'organiżmi oħra ħajjin.

H 10

“Tossiku għar-riproduzzjoni”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwasslu għal malformazzjonijiet konġenitali mhux ereditarji jew iżidu l-inċidenza tiegħhom.

H 11

“Mutaġeniku”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwasslu għal difetti genetiċi ereditarji jew iżidu l-inċidenza tiegħhom.

H 12

Skart li jerħi gassijiet tossiċi jew tossiċi ħafna meta jiġi f'kuntatt ma' l-ilma, l-arja jew xi aċidu.

H 13 (1)

“Sensitizzanti”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jekk jippenetraw fil-ġilda, jistgħu jikkawżaw reazzjoni ta' ipersensittività tali li ma' esponiment ulterjuri għas-sustanza jew il-preparazzjoni, huma prodotti effetti karatteristiċi negattivi.

H 14

“Ekotossiku”: skart li jippreżenta jew jista' jippreżenta riskji immedjati jew li jieħdu ż-żmien għal settur wieħed jew aktar ta' l-ambjent.

H 15

Skart kapaċi bi kwalunkwe mezz, wara li jintrema, li jipproduċi xi sustanza oħra, eż. xi ċarċir, li jkun fih xi waħda mill-karatteristiċi elenkati minn hawn fuq.

Noti

1.

L-attribuzzjoni tal-karatteristiċi perikolużi “tossiku” (u “tossiku ħafna”), “noċiv”, “korrożiv”, “irritanti”, “karċinoġeniku”, “tossiku għar-riproduzzjoni”, “mutaġeniku”, u “eko-tossiku” isir fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti bl-Anness VI, tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolament u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klasifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi (2).

2.

Fejn ikun rilevanti għandhom japplikaw il-valuri tal-limitu elenkati fl-Anness II u III tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettar ta' preparazzjonjijiet perikolużi (3).

Metodi ta' ttestjar

Il-metodi li għandhom jintużaw huma deskritti fl-Anness V mad-Direttiva 67/548/KEE u f'noti rilevanti oħrajn tas-CEN.


(1)  Safejn huma disponibbli metodi ta' ttestjar.

(2)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/102/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 241).

(3)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3).


ANNESS IV

Eżempji ta' miżuri ta' prevenzjoni ta' l-iskart imsemmija fl-Artikolu 26a

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-kundizzjonijiet ta' qafas relatati mal-ġenerazzjoni ta' l-iskart

1.

L-użu ta' miżuri ta' ppjanar, jew strumenti ekonomiċi oħrajn li jippromwovu l-użu effiċenti tar-riżorsi.

2.

Il-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-kisba ta' prodotti u teknoloġiji aktar nodfa u li jaħlu inqas u t-tixrid u l-użu tar-riżultati ta' tali riċerka u żvilupp.

3.

L-iżvilupp ta' indikaturi effettivi u sinifikanti tal-pressjonijiet ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta' l-iskart immirati li jikkontribwixxu fil-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart fil-livelli kollha, mit-tqabbil tal-prodotti fil-livell Komunitarju permezz ta' azzjoni meħuda mill-awtoritajiet lokali sa miżuri nazzjonali.

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-fażi ta' tfassil u produzzjoni u distribuzzjoni

4.

Il-promozzjoni ta' tfassil ekoloġiku (l-integrazzjoni sistematika ta' l-aspetti ambjentali fid-disinn tal-prodott bil-għan li jittejjeb ir-rendiment ambjentali tal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kollu).

5.

L-għoti ta' tagħrif dwar teknika għall-prevenzjoni ta' l-iskart bil-għan li tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta' l-aħjar teknika disponibbli mill-industrija.

6.

L-organizzazzjoni ta' taħriġ ta' l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' l-inklużjoni ta' ħtiġiet dwar il-prevenzjoni ta' l-iskart fil-permessi skond din id-Direttiva u d-Direttiva 96/61/KE.

7.

L-inklużjoni ta' miżuri għall-prevenzjoni tal-produzzjoni ta' l-iskart f'impjanti mhux koperti mid-Direttiva 96/61/KE. Fejn ikun xieraq, tali miżuri jistgħu jinkludu valutazzjonijiet jew pjanijiet dwar il-prevenzjoni ta' l-iskart.

8.

L-użu ta' kampanji ta' għarfien jew l-għoti ta' appoġġ finanzjarju, fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew appoġġ ieħor lin-negozji. Tali miżuri x'aktarx ikunu partikolarment effettivi meta jkunu mmirati lejn, u adattati għal, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u joperaw permezz ta' netwerks stabbiliti ta' negozji.

9.

L-użu ta' ftehim volontarji, għaqdiet ta' produtturi/konsumaturi jew negozjati settorali sabiex in-negozji jew is-setturi industrijali rilevanti jistabbilixxu huma stess il-pjanijiet jew l-objettivi tagħhom għall-prevenzjoni ta' l-iskart jew jikkoreġu prodotti jew ippakkjar li jaħlu.

10.

Il-promozzjoni ta' sistemi rakkomandabbli għall-immaniġġar ambjentali, inklużi l-EMAS u l-ISO 14001.

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-fażi ta' konsum u użu

11.

Strumenti ekonomiċi bħal inċentivi għal xiri 'nadif' jew l-istituzzjoni ta' ħlas obbligatorju mill-konsumaturi għal oġġett speċifiku jew element ta' ppakkjar speċifiku li kieku kien jingħata b'xejn.

12.

L-użu ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u l-għoti ta' tagħrif immirati lejn il-pubbliku ġenerali jew grupp speċifiku ta' konsumaturi.

13.

Il-promozzjoni ta' eko-tikketti rakkomandabbli.

14.

Ftehim ma' l-industrija, bħall-użu ta' gruppi ta' studju dwar prodotti, bħal dawk li qed jintużaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Integrata dwar il-Prodotti jew mal-bejjiegħa bl-imnut dwar id-disponibbiltà ta' tagħrif dwar il-prevenzjoni ta' l-iskart u l-prodotti b'anqas impatt ambjentali.

15.

Fil-kuntest ta' xiri pubbliku u korporattiv, l-integrazzjoni ta' kriterji ambjentali u tal-prevenzjoni ta' l-iskart f'sejħiet għal offerti u kuntratti, skond il-Manwal dwar ix-xiri pubbliku ambjentali ppubblikat mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ottubru 2004.

16.

L-promozzjoni ta' l-użu mill-ġdid/jew it-tiswija ta' prodotti xierqa skartati jew tal-komponenti tagħhom, notevolment permezz ta' l-użu ta' miżuri edukattivi, ekonomiċi, loġistiċi jew miżuri oħra bħall-appoġġ għal jew l-istabbiliment ta' ċentri u netwerks akkreditati ta' tiswija u ta' użu mill-ġdid speċjalment f'reġjuni b'densità ta' popolazzjoni għolja.


ANNESS V

Tabella ta' korrelazzjoni

Direttiva 2006/12/EC

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)(a)

Artikolu 3(1)

Artikolu 1(1)(b)

Artikolu 3(5)

Artikolu 1(1)(c)

Artikolu 3(6)

Artikolu 1(1)(d)

Artikolu 3(9)

Artikolu 1(1)(e)

Artikolu 3(18)

Artikolu 1(1)(f)

Artikolu 3(14)

Artikolu 1(1)(g)

Artikolu 3(10)

Artikolu 1(2)

Artikolu 6

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1)(b)(i)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(1)(b)(ii)

Artikolu 2(2)(d)

Artikolu 2(1)(b)(iii)

Artikolu 2(1)(f) u 2(2)(ċ)

Artikolu 2(1)(b)(iv)

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(1)(b)(v)

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(1)

Artikolu 11

Artikolu 4(1)

Artikolu 10

Artikolu 4(2)

Artikolu 33(1)

Artikolu 5

Artikolu 14

Artikolu 6

-

Artikolu 7

Artikolu 25

Artikolu 8

Artikolu 13

Artikolu 9

Artikolu 20

Artikolu 10

Artikolu 20

Artikolu 11

Artikoli 21 u 22

Artikolu 12

Artikolu 23

Artikolu 13

Artikolu 31

Artikolu 14

Artikolu 32

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 34

Artikolu 17

Artikolu 35

Artikolu 18(1)

Artikolu 36(1)

-

Artikolu 36(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 36(4)

Artikolu 18(3)

Artikolu 36(3)

Artikolu 19

Artikolu 37

Artikolu 20

-

Artikolu 21

Artikolu 39

Artikolu 22

Artikolu 40

Annex I

-

Annex IIA

Annex I

Annex IIB

Annex II

Direttiva 75/439/EEC

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 3(17)

Artikolu 2

Artikoli 10 u 18

Artikolu 3(1) u (2)

-

Artikolu 3(3)

Artikolu 10

Artikolu 4

Artikolu 10

Artikolu 5(1)

-

Artikolu 5(2)

-

Artikolu 5(3)

-

Artikolu 5(4)

Artikoli 23 u 31

Artikolu 6

Artikolu 20

Artikolu 7(a)

Artikolu 10

Artikolu 7(b)

-

Artikolu 8(1)

-

Artikolu 8(2)(a)

-

Artikolu 8(2)(b)

-

Artikolu 8(3)

-

Artikolu 9

-

Artikolu 10(1)

Artikolu 15

Artikolu 10(2)

Artikolu 10

Artikolu 10(3) u (4)

-

Artikolu 10(5)

Artikoli 16, 18, 22, 31 u 32

Artikolu 11

-

Artikolu 12

Artikolu 32

Artikolu 13(1)

Artikolu 31

Artikolu 13(2)

-

Artikolu 14

-

Artikolu 15

-

Artikolu 16

-

Artikolu 17

-

Artikolu 18

Artikolu 34

Artikolu 19

-

Artikolu 20

-

Artikolu 21

-

Artikolu 22

-

Annex I

-

Direttiva 91/689/EEC

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

-

Artikolu 1(2)

-

Artikolu 1(3)

-

Artikolu 1(4)

Artikoli 3(2) u 6

Artikolu 1(5)

Artikolu 17

Artikolu 2(1)

Artikolu 20

Artikolu 2(2) u (4)

Artikolu 15

Artikolu 3

Artikoli 21, 22 u 23

Artikolu 4(1)

Artikolu 31

Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 32

Artikolu 5(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 31(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 16(2)

Artikolu 6

Artikolu 25

Artikolu 7

-

Artikolu 8

-

Artikolu 9

-

Artikolu 10

-

Artikolu 11

-

Artikolu 12

-

Annexes I u II

-

Anness III

Anness III


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fis-26 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni għaddiet lill-Kunsill proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart (1). Il-proposta hi bbażata fuq l-Artikolu 175(1) tat-Trattat.

2.

Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni tiegħu ta' l-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2007.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni taw l-Opinjonijiet tagħhom fid-19 ta' Ġunju u fl-14 ta' Ġunju 2006 rispettivament (2).

3.

Fl-20 ta' Diċembru 2007, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.

II.   OBJETTIVI

L-objettivi ta' l-abbozz tad-Direttiva huma li:

jissimplifikaw u jimmodernizzaw il-leġislazzjoni attwali,

jimplimentaw politika ta' prevenzjoni ta' l-iskart aktar ambizzjuża u aktar effettiva,

jinkoraġġixxu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' l-iskart.

L-abbozz tad-Direttiva jipprevedi:

l-introduzzjoni ta' objettiv ambjentali,

kjarifika tal-kunċetti ta' rkupru u rimi,

kjarifika tal-kondizzjonijiet għat-taħlit ta' skart perikoluż,

l-introduzzjoni ta' proċedura għall-kjarifika ta' meta skart ma jibqax skart għal kategoriji magħżulin ta' l-iskart,

proċedura għall-istabbiliment ta' standards tekniċi minimi għal għadd ta' operazzjonijiet ta' maniġġar ta' l-iskart,

ħtieġa ġdida għall-iżvilupp ta' programmi nazzjonali għall-prevenzjoni ta' l-iskart.

Il-proposta tieħu l-forma ta' reviżjoni tad-Direttiva kwadru dwar l-iskart (2006/12/KE). Hija tintegra d-Direttiva dwar l-iskart perikoluż (91/689/KEE) u l-obbligu speċifiku tal-ġbir tad-Direttiva dwar iż-żjut għar-rimi (75/439/KEE); dawn id-Direttivi għalhekk għandhom jitħassru.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Ġenerali

Fil-votazzjoni Plenarja tiegħu tat-13 ta' Frar 2007 l-Parlament Ewropew adotta 120 emenda (sussegwentement ingħaqdu f'104 emendi). Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tinkorpora diversi minnhom totalment, b'mod parzjali jew fil-prinċipju, permezz ta' formulazzjoni simili. B'mod partikolari, hija tinkludi modifiki għall-proposta oriġinali tal-Kummissjoni li ser jissikkaw l-applikazzjoni tal-ġerarkija ta' l-iskart, li jindirizzaw b'mod speċifiku l-kwistjonijiet tal-bijo-skart u taż-żjut għar-rimi, u jipprevedu l-kunċett tar-responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikunu nkoraġġuti l-prevenzjoni ta' l-iskart u l-irkupru tiegħu. Fir-rigward tad-definizzjoni ta' l-iskart u d-dispożizzjonijiet oriġinarjament dedikati lil prodotti sekondarji, qed jiġu introdotti dispożizzjonijiet sabiex jiġu ddeterminati, fuq naħa, sostanzi jew oġġetti li jistgħu jitqiesu bħala sotto-prodotti u mhux bħala skart jekk jikkonformaw ma' kriterji u miżuri speċifiċi, u min-naħa l-oħra biex jiġi ddeterminat ċertu skart speċifikat li jista' jilħaq l-istatus ta' tmiem ta' l-iskart, skond kondizzjonijiet speċifiċi, li jirriżultaw f'sustanzi jew oġġetti li jistgħu jitqiegħdu fis-suq f'konformità mar-regoli applikabbli għal prodotti u sostanzi.

Il-pożizzjoni komuni tinkludi wkoll bidliet oħrajn, mhux previsti mill-Parlament Ewropew, li jindirizzaw għadd ta' kwistjonijiet ta' tħassib espressi mill-Istati Membri matul in-negozjati.

Il-Kummissjoni aċċettat il-pożizzjoni komuni maqbula mill-Kunsill.

2.   Emendi tal-Parlament Ewropew

Il-Kunsill:

(a)

introduċa fil-pożizzjoni komuni 55 emenda b'mod sħiħ, b'mod parzjali jew fil-prinċipju, kif ġej:

Premessi:

L-Emenda 1 u l-Emenda 4 dwar l-objettivi ġew trasposti parzjalment fil-Premessi 1 u 6, speċjalment fir-rigward tal-ġerarkija ta' l-iskart u r-referenza għall-konservazzjoni tar-riżorsi naturali.

L-Emenda 5 dwar il-ħtieġa ta' definizzjoni għal “użu mill-ġdid” ġiet inkluża parzjalment (Premessi 13 u 16). Il-pożizzjoni komuni tipprevedi wkoll definizzjoni ulterjuri għal “preparazzjoni għall-użu mill-ġdid” sabiex tkun faċilitata d-distinzjoni bejn operazzjonijiet ta' prevenzjoni u operazzjonijiet ta' rkupru, jiġifieri bejn l-użu mill-ġdid ta' prodotti jew komponenti li mhumiex skart (soġġett għall-“użu mill-ġdid”, biex jiġi evitat l-iskart) u l-użu mill-ġdid ta' prodotti jew komponenti li saru skart (soġġett għall-“preparazzjoni għall-użu mill-ġdid”, operazzjoni ta' rkupru).

L-Emenda 6 dwar il-ħtieġa li jkunu ċċarati d-definizzjonijiet ta' rkupru u rimi hija aċċettata parzjalment bil-Premessa 17 inkluża referenza dwar il-benefiċċji ta' l-operazzjonijiet ta' rkupru għas-saħħa tal-bniedem.

L-Emenda 7 dwar il-ħtieġa li tkun ċċarata d-definizzjoni ta' skart, hija koperta parzjalment u fis-sustanza bil-Premessa 20 u l-Artikoli 4 u 5 tal-pożizzjoni komuni.

L-Emenda 8 dwar il-prinċipju li min iniġġes iħallas u r-responsabbiltà tal-produttur ġiet trasposta fil-Premessi 24 u 25 tal-pożizzjoni komuni.

L-Emenda 13 dwar żjut għar-rimi ġiet aċċettata, parzjalment u fl-ispirtu, permezz tal-Premessa 40 u l-Artikolu 18. Filwaqt li l-pożizzjoni komuni tipprevedi l-irtirar tad-Direttiva 75/439/KEE dwar żjut għar-rimi, l-Artikolu 18 ġie żviluppat b'mod konsiderevoli u jippermetti, b'mod partikolari, lill-Istati Membri li jżomm r-reġenerazzjoni bħala prijorità nazzjonali.

L-Emenda 168 dwar is-setgħat konferiti lill-Kummissjoni hija koperta parzjalment fil-Premessa 42 u 43 għalkemm l-ambitu għall-applikazzjoni tal-proċedura ġdida dwar il-komitoloġija huwa usa' fil-pożizzjoni komuni.

Artikoli:

L-Emenda 101-14 dwar is-suġġett u l-ġerarkija ta' l-iskart huma fil-biċċa l-kbira koperti fl-Artikolu 1 u l-Artikolu 11, flimkien mal-Premessi 27 u 28. Madankollu, il-pożizzjoni komuni tvarja xi ftit minn din l-Emenda għaliex tqis, b'mod partikolari, li s-sussidjarjetà għandha tapplika fir-rigward tal-proċeduri li ma jsegwux il-ġerarkija għal ċerti flussi ta' skart.

L-Emenda 15-134-102-123-126 dwar l-esklużjoni mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva hija parzjalment koperta fl-Artikolu 2 fir-rigward ta' ħamrija mhux ikkontaminata u materjal ieħor li jfeġġ b'mod naturali użat għall-finijiet ta' kostruzzjoni fis-sit minn fejn ikun ġie skavat, sotto-prodotti mill-annimali (maħsuba għal użi li mhumiex meqjusa bħala operazzjonijiet ta' skart), sedimenti mhux perikolużi (rilokati f'ilimijiet tal-wiċċ), ir-referenza għal proposti ulterjuri tal-Kummissjoni (l-Artikolu 2(4)), iżda mhux fir-rigward taż-żieda ta' referenza għall-ħama tad-dranaġġ li tintuża fl-agrikoltura.

L-Emenda 19 li żżid definizzjoni għal “prevenzjoni” hija inkluża fl-Artikolu 3(11); madankollu, azzjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta' riskji matul l-operazzjonijiet ta' maniġġar ta' l-iskart mhumiex inklużi per se peress li din id-definizzjoni għandha tikkonċerna biss il-miżuri li jittieħdu qabel sustanza, materjal jew prodott isiru skart.

L-Emenda 20 dwar id-definizzjoni ta'“użu mill-ġdid” tista' fil-prinċipju tinstab fl-Artikolu 3(12) safejn din id-definizzjoni issa tirrigwarda biċ-ċar prodotti jew komponenti li mhumiex skart li jerġgħu jintużaw għall-istess skop oriġinali tagħhom.

L-Emenda 21 dwar id-definizzjoni ta' “riċiklaġġ” hija koperta fis-sustanza bl-Artikolu 3(16).

L-Emenda 23 dwar id-definizzjoni ta'“żjut għar-rimi” hija fil-prinċipju inkorporata fl-Artikolu 3(3) li jkopri ż-żjut industrijali għar-rimi kollha u kwalunkwe żejt minerali jew żejt sintentiku ta' lubrifikazzjoni.

L-Emenda 24 dwar id-definizzjoni ta' “trattament” hija inkorporata fl-Artikolu 3(13), li għandu jinqara flimkien ma' l-Annessi I u II dwar l-operazzjonijiet ta' rimi u rkupru. F'dawn l-Annessi żdiedu n-noti ta' spjegazzjoni li jiċċaraw is-sitwazzjoni fir-rigward ta' operazzjonnijiet interim/preparatorji.

L-Emenda 25 dwar id-definizzjoni ta'“rimi” hija inkluża parzjalment u fis-sustanza fl-Artikolu 3(18). Il-parti aktar operattiva tad-definizzjoni proposta, dwar il-ħtieġa li operazzjonijiet ta' rimi jagħtu prijorità għolja lill-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, hija indirizzata fl-Artikolu 10 (Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent) u l-Artikolu 11 (Ġerarkija ta' l-iskart) tal-pożizzjoni komuni.

L-Emendi 27, 28, 30, 31 u 34 li jissuġġerixxu definizzjonijiet għal “negozjant”, “sensar”, “bijo-skart”, “l-aħjar teknika disponibbli” u “riġenerazzjoni” huma integrati fl-Artikolu 3 paragrafi (7), (8), (4), (19) u (17) rispettivament.

L-Emenda 107-121 dwar id-distinzjoni bejn sotto-prodotti u skart hija koperta parzjalment u fis-sustanza bl-Artikolu 4 dwar sotto-prodotti, li għandu jinqara flimkien mal-Premessa 20 (l-ewwel inċiż).

L-Emenda 35 dwar ir-responsabbiltà tal-produttur hija inkluża parzjalment u fis-sustanza fl-Artikolu 7 tal-pożizzjoni komuni għalkemm din ta' l-aħħar mhijiex obbligatorja għall-Istati Membri u ma tipprevedix proċedura ta' segwitu rigward l-implimentazzjoni tagħha. Obbligi ta' rappurtar ġenerali u segwitu mill-Kummissjoni huma previsti fl-Artikolu 34 tal-pożizzjoni komuni.

L-Emenda 169-36 dwar il-lista ta' l-iskart hija koperta parzjalment fl-Artikolu 6, li issa jagħmel referenza speċifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE u għall-proċedura regolatorja bi skrutinju biex tkun adattata l-lista in kwistjoni. Il-pożizzjoni komuni ma ssegwix l-Emenda f'aspetti oħrajn; b'mod partikolari, huwa previst li l-lista għandha biss tkun vinkolanti fir-rigward tad-determinazzjoni ta' skart perikoluż.

Emenda 38-108-157-140-141 dwar l-irkupru ġiet aċċettata parzjalment. B'mod partikolari: il-paragrafu 1 huwa kopert fl-Artikolu 8(1) (referenza għall-objettivi u l-ġerarkija ta' l-iskart) u fl-Artikolu 3(14) dwar id-definizzjoni ta' rkupru; il-paragrafu 2 ġie inkluż sa ċertu punt fl-Artikolu 24 dwar standards tekniċi minimi, fejn jispeċifika li l-Kummissjoni tista', fejn ikun hemm evidenza li hemm benefiċċju f'termini tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, tadotta standards minimi tekniċi għal attivitajiet ta' trattament (irkupru u rimi) b'kont meħud inter-alia ta' l-aħjar teknika; il-paragrafu 2b huwa parzjalment kopert bl-Anness IV dwar eżempji ta' miżuri ta' prevenzjoni ta' l-iskart (għall-programmi ta' prevenzjoni ta' l-iskart imsemmijin fl-Artikolu 26) fir-rigward ta' strumenti ekonomiċi, kriterji ta' akkwist u netwerks akkreditati ta' użu mill-ġdid u tiswija.

Fir-rigward tal-paragrafu 2d dwar riċiklaġġ ta' kwalità għolja, ġiet miżjuda referenza għall-ġbir separat fl-Artikolu 8(2) filwaqt li l-obbligu eżistenti għal ġbir separat ta' skart perikoluż u żjut għar-rimi tinsab fl-Artikoli 15 sa 18. Partijiet oħrajn ta' din l-Emenda, speċjalment fejn huma stabbiliti livelli ta' miri ta' l-UE għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, ma ġewx aċċettati peress li dawn ġew meqjusa mhux realistiċi meta wieħed iqis id-differenzi eżistenti fid-data u/jew prematuri.

Finalment, il-modifiki relatati ma' l-emendi għall-Anness II dwar operazzjonijiet ta' rkupru ma ġewx aċċettati peress li dan l-Anness (kif ukoll l-Anness I) ma jistx jiġi modifikat b'mod unilaterali, minħabba l-obbligi internazzjonali ta' l-UE fil-qafas ta' l-OECD (3) u l-Konvenzjoni ta' Basel (4).

L-Emenda 39-158 dwar ir-rimi ġiet aċċettata parzjalment fl-Artikolu 9 (referenza għall-Artikolu 8(1)), fl-Anness I, fejn żdiedet nota biex tiċċara li l-operazzjoni D11 hija pprojbita mil-leġislazzjoni u l-konvenzjonijiet internazzjonali ta' l-UE, u fil-Premessa 19 dwar l-operazzjoni ta' rimi D 7 dwar ir-rilaxx f'ibħra u oċeani inkluż l-inserzjoni f'qiegħ il-baħar.

L-Emenda 40 hija parzjalment koperta bl-Artikolu 10 dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent (sentenza introduttiva).

L-Emenda 41 dwar il-ħtiġiet għall-irkupru u r-rimi ta' skart u l-istatus ta' tmiem ta' l-iskart hija koperta bl-Artikolu 24 dwar l-istandards tekniċi minimi (adozzjoni mill-Kummissjoni permezz tal-Kumitat) u parzjalment u fil-prinċipju bl-Artikolu 22(1) dwar il-kondizzjonijiet għall-eżenzjonijiet (stabbiliti mill-Istati Membri għall-operazzjonijiet ta' rkupru u għal ċerti ta' operazzjonijiet ta' rimi ta' skart mhux perikoluż fil-post ta' produzzjoni) u bl-Artikolu 5 dwar l-istatus ta' tmiem ta' l-iskart. Madankollu l-pożizzjoni komuni ma tinkludix in-nozzjoni ta' l-aħjar tekniki ta' maniġġar ta' l-iskart disponibbli u tvarja mill-Emenda dwar il-proċedura li għandha tintuża (komitoloġija aktar minn l-approvazzjoni ta' Direttivi individwali).

L-Emenda 43 hija inkluża fis-sostanza bl-Artikolu 13(1) dwar ir-responsabbiltà u aktar preċiżjonijiet jingħataw fl-Artikolu 13(2)(ġdid) dwar l-allokazzjoni tar-responsabbiltà tal-maniġġar ta' l-iskart fil-każ ta' operazzjonijiet preliminari ta' trattament.

L-Emenda 44 hija inkluża fis-sustanza fl-Artikolu 12 dwar spejjeż.

L-Emenda 45 hija koperta parzjalment bl-Artikolu 5 dwar it-tmiem ta' l-iskart, flimkien mal-Premessa 20 (tieni inċiż) li ssemmi l-kategoriji ta' skart possibbli li għalih għandhom jiġu żviluppati kriterji għat-tmiem ta' l-iskart. Kif miktub iktar 'il fuq, il-pożizzjoni komuni tvarja mill-Emenda, partikolarment, fir-rigward tal-proċedura li għandha tintuża għall-iżvilupp ta' tali kriterji.

L-Emendi 46, 131 u 47 dwar id-dilwizzjoni u t-taħlit ta' skart perikoluż u dwar skart perikoluż prodott mid-djar privati ġew trasposti parzjalment u fil-prinċipju fl-Artikoli 15(1), 15(2) u 17 rispettivament.

L-Emenda 56 dwar żjut għar-rimi hija inkluża fis-sustanza fl-Artikolu 18, għalkemm il-pożizzjoni komuni tipprevedi, fl-Artikolu 38, li l-prijorità ta' l-UE kollha għar-riġenerazzjoni ser titħassar bid-Direttiva 75/439/KEE.

L-Emenda 112-138 dwar l-introduzzjoni ta' kapitolu ġdid fuq il-bijo-skart hija koperta parzjalment u fil-prinċipju bl-Artikolu 19 flimkien mal-Premessa 32. L-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet u kriterji għall-kompost huwa wkoll previst fil-Premessa 20, it-tieni inċiż, dwar it-tmiem ta' l-iskart. Madankollu l-pożizzjoni komuni tvarja fin-natura tal-ħtiġiet previsti, per eżempju dwar ġbir separat u dwar it-trattament qabel ma jsir il-frix fuq l-art.

L-Emenda 59 dwar il-permessi hija koperta fis-sustanza bl-Artikolu 20(5).

L-Emenda 60 dwar l-istandards minimi għal permessi hija inkluża parzjalment u fil-prinċipju fl-Artikolu 24, għalkemm il-pożizzjoni komuni tvarja mill-Emenda fir-rigward tal-proċedura li għandha tintuża għall-iżvilupp ta' tali standards (komitoloġija aktar milli approvazzjoni ta' Direttivi individwali).

L-Emendi 62 u 64 dwar il-ħtiġiet ta' reġistrazzjoni għall-istabbilimenti jew l-impriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali huma koperti parzjalment bl-Artikolu 22, bil-Premessa 33 u bl-Artikolu 24(2) (standards minimi għall-attivitajiet li jeħtieġu r-reġistrazzjoni).

L-Emenda 66 dwar ir-referenza għall-ġerarkija u l-linji gwida fir-rigward tal-pjanijiet u l-programmi hija inkluża parzjalment fl-Artikoli 25(2) u 26(5), filwaqt li l-Emendi 67 u 151 dwar miżuri li jimpedixxu vjeġġi ta' skart huma indirizzati fil-Premessa 36 flimkien ma' l-Artikolu 14(1).

L-Emenda 69 dwar programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart hi inkluża parzjalment u fil-prinċipju fl-Artikoli 26 u 28, għalkemm il-pożizzjoni komuni ma tappoġġax l-introduzzjoni ta' dati previsti biex tiġi stabilizzata u mnaqqsa l-ġenerazzjoni ta' skart kif indikat fl-Emenda.

L-Emenda 71 dwar il-valutazzjoni regolari ta' programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart hija koperta parzjalment bl-Artikolu 27, għalkemm il-pożizzjoni komuni tindika perjodiċità ta' sitt snin (minflok ħamsa) u ma tipprevedix l-involviment ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent f'tali valutazzjonijiet.

L-Emenda 115 dwar rapporti minn Stati Membri u reviżjonijiet mill-Kummissjoni hija inkluża parzjalment fl-Artikolu 34.

L-Emenda 173 dwar l-adattament ta' l-Annessi III u IV għall-progress xjentifiku u tekniku hija inkluża parzjalment fl-Artikolu 35, li jindika li dan l-adattament ser isir skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju. Madankollu, il-pożizzjoni komuni tqis li dan il-proċess għandu jikkonċerna l-Annessi kollha tad-Direttiva.

L-Emenda 77 dwar sanzjonijiet rigward nuqqas ta' konformità hija fil-biċċa l-kbira indirizzata bl-Artikolu 33 dwar infurzar u sanzjonijiet flimkien ma' l-Artikolu 37(2) dwar traspożizzjoni.

L-Emenda 78 dwar il-proċedura regolatorja bi skrutinju ġdida hija inkorporata fl-Artikolu 36(1a).

Annessi:

L-Emendi 81 u 82 dwar ċerti operazzjonijiet ta' rimi huma koperti fil-prinċipju bil-Premessa 19 (dwar rilaxxi fl-ibħra/oċeani inkluż l-inserzjoni f'qiegħ il-baħar) u fl-Anness I l-ewwel asterisk (dwar l-inċinerazzjoni fuq il-baħar).

L-Emenda 86 hija inkluża parzjalment fl-Anness II, it-tielet asterisk (riċiklaġġ ta' materjali inorganiċi tal-bini).

L-Emenda 89 dwar l-Anness IIa (ġdid) li jelenka l-applikazzjonijiet li għalihom jista' jintuża l-iskart bħala prodott, materjal jew sustanza sekondarja hija indirizzata sa ċertu punt fit-tieni inċiż tal-Premessa 20, li telenka l-kategoriji possibbli ta' skart li dwarhom għandhom jiġu żviluppati speċifikazzjonijiet u kriterji dwar “tmiem ta' l-iskart”, flimkien ma' l-Artikolu 5 dwar l-istatus ta' “tmiem ta' l-iskart”, li jispeċifika l-kondizzjonijiet u l-krterji ulterjuri applikabbli, li għandhom jiġu żviluppati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju.

L-Emenda 90 dwar il-karatteristiċi ta' skart perikoluż hija introdotta fl-Artikolu IV (H1 4 u H15) u l-Emenda 94 hija introdotta fl-Anness IV bħala tali.

(b)

ma nkludiex 49 emenda fil-pożizzjoni komuni.

Fir-rigward ta' l-Emendi 2, 3, 153, 9, 10, 12, 103, 17, 127, 26, 29, 32, 37, 109, 48 u 170, 50, 171, 51 u 172, 52, 53, 54, 98 u 113, 58, 61, 161, 188, 65, 68, 70, 72, 79, 80, 83, 84, 85, 87, 88, 91, 93, il-Kunsill segwa l-pożizzjoni espressa mill-Kummissjoni.

Fir-rigward ta' l-Emendi 11, 104, 33, 49, 63, 74, 92, 95, 96, 97, aċċettati b'mod parzjali jew fil-prinċipju mill-Kummissjoni iżda mhux inklużi fil-pożizzjoni komuni, jistgħu jsiru l-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

L-Emenda 11 li tintroduċi premessa ġdida dwar l-iskart perikoluż (biex tibdel il-Premessa 19 tal-proposta tal-Kummissjoni) tiffoka b'mod partikolari fuq ġestjoni mhux adegwata, il-ħtieġa għal modalitajiet ta' trattament speċifiċi u dedikati inkluża t-traċċabbiltà, u dwar is-sigurtà u l-kwalifika ta' operaturi. Filwaqt li fil-prinċipju huwa ma weriex li ma jaqbilx, il-Kunsill iddeċieda li ma' jaddottahiex peress li tikkostitwixxi premessa għall-Emendi 50, 51 u 172, 52, 53, 54, 58, 161, 188 għall-Artikoli, li ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni u l-Kunsill u b'hekk mhux integrata fil-pożizzjoni komuni.

L-Emenda 104 dwar id-definizzjoni ta' “ġbir separat” ma ġietx trasposta peress li l-Artikolu 8(2), li fih dispożizzjoni dwar il-ġbir separat, jiddeskrivi dan it-terminu b'mod adegwat.

L-Emenda 33 dwar id-definizzjoni ta' “tindif” ma ġietx introdotta sabiex tiġi evitata r-repetizzjoni fid-definizzjoni ta' “preparazzjoni għall-użu mill-ġdid” applikabbli għal prodotti jew komponenti ta' prodotti li saru skart.

L-Emenda 49 dwar il-lista ta' skart ma ġietx aċċettata, filwaqt li l-Kunsill iddeċieda li jżomm l-istatus-quo fir-rigward ta' l-elementi li jridu jiġu kkunsidrati biex tinġabar il-lista, li issa hija msemmija b'mod ċar fl-Artikolu 6 bħala l-lista stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE, kif issuġġerit mill-Parlament Ewropew.

L-Emenda 63 dwar il-minimizzar tal-burokrazija rigward ir-reġistrazzjoni, ma ġietx inkluża peress li dan il-punt jaqa' fl-ambitu tas-sussidjarjetà.

L-Emenda 74 immirata lejn it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ħtiġiet taż-żamma ta' reġistri fl-Artikolu 32 u li tagħmel dan l-Artikolu direttament applikabbli għal skart mhux perikoluż, ma ġietx introdotta għax il-Kunsill ħaseb li din iżżid bla bżonn il-burokrazija, filwaqt li tkun tiddupplika parzjalment il-ħtiġiet taż-żamma ta' reġistri tar-Regolament dwar vjeġġi ta' skart (l-Artikolu 20, Regolament (KE) Nru 1013/2006). Bħala alternattiva, fl-Artikolu 32(3), il-pożizzjoni komuni tipprevedi alternattiva għall-Istati Membri biex japplikaw l-istess dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta' reġistri għall-produtturi ta' skart mhux perikoluż.

L-Emenda 92 li żżid l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji għall-finanzjament ta' proġetti taħt il-fondi Strutturali u Reġjonali fost il-miżuri għall-prevenzjoni ta' skart fil-programmi nazzjonali (Anness IV) ma kenitx meqjusa bħala rilevanti għall-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva u b'hekk ma ġietx integrata fil-pożizzjoni komuni.

L-Emendi 95, 96 u 97 ta' l-Anness IV, li jżidu ċerti dettalji għall-miżuri dwar il-prevenzjoni ta' skart, ma ġewx integrati fil-pożizzjoni komuni, ukoll minħabba li dan l-Anness huwa lista mhux eżawrjenti ta' eżempji, u li d-Direttiva tiċċara li l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programmi nazzjonali tagħhom miżuri oħrajn kif xieraq (l-Artikolu 26(2)).

3.   Innovazzjonijiet oħrajn introdotti mill-Kunsill

Innovazzjonijiet prinċipali oħrajn introdotti mill-pożizzjoni komuni jirrigwardaw:

l-esklużjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni fl-Artikolu 2, li jiċċara fost affarijiet oħrajn is-sitwazzjoni fir-rigward ta' l-art (in situ), inkluża l-ħamrija kontaminata mhux skavata, u bini konness ma' l-art b'mod permanenti;

id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3, fejn, b'mod partikolari, ġiet miżjuda definizzjoni ta' “skart perikoluż” u, biex tkun evitata l-konfużjoni dwar it-terminu “użu mill-ġdid” li huwa rilevanti kemm fil-każijiet ta' miżuri ta' prevenzjoni (għal prodotti jew komponenti li mhumiex skart) kif ukoll fil-każ ta' operazzjonijiet ta' rkupru ta' skart, żdiedet definizzjoni ġdida dwar il-“preparazzjoni għall-użu mill-ġdid”. Dan it-terminu ser japplika għal ċerti operazzjonijiet ta' rkupru ta' prodotti li saru skart. Dan ser jiffaċilita l-applikazzjoni tal-ġerarkija ta' l-iskart b'ħames livelli prevista fl-Artikolu 11 billi tkun permessa distinzjoni ċara bejn l-ewwel u t-tieni livell tal-ġerarkija. Il-pożizzjoni komuni issa tipprevedi “il-prevenzjoni” bħala l-ewwel pass (biex tkun evitata l-ġenerazzjoni ta' skart) u “il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid” bħala tieni pass (applikabbli għall-iskart, kif ser ikun il-każ għall-passi li ġejjin);

l-estensjoni tan-netwerk ta' impjanti tar-rimi ta' skart prevista fl-Artikolu 14, li japplika l-prinċipji ta' l-awto suffiċjenza u l-prossimità, impjanti għall-irkupru ta' skart muniċipali mħallat. Barra minn hekk, deroga għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart tippermetti lill-Istati Membri jillimitaw vjeġġi li jkunu deħlin taħt ċerti kondizzjonijiet. Dawn il-modifiki huma introdotti biex jakkomodaw tħassib divers fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' inċineraturi b'effiċjenza għolja fl-enerġija ddedikati għall-ipproċessar ta' skart solidu muniċipali (ara l-formula fl-Anness II, operazzjoni R 1) fost operazzjonijiet ta' rkupru kif propost mill-Kummissjoni u maqbula mill-Kunsill. F'dan ir-rigward, kien miżjud ukoll paragrafu ġdid dwar speċifikazzjonijiet futuri tal-formula għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni fl-Artikolu 35 (interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku).

IV.   KONKLUŻJONIJIET

Il-Kunsill iqis li l-pożizzjoni komuni tiegħu tirrappreżenta soluzzjoni bilanċjata u realistika għal numru ta' tħassib espress mill-Istati Membri dwar il-proposta tal-Kummissjoni, fejn fil-biċċa l-kbira jittieħed kont ta' l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew. Huwa jistenna bil-ħerqa diskussjoni kostruttiva mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb ta' ftehim bikri dwar din id-Direttiva.


(1)  ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni C(2001)107 Finali tal-Kunsill EOCD dwar ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll tal-movimenti trans-konfini ta' skart destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru.

(4)  Il-Konvenzjoni ta' Basel tat-22 ta' Marzu 1989 dwar il-kontroll ta' movimenti trans-konfini ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu.