ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
22 ta' Diċembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Kunsill

2007/C 314/01

Riżoluzzjoni t tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, ta' [...] Noħolqu opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha — parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà

1

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Kunsill

2007/C 314/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar Manwal għall-awtoritajiet tal-pulizija u tas-sigurtà fir-rigward tal-koperazzjoni f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali

4

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 314/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4848 — Basell/Lyondell) ( 1 )

22

2007/C 314/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4860 — HRE/DEPFA) ( 1 )

22

2007/C 314/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4969 — DZ Equity Partner/Welle Holding/PAIDI Möbel) ( 1 )

23

2007/C 314/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4806 — DSB/First/Öresundståg) ( 1 )

23

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2007/C 314/07

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tal-25 ta' Mejju 2007 dwar perspettivi futuri għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ

24

 

Kummissjoni

2007/C 314/08

Rata tal-kambju ta' l-euro

27

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 314/09

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ( 1 )

28

2007/C 314/10

Reviżjoni minn Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku għas-servizzi bl-ajru regolari bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Marsilja, Nizza u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra ( 1 )

36

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 314/11

GR-Elliniko: operation of scheduled air services — Stedina għall-offerti għal kuntratti għat-tħaddim ta' tliet rotot ta' l-ajru skedati suġġetti għall-obbligi ta' servizz pubbliku, maħruġa mir-Repubblika Ellenika skond l-Artikolu (4)(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92

37

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 314/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4959 — Goldman Sachs/MatlinPatterson/Bankenservice Kassel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

40

2007/C 314/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4986 — EQT V/Securitas Direct) ( 1 )

41

 

ATTI OĦRAJN

 

Kunsill

2007/C 314/14

Nota għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/871/ PESK ta' l-20 ta' Dieċmbru 2007)

42

 

Kummissjoni

2007/C 314/15

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal kanċellazzjoni skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

44

2007/C 314/16

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

46

 

Rettifikazzjonijiet

2007/C 314/17

Rettifika għas-sejħa għal turija ta' interess għall-kariga ta' membru tal-kumitat xjentifiku ta' l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (ĠU C 307, 18.12.2007)

52

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Kunsill

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/1


Riżoluzzjoni t tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, ta' [...] Noħolqu opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha — parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà

(2007/C 314/01)

IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,

Billi:

(1)

is-Sena Ewropea ta' l-Opportunijiet Indaqs għal Kulħadd 2007 (1) ssegwi l-għan li tenfasizza l-valur ta' soċjetà ġusta bbażata fuq il-koeżjoni soċjali u li tistimula dibattitu wiesa' dwar kif il-parteċipazzjoni ta' gruppi żvantaġġati u gruppi soġġetti għad-diskriminazzjoni tista' tittejjeb;

(2)

fir-Riżoluzzjoni tiegħu bid-data tat-18 ta' Mejju 2004 (2), il-Kunsill afferma mill-ġdid li l-kondizzjonijiet tal-qafas soċjali li fihom jikbru ż-żgħażagħ għandhom impatt dirett fuq is-suċċess ta' strateġiji u miżuri politiċi għall-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs u ta' integrazzjoni soċjali u professjonali u li l-kondizzjonijiet li normalment iż-żgħażagħ ma jkollhom ebda' responsabbiltà għalihom spiss ifixklu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà, jirrestrinġu l-abbiltà tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet ċivili tagħhom u huma f'kontradizzjoni ċara mal-prinċipju ta' l-opportunitajiet indaqs;

(3)

fit-18 ta' Mejju 2004 (3) l-Kunsill issottolinja l-importanza tar-rwol taż-żgħażagħ fil-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-anti-Semitismu, kif ukoll intolleranza relatata u kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni, u r-rwol tagħhom fil-promozzjoni tad-diversità kulturali, ir-rispett reċiproku, it-tolleranza u s-solidarjetà;

(4)

fis-Summit tiegħu tar-Rebbiegħa 2005, il-Kunsill Ewropew adotta l-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ bħala element ta' l-Istrateġija ta' Lisbona mġedda bil-ħsieb — permezz ta' sforzi politiċi orizzontali — li jitrawwmu l-edukazzjoni u t-taħriġ fost iż-żgħażagħ, il-mobbiltà tagħhom kif ukoll l-integrazzjoni professjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà, u permezz ta' dan, li tingħata attenzjoni partikolari lil żgħażagħ b'anqas opportunitajiet;

(5)

fis-Summit tiegħu tar-Rebbiegħa 2006, il-Kunsill Ewropew iddeskriva l-koeżjoni soċjali u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd bħala bażi kruċjali għar-riformi tal-linji politiċi ekonomiċi u ta' l-impjiegi fl-Istati Membri, f'konformità ma' l-għanijiet tal-Proċess ta' Lisbona, u kkunsidra miżuri għall-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ bħala kwistjoni ta' prijorità;

(6)

l-inklużjoni soċjali hija prijorità importanti tal-Programm Żgħażagħ f'Azzjoni  (4) u għalhekk ġiet stabbilita strateġija biex tipprovdi aċċess għall-attivitajiet tal-programm, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ minn sfondi edukattivi, soċjo-ekonomiċi, kuturali u ġeografiċi anqas priviliġġati u għal dawk b'diżabbilitajiet;

(7)

fil-kontribut tiegħu għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007, il-Kunsill identifika erba' prijoritajiet ewlenin għal implimentazzjoni ulterjuri tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, jiġifieri: l-appoġġ għaż-żgħażagħ fit-transizzjonijiet bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u x-xogħol; il-ħtieġa għal toroq individwali lejn l-integrazzjoni; il-ħtieġa għal strateġiji ta' implimentazzjoni lokali u reġjonali għall-Patt Koerenti; u inklużjoni akbar tad-dimensjoni taż-żgħażagħ fl-implimentazzjoni ġenerali ta' l-Istrateġija ta' Lisbona;

(8)

il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007 stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport interim fil-Ħarifa 2007 bil-ħsieb tal-proposta tagħha għal Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi (2008-2011). Hu għamel sejħa għal approċċ rinforzat għal matul il-ħajja għax-xogħol sabiex jittejjeb l-aċċess għas-suq tax-xogħol. L-Istati Membri qablu li jiżviluppaw ulterjorment linji politiċi li jippromwovu r-rwol taż-żgħażagħ, inkluża t-transizzjoni tagħhom mill-iskola għall-ħajja tax-xogħol, bħala parteċipanti attivi fl-ekonomija u s-suq tax-xogħol, bil-għan li jintuża l-potenzjal sħiħ tagħhom bħala kontribut għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tas-soċjetajiet tagħna;

(9)

fil-qafas tad-djalogu strutturat, iż-żgħażagħ u r-rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ iltaqgħu f'April 2007 f'Cologne fl-okkażjoni ta' l-avveniment taż-żgħażagħ tal-Presidenza Ġermaniża u identifkaw numru ta' prijoritajiet u impenji politiċi bil-ħsieb li jiġu mtejba l-opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà fil-forma ta' pjan ta' azzjoni.

JINNUTAW li:

1.

Opportunitajiet indaqs għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà għandhom ifissru d-dritt taż-żgħażagħ kollha li jkollhom aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja, sistemazzjoni deċenti, “xogħol tajjeb” u l-oqsma rilevanti kollha tas-sigurtà soċjali u /jew is-sistemi ta' l-impjiegi, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali f'konformità mal-liġi Komunitarja, u biex jipparteċipaw fid-diskussjoni soċjali u politika u fi proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernawhom u mhux lanqas biex igawdu stil ta' ħajja san u awtonomu b'ħin liberu biex matulu jwettqu l-interessi tagħhom;

2.

is-Sena Ewropea ta' l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd tfittex li tagħmel in-nies fl-Unjoni Ewropea konxji tad-drittijiet tagħhom għat-trattament indaqs u li tniedi dibattitu dwar il-benefiċċji tad-diversità kemm tas-soċjetà kif ukoll ta' l-individwu. Sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, huma jeħtieġu informazzjoni u appoġġ speċifiċi għall-impenn tagħhom kontra kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni. Tali informazzjoni u appoġġ jeħtieġ li jingħataw mhux biss mill-familji tagħhom, iżda wkoll mis-soċjetà in ġenerali — b'mod partikolari s-sistema edukattiva, dawk attivi fil-qasam taż-żgħażagħ, l-NGOs, il-medja kif ukoll l-amministrazzjonijiet fil-livelli kollha u l-korpi nazzjonali ta' kontra d-diskriminazzjoni;

3.

il-linji politiċi ta' l-Istati Membri u dawk Ewropej li jimmiraw għal integrazzjoni soċjali u professjonali aħjar taż-żgħażagħ għandhom jieħdu kont tal-livell partikolarment għoli tan-numru ta' problemi f'żoni urbani u rurali żvantaġġati u jirrikonoxxu li l-linji politiċi għaż-żgħażagħ jeħtieġ li jagħmlu pressjoni għal azzjoni mmirata u trans-settorjali, sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ li jikbru f'tali żoni;

4.

sabiex il-prospetti indaqs isiru realtà għal żgħażagħ b'anqas opportunitajiet, huma meħtieġa miżuri speċifiċi biex jiġi promoss l-iżvilupp tal-potenzjal individwali tagħhom u biex jingħelbu l-isterjotipi u l-preġudizzji fi ħdan is-soċjetà;

5.

biex jiġu implimentati linji politiċi li jirrispettaw l-ekwità interġenerazzjonali, jeħtieġ li jiġu eliminati l-ostakoli strutturali għall-opportunitajiet indaqs u għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà. Dan jikkontribbwixxi wkoll għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra ż-żgħażagħ mhux biss għal raġunijiet ta' età, iżda, bħal mhu spiss il-każ, diskriminazzjoni għal raġunijiet multipli.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

1.

jippromwovu d-diversi forom ta' djalogu strutturat maż-żgħażagħ u jieħdu kont dovut ta' l-eżiti ta' dak id-djalogu fil-livelli kollha;

2.

itejbu l-koerenza tal-miżuri biex jimplimentaw il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ immirat biex jiżgura l-inklużjoni sostenibbli taż-żgħażagħ u kif ukoll jiżgura li tali miżuri fil-fatt jilħqu l-gruppi ta' mira tagħhom, b'mod partikolari żgħażagħ b'anqas opportunitajiet, billi jieħdu kont tal-bżonnijiet, l-isfondi u l-motivazzjoni tagħhom;

3.

jippruvaw, anki f'konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali, jiżviluppaw approċċ bilanċjat sew għaż-żgħażagħ f'termini ta' “flessigurtà”, jiffaċilitaw it-transizzjonijiet mill-iskola għall-ħajja tax-xogħol, jevitaw il-qgħad u kondizzjonijiet tax-xogħol prekarji u jikkontribwixxu għar-rikonċiljazzjoni bejn il-familja, il-ħajja privata u dik professjonali;

4.

jenfasizzaw il-miri tal-politika taż-żgħażagħ permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam tal-ħarsien soċjali u l-inklużjoni soċjali u jagħmlu kontributi korrispondenti, kif xieraq, għall-ħidma tal-Kumitati tal-Ħarsien Soċjali u l-Impjiegi sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni taż-żgħażagħ u titrawwem l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ u jitnaqqas ir-riskju tal-faqar;

5.

jenfasizzaw is-sinifikat ta' l-erba' prijoritajiet tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ — parteċipazzjoni, informazzjoni, attivitajiet volontarji u intendiment u konoxxenza akbar taż-żgħażagħ — f'termini ta' politika ta' inklużjoni b'suċċess, u jsaħħu l-impatt tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni meta jkunu qed ifasslu l-politika għal opportunitajiet indaqs u integrazzjoni soċjali u professjonali aħjar;

6.

iwessgħu l-konoxxenza dwar il-kwalità tal-ħajja tat-tfajliet u l-ġuvintur fl-Ewropa, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol tagħhom, l-attitudinijiet, il-valuri, it-tħassib u l-opportunitajiet għal parteċipazzjoni aħjar fis-soċjetà, bl-użu ta' riċerka, proċeduri u data eżistenti, inkluż is-7 Programm Kwadru dwar ir-Riċerka, sabiex tali data u riżultati jsiru aktar sinifikattivi u komparabbli;

7.

jagħmlu użu sħiħ mill-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni sabiex jiġu pprovduti opportunitajiet numerużi u estensivi għal tagħlim non-formali u informali, bil-għan li kemm jista' jkun ż-żgħażagħ jingħataw iċ-ċans li jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għal ċittadinanza attiva u li jkollhom stili ta' ħajja awtonomi u sani;

8.

f'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2006 (5), jestendu l-opportunitajiet għal tagħlim non-formali u informali, kif ukoll għal attivitajiet volontarji, u jtejbu r-rikonoxximent ta' l-eżiti u l-esperjenza miksuba; b'mod partikolari opportunitajiet għal tagħlim interkulturali għandhom jiġu msaħħa, u b'hekk jiġu promossi valuri bħal ma huma r-rispett, id-diversità, l-ugwaljanza, id-dinjità tal-bniedem u s-solidarjetà. B'dan il-għan bħala gwida, iż-żgħażagħ għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali 2008;

9.

ifittxu, flimkien ma' l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, iż-żgħażagħ infushom u partijiet interessati fil-politika taż-żgħażagħ oħrajn, mezzi għall-kisba ta' partiċipazzjoni aktar attiva taż-żgħażagħ kollha fid-diskussjoni u l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernawhom u, b'dan il-mod, jistimulaw forom ġodda ta' parteċipazzjoni ta' żgħażagħ f'żoni urbani jew rurali żvantaġġati;

10.

jagħtu enfasi akbar lit-tħassib taż-żgħażagħ fil-politika ta' kontra d-diskriminazzjoni u jassistu liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet tagħhom fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, l-inugwaljanzi, l-esklużjoni soċjali u l-intolleranza;

11.

jippromwovu d-dimensjoni soċjali ta' l-isports u l-kultura bħala fattur ta' integrazzjoni soċjali għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u jsaħħu t-tolleranza fost iż-żgħażagħ;

12.

jieħdu kont tad-drittijiet taż-żgħażagħ kollha għall-opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà meta jiżviluppaw strateġija ta' l-UE dwar id-drittijiet tat-tfal;

13.

jiżguraw li fil-valutazzjoni ta' u fis-segwitu għas-Sena Ewropea ta' l-Opportunijiet Indaqs għal Kulħadd 2007, iż-żgħażagħ u fokus fuq il-politika taż-żgħażagħ ikunu kkunsidrati fil-livelli kollha — Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI:

1.

fl-impenn tagħha għall-opportunitajiet indaqs u integrazzjoni professjonali u soċjali aħjar, biex tiżviluppa aktar il-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi rilevanti tagħha sabiex tirrinforza d-dimensjoni taż-żgħażagħ ta' politika ta' l-inklużjoni soċjali u fil-qafas ta' l-Istrateġija mġedda ta' Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi;

2.

tippreżenta għall-attenzjoni tal-Kunsill informazzjoni dwar l-analiżi relatata maż-żgħażagħ dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ li jsiru regolarment fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-programmi ta' riforma nazzjonali.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

1.

jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' strateġiji lokali u/jew reġjonali bħala parti mill-implimentazzjoni ulterjuri tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ. Tali strateġiji għandhom jinkludu l-partijiet interessati rilevanti kollha, l-imsieħba soċjali u ż-żgħażagħ infushom u għandhom jgħinu biex joħolqu miżuri ta' appoġġ individwali biex jippromwovu servizzi ta' gwida u konsulenza kkwalifikati u faċilment aċċessibbli dwar l-istadji transitorji bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg u kondizzjonijiet xierqa għar-rikonċiljazzjoni tal-familja, l-ħajja privata u dik professjonali;

2.

jagħtu prijorità lit-tħassib taż-żgħażagħ fil-programmi ta' riforma nazzjonali u l-politika prinċipali li taffettwa l-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ, b'mod partikolari bit-tisħiħ tal-kooperazzjoni trans-settorjali bejn il-politika taż-żgħażagħ u oqsma ta' politika rilevanti oħra (politika dwar l-edukazzjoni, politika ekonomika u dwar l-impjiegi, politika dwar il-familja, politika soċjali, politika dwar is-saħħa u l-isports, politika dwar id-drittijiet tat-tfal, politika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, politika kulturali, kif ukoll politika dwar l-akkomodazzjoni u l-ippjanar reġjonali u lokali);

3.

ikomplu bl-isforzi biex inaqqsu ulterjorment in-numri ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola permezz ta' inċentivi u azzjonijiet adatti, b'mod partikolari billi jieħdu miżuri speċifiċi biex il-parteċipazzjoni sħiħa fl-edukazzjoni ssir realtà għaż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet, u billi jippromwovu l-kwalità ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ u jagħmluhom aktar attraenti;

4.

jużaw ir-riżorsi tal-Fondi Strutturali Ewropej, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, biex jiffurmaw u jipprovdu miżuri f'konformità mal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, sabiex jimplimentaw ulterjorment il-Patt, speċjalment fil-livell lokali u dak reġjonali;

5.

skond il-prinċipju tad-djalogu strutturat, jiżviluppaw jew jespandu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċeduri ta' ppjanar ta' spazju soċjali f'żoni urbani u rurali żvantaġġati, u jiddesiminaw ir-riżultati u l-esperjenzi tagħhom bl-użu tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni.


(1)  Deċiżjoni Nru 771/2006/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2206 li tistabbilixxi s-Sena Ewropea ta' l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007) — lejn soċjetà ġusta (ĠU L 146, 31.5.2006, p.1).

(2)  Resolution of the Council and of the Representatives of the Governments of the Member States, meeting within the Council, on social integration with regard to young people (doc. 9601/04 of 18 May 2004).

(3)  Dikjarazzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar ir-Razziżmu u l-Intolleranza fir-rigward taż-Żgħażagħ (dok. 9405/04 tat-18 ta' Mejju 2004).

(4)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.

(5)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar ir-rikonoxximent tal-valur tat-tagħlim non-formali u dak informali fil-qasam taż-żgħażagħ Ewropej (ĠU C 168, 20.7.2006, p. 1).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kunsill

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/4


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Diċembru 2007

dwar Manwal għall-awtoritajiet tal-pulizija u tas-sigurtà fir-rigward tal-koperazzjoni f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali

(2007/C 314/02)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Manwal dwar is-Sigurtà għall-użu mill-awtoritajiet u s-servizzi tal-pulizija f'avvenimenti internazzjonali bħal laqgħat tal-Kunsill Ewropew u l-Manwal għall-koperazzjoni bejn Stati Membri biex jiġu evitati atti terroristiċi fil-Logħob Olimpiku u avvenimenti sportivi bħal dawn,

Billi:

(1)

L-objettiv ta' l-Unjoni Ewropea huwa, inter alia, li tipprovdi liċ-ċittadini b'livell għoli ta' sigurta f'żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja billi tkun żviluppata azzjoni komuni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija.

(2)

L-Istati Membri ħafna drabi jospitaw avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali.

(3)

L-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi fi Stat Membru li jittrattaw avveniment maġġuri b'dimensjoni internazzjonali jeħtieġu jiżguraw is-sigurtà ta' l-avveniment kemm mill-aspett ta' l-ordni pubbliku kif ukoll mill-aspett tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Skond in-natura ta' l-avveniment (politiku, sportiv, soċjali, kulturali jew oħra) aspett jista' jkun aktar rilevanti minn ieħor u jista' jiġi ttrattat minn awtoritajiet oħrajn iżda jeħtieġ li jiġu kkunsidrati ż-żewġ aspetti.

(4)

Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jużaw strument prattiku li jipprovdi linji gwida u ispirazzjoni bbażati fuq esperjenza u prassi tajba li ntgħallmet minn avvinementi preċedenti.

(5)

Il-manwal għandu jiġi rivedut u aġġornat kif adatt, skond l-esperjenzi futuri u aktar żviluppi ta' l-aħjar prassi,

JIRRAKKOMANDA LILL-ISTATI MEMBRI:

1)

sabiex iżidu l-koperazzjoni, partikolarment il-koperazzjoni prattika u l-kondiviżjoni ta' l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw is-sigurtà pubblika f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali li jsiru fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea,

2)

sabiex, għal dak l-iskop, jiżguraw li l-Manwal għall-awtoritajiet tal-pulizija u tas-sigurtà rigward koperazzjoni f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali, anness hawnhekk, isir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Magħmul fi Brussell, fis-6 ta' Diċembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

Alberto COSTA


ANNESS

MANWAL GĦALL-AWTORITAJIET TAL-PULIZIJA U TAS-SIGURTÀ FIR-RIGWARDTAL-KOPERAZZJONI F'AVVENIMENTI MAĠĠURI B'DIMENSJONI INTERNAZZJONALI

I.

INTRODUZZJONI

I.1

Skop

I.2

Prinċipji bażiċi

II.

ĠESTJONI TA' INFORMAZZJONI

II.1

Punti ta' kuntatt

II.1.1

Punti ta' kuntatt permanenti

II.1.2

Punti ta' kuntatt relatati ma' avveniment

II.2

Skambju ta' informazzjoni

II.3

Valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji

III.

ĠESTJONI TA' AVVENIMENT

III.1

Responsabbiltajiet ta' awtoritajiet u servizzi involuti fl-istat membru organizzatur

III.2

Żamma ta' l-ordni pubbliku u s-sigurtà

III.2.1

Ordni pubbliku u sigurtà

III.2.2

Azzjoni kontra reati kriminali

III.2.3

Theddid terroristiku

III.3

Koperazzjoni operattiva ma' stati membri oħrajn

III 3.1

Koperazzjoni transkonfinali

III.3.2

Appoġġ operattiv

III.3.3

Uffiċjali ta' kollegament

III.3.4

Osservaturi

III.3.5

Arranġamenti finanzjarji u tagħmir

III.3.6

Pjan ta' komunikazzjoni

III.4

Strateġija tal-medja

III.5

Istruzzjoni, taħriġ u eżerċizzju

IV.

EVALWAZZJONI

IV.1

Evalwazzjoni relatata ma' avveniment

IV.2

Evalwazzjoni strateġika

ANNESS A

Formola standard għat-talba biex uffiċjali ta' kollegament jew uffiċjali jipprovdu tipi oħra ta' appoġġ operattiv

ANNESS B

Analiżi tar-riskji dwar dimostraturi u gruppi oħra potenzjali

ANNESS C

Formola standard għall-iskambju ta' informazzjoni rigward individwi li joħolqu theddida terroristika

ANNESS D

Formola standard għall-iskambju ta' informazzjoni rigward gruppi li joħolqu theddida terroristika

ANNESS E

Dokumenti ta' referenza

ANNESS F

Punti ta' kuntatt permanenti li jikkonċernaw l-ordni pubbliku

I.   INTRODUZZJONI

I.1   Skop

L-iskop ta' dan il-manwal huwa li jservi bħala strument prattiku li jipprovdi linji gwida u ispirazzjoni lill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi fl-Ewropa li jieħdu responsabbiltà għas-sigurtà f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali (bħal-Logħob Olimpiku jew avvenimenti sportivi maġġuri oħra (1), avvenimenti soċjali maġġuri jew laqgħat politiċi ta' livell għoli eż. is-summit tal-G8). Għaldaqstant, il-prinċipji stabbiliti f'dan il-Manwal għandhom jiġu applikati biss fejn ikunu adatti u utli kif ukoll f'konformità sħiħa mal-leġislazzjoni nazzjonali. Huma m'għandhomx ukoll jippreġudikaw kwalunkwe arranġament stabbilit fi Ftehim bilaterali jew Memoranda ta' Ftehim.

Dan il-manwal huwa dokument ħaj li għandu jiġi emendat u aġġustat skond l-esperjenzi futuri u l-iżviluppi ta' l-aħjar prassi (ara IV.2 Evalwazzjoni Strateġika).

Il-Manwal dwar is-Sigurtà għall-użu mill-awtoritajiet u s-servizzi tal-pulizija f'avvenimenti internazzjonali bħal laqgħat tal-Kunsill Ewropew u l-Manwal għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jiġu evitati atti terroristiċi fil-Logħob Olimpiku u avvenimenti sportivi bħal dawn ġew integrati fil-verżjoni attwali tal-manwal. L-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi li jiffaċċjaw avveniment maġġuri b'dimensjoni internazzjonali jeħtieġu jiżguraw is-sigurtà ta' l-avveniment kemm mill-aspett ta' l-ordni pubbliku kif ukoll minn dak tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Skond in-natura ta' l-avveniment (politika, sportiva, soċjali, kulturali jew oħra) jista' jkun il-każ li aspett wieħed ikun aktar rilevanti minn ieħor u jista' jiġi ttrattat minn awtoritajiet oħra iżda ż-żewġ aspetti jeħtieġu jiġu kkunsidrati.

I.2   Prinċipji bażiċi

L-infurzar tal-liġi u l-ordni għandu jkun iggwidat mill-prinċipji ta' legalità u proporzjonalità u moderazzjoni, bi preferenza mogħtija lill-approċċ l-anqas intrusiv. Kull meta jkun possibbli, għandu jintgħażel approċċ tal-pulizija ta' tnaqqis tat-tensjoni, abbażi ta' djalogu, ġestjoni nnegozjata ta' spazju pubbliku u sħubija.

L-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri responsabbli għas-sigurtà f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali, b'mod partikolari f'avvenimenti politiċi, għandhom ifittxu li jiżguraw li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-dritt li l-opinjonijiet ikunu espressi liberament u d-dritt ta' assemblea paċifika skond il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. L-interferenza minn persuni jew gruppi li l-objettivi jew l-azzjonijiet tagħhom jinvolvu l-vjolenza jew atti ta' natura kriminali għandha titfixkel safejn ikun l-aktar possibbli.

Għalkemm l-Istat Membru ospitanti għandu responsabbiltà primarja li jipprovdi sigurtà għall-avveniment u, meta jkun ikkunsidrat il-karattru internazzjonali tiegħu, l-Istati Membri l-oħra kollha u l-korpi kompetenti ta' l-Unjoni Ewropea (UE) għandhom ir-responsabbiltà li jassistu u jappoġġjaw il-forniment ta' tali sigurtà.

II.   ĠESTJONI TA' INFORMAZZJONI

II.1   Punti ta' kuntatt

II.1.1   Punti ta' kuntatt permanenti

Skond l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/339/ĠAI tas-26 ta' Mejju 1997 dwar koperazzjoni fiż-żamma ta' l-ordni u s-sigurtà (2), ta' l-inqas għandu jkun stabbilit punt permanenti wieħed ta' kuntatt f'kull Stat Membru.

Id-dettalji ta' kuntatt u informazzjoni rilevanti oħra dwar il-punt(i) ta' kuntatt permanenti għandhom jiġu pprovduti lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (li l-indirizz elettroniku tiegħu jinsab fl-Anness F) biex jitqassmu lill-Istati Membri. Kwalunkwe bdil rilevanti dwar il-punt(i) ta' kuntatt permanenti ta' Stat Membru għandu jiġu rapportat bl-istess mod.

Kull punt ta' kuntatt permanenti għandu jkun jista' jissodisfa l-istandards li ġejjin:

disponibbiltà ta' 24 siegħa (safejn ikun meħtieġ qabel, waqt u wara avveniment),

persunal b'ħiliet lingwistiċi suffiċjenti ta' mill-inqas f'lingwa oħra ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE,

linji ta' komunikazzjoni operattivi b'mod permanenti u struttura ta' informazzjoni inkluż it-telefon, il-fax u l-indirizz elettroniku, li fejn rilevanti jkunu siguri permezz ta' kodiċi, u aċċess għall-internet,

kapaċitajiet ta' traduzzjoni suffiċjenti għall-iskambju ta' informazzjoni.

II.1.2   Punti ta' kuntatt relatati ma' avveniment

Għal kull avveniment maġġuri b'dimensjoni internazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt wieħed jew aktar relatati ma' avveniment. Skond il-leġislazzjoni u l-istrutturi nazzjonali, dan għandu jkun l-istess punt(i) ta' kuntatt permanenti. Kull punt ta' kuntatt relatat ma' avveniment għandu jkun jista' jissodisfa l-istandards imsemmijin hawn fuq.

L-Istat Membru organizzatur jinforma lill-punti ta' kuntatt permanenti ta' l-Istati Membri l-oħra (ara l-Anness D) dwar id-dettalji tal-punt(i) ta' kuntatt relatati ma' l-avveniment. Kull Stat Membru imbagħad jinforma lill-Istat Membru organizzatur dwar il-punt(i) ta' kuntatt tiegħu stess rigward dak l-avveniment.

Il-kompiti tal-punt(i) ta' kuntatt relatati ma' avveniment jistgħu jinkludu l-faċilitar ta'

il-ġbir u l-analiżi ta' informazzjoni nazzjonalment kif ukoll minn Stati Membri oħrajn, pajjiżi terzi, korpi rilevanti ta' l-UE u sorsi ta' informazzjoni oħra;

il-kontroll tal-kwalità rigward il-forma u l-kontenut;

l-istabbiliment ta' linji ta' komunikazzjoni affidabbli u effiċjenti għal atturi prinċipali rilevanti — nazzjonalment u internazzjonalment — linji siguri jkunu preferuti;

l-iskambju ta' informazzjoni permezz ta' linji ta' komunikazzjoni siguri eżistenti;

l-iskambju ta' informazzjoni f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn, pajjiżi terzi, korpi rilevanti ta' l-UE u istituzzjonijiet internazzjonali oħra;

id-disseminazzjoni ta' informazzjoni proċessata għas-servizzi ta' sigurtà, l-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħra rispettivi, servizzi bħal dawn ta' l-istat organizzatur, kif ukoll l-awtoritajiet u s-servizzi fi Stati Membri oħrajn u korpi rilevanti ta' l-UE, skond il-każ;

il-forniment ta' valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji dwar dimostraturi potenzjali u gruppi oħra għall-Istat Membru organizzatur;

l-osservazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-avveniment u s-segwitu għalih.

II.2   Skambju ta' informazzjoni

Stat Membru għandu jibgħat mingħajr dewmien informazzjoni li l-awtorità nazzjonali tiegħu tikkunsidra li hija rilevanti għas-sigurtà ta' avveniment fi Stat Membru ieħor, lill-kontraparti tagħha f'dak l-Istat Membru. Meta jibagħtu l-informazzjoni l-Istati Membri għandhom ikunu konxji ta' l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kunfidenzjalità tagħha.

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jitwettaq permezz ta' kanali u strutturi ta' komunikazzjoni eżistenti. L-iskambju ta' informazzjoni, inkluż data personali, għandu jitmexxa f'konformità stretta mad-dispożizzjonijiet mal-liġi u t-trattati nazzjonali u internazzjonali applikabbli f'kull każ (3).

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jiġi ffaċilitat mill-punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri involuti.

Wara li tiġi pproċessata, l-informazzjoni miġbura għandha titqassam lill-awtoritajiet u s-servizzi rilevanti. Il-kuntatti bejn is-servizzi ta' sigurtà, l-awtoritajiet u s-servizzi tal-pulizija fi Stati Membri differenti jistgħu jiġu kkoordinati u organizzati mill-punti ta' kuntatt rispettivi tagħhom.

Il-punt(i) ta' kuntatt fl-Istat Membru organizzatur għandu jiffaċilita l-ġbir, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti dwar l-avveniment ma' Stati Membri oħrajn, pajjiżi terzi u korpi ta' l-UE jew istituzzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti. L-informazzjoni tista', inter alia, tinkludi:

informazzjoni u intelligence miksuba qabel l-avveniment li jkunu jistgħu potenzjalment jaffettwaw il-kors ta' l-avveniment jew iż-żamma tal-liġi u l-ordni u s-sigurtà b'mod ġenerali,

persuni involuti f'organizzazzjonijiet terroristiċi, azzjonijiet terroristiċi jew attivitajiet kriminali maġġuri oħra, li jistgħu jkunu relatati indirettament mat-terroriżmu;

il-livell ta' theddid kontra uffiċjali (kapijiet ta' stati u gvernijiet, membri tal-Parlament, personalitajiet VIP oħrajn eċċ.), atleti, viżitaturi/spettaturi u postijiet. Barra mill-Istat Membru ospitanti, li jkollu r-responsabbiltà primarja, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jikkontribwixxu indipendentement informazzjoni rilevanti fir-rigward ta' dawn il-persuni;

informazzjoni oħra dwar miri u interessi ta' l-Istati Membri ta' l-UE jew ta' pajjiżi terzi fil-pajjiż organizzatur bil-ħsieb ta' protezzjoni aħjar tagħhom;

informazzjoni u intelligence relatati ma' dimostraturi potenzjali u gruppi oħra;

informazzjoni miksuba jew mitluba waqt l-avveniment relatata ma' persuni suspettati li wettqu reat kriminali, inkluż ismijiethom, id-data tat-twelidhom, il-postijiet ta' residenza tagħhom, l-isfond, iċ-ċirkostanzi ta' l-arrest u/jew deskrizzjoni eżatta tar-reat imwettaq;

informazzjoni dwar il-leġislazzjoni applikabbli u l-politika tal-pulizija dwar l-infurzar tal-liġi (fi Stati Membri oħrajn jew pajjiżi terzi);

rapporti ta' inċidenti u ta' evalwazzjoni u kontributi għal dawn.

II.3   Valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji

Valutazzjoni adatta u f'waqtha tat-theddid (relatat mat-terroriżmu, l-ordni pubbliku, il-kriminalità organizzata u oħrajn) iffaċċjat f'avveniment internazzjonali hija ta' importanza ċentrali f'termini ta' sigurtà. Flimkien mal-valutazzjoni speċifika tat-theddid rilevanti, għandha ssir analiżi li tkopri l-ġbir, l-evalwazzjoni u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni rilevanti għas-sigurtà b'referenza għas-sitwazzjoni speċifika li teżisti.

Barra mill-intelligence disponibbli għall-Istat organizzatur innifsu, l-informazzjoni u l-evalwazzjonijiet mogħtija minn Stati Membri oħrajn ser ikunu l-bażi għall-analiżi. Fl-istadju l-aktar bikri possibbli qabel l-avveniment internazzjonali, kull punt ta' kuntatt għandu jipprovdi lill-kontraparti tiegħu fl-Istat organizzatur valutazzjoni ta' theddid permanenti, jiġifieri dwar individwi jew gruppi mistennija jivvjaġġaw għall-avveniment u meqjusa li joħolqu theddida potenzjali għaż-żamma tal-liġi u l-ordni pubbliku u/jew għas-sigurtà (bħal dimostraturi u gruppi oħra potenzjali magħrufin). Il-valutazzjoni għandha tintbagħat lill-Istat Membru organizzatur kif ukoll lil pajjiżi oħra affettwati — jiġifieri pajjiżi ta' transitu jew ġirien.

Din l-analiżi tista' tkun strutturata skond l-analiżi qafas stabbilita fl-Annessi B, C u D. Jekk tali informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istat organizzatur għandu jiġi infurmat b'dan. L-Istati Membri għandhom jibagħtuha lill-Istat organizzatur malajr kemm jista' jkun b'mezzi adatti bl-użu ta' linji ta' komunikazzjoni eżistenti siguri.

L-Europol jista', skond il-mandat tagħha u l-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) (4), jipprovdi informazzjoni u analiżi rilevanti kif ukoll ifassal valutazzjonijiet ta' theddid ġenerali abbażi ta' kontributi mill-Istati Membri. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fl-istadju l-aktar kmieni possibbli. Jekk tali informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istat organizzatur jista' jiġi informat b'dan.

L-għażla ta' miżuri ta' sigurtà adatti, meħtiġin u adatti għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji, bil-probabbiltà ta' ħsara potenzjali u bl-analiżi tar-riskju koperti.

Għal din ir-raġuni, l-Istat organizzatur responsabbli, appoġġjat fejn adatt minn Stati Membri oħrajn u korpi kompetenti ta' l-UE, għandhom ifasslu valutazzjoni tat-theddid u analiżi tar-riskji aġġornati mhux inqas minn sitt xhur qabel l-avveniment rilevanti. Kif l-avveniment joqrob, l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari. Għandha tiġi ppreżentata analiżi kull xahar f'kull wieħed mill-aħħar 3 xhur qabel l-avveniment u, jekk meħtieġ, fuq bażi ta' kull ġimgħa qabel l-avveniment. Tali valutazzjonijiet u analiżi għandhom jitqassmu fost l-Istati u l-korpi li jikkontribwixxu.

Waqt l-avveniment għandhom jinħarġu rapporti kuljum dwar is-sitwazzjoni. Ir-rapporti għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-Istat organizzatur, Stati Membri oħrajn u korpi kompetenti ta' l-UE. Il-valutazzjoni tal-livell ta' riskju ppreżentat għandha tkun ibbażata fuq l-aktar informazzjoni aġġornata mogħtija mill-pulizija fi żjara jew punti tal-kuntatt ta' l-avveniment. L-informazzjoni għandha tkun komprensiva safejn tippermetti l-informazzjoni disponibbli.

III.   ĠESTJONI TA' AVVENIMENT

III.1   Responsabbiltajiet ta' awtoritajiet u servizzi involuti fl-Istat organizzatur

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru organizzatur għandha tfassal pjan operattiv globali li abbażi tiegħu jsiru l-pjanijiet dettaljati ulterjuri kollha. Hija għandha tistabbilixxi wkoll sett ta' pjanijiet li jkopru l-livell ta' politika (strateġiku) kif ukoll il-livell operattiv globali (operattiv) u l-livell veru ta' skjerament fil-post (tattiku). Il-proċedura ta' l-ippjanar għandha tibda fl-istadju l-aktar kmieni possibbli.

Qabel avveniment, l-Istat Membru organizzatur għandu jiżgura li r-rwoli ta' l-awtoritajiet u s-servizzi kollha involuti jkunu definiti b'mod ċar u li r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom ikunu kkomunikati lill-partijiet rilevanti kollha.

L-Istat Membru organizzatur jista' jipproduċi matriċi globali biex tirrifletti l-proċessi involuti u l-atturi prinċipali kollha, (jiġifieri l-organizzazzjoni tal-laqgħa, il-forniment ta' sigurtà, iż-żamma tal-liġi u l-ordni, is-servizzi ġudizzjarji, is-servizzi soċjali u ta' prevenzjoni, is-servizzi tas-saħħa, it-trasport pubbliku u materji oħrajn ta' infrastruttura). Din l-“iskema” tista' tkun għodda utli biex wieħed jivviżwalizza l-qafas ta' pjanar kif ukoll jiżgura li jkunu koperti l-proċessi kollha meħtiġin.

Jista' jitwaqqaf grupp għall-koordinament tal-proġett għall-avveniment li jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet u s-servizzi kollha involuti. Il-grupp għandu jiltaqa' regolarment qabel, waqt u wara l-avveniment innifsu, sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod koerenti u koordinat. Responsabbiltà primarja tal-grupp għandha tkun li jiżgura li jkun hemm linji ta' komunikazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet u s-servizzi kollha.

L-awtoritajiet u s-servizzi responsabbli għandhom jiżguraw il-preżenza ta' materjal, riżorsi tekniċi u ta' persunal li jkunu meħtiġin biex jitwettqu d-doveri assenjati bl-effiċjenza, il-kwalità u l-ħeffa meħtiġin. Database dwar ir-riżorsi disponibbli u l-punti ta' kuntatt korrespondenti kollha jkun għodda utli ħafna għall-Istati Membri organizzaturi.

L-awtoritajiet tal-pulizija ta' l-Istati Membri organizzaturi għandhom jiżguraw li jsiru l-ftehim u l-arranġamenti kollha meħtiġin rigward l-isforzi tal-pulizija ma' l-organizzatur prattiku ta' l-avveniment. L-organizzatur għandu r-responsabbiltà primarja għall-avveniment u, skond in-natura ta' l-avveniment, għandha titfassal lista ta' ħtiġiet li għandhom jiġu sodisfatti. L-arranġamenti jistgħu, inter alia, jinkludu:

il-postijiet ta' l-avveniment fejn m'għandu jkun hemm l-ebda interferenza tal-pubbliku (il-faċilitajiet tal-laqgħa, il-lukandi);

il-kontroll tad-dħul u possibbilment sigurtà tal-perimetru u r-responsabbiltà għal kull wieħed minn dawn;

il-miżuri ta' sigurtà li għandhom jittieħdu mill-organizzatur, jiġifieri sorveljanza interna bil-video;

l-iskambju ta' informazzjoni komplet u aġġornat il-ħin kollu dwar id-delegati u parteċipanti oħrajn fl-avveniment (isem, funzjoni, tul tas-soġġorn, akkomodazzjoni, trasport eċċ.);

l-arranġamenti fir-rigward tal-personalitajiet(VIPs) u s-sigurtà tal-lukanda.

III.2   Żamma ta' l-ordni pubbliku u s-sigurtà

III.2.1   Ordni pubbliku u sigurtà

Filwaqt li jibqgħu konsistenti mal-prinċipji bażiċi stabbiliti fit-taqsima I.2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru organizzatur għandhom jistabbilixxu politika globali ċara għall-approċċ tal-pulizija f'avvenimenti internazzjonali. Din il-politika globali tista' tinkludi linji politiċi bħal:

azzjonijiet tal-pulizija huma kkaratterizzati bil-garanzija tal-protezzjoni ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi

permezz ta' djalogu u stat kredibbli ta' tħejjija, il-pulizija għandha żżomm l-inizjattiva, u b'hekk tillimita jew timpedixxi rewwixti jew disturbi akbar

fid-diskrezzjoni tagħha u meta adatt, il-pulizija għandha turi livell baxx ta' viżibbiltà tal-pulizija u livell għoli ta' tolleranza rigward ġbir u dimostrazzjonijiet paċifiċi

l-arresti għandhom isiru għall-finijiet ta' prosekuzzjoni kriminali jew detenzjoni temporanja eċċ. skond il-leġislazzjoni nazzjonali

l-isforzi tal-pulizija għandhom, ġeneralment, ikunu kkonċentrati fuq gruppi li jkunu qed jippjanaw biex jinstigaw disturbi jew juru r-rieda li jagħmlu dan

għandha tiġi promossa koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn, pajjiżi terzi, korpi ta' l-UE u istituzzjonijiet internazzjonali dwar oqsma rilevanti bħall-fruntieri.

L-Istat Membru organizzatur ta' aktar minn avveniment wieħed fit-territorju tiegħu għandu jiżgura li l-politika tal-pulizija dwar l-infurzar tal-liġi tkun, safejn ikun l-aktar possibbli, armonizzata għall-avvenimenti differenti. Jekk ikun adatt, il-politika tista' tiġi kkoordinata wkoll ma' Stati Membri oħrajn.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru organizzatur għandhom jibdew djalogu fi stadju bikri ma' individwi u gruppi (inkluż gruppi ta' attivisti u dimostraturi), awtoritajiet lokali, servizzi infrastrutturali rilevanti, il-popolazzjoni lokali u atturi prinċipali oħrajn sabiex jiżguraw li l-ġbir u d-dimostrazzjonijiet leġittimi jitwettqu b'mod paċifiku. Id-djalogu msemmi hawn fuq għandu jkun ibbażat fuq responsabbiltà kondiviża. Din għandha tibda fi stadju ta' tħejjija bikri u tintuża bħala għodda qabel, waqt u wara l-avveniment.

L-istabbiliment ta' netwerk kostruttiv u rispettat b'mod reċiproku ser iservi għall-prevenzjoni ta' disturbi potenzjali kif ukoll iservi bħala strument għal medjazzjoni f'sitwazzjoni ta' konfront.

L-istrutturi jew il-gruppi ta' djalogu għandhom jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali u jieħdu kont tal-kulturi differenti fl-Istati Membri differenti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kompitu tagħhom (5).

Għandhom jiġu stabbiliti kanali ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u d-diversi organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet ċivili u rappreżentanti ta' dimostraturi. L-organizzaturi tad-dimostrazzjonijiet u l-partijiet rilevanti kollha jistgħu jingħataw parir dwar

il-materji prattiċi — jiġifieri akkomodazzjoni u loġistika

il-leġislazzjoni applikabbli rilevanti rigward dimostrazzjoni, libertà tal-kelma, diżubbidjenza ċivili eċċ.

il-politika tal-pulizija dwar l-infurzar tal-liġi f'materji fejn tista' tiġi eżerċitata diskrezzjoni u istruzzjonijiet dwar l-użu tal-forza mill-pulizija

il-punti ta' kuntatt tal-pulizija u awtoritajiet rilevanti oħrajn.

Id-distribuzzjoni ta' l-informazzjoni ta' hawn fuq b'lingwi differenti hija miżura li għandha tiġi kkunsidrata (eż. permezz ta' folders, websajts). L-informazzjoni tista' tingħata lil viżitaturi barranin permezz tal-punti ta' kuntatt rispettivi.

III.2.2   L-azzjoni kontra reati kriminali

L-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri għandhom — skond il-leġislazzjoni applikabbli u l-linji politiċi ddikjarati — jimmiraw għal proċess investigattiv tal-kriminalità sistematiku fir-rigward ta' offiżi mwettqa f'konnessjoni ma' dimostrazzjonijiet vjolenti jew disturbi oħra waqt l-avveniment maġġuri.

Ir-reati kriminali definiti u sostenibbli kollha għandhom, fil-prinċipju u f'konformità sħiħa mal-liġi nazzjonali, iwasslu għall-prosekuzzjoni tal-kriminali fil-pajjiż organizzatur jew mill-awtoritajiet legali kompetenti f'pajjiż ieħor. Jekk azzjoni ta' infurzar tal-liġi ma tkunx possibbli immedjatament fl-Istat Membru organizzatur, l-Istati Membri l-oħra għandhom jagħmlu kull sforz biex jidentifikaw u jħarrku ċ-ċittadini tagħhom stess skond il-leġislazzjoni nazzjonali, il-provi preżenti u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ.

L-Istat Membru organizzatur għandu jagħmel arranġamenti biex jiżgura li jkunu disponibbli riżorsi suffiċjenti għall-arresti u għall-investigazzjoni ta' offiżi kriminali u li jkunu disponibbli faċilitajiet suffiċjenti għall-kustodja u d-detenzjoni ta' qabel proċess. Huwa mogħti l-parir li jkun hemm ippjanar għal xenarju ta' l-agħar każijiet b'numri akbar ta' persuni li jagħmlu reati.

Għaldaqstant, l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi għandhom ikunu mħejjijin biex jifaċċjaw kwantità akbar ta' xogħol u li jkollhom il-kapaċità adatta biex

jieħdu deċiżjonijiet malajr dwar l-użu ta' detenzjoni ta' qabel il-proċess

jieħdu deċiżjonijiet malajr dwar miżuri ta' investigazzjoni li jkunu jeħtieġu deċiżjoni minn qorti

jipproċessaw numru akbar ta' każijiet kriminali

iwieġbu għal talbiet ġudizzjarji minn Stati Membri oħra.

III.2.3   Theddid terroristiku

Minħabba l-fatt li l-UE u xi wħud mill-Istati Membri tagħha huma atturi importanti fil-politika internazzjonali, l-UE u l-Istati Membri tagħha x'aktarx ikunu miri ta' terroristi internazzjonali b'motivi politiċi u reliġjużi. Minbarra t-terroristiċi internazzjonali li jattakkaw lill-UE jew lill-Istati Membri tagħha f'avvenimenti maġġuri hemm il-possibbiltà ta' attakki minn gruppi jew organizzazzjonijiet terroristiċi fl-UE jew fl-Istati Membri tagħha.

L-għanijiet ta' tali attakki terroristiċi jistgħu jkunu l-avveniment stess, il-VIPs, il-politikanti ta' l-UE, id-delegazzjonijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri jew il-pubbliku li jieħu sehem fl-avveniment. Il-preżenza tal-medja internazzjonali hija punt importanti mill-perspettiva tal-persuni li jagħmlu reat, billi din toffri pjattaforma għall-preżentazzjoni ta' l-ideoloġija tal-grupp jew l-organizzazzjoni.

Għall-prevenzjoni ta' attakki terroristiċi, l-informazzjoni u l-intelligence dwar gruppi u organizzazzjonijiet terroristiċi huma essenzjali u għandhom ikunu disponibbli f'kull ħin. Għalhekk huwa importanti għall-Istat Membru organizzatur u l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi tiegħu li jikkondividu informazzjoni u intelligence in ġenerali u kif adatt għall-avveniment. L-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi għandhom jiddeċiedu liema gruppi u organizzazzjonijiet terroristiċi u individwi terroristi jistgħu jkunu rilevanti, u jivverifikaw id-database tagħhom skond l-avveniment. Barra minn hekk, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jikkontribwixxu b'mod indipendenti l-informazzjoni rilevanti rigward ta' dawk il-gruppi, organizzazzjonijiet u individwi.

L-għażla ta' miżuri ta' sigurtà adatti, meħtiġin u adatti għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji.

III.3   Koperazzjoni operattiva ma' Stati Membri oħrajn

III.3.1   Koperazzjoni transkonfinali

Ser tkun meħtieġa koperazzjoni transkonfinali meta l-Istat Membru organizzatur u l-pajjiżi involuti jimplimentaw reġim tal-fruntiera flessibbli u konġunt filwaqt li jsaħħu l-isforzi tal-pulizija fir-reġjuni tal-fruntiera adattati għas-sitwazzjoni jew it-theddida konkreta. Jekk ikun adatt, għandhom isiru rondi u kontrolli ta' prevenzjoni konġunti jew koordinati.

Għall-Istati Membri li japplikaw il-partijiet rilevanti ta' l-Acquis ta' Schengen, l-Artikoli 23 sa 31 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen (6) dwar ir-reintroduzzjoni temporanja ta' kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni jista' jkun strument utli biex individwi jew gruppi li huma meqjusa li joħolqu theddida potenzjali għaż-żamma tal-liġi u l-ordni u/jew is-sigurtà pubblika jiġu impediti milli jivvjaġġaw għal-lokalità ta' l-avveniment.

Għalhekk għandhom jitħejjew l-arranġamenti meħtiġin għal implimentazzjoni rapida u effiċjenti tal-miżuri ta' espulsjoni potenzjali.

III.3.2   Appoġġ operattiv

L-Istat Membru organizzatur jista', skond il-leġislazzjoni nazzjonali (7), jitlob l-iskjerament ta' pulizija jew uffiċjali ta' intelligence għal appoġġ operattiv minn Stat Membru ieħor għal avveniment speċifiku. Għandha ssir talba dettaljata għal appoġġ operattiv, inkluż kont tar-raġunijiet għat-talba, fl-istadju l-aktar bikri possibbli. Għal dan il-għan, hemm esposta formola standard fl-Anness A.

Skond it-tip ta' appoġġ mitlub, l-uffiċjal(i) maħtur(in) għandu jkollu(hom) konoxxenza u esperjenza rilevanti meħtieġa għall-kompiti magħżula.

Kwalunkwe appoġġ operattiv mogħti minn uffiċjali barranin għandu jiġi inkluż fil-pjanijiet operattivi ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat organizzatur. Għaldaqstant, l-uffiċjali barranin għandhom

jiġu inklużi safejn ikun l-aktar possibbli fl-istruttura ta' informazzjoni operattiva;

jiġu mgħarrfa dwar il-pjanijiet operattivi u l-linji politiċi rilevanti inklużi istruzzjonijiet dwar l-użu ta' forza eċċ. f'waħda mil-lingwi ta' ħidma tagħhom;

jiġu offruti l-opportunità biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-post u l-forzi tal-pulizija skjerati eċċ. qabel l-avveniment;

jattendu l-laqgħat ta' informazzjoni rilevanti kollha (jiġifieri dawk rilevanti għall-kompitu tagħhom u fejn il-laqgħa ta' l-informazzjoni hija b'lingwa li huma jifhmu);

fejn adatt, jiġu inklużi b'mod attiv fl-iskjerament tal-pulizija fuq il-post.

L-awtoritajiet organizzaturi kompetenti huma responsabbli għas-sigurtà fiżika ta' l-uffiċjali barranin. Hija r-responsabbiltà ta' l-uffiċjali barranin li jiżguraw li l-azzjonijiet tagħhom ma jkunux qed jikkawżaw konflitt, perikolu jew riskji mhux ġustifikati bla bżonn.

Meta jiġu skjerati fuq il-post, l-uffiċjali barranin għandhom f'kull ħin jirreferu għal u — bħala regola — ikunu taħt is-sorveljanza ta' membri ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ospitanti li jkunu informati sew dwar il-pjan operattiv u li jkunu kapaċi jikkomunikaw b'lingwa li l-uffiċjali barrani jifhmu. Il-linji ta' komunikazzjoni bejn l-uffiċjali barranin, il-kuntatt(i) ospitanti, il-ġestjoni tal-forzi ta' pulizija skjerati u atturi prinċipali oħra għandhom ikunu effiċjenti u funzjonali bis-sħiħ waqt l-avveniment u, safejn ikun meħtieġ, anke qabel u wara l-avveniment.

III.3.3   Uffiċjali ta' kollegament (8)

Fuq it-talba ta' l-Istat Membru organizzatur, kull Stat Membru jew l-UE/organizzazzjoni kompetenti oħra tista' taħtar uffiċjali ta' kollegament għal avveniment, meta rilevanti. Talba għal uffiċjali ta' kollegament għandha ssir fl-istadju l-aktar bikri possibbli u mhux aktar tard minn 6 ġimgħat qabel l-avveniment. Għal dan il-għan, hemm esposta formola standard fl-Anness A.

L-Istat Membri interessati jistgħu jitolbu invit biex jibagħtu uffiċjal ta' kollegament lill-Istat Membru organizzatur.

L-uffiċjali ta' kollegament jistgħu jinbidlu skond arranġamenti bilaterali bejn l-Istat Membru organizzatur u Stati Membri oħrajn involuti.

L-uffiċjal ta' kollegament għandu jinħatar mhux aktar tard minn ġimgħatejn qabel avveniment, iż-żmien li fih għandha tibda l-koperazzjoni. L-Istat organizzatur għandu, f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri l-oħra, jiddeċiedi dwar il-ħatra u l-kompiti ta' l-uffiċjali ta' kollegament permezz tal-punti ta' kuntatt rispettivi tagħhom.

L-uffiċjal ta' kollegament, skond il-ħiliet tiegħu/tagħha, jista' jiġi assenjat lil (kwalunkwe wieħed mill-) punt(i) ta' kuntatt ospitanti li għandhom jieħdu l-inkarigu tal-komunikazzjoni ma' l-Istat ta' residenza, f'liema każ għandhom jingħataw il-mezzi ta' komunikazzjoni adatti mill-Istat Membru organizzatur.

L-uffiċjali ta' kollegament għandu jkollhom rwol ta' konsulenza u assistenza. L-uffiċjali ta' kollegament barranin m'għandhomx ikunu armati u m'għandhom l-ebda awtorità uffiċjali ta' pulizija fil-pajjiż ospitanti (9). L-uffiċjali ta' kollegament għandu jkollhom esperjenza adatta fiż-żamma tal-liġi u l-ordni jew fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, skond il-kompitu speċifiku tagħhom, u b'mod partikolari, għandu jkollhom

konoxxenza profonda ta' l-organizzazzjoni u ta' l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom

esperjenza fiż-żamma tal-liġi u l-ordni pubbliku f'avvenimenti ta' profil għoli

aċċess għas-sorsi ta' informazzjoni utli kollha fl-Istat ta' residenza tagħhom, inkluża informazzjoni dwar l-estremiżmu u gruppi rilevanti oħrajn tal-pulizija kif ukoll sorsi rilevanti oħrajn

il-kapaċità li jorganizzaw sforzi ta' intelligence nazzjonalment qabel u waqt l-avveniment u janalizzaw informazzjoni rilevanti

konoxxenza tajba tal-lingwa/i ta' ħidma magħżula mill-Istat Membru organizzatur.

Immedjatament mal-wasla tagħhom, l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jirrapportaw lill-punt ta' kuntatt assenjat tagħhom sabiex jikkjarifikaw il-kompiti u l-mandat maħtura tagħhom. L-Istat Membru organizzatur ser jorganizza dan il-proċess ta' akkreditazzjoni.

III.3.4   Osservaturi

L-Istati Membri jistgħu, bil-kunsens ta' l-Istat Membru organizzatur, jibagħtu osservaturi biex jiġbru esperjenza fis-sigurtà u ż-żamma tal-liġi u l-ordni f'avvenimenti internazzjonali għal avvenimenti futuri fil-pajjiż ta' residenza tagħhom. Jekk jintalab hekk, l-osservatur jista' jipprovdi kontribut għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Istat Membru organizzatur.

L-osservaturi għandhom, safejn huwa l-aktar possibbli, jkunu permessi jattendu seduti ta' ppjanar, laqgħat ta' informazzjoni, laqgħat ta' koordinazzjoni, skjeramenti operattivi u attivitajiet oħra biex jimmassimizzaw il-benefiċċju taż-żjara. Immedjatament mal-wasla tagħhom, l-osservaturi għandhom jirrapportaw lill-punt ta' kuntatt assenjat. L-Istat Membru organizzatur ser jorganizza proċess ta' akkreditazzjoni.

III.3.5   Arranġamenti finanzjarji u tagħmir

L-Istat Membru organizzatur normalment għandu jkopri l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni u l-manteniment ta' uffiċjali barranin mistiedna li jivvjaġġaw lejn it-territorju tiegħu. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar normalment jiġu koperti mill-pajjiż ta' residenza.

L-ispejjeż kollha relatati ma' osservaturi mibgħuta fl-Istat Membru organizzatur għandhom jitħallsu mill-Istat li jibgħat. L-Istat Membru organizzatur jista' — jekk ikun possibbli — jipprovdi l-mezzi ta' komunikazzjoni meħtiġin u faċilitajiet oħra għall-osservaturi.

L-Istati Membru organizzatur jista' jirranġa għal appoġġ minn Stati Membri oħrajn rigward il-forniment temporanju ta' tagħmir jew riżorsi oħrajn meta jkun possibbli, permezz ta' Ftehim bilaterali/multilaterali.

III.3.6   Pjan ta' komunikazzjoni

Għandu jiġi żgurat fluss ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħrajn permezz ta' pjan ta' komunikazzjoni dettaljat. Il-partijiet involuti kollha fl-Istat Membru organizzatur għandhom jiżviluppaw strateġija ta' komunikazzjoni konġunta biex jevitaw repetizzjoni jew id-disseminazzjoni ta' informazzjoni mhux kompleta.

Sabiex jiġi evitat in-nuqqas fil-konoxxenza (eż. lingwa) għandu jkun hemm integrazzjoni ta' uffiċjali ta' kollegament jew persunal ieħor fil-pjan ta' komunikazzjoni.

Forzi oħrajn (eż. il-korp tat-tifi ta' nar, is-servizzi ta' salvataġġ) għandhom ukoll jiġu integrati fil-pjan ta' komunikazzjoni.

III.4   Strateġija rigward il-medja

Sabiex tiġi żgurata kopertura tal-medja preċiża u f'waqtha ta' l-avvenimenti internazzjonali, għandha tiġi stabbilita strateġija definita minn qabel għar-relazzjonijiet mal-medja, qabel, waqt u wara avveniment.

Il-medja għandha tingħata l-ogħla livell possibbli ta' libertà biex tkopri l-avveniment, b'hekk jiġi ssalvagwardjat id-dritt għal espressjoni libera ta' opinjonijiet skond il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. L-istrateġija tal-medja għandha tkun immirata lejn aċċess miftuħ u trasparenza.

Huwa rakkomandat li jintgħażel punt ta' kuntatt wieħed għall-medja biex tiġi żgurata kopertura tal-medja koordinata. qabel l-avveniment, l-Istat Membru organizzatur għandu jistabbilixxi strateġija tal-medja globali biex tinkludi, inter alia

l-għażla ta' punt ta' kuntatt għall-medja li tidderieġi l-medja lejn il-kelliema rilevanti;

in-nominazzjoni tal-qasam ta' kompetenza ta' kull kelliem; u

l-informazzjoni li għandha tingħata lill-pubbliku dwar il-miżuri tal-pulizija u l-passi li ser jittieħdu jekk iseħħu disturbi.

III.5   Istruzzjoni, taħriġ u eżerċizzju

L-iżvilupp tal-programm Ewropew ta' istruzzjoni, taħriġ u eżerċizzju (ITE) huwa bbażat fuq ftehim strateġiku internazzjonali u proċeduri u metodi ta' ħidma żviluppati konġuntament. Bil-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' l-ITE, uffiċjali, gruppi, organizzazzjonijiet u pajjiżi jistgħu jħejju għal avvenimenti bħal dawk deskritti f'dan il-manwal (10).

Avvenimenti ewlenin kif definit f'dan il-manwal jinvolvu aspetti internazzjonali u transkonfinali u jeħtieġu:

skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward l-avveniment: il-ġestjoni ta' informazzjoni;

konoxxenza ta' organizzazzjoni tal-pulizija fl-Istat Membru organizzatur;

il-ksib ta' esperjenza ta' avvenimenti ewlenin u l-iskambju ta' informazzjoni miksuba b'dan il-mod: seminars dwar lezzjonijiet meħuda u studji ta' każ.

L-elementi ta' hawn fuq jistgħu imbagħad jintużaw bħala kontribut li jippermetti li dan il-manwal jiġi aġġornat u mtejjeb kontinwament.

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) għandu rwol fl-iżvilupp, tfassil u prattika ta' l-ITE. Fejn possibbli, l-attivitajiet ta' l-ITE għandhom jiġu integrati fil-proċessi u l-prodotti eżistenti tas-CEPOL.

IV.   EVALWAZZJONI

IV.1   Evalwazzjoni relatata ma' avveniment

L-Istat Membru organizzatur għandu jibda evalwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' sigurtà waqt l-avveniment u fatturi rilevanti oħra. Il-persunal prinċipali kollu għandu jiġi mistieden jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni, li għandha tkun ibbażata fuq l-ippjanar ta' l-avveniment minn qabel. Fil-proċess ta' evalwazzjoni, l-Istat Membru organizzatur jista' jagħmel użu minn evalwazzjonijiet minn Stati Membri oħrajn, iżda dan għandu jiġi miftiehem minn qabel.

L-Istat organizzatur għandu jiġbor rapport ta' evalwazzjoni kemm jista' jkun malajr meta jintemm l-avveniment. Fejn jinħolqu inċidenti ta' kwalunkwe tip, ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jinkludi wkoll rapport ta' l-inċident.

Wara l-avveniment, għandha tinżamm laqgħa informattiva u jitfassal rapport ta' evalwazzjoni ġenerali rigward l-aspetti ta' sigurtà rilevanti. Ir-rapport għandu jagħmel referenza speċjali għal disturbi ta' l-ordni pubbliku (jew nuqqas tagħhom), theddid u inċidenti terroristiċi, reati kriminali, gruppi involuti u lezzjonijiet meħuda.

Ir-rapport u/jew il-lezzjonijiet meħuda għandhom jifformaw il-bażi għall-proċess ta' l-ITE (ara III.5). Is-CEPOL għandu jiżgura l-implimentazzjoni ta' lezzjonijiet internazzjonali meħuda fil-programm ta' l-ITE. L-Istati Membri individwali huma responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali. Ir-rapport ser jiġi mqassam mis-CEPOL lill-akedemiji tal-pulizija nazzjonali.

Ir-rapport għandu jitqassam permezz tal-punt(i) ta' kuntatt relatat(i) ma' l-avveniment lill-korpi ta' l-UE rilevanti u oħrajn involuti jew lill-pajjiżi jew korpi li jkunu interessati b'xi mod ieħor sabiex jiġi żgurat li l-lezzjonijiet li jittieħdu jew ir-rakkomandazzjonijiet ikunu disponibbli għal organizzaturi futuri ta' avveniment maġġuri b'dimensjoni internazzjonali.

IV.2   Evalwazzjoni strateġika

Sabiex tiġi kondiviża esperjenza u l-aħjar prattiki għandha tinżamm laqgħa ta' esperti kull meta jkun meħtieġ, li għandha tiġi organizzata mill-grupp ta' ħidma kompetenti tal-Kunsill.

Il-parteċipanti għandhom ikunu uffiċjali tal-pulizija anzjani b'esperjenza fiż-żamma tal-liġi u l-ordni pubbliku f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali. Waħda mit-temi ta' din il-laqgħa ta' esperti għandha tkun l-iżvilupp u l-aġġustament ulterjuri ta' dan il-manwal fid-dawl ta' l-esperjenzi minn avvenimenti riċenti.

ANNESS A

FORMOLA STANDARD GĦAT-TALBA BIEX UFFIĊJALI TA' KOLLEGAMENT JEW UFFIĊJALI JIPPROVDU TIPI OĦRA TA' APPOĠĠ OPERATTIV

1.

Tip ta' appoġġ mitlub (uffiċjal ta' kollegament, spotter, medjatur jew ieħor)

2.

Avveniment(i)

3.

Perijodu

4.

Post ta' stazzjonament

5.

Deskrizzjoni tal-kompiti (dettaljata kemm jista' jkun)

6.

Ħiliet lingwistiċi (lingwi ta' ħidma ta' l-avveniment)

7.

Ħiliet speċifiċi oħra (konoxxenza ta' gruppi partikolari, esperjenza ta' medjazzjoni eċċ.)

8.

Kompiti li għandhom jitħejjew qabel il-wasla:

komunikazzjoni ma' l-Istat ta' residenza;

ġbir ta' tipi ta' informazzjoni speċifiċi;

kompiti oħra.

9.

Mezzi ta' komunikazzjoni (telefon ċellolari, internet)

10.

Tipi oħra ta' tagħmir meħtieġ

11.

Jekk jogħġbok wieġeb qabel:

ANNESS B

ANALIŻI TAR-RISKJI DWAR DIMOSTRATURI U GRUPPI OĦRA POTENZJALI

1.

Isem ta' grupp magħruf u li x'aktarx jagħmel dimostrazzjoni jew jaffettwa l-avveniment b'modi oħra

2.

Kompożizzjoni, numru ta' membri

3.

Marki li jidhru (ħwejjeġ, logos, bnadar, slogans jew karatteristiċi esterni oħra)

4.

Natura tal-grupp (vjolenti — hemm riskju ta' disturbi?)

5.

Metodi ta' dimostrazzjoni u/jew metodi ta' l-attivisti

6.

Organizzazzjoni interna u funzjonament tal-grupp:

tmexxija;

mezzi ta' komunikazzjoni;

informazzjoni strutturali oħra.

7.

Rabtiet ma' gruppi oħra (nazzjonali jew internazzjonali)

8.

Membri li qabel kienu involuti f'inċidenti rilevanti:

tip ta' inċident;

post (pajjiż);

individwalment jew fi grupp;

konvinzjonijiet b'referenza għal dan t'hawn fuq, skond il-liġi nazzjonali.

9.

Imġiba:

lejn is-servizzi u l-azzjonijiet tal-pulizija;

lejn il-popolazzjoni lokali;

l-użu ta' armi;

il-konsum ta' alkoħol jew droga;

l-użu ta' maskli;

mudell ta' imġiba f'tipi differenti ta' avvenimenti.

10.

Rabtiet u attitudni lejn il-medja (strateġija tal-medja, il-kelliem eċċ.)

11.

Websajts ta' l-internet u bordijiet tal-bulletin eċċ.

12.

Għażla tar-rotta ta' vjaġġar

13.

Mezzi ta' trasport

14.

Għażla ta' akkomodazzjoni

15.

Tul tas-soġġorn

16.

Informazzjoni mogħtija minn uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi dwar dimostraturi jew attivisti potenzjali minn dawn il-pajjiżi.

17.

Informazzjoni rilevanti oħra

18.

Sorsi ta' l-informazzjoni u analiżi ta' l-eżattezza u l-affidabbiltà ta' l-informazzjoni mogħtija

ANNESS C

Image

ANNESS D

Image

ANNESS E

DOKUMENTI TA' REFERENZA

Il-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2),

L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/339/ĠAI tas-26 ta' Mejju 1997 dwar koperazzjoni fiż-żamma ta' l-ordni u s-sigurtà ĠU L 147, 5.6.1997, p. 1),

Il-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU C 340, 10.11.1997, p. 93),

It-Trattat ta' Nizza, id-Dikjarazzjoni dwar il-post tal-Kunsilli Ewropej (ĠU C 80 ta' l-10.3.2001, p.85),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill (ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1),

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2006 rigward manwal aġġornat b'rakkomandazzjonijiet għal koperazzjoni internazzjonali tal-pulizija u miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' vjolenza u disturbi f'konnessjoni mal-logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali, li fihom mill-inqas Stat Membru wieħed huwa involut (ĠU C 322, 29.12.2006, p. 1),

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1),

It-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju ta' l-Olanda u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu rigward l-intervenzjoni tal-pulizija transkonfinali fit-8 ta' Ġunju 2004,

Il-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità transkonfinali u l-migrazzjoni illegali (it-Trattat ta' Prüm) (Dokument tal-Kunsill numru 16382/07),

Manwal ta' gwida dwar il-ġestjoni ta' konflitt (Dokument tal-Kunsill numru 7047/01),

Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fit-13 ta' Lulju 2001 dwar is-sigurtà f'laqgħat tal-Kunsill Ewropew u f'avvenimenti komparabbli oħra (Dokument tal-Kunsill numru 10916/01),

Lista ta' kontroll rigward miżuri possibbli dwar l-okkażjoni ta' Kunsilli Ewropej u avvenimenti oħra bħal dawn (Dokument tal-Kunsill numru 11572/01),

Informazzjoni strateġika rigward il-Kunsilli Ewropej u avvenimenti oħra bħal dawn — Analiżi tar-riskju (Dokument tal-Kunsill numru 11694/01),

Il-Konklużjonijiet tas-subgrupp ta' ħidma EUCPN JAI 82 tas-27 ta' Novembru 2001 (Dokument tal-Kunsill numru 14917/01),

Il-Manwal għall-użu mill-awtoritajiet tal-pulizija u tas-sigurtà f'avvenimenti internazzjonali bħal laqgħat tal-Kunsill Ewropew (Dokument tal-Kunsill numru 12637/02),

Is-sigurtà f'laqgħat tal-Kunsill Ewropew u avvenimenti oħra bħal dawn — Koperazzjoni internazzjonali fil-Kunsill Ewropew ta' Laeken (Dokument tal-Kunsill numru 9029/02),

Il-Manwal dwar is-sigurtà għall-Kunsilli Ewropej u avvenimenti simili oħra (Dokument tal-Kunsill numru 9069/02),

Is-sigurtà f'laqgħat tal-Kunsill Ewropew (Dokument tal-Kunsill numru 11836/02),

Il-Manwal għall-koperazzjoni bejn Stati Membri biex jiġu evitati atti terroristiċi fil-Logħob Olimpiku u f'avvenimenti sportivi bħal dawn (Dokument tal-Kunsill numru 5744/04),

L-Istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (Dokument tal-Kunsill numru 14469/05),

L-Appoġġ ta' l-Europol għall-Istati Membri — Avvenimenti Sportivi Internazzjonali Maġġuri (Fajl Europol Nrumru: 2570-50r1).

ANNESS F

PUNTI TA' KUNTATT PERMANENTI LI JIKKONĊERNAW L-ORDNI PUBBLIKU

[Artikolu 3(b) ta' l-Azzjoni Konġunta 97/339/ĠAI (ĠU L 147, 5.6.1997, p. 1]

L-aġġornamenti għandhom jintbagħtu lil pcwp@consilium.europa.eu

SM

SERVIZZ

INDIRIZZ

TELEFON

FAX

INDIRIZZ ELETTRONIKU

BE

Federal Police PCN/DAO

Fritz Toussaint 47

B-1050 Brussels

(32-2) 642 63 80

(32-2) 646 49 40

dga-dao@skynet.be

Ministry of the Interior, Crisis Centre

Hertogstraat 53

B-1000 Brussels

(32-2) 506 47 11

(32-2) 506 47 09

 

BG

Directorate for International Operational Police Cooperation

Ministry of the Interior

 

(359) 22 82 28 34

(359) 29 80 40 47

NCB@mvr.bg

CZ

Police Presidium of the Czech Republic

International Police Co-operation Division

Strojnická 27

PO Box 62/MPS

CZ-Praha 7

(420) 974 83 42 10

(420) 974 83 47 16

sirene@mvcr.cz

DK

Danish National Police

Polititorvet 14

DK-1780 København V

(45) 33 14 88 88

(45) 33 32 27 71

NEC@politi.dk

DE

Bundeskriminalamt

Thaerstr. 11

D-65193 Wiesbaden

(49) 61 15 51 31 01

(49) 61 15 51 2141

@bka.bund.de

Bundesministerium des Innern

Lagezentrum

Alt-Moabit 101

D-10559 Berlin

(49) 301 86 81 10 77

(49) 301 86 81 2926

poststelle@bmi.bund.de

EE

Central Law Enforcement Police

Ädala 4E

EE-10614 Tallinn

(372) 612 39 00

(372) 612 39 90

julgestuspolitsei@jp.pol.ee

EL

Ministry of Public Order

International Police Cooperation Division

Kanellopoulou 4

GR-10177 Athens

(30) 210 69 77 56 23

(30) 21 06 92 40 06

registry@ipcd.gr

ES

Dirección general de la policía, Comisaría general de seguridad ciudadana, Centro nacional de coordinación

C/Francos Rodríguez 104

E-28039 Madrid

(34) 913 22 71 90

(34) 913 22 71 88

cgsc.cgeneral@policia.es

FR

Ministère de l'intérieur

Direction Générale de la Police Nationale

Cabinet «Ordre Public»

11 rue des Saussaies

F-75008 Paris

(33) 140 07 22 84

(33) 140 07 64 99

 

IE

Office of Liaison and Protection Section,

An Garda Siochána

Dublin 8

Ireland

(353) 16 66 28 42

(353) 16 66 17 33

gdalp@iol.ie

IT

Ministero dell'interno

Dipartimento della Pubblica Sicurezza

Ufficio Ordine Publico

Piazza del Viminale 1

I-00184 Roma

(39) 06 46 52 13 09

(39) 06 46 52 13 15

(39) 06 46 53 61 17

cnims@interno.it

CY

Ministry of Justice and Public Order

Police Headquarters

European Union and International Police Cooperation Directorate

CY-Nicosia, 1478

(357) 22 80 89 98 (24h)

357) 22 80 80 80 (24h)

(357) 22 30 51 15

(357) 22 80 86 05 (24h)

euipcd@police.gov.cy

Operations Office of the Cyprus Police Headquarters

(357) 22 80 80 78

(357) 99 21 94 55

(357) 22 80 85 94

operations.office@police.gov.cy

LV

Operative Control Bureau of Public Security Department

Central Public Order Police Department

State Police

Brīvības iela 61

LV-1010 Riga

(371) 707 54 30

(371) 707 53 10

(371) 727 63 80

armands.virsis@vp.gov.lv

vpdd@vp.gov.lv

LT

Lithuanian Criminal Police Bureau

International Liaison Office

Liepyno 7

LT-08105 Vilnius

(370-5) 271 99 00

(370-5) 271 99 24

office@ilnb.lt

LU

Direction Générale de la Police Grand-Ducale

Direction des Opérations

Centre d'Intervention National

L-2957 Luxembourg

(352) 49 97 23 46

(352) 49 97 23 98

cin@police.etat.lu

HU

International Law Enforcement Cooperation Centre

National Police

Teve utca 4-6

H-1139 Budapest

(36-1) 443 55 57

(36-1) 443 58 15

intercom@orfk.police.hu

MT

Malta Police Force

Police General Headquarters

M-Floriana

(356) 21 22 40 01

(356) 21 25 21 11

(356) 21 23 54 67

(356) 21 24 77 94

cmru.police@gov.mt

NL

Ministry of the Interior and Kingdom Relations, National Crisis Centre

PO Box 20011

2500 EA The Hague

The Netherlands

(31) 704 26 50 00

(31) 704 26 51 51

(31) 703 61 44 64

ncc@crisis.minbzk.nl (24h) (NL/EN)

AT

Federal Ministry of the Interior

Directorate General for Public Safety

Operations and Crisis Coordination Centre

Minoritenplatz 9

A-1014 Wien

(43) 15 31 2 6 32 00

(43) 15 31 2 6 37 70 (24h)

(43) 15 31 2 6 31 20 (24h)

(43) 15 31 26 10 86 12 (e-fax, 24h)

ekc@bmi.gv.at (24h)

PL

General Headquarters of Police

Crises Management and Anti Terrorism Bureau

ul. Puławska 148/150

PL-02-624 Warszawa

(48-22) 601 36 40

(48-66) 763 13 25

(48-22) 601 32 37

ncbwarsaw@policja.gov.pl

contact point concerning counter-terrorism

Division on Combating Terrorist Acts

Central Bureau of Investigation

National Police Headquarters

(48-22) 601 32 75

(48-22) 601 42 93

counterterror@policja.gov.pl

PT

Ministério da Administração Interna

Gabinete Coordenador de Segurança

Av. D. Carlos I- 7o

P-1249-104 Lisboa

(351) 213 23 64 09

(351) 213 23 64 25

gsc@sg.mai.gov.pt

RO

International Police Cooperation Centre (IPCC)

Calea 13 Septembrie 1-5

RO-Bucharest

(40) 213 16 07 32

(40) 213 12 36 00

ccpi@mai.gov.ro

Operational Anti-Terrorist

Coordination Centre (Romanian Information Service)

Bulevardul Libertatii 14-16

RO-Bucharest

(40) 214 02 35 98

(40) 213 45 10 66

ipct@dcti.ro

SI

International Police Cooperation Sector in Criminal Police Directorate

Štefanova 2

SLO-1000 Ljubljana

(386) 14 72 47 80

(386) 12 51 75 16

interpol.ljubljana@policija.si

SK

Prezídium Policajného zboru

Úrad medzinárodnej policajnej spolupráce

Pribinova 2

SK-812 72 Bratislava

(421) 961 05 64 50

(421) 961 05 64 59

spocumps@minv.sk

FI

Helsinki Police Department

Operational Command Centre

Pasilanraitio 13

FI-00240 Helsinki

(358-9) 189 40 02

(358-9) 189 28 21

johtokeskus@helsinki.poliisi.fi

SE

National Criminal Police, International Police Cooperation Division (IPO)

POB 12256

S-10226 Stockholm

(46) 84 01 37 00

(46) 86 51 42 03

ipo.rkp@polisen.se

UK

Home Office

Public Order Unit

2 Marsham Street

London SW1P 4DF

POB 8000

London SE 11 5EN

United Kingdom

(44) 20 70 35 35 09

(44) 20 70 35 18 10

 

Christian.Papaleontiou@homeoffice.gsi.gov.uk

David.Bohannan@homeoffice.gsi.gov.uk

Serious Organised Crime Agency International Crime

(44) 20 73 28 81 15

(44) 20 73 28 81 12

london@soca.x.gsi.gov.uk


(1)  Rakkomandazzjonijiet għall-koperazzjoni tal-pulizija internazzjonali f'konnessjoni ma' logħob tal-futbol internazzjonali huma stabbiliti f'manwal separat: Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill rigward manwal aġġornat b'rakkomandazzjonijiet għal koperazzjoni internazzjonali tal-pulizija u miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' vjolenza u disturbi f'konnessjoni mal-logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali, li fihom mill-inqas Stat Membru wieħed huwa involut (ĠU C 322 tad-29.12.2006, p. 1)

(2)  ĠU L 147, 5.6.1997, p. 1.

(3)  L-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (Konvenzjoni ta' Schengen) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19) u l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità transkonfinali u l-migrazzjoni illegali (it-Trattat ta' Prüm).

(4)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.

(5)  Elementi elenkati fil-paġna 3 tal-Konklużjonijiet tas-subgrupp ta' ħidma EUCPN JAI 82 tas-27 ta' Novembru 2001.

(6)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(7)  Inkluż l-Artikolu 26 tat-Trattat ta' Prüm (16382/06 CRIMORG 194 ENFOPOL 216 MIGR 172).

(8)  Ara l-punt II(1)(c) tal-Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fit-13 ta' Lulju 2001 dwar is-sigurtà f'laqgħat tal-Kunsill Ewropew u f'avvenimenti komparabbli oħra.

(9)  L-Artikolu 2 ta' l-Azzjoni Konġunta 97/339/ĠAI.

(10)  Ir-responsabbiltà ta' l-attivitajiet ta' l-ITE f'avvenimenti maġġuri hija ta' l-Istat Membru li fih isir l-avveniment. Dan ifisser li l-Istati Membri stess huma responsabbli biex jiżguraw li l-attivitajiet ta' l-ITE jiġu ġestiti b'mod effettiv, u dan il-Manwal għalhekk ma fihx assistenza jew istruzzjonijiet ulterjuri f'dan ir-rigward.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/22


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4848 — Basell/Lyondell)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 314/03)

Fis-26 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4848. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/22


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4860 — HRE/DEPFA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 314/04)

Fit-28 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4860. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/23


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4969 — DZ Equity Partner/Welle Holding/PAIDI Möbel)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 314/05)

Fit-12 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4969. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/23


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4806 — DSB/First/Öresundståg)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 314/06)

Fi 24 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4806. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kunsill

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/24


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tal-25 ta' Mejju 2007 dwar perspettivi futuri għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ

(2007/C 314/07)

Il-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill,

WARA LI KKUNSIDRAW

(1)

it-talba tal-Kunsill (1) biex jiġi evalwat fl-2009 l-qafas ġenerali għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ li ġie maqbul fl-2002;

(2)

l-ewwel skambju ta' fehmiet dwar il-perspettivi futuri għall-politika Ewropea dwar iż-żgħażagħ, li nżamm fil-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ u Kultura li ltaqa' fis-16 ta' Frar 2007 abbażi ta' dokument ta' diskussjoni konġunt mill-Presidenzi tal-Ġermanja, il-Portugall u s-Slovenja u bil-ħsieb ta' l-evalwazzjoni tal-qafas ta' kooperazzjoni;

(3)

il-ħidma ta' l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea ta' Konsulenti dwar il-Politika Ewropea (2) li tenfasizza l-importanza ta' investimenti fil-benesseri taż-żgħażagħ, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol u ċ-ċittadinanza attiva;

(4)

ir-rapport interim tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta' l-2007 intitolat Inventarju tar-Realtà Soċjali  (3), li jisħaq dwar il-kwistjoni ta' ekwità interġenerazzjonali kontra l-isfond ta' globalizzazzjoni u bidla demografika u jħejji t-triq għal dibattitu miftuħ dwar kwistjonijiet soċjali u sfidi li ser jaffettwaw ukoll fundamentalment is-sitwazzjoni soċjali taż-żgħażagħ fl-Ewropa;

(5)

it-talba tal-Kunsill (4) biex jiġi promoss djalogu strutturat ma' żgħażagħ bil-ħsieb li jiżdied l-involviment, fil-livelli kollha, ta' żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom fl-iffurmar u l-implimentazzjoni tal-linji politiċi li jaffettwawhom u b'hekk tiġi promossa ċ-ċittadinanza attiva tagħhom.

(6)

il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ approvat mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta' l-2005, li identifika oqsma ta' prijorità għal azzjoni li fihom kien meħtieġ involviment akbar taż-żgħażagħ u ta' l-atturi rilevanti kollha fil-politika dwar iż-żgħażagħ,

1.

JIĠBDU L-ATTENTENZJONI GĦALL-FATT li, skond il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, tfassil ta' politika dwar iż-żgħażagħ effettiva u sostenibbli jeħtieġ approċċ verament trans-settorjali fl-oqsma ta' politika rilevanti, li l-Kunsill għandu l-ħsieb jagħmel kontribut prinċipali fl-iffurmar u l-implimentazzjoni tagħhom;

2.

JIĠBDU L-ATTENZJONI WKOLL GĦALL-FATT li, bil-ħsieb ta' bidliet demografiċi osservabbli fl-Istati Membri kollha, bin-numru ta' żgħażagħ bħala proporzjoni tal-popolazzjoni totali li għandu jonqos aktar fid-deċenni li ġejjin, qed tenħtieġ aktar strateġija trans-settorjali sabiex jiġu żviluppati linji politiċi sostenibbili u ekwi b'mod interġenerazzjonali li jaqsmu l-opportunitajiet u l-piżijiet meħtieġa b'mod uniformi fil-gruppi ta' età kollha u li jippermettu ż-żgħażagħ jiksbu livell ta' awtonomija li jixraq aktar għall-età u l-ħtiġijiet tagħhom;

3.

JINNOTAW li l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni u l-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ huma l-għodod prinċipali għall-iżvilupp ta' politika dwar iż-żgħażagħ fl-Ewropa. Fl-interessi ta' l-effiċjenza, il-koerenza u l-viżibbiltà, għandhom jiġu żviluppati inizjattivi mmirati biex jiżguraw li dawn l-għodod jistgħu fil-futur jinteraġġixxu aħjar u b'hekk ikunu rinfurzabbli b'mod reċiproku. Kwalunkwe żieda fl-ammont ta' rapportar meħtieġ attwalment mill-Istati Membri għandu jiġi evitat;

4.

JISSOTTOLINJAW l-importanza tal-programm Żgħażagħ f'Azzjoni  (5) fiż-żieda ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ, u tal-Fondi Strutturali Ewropej fil-kontribut lejn l-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni;

5.

JILQGĦU inizjattivi mill-Kummissjoni li jenfasizzaw ir-rwol ta' żgħażagħ irġiel u nisa bħala riżors fundamentali għall-organizzazzjoni futura tas-soċjetà fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, billi jinkoraġġixxu approċċ verament trans-settorjali lejn it-tfassil ta' politika dwar iż-żgħażagħ, jirrinforzaw id-djalogu strutturat maż-żgħażagħ u jippromwovu l-awtonomija u ċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ;

6.

JESPRIMU r-rieda tagħhom biex jgħinu fl-iżvilupp, it-tmexxija 'l quddiem u s-segwitu ta' tali inizjattivi, waqt li jfittxu l-appoġġ mill-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, u jieħdu kont tar-rwol ta' l-atturi reġjonali u lokali rilevanti;

6a)

BI ĦSIEBHOM, li bl-adozzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet, jikkontribwixxu b'sett ta' proposti rilevanti dwar perspettivi tematiċi u strutturali futuri għal diskussjoni sħiħa dwar perspettivi futuri għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ u għall-evalwazzjoni tal-qafas ta' kooperazzjoni fl-2009;

7.

JIKKUNSIDRAW li, f'dan l-isfond, il-kwistjonijiet li ġejjin huma partikolarment rilevanti:

(a)

Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ tikkondividi r-responsabbiltà għall-indirizzar tal-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ fl-Ewropa permezz ta' strumenti speċifiċi ta' politika dwar iż-żgħażagħ, iżda wkoll permezz ta' integrazzjoni mtejba tad-dimensjoni taż-żgħażagħ fi u l-koordinazzjoni trans-settorjali ma' oqsma ta' politika relatati. Tali kooperazzjoni tista' tiġi msaħħa bl-għan ta':

it-titjib ta' l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ u l-faċilitar tat-transizzjoni tagħhom lejn l-awtonomija u b'hekk rispons għall-isfidi demokratiċi, b'mod partikolari permezz ta':

l-għoti tal-possibbiltà għaż-żgħażagħ kollha li jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi bażiċi meħtieġa,

il-faċilitar tat-transizzjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-impjieg,

il-kombinar ta' flessibbiltà, inkluż mobbiltà miżjuda meħtieġa miż-żgħażagħ, u s-sigurtà (“flessigurtà”),

il-promozzjoni tal-potenzjal intraprenditorjali taż-żgħażagħ, u

fejn meħtieġ, il-promozzjoni ta' linji politiċi li joffru t-tieni ċans li jerġa' jpoġġi ż-żgħażagħ fit-triq biex jiżviluppaw il-kapital uman tagħhom għall-futur;

it-titjib tal-kondizzjonijiet għal meta wieħed jgħix f'soċjetajiet multikulturali permezz tat-trawwim tal-kapaċitajiet interkulturali taż-żgħażagħ;

il-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u valuri bħat-tolleranza, ir-rispett reċiproku, id-diversità, l-ugwaljanza u s-solidarjetà kif ukoll il-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni;

iż-żieda fil-benesseri taż-żgħażagħ, li jinkludi li l-possibbiltà li jgħixu fi stat ta' saħħa;

il-promozzjoni ta' l-impenn kulturali u kreattiv taż-żgħażagħ;

l-għoti ta' appoġġ għaż-żgħażagħ permezz ta' rikonċiljazzjoni aħjar tax-xogħol, il-familja u l-ħajja privata biex ikun possibbli għalihom, jekk ikunu jixtiequ hekk, li jibdew familja u li jipparteċipaw b'mod sħiħ fit-taħriġ u l-edukazzjoni jew jibdew il-ħajja tax-xogħol fl-istess ħin;

it-titjib tal-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi li fihom jgħixu ż-żgħażagħ f'żoni urbani jew rurali żvantaġġati.

(b)

L-iżvilupp tal-politika dwar iż-żgħażagħ f'mod trans-settorjali u f'kooperazzjoni mill-qrib maż-żgħażagħ, ma' dawk attivi fil-qasam taż-żgħażagħ u ma' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ huwa mill-aktar importanti. Fost proposti oħra li għandhom jiġu żviluppati, l-istrumenti eżistenti tad-djalogu strutturat — bħall-avvenimenti taż-żgħażagħ tal-Presidenza u l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ — għandhom jintużaw biex jospitaw fora informali li jinvolvu atturi minn oqsma ta' politika relatati tal-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li r-rappreżentanti taż-żgħażagħ huma involuti mill-bidu fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' tali fora, b'kunsiderazzjoni partikolari għaż-żgħażagħ li huma f'sitwazzjonijiet soċjalment, kulturalment jew ekonomikament żvantaġġati.

Għandhom jiġu żviluppati proposti għal kooperazzjoni trans-settorjali msaħħa fil-Kunsill u l-korpi tiegħu li huma involuti fil-qasam taż-żgħażagħ.

(ċ)

Rapport regolari taż-Żgħażagħ Ewropej dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa jista' jgħin biex jiġu analizzati u tinġibed l-attenzjoni għat-tħassib taż-żgħażagħ u l-kwalità tal-ħajja tagħhom, kif ukoll għall-iżvilupp tal-politika dwar iż-żgħażagħ fl-Ewropa. Bħala parti mid-djalogu strutturat, iż-żgħażagħ għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għall-eżerċizzju tar-rappurtar. Ir-Rapporti għandhom jitqiesu bħala inċentivi viżibbli biex iqajmu diskussjonijiet skond il-prijoritajiet tematiċi tagħhom.

Biex jiġu evitati obbligi ta' rappurtar addizzjonali, dan għandu jsir bl-użu ta' l-informazzjoni miġbura permezz ta' l-eżerċizzji ta' rappurtar taħt il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, bl-addizzjoni possibbli ta' data rilevanti u eżempji strutturati ta' prattika tajba mill-Istati Membri, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-qasam tar-riċerka.

(d)

Sabiex jittejbu l-kontinwità, il-koerenza u l-viżibbiltà fil-qasam taż-żgħażagħ, għandu jsir użu ottimali tal-kooperazzjoni bejn it-tliet Presidenzi abbażi ta' programmi ta' 18-il xahar. F'konformità mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (6), dan jinkludi kooperazzjoni f'waqtha mat-tliet Presidenzi li ġejjin u l-Kummissjoni, sabiex abbażi ta' aġenda endorsjata mill-Kunsill il-prijoritajiet tematiċi jkunu identifikati b'mod ċar għat-tliet snin li ġejjin.

Il-Presidenzi għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jagħmlu konnessjonijiet bejn il-passi individwali tad-djalogu strutturat maż-żgħażagħ u biex jiżguraw li jkun hemm segwitu għal kwistjonijiet diskussi maż-żgħażagħ.

(e)

Għandu jiġi stabbilit qafas trans-konfini biex jiġu ffaċilitati skambji ta' l-aħjar prattika bejn l-atturi lokali u reġjonali tal-politika dwar iż-żgħażagħ, b'enfasi partikolari fuq “tagħlim mill-pari” fir-rigward ta' l-istrateġiji ta' implimentazzjoni lokali għall-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ. Is-sejbiet ta' dawk l-iskambji għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha u għandhom jiġu evalwati u sfruttati b'mod sistematiku, ukoll bħala parti mill-kontribut tal-Ministri taż-Żgħażagħ lejn il-kisba ta' l-Għanijiet ta' Lisbona.

L-iskambji għandhom jiġu appoġġati minn sett ta' linji gwida għall-ippjanar, l-istrutturar u l-evalwazzjoni. Għandu jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta' skema ta' premjijiet sabiex tinġibed l-attenzjoni għall-eżempji eċċellenti ta' l-implimentazzjoni b'suċċess ta' strateġiji lokali u biex titqajjem kuxjenza tal-ħidma li ssir fil-qasam taż-żgħażagħ fil-kuntest Ewropew.


(1)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-indirizzar tat-tħassib taż-żgħażagħ fl-Ewropa — l-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ u l-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva (ĠU C 292, 24.11.2005, p. 5).

(2)  http://ec.europa.eu/dgs/policy_advisers/publications/index_en.htm

(3)  COM(2007) 63 finali.

(4)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-implimentazzjoni ta' l-objettivi komuni għall-parteċipazzjoni minn u l-informazzjoni għaż-żgħażagħ bil-ħsieb li tiġi promossa ċ-ċittadinanza Ewropea attiva tagħhom (ĠU C 297, 7.12.2006, p.6).

(5)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.

(6)  ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47.


Kummissjoni

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/27


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-21 ta' Diċembru 2007

(2007/C 314/08)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,438

JPY

Yen Ġappuniż

163,27

DKK

Krona Daniża

7,4624

GBP

Lira Sterlina

0,7236

SEK

Krona Żvediża

9,4453

CHF

Frank Żvizzeru

1,6612

ISK

Krona Iżlandiża

91,73

NOK

Krona Norveġiża

8,034

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,585274

CZK

Krona Ċeka

26,448

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

254,04

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6968

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,625

RON

Leu Rumen

3,4965

SKK

Krona Slovakka

33,599

TRY

Lira Turka

1,7172

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6613

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4356

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,2184

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8786

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0935

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 352,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,1045

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,5975

HRK

Kuna Kroata

7,306

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 556,75

MYR

Ringgit Malażjan

4,8166

PHP

Peso Filippin

59,619

RUB

Rouble Russu

35,563

THB

Baht Tajlandiż

43,62


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/28


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titoli u referenzi ta' standards armonizzati taħt id-direttiva)

(2007/C 314/09)

Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni (1)

Referenza u titolu ta' l-istandard

(Dokument ta' referenza)

Referenza ta' l-istandard sostitwit

Data tal-waqfien tal-preżunzjoni ta' konformità ta' l-istandard sostitwit

Nota 1

CENELEC

EN 60118-13:1997

Apparati li jgħinu s-smigħ — Parti 13: Kompatibilità elettromanjetika (EMC)

(IEC 60118-13:1997)

XEJN

-

CENELEC

EN 60118-13:2005

Apparati li jgħinu s-smigħ — Parti 13: Kompatibilità elettromanjetika (EMC)

(IEC 60118-13:2004)

EN 60118-13:1997

Nota 2.1

1.2.2008

CENELEC

EN 60522:1999

Determinazzjoni tal-filtrazzjoni permanenti ta' tubi tar-raġġi X immuntati

(IEC 60522:1999)

XEJN

-

CENELEC

EN 60580:2000

Apparati elettromediċi — Miters tal-prodott ta' l-erja esposta

(IEC 60580:2000)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-1:1990

Tagħmir elettromediku — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali għas-sigurtà

(IEC 60601-1:1988)

XEJN

-

Emenda A1:1993 għall-EN 60601-1:1990

(IEC 60601-1:1988/A1:1991)

Nota 3

-

Emenda A2:1995 għall-EN 60601-1:1990

(IEC 60601-1:1988/A2:1995)

Nota 3

-

Emenda A13:1996 għall-EN 60601-1:1990

Nota 3

Data skaduta

(1.7.1996)

CENELEC

EN 60601-1-1:2001

Apparati elettromediċi — Parti 1-1: Rekwiżiti ġenerali għas-sigurtà — Standard kollaterali: Rekwiżiti għas-sigurtà ta' sistemi elettromediċi

(IEC 60601-1-1:2000)

EN 60601-1-1:1993

+ A1:1996

Nota 2.1

Data skaduta

(1.12.2003)

CENELEC

EN 60601-1-2:2001

Apparati elettromediċi — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali għas-sigurtà- Standard kollaterali: Kompatibilità elettromanjetika — Rekwiżiti u testijiet

(IEC 60601-1-2:2001)

EN 60601-1-2:1993

Nota 2.1

Data skaduta

(1.11.2004)

Emenda A1:2006 għall-EN 60601-1-2:2001

(IEC 60601-1-2:2001/A1:2004)

 

1.3.2009

CENELEC

EN 60601-1-3:1994

Apparati elettromediċi — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali għas-sigurtà — 3: Standard kollaterali: Rekwiżiti ġenerali għall-protezzjoni mir-radjazzjoni f'tagħmir għad-dijanjosi bir-raġġi X

(IEC 60601-1-3:1994)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-1-4:1996

Apparati elettromediċi — Parti 1-4: Rekwiżiti ġenerali għas-sigurtà — Standard kollaterali: Sistemi elettromediċi programmabbli

(IEC 60601-1-4:1996)

XEJN

-

Emenda A1:1999 għall-EN 60601-1-4:1996

(IEC 60601-1-4:1996/A1:1999)

Nota 3

Data skaduta

(1.12.2002)

CENELEC

EN 60601-1-6:2004

Tagħmir elettromediku-- Parti 1-6: Rekwiżiti ġenerali għas-sigurtà — Standard kollaterali: Li jista' jintuża

(IEC 60601-1-6:2004)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-1-8:2004

Tagħmir elettromediku — Parti 1-8: Rekwiżiti ġenerali għas-sigurtà — Standard kollaterali: Rekwiżiti ġenerali, testijiet u gwida għal sistemi ta' allarm f'tagħmir elettromediku u sistemi elettromediċi

(IEC 60601-1-8:2003)

XEJN

-

Emenda A1:2006 għall-EN 60601-1-8:2004

(IEC 60601-1-8:2003/A1:2006)

Nota 3

Data skaduta

(1.1.2007)

CENELEC

EN 60601-2-1:1998

Apparati elettromediċi — Parti 2-1: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' elettroni aċċeleraturi fil-medda minn 1 MeV sa 50 MeV

(IEC 60601-2-1:1998)

XEJN

-

Emenda A1:2002 għall-EN 60601-2-1:1998

(IEC 60601-2-1:1998/A1:2002)

Nota 3

Data skaduta

(1.6.2005)

CENELEC

EN 60601-2-2:2000

Apparati elettromediċi — Parti 2-2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir kirurġiku ta' frekwenza għolja

(IEC 60601-2-2:1998)

EN 60601-2-2:1993

Nota 2.1

Data skaduta

(1.8.2003)

CENELEC

EN 60601-2-2:2007

Apparati elettromediċi — Parti 2-2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir kirurġiku ta' frekwenza għolja

(IEC 60601-2-2:2006)

EN 60601-2-2:2000

Nota 2.1

1.10.2009

CENELEC

EN 60601-2-3:1993

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir terapewtiku ta' frekwenza qasira

(IEC 60601-2-3:1991)

XEJN

-

Emenda A1:1998 għall-EN 60601-2-3:1993

(IEC 60601-2-3:1991/A1:1998)

Nota 3

Data skaduta

(1.7.2001)

CENELEC

EN 60601-2-4:2003

Apparati elettromediċi — Parti 2-4: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' defibrillaturi kardijaċi

(IEC 60601-2-4:2002)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-5:2000

Apparati elettromediċi — Parti 2-5: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir għal fiżjoterapija ultrasonika

(IEC 60601-2-5:2000)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-7:1998

Apparati elettromediċi — Parti 2-7: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' ġeneraturi ta' vultaġġ għoli ta' ġeneraturi dijanostiċi li joperaw bir-raġġi X

(IEC 60601-2-7:1998)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-8:1997

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir terapewtiku li jopera bir-raġġi X li l-medda tiegħu hi minn 10 kV sa 1 MV

(IEC 60601-2-8:1987)

XEJN

-

Emenda A1:1997 għall-EN 60601-2-8:1997

(IEC 60601-2-8:1987/A1:1997)

Nota 3

Data skaduta

(1.6.1998)

CENELEC

EN 60601-2-10:2000

Apparati elettromediċi — Parti 2-10: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' stimulatori newromuskolari

(IEC 60601-2-10:1987)

XEJN

-

Emenda A1:2001 għall-EN 60601-2-10:2000

(IEC 60601-2-10:1987/A1:2001)

Nota 3

Data skaduta

(1.11.2004)

CENELEC

EN 60601-2-11:1997

Apparati elettromediċi — Parti 2-11: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir għal terapija b'raġġ gamma

(IEC 60601-2-11:1997)

XEJN

-

Emenda A1:2004 għall-EN 60601-2-11:1997

(IEC 60601-2-11:1997/A1:2004)

Nota 3

Data skaduta

(1.9.2007)

CENELEC

EN 60601-2-12:2006

Apparati elettromediċi — Parti 2-12: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' ventilaturi tal-pulmuni — Ventilaturi għal kura kritika

(IEC 60601-2-12:2001)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-13:2006

Apparati elettromediċi — Parti 2-13: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà u operat essenzjali ta' sistemi anestetiċi

(IEC 60601-2-13:2003)

EN 740:1998

+ A1:2004

+ AC:1998

Nota 2.3

-

Emenda A1:2007 għall-EN 60601-2-13:2006

(IEC 60601-2-13:2003/A1:2006)

Nota 3

1.3.2010

CENELEC

EN 60601-2-16:1998

Apparati elettromediċi — Parti 2-16: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir għal emodijalisi, emodijafiltrazzjoni u emofiltrazzjoni

(IEC 60601-2-16:1998)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-17:2004

Apparati elettromediċi — Parti 2-17: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir ikkontrollat awtomatikament ta' brakiterapija introdotta minn kateter

(IEC 60601-2-17:2004)

EN 60601-2-17:1996

+ A1:1996

Nota 2.1

Data skaduta

(1.3.2007)

CENELEC

EN 60601-2-18:1996

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir endoskopiku

(IEC 60601-2-18:1996)

XEJN

-

Emenda A1:2000 għall-EN 60601-2-18:1996

(IEC 60601-2-18:1996/A1:2000)

Nota 3

Data skaduta

(1.8.2003)

CENELEC

EN 60601-2-19:1996

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' inkubaturi għat-trabi

(IEC 60601-2-19:1990)

XEJN

-

Emenda A1:1996 għall-EN 60601-2-19:1996

(IEC 60601-2-19:1990/A1:1996)

Nota 3

Data skaduta

(13.6.1998)

CENELEC

EN 60601-2-20:1996

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' inkubaturi li jistgħu jinġarru.

(IEC 60601-2-20:1990

+ A1:1996)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-21:1994

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir li jirradja s-sħana għat-trabi

(IEC 60601-2-21:1994)

XEJN

-

Emenda A1:1996 għall-EN 60601-2-21:1994

(IEC 60601-2-21:1994/A1:1996)

Nota 3

Data skaduta

(13.6.1998)

CENELEC

EN 60601-2-22:1996

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparat laser terapewtiku u dijanostiku

(IEC 60601-2-22:1995)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-23:2000

Apparati elettromediċi — Parti 2-23: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà, inkluż l-operat essenzjali, ta' apparat li jimmonitorja pressjoni parzjali b'mod transkutanju

(IEC 60601-2-23:1999)

EN 60601-2-23:1997

Nota 2.1

Data skaduta

(1.1.2003)

CENELEC

EN 60601-2-24:1998

Apparati elettromediċi — Parti 2-24: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' pompi li joperaw fl-infużjoni u kontrolluri

(IEC 60601-2-24:1998)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-25:1995

Apparati elettromediċi — Parti 2-25: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' elettrokardjografi

(IEC 60601-2-25:1993)

XEJN

-

Emenda A1:1999 għall-EN 60601-2-25:1995

(IEC 60601-2-25:1993/A1:1999)

Nota 3

Data skaduta

(1.5.2002)

CENELEC

EN 60601-2-26:2003

Apparati elettromediċi — Parti 2-26: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' elettroenċefalografi

(IEC 60601-2-26:2002)

EN 60601-2-26:1994

Nota 2.1

Data skaduta

(1.3.2006)

CENELEC

EN 60601-2-27:1994

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparat elettrokardjografiku li jimmonitorja

(IEC 60601-2-27:1994)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-27:2006

Apparati elettromediċi -- Parti 2-27: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà, inkluż it-tħaddim essenzjali, ta' tagħmir elettrokardjografiku għal monitoraġġ

(IEC 60601-2-27:2005)

EN 60601-2-27:1994

Nota 2.1

1.11.2008

CENELEC

EN 60601-2-28:1993

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' kumplessi li jirradjaw bir-raggi X u kumplessi ta' tubi li joperaw bir-raġġi X għal dijanjosi medika

(IEC 60601-2-28:1993)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-29:1999

Apparati elettromediċi — Parti 2-29: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' simulaturi għar-radjoterapija

(IEC 60601-2-29:1999)

EN 60601-2-29:1995

+ A1:1996

Nota 2.1

Data skaduta

(1.4.2002)

CENELEC

EN 60601-2-30:2000

Apparati elettromediċi — Parti 2-30: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà, inkluż l-operat essenzjali, ta' apparat li jimmonitorja l-pressjoni tad-demm meħud b'mod indirett, awtomatiku u perjodiku

(IEC 60601-2-30:1999)

EN 60601-2-30:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(1.2.2003)

CENELEC

EN 60601-2-31:1995

Apparati elettromediċi — Parti 2-31: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' pacemakers kardijaċi esterni b'għajn interna ta' enerġija

(IEC 60601-2-31:1994)

XEJN

-

Emenda A1:1998 għall-EN 60601-2-31:1995

(IEC 60601-2-31:1994/A1:1998)

Nota 3

Data skaduta

(1.1.2001)

CENELEC

EN 60601-2-32:1994

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparat kumplementari għal tagħmir tar-raġġi X

(IEC 60601-2-32:1994)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-33:2002

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' tagħmir ta' reżonanza manjetika għal dijanjosi medika

(IEC 60601-2-33:2002)

EN 60601-2-33:1995

+ A11:1997

Nota 2.1

Data skaduta

(1.7.2005)

Emenda A1:2005 għall-EN 60601-2-33:2002

(IEC 60601-2-33:2002/A1:2005)

Nota 3

1.11.2008

CENELEC

EN 60601-2-34:2000

Apparati elettromediċi — Parti 2-34: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà, inkluż l-operat essenzjali, ta' apparat li jimmonitorja l-pressjoni tad-demm b'mod dirett

(IEC 60601-2-34:2000)

EN 60601-2-34:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(1.11.2003)

CENELEC

EN 60601-2-35:1996

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' kutri, kuxxinetti u mtieraħ maħsubin għat-tisħin f'użu mediku

(IEC 60601-2-35:1996)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-36:1997

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparat ta' litotrissija indotta ekstrakorporea

(IEC 60601-2-36:1997)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-37:2001

Apparati elettromediċi — Parti 2-37: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparat ultrasoniku għad-dijanjosi u monitorjar mediċi

(IEC 60601-2-37:2001)

XEJN

-

Emenda A1:2005 għall-EN 60601-2-37:2001

(IEC 60601-2-37:2001/A1:2004)

Nota 3

1.1.2008

Emenda A2:2005 għall-EN 60601-2-37:2001

(IEC 60601-2-37:2001/A2:2005)

Nota 3

1.12.2008

CENELEC

EN 60601-2-38:1996

Apparati elettromediċi — Parti 2-38: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' sodod li jitħaddmu bl-elettriku għall-isptarijiet

(IEC 60601-2-38:1996)

XEJN

-

Emenda A1:2000 għall-EN 60601-2-38:1996

(IEC 60601-2-38:1996/A1:1999)

Nota 3

Data skaduta

(1.1.2003)

CENELEC

EN 60601-2-39:1999

Apparati elettromediċi — Parti 2-39: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparati għad-dijalisi tal-peritonew

(IEC 60601-2-39:1999)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-40:1998

Apparati elettromediċi — Parti 2-40: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' elettromijografi u apparati li jevokaw reazzjonijiet

(IEC 60601-2-40:1998)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-41:2000

Apparati elettromediċi — Parti 2-41: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparati ta' illuminazzjoni għal skopijiet kirurġiċi u għad-dijanjosi

(IEC 60601-2-41:2000)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-43:2000

Apparati elettromediċi — Parti 2: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparati radjoloġiċi għal proċeduri ta' interventi mediċi

(IEC 60601-2-43:2000)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-44:2001

Apparati elettromediċi — Parti 2-44: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparati radjoloġiċi għal tomografija komputerizzata

(IEC 60601-2-44:2001)

EN 60601-2-44:1999

Nota 2.1

Data skaduta

(1.7.2004)

Emenda A1:2003 għall-EN 60601-2-44:2001

(IEC 60601-2-44:2001/A1:2002)

Nota 3

Data skaduta

(1.12.2005)

CENELEC

EN 60601-2-45:2001

Apparati elettromediċi — Parti 2: Parti 2-45: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparati radjoloġiċi għall-mammografija u tagħmir stereotattiku mammografiku

(IEC 60601-2-45:2001)

EN 60601-2-45:1998

Nota 2.1

Data skaduta

(1.7.2004)

CENELEC

EN 60601-2-46:1998

Apparati elettromediċi — Parti 2-46: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' mwejjed għall-operazzjonijiet

(IEC 60601-2-46:1998)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-47:2001

Apparati elettromediċi — Parti 2-47: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà, inkluż l-operat essenzjali, tas-sistemi elettrokardjografiċi ambulatorji

(IEC 60601-2-47:2001)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-49:2001

Apparati elettromediċi — Parti 2-49: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' apparati b'aktar minn funzjoni waħda li jimmonitorjaw il-pazjenti

(IEC 60601-2-49:2001)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-50:2002

Apparati elettromediċi — Parti 2-50: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' l-apparati ta' tagħmir ta' fototerapjia infantili

(IEC 60601-2-50:2000)

XEJN

-

CENELEC

EN 60601-2-51:2003

Apparati elettromediċi — Parti 2-51: Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà, inkluż l-operat essenzjali, tar-reġistrazzjoni u analiżi ta' elettrokardjografi b'kanal wieħed jew aktar

(IEC 60601-2-51:2003)

XEJN

-

CENELEC

EN 60627:2001

Apparati dijanjostiċi li jieħdu immaġini bir-raġġi X — Karatteristiċi ta' grilji kontra d-diffużjoni għal użu ġenerali u għal mammografija

(IEC 60627:2001)

XEJN

-

CENELEC

EN 60645-1:2001

Elettroakustika — Apparati awdjoloiċi — Parti 1: Awdjometri ta' tonalità pura

(IEC 60645-1:2001)

EN 60645-1:1994

Nota 2.1

Data skaduta

(1.10.2004)

CENELEC

EN 60645-2:1997

Awdjometri — Parti 2: Apparati għal awdjometrija vokali

(IEC 60645-2:1993)

XEJN

-

CENELEC

EN 60645-3:1995

Awdjometri — Parti 3: Sinjali qosra għal testijiet ta' sensibilità ta' smigħ għal finijiet awdjometriċi u newro-otologiċi

(IEC 60645-3:1994)

XEJN

-

CENELEC

EN 60645-4:1995

Awdjometri — Parti 4: Apparati għall-analiżi awdjometrika ta' frekwenza għolja

(IEC 60645-4:1994)

XEJN

-

CENELEC

EN 61217:1996

Apparat radjoterapewtiku — Koordinati, movimenti u skali

(IEC 61217:1996)

XEJN

-

Emenda A1:2001 għall-EN 61217:1996

(IEC 61217:1996/A1:2000)

Nota 3

Data skaduta

(1.12.2003)

CENELEC

EN 61676:2002

Apparati elettromediċi — Strumenti dożimetriċi użati għall-kejl b'mod indirett tal-vultaġġ tat-tubu tar-raġġi X fir-radjoloġija dijanostika

(IEC 61676:2002)

XEJN

-

CENELEC

EN 62083:2001

Apparati elettromediċi — Rekwiżiti partikolari għas-sigurtà ta' sistemi ta' pjanifikazzjoni tal-kura radjoterapewtika

(IEC 62083:2000)

XEJN

-

CENELEC

EN 62220-1:2004

Tagħmir elettriku mediku — Karatteristiċi ta' apparat diġitali viżiv ta' raġġi X — Parti 1: Determinazzjoni tal-effiċjenza ta' detective quantum

(IEC 62220-1:2003)

XEJN

-

Nota 1:

B'mod ġenerali d-data tal-waqfien tal-preżunzjoni ta' konformità għandha tkun id-data ta' l-irtirar (“dow”) iffissata mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni, iżda tajjeb li tissejjaħ l-attenzjoni ta' min juża dawn l-istandards għall-fatt li f'ċerti każi eċċezzjonali jista' jsir mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew modifikat) għandu l-istess skop ta' l-istandard sostitwit. Fid-data msemmija l-istandard sostitwit ma jibqax jagħti l-preżunzjoni ta' konformità mar-rikwiżiti essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu skop idjaq mill-istandard sostitwit. Fid-data msemmija l-istandard (parzjalment) sostitwit ma jibqax jagħti l-preżunzjoni ta' konformità mar-rikwiżiti essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fl-ambitu ta' l-iskop ta' l-istandard il-ġdid. Il-preżunzjoni ta' konformità mar-rikwiżiti essenzjali tad-direttiva għal prodotti li jibqgħu jaqgħu fl-ambitu ta' l-iskop ta' l-istandard (parzjalment) sostitwit, iżda li ma jaqgħux fl-ambitu ta' l-iskop ta' l-istandard il-ġdid, m'hix affettwata.

Nota 3:

F'każi ta' emendi, l-istandard li ssir referenza għalih hu EN CCCCC:YYYY, inklużi l-emendi preċedenti, jekk ikun hemm, u l-emenda ġdida ċċitata. L-istandard sostitwit (kolonna 3) għalhekk jikkonsisti f'EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk ikun hemm, iżda mingħajr l-emenda ġdida ċċitata. Fid-data msemmija l-istandard sostitwit ma jibqax jagħti l-preżunzjoni ta' konformità mar-rikwiżiti essenzjali tad-direttiva

Eżempju: Għal EN 60601-1:1990, japplika dan li ġej:

CENELEC

EN 60601-1:1990

Tagħmir elettriku mediku

Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta' sigurtà

(IEC 60601-1:1988)

[L-istandard li hemm referenza għalih hu EN 60601-1:1990]

XEJN

[M'hemm ebda standard sostitwit]

-

Emenda A1:1993 għal EN 60601-1:1990

(IEC 60601-1:1988/A1:1991)

[L-istandard li hemm referenza għalih hu EN 60601-1:1990

+A1:1993 għal EN 60601-1:1990]

Nota 3

[L-istandard sostitwit hu EN 60601-1:1990]

-

Emenda A2:1995 għal EN 60601-1:1990

(IEC 60601-1:1988/A2:1995)

L-istandard li hemm referenza għalih hu EN 60601-1:1990

+A1:1993 għal EN 60601-1:1990

+A2:1995 għal EN60601-1:1990]

Nota 3

[L-istandard sostitwit hu EN 60601-1:1990

+ A1:1993]

-

Emenda A13:1996 għal EN 60601-1:1990

[L-istandard li hemm referenza għalih hu EN 60601-1:1990

+ A1:1993 għal EN 60601-1:1990

+ A2:1995 għal EN 60601-1:1990

+ A13:1996 għal EN 60601-1:1990]

Nota 3

[L-istandard sostitwit hu EN 60601-1:1990

+ A1:1993

+ A2:1995]

Data skaduta

(1.7.1996)


(1)  CEN: rue de Stassart/De Stassartstraat 36, B — 1050 Brussels, tel: (32-2) 550 08 11, fax: (32-2) 550 08 19 (http://www.cenorm.be)

CENELEC: rue de Stassart/De Stassartstraat 35, B — 1050 Brussels, tel: (32-2) 519 68 71, fax: (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.org)

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, tel: (33) 492 94 42 12, fax: (33) 493 65 47 16 (http://www.etsi.org)


22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/36


Reviżjoni minn Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku għas-servizzi bl-ajru regolari bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Marsilja, Nizza u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 314/10)

1.

Ġew imposti obbligi ta' servizz pubbliku skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, għas-servizzi regolari ta' l-ajru li joperaw:

bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Marsilja u Nizza, min-naħa l-oħra, li ġew ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 149 tal-21 ta' Ġunju 2005, p.7;

bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra, li ġew ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 149 tal-21 ta' Ġunju 2005, p.12.

Dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku jipprevedu li f'każ ta' żieda anomala, imprevedibbli u indipendenti mir-rieda tat-trasportaturi ta' l-ispejjeż li jolqtu fl-operar tar-rotot bl-ajru, it-tariffi massimi stabbiliti fil-punt 2.2 taghħom jistgħu jiżdiedu proporzjonalment għaż-żieda osservata.

2.

F'applikazzjoni ta' din il-klawsola, l-obbligi ta' servizz pubbliku għandhom ikunu modifikati mill-1 ta' Diċembru 2007 b'dan il-mod:

 

Għar-rotot bejn Marsilja u Nizza u Korsika, it-tariffi massimi msemmija fil-punt 2.2 ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq jiżdiedu bi:

EUR 4 għal kull titjira bla ritorn għat-tariffa normali,

EUR 3 għal kull titjira bir-ritorn għat-tariffa li tikkonċerna, b'kundizzjonijiet, ir-residenti ta' Korsika,

EUR 2 għal kull vjaġġ għat-tariffa li tikkonċerna l-kategoriji ta' passiġġieri msemmija hawn fuq fl-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq (żgħażagħ, anzjani, studenti, familji, persuni b'diżabilità).

 

Għar-rotot bejn Pariġi (Orly) u Korsika, it-tariffi massimi msemmija fil-punt 2.2 ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq jiżdiedu bi:

EUR 5 għal kull titjira bla ritorn għat-tariffa normali,

EUR 5 għal kull titjira bir-ritorn għat-tariffa li tikkonċerna, b'kundizzjonijiet, ir-residenti ta' Korsika,

EUR 3 għal kull vjaġġ għat-tariffa li tikkonċerna l-kategoriji ta' passiġġieri msemmija hawn fuq fl-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq (żgħażagħ, anzjani, studenti, familji, persuni b'diżabilità).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/37


GR-Elliniko: operation of scheduled air services

Stedina għall-offerti għal kuntratti għat-tħaddim ta' tliet rotot ta' l-ajru skedati suġġetti għall-obbligi ta' servizz pubbliku, maħruġa mir-Repubblika Ellenika skond l-Artikolu (4)(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92

(2007/C 314/11)

1.   Daħla: Skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23.7.1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, il-Gvern Grieg impona obbligi ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' titjiriet skedati fuq ir-rotot li ġejjin:

Rodi – Kastelorizo,

Ateni – Skiros,

Tessaloniki – Skiros.

Ir-rekwiżiti ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku ġew ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 311 ta' 21.12.2007.

Jekk, sal-31 ta’ Marzu 2008, l-ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun iddikjara lill-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili li huwa beħsiebu jħaddem titjiriet skedati fuq xi waħda jew aktar mir-rotot hawn fuq imsemmija mill-1 ta’ Mejju 2008 skond ir-rekwiżiti ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku għar-rotta jew ir-rotot konċernati u mingħajr kumpens finanzjarju, il-Greċja ddeċidiet li, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4(1)(d) ta' l-imsemmi Regolament, hija tibda l-proċedura sabiex tillimita l-aċċess għal waħda jew aktar mir-rotot hawn fuq imsemmija (kif iddikjarat fl-artikolu li jmiss) għal trasportatur ta' l-ajru wieħed għal tliet snin u biex toffri d-dritt ta' tħaddim tar-rotot konċernati mill-1 ta’ Mejju 2008 b'sejħa pubblika għall-offerti.

2.   Oġġett tas-sejħa għall-offerti: Id-dritt esklussiv għat-tħaddim ta' servizzi ta' l-ajru skedati fuq ir-rotot li ġejjin suġġett għall-obbligi ta' servizz pubbliku għal tliet snin mill-1 ta’ Mejju 2008. Ir-rotot skedati huma dawn

Rodi — Kastelorizo,

Ateni — Skiros,

Tessaloniki — Skiros.

Is-servizzi fuq dawn ir-rotot għandhom jitħaddmu skond ir-rekwiżiti ta' l-obbligi relattivi ta' servizz pubbliku, li ġew ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 311, 21.12.2007.

Jistgħu jiġu sottomessi offerti għal waħda jew aktar mir-rotot fuq imsemmija. Madankollu, l-offerti kollha għandhom jiġu sottomessi separatament għal kull rotta.

Minħabba n-natura speċjali tar-rotot ta' l-ajru kkonċernati, it-trasportaturi ta' l-ajru jridu jkunu kapaċi juru li l-ekwipaġġ tal-kabina li jservi passiġġieri fuq ir-rotot ta' hawn fuq jitkellem u jifhem il-Grieg.

3.   Parteċipazzjoni fil-proċedura ta' l-offerti: It-trasportaturi kollha ta' l-ajru li għandhom liċenzja valida biex joperaw maħruġa minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 dwar liċenzjar ta' air carriers (trasportaturi ta' l-ajru) jistgħu jieħdu sehem fil-proċedura ta' l-offerti.

Trasportaturi ta' l-ajru koperti bir-restrizzjonijiet jew raġunijiet għall-ineliġibilità stipulati fil-Liġi Nru 3310/2005 (Gazzetta tal-Gvern tal-Greċja I 30 ta' l-14 ta’ Frar 2005) “Miżuri sabiex tkun assigurata t-trasparenza u jiġu evitati infrazzjonijiet waqt il-proċedura għall-iffirmar ta' kuntratti pubbliċi”, kif emendata bil-Liġi Nru 3414/2005 (Gazzetta tal-Gvern tal-Greċja I 279 ta' l-10 ta’ Novembru 2005), huma esklużi milli jieħdu sehem fil-proċedura ta' l-offerti.

4.   Proċedura ta' l-offerti: Din il-proċedura ta' l-offerti hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(d) sa (i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nr 2408/92 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji.

F'emerġenza, jekk ikun deċiż li tiġi repetuta l-proċedura ta' l-offerti (minħabba l-eżitu mingħajr suċċess tal-proċedura inizjali), il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni jista' jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-ħtiġijiet essenzjali tat-trasport ta' l-ajru ta' reġjun remot partikolari jkunu koperti, bil-kundizzjoni li tali miżuri jkunu konformi mal-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni, proporzjonalità u trasparenza u ma jdumux aktar minn sitt xhur.

Barra dan, jekk tinxteħet biss offerta waħda, u jekk dik l-offerta tkun ikkunsidrata finanzjarjament inaċċettabbli, tista' tiġi segwita l-proċedura tan-negozjati.

L-offerenti se jkunu marbuta bl-offerti li xeħtu sakemm jingħataw il-kuntratti.

5.   Dossier dwar is-sejħa għall-offerti: Id-dossier sħiħ dwar is-sejħa għall-offerti, li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet, id-dokumenti ta' sostenn meħtieġa għal parteċipazzjoni u tagħrif ieħor huwa disponibbli mingħajr ħlas mill-Awtorità Ellenika ta' l-Avjazzjoni Ċivili, Direttorat għall-Operazzjonijiet ta' l-Ajru, Sezzjoni II, Vas. Georgiou 1, 166 04 Elliniko, Tel. (30 210) 891 61 49 jew 891 61 21, Feks (30 210) 894 71 01.

6.   Kumpens finanzjarju: L-offerti jridu jindikaw ċar il-ħlas meħtieġ kull tliet xhur sabiex titħaddem kull rotta għal tliet snin mid-data proposta għall-bidu ta' l-operazzjonijiet (b'analiżi annwali tal-kontijiet kif indikat fl-ispeċifikazzjonijiet). Il-kumpens finanzjarju għandu jitħallas kull tliet xhur, 30 jum wara d-data tal-fattura korrispondenti maħruġa mit-trasportatur ta' l-ajru permezz ta' trasferiment fil-kont li t-trasportatur ta' l-ajru għandu jkollu f'bank rikonoxxut fil-Greċja. L-ammont eżatt tal-kumpens għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tat-titjiriet li fil-fatt saru, ċertifikat mill-korpi rilevanti ta' l-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili li jiddikjara li t-termini tal-kuntratt ġew osservati sewwa, u l-ammont ta' kumpens dovut pro rata.

7.   Kriterju ta' l-għażla: Il-kriterju sabiex issir għażla minn fost it-trasportaturi ta' l-ajru meqjusa li huma f'pożizzjoni li jipprovdu mingħajr xkiel is-servizzi għal kull rotta koperta bis-sejħa għall-offerti u skond ir-rekwiżiti indikati għandu jkun l-anqas figura għall-kumpens finanzjarju totali mfittex fir-rigward tar-rotta kkonċernata.

8.   Tul, emenda u tmiem tal-kuntratt: Il-kuntratt għandu jgħodd mill-1 ta’ Mejju 2008 u jiskadi fit-30 ta’ April 2011.

Kwalunkwe emenda għall-kuntratt trid tikkonforma ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 311, 21.12.2007. L-emendi għall-kuntratt għandhom isiru bil-miktub.

Jekk ikun hemm xi bidla mhix prevista fil-kundizzjonijiet operattivi, l-ammont tal-kumpens jista' jiġi rivedut.

Kull parti kontraenti tista' ttemm il-kuntratt billi tagħti avviż bil-quddiem ta' 6 xhur. Jekk ikun hemm raġunijiet partikolarment serji jew jekk it-trasportatur ta' l-ajru jkun naqas li jikkonforma sewwa mat-termini kuntrattwali marbuta ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku, l-awtorità aġġudikanti tista' ttemm il-kuntratt mingħajr ma tagħti avviz bil-quddiem. Il-kuntratt għandu wkoll jitqies li ntemm awtomatikament jekk il-liċenzja operattiva tal-kuntrattur jew iċ-ċertifikat ta' l-operatur ta' l-ajru (AOC) jiġu sospiżi jew revokati.

9.   Penali għan-nuqqas ta' osservanza tat-termini tal-kuntratt: It-trasportatur ta' l-ajru għandu jkun responsabbli sabiex jikkonforma sewwa mat-termini tal-kuntratt.

L-ammont ta' titjiriet imħassra għal raġunijiet li għalihom ikun responsabbli t-trasportatur ta' l-ajru ma jistax jaqbeż 2 % ta' l-ammont totali ta' titjiriet fis-sena. F'każijiet bħal dawn, l-ammont tal-kumpens finanzjarju għandu jitnaqqas pro rata.

F'każ li ma jitwettqux parti jew l-obbligi kollha tal-kuntrattur skond il-kuntratt għal raġunijiet li ma jirrappreżentawx forza maġġuri (għajr il-każ fejn l-ammont ta' titjiriet imħassra ma jaqbiżx 2 % ta' l-ammont totali ta' titjiriet fis-sena, imsemmi fil-paragrafu preċedenti), l-awtorità aġġudikanti jkollha d-dritt li timponi t-tnaqqis li ġej fil-kumpens finanzjarju u penali addizzjonali:

meta l-ammont ta' titjiriet ikkanċellati fuq rotta partikolari jaqbeż 2 % ta' l-ammont totali ta' titjiriet skedati fis-sena, il-kumpens finanzjarju pagabbli fir-rigward ta' dik ir-rotta (għat-titjiriet li fil-fatt saru matul it-tliet xhur) ikompli jitnaqqas b'ammont ugwali għal dak li kien japplika kieku t-titjiriet saru b'mod normali;

meta n-nuqqas ikun jikkonċerna l-ammont ta' siġġijiet fil-ġimgħa attwalment offruti matul it-tliet xhur, il-kumpens finanzjarju jitnaqqas bi proporzjon ma' l-għadd ta' siġġijiet mhux offruti;

meta n-nuqqas ikun jirrigwarda n-nollijiet mitluba, il-kumpens finanzjarju jitnaqqas b'mod proporzjonali mad-differenza bejn il-prezzijiet imposti u l-prezzijiet meħtieġa;

f'każ ta' kwalunkwe nuqqas ieħor li jiġu onorati t-termini tal-kuntratt, tiġi imposta l-multa pprovduta fir-regolamenti ta' l-ajruport;

meta l-kuntrattur iwettaq l-istess żball għat-tielet darba fl-istess kwart fuq l-istess rotta, minbarra l-penali msemmija hawn fuq, id-dekadenza sħiħa jew parzjali ta' l-ittra ta' garanzija tat-twettiq xieraq tat-termini tal-kuntratt relattivi għal dik ir-rotta tista' tintalab bħala klawsola ta' dekadenza, wara avviż bil-miktub mill-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili lill-kuntrattur u sakemm il-kuntrattur ma jippreżentax provi biżżejjed li m'għandux ħtija. Fid-deċiżjoni dwar jekk jiġux imposti l-penali maħsuba f'dan il-punt, tiġi kkunsidrata s-serjetà ta' kull nuqqas li ġie aċċertat, u jkun applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità.

L-awtorità aġġudikanti tista' titlob ukoll kumpens għad-dannu kkawżat.

10.   Tfigħ ta' l-offerti: Iridu jintbagħtu ħames kopji ta' l-offerta permezz ta' posta reġistrata b'kunsinna rreġistrata jew jitwasslu bl-idejn u tingħata rċevuta f'dan l-indirizz:

Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni, Direttorat Ġenerali għat-Trasport ta' l-Ajru, Direttorat għall-Operazzjonijiet ta' l-Ajru, Sezzjoni II, Vasileos Georgiou 1, -16604 Elliniko.

Il-ħin u d-data ta' l-għeluq għat-tfigħ ta' l-offerti għandu jkun nofsinhar tat-32 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din is-sejħa għall-offerti fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-offerti mibgħuta bil-posta jridu jaslu sal-ħin u d-data indikata fuq, kif muri mill-prova tal-kunsinna.

11.   Validità tas-sejħa għall-offerti: Din is-sejħa għall-offerti għandha tkun valida bil-kundizzjoni li, sal-31 ta’ Marzu 2008, l-ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ma jkun iddikjara (billi jissottometti pjan tat-titjiriet lill-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili) l-intenzjoni tiegħu li jopera titjiriet skedati fuq waħda jew aktar mir-rotot hawn fuq imsemmija mill-1 ta’ Mejju 2008, skond l-obbligi imposti ta' servizz pubbliku u mingħajr ma jirċievi kumpens finanzjarju.

Fi kwalunkwe każ, is-sejħa għall-offerti għandha tkompli tapplika fir-rigward ta' dawk ir-rotot li għalihom l-ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun iddikjara interess bħal ta' hawn fuq sal-31 ta’ Marzu 2008 bit-termini indikati fuq.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/40


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4959 — Goldman Sachs/MatlinPatterson/Bankenservice Kassel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 314/12)

1.

Fit-13 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Goldman Sachs Group Inc. (“GS”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) u MatlinPatterson LLC(“MP”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Bankenservice Kassel GmbH (“Bankenservice”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża GS: Bank ta' l-investiment, sigurtajiet u impriża ta' ġestjoni ta' l-investiment;

għall-impriża MP: il-fond ta' investiment li jinvesti globalment f'kumpaniji f'diffikultajiet finanzjarji,

għall-impriża Bankenservice: ġestjoni ta' transazzjonijiet permezz ta' vouchers ta' pagamenti mingħajr flus kontanti fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks ( (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4959 — Goldman Sachs/MatlinPatterson/Bankenservice Kassel, f'dan l-indirizz:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/41


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4986 — EQT V/Securitas Direct)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 314/13)

1.

Fis-17 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża EQT V Ltd (“EQT”, iċ-Channel Islands) li tifforma parti mill-grupp EQT takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll totali ta' l-impriża Securitas Direct AB (“Securitas Direct”, l-Iżvezja) permezz ta' sejħa għall-offerti mħabbra fit-23 ta' Novembru 2007.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal EQT: fond ta' ekwità privata, investiment fit-Tramuntana ta' l-Ewropa,

għal Securitas Direct: L-għoti ta' servizzi tas-sigurtà li jinkludu installazzjoni ta' allarm b'monitoraġġ u rispons mill-bogħod fl-Iżvezja, il-Finlandja, in-Norveġja, id-Danimarka, il-Belġju, Franza, l-Olanda, Spanja u l-Portugal.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-fax ((32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4986 — EQT V/Securitas Direct, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Kunsill

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/42


Nota għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/871/ PESK ta' l-20 ta' Dieċmbru 2007)

(2007/C 314/14)

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/871/PESK ta' l-20 ta' Diċembru 2007.

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fuq il-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi kollha, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn appartenenti għall-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif elenkat fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi skond l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata ta' awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (sakemm id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom), f'dan l-indirizz:

Council of the European Union

(Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi 175

B-1048 Brussels.

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi u miżmuma fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, lill-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista skond l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati mhux iżjed tard minn xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li tiġi kkontestata d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 230(4) u (5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


Kummissjoni

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/44


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal kanċellazzjoni skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 314/15)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

Ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL KANĊELLAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 12(2), U L-ARTIKOLU 17(2)

“ARROZ DEL DELTA DEL EBRO”

Nru tal-KE: ES/PGI/005/0336/03.03.2004

Image

IĠP

Image

DPO

1.   L-isem irreġistrat li qed tintalab il-kanċellazzjoni tiegħu:

“Arroz del Delta del Ebro” (1)

2.   L-Istat Membru jew Pajjiż terz:

Spanja

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6 — Ċereali

4.   Il-Persuna jew Entità li qed tapplika:

Isem:

Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida «Arroz del Delta del Ebro»

Indirizz:

C/Prim 92

E-43870 Amposta (Tarragona)

Tel:

(34) 977 70 10 20

Faks:

(34) 977 70 01 90

Posta elettronika:

info@arrosaires.com

In-natura ta' l-interess eliġibbli għall-applikazzjoni:

 

L-applikazzjoni għal kanċellazzjoni twettqet mill-istess grupp li ppreżenta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u qed issir fl-istess ħin li jitolbu r-reġistrazzjoni tad-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini “Arroz del Delta del Ebro” jew “Arrós del Delta de l'Ebre”.

5.   Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni:

Inizjalment, il-prodott kien ikklassifikat fil-Komunità Awtonoma ta' l-oriġini (Cataluña) bħala d-Denominazzjoni ta' Kwalità “Arroz del Delta del Ebro” fl-1985, u kienet approvata fuq livell nazzjonali bħala Denominazzjoni Speċifika. Għalhekk, minħabba li xtaq li jkun protett fuq livell internazzjonali fil-Komunità Ewropea, u sabiex ikun konformi ma' l-iskadenzi li kienu applikabbli dak iż-żmien għall-applikazzjonijiet fuq livell Komunitarju, il-grupp applika lill-Kummissjoni fl-1993 biex dan il-prodott ikun reġistrat bħala “Arroz del Delata del Ebro” Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

Konsegwentement, l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Arroz del Delta del Ebro” ġiet irreġistrata fir-reġistru Komunitarju tad-DPO u l-IĠP fl-21 ta' Ġunju 1996 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L-applikant jikkunsidra li l-“Arroz del Delta del Ebro” għandu karatteristiċi distintivi li jistgħu jkunu attribwiti esklussivament għaż-żona ġeografika definita jew għall-ambjent ġeografiku u l-fatturi naturali u umani tiegħu, li l-produzzjoni u l-ipproċessar jitwettqu kollha fiż-żona ġeografika definita, u li ntlaħqu r-rekwiżiti fir-Regolament (KE) Nru 510/2006 għar-reġistrazzjoni bħala Denominazzjoni Ġeografika Protetta.

Għal dawn ir-raġunijiet, f'konformità ma' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jitlob il-kanċellazzjoni ta' “Arroz del Delta del Ebro” mir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' l-Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti, u fl-istess ħin ir-reġistrazzjoni fl-istess reġistru ta' “Arroz del Delta del Ebro o Arrós del Delta de l'Ebre” bħala Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini.


(1)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.


22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/46


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 314/16)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ARROZ DEL DELTA DEL EBRO” JEW “ARRÒS DEL DELTA DE L'EBRE”

Nru tal-KE: ES/PDO/005/0336/11.03.2004

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni għal skop informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Subdirección General de Sistemas de Calidad Diferenciada. Dirección General de Alimentación. Secretaría General de Agricultura, Pesca y Alimentación del Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación

Indirizz:

Paseo Infanta Isabel, 1

E-28071 Madrid

Tel:

(34) 913 47 53 94

Faks:

(34) 913 47 54 10

Posta elettronika:

sgcaproagro@mapya.es

2.   Grupp:

Isem:

Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida «Arroz del Delta del Ebro»

Indirizz:

C/Prim 92 de Amposta

E-43870 Amposta (Tarragona)

Tel:

(34) 977 70 10 20 — 977 48 77 77

Faks:

(34) 977 70 01 90 — 977 48 77 78

Posta elettronika:

info@arrossaires.com

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Kategorija: 1.6. Ċereali

4.   Speċifikazzjoni:

[sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

4.1.   Isem il-prodott: “Arroz del Delta del Ebro” jew “Arròs del Delta de l'Ebre”

4.2.   Deskrizzjoni: Ross abjad, tal-kategorija kummerċjali “Extra”, mill-varjetajiet “Bahía”, “Tebre”, “Sénia”, “Fonsa”, “Bomba” u “Montsianell” ta' l-ispeċi Oryza sativaL.

Il-varjetajiet l-iktar mkabbrin huma l-“Bahía”, is-“Sénia” u t-“Tebre” li għandhom karatteristiċi simili ħafna.

Il-karatteristiċi speċifiċi taż-żerriegħa tal-varjetà ewlenija tar-ross (Bahía) huma dawn li ġejjin:

Karatteristiċi basiċi tal-varjetajiet differenti:

Dawn il-varjetajiet kollha huma ddistingwati skond il-karatteristiċi uniformi tas-sajran u l-omoġeneità tar-rossa, u huma ideali għall-kċina tar-reġjun, minħabba li dan ir-ross jassorbi t-togħma iktar mit-tipi l-oħra ta' ross bħal dak tawwali.

Dawn il-varjetajiet għandhom konċentrazzjoni għolja ta' lamtu fil-qalba tar-rossa, magħrufa bħala l-“perlado”, li xogħlu huwa li jassorbi t-togħma ta' l-ingredjenti l-oħra li jkunu mar-ross, kif ukoll li jagħti l-kulur lir-ross.

Il-varjetajiet kollha li jkunu protetti md-DPO Arroz del Delta del Ebro, fil-mument tar-rilaxx, għandhom juru l-karatteristiċi kollha tal-kategorija 'Extra' u r-rossiet għandhom ikunu: B'saħħithom: bla fungu, moffa, insetti jew parassiti; Indaf; Ħielsa minn kull riħa u/jew togħma barranija; Nexfin: l-umdità m'għandhiex taqbeż il-15 %; u mingħajr fdalijiet ta' l-epidermi tal-perikarpju.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona tal-produzzjoni u l-ipproċessar ta' dak li se jkun magħruf bħala l-Arroz del Delta del Ebro DPO tikkonsisti fid-Delta ta' l-Ebro, li tifforma parti mid-Distretti Baix Ebre u Montsià, fil-provinċja ta' Tarragona.

Iż-żona ta' produzzjoni hija magħmula minn art xierqa għat-tkabbir tar-ross fil-muniċipji Deltebre u Sant Jaume d'Enveja kif ukoll fid-Delta ta' l-Ebro, fil-muniċipji Aldea, Amposta, Ampolla, Camarles u Sant Carles de la Ràpita.

Iż-żona tat-tħin u tat-tnaddif tar-ross tikkonsisti fil-muniċipji taż-żona ta' produzzjoni sal-carretera nacional 340 (triq prinċipali nazzjonali), ħlief f'Amposta, fejn iż-żona tintemm fl-awtostrada A7. Ir-ross għandu joriġina minn raba' fiż-żona ta' produzzjoni li huma mniżżlin fir-reġistru tar-raba' tal-Bord Regolatorju, u għandu jkun ta' varjetà awtorizzata.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Ir-ross għandu joriġina minn stabbilimenti mniżżlin fir-reġistru ta' l-istabbilimenti tal-Bord Regolatorju, li jinsabu fiż-żona ta' produzzjoni, u għandu jkun ta' waħda mill-varjetajiet awtorizzati. Ir-ross huwa evalwat permezz ta' waħda mill-proċeduri stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni, u jiġi maħżun u ppakkjat f'intrapriżi mniżżlin fir-reġistri ta' l-intrapriżi ta' l-ippakkjar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-Bord Regolatorju. Ir-ross miksub li jgħaddi mit-testijiet kollha matul il-proċess tal-produzzjoni u ta' l-ippakkjar, kif ukoll mill-analiżi fiżika, kimika u sensorjali, jitqiegħed fis-suq bid-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini u bit-tikketta ta' quddiem u ta' wara, jew fejn meħtieġ, is-siġill innumerat ta' kwalità mogħti mill-Kunsill Regolatorju.

4.5.   Metodu tal-produzzjoni:: Il-proċess ta' produzzjoni jinvolvi l-istadji li ġejjin: Iż-żrigħ; L-inbit; Iż-żarġin; It-tkabbir taz-zokk; Il-formazzjoni ta' l-ispiga, in-nwar u s-sajran tar-rossa.

L-inbit jitwettaq bejn nofs April u l-bidu ta' Mejju, bl-użu ta' 35-38 kg/jornal (160-175 kg/ettaru) jekk mhux mitħun u 45-50 kg/jornal (205-228 kg/ettaru) jekk mitħun u skond il-varjetà, u jħalli r-raba' imfawra b'5 sa 10 ċm ta' ilma.

Wara 15-20 ġurnata, iż-żrieragħ ifellsu u tibda tikber il-pjanta kif ukoll il-ħaxix ħażin, l-alga u r-ross selvaġġ. F'dan il-punt, il-wiċċ hu ttrattat b'erbiċidi speċifiċi biex jeħilsu mill-pjanti żejda li jikkompetu mar-ross. Fejn il-kondizzjonijiet huma favorevoli għar-ross selvaġġ, l-art hija ttrattata qabel iż-żrigħ biex jitneħħa t-tajn.

Minbarra saff għall-fertilizzazzjoni bħala bażi qabel iż-żrigħ, faxx fuq wiċċ ir-raba' huwa applikat f'Ġunju biex jipprovdi iktar nitroġenu.

Iż-żarġin isir bejn nofs Ġunju u nofs Lulju, meta l-ilma jiżdied sa livell ta' 15-20 ċm u jinbidel kontinwament.

Fil-bidu ta' Settembru, il-livell ta' l-ilma jonqos u jibda l-ħsad, li f'ċerti każijiet jibqa' sejjer sa l-ewwel għaxart ijiem ta' Ottubru. Il-ħsad jibda meta l-Bord Regolatorju jiddikjara li r-ross huwa misjur biżżejjed. Il-mument ideali għall-ħsad huwa meta l-kontenut ta' ndewwa fir-rossa huwa ta' bejn 18 u 21 %.

Meta r-ross jasal fl-impjant ta' l-ipproċessar, qabel ma jkun maħżun taħt l-art, jitnixxef f'magni speċjali sa ndewwa massima ta' 14-15 %.

Matul iż-żmien li jkun maħżun taħt l-art qabel l-ipproċessar, ir-ross għandu jinżamm fl-aħjar kondizzjonijiet permezz ta' arja kiesħa preferibbilment ta' 5 °C, li tiġi ppompjata fl-imħażen f'intervalli (unitajiet tat-tkessiħ), jew tat-temperatura ta' l-ambjent.

Meta jkun lest għall-ipproċessar, ir-ross jitneħħa mill-imħażen taħt l-art, l-impuritajiet jitneħħew u ssir t-tneħħija tal-qoxra permezz ta' ħaġar tal-mola jew rombli tal-lastku. Wara, ir-ross jgħaddi minn imwejjed densimetriċi fejn jiġu separati r-rossiet bil-qoxra u dawk b'parti minnha, u dawn ta' l-aħħar jintbagħtu għal darb'oħra biex titneħħa l-qoxra.

Wara li titneħħa l-qoxra, ir-rossiet sħaħ jissejħu ross imnaddaf jew ross “cargo”, xi drabi magħruf bħala ross integrali. Wara li titneħħa r-ras jew il-perikarpju, ir-ross huwa mitħun permezz ta' ġebel li jobrox biex jipproduċi ross abjad.

Wara dan, ir-rossiet sħaħ u dawk imfarrka (ta' daqs medju), iż-żerriegħa, il-frak taż-żerriegħa u prodotti oħra ġejjin mir-rossiet jiġu separati biex jipproduċu l-prodott mitħun finali.

L-aħħar proċess huwa t-tneħħija ta' rossiet diffettużi (ħodor jew ħomor) permezz ta' klassifikazzjoni tal-kuluri. Għażla finali għad tista' ssir f'dan l-istadju, jiġifieri qabel l-ippakkjar, permezz ta' l-injezzjoni ta' l-arja bl-użu ta' sistema ta' tregħid.

Il-proċess ta' l-ippakkjar isir awtomatikament u r-ross huwa ppakkjat f'diversi tipi ta' ppakkjar li huma kollha approvati mid-DPO. Kull pakkett fih varjetà waħda tar-ross tal-kwalità “Extra”. Biex ikun żgurat li jkun evidenti l-oriġini tal-prodott, il-pakkett ikollu jkun konformi mal-kontrolli u l-istandards imniżżla fl-Ispeċifikazzjoni.

4.6.   Rabta:

Ir-rabta storika:

Ir-ross joriġina mill-Ażja tax-Xlokk, speċifikament miċ-Ċina antika, u minn hemm infirex iktar minn tlett elef snin ilu għal-kumplament ta' l-Ażja u l-Lvant Nofsani. Wara dan, il-produzzjoni tiegħu kompliet sal-Mediterran, fi Spanja fis-seklu VIII fil-perjodu Musulman. Fil-fatt, l-isem modern bl-Ispanjol “arroz” jiġi mill-kelma Għarbija “al-ruzz”.

It-tkabbir tar-ross fiż-żona tad-Delta ta' l-Ebro hija waħda tradizzjonali, marbuta ħafna mal-formazzjoni u l-iżvilupp fiżiku u ġeografiku tad-Delta ta' l-Ebro. Il-karatteristiċi partikulari tad-Delta ta' l-Ebro għenu fl-identifikazzjoni u fil-firxa tar-ross miż-żona mal-konsumaturi, li malajr jorbtuh ma' l-oriġini tiegħu.

Hemm ħafna referenzi miktuba li juru xhieda tar-rabta bejn il-produzzjoni tradizzjonali tar-ross u ż-żona tad-Delta ta' l-Ebro. Fost dawn, ir-referenza ewlenija tinsab f'il-ktieb “Geografía de Catalunya” (Il-Ġeografija tal-Katalonja) ta' Lluís Solé u Sabaris (1958), fejn jgħid “hemm evidenza ta' sforz għat-tkabbir tar-ross fid-Delta ta' l-Ebro fis-Seklu XV, iżda il-produzzjoni tar-ross laħqet il-quċċata tagħha fis-Seklu XIX”. Fl-istess dokument jgħid ukoll li “[...] fid-Delta, li kienet tintuża għall-mergħa tal-bhejjem tar-raħħala nomadi, il-‘Canal de la Derecha’, li tħaffer f'Xerta fit-tieni nofs tas-Seklu XIX, ippermetta wied ta' l-ilma ħelu u l-introduzzjoni tat-tkabbir tar-ross li żdied kontinwament, bil-benefiċċju tat-tneħħija tal-melħ mill-art mielħa, u fl-istess ħin ġew prodotti wċuh tajbin”.

Waħda mill-ewwel referenzi saret fl-1697, meta l-irħieb Ċisterċensi tal-Monasteru Benifassar sperimentaw fit-tkabbir tar-ross fl-artijiet tagħhom fiż-żona ta' l-għargħar u l-għadajjar tal-pit ta' Carrova. Minkejja li r-riżultati kienu pożittivi, il-produzzjoni ma setgħetx tkompli minħabba li mingħajr sistema ta' irrigazzjoni, l-art ma setgħetx tkun mgħarrqa.

Madwar l-1857, il-Canal de la Derecha wasal sa Amposta, b'hekk kienet possibbli t-tkabbir tar-ross f'livelli sinifikanti.

Fis-sena 1872 beda l-proġett tal-Canal de la Izquierda, li ntemm fil-5 ta' Mejju 1912. Fl-1907, il-proprjetarji ta' l-art fil-parti ta' fuq tad-delta jew tad-“delta izquierdo” iffurmaw il-Comunidad de Regantes-Sindicato Agrícola del Ebro. B'hekk, iż-żewġ kanali wittew it-triq għat-trasformazzjoni ta' l-agrikoltura taż-żona u għal żieda enormi fl-art disponibbli għat-tkabbir tar-ross.

Ir-rabta naturali:

—   Il-pajsaġġ u l-ħamrija:

L-iżvilupp tat-trobbija tar-ross fid-delta ta' l-Ebro kien influwenzat kemm mill-karatteristiċi tal-klima u l-ħamrija kif ukoll mill-melħ fl-art u l-livell ta' l-ilma tal-pjan. L-art tad-Delta hija ċatta ħafna. 60 % tagħha hija inqas minn metru 'l fuq mill-livell tal-baħar (f'ċerti punti jistgħu jkunu iktar baxxi mil-livell tal-baħar); 30 % mill-art tinsab bejn metru u żewġ metri għoljin, u 10 % biss hija ogħla minn żewġ metri.

Il-ħamrija hija dik tan-naqal, iffurmata mis-sedimentazzjoni, u b'hekk ikollha tisfif enfasizzata. Dan joħloq diffikultà fl-ispeċifikazzjoni ta' ħamrija definita waħda għad-Delta kollha. Il-ħamrija ta' fuq għandha konsistenza tat-tajn tax-xmara u tista' tkun ta' għoli varjabbli. Hija tajba ħafna għall-produzzjoni agrikola u l-formazzjoni tagħha hija marbuta mal-mili tal-baċiri ta' l-irrigazzjoni. Iż-żoni għoljin għandhom ħamrija tal-qiegħ fina.

Fiż-żoni iktar baxxi wieħed jista' jinnota l-influwenza tal-baħar. Maltempati jħallu kwantitajiet enormi ta' ramel fuq id-depożitu ta' ħamrija mix-xmara. Kampjuni mit-tħaffir juru l-preżenza f'dawn iż-żoni ta' saffi rqaq ta' ħama bejn saffi ħafna eħxen ta' ramel ta' nisġa uniformi u medja u b'saturazzjoni ta' ilma ta' taħt l-art bi mluħa sinifikanti. F'żoni fejn l-ilma ma jitneħħiex sew jew żoni b'infiltrazzjoni laterali kontinwa, jakkumula materjal organiku u b'hekk jiffurmaw mases ta' pit. Fost dawn iż-żoni għoljin, baxxi u dawk bil-pit, il-kumplament taż-żoni li huma l-ikbar jikkonsistu f'taħlita ta' tafal, ħama u ramel f'ammonti li jvarjaw bejn iż-żona ħdejn ix-xmara u dik iktar qrib il-baħar.

—   Il-klima:

Id-Delta hija f'żona fejn il-klima hija determinata bis-sħiħ mill-Mediterran. Il-klima tista' tkun ikkunsidrata bħala klima marittima Mediterranja, jiġifieri sħuna u niexfa. Ix-xtiewi huma temperati u mhux kesħin iżżejjed. Ma tantx tagħmel xita, u l-irjieħ huma dominanti, niexfa u mill-Majjistral it-Tramuntana. Is-sjuf huma sħan b'temperaturi subtropikali, kondizzjonijiet atmosferiċi kalmi u żiffiet umdi min-Nofsinhar ix-Xlokk. Ix-xita hija ħafifa, u hija irregulari iżda bit-tendenza li tinżel l-iktar fl-istaġuni tat-tibdil tat-temp, ir-Rebbiegħa u l-Ħarifa. Matul is-sena kollha, l-umdità fl-atmosfera hija konsiderevoli.

—   Sistema Idrografika:

L-idrografija taż-żona hija x-Xmara Ebro. Il-fatt li l-irrigazzjoni kollha ta' l-ilma tiġi mill-Ebro jiżgura li l-produzzjoni f'din iż-żona għandha karatteristiċi uniformi li huma differenti minn dawk tar-ross li jikber f'żoni oħra. Il-kwalità ta' l-ilma użat fl-irrigazzjoni hija għolja, bl-għajnuna tal-fatt li l-popolazzjoni hija żgħira u għalhekk ma teżistix wisq industrija fuq ix-xtut tax-Xmara Ebro. Il-kanali u s-sistemi ta' irrigazzjoni huma mmexxija mill-“Comunidades de Regantes” u s-“Sindicatos de Riego” (Assoċjazzjonijiet tat-Tisqija).

Biex nikkonkludu fil-qosor, jista' jingħad li l-prodott huwa ta' kwalità uniformi, minkejja li hemm varjetà ewlenija, il-karatteristiċi tal-prodott finali tal-varjetajiet kollha, bl-eċċezzjoni tal-varjetà “bomba”, huma simili. Il-varjetà m'hijiex l-unika kawża tal-varjazzjoni fil-prodotti finali, iżda wkoll ż-żona ġeografika, l-ambjent, il-klima, l-ilma u l-proċess tas-sajran kollha għandhom influwenza qawwija, u dawn il-fatturi kollha ma tantx ivarjaw madwar iż-żona tat-tkabbir.

Il-karatteristiċi ta' l-ambjent naturali taż-żona jinfluwenzaw il-karatteristiżi tar-ross. Il-klima, il-ħamrija, l-imluħa u l-livell ta' l-ilma tal-pjan taż-żona jiżguraw li r-ross huwa l-uniku wiċċ li jikber fiż-żona definita. L-għelieqi tar-ross tad-Delta huma ideali għal dan il-wiċċ, b'waħda mill-ogħla rati ta' produzzjoni fid-dinja, li hu xieraq minħabba l-pożizzjoni tagħha fuq parallel tal-latitudni ta' 40 ° u fl-isoterm ta' 19 ° C.

Ir-ross minn din iż-żona huwa magħruf sew mal-konsumaturi għall-kulur abjad tal-perli, it-togħma u l-konsistenza tiegħu, kollha riżultat tal-karatteristiċi tal-varjetajiet użati u taż-żona tal-produzzjoni. Huwa wkoll magħruf għall-imġiba tiegħu fis-sajran b'rossiet li ma jeħlux (adeżjoni tar-rossiet ta' 7,3) u li jassorbu ħafna ilma (1,93 grammi ta' ilma għal kull rossa), bl-iżgurar ta' assorbiment qawwi tal-ħwawar fid-diversi riċetti li fihom huwa użat dan ir-ross.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Calitax

Indirizz:

Tuset, 10

E-08006 Barcelona

Tel:

(34) 932 17 27 03

Faks:

(34) 932 18 51 95

Posta elettronika:

Skond komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-organu ta' spezzjoni huwa konformi ma' l-istandard EN-45011.

4.8.   Tikkettar: It-tikketti jew it-tikketta fuq in-naħa ta' wara, jew it-tikketti ta' kwalità b'mod ġenerali, jingħataw numru u prodotti mill-Kunsill Regolatorju u huma mwaħħlin f'intrapriżi reġistrati ta' l-ippakkjar b'tali mod li jiġi evitat l-użu tagħhom mill-ġdid.

Huwa obbligatorju li fuq it-tikketti jkun hemm imniżżel:“Denominación de Origen Protegida ‘Arroz del Delta del Ebro’ jew ‘Arròs del Delta de l'Ebre’”, in-numru tal-prodott u kwalunkwe tagħrif ieħor stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti.


(1)  (g.ilma/g. ross)

(2)  skond l-iskala: 9=tajjeb ħafna; 7=tajjeb; 5=normali; 3=inferjuri


Rettifikazzjonijiet

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/52


Rettifika għas-sejħa għal turija ta' interess għall-kariga ta' membru tal-kumitat xjentifiku ta' l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 307 tat-18 ta' Diċembru 2007 )

(2007/C 314/17)

F'paġna 29, taħt il-“Kriterji ta' għażla”

minflok:

“—

għarfien fil-fond ta' l-Ingliż,”

aqra:

“—

jikkostitwixxi vantaġġ l-għarfien fil-fond ta' l-Ingliż,”