ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
16 ta' Frar 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 043/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 043/02

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 043/03

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2008/C 043/04

Avviż ta' bidu ta' proċedura ta' l-antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta' ċerti importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ta' wajers u swiegel tal-wajer ta' l-azzar mhux illigat (wajers u swiegel PSC) użati biex japplikaw tensjoni preċedenti jew tensjoni sussegwenti

9

2008/C 043/05

Avviż ta' bidu ta' proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

14

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 043/06

Għajnuna mill-Istat — Repubblika Ċeka — Għajnuna mill-Istat C 3/08 (ex NN 102/05) — Kumpens tas-servizz pubbliku għal Kumpaniji tal-Karozzi tal-Linja tan-Nofsinhar tal-Moravia — Stedina għas-sottomissjoni ta' osservazzjonijiet skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE ( 1 )

19

2008/C 043/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5049 — Goldmann Sachs/Colony Capital/BUT) ( 1 )

27

2008/C 043/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5034 — Montagu/GIP/Biffa) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

28

2008/C 043/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4999 — Heineken/Scottish & Newcastle assets) ( 1 )

29

2008/C 043/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4921 — CDC/Groupe Moniteur/AchatPublic.Com) — Każ li jista' jitqies għal proċedura simplifikata ( 1 )

30

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2008/C 043/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 43/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

5.12.2007

Għajnuna Nru

NN 70/07

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

North-East England

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Rescue aid to Northern Rock

Il-bażi legali

Ad-hoc, Bank of England Acts 1694-1998

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma ta' l-għajnuna

Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-Estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

17.9.2007-17.3.2008

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

HM Treasury; The Governor and Company of the Bank of England

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

14.12.2007

Numru ta' l-għajnuna

N 656/07

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Prolongation du régime d'aide pour le transport combiné N 249/04

Verlenging van de steunregeling voor gecombineerd vervoer N 249/04

Bażi ġuridika

Arrêté royal modifiant l'arrêté royal du 30 septembre 2005 relative à la promotion du transport ferroviaire combiné de marchandises

Koninklijk besluit tot wijziging van het Koninklijk besluit van 30 september 2005 betreffende de bevordering van het gecombineerde goederenvervoer per spoor

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Il-promozzjoi tat-trasport ikkombinat

Forma ta' għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

EUR 30 miljun fis-sena

Intensità

Perijodu

2008

Setturi ekonomiċi kkonċernati

It-trasport ikkombinat

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Service public fédéral mobilité et transport

Federale overheidsdienst Mobiliteit en Vervoer

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-15 ta' Frar 2008

(2008/C 43/02)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4674

JPY

Yen Ġappuniż

157,78

DKK

Krona Daniża

7,4544

GBP

Lira Sterlina

0,74780

SEK

Krona Żvediża

9,3140

CHF

Frank Żvizzeru

1,6022

ISK

Krona Iżlandiża

98,23

NOK

Krona Norveġiża

7,9255

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,224

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

263,59

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6965

PLN

Zloty Pollakk

3,5900

RON

Leu Rumen

3,6445

SKK

Krona Slovakka

33,019

TRY

Lira Turka

1,7603

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6189

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4635

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,4454

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8602

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0734

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 386,77

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2647

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,5396

HRK

Kuna Kroata

7,2575

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 456,06

MYR

Ringgit Malażjan

4,7272

PHP

Peso Filippin

59,723

RUB

Rouble Russu

36,0742

THB

Baht Tajlandiż

46,663

BRL

Real Brażiljan

2,5757

MXN

Peso Messikan

15,7900


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/4


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 43/03)

Numru XA: XA 228/07

Stat Membru: Franza

Reġjuni: kollha, dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu ffinanzjati mill-kollettivitajiet territorjali kollha interessati(kunsilli reġjonali, kunsilli ġenerali)

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna: Aides à la promotion des produits animaux et des produits d'origine animale

Bażi ġuridika:

Article 15, paragraphe 2, du règlement (CE) no 1857/2006 d'exemption agricole

Article L 621-1 et suivants du code rural

Articles L 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema: EUR 4 miljuni, suġġett għar-riżorsi tal-baġit, mill-Office National Interprofessionnel de l'élevage et de ses productions, u ammont mhux determinat min-naħa tal-kollettivitajiet territorjali

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna tista' tilħaq sa 100 % għall-azzjonijiet mbassra għall-punti c) sa f) tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 15 kif imfissra hawn fuq. L-għajnuniet ma għandhomx f'kwalunkwe każ jaqbżu r-rata ta' 100 % ta' l-azzjonijiet issussidjati

Data ta' l-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema: massimu ta' sitt snin (2008 — 2013)

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuniet huwa l-azzjonijiet ta' promozzjoni u ta' informazzjoni dwar il-prodotti, għat-tixrid ta' l-għarfien dwar il-produzzjonijiet, għat-tixrid popolari ta' l-għarfien xjentifiku, biex jiġu ffaċilitati kampanji ta' informazzjoni fuq sistemi ta' produzzjoni ta' kwalità, biex jiġu organizzati fieri kummerċjali, wirjiet, fora, biex tiġi ffaċċilitata l-parteċipazzjoni tal-professjonisti f'dawn il-fieri, biex jiġu żviluppati operazzjoniet ta' relazzjoni pubblika jew attivitajiet f'dan l-ambitu.

Dawn l-azzjonijiet ta' għajnuna għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ambitu ta' l-Artikolu 15 paragrafu 2 tar-Regolament ta' l-eżenzjoni agrikola [Regolament (KE) Nru 1857/2006], li għadhom x'jaqsmu mal-kapitolu IV K tal-linji gwida agrikoli tas-27 ta' Diċembru 2006 u fil-punt 152 (b) tal-linji gwida agrikoli

Settur(i) konċernat(i): L-SMEs tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem u tal-produzzjoni tal-prodotti ta' oriġini tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli:

Office national interprofessionnel de l'élevage et de ses productions

12, rue Henri Rol-Tanguy

TSA 30003

F-93555 Montreuil Sous Bois Cedex

Sit tal-web: www.office-elevage.fr/aides-nat/aides-nat.htm

L-informazzjoni speċifika għal din l-iskema ta' għajnuniet għandha tiġi murija f'dan is-sit tal-web minn meta tiġi fis-seħħ (Jannar 2008), taħt it-titlu/Għajnuniet nazzjonali.

Tagħrif ieħor: Fil-qafas ta' l-iskema preżenti, il-kollettivitajiet territorjali għandhom josservaw il-limitu massimu skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Għandhom ukoll jistabilixxu l-finanzjament ta' l-uffiċju tar-trobbija tal-bhejjem u huma għandhom jivverifikaw il-kalkulazzjoni tal-kumulu ta' l-għajnuniet flimkien ma' l-għajnuna li ġejja mid-Dipartimenti ta' l-Agrikoltura u tal-Forestrija

Numru XA: XA 229/07

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: Great Britain (England, Scotland and Wales)

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dairy Farmer Milk Market Development Scheme

Bażi ġuridika: Milk Development Council Order 1995

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: Il-15 ta' Settembru 2007 — Il-31 ta' Marzu 2008: GBP 300 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna hija ta' 50 %

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fil-15 ta' Settembru 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: L-iskema se tibda fil-15 ta' Settembru 2007. Tagħlaq fil-31 ta' Marzu 2008. L-aħħar ħlas għandu jsir fit-30 ta' Settembru 2008. Il-fatturi kollha għas-servizzi għandhom jintlaqgħu sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008

Għan ta' l-għajnuna: Din l-għajnuna hija skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu

Din l-għajnuna hija wkoll skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli huma

Settur(i) kkonċernat(i): L-iskema tapplika għan-negozji involuti fil-produzzjoni tal-ħalib

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: Il-korp statutorju responsabbli għall-iskema huwa:

Milk Development Council

Trent Lodge

Stroud Road

Cirencester GL7 6JN

United Kingdom

L-organizzazzjoni li qiegħda tħaddem l-iskema hija:

Milk Development Council

Trent Lodge

Stroud Road

Cirencester GL7 6JN

United Kingdom

Indirizz web: http://www.mdc.org.uk/default.aspx?DN=0963897f-fa62-4704-b085-607718ee51eb

Tista' wkoll iżżur r-reġistru ċentrali tar-Renju Unit għall-għajnuniet agrikoli ta' l-Istat eżentati fuq is-sit

http://defraweb/farm/policy/state-aid/setup/exist-exempt.htm

Tagħrif ieħor: Aktar tagħrif dettaljat dwar l-eliġibbiltà u r-regoli għall-iskema jistgħu jinkisbu mil-links virtwali li jidhru hawn fuq. Mhux se jkun hemm ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit)

Mr Neil Marr

Agricultural State Aid

Department for Environment, Food and Rural Affairs

Room 816, Area 8D

9 Millbank

C/o Nobel House

17 Smith Square

Westminster SW1P 3JR

United Kingdom

Numru XA: XA 230/07

L-Istat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Land Brandenburg

It-titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Hilfsprogramm für landwirtschaftliche und gartenbauliche Unternehmen, die durch die Wetterunbilden im Frühjahr und im Sommer 2007 in ihrer Existenz gefährdet sind

Il-bażi ġuridika: L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Richtlinie des Ministeriums für Ländliche Entwicklung, Umwelt und Verbraucherschutz des Landes Brandenburg zum Ausgleich von Verlusten infolge von Wetterunbilden — Hilfsprogramm für landwirtschaftliche und gartenbauliche Unternehmen, die durch die Wetterunbilden im Frühjahr und im Sommer 2007 in ihrer Existenz gefährdet sind vom 30.8.2007.

http://www.mluv.brandenburg.de/cms/media.php/2317/rl_unwett.pdf

In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema: EUR 5 miljun fl-2007

L-intensità massima ta' l-għajnuna: 30 %

Id-data ta' l-implimentazzjoni: 1.11.2007-31.12.2007

It-tul ta' żmien ta' l-iskema: 17.9.2007-31.12.2007

L-għan ta' l-għajnuna: Il-gvern tar-reġjun ta' Brandenburg jagħti għajnuniet lil dawk l-impriżi agrikoli u ta' l-ortikultura li jinsabu f'periklu li jfallu, bħala kumpens għall-ħsara li ġarrbu minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp matul ir-rebbiegħa u s-sajf ta' l-2007. Fil-każ ta' l-impriżi ta' l-ortikultura, dawn huma ristretti għaż-żoni ta' produzzjoni ta' Wesendahl/Werneuchen, Havelland u d-distrett ta' Elbe-Elster.

L-ammont eċċezzjonali ta' xita li għamel fix-xhur ta' Mejju, Ġunju u Lulju 2007 kien ferm aktar mill-kapaċità li tiflaħ l-art ta' kważi ż-żoni kollha tar-reġjun. F'dawn it-tliet xhur, l-ammont ta' xita rreġistrat laħaq livelli ta' 366,1 mm, 393,4 mm u 451,8 mm. Dawn il-livelli eċċezzjonali kienu ogħla mid-doppju tal-medja fuq żmien twil għall-perjodu mill-1961 sa l-1990 (eż. 208 % fil-każ ta' l-uffiċju meteoroloġiku ta' Menz). Dan ifisser li għas-snin 1961 sa l-1990 ix-xita li niżlet fil-perjodu ta' bejn Mejju u Lulju kienet ekwivalenti għal inqas minn terz tal-preċipitazzjoni annwali (31,8 % fil-każ ta' l-uffiċju meteoroloġiku ta' Menz), filwaqt li fl-istess tliet xhur tas-sena 2007 niżlet 66,1 % tal-preċipitazzjoni annwali kollha. Minħabba dan l-ammont kbir ta' xita, il-livell tar-riserva ta' ilma ħelu maqbud f'saff tal-blat fil-livell tal-baħar (il-water table) fiż-żoni baxxi ta' Brandenburg tela' b'aktar minn metru. Minħabba l-għargħar, il-ħamrija mgħaqqda u minħabba li kienet mifqugħa l-ħin kollu, l-art ikkultivata ma baqgħetx aċċessibbli. B'konsegwenza, l-għelejjel tal-qamħ, l-uċuħ għall-għalf tal-bhejjem u l-mergħat ma setgħux jinħasdu.

L-għelejjel li jinħasdu tard, bħall-qamħirrum u l-patata, intilfu għal kollox. Fiż-żoni milquta, il-bdiewa ma setgħux jibdew iż-żrigħ tal-ħarifa.

Fis-settur ta' l-ortikultura, il-kundizzjonijiet ta' xitwa mhux daqstant ħarxa flimkien ma' temperaturi għoljin ħafna fir-rebbiegħa, xahar ta' April bla xita u ġlata wara żmienha wasslu biex għamel ħafna inqas frott, u f'xi każijiet ma għamel saħansitra l-ebda frott. Minħabba x-xejra li r-rebbiegħa tibda minn qabel, li qed iġġiegħel lis-siġar tal-frott jiżahru 2 jew 3 ġimgħat qabel il-waqt, il-ġlata li niżlet wara żmienha għamlet aktar ħsara mis-soltu fuq l-ammonti ta' frott prodott.

Il-gvern ta' l-Istat Federali ta' Brandenburg ikklassifika l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp deskritti hawn fuq bħala diżastru naturali.

F'konformità mal-linji ta' gwida mehmuża, tista' tingħata għajnuna lill-impriżi agrikoli u ta' l-ortikultura sabiex jiġi żgurat li dawn l-avvenimenti ma jipperikolawx l-eżistenza tagħhom. L-impriżi ma għandhom l-ebda dritt awtomatiku għall-għajnuna. Anzi, l-awtorità kompetenti taġixxi b'mod diskret u skond il-baġit disponibbli biex tiddeċiedi dwar l-għajnuna li tagħti. L-għajnuna li tingħata mhix maħsuba biex tikkumpensa d-danni kollha, iżda aktar biex isservi ta' appoġġ finanzjarju għall-impriżi milquta mill-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp matul ir-rebbiegħa u s-sajf ta' l-2007, sabiex tiżgura li ma jfallux

Is-settur(i) kkonċernat(i):

L-agrikoltura (il-produzzjoni ta' l-għelejjel)

L-ortikultura (il-produzzjoni tal-frott)

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Investitionsbank des Landes Brandenburg

Steinstraße 104-106

D-14480 Potsdam

Indirizz ta' l-internet: www.ilb.de

Indirizz tal-posta elettronika: postbox@ilb.de

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 231/07

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Freistaat Bayern

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-azjenda li tirċievi l-għajnuna individwali: Richtlinie für die Durchführung der nebenberuflichen sozialen Betriebshilfe in der Land- und Forstwirtschaft durch das Kuratorium Bayerischer Maschinen- und Betriebshilfsringe e.V. (KBM) und die Maschinen- und Betriebshilfsringe (MR)

Bażi ġuridika: Bayerisches Agrarwirtschaftsgesetz (BayAgrarWiG) vom 8. Dezember 2006

Nefqa annwali prevista skond l-iskema jew ammont totali ta' għajnuna mogħtija individwalment lill-ażjenda: EUR 1,2 miljun mogħtija lill-assoċjazzjonijiet Maschinen- und Betriebshilfsringe (MR) u Kuratorium Bayerischer Maschinen- und Betriebshilfsringe e.V. (KBM) biex jingħataw servizzi ta' sostituzzjoni, f'konformità ma' l-Artikolu 15(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Intensità massima ta' l-għajnuna: sa 50 %

Data ta' l-implimentazzjoni: Għotjiet annwali wara li jiġu stabbiliti l-eżenzjonijiet

Tul taż-żmien jew l-għotja ta' għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: Biex tiżgura l-forniment, fit-territorju kollu, ta' sostituzzjoni part-time ta' ħaddiema permezz tal-Maschinen- und Betriebhilfsringe li jagħtu assistenza soċjali fis-setturi ta' l-agrikoltura u l-forestrija. L-għajnuna tnaqqas l-akbar diffikultajiet tal-każijiet soċjali urġenti b'mod sostanzjali.

Bażi ġuridika ta' l-għajnuna: L-Artikolu 15(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Setturi ekonomiċi: Agrikoltura u forestrija — forniment ta' servizzi sussidjati

Bażi ġuridika ta' l-għajnuna għall-forestrija: Nru 179 ta' l-iskema qafas (ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Bayerische Landesanstalt für Landwirtschaft (LfL)

Abteilung Förderwesen und Fachrecht

Menzinger Straße 54

D-80638 München

It-talbiet għal informazzjoni għandhom jiġu indirizzati lil:

Bayerisches Staatsministerium für

Landwirtschaft und Forsten

Referat B 1

Ludwigstr. 2

D-80539 München

Tel. (49-89) 2182-2222

Indirizz ta' l-internet: http://www.servicestelle.bayern.de/bayern_recht/recht_db.html?http://by.juris.de/by/AgrarWiG_BY_rahmen.htm

http://www.stmlf.bayern.de/agrarpolitik/programme/26373/rilikbmsozbh.pdf

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 233/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Muniċipalità ta' Škofja Loka

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Programi razvoja kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Škofja loka 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Škofja Loka za programsko obdobje 2007–2013 (Poglavje II.)

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:

 

2007: EUR 53 871

 

2008: EUR 53 871

 

2009: EUR 53 871

 

2010: EUR 53 871

 

2011: EUR 53 871

 

2012: EUR 53 871

 

2013: EUR 53 871

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment fil-farms għall-produzzjoni primarja:

massimu 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

massimu 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn;

massimu 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, u sa massimu 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħar fl-ewwel ħames snin ta' ħidma fl-azjendi tagħhom

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment biex jiġu restawrati karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir għall-użu tal-produzzjoni agrikola, u biex isir investiment f'uċuħ permanenti u titjib fl-art agrikola u għal ġestjoni ta' mergħat.

2.   Għajnuna għal konservazzjoni ta' bini tradizzjonali:

għal investiment f'karatteristiċi mhux produttivi, massimu 100 % ta' l-ispejjeż reali,

għal investiment f'assi produttivi fuq farms, massimu ta' 60 % mill-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni iżjed żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jinvolvix kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata massima ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minfuqa minħabba l-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi tal-wirt tal-bini

3.   Għajnuna għal tqassim mill-ġdid ta' art:

massimu 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi mġarrba

4.   Għajnuna għal l-ixprunar tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

massimu ta' 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba realment fil-forma ta' servizzi sussidjati; dan ma għandux jinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi

5.   Għajnuna għal provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

massimu 100 % ta' l-ispejjeż għal edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsultenza pprovduti minn terzi persuni u organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u siti web. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lil produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: 2007 (jew id-data li fiha jidħlu fis-seħħ ir-Regoli)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għotja ta' għajnuna mill-Istat għal konservazzjoni u żvilupp ta' agrikoltura, forestrija u żoni rurali fil-muniċipalità ta' Škofja Loka għall-perjodu 2007-2013 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3)

L-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

L-Artikolu 13: Għajnuna għal tqassim mill-ġdid ta' art,

L-Artikolu 5: Il-Konservazzjoni ta' pajżaġġi u bini tradizzjonali,

L-Artikolu 14: Għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

L-Artikolu 15: Il-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Agrikoltura: biedja u trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Škofja Loka

Poljanska c. 2

SLO-4220 Škofja Loka

Sit ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200773&dhid=91276

Informazzjoni oħra: Il-miżura għall-pagament ta' primjums ta' assikurazzjoni biex tassikura uċuħ u frott tinkludi l-avvenimenti klimatiċi ħżiena li ġejjin li jistgħu jiġu assimilati f'diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti u nirien ikkawżati minnhom, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jilħqu r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 relatati mal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (passi li jiġu qabel l-għotja ta' għajnuna, kumulazzjoni, transparenza u monitoraġġ ta' għajnuna).

Firma tal-persuna inkarigata:

Igor Draksler

Sindku


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/9


Avviż ta' bidu ta' proċedura ta' l-antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta' ċerti importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ta' wajers u swiegel tal-wajer ta' l-azzar mhux illigat (wajers u swiegel PSC) użati biex japplikaw tensjoni preċedenti jew tensjoni sussegwenti

(2008/C 43/04)

Il-Kummissjoni rċeviet ilment skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), li jallega li l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), ta' wajers u swiegel tal-wajer ta' l-azzar mhux illigat (wajers u swiegel PSC) użati biex japplikaw tensjoni preċedenti jew tensjoni sussegwenti, qed ikunu l-oġġett ta' dumping u b'hekk qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità.

1.   L-ilment

L-ilment tressaq fit-3 ta' Jannar 2008 mill-Eurostress Information Service (“ESIS”) (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f'dan il-każ ta' aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta' wajers u swiegel tal-wajer ta' l-azzar mhux illigat (wajers u swiegel PSC) użati biex japplikaw tensjoni preċedenti jew tensjoni sussegwenti.

2.   Il-prodott

Il-prodott li allegament huwa l-oġġett ta' dumping huwa ċertu wajer ta' l-azzar mhux illigat (mhux banjat jew mhux miksi jew banjat jew miksi biż-żingu) u wajer tas-swiegel ta' azzar mhux illigat (kemm jekk huwa banjat jew miksi kif ukoll jekk mhuwiex), li fih mil-lat ta' piż 0,6 % jew aktar ta' karbonju, b'dimensjoni ta' profil trasversali massimu li jaqbeż it-3 mm, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċi NM ex 7217 10 90, ex 7217 20 90, ex 7312 10 61, ex 7312 10 65 u ex 7312 10 69. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss bħala informazzjoni. Dawn il-prodotti huma magħrufa kummerċjalment bħala wajers u swiegel tal-wajer (wajers u swiegel PSC) użati biex japplikaw tensjoni preċedenti jew tensjoni sussegwenti.

3.   L-allegazzjoni ta' dumping

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-kwerelant stabbilixxa l-valur normali għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezz f'pajjiż b'ekonomija tas-suq, imsemmi fil-punt 5.1 (d). L-allegazzjoni ta' dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali, ikkalkulat b'dan il-mod, mal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lill-Komunità.

Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping li ġie kkalkolat huwa sinifikanti.

4.   L-allegazzjoni ta' ħsara

Il-kwerelant ta evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u f'termini ta' sehem mis-suq.

Qed jiġi wkoll allegat li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq is-sehem mis-suq ta' l-industrija tal-Komunità, li rriżulta f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni totali, il-qagħda finanzjarja u l-qagħda ta' l-impjieg ta' l-industrija tal-Komunità.

5.   Il-proċedura

Billi ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment sar mill-industrija tal-Komunità jew f'isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni permezz ta' dan qed tagħti bidu għal investigazzjoni skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

5.1.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwiex qed ikun oġġett ta' dumping u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara.

(a)   It-teħid ta' kampjun

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' partijiet involuti f'din il-proċedura, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   It-teħid ta' kampjun għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjun huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tkun tista' tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, permezz ta' dan qed jintalbu jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u skond il-format indikat fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (2) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni tat-tweġibiet li tagħti li ssir fuq il-post. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tinkiseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' l-esportaturi/produtturi, minbarra dan, il-Kummissjoni se tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż li qed jesporta, u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

Minħabba li kumpanija ma tistax tkun ċerta li tintgħażel fil-kampjun, l-esportaturi/il-produtturi li jixtiequ jitolbu marġini individwali (3) qed jingħataw il-parir biex jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6(a)(i) ta' dan l-avviż, u jressqu t-talba tagħhom fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6(a)(ii) l-ewwel paragrafu ta' dan l-avviż. Madankollu, qed tinġibed l-attenzjoni għall-aħħar sentenza tal-punt 5(b) ta' dan l-avviż.

(ii)   It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-għadd totali ta' impjegati,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-volum f'tunnellati u l-valur f'euro ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid magħmula fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007 tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (2) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni tat-tweġibiet li tagħti li ssir fuq il-post. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi, minbarra dan, il-Kummissjoni se tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

(iii)   It-teħid ta' kampjuni għal produtturi Komunitarji

Minħabba n-numru kbir ta' produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment, il-Kummissjoni biħsiebha tinvestiga l-ħsara lill-industrija Komunitarja billi tieħu kampjuni.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni hux meħtieġ u, jekk iva, biex tkun tista' tagħżel kampjun, il-produtturi kollha tal-Komunità jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, permezz ta' dan qed jintalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u skond il-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-attivitajiet eżatti tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-valur tal-bejgħ f'euro tal-prodott ikkonċernat magħmul fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

il-volum ta' bejgħ f' tunnellati tal-prodott ikkonċernat magħmul fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (2) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni tat-tweġibiet li tagħti li ssir fuq il-post. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

(iv)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fit-terminu ffissat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' l-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' ssejjes is-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba msejsa fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Il-kwestjonarji

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja inkluża fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi inklużi fil-kampjun fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi inklużi fil-kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' importaturi msemmija fl-ilment, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati li qed jesportaw.

L-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jixtiequ jitolbu marġni individwali, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 17(3) u 9(6) tar-Regolament bażiku, jridu jressqu kwestjonarju komplut fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii) ta' dan l-avviż. Għalhekk għandhom jagħmlu talba għal kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(i). Madankollu, dawn il-partijiet għandhom ikunu konxji li jekk it-teħid ta' kampjuni jiġi applikat lill-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tikkalkulax marġni individwali għalihom, jekk l-għadd ta' esportaturi/produtturi tant ikun kbir li eżami individwali jkun ta' piż bla bżonn u jxekkel it-tmiem fil-ħin ta' l-investigazzjoni.

(c)   Il-ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat f'punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

(d)   L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, huwa previst li t-Turkija tintgħażel bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq xieraq sabiex ikun stabbilit valur normali rigward ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. B'dan, il-partijiet interessati qed jiġu mistiedna jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fil-limitu ta' żmien speċifiku stabbilit fil-punt 6(c).

(e)   Stat ta' ekonomija tas-suq

Għal dawk l-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jistqarru u jipprovdu biżżejjed evidenza li joperaw skond kundizzjonijiet ta' l-ekonomija tas-suq, jiġifieri li jilħqu l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali se jiġi stabbilit skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi/esportaturi li biħsiebhom iressqu talbiet sostanzjati b'mod xieraq għandhom jagħmlu dan fiż-żmien stipulat f'punt 6(d). Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta' talbiet lill-esportaturi/produtturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jew ġew inklużi fil-kampjun jew li ssemmew fl-ilment u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi msemmija fl-ilment, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

5.2.   Il-proċedura għall-evalwazzjoni ta' l-interess Komunitarju

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-allegazzjonijiet ta' dumping u d-ħsara kkawżata minħabba f'hekk ikunu sostanzjati, se tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni ta' miżuri ta' l-antidumping tmurx kontra l-interess Komunitarju. Għal din ir-raġuni, l-industrija Komunitarja, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' l-utenti u tal-konsumaturi, sakemm jipprovaw li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, fil-limiti ġenerali ta' żmien stabbiliti fil-punt 6(a)(ii), jistgħu jippreżentaw irwieħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni. Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu smigħ billi jfissru r-raġunijiet partikulari għaliex għandhom jinstemgħu fi ħdan il-limitu ta' żmien stipulat f'punt 6(a)(iii). Għandu jiġi nnotat li kwalunkwe informazzjoni mressqa skond l-Artikolu 21 se titqies biss jekk tkun appoġġjata minn evidenza fattwali fiż-żmien meta titressaq.

6.   Il-limiti ta' żmien

(a)   Il-limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Għall-partijiet biex jitolbu kwestjonarju jew formoli ta' talbiet oħrajn

Il-partijiet kollha interessati għandhom jitolbu kwestjonarju jew formoli oħrajn ta' talba malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn għaxart ijiem mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)   Għall-partijiet li jridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, biex jippreżentaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom, iressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-esportaturi/il-produtturi kollha kkonċernati minn din il-proċedura, li jixtiequ japplikaw għal eżami individwali skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, anki huma jridu jressqu tweġiba għall-kwestjonarju fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjal ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-attenzjoni tinġibed għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi minn li l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.

Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarji fil-limiti ta' żmien speċifikati f'punt 6(b)(iii).

(iii)   Is-smigħ

Il-partijiet interessati kollha jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

(b)   Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni

(i)

It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull informazzjoni oħra rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data ta' l-avviż ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun.

(c)   Il-limitu ta' żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Il-partijiet għall-investigazzjoni jista' jkollhom ix-xewqa li jikkummentaw dwar kemm hija xierqa l-għażla tat-Turkija, li kif issemma fil-punt 5.1(d), hija prevista bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq biex ikun stabbilit valur normali rigward ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(d)   Il-limitu ta' żmien speċifiku biex jintbagħtu t-talbiet għal status ta' ekonomija tas-suq u/jew għal trattament individwali

Stqarrijiet issostanzjati kif xieraq dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq, kif imsemmi fil-punt 5.1(e) u/jew għat-trattament individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

7.   Sottomissjonijiet, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza, bil-miktub

Is-sottomissjonijiet u r-rikjesti kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduti mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (4) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32-2) 295 65 05

8.   In-nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew li tqarraq, l-informazzjoni għandha tiġi skartata u għandhom jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kooperat.

9.   L-iskeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

10.   L-ipproċessar ta' data personali

Għandek tkun taf li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (5).

11.   L-Uffiċjal għas-Smigħ

Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ Trade. L-uffiċjal jaġixxi bħala punt ta' referenza komuni bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, meta jeħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet ta' proċedura li jaffetwaw il-protezzjoni ta' l-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari, fir-rigward ral-kwistjonijiet marbuta ma' l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17)

(2)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(3)  Marġini individwali jistgħu jintalbu skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun, l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku dwar it-trattament individwali f'każijiet li jinvolvu pajjiżi li mhumiex fis-suq ekonomiku/bl-ekonomiji tagħhom fi tranżizzjoni, u l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji li qegħdin jitolbu status ta' suq ekonomiku. Innota li talbiet għal trattamenti individwali jeħtieġu applikazzjoni skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u li t-talbiet dwar it-trattament ta' suq ekonomiku jeħtieġu applikazzjoni skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

(4)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1049/2001 rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/14


Avviż ta' bidu ta' proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2008/C 43/05)

Il-Kummissjoni rċeviet ilment skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Dicembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“Regolament bażiku”) (1), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), qegħdin jiġu ddampjati u għalhekk qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

1.   L-ilment

L-ilment intbagħat fit-3 ta' Jannar 2008 mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Bolsius International BV, EIKA Wachswerke Fulda GmbH, Euro Candle KFT, Gies Kerzen GmbH, Liljeholmens Stearinfabriks AB, SER Wax Industry u Vollmar GmbH (“min għamel l-ilment”) li jirrappreżenta proporzjon maġġuri, f'dan il-każ iktar minn 25 %, tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom.

2.   Il-prodott

Il-prodott li qiegħed jiġi allegatament iddampjat huwa ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom, ħlief xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat għal barra, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). Għall-fini ta' dan il-proċediment, xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat għal barra oħrajn huma definiti bħala xemgħat, kandiletti u bħalhom, li l-fjuwil tagħhom fih iktar minn 500 ppm ta' toluene u/jew iktar minn 100 ppm ta' benżen u/jew li jkollhom ftila b'dijametru ta' mill-inqas 5 millimetri u/jew ikunu kontenuti individwalment f'kontenitur tal-plastik b'ħitan vertikali ta' mill-inqas 5 ċm fit-tul. Il-prodott ikkonċernat ikun normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċi NM ex 3406 00 11, ex 3406 00 19 u ex 3406 00 90. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss bħala informazzjoni.

3.   L-allegazzjoni ta' dumping

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, min għamel l-ilment stabbilixxa l-valur normali għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezz f'pajjiż b'ekonomija tas-suq, imsemmi fil-punt 5.1(d). L-allegazzjoni ta' dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali, ikkalkulat b'dan il-mod, mal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

Fuq din il-bażi, il-marġni ta' dumping ikkalkulat huwa sinifikanti.

4.   L-allegazzjoni ta' ħsara

Min għamel l-ilment ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u f'termini ta' sehem mis-suq.

Qed jiġi allegat li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat iħallu, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq is-sehem mis-suq u l-kwantitajiet mibjugħa mill-industrija Komunitarja, bir-riżultat li hemm effetti negattivi sostanzjali fuq ir-rendiment komplessiv u l-qagħda finanzjarja u l-qagħda ta' l-impjieg ta' l-industrija Komunitarja.

5.   Il-proċedura

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment sar mill-industrija Komunitarja jew f'isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni qiegħda b'dan tagħti bidu għal investigazzjoni skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

5.1.   Il-proċedura għad-determinazzjoni ta' dumping u ħsara

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina hux qed ikun iddampjat u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara.

(a)   It-teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' partijiet involuti f'dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   Teħid ta' kampjuni għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni billi jikkuntattjawha u jipprovdulha l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fi żmien il-limitu stabbilit f'punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

id-dħul f'valuta lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2007,

il-fatturat f'valuta lokali u l-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku waqt il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati (2) kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn dan, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

Minħabba li kumpanija ma tistax tkun ċerta li tintgħażel għall-kampjun, il-produtturi/esportaturi li jixtiequ jitolbu marġini individwali (3) qed jingħataw il-parir li jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6(a)(i) ta' dan l-avviż, u jirreġistrawha fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6 (a)(ii) l-ewwel paragrafu ta' dan l-avviż. Madankollu, qed tinġibed l-attenzjoni għall-aħħar sentenza tal-punt 5.1(b) ta' dan l-avviż.

(ii)   It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-għadd totali ta' impjegati,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-volum f'tunnellati u l-valur f'euro ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid li saru fis-suq Komunitarju matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati (4) kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi, minbarra dan, il-Kummissjoni se tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

(iii)   It-teħid ta' kampjuni għal produtturi Komunitarji

Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment, il-Kummissjoni bi ħsiebha tinvestiga l-ħsara lill-industrija Komunitarja billi tieħu kampjuni.

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi Komunitarji kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-valur tal-bejgħ f'euro tal-prodott ikkonċernat li sar fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

il-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat li sar fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati (4) kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

(iv)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fit-terminu ffissat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' l-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' ssejjes s-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba msejsa fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Il-kwestjonarji

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja magħżula għall-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi magħżula għall-kampjun fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula għal kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' importaturi msemmija fl-ilment u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat li jkun qiegħed jesporta.

L-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jixtiequ jitolbu marġini individwali, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 17(3) u 9(6) tar-Regolament bażiku, jridu jressqu kwestjonarju komplut fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii) ta' dan l-avviż. Għalhekk għandhom jagħmlu talba għal kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(i). Madankollu, dawn il-partijiet għandhom ikunu konxji li jekk it-teħid ta' kampjuni jiġi applikat lill-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tikkalkulax marġni individwali għalihom, jekk l-għadd ta' esportaturi/produtturi tant ikun kbir li eżami individwali jkun ta' piż bla bżonn u jxekkel it-tlestija fil-ħin ta' l-investigazzjoni.

(c)   Il-ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat f'punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

(d)   L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, hemm ħsieb li jintgħażel il-Brażil bħala pajjiż xieraq b'ekonomija tas-suq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fil-limitu ta' żmien speċifiku stabbilit fil-punt 6(c).

(e)   It-trattament ta' ekonomija tas-suq

Għal dawk l-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jsostnu u jipprovdu biżżejjed evidenza li joperaw skond kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali se jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi/esportaturi li bi ħsiebhom iressqu pretensjonijiet sostanzjati b'mod xieraq għandhom jagħmlu dan fiż-żmien stipulat fil-punt 6(d). Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta' pretensjoni lill-esportaturi/produtturi kollha fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma msemmija fl-ilment u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi msemmija fl-ilment, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

5.2.   Il-proċedura għall-valutazzjoni ta' l-interess Komunitarju

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-allegazzjonijiet ta' dumping u ħsara kkawżati minħabba f'hekk ikunu sostanzjati, se tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni ta' miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess Komunitarju. Għal din ir-raġuni l-industrija Komunitarja, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u ta' l-utenti, bil-kundizzjoni li huma jippruvaw li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta' żmien stipulati fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw ruħhom u jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni. Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu smigħ billi jfissru r-raġunijiet partikulari għaliex għandhom jinstemgħu fi ħdan il-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta' min jinnota li kwalunkwe informazzjoni mressqa skond l-Artikolu 21 se titqies biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali fiż-żmien meta titressaq.

6.   Il-limiti ta' żmien

(a)   Il-limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Għall-partijiet biex jitolbu kwestjonarju jew formoli ta' pretensjoni oħrajn

Il-partijiet interessati kollha għandhom jitolbu kwestjonarju jew formoli oħrajn ta' pretensjoni malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn għaxart ijiem mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)   Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom, biex jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kwalunkwe informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-esportaturi/il-produtturi kollha kkonċernati minn dan il-proċediment, li jixtiequ japplikaw għal eżami individwali skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, iridu jressqu wkoll tweġiba għall-kwestjonarju fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjal ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-attenzjoni tinġibed għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi minn li l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.

Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarji fil-limiti ta' żmien speċifikati f'punt 6(b)(iii).

(iii)   Is-seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

(b)   Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni

(i)

It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, dment li l-Kummissjoni bi ħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tiegħu fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull tagħrif rilevanti ieħor għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun.

(c)   Il-limitu ta' żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu juru x-xewqa li jikkummentaw dwar jekk il-Brażil huwiex adattat li, kif imsemmi fil-punt 5.1(d), jitqies bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(d)   Il-limitu ta' żmien speċifiku biex jintbagħtu l-pretensjonijiet għal status ta' ekonomija tas-suq u/jew għal trattament individwali.

Stqarrijiet issostanzjati sew dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq (kif imsemmi fil-punt 5.1 (e)) u/jew għal trattament individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduti mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (5) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Faks (32-2) 295 65 05

8.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha tiġi skartata u għandhom jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   L-iskeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

10.   L-ipproċessar ta' data personali

Għandek tkun taf li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001tat-18 ta' Diċembru2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (6).

11.   L-Uffiċjal għas-Smigħ

Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ Trade. Hu jservi ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien ta' l-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet bil-fomm u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17)

(2)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(3)  Marġini individwali jistgħu jintalbu skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun, l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku dwar it-trattament individwali f'każijiet li jinvolvu pajjiżi li mhumiex f'ekonomija tas-suq/bl-ekonomiji tagħhom fi tranżizzjoni, u l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji li qegħdin jitolbu status ta' ekonomija tas-suq. Ta' min jinnota li talbiet għal trattament individwali jeħtieġu applikazzjoni skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u li t-talbiet dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq jeħtieġu applikazzjoni skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

(4)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

(5)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/19


GĦAJNUNA MILL-ISTAT — REPUBBLIKA ĊEKA

Għajnuna mill-Istat C 3/08 (ex NN 102/05) — Kumpens tas-servizz pubbliku għal Kumpaniji tal-Karozzi tal-Linja tan-Nofsinhar tal-Moravia

Stedina għas-sottomissjoni ta' osservazzjonijiet skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 43/06)

Permezz ta' l-ittra bid-data ta' 15 ta' Jannar 2008 riprodotta fil-lingwa awtentika fil-paġni ta' wara din it-taqsira, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Ċeka bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat li tirrigwarda l-għajnuna hawn fuq imsemmija.

Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din it-taqsira u l-ittra li ssegwi, lil:

European Commission

Directorate-General for Energy & Transport

Directorate A, unit 4

DM 28

B-1049 Brussels

Nru tal-feks (32-2) 296 41 04

Dawn l-osservazzjonijiet ser ikunu mgħarrfa lir-Repubblika Ċeka. Il-parti interessata li tissottometti l-osservazzjonijiet tista' titlob bil-miktub biex l-identità tagħha tingħata trattament kunfidenzjali, filwaqt li jingħataw ir-raġunijiet għat-talba.

TEST TAS-SOMMARJU

1.   Proċedura

Il-Kummissjoni rċiviet ilment permezz ta' ittra bid-data tat-28 ta' Ġunju 2005 mill-kumpanija Ċeka ČAS — SERVICE a.s. (l-“Attur”). L-ilment kien jikkonċerna għajnuna mill-Istat li allegatament ingħatat lil diversi kompetituri ta' l-Attur minn awtoritajiet reġjonali, bejn l-2003 u l-2005.

2.   Deskrizzjoni tal-miżura

Titlu: kumpens tas-servizz pubbliku għal Kumpaniji tal-Karozzi tal-Linja tan-Nofsinhar tal-Moravia

Tul ta' żmien: 2003-2005

Forma: kumpensi għal servizzi tat-trasport pubbliku

Awtorità: awtoritajiet tan-Nofsinhar tal-Moravia

Benefiċjarji: Bítešská dopravní společnost spol. s r.o., BK Bus s.r.o., Břežanská dopravní společnost s.r.o., Znojemská dopravní společnost — PSOTA s.r.o., TREDOS, spol. s.r.o.

Għan: obbligu tas-servizz pubbliku

3.   Valutazzjoni tal-miżura

Il-Kummissjoni ma tistax teżamina l-pagamenti maħsuba f'kuntratti mitmuma qabel l-1 ta' Mejju 2004, jiġifieri d-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, la skond ir-regoli ta' għajnuna mill-Istat, la skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 88 tat-Trattat, u lanqas skond il-mekkaniżmu interim. Madankollu, modifiki ta' dawn il-kuntratti li jirriżultaw f'responsabbiltà ogħla ta' l-Istat lejn il-benefiċjarji, li saru wara l-adeżjoni, jistgħu jikkostitwixxu għajnuna ġdida.

Ingħataw kumpensi lill-awtoritajiet tan-Nofsinhar tal-Moravia mill-baġit pubbliku. Għalhekk, ingħataw permezz ta' riżorsi ta' l-Istat. Il-kumpens seta' ta vantaġġ selettiv lill-benefiċjarji. Il-kundizzjoni li l-għajnuna trid tgħawweġ il-kompetizzjoni u teffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri tintlaħaq f'dan il-każ partikolari.

L-Artikolu 73 tat-Trattat jikkunsidra kundizzjonijiet ta' kompatibilità ta' għajnuna mogħtija fil-qasam tal-koordinazzjoni tat-trasport u l-obbligu tas-servizz pubbliku fit-trasport. Skond is-sentenza Altmark (C-280/00), l-Artikolu 73 ma jistax japplika direttament iżda biss bis-saħħa tar-Regolamenti tal-Kunsill, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1).

Bħal f'dan il-każ partikolari ma kien hemm ebda sejħa għal offerti u bl-Attur isostni li Bítešská, BK Bus, Břežanská společnost, PSOTA a TREDOS irċiviet għajnuna illegali mill-Istat, il-Kummissjoni tikkunsidra li għandha tagħti l-opportunità lill-Attur u lill-partijiet terzi biex jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-metodoloġija użata biex jiġi stabbilit l-ammont ta' kumpens mill-awtoritajiet tan-Nofsinhar tal-Moravia, qabel ma tkun tista' tikkonkludi b'ċertezza li l-għajnuna hija kompatibbli ma' l-Art. 73 tat-Trattat bis-saħħa ta' l-Art. 14 tar-Regolament tal-Kunsill.

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, kull għajnuna illegali tista' tkun suġġetta għal irkupru mingħand il-benefiċjarju.

TEST TA' L-ITTRA

“Komise chce informovat Českou republiku, že po prostudování informací o výše uvedeném opatření předložených orgány Vaší země se rozhodla zahájit řízení stanovené v čl. 88 odst. 2 Smlouvy o ES.

1.   ŘÍZENÍ

1.

V dopise ze dne 28. června 2005 obdržela Komise stížnost od české společnosti ČAS – Service a. s. (‚stěžovatel‘). Stížnost se týkala státní podpory, kterou krajské úřady v letech 2003 až 2005 údajně poskytly různým konkurentům stěžovatele.

2.

Dopisy ze dne 20. července 2005, 14. března 2006 a 7. prosince 2006 požádala Komise orgány České republiky o další informace týkající se problémů uvedených stěžovatelem.

3.

České orgány odpověděly dne 14. září 2005, 2. června 2006, 6. února 2007 a 18. října 2007.

2.   OKOLNOSTI PŘÍPADU

4.

Stěžovatel je akciovou společností činnou v oblasti pravidelné autobusové dopravy, zájezdové dopravy, městské autobusové dopravy na Znojemsku a v mezinárodní dopravě.

5.

Až do září 2004 bylo provozování regionální veřejné autobusové dopravy v Jihomoravském kraji klíčovou aktivitou stěžovatele, a to zejména na základě smluv uzavřených s regionálními orgány. Služby byly poskytovány v Jihomoravském kraji (okresy Znojmo a Moravský Krumlov).

6.

Stěžovatel tvrdí, že úřady Jihomoravského kraje poskytly v období 2003–2005 nedovolenou státní podporu Bítešské dopravní společnosti spol. s r.o. (dále jen ‚Bítešská‘), společnosti BK BUS s.r.o. (dále jen ‚BK Bus‘), Břežanské dopravní společnosti s.r.o. (dále jen ‚Břežanská společnost‘), Znojemské dopravní společnosti – PSOTA, s.r.o. (dále jen ‚PSOTA‘) a společnosti TREDOS, spol. s r.o. (dále jen ‚TREDOS‘). Mělo k tomu dojít udělením licence, které nebylo ani transparentní, ani objektivní.

7.

Komise konstatuje, že podle českých orgánů se v případě licence jedná o povolení udělované orgány k provozování veřejné linkové dopravy. Cílem licence je zaručit, aby autobusovou dopravu provozovali pouze ti dopravci, kteří splňují určité kvalitativní požadavky. V tomto ohledu Komise konstatuje, že podle § 18 zákona č. 111/1994 Sb., o silniční dopravě (dále jen ‚zákon o silniční dopravě‘), patří mezi tyto požadavky zejména povinnost provozovat dopravu podle schváleného jízdního řádu, zajistit určitou míru bezpečnosti pro cestující, uveřejnit jízdní řád a označit vozidla názvem linky.

8.

Kromě toho Komise konstatuje, že § 19 zákona o silniční dopravě stanoví, že závazkem veřejné služby se rozumí ‚závazek, které by dopravce jinak pro jeho ekonomickou nevýhodnost nepřijal nebo by jej přijal pouze zčásti. Závazek veřejné služby sjednává s dopravcem stát a hradí dopravci prokazatelnou ztrátu vzniklou jeho plněním. Závazek veřejné služby spočívá v závazku provozu (…), závazku přepravy (…) a závazku tarifním (…). Závazek veřejné služby ve veřejné linkové osobní dopravě vzniká na základě písemné smlouvy‘ (uzavřené mezi příslušnými orgány a provozovatelem dopravy).

9.

Dále § 19b zákona o silniční dopravě stanoví, že ‚povinnou součástí smlouvy o závazku veřejné služby je předběžný odborný odhad prokazatelné ztráty za celé období, na které se závazek veřejné služby uzavírá‘. Příslušné orgány ‚uhradí prokazatelnou ztrátu nejvýše ve výši tohoto předběžného odborného odhadu zvýšeného pouze o nepředvídatelné prokazatelné náklady. Zajišťuje-li dopravce přepravní služby mimo závazky veřejné služby nebo jiné činnosti, je povinen vést oddělené účetnictví závazků veřejných služeb.‘

10.

Komise rovněž konstatuje, že podle § 19b odstavce 5 zákona o silniční dopravě ‚vymezení prokazatelné ztráty, způsob výpočtu předběžného odborného odhadu prokazatelné ztráty, způsob výpočtu prokazatelné ztráty, pravidla na přidělování finančních prostředků z příslušných rozpočtů, doklady, kterými musí být výpočty prokazatelné ztráty doloženy, a způsob výkonu státního odborného dozoru nad financováním dopravní obslužnosti stanoví prováděcí předpis.‘ Tento předpis (vyhláška Ministerstva dopravy a spojů č. 50/1998 Sb. ze dne 13. března 1998, o prokazatelné ztrátě ve veřejné linkové osobní dopravě – dále jen ‚vyhláška‘) definuje prokazatelnou ztrátu ve veřejné linkové osobní dopravě jako: ‚rozdíl mezi součtem ekonomicky oprávněných nákladů a upraveného přiměřeného zisku a mezi dosaženými tržbami a výnosy.‘

11.

Přiměřeným ziskem se ve vyhlášce rozumí ‚částka, která po zdanění (…) nepřekračuje 1/8 ceny autobusů používaných zpravidla pro veřejnou linkovou osobní dopravu zajišťující dopravní obslužnost plněním závazku veřejné služby, snížená o částku celkových skutečných účetních odpisů těchto autobusů, a částka vynaložená na investice související s provozováním veřejné linkové osobní dopravy, pokud s těmito investicemi vyjádřil pro účely jejich zahrnutí do výpočtu prokazatelné ztráty souhlas příslušný dopravní úřad.‘

12.

S účinností od 1. ledna 2003 přešla v České republice odpovědnost za uzavírání smluv o zajišťování služeb veřejné dopravy s dopravními podniky na krajské úřady, včetně úřadů Jihomoravského kraje. Úřady Jihomoravského kraje porovnaly náklady na provozování veřejné dopravy, které vznikly stěžovateli, s průměrnými náklady na provozování autobusové dopravy v České republice získanými ze statistického průzkumu. Došly k závěru, že náklady stěžovatele byly vyšší než průměrné náklady.

13.

Dne 24. března 2003 se na základě výše uvedeného posouzení a po neúspěšných jednáních se stěžovatelem rozhodly úřady Jihomoravského kraje zahájit jednání o zajištění dopravní obslužnosti s jinými dopravci. Obrátily se na známé dopravce působící v Jihomoravském kraji s výzvou k podání nabídek na zajištění služeb veřejné dopravy na Znojemsku. Výzva k podání nabídek byla rozeslána 41 dopravcům, včetně stěžovatele. Ve výzvě se počítalo s tím, že krajské úřady jsou ochotny provozovatelům platit za poskytování služby maximálně 26 Kč/km. Dále výzva obsahovala požadavek, že dopravci musí mít elektronický odbavovací systém a dobrou pověst u administrativy.

14.

Krajské úřady obdržely odpovědi od devíti dopravců a pozvaly poté tyto dopravce na jednání. Nabídky posuzovala a hodnotila výběrová komise, kterou jmenovala Rada Jihomoravského kraje. Doporučila, aby byly smlouvy o zajišťování dopravní obslužnosti uzavřeny se šesti dopravci, včetně stěžovatele, a to s těmito společnostmi: Bítešská, BK Bus, Břežanská společnost, PSOTA, TREDOS a stěžovatel (ČAS-Service a.s.).

15.

Kritérii hodnocenými při posuzování nabídek výběrovou komisí byla jednoznačnost a úplnost nabídky. Úřady Jihomoravského kraje dále braly do úvahy mimo jiné i kritérium minimalizace počtu provozně-technických kilometrů a celistvosti vybraného území.

16.

Podle českých orgánů splňoval stěžovatel kritéria výběru pouze podmíněně, nespecifikoval totiž jednoznačně cenu svého přepravního výkonu a během dalších jednání uvedl, že nemůže akceptovat kompenzaci ve výši navrhované úřady Jihomoravského kraje ve výzvě k podání nabídek.

17.

Proto došel krajský úřad k závěru, že stěžovatel nesplňuje podmínky výběrového řízení a že s ním nemůže být uzavřena smlouva o zajišťování dopravní obslužnosti ve veřejné dopravě.

18.

Smlouvy byly uzavřeny s těmi dopravci, kteří akceptovali, že maximální cena vyplácená za zajišťování veřejné dopravy bude 26 Kč/km. Podle českých orgánů to znamená, že řádně spravovaná a vybavená společnost s náklady 23,959 Kč/km bude mít zisk ve výši 2,041 Kč/km. Náklady ve výši 23,959 Kč/km byly získány ze statistických průzkumů prováděných podle zákona č. 89/1995 Sb., o státní statistické službě. Tyto průzkumy se týkaly zajišťování služeb veřejné autobusové dopravy na území České republiky v roce 2002.

19.

Komise konstatuje, že odhadovaná cena za kilometr (max. 26 Kč/km) byla stanovena ve smlouvách s jednotlivými dopravci. Z ní bylo možno stanovit celkovou výši příjmů (cena za km vynásobená počtem kilometrů), které budou dopravci za poskytnutí služby vyplaceny. Z této částky byly odečteny skutečné příjmy, aby bylo možno určit ztráty.

20.

Dopravce musel úřadu po poskytnutí služeb předložit doklad k doložení skutečných příjmů. Teprve poté byla stanovena výše ztrát a došlo k vyplacení kompenzace.

21.

Kromě obecných požadavků stanovených v zákoně o silniční dopravě pro dopravce a vyplývajících ze skutečnosti, že tito provozovatelé mají licence, uváděly všechny smlouvy konkrétnější povinnosti jednotlivých provozovatelů, a to povinnost provozovat dopravu na konkrétních linkách a v určených časech a rovněž podmínky pro změnu smluv a pokuty v případě nedodržení smluv.

22.

České orgány informovaly Komisi, že po roce 2003 se úřady Jihomoravského kraje dohodly uzavřít další smlouvy na zajišťování dopravní obslužnosti na rok 2004 a 2005 se stejnými dopravci.

23.

České orgány potvrdily, že při výběru dopravců poskytujících dopravní služby v roce 2004 a 2005 neproběhlo žádné zvláštní řízení.

24.

V následující tabulce jsou uvedeny údaje o částkách kompenzace, s nimiž se počítalo ve smlouvách na rok 2004 (tabulka 1):

Dopravní podnik

Datum uzavření smlouvy

Maximální výše kompenzace, s níž se ve smlouvě počítalo

TREDOS

21. 1. 2004

7 364 733 Kč

Změněna: 31. 8. 2004

7 399 733 Kč

BK Bus

22. 1. 2004

4 349 779 Kč

Bítešská

21. 1. 2004

4 780 000 Kč

PSOTA

20. 1. 2004

18 924 849 Kč

Změněna:

31. 8. 2004

18 956 769 Kč

17. 9. 2004

18 979 733 Kč

Břežanská společnost

26. 1. 2004

10 615 611 Kč

25.

Dále Komise konstatuje, že smlouvy uzavřené na rok 2004 byly prodlouženy na rok 2005 (tabulka 2):

Dopravní podnik

Datum uzavření smlouvy

Maximální výše kompenzace, s níž se ve smlouvě počítalo

TREDOS

4. 3. 2005

11 457 527 Kč

Změněna:

31. 3. 2005

11 593 799 Kč

BK Bus

4. 3. 2005

5 244 124 Kč

Bítešská

4. 3. 2005

6 000 000 Kč

PSOTA

4. 3. 2005

20 999 640 Kč

Břežanská společnost

4. 3. 2005

11 953 423 Kč

26.

Podle českých orgánů nezískaly výše uvedené podniky během období 2004 až 2005 žádné jiné finanční částky od státu nebo ze státních prostředků, pokud jde o dopravní služby v Jihomoravském kraji.

3.   PRÁVNÍ POSOUZENÍ OPATŘENÍ

3.1   Pravomoc Komise prověřit opatření zavedená zeměmi, které k Evropské unii přistoupily dne 1. května 2004

27.

Ustanovení přílohy IV kapitoly 3 aktu o přistoupení tvoří právní rámec pro posouzení opatření, která uskutečnily přistupující členské státy před svým přistoupením k EU a která jsou v platnosti i po přistoupení.

28.

Se zvláštním odkazem na odvětví dopravy stanoví příloha IV, že ‚režimy podpor a individuální podpory, které nabyly účinku v novém členském státě přede dnem přistoupení a jsou stále použitelné i po tomto dni, se považují za existující podpory ve smyslu čl. 88 odst. 1 Smlouvy o ES (…), za předpokladu, že byly do čtyř měsíců ode dne přistoupení sděleny Komisi.‘

29.

Podle uznávané rozhodovací praxe (1) ‚nemůže Komise posuzovat podpory, které byly poskytnuty před přistoupením a nejsou použitelné po přistoupení, ani na základě postupů stanovených v článku 88 Smlouvy o ES, ani na základě přechodného mechanismu. Pouze taková opatření, na jejichž základě může být i po přistoupení poskytnuta dodatečná podpora nebo může být zvýšena částka podpory již poskytnuté, mohou být na základě přechodného mechanismu kvalifikována jako existující podpora – pokud splňují příslušné podmínky – a proto tomuto mechanismu podléhají. Na druhé straně se přechodný mechanismus stává bezpředmětným v souvislosti s opatřeními pro poskytování podpor, které již byly v určité výši definitivně a bezpodmínečně poskytnuty před přistoupením. (…) aby bylo možno stanovit, zda se jedná o tento případ, je příslušným kritériem právně závazný akt, jímž se příslušné vnitrostátní orgány zavazují poskytnout podporu. Pokud takový akt neexistuje, nebylo opatření poskytnuto před přistoupením, a jedná se tedy o novou podporu, jejíž slučitelnost se společným trhem Komise posuzuje na základě článků 87 a 88 Smlouvy o ES. Nové opatření musí být posouzeno v momentě, kdy je podpora poskytována; za poskytnutí podpory se považuje právní závazek státu, a nikoli její vyplacení. Jakákoli platba v rámci právního závazku, současná i budoucí, znamená pouze provedení závazku a nemůže být považována za novou nebo dodatečnou podporu. Komise je proto toho názoru, že se musí prokázat, že i po přistoupení bude podpora znamenat další přínos, který nebyl v době jejího poskytnutí znám nebo nebyl znám v plné míře, aby mohlo být opatření považováno za použitelné po přistoupení.‘

30.

Proto nemůže Komise posuzovat platby uváděné ve smlouvách uzavřených před 1. květnem 2004, tj. před datem přistoupení České republiky, ani podle pravidel o státní podpoře, ani na základě postupů stanovených v článku 88 Smlouvy o ES, ani na základě přechodného mechanismu. Změny těchto smluv, k nimž došlo po přistoupení a z nichž státu vyplynuly nové závazky vůči příjemcům podpory, však mohou zakládat novou podporu.

31.

V důsledku toho může Komise u smluv uvedených v tabulce 1 pouze prošetřit, zda dodatky k původním smlouvám na rok 2004 (uzavřené po přistoupení) se společnostmi PSOTA a TREDOS obsahují státní podporu ve smyslu článku 87 Smlouvy.

32.

Pokud jde o dodatky uvedené v tabulce 2, které byly všechny uzavřeny po 1. květnu 2004, je jejich prošetření v pravomoci Komise.

33.

Co se týče opatření uvedených v bodě 31 a 32 tohoto rozhodnutí, konstatuje Komise, že je české orgány nepředložily v rámci postupu stanoveného v příloze IV aktu o přistoupení. Tato opatření proto nikdy nezískala status existující podpory.

3.2   Poskytnutí podpory

34.

Podle čl. 87 odst. 1 Smlouvy o ES jsou podpory poskytované v jakékoli formě státem nebo ze státních prostředků, které narušují nebo mohou narušit hospodářskou soutěž tím, že zvýhodňují určité podniky nebo určitá odvětví výroby, pokud ovlivňují obchod mezi členskými státy, neslučitelné se společným trhem, nestanoví-li Smlouva jinak.

3.2.1   Státní prostředky

35.

Komise konstatuje, že úřady Jihomoravského kraje vyplácely kompenzace z veřejného rozpočtu. Byly tudíž poskytovány ze státních prostředků.

3.2.2   Selektivní hospodářská výhoda

36.

Je třeba stanovit, zda opatření poskytuje selektivní hospodářskou výhodu.

37.

Z rozsudku ve věci Altmark  (2) vyplývá, že ‚pokud musí být opatření státu považováno za kompenzaci za služby poskytnuté podniky, které kompenzaci přijaly, aby mohly plnit závazky veřejné služby, takže se u těchto podniků nejedná o skutečné finanční zvýhodnění a opatření tedy nemá za následek jejich příznivější konkurenční postavení, než mají jejich konkurenti, nespadá takové opatření pod čl. 92 odst. 1 Smlouvy. Aby však tato kompenzace nebyla v konkrétním případě klasifikována jako státní podpora, je třeba splnit řadu podmínek.‘

38.

Zaprvé je podle výše uvedeného rozsudku třeba stanovit, ‚zda se od podniku přijímajícího kompenzaci skutečně vyžaduje plnění závazku veřejné služby a (zda) byly tyto závazky jasně definovány‘.

39.

Pokud jde o tento požadavek, konstatuje Komise, že zákon o silniční dopravě uvádí definici závazku veřejné služby a stanoví, že závazek veřejné služby ve veřejné linkové dopravě vzniká na základě písemné smlouvy mezi orgány a dopravcem. České orgány zaslaly Komisi kopie smluv a následných dodatků uzavřených s dopravními podniky.

40.

Komise konstatuje, že závazek veřejné služby byl ve smlouvách jednoznačně a konkrétně definován, tj. u jednotlivých provozovatelů byla jasně vymezena přepravní spojení a časové termíny, ve kterých bude doprava zajišťována.

41.

Proto došla Komise k závěru, že první podmínka podle věci Altmark je splněna.

42.

Zadruhé je třeba prokázat, že ‚ukazatele pro výpočet vyrovnávací platby (kompenzace) byly stanoveny předem objektivním a transparentním způsobem.‘

43.

Komise konstatuje, že úřady stanovily maximální cenu za dopravní služby na základě kritérií uvedených v § 19b zákona o silniční dopravě a ve vyhlášce popsaných výše na 26 Kč/km. Tato cena byla obsažena ve výzvě k podání nabídek zaslané všem potenciálním zájemcům v roce 2003. Komise konstatuje, že uvedená cena byla stanovena na základě statistických údajů.

44.

Znamená to, že cena byla stanovena předem, tj. před výběrem dopravců, a to objektivním a transparentním způsobem. Tento ukazatel nebyl v dodatcích dohodnutých po přistoupení České republiky k Evropské unii pozměněn.

45.

Komise proto došla k závěru, že druhá podmínka podle věci Altmark je splněna.

46.

Třetí podmínkou uvedenou v rozsudku ve věci Altmark je to, že ‚vyrovnávací platba nepřevyšuje částku nezbytnou pro pokrytí veškerých nákladů vynaložených při plnění závazků veřejné služby nebo jejich části, přičemž je třeba zohlednit příslušné příjmy a přiměřený zisk z plnění uvedených závazků‘.

47.

Komise konstatuje, že krajské úřady uvedly ve výzvě k podání nabídek, že maximální cena 26 Kč/km je cena, kterou jsou ochotny platit dopravcům za zajišťování dopravní obslužnosti.

48.

Kromě toho všechny smlouvy obsahují odhad ztrát, které vzniknou jednotlivým autobusovým dopravcům při zajišťování dopravní obslužnosti podle smlouvy. Odhad ztrát se provádí takto: Zaprvé jsou ztráty vypočítávány pro případ, že společnost obdrží 26 Kč/km plus příjmy z jízdného zaplaceného cestujícími. Dále jsou ztráty vypočítávány pouze s ohledem na příjmy z jízdného zaplaceného cestujícími. Cena 26 Kč/km tedy zahrnuje také přiměřený zisk vypočítaný na základě objektivních ukazatelů stanovených ve vyhlášce s odkazem na hodnotu aktiv podniků. Ke konečnému vyrovnání a vyplacení kompenzace dochází teprve poté, kdy autobusový dopravce předložil doklady k doložení své skutečné ztráty. Pokud jsou skutečné ztráty nižší, než se odhadovalo, je provedena pouze kompenzace skutečných ztrát. Pokud jsou skutečné ztráty vyšší, než se odhadovalo, pak je provedena kompenzace maximálně ve výši předběžného odhadu. Zvýšení této hranice je možné pouze v případě nepředvídatelných nákladů.

49.

Protože byl výpočet vyrovnávací platby proveden na základě předem stanoveného ukazatele (26 Kč/km) a konečná úhrada byla založena na dokladech o skutečně vzniklých ztrátách a nepřevyšovala částku stanovenou předem ve smlouvách, je Komise předběžně toho názoru, že vyrovnávací platba zřejmě nebyla vyšší než skutečné ztráty. Kromě toho považuje Komise zisk zahrnutý do částky 26 Kč/km za přiměřený. V této fázi si však Komise není jista, co přesně se rozumí pod pojmem nepředvídatelné náklady. Žádá proto české orgány a zainteresované třetí strany, aby vyjádřily svůj názor na to, zda je pojem nepředvídatelné náklady v českých právních předpisech dostatečně přesný.

50.

A konečně rozsudek ve věci Altmark předpokládá, že pokud ‚podnik, který má plnit závazky veřejné služby, není pro tyto účely vybrán v řízení o zadávání veřejných zakázek, je výše nezbytné náhrady určena na základě rozboru nákladů, které by na plnění těchto povinností vynaložil typický podnik, řádně spravovaný a vybavený nezbytnými dopravními prostředky k plnění takové veřejné služby; přitom je nutné vzít v potaz příslušné příjmy a přiměřený zisk z plnění takových povinností‘.

51.

Komise konstatuje, že Jihomoravský kraj rozeslal známým dopravcům v oblasti (celkem 41) výzvu k podání nabídek na zajištění dopravních služeb na Znojemsku.

52.

Tento postup nedal možnost dopravcům z jiných krajů, okresů nebo jiných států podat své nabídky, přestože to mohli chtít udělat. Komise rovněž konstatuje, že české orgány nepočítaly s žádným výběrovým řízením na dopravce pro období 2004–2005, ale jednoduše prodloužily smlouvy s dopravci, kteří byli vybráni pro zajišťování služeb v roce 2003.

53.

Proto má Komise pochybnosti, jestli lze postup použitý českými orgány považovat za řízení o zadávání veřejných zakázek, jak je vyžaduje rozsudek ve věci Altmark.

54.

Výše uvedené se nedotýká toho, jak Komise posoudí uplatnění práva Společenství, pokud jde o veřejné zakázky.

55.

Komise musí dále přešetřit druhou část alternativy, která se uvádí ve čtvrtém kritériu podle rozsudku ve věci Altmark.

56.

Výše kompenzace musí být stanovena na základě rozboru nákladů typického, řádně spravovaného a přiměřeně vybaveného podniku, což by mělo být alternativou k rozboru výše kompenzace stanovené prostřednictvím nabídkového řízení. Podle českých orgánů byla smluvní cena za služby stanovena na základě statistických údajů o nákladech, což znamená, že řádně spravovaná a přiměřeně vybavená společnost s náklady 23,959 Kč (0,87 EUR) na kilometr by dosáhla zisku 2,041 Kč (0,08 EUR) na kilometr.

57.

Zaprvé Komise konstatuje, že cílem použití statistických údajů je zajistit, aby byla cena stanovena podle nákladů typického podniku.

58.

Zadruhé, s ohledem na to, že všichni dopravci, kteří se zúčastnili řízení, museli získat licence k provozování své činnosti a že museli podle výzvy k podání nabídek splňovat určité požadavky, museli být určitě přiměřeně vybaveni dopravními prostředky, aby mohli splňovat nezbytné kvalitativní požadavky.

59.

Použití statistických údajů o nákladech na dopravu však nemůže samo o sobě vést k závěru, že by měli být provozovatelé dopravy, kteří akceptovali požadavek poskytovat služby za 26 Kč/km, považováni za řádně spravované společnosti. Statistické údaje, které sloužily jako základ pro stanovení uvedené částky, se týkaly pouze skutečných nákladů na dopravní obslužnost v České republice v roce 2002. Není proto prokázáno, že průměrná výše těchto nákladů představuje náklady dobře fungujícího podniku. České orgány v této záležitosti neposkytly dostatečné informace.

60.

Protože tedy nejsou splněny všechny požadavky druhé části alternativy, kterou poskytuje čtvrtá podmínka podle rozsudku ve věci Altmark, nedošla Komise k závěru, že postup použitý krajskými úřady lze považovat za postup, který zajišťuje, aby byla výše kompenzace rovna částce, která by měla být získána v otevřeném výběrovém řízení.

61.

Jinými slovy, Komise nemůže vyloučit, že v otevřeném výběrovém řízení by mohly krajské úřady najít dopravce s nižšími náklady, kteří by za své služby požadovali nižší úhradu. Komise dále nedošla k závěru, že kompenzace byla stanovena ve výši, která zaručuje, že nebude pro některé dopravce znamenat zvýhodnění.

62.

Vzhledem k tomu, že neexistují důkazy pro opačné tvrzení, Komise se domnívá, že kompenzace mohla poskytovat selektivní výhodu. Dále není možno vyloučit, že v tomto případě není splněna druhá podmínka čl. 87 odst. 1 Smlouvy.

3.2.3.   Narušení hospodářské soutěže a ovlivnění obchodu mezi členskými státy

63.

Pokud jde o toto kritérium, je třeba ověřit, zda výhoda poskytnutá ze státních prostředků může narušit hospodářskou soutěž do té míry, že by to ovlivnilo obchod mezi členskými státy.

64.

V tomto ohledu stanoví rozsudek ve věci Altmark (3), že: ‚není vůbec vyloučené, aby veřejná podpora poskytnutá podniku, který poskytuje pouze služby místní nebo regionální dopravy a neposkytuje služby mimo svůj stát původu, mohla mít dopad na obchod mezi členskými státy. Pokud členský stát poskytne veřejnou podporu nějakému podniku, může být poskytování dopravních služeb uvedeným podnikem z tohoto důvodu zachováno nebo zvýšeno s tím výsledkem, že podniky se sídlem v jiných členských státech mají menší příležitost poskytovat své dopravní služby na trhu v uvedeném členském státě (viz věc 102/87, Francie v. Komise, [1988] Sb. rozh. 4067, bod 19; věc C-305/89 Itálie v. Komise [1991] Sb. rozh. I-1603, bod 26 a Španělsko v. Komise, bod 40). V tomto případě není toto zjištění pouze hypotetické, protože jak se zdá zejména z pozorování Komise, začalo několik členských států od roku 1995 otevírat některé trhy s dopravou konkurenci z podniků se sídlem v jiných členských státech, takže řada podniků již nabízí své služby v městské, příměstské nebo regionální dopravě v jiných členských státech, než je jejich stát původu. A konečně, podle judikatury Soudního dvora neexistuje žádný práh nebo procento, které by stanovovalo hranici, pod níž by se obchod mezi členskými státy mohl považovat za neovlivněný. Relativně malá výše podpory nebo relativně malá velikost podniku, který ji dostává, samy o sobě nevylučují možnost, že by mohl být obchod mezi členskými státy ovlivněn (viz věc Tubemeuse, bod 43, a Španělsko v. Komise, bod 42). Druhou podmínkou pro použití čl. 92 odst. 1 Smlouvy, tj. že podpora musí být schopna ovlivnit obchod mezi členskými státy, proto nezáleží na místním nebo regionálním charakteru poskytovaných dopravních služeb nebo na rozsahu oblasti příslušné činnosti.‘

65.

Komise proto došla k závěru, že podmínka, že podpora musí narušovat hospodářskou soutěž a ovlivňovat obchod mezi členskými státy, je v daném případě splněna.

66.

S ohledem na výše uvedené úvahy došla Komise rovněž k závěru, že opatření uvedená v bodě 3.1 tohoto rozhodnutí zakládají státní podporu ve smyslu čl. 87 odst. 1 Smlouvy.

3.3   Slučitelnost podpory

67.

Článek 73 Smlouvy stanoví podmínky slučitelnosti podpory poskytované v oblasti koordinace dopravy a závazku veřejné služby v dopravě. Komise se domnívá, že článek 73 Smlouvy představuje lex specialis ve vztahu k čl. 86 odst. 2 a čl. 87 odst. 2 a 3 Smlouvy.

68.

Podle rozsudku ve věci Altmark (3) není možno uplatňovat článek 73 přímo, ale pouze prostřednictvím nařízení Rady, zejména nařízení Rady (EHS) č. 1191/69 ze dne 26. června 1969 o postupu členských států ohledně závazků vyplývajících z pojmu veřejné služby v dopravě po železnici, silnici a vnitrozemských vodních cestách (4) (dále jen ‚nařízení Rady‘).

69.

Podle čl. 1 odst. 1 nařízení Rady se toto nařízení vztahuje pouze na státní podporu poskytovanou podnikům provozujícím dopravu po železnici, silnici a vnitrozemských vodních cestách.

70.

Členské státy však mohou vyloučit z oblasti působnosti tohoto nařízení všechny podniky, jejichž činnost je omezena výlučně na provozování městské, příměstské nebo regionální dopravy.

71.

Komise konstatuje, že české orgány této výjimky nevyužily. Proto jsou použitelná příslušná ustanovení nařízení Rady (EHS) č. 1191/69.

72.

Podle čl. 1 odst. 4 nařízení Rady mohou příslušné orgány členských států s dopravním podnikem uzavřít smlouvu na veřejnou službu, aby tak zajistily přiměřenou dopravní obslužnost.

73.

Článek 14 nařízení Rady stanoví, že smlouvou na veřejné služby se rozumí smlouva uzavřená mezi příslušnými orgány členského státu a dopravním podnikem za účelem zajištění přiměřených dopravních služeb pro veřejnost.

74.

Podle čl. 14 odst. 2 nařízení Rady zahrnuje smlouva na veřejné služby mimo jiné tyto body:

a)

povahu poskytované služby, zejména normy plynulosti, pravidelnosti, výkonnosti a kvality;

b)

cenu služeb zahrnutých smlouvou, které se buď připojí k tarifním výnosům, nebo zahrnuje příjmy a podrobnosti finančních vztahů mezi oběma stranami;

c)

pravidla o dodatcích a změnách smlouvy, zejména s ohledem na nepředvídatelné změny;

d)

dobu platnosti smlouvy;

e)

smluvní pokuty pro případ nedodržení smlouvy.

75.

Komise především konstatuje, že podle § 19 zákona o silniční dopravě ‚závazek poskytovat veřejné služby ve veřejné linkové dopravě vzniká na základě písemné smlouvy‘ mezi příslušnými orgány a dopravci. Dále Komise konstatuje, že podmínky pro zajišťování dopravní obslužnosti neuložily orgány, ale projednali je a schválili je dopravci spolu s krajskými úřady. Proto došla Komise k závěru, že v rozporu se zněním zákona o silniční dopravě (‚závazek veřejné služby‘) mohou být použita ustanovení oddílu V (‚Smlouvy na veřejné služby‘) nařízení Rady.

76.

Zadruhé Komise konstatuje, že charakter služby byl definován ve smlouvě expressis verbis a rovněž odkazem na skutečnost, že dopravci vlastní licence na poskytování služeb veřejné dopravy.

77.

Zatřetí, smlouvy obsahovaly cenu za km a celkovou částku úhrady, která má být vyplacena za zajišťování služby.

78.

Začtvrté, smlouvy uváděly podmínky a postupy pro jejich změnu, dobu platnosti a smluvní pokuty v případě jejího porušení.

79.

Proto došla Komise k závěru, že smlouvy uzavřené s dopravními společnostmi Bítešská, BK Bus, Břežanská společnost, PSOTA a TREDOS obsahovaly základní prvky smlouvy uvedené v čl. 14 odst. 2 nařízení Rady.

80.

Dále Komise konstatuje, že cílem zákonodárce při přijímání nařízení Rady bylo definovat, za jakých podmínek je ‚podpora (…), která odpovídá náhradě za určitá plnění související s pojmem veřejné služby,‘ uvedená v článku 73 Smlouvy, slučitelná se společným trhem. Jak použití článku 73 Smlouvy, tak použití nařízení Rady předem předpokládá existenci podpory ve smyslu čl. 87 odst. 1 Smlouvy. Pokud lze na obsah smluv vztáhnout pojem článku 73 ‚plnění související s pojmem veřejné služby‘, neměla by samotná forma nástroje, tj. smlouva nebo jednostranně ukládaná povinnost, být překážkou pro prohlášení potenciální státní podpory související se smluvní cenou za slučitelnou se společným trhem. Rozhodujícím prvkem pro charakterizování služby, ať ji ukládá členský stát, nebo je dohodnuta ve smlouvě, jako závazku veřejné služby ve smyslu článku 73 musí být podstata služby, nikoli to, jakou formou je organizována (5).

81.

Na základě výše uvedených úvah došla Komise k závěru, že z právního hlediska není důvod, proč by nemohla být státní podpora související s cenou zaplacenou za veřejnou službu zahrnutou ve smlouvě slučitelná se společným trhem v souladu s článkem 73.

82.

Vzhledem k tomu, že článek 14 nařízení Rady neobsahuje přesné podmínky, kdy je možno prohlásit státní podporu související s cenou vyplacenou za veřejnou službu zahrnutou ve smlouvě za slučitelnou se společným trhem, domnívá se Komise, že při rozhodování, zda tato státní podpora může být prohlášena za slučitelnou se společným trhem (6), je třeba použít obecné zásady vyplývající ze Smlouvy, judikatury soudů Společenství a rozhodovací praxe Komise v jiných oblastech, než je veřejná doprava.

83.

Tyto zásady obecně připomněla Komise v rámci Společenství pro státní podporu ve formě závazku veřejné služby (7). Pokud jde o slučitelnost státní podpory související s cenou vyplacenou za veřejnou službu zahrnutou ve smlouvě, předpokládá rámec Společenství toto: ‚Výše vyrovnávací platby je omezena rozsahem nezbytným pro úhradu nákladů vynaložených v souvislosti s plněním závazků veřejné služby, přičemž je třeba zohlednit příslušné příjmy a přiměřený zisk za plnění těchto závazků. Výše vyrovnávací platby zahrnuje veškeré výhody udělené státem nebo ze státních prostředků v jakékoli formě. Přiměřený zisk může zahrnovat veškeré nebo některé přírůstky produktivity dosažené dotčenými podniky během dohodnuté omezené doby, aniž byla snížena úroveň kvality služeb, kterými stát pověřil daný podnik.‘

84.

Komise konstatuje, že v souladu s výše uvedenými body 12–20 zajistily úřady Jihomoravského kraje, aby vyrovnávací platba (kompenzace) nebyla vyšší než ztráty vzniklé dopravcům, a to tak, že předem stanovily ve výběrovém řízení, že cena, kterou jsou úřady ochotny platit, nebude vyšší než 26 Kč/km, a následně tento ukazatel použily tohoto při výpočtu příjmů dopravců.

85.

Pokud jde o služby poskytované v Jihomoravském kraji, Komise dále konstatuje, že kromě kompenzací od krajských úřadů nezískali dopravci v období 2004–2005 žádné jiné výhody od státu ani ze státních prostředků.

86.

Proto se Komise domnívá, že jsou v daném případě splněny obecné zásady upravující posuzování slučitelnosti podpory, jak je uvedeno výše v bodě 84.

87.

Jelikož však v uvedeném případě nebylo vypsáno veřejné nabídkové řízení a stěžovatel se odvolává na to, že společnosti Bítešská, BK Bus, Břežanská společnost, PSOTA a TREDOS obdržely nedovolenou státní podporu, domnívá se Komise, že předtím, než bude moci s jistotou uzavřít, že podpora je slučitelná s článkem 73 Smlouvy na základě článku 14 nařízení Rady, je třeba dál stěžovateli a třetím stranám příležitost uvést připomínky k metodice, kterou při stanovování částky vyrovnávací platby použily úřady Jihomoravského kraje.

88.

Proto si Komise v této fázi není jista, zda je podpora poskytnutá společnostem Bítešská, BK Bus, Břežanská společnost, PSOTA a TREDOS slučitelná se společným trhem.

4.   ROZHODNUTÍ

S ohledem na výše uvedené úvahy vyzývá Komise Českou republiku postupem podle čl. 88 odst. 2 Smlouvy, aby podala své připomínky a poskytla veškeré informace, které by mohly pomoci vyhodnotit dané opatření, do jednoho měsíce od obdržení tohoto dopisu. Komise vyzývá orgány Vaší země, aby kopii tohoto dopisu neprodleně zaslaly potenciálnímu příjemci podpory.

Komise by ráda České republice připomněla, že čl. 88 odst. 3 Smlouvy má odkladný účinek, a ráda by ji upozornila na článek 14 nařízení Rady (ES) č. 659/1999, podle nějž může být od příjemce požadováno navrácení všech nedovolených podpor.

Komise tímto Českou republiku upozorňuje, že uvědomí zúčastněné strany zveřejněním tohoto dopisu a jeho stručného shrnutí v Úředním věstníku Evropské unie. Uvědomí také zúčastněné strany ve státech ESVO, které jsou signatáři Dohody o EHP, zveřejněním oznámení v dodatku EHP Úředního věstníku Evropské unie a bude informovat Kontrolní úřad ESVO zasláním kopie tohoto dopisu. Všechny tyto zúčastněné strany budou vyzvány, aby předložily své připomínky do jednoho měsíce od dne zveřejnění daného dopisu či oznámení.”


(1)  Rozhodnutí Komise C 3/05 – Polsko – Podpora na restrukturalizaci pro společnost Daewoo-FSO (Úř. věst. C 100, 26.4.2005, s. 2).

(2)  Rozsudek Soudního dvora ze dne 24. července 2003, ve věci C-280/00 Altmark Trans GmbH a Regierungspräsidium Magdeburg v. Nahverkhersgesellschaft Altmark GmbH a Oberbundesanwalt beim Bundesverwaltungsgericht (2003) Sb. rozh. s. I-07747.

(3)  Rozsudek Soudního dvora ve věci Altmark, C-280/00, viz výše.

(4)  Úř. věst. L 156, 28.6.1969, s. 1.

(5)  Podobně článek 4 rozhodnutí Komise ze dne 28. listopadu 2005 o použití čl. 86 odst. 2 Smlouvy o ES na státní podporu ve formě vyrovnávací platby za závazek veřejné služby poskytované určitým podnikům pověřeným poskytováním služeb obecného hospodářského zájmu, Úř. věst. L 312, 29.11.2005, s. 67–73, používá pojem ‚pověření‘ a jeho forma je ponechána na členských státech.

(6)  Viz rozhodnutí Komise: C 16/07 – Rakousko – Státní podpora pro podnik Postbus v okrese Lienz (Úř. věst. C 162, 14.7.2007, s. 19), C 31/07 – Irsko – Státní podpora pro autobusové společnosti Córas Iompair Éireann (Dublin Bus a Irish Bus) (Úř. věst. C 217, 15.9.2007, s. 44) a C 47/07 – Německo – DB Regio AG – Contrat de service public (dosud nezveřejněno).

(7)  Úř. věst. C 297, 29.11.2005, s. 4.


16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5049 — Goldmann Sachs/Colony Capital/BUT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 43/07)

1.

Fil-5 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi The Goldmann Sachs Group (“Goldmann Sachs”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) u Colyzeo Investors II, Colony Investors VIII (flimkien “Colony Capital”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) jakkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 l-kontroll konġunt ta' l-impriża BUT, Franza, permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Goldmann Sachs: servizzi bankarji għall-investiment u garanziji,

għal Colony: l-investimenti u ġestjoni ta' beni immobbli,

għal BUT: bejgħ bl-imnut ta' għamara tad-dar u prodotti elettriċi.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjonin sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5049 — Goldmann Sachs/Colony Capital/BUT, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/28


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5034 — Montagu/GIP/Biffa)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 43/08)

1.

Fil-11 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Montagu Private Equity LLP (“Montagu”, r-Renju Unit), u Global Infrastructure Partners (“GIP”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Biffa PLC (“Biffa”, r-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Montagu: fond ta' ekwità privata,

għal GIP: fond ta' ekwità privata,

għal Biffa: ġbir, trattament, rimi u riċiklaġġ ta' skart muniċipali, kummerċjali u industrijali.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5034 — Montagu/GIP/Biffa, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4999 — Heineken/Scottish & Newcastle assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 43/09)

1.

Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Heineken International B.V. (“Heineken”, l-Olanda) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' partijiet ta' l-impriża Scottish & Newcastle plc (“S&N assets”, ir-Renju Unit) permezz ta' sejħa għall-offerti mħabbra fil-25 ta' Jannar 2008.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Heineken: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' birra u xorb ieħor,

għall-assi ta' S&N: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' birra u xorb ieħor permezz tan-negozji operattivi fil-Belġju, l-Finlandja, l-Indja, l-Irlanda, l-Portugall, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

3.

Wara eżami preliminari, l-Kummissjoni ddeċidiet li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottmettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4999 — Heineken/Scottish & Newcastle assets, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/30


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4921 — CDC/Groupe Moniteur/AchatPublic.Com)

Każ li jista' jitqies għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 43/10)

1.

Fil-11 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza) u Groupe Moniteur SAS (“Groupe Moniteur”, Franza) li hija kkontrollata minn Bridgepoint Capital Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit), jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża AchatPublic.Com (“APC”, Franza) permezz ta' xiri ta ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża CDC: servizz bankarju u finanzjarju, assigurazzjoni tal-ħajja, appoġġ għall-iżvilupp lokali, fond ta' tfaddil u akkommodazzjoni soċjali,

għall-impriża Groupe Moniteur: editjar ta' gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra,

għall-impriża Bridgepoint: fond ta' ekwità privata,

għall-impriża APC: servizzi ta' IT għall-appalti pubbliċi.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4921 — CDC/Groupe Moniteur/AchatPublic.Com, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/31


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2008/C 43/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Talba għal emenda skond l-Artikolu 9 u l-Artikolu 17(2)

“CHASSELAS DE MOISSAC” jew “CHASSELAS DORÉ DE MOISSAC” jew “MOISSAC”

Nru KE: FR/PDO/117/0140/02.10.2003

DPO ( X ) IĠP ( )

Emenda(i) mitluba

1.   Kategorija(i) ta' l-ispeċifikazzjoni:

X

L-isem tal-prodott

X

Id-deskrizzjoni tal-prodott

Image

Iż-żona ġeografika

X

Il-prova ta' l-oriġini

X

Il-metodu ta' produzzjoni

Image

Ir-rabta

X

It-tikkettar

X

L-eżiġenzi nazzjonali

2.   Emenda(i):

L-isem: Chasselas de Moissac. Id-denominazzjoni miżmuma hija dik li hija l-aktar użata u l-aktar magħrufa.

Għalhekk l-istess prodott ma jistax jibqa' jiġi ppreżentat b'ismijiet differenti, u dan biex tiġi evitata konfużjoni għall-konsumatur.

Id-deskrizzjoni: Għeneb frisk tal-mejda jew li jżomm għal ħafna żmien. L-għanqud huwa artab, omoġenu fid-densità, kulur dehbi, ta' tul minimu ta' 12-il ċm u ta' piż minimu ta' 100 gramma. L-għeneb ma jridx ikun mgħaffeġ, irid ikun misjur biżżejjed, ma jridx ikun imħassar jew ikollu xi mard. In-nwar ta' l-għeneb jiġi ppreservat, iż-żerriegħa jingħarfu mit-trasparenza u z-zokk ta' l-għanqud huwa iebes.

Il-kontenut taz-zokkor huwa superjuri jew ugwali għal 160 g/l, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali fejn, għal ħsad partikolari, dan l-indiċi jista' jitbaxxa mingħajr ma jkun inferjuri għal 150 g/l. Huwa kkunsidrat li tintlaħaq il-maturità meta r-rapport taz-zokkor ma' l-aċidità huwa superjuri jew ugwali għal 25.

L-għenieqed huma ppreparati, miżbura u ppakkjati b'mod obbligatorju.

Id-deskrizzjoni tal-prodott fl-istess ħin ġiet issimplifikata u ppreċiżata sabiex jitneħħew it-termini l-aktar suġġettivi, u dan jippermetti li jitnaqqsu r-riskji ta' l-interpretazzjoni.

Il-prova ta' l-oriġini: L-għeneb jiġi kkontrollat mill-ġbir sa l-ippakkjar tiegħu.

L-għeneb jiġi biss minn plott tad-dwieli identifikati, fiż-żona ġeografika, permezz tas-servizzi ta' l-INAO [Institut National des appellations d'origineIstitut Nazzjonali għad-Denominazzjonijiet ta' l-Oriġini] u minn esperti indipendenti. Dawn id-dwieli jridu jirrispettaw il-kriterji ġeopedoklimatiċi relattivi għall-post fejn huma miżrugħa l-plotts. Id-dwieli kollha konformi huma rreġistrati mis-servizzi ta' l-INAO.

Huma biss l-għeneb li ġejjin minn dawn id-dwieli li jistgħu jingħataw din id-denominazzjoni.

Min-naħa l-oħra kull produttur għandu jimla dikjarazzjoni ta' kapaċità annwali indirizzata lill-INAO. Din id-dikjarazzjoni tinkludi l-impenn li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tad-denominazzjoni u ssemmi r-referenzi għall-plots maħsuba għall-produzzjoni tad-DPO Chasselas de Moissac għall-ħsad ikkonċernat.

Dan id-dokument jippermetti li jiġu identifikati plotts utilizzati fil-produzzjoni tad-DPO għall-ħsad u li jiġi kkontrollat partikolarment ir-rendiment agronomiku tagħhom.

Kull produttur għandu jżomm reġistru ta' kuljum bid-dħul ta' l-għeneb fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar u l-ħruġ ta' l-għeneb ippakkjat. Fih jissemmew il-volumi tal-ħsad bil-plotts korrispondenti, u ssir distinzjoni bejn dawk li jgħaddu mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien, u n-numru ta' pakketti ppakkjati għal kull tip ta' plott, dawk li ħerġin mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien u n-numri ta' sinjali ta' identifikazzjoni utilizzati. Dan ir-reġistru jinżamm għad-dispożizzjoni ta' l-aġenti responsabbli mill-kontroll.

Fir-rigward tal-prodott, l-eżamijiet analitiċi u organolettiċi huma mwettqa fuq kampjuni meħuda minn fost il-gruppi ppakkjati. Dawn għandhom l-għan li jassiguraw il-kwalità u l-kwalità tipika tal-prodotti maħsuba biex ikunu kummerċjalizzati taħt l-isem tad-denominazzjoni “Chasselas de Moissac”.

Sinjal ta' identifikazzjoni, speċifiku għal “Chasselas de Moissac”, miftiehem mis-servizzi ta' l-INAO, jidentifika l-pakketti li fihom huma kkummerċjalizzati l-għeneb.

Il-metodu ta' produzzjoni: L-għeneb, li ġejjin mill-plotts tad-dwieli identifikati, jinġabru, jiġu ppreparati u ppakkjati fiż-żona ġeografika.

Il-varjetà Chasselas B biss hija awtorizzata. Id-dwieli huma organizzati b'sistema bi pjan wieħed ta' rbit jew b'sistema b'żewġ pjani ta' rbit. B'għan kwalitattiv, għal pjantazzjoni ġdida, id-densità u l-wisa' huma adattati skond il-mod ta' kif inhuma organizzati (densità minima ta' 3 300 ceps/ha u wisa' massima bejn il-fillieri sa 3 metri għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u densità minima ta' 2 500 ceps/ha u wisa' massima ta' 3,5 metri bejn il-fillieri għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit). It-termini għall-implimentazzjoni tad- densità u tal-wisa' jridu jsegwu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-digriet rigward id-DPO “Chasselas de Moissac”.

Il-metodi ta' żbir awtorizzati huma il-guyot sempliċi jew doppju. In-numru ta' nebbieta għal kull ettaru ma jistax jeċċedi l-55 000 għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u s-60 000 għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit. It-“tpoġġija ta' l-għenieqed”, li tikkonsisti f'li l-għenieqed jitpoġġew fuq id-dielja b'mod liberu u areat, hija obbligatorja. Din tippermetti l-maturità ottimali ta' l-għeneb.

Wieħed ma jistax jippretendi li d-dwieli ż-żgħar ikunu kapaċi jipproduċu għeneb tad-denominazzjoni ta' l-oriġini qabel it-tieni sena ta' wara dik li matulha kienu miżrugħa qabel l-1 ta' Awwissu.

L-irrigazzjoni li ma tiffertilizzax hija awtorizzata mill-bidu.

Ir-rendiment tal-plotts identifikati maħsuba għall-produzzjoni tad-DPO Chasselas de Moissac hija ffissata f'żewġ livelli (farms u plotts): Rendiment totali medju massimu tal-farm: 14 t/ha; Rendiment DPO medju massimu tal-farm: 13 t/ha; Rendiment totali massimu għal kull plott: 16 t/ha. Madankollu, għal ħsad partikolari, f'każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali, ir-rendiment totali massimu għal kull pakkett jista' jiġi modifikat mingħajr ma jaqbeż il-limitu ta' rendiment ta' 18 t/ha u mingħajr ma jimmodifika r-rendimenti medji tal-farm. Fl-ebda każ din id-deroga ma tista' tiġi magħquda ma' dik rigward ir-rata taz-zokkor għall-istess staġun.

Il-ħsad isir manwalment f'diversi partijiet.

L-għeneb jista' jitpoġġa fil-proċess biex iżomm għal tul ta' żmien wara li jinqata' l-għeneb imnixxef fil-mument tal-ħsad u jiġi trasportat malajr fil-post tal-ħażna, f'kontenituri li jippermettu l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott. Dan l-għeneb, mhux miżbur, wara jkun suġġett għal tkessiħ mgħaġġel meta dan jasal fil-post tal-ħażna qabel ma jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul ippakkjat ermetikament, f'kamra kiesħa b'atmosfera, temperatura u umdità kkontrollati. Dan l-għeneb ma jistax jiġi ċċirkolat taħt id-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” wara l-31 ta' Jannar tas-sena li ssegwi dik tal-ħsad.

Bejn id-dielja minn fejn jinħasad u l-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, l-għeneb, inkluż dak maħsub għall-konservazzjoni fit-tul, jiġi trasportat f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-karatteristiċi tal-prodott jinżammu b'mod ottimali, partikolarment in-nwar fuq l-għeneb.

Il-preparazzjoni ta' l-għenieqed, inkluż dawk li ġejjin mill-konservazzjoni fit-tul, issir fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar. L-għanqud huwa miżbur b'mod delikat biex jiġi eliminat l-għeneb ħażin. L-għenieqed ippreparati jridu jkunu konformi għad-deskrizzjoni ta' l-għenba.

Kull produttur għandu jkollu fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, u jekk ikun il-każ, minn tagħmir neċessarju biex l-għeneb jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul jekk din il-prattika tintuża.

Ladarba miżbura, l-għenieqed jiġu ppakkjati immedjatament fil-pakketti tagħhom sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott. B'hekk l-għenba tgħaddi mill-anqas manipulazzjoni possibbli.

Dawn id-dispożizzjonijiet kollha huma min-naħa l-konktretizzazzjoni tal-prattika li kienet teżisti qabel u li ma kinitx ġiet kodifikata s'issa, u min-naħa l-oħra jirriflettu x-xewqa tal-grupp li qed jagħmel it-talba biex isiru preċiżjonijiet għall-insuffiċjenzi ta' l-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni.

Tikkettar: It-tikkettar fuq il-pakketti individwali jinvolvi:

l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini protetta “Chasselas de Moissac” miktuba b'karattri ta' daqs talanqas ugwali għal dak ta' l-akbar karattri,

il-kliem “Appellation d'origine contrôlée” (denominazzjoni protetta ta' l-oriġini) jew “AOC” (DPO),

l-isem tal-produttur.

Kull pakkett individwali jinkludi sistema ta' identifikazzjoni, inkluż numru ta' l-ordni, approvat mis-servizzi ta' l-INAO u mqassam minn entità approvata minn dan l-istitut. Din is-sistema ta' identifikazzjoni tista' sservi bħala appoġġ għat-tikkettar.

Minbarra t-tikkettar, id-dokumenti li jakkompanjawh u l-fatturi jridu jinkludu l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” u l-kliem “Appellation d'origine contrôlée” jew “AOC”.

Eżiġenza nazzjonali: Digriet relattiv għall-DPO “Chasselas de Moissac”.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CHASSELAS DE MOISSAC”

Nru KE: FR/PDO/117/0140/02.10.2003

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

Isem:

Institut National des Appellations d'Origine

Indirizz:

51, rue d'Anjou

F-75008 Paris

Tel.

(33) 153 89 80 00

Faks

(33) 142 25 57 97

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

2.   Il-Grupp:

Isem:

Syndicat de défense du Chasselas de Moissac AOC

Indirizz:

1, promenade Sancert

F-82200 Moissac

Tel.

(33) 563 04 01 78

Faks

(33) 563 04 11 21

Posta elettronika:

Kompożizzjoni:

Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   It-Tip tal-prodott:

Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

4.   L-Ispeċifikazzjoni

(Sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1   L-isem: “Chasselas de Moissac”

4.2   Id-deskrizzjoni: Għeneb frisk tal-mejda jew li jżomm għal ħafna żmien. L-għanqud huwa artab, omoġenu fid-densità, kulur dehbi, ta' tul minimu ta' 12-il ċm u ta' piż minimu ta' 100 gramma. L-għeneb ma jridx ikun mgħaffeġ, irid ikun misjur biżżejjed, ma jridx ikun imħassar jew ikollu xi mard. In-nwar ta' l-għeneb jiġi ppreservat, iż-żerriegħa jingħarfu mit-trasparenza u z-zokk ta' l-għanqud huwa iebes.

Il-kontenut taz-zokkor huwa superjuri jew ugwali għal 160 g/l, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali fejn, għal ħsad partikolari, dan l-indiċi jista' jitbaxxa mingħajr ma jkun inferjuri għal 150 g/l. Huwa kkunsidrat li tintlaħaq il-maturità meta r-rapport taz-zokkor ma' l-aċidità huwa superjuri jew ugwali għal 25.

L-għenieqed iridu jiġu ppreparati, miżbura u ppakkjati b'mod obbligatorju.

4.3   Iż-żona ġeografika: Bas Quercy, jiġifieri xi cantons tad-dipartimenti ta' Tarn-et-Garonne u ta' Lot.

4.4   Il-prova ta' l-oriġini: L-għeneb jiġi kkontrollat mill-ġbir sa l-ippakkjar tiegħu.

L-għeneb jiġi biss minn plotts ta' dwieli identifikati, ġewwa ż-żona ġeografika, mis-servizzi ta' l-INAO u minn esperti indipendenti. Dawn id-dwieli jridu jirrispettaw il-kriterji ġeopedoklimatiċi relattivi għall-post fejn huma miżrugħa l-plotts. Id-dwieli kollha konformi huma rreġistrati mis-servizzi ta' l-INAO.

Huwa biss l-għeneb li ġej minn dawn id-dwieli li jista' jingħata din id-denominazzjoni.

Min-naħa l-oħra kull produttur għandu jimla dikjarazzjoni ta' kapaċità annwali u jibgħatha lill-INAO. Din id-dikjarazzjoni tinkludi l-impenn li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tad-denominazzjoni u ssemmi r-referenzi għall-plots maħsuba għall-produzzjoni tad-DPO Chasselas de Moissac għall-ħsad ikkunsidrat.

Dan id-dokument jippermetti li jiġu identifikati plotts utilizzati fil-produzzjoni tad-DPO għall-ħsad u li jiġi kkontrollat partikolarment ir-rendiment agronomiku tagħhom.

Kull produttur għandu jżomm reġistru ta' kuljum bid-dħul ta' l-għeneb fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar u l-ħruġ ta' l-għeneb ippakkjat. Fih jissemmew il-volumi tal-ħsad bil-plotts korrispondenti, b'distinzjoni minn dawk li jgħaddu mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien, u n-numru ta' pakketti ppakkjati għal kull tip ta' plott, dawk li ħerġin mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien u n-numri ta' sinjali ta' identifikazzjoni utilizzati. Dan ir-reġistru jinżamm għad-dispożizzjoni ta' l-aġenti responsabbli mill-kontroll.

Fir-rigward tal-prodott, l-eżamijiet analitiċi u organolettiċi huma mwettqa fuq kampjuni meħuda minn fost il-gruppi ppakkjati. Dawn għandhom l-għan li jassiguraw il-kwalità u l-kwalità tipika tal-prodotti maħsuba biex ikunu kummerċjalizzati taħt l-isem tad-denominazzjoni “Chasselas de Moissac”.

Sinjal ta' identifikazzjoni, speċifiku għal “Chasselas de Moissac”, approvat mis-servizzi ta' l-INAO, jidentifika l-pakketti li fihom huwa kkumerċjalizzat l-għeneb.

4.5   Il-metodu ta' produzzjoni: L-għeneb, li ġej mill-plotts ta' dwieli identifikati, jinġabar, jiġi ppreparat u ppakkjat fiż-żona ġeografika.

Il-varjetà Chasselas B biss hija awtorizzata. Id-dwieli huma organizzati b'sistema bi pjan wieħed ta' rbit jew b'sistema b'żewġ pjani ta' rbit. B'għan kwalitattiv, għal pjantazzjoni ġdida, id-densità u l-wisa' huma adattati skond il-mod ta' kif inhuma organizzati (densità minima ta' 3 300 ceps/ha u wisa' massimu bejn il-fillieri ta' 3 metri għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u densità minima ta' 2 500 ceps/ha u wisa' massimu sa 3,5 metri bejn il-fillieri għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit). It-termini għall-implimentazzjoni ta' densità u tal-wisa' jridu jsegwu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-digriet rigward id-DPO “Chasselas de Moissac”.

Il-metodi ta' żbir awtorizzati huma il-guyot sempliċi jew doppju. In-numru ta' nebbieta għal kull ettaru ma jistax jeċċedi l-55 000 għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u s-60 000 għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit. It-“tpoġġija ta' l-għenieqed”, li tikkonsisti f'li l-għenieqed jitpoġġew fuq id-dielja b'mod liberu u aerat, hija obbligatorja. Din tippermetti l-maturità ottimali ta' l-għeneb.

Wieħed ma jistax jippretendi li d-dwieli ż-żgħar ikunu kapaċi jipproduċu għeneb tad-denominazzjoni ta' l-oriġini qabel it-tieni sena ta' wara dik li matulha jkun seħħ iż-żrigħ qabel l-1 ta' Awwissu.

L-irrigazzjoni li ma tiffertilizzax hija awtorizzata mill-bidu.

Ir-rendiment tal-plots identifikati maħsuba għall-produzzjoni ta' Chasselas de Moissac DPO hija ffissata f'żewġ livelli (farms u plotts): Rendiment totali medju massimu tal-farm: 14 t/ha; Rendiment DPO medju massimu tal-farm: 13 t/ha; Rendiment totali massimu għal kull plot: 16 t/ha. Madankollu, għal ħsad partikolari, f'każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali, ir-rendiment totali massimu għal kull pakkett jista' jiġi modifikat mingħajr ma jaqbeż ir-rendiment limitu ta' 18 t/ha u mingħajr ma jimmodifika r-rendimenti medji tal-farm. Fl-ebda każ din id-deroga ma tista' tiġi magħquda ma' dik rigward ir-rata taz-zokkor għall-istess staġun.

Il-ħsad isir manwalment f'diversi partijiet.

L-għeneb jista' jitpoġġa fil-proċess biex iżomm għal tul ta' żmien wara li jinqata' l-għeneb imnixxef fil-mument tal-ħsad u jiġi trasportat malajr fil-post tal-ħażna, f'kontenituri li jippermettu l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott. Dan l-għeneb, mhux miżbur, wara jkun suġġett għal tkessiħ mgħaġġel meta jasal fil-post tal-ħażna qabel ma jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul ippakkjat ermetikament, f'kamra kiesħa b'atmosfera, temperatura u umdità kkontrolati. Dan l-għeneb ma jistax jiġi ċċirkolat taħt id-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” wara l-31 ta' Jannar tas-sena li ssegwi dik tal-ħsad.

Bejn id-dielja minn fejn jinħasad u l-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, l-għeneb, inkluż dak maħsub għall-konservazzjoni fit-tul, jiġi trasportat f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-karatteristiċi tal-prodott jinżammu b'mod ottimali, partikolarment in-nwar fuq l-għeneb.

Il-preparazzjoni ta' l-għenieqed, inklużi dawk li ġejjin mill-konservazzjoni fit-tul, issir fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar. L-għanqud huwa miżbur b'mod delikat biex jiġi eliminati l-għeneb ħażin. L-għenieqed ippreparati jridu jkunu konformi għad-deskrizzjoni ta' l-għenba.

Kull produttur għandu jkollu fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, u jekk ikun il-każ, tagħmir neċessarju biex l-għeneb jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul jekk din il-prattika tintuża.

Ladarba miżbura, l-għenieqed jiġu ppakkjati immedjatament fil-pakketti tagħhom sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott. B'hekk l-għenba tgħaddi mill-anqas manipulazzjoni possibbli u n-nwar tal-frott jiġi ppreservat. L-ippakkjar isir fil-fabbriki speċifiċi taż-żbir u ta' l-ippakkjar li jinstabu viċin il-post tal-ħsad. B'hekk, dan l-ippakkjar fl-arja mhux biss jippermetti li jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-prodott, imma jippermetti wkoll li tiġi garantita traċċabilità aqwa. Dan jevita wkoll li dan jeħżien jew li jitħallat ma' oħrajn.

4.6   Ir-rabta: Bas Quercy huwa karatterizzat minn karatteristiċi ġeoloġiċi, agroloġiċi u klimatiċi speċifiċi għalih. Id-delimitazzjoni tal-plotts tippermetti li x-chasselas jiġu prodotti fil-ħamrija l-aktar favorevoli: ħamrija taflija mħallta bis-silika, ramlija u skulata sew mill-ilma u ħamrija loamy ddekalċifikata. Il-kundizzjonijiet klimatiċi, varjazzjonijiet termiċi dgħajfa u fuq kollox perjodi twal ta' temp sabiħ fi żmien il-ħarifa, jippermettu li l-għeneb jimmatura b'mod tajjeb.

Tipi oħra ta' art huma favorevoli għal din il-produzzjoni: min-naħa, il-ħamrija sewda jew griża fonda u ċagħqija biżżejjed tal-meded ta' l-art għolja; min-naħa l-oħra, it-tirxien imżerżqin taflin u kalkarużi tal-ġnub tal-widien li huma miftuħa biżżejjed.

4.7   L-organu ta' spezzjoni:

Isem:

Institut National des Appellations d'Origine

Indirizz:

51, Rue d'Anjou

F-75008 Paris

Tel.

(33) 153 89 80 00

Faks

(33) 142 25 57 97

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

Isem:

D.G.C.C.R.F

Indirizz:

59, Bd V. Auriol

F-75703 Paris Cedex 13

Tel.

(33) 144 87 17 17

Faks

(33) 144 97 30 37

Posta elettronika:

C3@dgccrf.finances.gouv.fr

4.8   It-tikkettar: It-tikkettar fuq il-pakketti individwali jinkludi:

l-isem tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” miktub b'ittri ta' daqs talanqas ugwali għal dak ta' l-akbar ittri,

in-nota “Appellation d'origine contrôlée” (Denominazzjoni protetta ta' l-oriġini) jew “AOC” (DPO),

l-isem tal-produttur.

Kull pakket individwali għandu sistema ta' identifikazzjoni, li jinkludi numru ta' l-ordni, miftiehem mas-servizzi ta' l-INAO u mqassam minn entità approvata minn dan l-istitut. Din is-sistema ta' identifikazzjoni tista' sservi bħala appoġġ għall-ittikketar.

Minbarra l-ittikketar, id-dokumenti li jakkompanjaw u l-fatturi jridu jinkludu l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” u l-kliem “Appellation d'origine contrôlée” jew “AOC”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.