ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
15 ta' Diċembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-71 sessjoni plenarja 10 u 11 ta’ Ottubru 2007

2007/C 305/01

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pakkett ta' l-enerġija

1

2007/C 305/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar

6

2007/C 305/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-ġejjieni ta' l-ajruporti Ewropej

11

2007/C 305/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Limitazzjoni tal-Bidla Klimatika Globali għal 2 gradi Celsius u l-Inklużjoni ta' l-avjazzjoni fl-iskema ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet

15

2007/C 305/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Gvern lokali u reġjonali fl-Ukraina u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina

20

2007/C 305/06

OpinjonI tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka — Perspettivi Ġodda

25

2007/C 305/07

Opinjoni ta' prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Fatturi ta' suċċess sabiex ikun antiċipat u akkompanjat ir-ristrutturar fil-bliet u r-reġjuni

30

2007/C 305/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Pakkett għal tfassil aħjar tal-liġijiet 2005 u 2006

38

2007/C 305/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Applikazzjoni ta' l-approċċ Globali għall-migrazzjoni fil-fruntieri marittimi tan-nofsinhar ta' l-Unjoni Ewropea u fir-reġjuni ġara tal-Lvant u tax-Xlokk

43

2007/C 305/10

Opinjoni ta' prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni is-Sitwazzjoni tan-nisa migranti fl-Unjoni Ewropea

48

2007/C 305/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Opportunitajiet ugwali u l-isport

53

MT

 


III Atti preparatorji

KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-71 sessjoni plenarja 10 u 11 ta’ Ottubru 2007

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/1


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pakkett ta' l-enerġija

(2007/C 305/01)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu kontribut deċiżiv għas-suċċess ta' l-inizjattivi Ewropej. Il-leġislazzjoni Komunitarja tiġi applikata fil-livell reġjonali u lokali; hija r-responsabilità tal-mexxejja u tal-pubbliku li jaġixxu b'tali mod li jinfluwenzaw b'mod tanġibbli u sostenibbli l-konsum ta' l-enerġija;

jemmen li l-politika dwar l-enerġija u l-politika dwar il-protezzjoni tal-klima huma relatati u għandhom jiġu kkoordinati, peress li 80 % ta' l-emissjonijiet tas-CO2 fl-Ewropa ġejjin mill-produzzjoni ta' l-enerġija. Huwa għalhekk fondamentali li l-miżuri proposti fil-qafas tal-politika dwar il-klima jiġu kkunsidrati fis-settur ta' l-enerġija u viċi versa. Fl-istess ħin politika dwar l-enerġija bbażata fuq l-ambjent u fuq l-effiċjenza tifforma wkoll parti mill-politika dwar il-klima;

japprova l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex twarrab jew twaqqaf kemm jista' jkun malajr l-ostakoli amministrattivi, id-disparità fil-kondizzjonijiet ta' aċċess għan-netwerks (per eżempju diskriminazzjoni kontra l-fornituri ta' l-enerġija rinnovabbli) u l-komplessità tal-proċeduri;

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri xierqa sabiex ikun hemm prevenzjoni ta' konċentrazzjoni fis-suq u sabiex titħeġġeġ id-diversità ta' l-operaturi tas-suq;

jappoġġja l-għan li jinkiseb frankar ta' l-enerġija ta' 20 % fl-UE sa l-2020 permezz ta' żjieda fl-effiċjenza ta' l-enerġija; f'dan il-kuntest, il-Kumitat jixtieq li dan l-għan ikun vinkolanti;

jenfasizza li l-effiċjenza ta' l-enerġija għandha tkun fiċ-ċentru tal-politika Ewropea dwar l-enerġija u għandha tkun l-ogħla prijorità fid-dibattitu;

jiddubita li t-teknoloġiji tas-CCS (Carbon Capture and Storage) jistgħu jitqiesu bħala soluzzjoni fuq il-perijodu t-twil, peress li dawn inaqqsu b'mod sinjifikanti l-effiċjenza ta' l-impjant in kwistjoni u, barra minn hekk, mhumiex partikolarment effiċjenti mil-lat ekonomiku, mill-perspettiva tal-lum. Minn lat globali, madankollu, strateġija CCS tista' tkun soluzzjoni intermedjarja.

Dokumenti ta' referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew: Politika dwar l-enerġija għall-Ewropa

COM(2007) 1 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew: Prospetti għas-suq intern tal-gass u ta' l-elettriku

COM(2006) 841 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew: Produzzjoni sostenibbli ta' enerġija elettrika mill-karburanti fossili bil-għan li ma jkun hemm kważi l-ebda emissjoni mill-faħam wara l-2020

COM(2006) 843 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew: Rapport ta' progress dwar il-bijokarburantiRapport dwar il-progessi li saru fl-użu tal-bijokarburanti u ta' karburanti rinnovabbli oħrajn fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

COM(2006) 845 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew: Pjan prijoritarju ta' interkonnessjoni

COM(2006) 846 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn pjan strateġiku Ewropew għat-teknoloġija ta' l-enerġija

COM(2006) 847 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew: Pjan ta' Direzzjoni għall-Enerġija RinnovabbliEnerġiji rinnovabbli fis-seklu 21: nibnu futur aktar sostenibbli

COM(2006) 848 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew: Azzjonijiet adottati b'segwitu tal-Green PaperRapport dwar il-progress li sar fis-settur ta' l-elettriku rinnovabbli

COM(2006) 849 finali

Rapporteur

:

Is-Sur Bernd VÖGERLE, Sindku ta' Gerasdorf bei Wien (AT/PSE)

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jisħaq fuq l-importanza ta' l-enerġija bħala pilastru fundamentali tal-ħajja moderna. L-interruzzjonijiet u l-ixkiel fil-provvista għalhekk għandhom effetti b'firxa wiesgħa u joħolqu ħsara ekonomika kbira. Il-politika komuni Ewropea dwar l-enerġija u l-għanijiet tagħha ta' sikurezza tal-provvista, sostenibilità u kompetittività huma għalhekk importanti ħafna għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, hemm bżonn ta' taħlita bbilanċjata ta' enerġija;

2.

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu kontribut deċiżiv għas-suċċess ta' l-inizjattivi Ewropej. Il-leġislazzjoni Komunitarja tiġi applikata fil-livell reġjonali u lokali; hija r-responsabilità tal-mexxejja u tal-pubbliku li jaġixxu b'tali mod li jinfluwenzaw b'mod tanġibbli u sostenibbli l-konsum ta' l-enerġija;

3.

għalhekk isejjaħ lill-istituzzjonijiet responsabbli Ewropej, b'mod partikolari lill-Kummissjoni, sabiex jikkunsidraw sewwa r-rwol sinjifikanti ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qafas tal-politika Ewropea dwar l-enerġija, fl-implimentazzjoni konkreta tal-“pakkett ta' l-enerġija”;

4.

jemmen li l-politika dwar l-enerġija u l-politika dwar il-protezzjoni tal-klima huma relatati u għandhom jiġu kkoordinati, peress li 80 % ta' l-emissjonijiet tas-CO2 fl-Ewropa ġejjin mill-produzzjoni ta' l-enerġija. Huwa għalhekk fondamentali li l-miżuri proposti fil-qafas tal-politika dwar il-klima jiġu kkunsidrati fis-settur ta' l-enerġija u viċi versa. Fl-istess ħin politika dwar l-enerġija bbażata fuq l-ambjent u fuq l-effiċjenza tifforma wkoll parti mill-politika dwar il-klima;

5.

jenfasizza li l-konsumaturi li jaġixxu b'mod għaqli għandhom rwol deċiżiv fl-implimentazzjoni ta' l-objettivi Ewropej u għalhekk għandu jkollhom parti ċentrali fi kwalunkwe dibattitu. Is-sezzjonijiet tal-popolazzjoni li huma l-aktar żvantaġġjati soċjalment jintlaqtu b'mod iebes minn kwalunkwe żjieda fil-prezzijiet ta' l-enerġija Għalhekk b'konsiderazzjoni tas-sostenibilità u ta' politika koerenti dwar il-klima, l-għajnuna li ġejja mis-settur pubbliku għandha tintuża għall-effiċjenza fl-enerġija u għall-miżuri li jqajmu kuxjenza minflok sabiex tipprovdi appoġġ purament finanzjarju;

Suq intern

6.

jindika li l-istennija li l-liberalizzazzjoni tas-suq ta' l-elettriku u tal-gass ser tirriżulta prinċipalment fi tnaqqis fil-prezzijiet u t-tneħħija tal-monopolji tal-provvista ta' l-enerġija għadha ma twettqitx fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-Kumitat jemmen li l-investiment baxx fil-power stations u fin-netwerks, b'mod partikolari l-investiment baxx fil-provvisti u n-netwerks lokali u rinnovabbli, qiegħed jipperikola s-sikurezza tal-provvista. Jekk it-tendenzi attwali jibqgħu, huwa mistenni li jkun hemm xkiel fil-provvista fil-futur;

7.

għalhekk isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex toħloq inċentivi għall-produtturi u għall-operaturi tan-netwerk sabiex jinvestu mill-ġdid (kif kien il-każ qabel il-liberalizzazzjoni) fil-bini ta' impjanti ta' l-elettriku u fl-infrastruttura tan-netwerk. Approċċ possibbli f'din id-direzzjoni huwa l-istabbiliment ta' pjanijiet lokali u reġjonali għall-produzzjoni ta' l-enerġija, fuq il-bażi ta' data provduta mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

8.

japprova l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex twarrab jew twaqqaf kemm jista' jkun malajr l-ostakoli amministrattivi, id-disparità fil-kondizzjonijiet ta' aċċess għan-netwerks (per eżempju diskriminazzjoni kontra l-fornituri ta' l-enerġija rinnovabbli) u l-komplessità tal-proċeduri;

9.

jiffavorixxi separazzjoni (unbundling), fejn separazzjoni skond il-liġi tal-kumpaniji, appoġġjata minn regolatur b'saħħtu, titqies bħala suffiċjenti;

10.

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri xierqa sabiex ikun hemm prevenzjoni ta' konċentrazzjoni fis-suq u sabiex titħeġġeġ id-diversità ta' l-operaturi tas-suq (inklużi s-servizzi muniċipali);

11.

jikkunsidra li t-titjib fin-netwerks transkonfinali jsaħħaħ il-kapaċità ta' azzjoni (per eżempju fix-xiri ta' l-enerġija) ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali;

12.

ma jilqax l-idea li jitwaqqfu strutturi amministrattivi ġodda bħal “regolatur ta' l-enerġija” Ewropew, minħabba li r-regolaturi nazzjonali huma kapaċi jiksbu l-objettivi proposti mill-Kummissjoni u li kienu kkonfermati mill-Kunsill Ewropew;

13.

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex toħloq il-mekkaniżmu ta' skambju ta' l-emissjonijiet b'tali mod li, taħt il-pjan ta' kwoti, il-power stations jirċievu biss numru ta' ċertifikati ta' emissjoni li jikkorrispondu mal-produzzjoni tal-kwantità ppjanata ta' elettriku u sħana f'power station li taħdem bit-turbina mħaddma mill-gass u li tuża sistema ta' koproduzzjoni ta' sħana u enerġija. Dan ikun sinjal ċar favur l-objettiv li tiżdied l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-produzzjoni ta' l-elettriku;

Effiċjenza ta' l-enerġija

14.

jappoġġja l-għan li jinkiseb frankar ta' l-enerġija ta' 20 % fl-UE sa l-2020 permezz ta' żjieda fl-effiċjenza ta' l-enerġija; f'dan il-kuntest, il-Kumitat jixtieq li dan l-għan ikun vinkolanti;

15.

jenfasizza li l-effiċjenza ta' l-enerġija għandha tkun fiċ-ċentru tal-politika Ewropea dwar l-enerġija u għandha tkun l-ogħla prijorità fid-dibattitu;

16.

isejjaħ lill-istituzzjonijiet Ewropej rilevanti, l-ewwel u qabel kollox lill-Kummissjoni, sabiex jassigura li jiġi provdut qafas xieraq f'oqsma bħal dawn li ġejjin:

vetturi b'konsum baxx,

standards għoljin (b'mod partiklari funzjonalità ta' stand-by li jkun jista' jintefa') u tikkettar aħjar għall-apparati elettroniċi (tad-dar),

l-iktar konsum totali baxx possibbli ta' l-enerġija jew l-istandard ġdid ta' dar passiva għall-bini ġdid,

l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni permezz ta' kalkolu konsistenti ta' l-ispejjeż fiċ-ċiklu kollu ta' ħajja jew fil-katina kollha ta' provvista ta' prodotti u servizzi għall-appalti pubbliċi,

self mill-BEI għall-programmi ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali,

għajnuna favur l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-qafas tar-regolament dwar l-eżenzjoni skond il-kategorija;

17.

jindika li ħafna miżuri huma implimentati fil-livelli reġjonali u lokali u jikkontribwixxu għas-suċċess ta' l-inizjattiva Ewropea:

żvilupp reġjonali b'konsiderazzjoni ta' l-aspetti ta' l-enerġija,

programmi ta' sostenn għall-miżuri favur l-effiċjenza ta' l-enerġija (eż. rinnovazzjoni tal-bini, sostituzzjoni ta' dwal li m'għadhomx jintużaw u ta' l-apparati tad-dar),

programmi ta' sostenn għall-enerġija rinnovabbli,

stabbiliment ta' standards ta' bini li jmorru lil hinn mid-direttiva tal-bini,

pjanar spazjali,

ġestjoni tat-traffiku (trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri, rotot għar-roti),

ġestjoni ta' l-ipparkjar, sabiex jitnaqqsu l-vjaġġi bil-karozza fl-irħula u titħeġġeġ is-sistema ta' carpooling u użu akbar ta' karozzi li jirrispettaw l-ambjent,

parir lin-negozji dwar l-enerġija,

pubbliċità, kampanji, tqajjim ta' kuxjenza (eż. informazzjoni speċifika dwar kif wieħed jista' jiffranka l-enerġija fid-dar, fl-użu tal-vetturi, eċċ.),

tmexxija b'eżempju (frankar ta' l-enerġija mill-korpi pubbliċi) u taħriġ tal-persunal intern,

akkwist pubbliku sabiex tittejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija tal-prodotti u s-servizzi;

18.

isejjaħ għal żjieda fir-riżorsi pprovduti mill-UE, per eżempju fil-qafas tal-Programm Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa (IEE), immirati speċifikament lejn l-iskambju ta' prattika tajba fil-livelli reġjonali u lokali;

19.

jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-mira għall-effiċjenza ta' l-enerġija fuq livell aggregat (jiġifieri l-intensità ta' l-enerġija ta' l-ekonomija sħiħa). Dan jista' jagħti lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-flessibilità li jeħtieġu sabiex jilħqu l-mira b'medda usa' ta' miżuri, inklużi l-miżuri mmirati lejn il-konsum ta' l-enerġija ta' l-apparati u l-istruttura industrijali ta' l-ekonomija (reġjonali);

Sorsi rinnovabbli ta' l-enerġija

20.

jappoġġja l-objettiv vinkolanti li jiġi kopert l-20 % tal-konsum totali ta' l-enerġija permezz ta' sorsi rinnovabbli sa l-2020;

21.

jenfasizza l-importanza soċjo-ekonomika tas-sorsi ta' enerġija lokali u l-importanza tagħhom sabiex jassiguraw il-provvista u l-effikaċja tat-trasmissjoni, u jindika li l-promozzjoni tas-sorsi rinnovabbli ta' l-enerġija għandha tkun orjentata għall-kondizzjonijiet ġeografiċi, klimatiċi u ekonomiċi ta' reġjun; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol prinċipali li jista' jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni u l-offerta tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli lokali;

22.

huwa favorevoli għad-definizzjoni ta' objettivi, fil-qasam ta' l-enerġija rinnovabbli, li jikkunsidraw ukoll is-settur tas-sħana u tal-kesħa; għandha tingħata importanza partikolari lill-produzzjoni ta' l-elettriku u tas-sħana/kesħa;

23.

josserva li s-sostenibilità għandha tkun fuq quddiem nett tal-miżuri kollha. Il-pajjiżi li, minn stadju bikri, investew fil-bijomassa bħala sors ta' enerġja, diġà qegħdin jkopru proporzjon sinjifikanti tal-bżonnijiet tagħhom ta' enerġija permezz ta' dan is-sors. F'dan il-kuntest, madankollu, sikwit tinqala' l-problema li d-domanda ma tkunx tista' tintlaħaq esklussivament mill-enerġija disponibbli fil-livell reġjonali (ġeneralment bħala injam) u li l-bijokarburanti jridu jiġi trasportati fuq distanzi twal sad-destinazzjoni tagħhom. Meta dan huwa l-każ, huwa ċar li l-alternattiva ssir inqas sostenibbli. Għalhekk ta' min jikkunsidra mezzi oħra ta' trasport li jikkonsmaw inqas enerġija;

24.

huwa tal-fehma li l-Istati Membri li għandhom biss possibilitajiet limitati għall-produzzjoni ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli għandhom jingħataw l-għażla li jiksbu l-mira tagħhom għall-enerġija rinnovabbli mill-kummerċ, jew permezz ta' sistema ta' ċertifikazzjoni għall-enerġija nadifa madwar l-UE kollha, jew permezz ta' kuntratti bilaterali ma' Stati oħra li għandhom provvista iktar abbundanti ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli. L-għan hawnhekk huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż globali sabiex jintlaħqu l-objettivi għall-enerġija rinnovabbli;

25.

jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex s-smigħ tal-fehmiet ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali jsir obbligatorju meta jkunu qegħdin jitfasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-promozzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

Bijokarburanti

26.

jappoġġja l-objettiv vinkolanti li l-10 % tal-konsum totali ta' karburanti fl-UE jiġi mill-bijokarburanti sa l-2020, sakemm il-produzzjoni tkun sostenibbli;

27.

jenfasizza kemm ser tkun importanti, fil-futur, id-diversità tas-sorsi ta' enerġija u tat-tipi ta' bijomassa;

28.

jikkunsidra ugwalment importanti li l-politika dwar il-klima għandha titqies minn perspettiva internazzjonali, u li bijokarburanti differenti għandhom jiġu promossi fuq il-bażi tal-prestazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-ambjent u l-klima, bl-użu ta' approċċ relatat maċ-ċiklu tal-ħajja li jikkunsidra l-metodi ta' produzzjoni, it-trasport, eċċ. Flimkien mal-promozzjoni ta' produzzjoni Ewropea effiċjenti, tista' tiġi kkunsidrata l-importazzjoni minn pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE. Ikun opportun li tiġi promossa l-produzzjoni li tirrispetta l-ambjent u li hija effiċjenti f'termini ta' enerġija, fis-settur tal-bijokarburanti, indipendentement mit-tip ta' bijokarburant jew mill-varjetà ta' pjanti utilizzati;

29.

jissuġġerixxi li l-promozzjoni tal-produzzjoni ta' bijokarburanti fil-pajjiżi terzi tmur kontra l-objettivi li jirrigwardjaw it-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjoni fis-settur ta' l-enerġija u toħloq dipendenzi ġodda, u minħabba f'hekk jenfasizza li l-importazzjoni mill-pajjiżi mhux membri ta' l-UE għandu jkollha importanza sekondarja. Fil-kuntest ta' l-importazzjoni ta' l-enerġija, wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh l-iżvilupp sostenibbli u l-effiċjenza ta' l-enerġija, mil-lat taċ-ċiklu ta' ħajja tal-varji bijokarburanti;

30.

jenfasizza l-importanza ta' produzzjoni sostenibbli ta' bijokarburanti sabiex jiġi evitat telf tal-bijodiversità. Ikun għaqli li jiġi evitat li “monokulturi” kbar ta' prodotti tar-raba' (it-tkabbir ikkonċentrat ta' prodott tar-raba' wieħed fuq żoni wesgħin) jiddisturbaw eċċessivament l-ekosistema lokali;

31.

jenfasizza li għandu jiġi osservat kodiċi tas-sostenibilità meta tiġi importata l-materja prima għall-bijokarburanti. L-UE, meta timponi l-ħtiġiet rilevanti fuq is-soċji kummerċjali tagħha, tista' tgħin fil-promozzjoni ta' approċċi kummerċjali ekoloġiċi u soċjalment ġusti li jevitaw telf ta' ħabitat importanti. Il-proċess ta' diskussjoni internazzjonali kif ukoll l-iżvilupp ta' qafas regolatorju xieraq għandu jibda immedjatament;

L-użu tal-faħam

32.

jiddubita li t-teknoloġiji tas-CCS (Carbon Capture and Storage) jistgħu jitqiesu bħala soluzzjoni fuq il-perijodu t-twil, peress li dawn inaqqsu b'mod sinjifikanti l-effiċjenza ta' l-impjant in kwistjoni u, barra minn hekk, mhumiex partikolarment effiċjenti mil-lat ekonomiku, mill-perspettiva tal-lum. Minn lat globali, madankollu, strateġija CCS tista' tkun soluzzjoni intermedjarja;

33.

jemmen li r-riċerka fil-qasam tat-teknoloġiji tas-CCS (Carbon Capture and Storage) u l-iżvilupp ta' dawn it-teknoloġiji għandhom jingħataw spinta 'l quddiem;

34.

isejjaħ sabiex it-teknoloġija CCS, hekk kif tkun kummerċjalment disponibbli, tiġi kkunsidrata meta jiġu approvati power stations ġodda li jaħdmu bil-faħam;

Teknoloġija ta' l-enerġija

35.

jinnota li l-isforzi attwali fis-settur tat-teknoloġija ta' l-enerġija mhumiex biżżejjed. Barra minn hekk, is-sistema timxi bil-mod ħafna, u dan ifisser li sikwit jgħaddu għexieren ta' snin sabiex jiġu implimentati teknoloġiji ġodda;

36.

isejjaħ sabiex jiżdiedu r-riżorsi fit-teknoloġija ta' l-enerġija fl-ambitu tal-Programm Qafas ta' Riċerka, Teknoloġija u Dimostrazzjoni kif ukoll tal-Programm Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa. Id-dimostrazzjoni ta' teknoloġija ġdida fil-livelli reġjonali u lokali hija element li jikkontribwixxi b'mod partikolari għal tqajjim ta' kuxjenza min-naħa taċ-ċittadini, kif ukoll għal żjieda tal-livell adegwat ta' kompetenzi fil-forza tax-xogħol. Huwa importanti li l-appoġġ għar-Riċerka u l-Iżvilupp ikun disponibbli għall-atturi kummerċjali privati żgħar kif ukoll għas-settur pubbliku;

37.

jenfasizza li l-iżvilupp tat-teknoloġija l-aktar progressiva tiftaħ il-bieb għal opportunitajiet ta' esportazzjoni. Dan jista' jwassal għall-ħolqien ta' ħafna impjiegi ġodda;

Kooperazzjoni internazzjonali

38.

huwa tal-fehma li huwa biss permezz ta' kooperazzjoni transkonfinali wiesgħa u komprensiva u ftehimiet fil-qasam tal-politika ta' l-enerġija u tal-klima, li kollha jiffukaw fuq l-assigurazzjoni ta' ambjent sostenibbli, ta' effiċjenza ogħla fl-użu ta' l-enerġija kif ukoll fuq l-iffrankar ta' l-enerġija, li jistgħu jinkisbu riżultati konkreti fil-perijodu qasir u fit-tul u riżultati utli għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kemm ta' l-UE kif ukoll tal-pajjiżi lil hinn minnha;

39.

jitlob li fl-ebda ċirkostanza m'għandha l-għajnuna teknoloġika lill-pajjiżi terzi tkun ipprovduta b'tali mod li l-prodotti u l-metodi ta' produzzjoni li huma antikwati jew ipprojbiti fl-UE jiġu esportati f'pajjiżi li mhumiex membri, kemm jekk bi ħlas jew le. Għalhekk huwa importanti li jiġi assigurat li kriterji bħal dawn japplikaw fil-livelli kollha (UE, nazzjonali, reġjonali, lokali) u għall-istituzzjonijiet kollha (inkluż il-BEI);

Id-dimensjoni soċjali

40.

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex timpenja ruħha aktar sabiex tassigura li fl-UE jintużaw l-aqwa esperjenzi internazzjonali fil-qasam ta' frankar ta' l-enerġija u li l-inizjattivi Ewropej, l-isforzi ta' l-UE kif ukoll l-aqwa prattiki jiġu promossi wkoll lil hinn mill-funtieri ta' l-UE;

41.

jenfasizza li l-abilità ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jinfluwenzaw l-istruttura ta' l-iffissar tal-prezz ta' l-enerġija hija limitata ħafna u teżisti biss f'xi oqsma. Jinħolqu opportunitajiet meta jkunu kapaċi jużaw ir-riżorsi tagħhom ta' enerġija fuq skala kbira, sakemm l-ispejjeż tagħhom ikunu kompetittivi ma' sorsi oħrajn ta' enerġija f'suq liberalizzat. Barra minn hekk, jistgħu jsiru tentattivi permezz ta' miżuri li jqajmu l-kuxjenza sabiex tiżdied l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ta' l-ispejjeż ogħla li jirriżultaw mill-użu ta' enerġija rinnovabbli. Għajnuna permanenti (benefiċċji għall-enerġija u t-tisħin) għandha tiġi ddubitata għax ġeneralment din ma tħeġġiġx lill-konsumatur sabiex ibiddel l-imġiba tiegħu. Minflok, il-Kumitat jippromovi l-appoġġ għall-miżuri favur l-efffiċjenza ta' l-enerġija, li jwasslu kemm għal spejjeż irħas kif ukoll għal titjib fil-kwalità tal-ħajja. L-appoġġ għandu jinkludi aċċess għall-informazzjoni dwar l-użu ta' l-enerġija għall-konsumaturi (meters intelliġenti) u, għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, aċċess għall-informazzjoni dwar l-użu ta' l-enerġija fiż-żona sabiex il-miżuri u l-azzjonijiet marbuta ma' l-effikaċja jkunu mmirati sabiex ma jkunux ta' piż għal dawk li għandhom dħul limitat (il-prekarjetà marbuta ma' l-użu tal-karburanti);

42.

jinnota bi tħassib l-impatt ta' żjieda fid-domanda għall-materja prima li tipproduċi l-enerġija, li qiegħda toħloq żjidiet disproporzjonati fil-prezz ta' l-ikel. Għalhekk huwa meħtieġ studju komprensiv tas-suq ta' l-enerġija u tad-domanda mistennija għall-materja prima għall-bijokarburanti, speċjalment sabiex jitbassar l-impatt fuq is-swieq ta' l-ikel sal-livell reġjonali żgħir.

Brussell, 10 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/6


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar

Ir-Rapport annwali tas-sitt koordinaturi Ewropej tat-TEN-T u

N-Netwerks trans-Ewropej: lejn approċċ integrat

Estensjoni tar-rotot tat-trasport ewlenin trans-Ewropej

(2007/C 305/02)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

l-ewwelnett ifakkar l-importanza tat-TEN-T li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-għanijiet ta' Lisbona;

jenfasizza wkoll ir-rwol prinċipali li l-koordinaturi jistgħu jaqdu sabiex jintlaħaq il-ftehim ta' l-Istati Membri dwar parametri konsistenti tal-fergħat nazzjonali partikolari fuq kull rotta tat-TEN-T; u sabiex isaħħaħ dan, il-Kumitat tar-Reġjuni jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel minn dan il-ftehim prerekwiżit għall-għajnuna finanzjarja ta' l-UE;

jikkunsidra li l-Kummissjoni Ewropea tista' wkoll tinkoraġġixxi n-netwerk magħmul minn atturi lokali u reġjonali differenti relatati mjal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T, b'mod partikolari permezz ta' forum annwali. Barra dan, il-Kumitat tar-Reġjuni juri l-interess u d-disponibbiltà tiegħu li jikkoopera mal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

għal darba oħra jiddispjaċih jara inkoerenza sfaċċata bejn, fuq naħa, il-kwistjonijiet kruċjali tan-netwerk TEN għall-UE, enfasizzata wkoll f'din il-komunikazzjoni, u r-rwol deċiżiv li jista' jkollu inċentiv finanzjarju mill-UE, u fuq naħa oħra, il-baġit baxx ħafna allokat, anki jekk dan huwa kkonċentrat fuq is-sezzjonijiet transkonfinali u l-ixkiel, u jisħaq għalhekk fuq is-sinerġija meħtieġa bejn is-sorsi kollha ta' finanzjament disponsibbli fil-livell ta' l-Unjoni;

jenfasizza l-importanza ta' l-estensjoni tar-rotot tat-trasport barra mill-Unjoni sabiex ikunu żviluppati l-iskambji ta' l-oġġetti u l-moviment tal-persuni, mhux biss ma' dawn il-pajjiżi ġirien, iżda mal-bqija tad-dinja.

Dokumenti ta' referenza

Rapport annwali tas-sitt koordinaturi Ewropej tat-TEN-T

COM(2006) 490 finali

Netwerks trans-Ewropej: lejn approċċ integrat

COM(2007) 135 finali

Estensjoni tar-rotot tat-trasport ewlenin trans-Ewropej

COM(2007) 32 finali

Rapporteur

:

Is-Sur Bernard SOULAGE, L-ewwel Viċi-President tal-Kunsill Reġjonali tar-Rhône-Alpes (FR/PSE)

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   Netwerks TEN

Fuq pjan ġenerali

1.

l-ewwelnett ifakkar l-importanza tat-TEN-T li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-għanijiet ta' Lisbona. Huma jsaħħu l-koeżjoni territorjali u l-kompetittività tar-reġjuni billi jiffaċilitaw l-iskambji ta' l-oġġetti u l-persuni. Iċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fir-reġjuni ser iħossu r-riperkussjonijiet tat-TEN-T fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, il-leġittimità ta' l-Unjoni Ewropea tista' biss tirbaħ minn dan;

Dwar ir-rapport tal-koordinaturi

2.

b'mod partikolari jixtieq jirringrazzja lill-koordinaturi għall-ħidma effikaċja tagħhom b'rabta mat-tmexxija 'l quddiem fit-twettiq tal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T, u b'hekk jiġi kkonfermat kemm huwa utli r-rwol tagħhom;

3.

jilqa' l-fatt li dan ix-xogħol u t-tagħrif li tislet minnu l-Kummissjoni jiffaċilita tabilħaqq it-trasparenza fir-rigward ta' dawn il-proġetti u t-twettiq tagħhom, u għalhekk jixtieq li dan id-djalogu bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kummissjoni jitkompla b'mod attiv, peress li għadd kbir ta' reġjuni jintlaqtu b'mod dirett minn dawn l-investimenti li qegħdin isiru fit-territorju tagħhom;

4.

b'mod partikolari jaċċetta l-punti ewlenin ta' l-azzjoni tal-koordinaturi li permezz tagħhom kien hemm:

għarfien aħjar tal-proġetti u ta' l-istadju attwali li jkunu waslu fih, li għandu jiffaċilita l-għażliet fl-allokazzjoni tal-baġit tat-TEN-T;

titjib veru tal-koordinazzjoni bejn l-atturi l-aktar għas-sezzjonijiet transkonfinali, rikonoxxuti bħala l-aktar delikati, u għalhekk effikaċja akbar fil-proċessi ta' l-istudju u tad-definizzjoni tal-proġetti, l-aktar fejn ma kienx hemm strutturi formali internazzjonali (per eżempju bejn is-Slovenja u l-Italja);

l-identifikazzjoni ta' kull proġett għal persuna waħda, li għall-proġetti transkonfinali tista' tiffaċilita l-funzjonijiet ta' spiss kumplessi ta' l-IGCs u ġġib magħha l-influwenza, u l-indipendenza ta' l-UE fil-promozzjoni jew id-difiża tal-proġett (per eżempju l-każ tas-Sinjura de Palacio dwar ir-rotta Lyon-Turin);

5.

jafferma li dawn il-ħidmiet iffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn il-ministeri ta' l-istess pajjiż, meta kienu taħt l-iskrutinju ta' osservatur barrani;

6.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tingħata kontribuzzjoni adegwata (il-massa kritika, ta' spiss stmata mill-koordinaturi bħala l-massimu permess mir-regolament) għall-proġetti transkonfinali sabiex dawn jitwettqu u għalhekk jinħoloq effett massimu ta' lieva, kif ukoll effett b'saħħtu fuq l-aċċess nazzjonali;

7.

jenfasizza l-kwistjoni essenzjali ta' l-interoperabilità, li hija fattur prinċipali sabiex ikun hemm redditu ekonomiku fuq l-investimenti, u b'mod partikolari jisħaq fuq l-għażla li saret fir-rigward tat-twettiq ta' l-ERTMS sabiex dan jiffoka fuq sitt kurituri ta' merkanzija prijoritarja, li tiffaċilita l-użu tajjeb ta' l-investimenti f'infrastrutturi ġodda fuq dawn ir-rotot, u b'hekk dawn l-investimenti jsiru aktar attraenti;

8.

jenfasizza wkoll ir-rwol prinċipali li l-koordinaturi jistgħu jaqdu sabiex jintlaħaq il-ftehim ta' l-Istati Membri dwar parametri konsistenti tal-fergħat nazzjonali partikolari fuq kull rotta tat-TEN-T; u sabiex isaħħaħ dan, il-Kumitat tar-Reġjuni jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel minn dan il-ftehim prerekwiżit għall-għajnuna finanzjarja ta' l-UE;

9.

jenfasizza, bħall-maġġoranza tar-rapporteurs, fuq il-ħtieġa tal-passi li għandhom jieħdu l-Istati Membri sabiex japprofittaw kemm jista' jkun minn dawn l-investimenti: rapport modali, ġestjoni tajba tal-prijoritajiet fl-użu ta' l-infrastrutturi, l-aħjar użu ta' l-ippjanar ta' l-investimenti fuq rotta partikolari;

10.

jipproponi li l-koordinaturi jintervjenu wkoll fil-livell ta' l-iskambji bejn il-proġetti sabiex tkun assigurata, jekk mhux koerenza fl-approċċ, għallinqas skambju ta' l-osservazzjonijiet u tal-prattiċi tajbin fil-qasam ta' l-analiżi, it-twaqqif u l-finanzjament tal-proġetti. Il-Kummissjoni Ewropea tista' wkoll tinkoraġġixxi n-netwerk magħmul minn atturi lokali u reġjonali differenti relatati mjal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T, b'mod partikolari permezz ta' forum annwali. Barra dan, il-Kumitat tar-Reġjuni juri l-interess u d-disponibbiltà tiegħu li jikkoopera mal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

11.

fid-dawl ta' l-esperjenzi s'issa pożittivi b'mod simultanju għal dan it-tkabbir tal-ħidma diġà stabbilita tal-koordinaturi, jixtieq li, eventwalment jinħatru koordinaturi oħra għall-proġetti prijoritarji ffinanzjati mill-Unjoni, fil-qasam tat-trasport b'mod partikolari għall-oqsma li jeħtieġu inċentiva qawwija, ħafna drabi fuq livell politiku, sabiex jgħelbu d-diffikultajiet li jistgħu jitfaċċaw matul il-fażi ta' l-ippjanar u tal-kostruzzjoni, kif ukoll għall-proġetti prijoritarji; il-Kumitat tar-Reġjuni xorta jinnota li sa issa l-Koordinaturi kienu maħtura biss għal 6 proġetti li diġà jinsabu fi stadji avvanzati, filwaqt illi rotot prijoritarji oħra għandhom aktar bżonn ta' għajnuna bħal din peress li dawn jinvolvu aktar Stati Membri (eż. l-proġett nru 22 li jkopri 8 Stati Membri);

12.

jinnota li r-rapporti differenti tal-koordinaturi, li jibdew sa minn Lulju 2006, jidentifikaw l-istadji tal-progress li huma urġentement meħtieġa sabiex il-proġetti jkunu kredibbli, u l-impenji li l-Istati Membri għandhom jidħlu għalihom sabiex isir użu aħjar mill-investiment ewlenin, u għalhekk;

13.

jixtieq li ssir evalwazzjoni tax-xogħol imwettaq issa b'rabta ma' dawn l-istadji u dawn l-impenji sabiex jintefa' dawl fuq id-deċiżjonijiet li mistennija jittieħdu dalwaqt fir-rigward ta' l-allokazzjoni ta' fondi tat-TEN-T għall-2007-2013. L-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet tal-koordinaturi għandhom jiġu kkunsidrati sewwa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-fondi, b'mod speċjali fi ħdan il-programm multi-annwali TEN;

14.

jinnota li l-inċertezza dwar il-finanzjament Komunitarju wara l-2013 tista' tnaqqas ir-ritmu tal-proġetti u twassal għal nuqqas ta' nfiq matul il-perijodu attwali tal-baġit, u għalhekk jitlob għal mekkaniżmi sabiex itaffu dan id-difett;

15.

jenfasizza li l-proġetti prijoritarji appoġġjati mill-koordinaturi m'għandhomx ikunu pprijorizzati fl-aċċess tagħhom għall-fondi ta' l-UE bħala riżultat tal-fatt li l-Kummissjoni għandha informazzjoni aktar preċiża, dettaljata u kumplessa dwar l-istat ta' preparazzjoni;

16.

jiddispjaċih madankollu li ma saritx analiżi komparattiva ta' dawn il-proġetti, ta' l-istadju li jinsabu fih, tas-sinerġija ta' bejniethom. Il-Kumitat tar-Reġjuni jagħti parir lill-Kummissjoni li tagħmel analiżi bbażata fuq l-istatistika attwali u rilevanti miġbura b'mod adegwat fl-Istati Membri. Għalkemm il-komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa għall-aħjar koordinazzjoni possibbli bejn il-proġetti, għal twettiq ottimizzat fil-ħin tan-netwerk TEN-T, s'issa ma saret l-ebda analiżi f'dan ir-rigward. Dan jista' jsir fil-kuntest tal-grupp ta' tmexxija tat-TEN. Analiżi bħal din tista' titfa' aktar dawl fuq l-allokazzjoni, ristretta ħafna, ta' l-appoġġ Ewropew għall-perijodu 2007-2013;

Dwar il-ħidma tal-grupp ta' tmexxija tat-TEN

17.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza li tkun assigurata s-sinerġija bejn il-proġetti tat-TEN fuq l-istess rotta, u dwar il-benefiċċji li jistgħu joħorġu minnha kemm fil-livell ta' l-investimenti (tnaqqis fl-ispejjeż, impatt anqas fuq it-territorju) kif ukoll fl-effiċjenza tal-proġetti nfushom;

18.

jixtieq, minħabba d-diffikultajiet relatati mat-tlaqqigħ ta' proġetti ta' natura differenti ferm (per eżempju mini tal-ferroviji u konnessjonijiet b'voltaġġ għoli) li dan il-għan tas-sinerġija jitqies fil-ħidma tal-koordinaturi, apparti l-manwal ippjanat dwar il-prattiċi tajbin;

19.

għal darba oħra jiddispjaċih jara inkoerenza sfaċċata bejn, fuq naħa, il-kwistjonijiet kruċjali tan-netwerk TEN għall-UE, enfasizzata wkoll f'din il-komunikazzjoni, u r-rwol deċiżiv li jista' jkollu inċentiv finanzjarju mill-UE, u fuq naħa oħra, il-baġit baxx ħafna allokat, anki jekk dan huwa kkonċentrat fuq is-sezzjonijiet transkonfinali u l-ixkiel, u jisħaq għalhekk fuq is-sinerġija meħtieġa bejn is-sorsi kollha ta' finanzjament disponsibbli fil-livell ta' l-Unjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għandha wkoll tesplora sorsi ġodda ta' finanzjament li jistgħu jkunu possibbli fil-ġejjieni. F'dan ir-rigward, tidher meħtieġa r-reviżjoni għal perijodu medju ta' żmien tad-Direttiva dwar l-Eurovignette sabiex jitqiesu l-ispejjeż esterni;

20.

jafferma li t-tlestija tat-30 rotta prijoritarji ser tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 kkawżati mit-trasport b'4 % biss, li huwa riżultat limitat ħafna, u għalhekk jixtieq li jitqiesu l-ispejjeż esterni matul ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Eurovignette, sabiex jittieħdu miżuri li jħeġġu l-bidla modali b'mod partikolari iżda mhux b'mod esklużiv fir-reġjuni u ż-żoni sensittivi, li għandhom fuq kollox jibbenefikaw minn azzjonijiet aktar diretti u aktar determinati. L-esplojtazzjoni ta' teknoloġiji ġodda ta' l-informatika, issuġġeriti fil-komunikazzjoni, tista' tikkontribwixxi għal dan, kif ukoll l-iżvilupp ta' sistemi intelliġenti ta' trasport, qasam li fih il-pajjiżi ta' l-Asja, per eżempju, huma ħafna aktar avvanzati mill-Ewropa;

21.

jappoġġa l-iżvilupp propost tal-PPPs, b'mod partikolari billi tkun iggarantita sigurtà legali akbar, u jkunu żviluppati strumenti finanzjarji innovattivi fil-livell tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment. Madankollu jeħtieġ li dejjem joħorġu l-vantaġġi distinti ta' dawn il-proġetti, l-ispejjeż addizzjonali li jistgħu jġibu magħhom, u li jkun speċifikat sew it-trasferiment tar-riskji;

22.

jisħaq li jekk il-vantaġġi tal-ftuħ tas-swieq għall-kompetizzjoni huma magħrufa sew fis-settur tat-telekomunikazzjoni, dawn l-effetti pożittivi għandhom jidhru wkoll fis-settur tat-trasport bil-ferroviji. Jekk m'huwiex realistiku li wieħed jittama li l-finanzjament privat ta' l-investimenti fil-ferroviji jsir fuq l-istess livell bħal dak tat-telekomunikazzjoni, ta' l-anqas il-ftuħ għall-kompetizzjoni fis-settur tal-ferroviji għandu jqiegħed f'dawl tajjeb lill-investimenti pubbliċi mwettqa;

23.

jitlob li jkunu speċifikati, u eventwalment isiru aktar flessibbli, għall-investimenti fil-proġetti TEN, ir-regoli tad-dekonsolidazzjoni (skond it-tifsira tal-kriterji ta' konverġenza ta' Maastricht) għal self li jittieħed minħabba dawn il-proġetti. Din il-kwistjoni għandha żgur titqajjem fir-rigward ta' l-investimenti strateġiċi kollha għall-iżvilupp ta' l-Unjoni.

B.   Estensjoni tar-rotot tat-trasport ewlenin trans-Ewropej

Fuq pjan ġenerali

24.

jenfasizza l-importanza ta' l-estensjoni tar-rotot tat-trasport barra mill-Unjoni sabiex ikunu żviluppati l-iskambji ta' l-oġġetti u l-moviment tal-persuni, mhux biss ma' dawn il-pajjiżi ġirien, iżda mal-bqija tad-dinja;

25.

iżid jgħid li t-titjib fil-konnessjonijiet mal-pajjiżi ġirien ta' l-Unjoni ssaħħaħ ukoll l-effikaċja ta' l-investimenti kbar magħmula fin-netwerk TEN-T;

26.

jirrikonoxxi li l-iżvilupp imwettaq u l-integrazzjoni tas-settur tat-trasport, bejn l-UE u l-pajjiżi ġirien, jikkontribwixxu b'mod sħiħ għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Lisbona billi jinkoraġġixxi l-kummerċ, it-tkabbir sostenibbli kif ukoll il-koeżjoni soċjali;

27.

jinnota li dawn l-estensjonijiet huma fatturi prinċipali għall-stabilità demokratika u ekonomika fil-pajjiżi ġirien u wkoll jikkontribwixxu għall-politika Ewropea tal-viċinat, fit-tixrid ta' l-acquis communautaires, u għalhekk jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-livelli kollha mal-pajjiżi ġirien ta' l-Unjoni, jiġifieri jippreparaw l-integrazzjoni li tista' sseħħ fil-ġejjieni għal xi wħud;

Dwar ir-rapport tal-grupp ta' livell għoli

28.

l-ewwelnett jinsisti fuq il-kwalità tajba ħafna tar-rapport tal-grupp ta' livell għoli, ippresedut mis-Sinjura Loyola de Palacio, li jsellem il-memorja tagħha;

29.

apprezza l-proċess ta' konsultazzjoni li vvalida u seddaq il-ħidma tal-grupp ta' livell għoli;

30.

jixtieq li dan ir-rapport għani u ddettaljat ħafna jservi ta' bażi għad-definizzjoni preċiża ta' l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fuq perijodu fil-qosor u dak medju;

31.

jinnota r-rilevanza tar-rotot transnazzjonali identifikati:

il-ħames “rotot transnazzjonali” jkopru tajjeb il-ħtiġijiet kollha tal-konnessjonijiet estiżi tar-rotot NET-T prijoritarji billi jinġabru fi gruppi skond is-settur;

ir-rotot tal-baħar, element essenzjali fl-iżvilupp attwali fil-kummerċ dinji, jitqiesu kif suppost bħala rotta kompletament għaliha;

jinnota li l-possibbilitajiet għal titjib huma simili ħafna għal dawk identifikati mill-Unjoni sabiex jiġi implimentat it-TEN-T;

koordinazzjoni aħjar bejn il-pajjiżi li qegħdin fuq l-istess rotta;

tneħħija ta' kull tip ta' xkiel;

titjib fl-interoperabilità;

skambju ta' prattiċi tajbin;

32.

f'din l-okkażjoni jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar “it-tnedija ta' eżerċizzju sabiex ikunu identifikati u megħluba l-ostakoli fil-loġistika tat-trasport tal-merkanzija”;

33.

jafferma li r-rapport jipproponi skambji fuq bażi volontarja li ma jinstabux fil-komunikazzjoni: analiżi u aġġornament tar-rotot u tal-proġetti ewlenin kif ukoll tal-miżuri orizzontali għall-2010, b'analiżi f'nofs il-perijodu fl-2008;

Dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni nnifisha

34.

japprova r-rakkomandazzjoni magħmula lill-Kunsill u lill-Parlament sabiex tkun aċċettata l-proposta għar-reviżjoni tal-kunċett ta' kurituri u żoni Pan-Ewropej skond il-linji gwida tar-rapport;

35.

jiddispjaċih madankollu li, għalkemm ir-rotot huma deskritti bħala multimodali, m'hemm l-ebda linja gwida ġenerali fir-rigward tal-mezzi tat-trasport li għandhom jingħataw prijorità, ħlief għat-toroq tal-baħar, li l-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza r-rilevanza tagħhom, linji gwida ġenerali ta' dan it-tip jinkoraġġixxu b'mod partikolari l-bidla għal mezzi ta' trasport li jirrispettaw l-ambjent;

36.

f'din l-okkażjoni jfakkar fil-punti ewlenin ta' l-Opinjoni tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar l-analiżi ta' nofs it-term tal-White Paper dwar it-Trasport:

għalkemm l-estensjoni tan-netwerk tat-TEN-T f'pajjiżi ġirien hija waħda mill-għanijiet prinċipali tal-politika Ewropea dwar it-trasport, madankollu t-tmiem tat-TEN-T fl-UE-27 għandu jkun prijorità ogħla għall-UE;

wieħed mill-għanijiet tal-politika Ewropea dwar it-trasport għandu jkun li jittaffa l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent, inkluż li jitwettqu l-impenji li jitnisslu mill-Protokoll ta' Kyoto relatati ma' l-emissjonijiet tas-CO2, (paragrafu 1.4);

hija prijorità li jsir aġġustament tal-bilanċ tat-tqassim tal-modi tat-trasport ta' l-art, u għandhom jitwettqu strateġiji li jippromovu l-intermodalità u l-multimodalità (paragrafu 2.1);

37.

jixtieq għalhekk, peress li t-tħassib li ntwera matul il-konsultazzjonijiet pubbliċi, li tingħata importanza lill-aspetti ambjentali u li jitwettaq il-prinċipju ta' għażliet modali li jimxu id f'id ma' l-impenji ta' Kyoto u l-għanijiet ta' l-iżvilupp sostenibbli;

38.

jisħaq fuq l-importanza u l-urġenza tal-miżuri orizzontali sabiex tingħata promozzjoni lill-interoperabilità, miżuri li jinsabu mniżżla fil-komunikazzjoni li tispeċifika wkoll il-prinċipji għat-twaqqif tal-pjanijiet ta' azzjoni;

39.

japprova l-istruttura istituzzjonali proposta, li tikkonsisti fi tliet livelli:

gruppi ta' tmexxija reġjonali, ikkoordinati bejniethom;

laqgħat ministerjali sabiex jittieħdu deċiżjonijiet strateġiċi, u

segretarjat li jagħti appoġġ amministrattiva u teknika,

u barra dan fil-ġejjieni jitlob li

min-naħa, l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni Ewropea jiffinanzjaw flimkien dan is-segretarjat sabiex tkun assigurata l-kwalità u l-kontinwità tal-ħidma tiegħu, u

min-naħa l-oħra, dan is-segretarjat ikun assoċjat mill-bidu ma' l-għoti ta' konċessjonijiet għall-proġetti;

40.

jiddispjaċih jara li l-komunikazzjoni ma qisietx biżżejjed l-azzjonijiet, kemm b'rabta ma' l-investimenti kif ukoll dwar it-twettiq tal-proposti istituzzjonali;

41.

għalhekk jixtieq li malajr kemm jista' jkun isiru diskussjonijiet, deskritti bħala preparatorji, mal-pajjiżi ġirien, fl-istess waqt li jitwaqqfu l-gruppi ta' tmexxija reġjonali, li jkollhom bħala għan it-tfassil ta' miżuri li għandhom jiġu implimentati fuq perijodu qasir u fuq dak medju;

42.

jitlob li mill-bidu ta' dan il-proċess, l-implikazzjonijiet finanzjarji, li huma speċifikati fir-rapport tal-grupp ta' livell għoli iżda li ma jissemmewx fil-komunikazzjoni, ikunu vvalidati;

43.

jitlob ukoll li l-livelli tal-gvern reġjonali u lokali kkonċernati jkunu involuti sew fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet, sabiex ikun hemm sinerġija tajba ma' l-iżviluppi lokali kemm fil-qasam ekonomiku kif ukoll fl-organizzazzjoni tat-territorju.

Brussell, l-10 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/11


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-ġejjieni ta' l-ajruporti Ewropej

(2007/C 305/03)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jressaq dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

Hemm ħtieġa għal ċerti regolamenti, iżda dawn m'għandhomx ikunu ristrettivi u għandhom jintervjenu biss fejn ir-regolamenti nazzjonali jidhru li m'humiex effikaċji (prinċipju ta' sussidjarjetà). Il-karatteristiċi prinċipali għandhom ikunu t-trasparenza fil-proċess ta' konsultazzjoni u l-eżistenza ta' proċeduri ta' rikors fil-livell Ewropew;

Il-limitu ta' miljun passiġġier jidher arbitrarju u forsi mhux neċessarju, għax dan jimplika li d-direttiva tapplika għal aktar minn 150 ajruport, ħafna minnhom ajruporti żgħar reġjonali li m'għandhomx l-għodod neċessarji sabiex ilaħħqu mal-burokrazija. Għalhekk, id-Direttiva għandha tapplika biss għal dawk l-ajruporti li għandhom aktar minn 1 % tal-volum tas-suq ta' passiġġieri tat-total ta' l-UE;

L-awtorità nazzjonali indipendenti ta' regolamentazzjoni għandu jkollha wkoll il-poter li tikkonċedi eżenzjonijiet, li tinkludi ajruporti li ma jilħqux il-limitu, jekk jinħass li jippossjedu poter ta' suq sinjifikanti. Kwalunkwe valutazzjoni tas-suq li titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali ta' regolamentazzjoni hija soġġetta għal skrutinju mill-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiġi assigurata uniformità ta' trattament fl-Ewropa kollha (għalhekk l-Artikolu 1.2 tal-COM(2006) għandu jiġi emendat);

Id-Direttiva għandha tkun newtrali rigward il-prinċipju single-till;

Aċċess għall-ajruporti permezz ta' possibbiltajiet ġodda differenti huwa komponent essenzjali ta' “kapaċità” u sabiex tiġi sfruttata għall-aħjar il-kapaċità ta' l-ajruporti reġjonali;

L-ajruporti reġjonali huma importanti għall-prosperità tar-reġjuni u jistgħu jaqdu rwol importanti sabiex titnaqqas il-konġestjoni f'ajruporti ċentrali prinċipali. Barra minn hekk jistgħu joffru s-servizzi tagħhom lis-settur ta' l-avjazzjoni ġenerali u kif ukoll numru ta' servizzi potenzjali li fil-futur ma jkunux jistgħu jingħataw mill-ajruporti ġenerali, minħabba ż-żjieda fit-traffiku kummerċjali.

Dokumenti ta' Referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-operat ta' servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità

COM(2006) 396 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta' l-ajruporti fl-Ewropa

COM(2006) 819 finali

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti ta' l-ajruporti

COM(2006) 820 finali

Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996

COM(2006) 821 finali

Rapporteur

:

Is-Sur Gordon KEYMER, Membru tal-Kunsill tad-distrett ta' Tandridge (UK/PPE)

1.   Rakkomandazzjonijiet ta' politika

I.   Ħtieġa għal regolament

1.

Hemm ħtieġa għal ċerti regolamenti, iżda dawn m'għandhomx ikunu ristrettivi u għandhom jintervjenu biss fejn ir-regolamenti nazzjonali jidhru li m'humiex effikaċji (prinċipju ta' sussidjarjetà). Il-karatteristiċi prinċipali għandhom ikunu t-trasparenza fil-proċess ta' konsultazzjoni u l-eżistenza ta' proċeduri ta' rikors fil-livell Ewropew.

II.   L-imposti ta' l-ajruporti

2.

Il-limitu ta' miljun passiġġier jidher arbitrarju u forsi mhux neċessarju, għax dan jimplika li d-direttiva tapplika għal aktar minn 150 ajruport, ħafna minnhom ajruporti żgħar reġjonali li m'għandhomx l-għodod neċessarji sabiex ilaħħqu mal-burokrazija. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet nazzjonali ta' regolamentazzjoni tat-trasport bl-ajru jwettqu valutazzjonijiet tas-suq li jistgħu jkunu soġġetti għal skrutinju mill-UE, sabiex tiġi assigurata uniformità ta' trattament fl-Ewropa kollha.

3.

Id-Direttiva tapplika biss għal dawk l-ajruporti li għandhom aktar minn 1 % tal-volum tas-suq ta' passiġġieri tat-total ta' l-UE.

4.

L-awtorità nazzjonali indipendenti ta' regolamentazzjoni għandha l-poter li tikkonċedi eżenzjonijiet, jew fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-kontestabilità tas-suq, jew fil-każ ta' dawk l-ajruporti li s-sehem tagħhom mis-suq nazzjonali huwa anqas minn 20 %. Din għandha wkoll il-poter li tinkludi ajruporti li ma jilħqux il-limitu, jekk jinħass li jippossjedu poter ta' suq sinjifikanti.

5.

Kwalunkwe valutazzjoni tas-suq li titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali ta' regolamentazzjoni hija soġġetta għal skrutinju mill-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiġi assigurata uniformità ta' trattament fl-Ewropa kollha.

6.

Id-Direttiva għandha tkun newtrali rigward il-prinċipju single-till (sistema li tiddetermina t-tariffi ta' l-ajruport fuq il-bażi ta' l-attivitajiet ajrunawtiċi u kummerċjali). Il-prinċipju dual-till (sistema li tiddetermina t-tariffi ta' l-ajruport fuq il-bażi ta' l-attivitajiet ajrunawtiċi biss) xorta waħda jista' jiffunzjona tajjeb.

7.

L-ajruporti jridu jkunu kapaċi japplikaw tariffi divrenzjati, kemm sabiex iħeġġu lil-linji ta' l-ajru konsolidati, kif ukoll sabiex jippermettu l-iżvilupp ta' terminals low-cost f'ajruport.

III.   Regolatur

8.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jkunu verament indipendenti, kemm minn lat operattiv kif ukoll minn lat finanzjarju.

IV.   Kapaċità

9.

L-Ewropa għandha bżonn li ttejjeb l-użu tal-kapaċità eżistenti u tinvesti f'kapaċità ġdida.

10.

Aċċess illimitat għall-ajruporti permezz ta' possibbiltajiet ġodda differenti huwa komponent essenzjali ta' “kapaċità” u sabiex tiġi sfruttata għall-aħjar il-kapaċità ta' l-ajruporti reġjonali. Din l-aċċessibilità tinvolvi b'mod partikolari l-konnessjoni ta' l-ajruporti maċ-ċentri urbani u man-netwerks tal-ferrovija b'veloċità għolja, u n-netwerk aktar densi tal-ferrovija b'veloċità għolja sabiex jitnaqqas it-traffiku fuq distanza qasira u “tiġi lliberata” l-kapaċità.

11.

L-avjazzjoni ġenerali għandha rwol importanti x'taqdi f'Ewropa wara t-tkabbir sabiex tippermetti vjaġġar rapidu u flessibbli minn ajruport reġjonali għal ajruport reġjonali. Għalhekk għandhom jinżammu d-dispożizzjonijiet għall-movimenti ta' avjazzjoni ġenerali.

V.   Groundhandling (servizz ta' għajnuna fuq l-art)

12.

Id-Direttiva ta' l-1996 kienet ta' benefiċċju f'termini ta' żjieda fl-effiċjenza, fit-tnaqqis fl-ispejjeż u fil-ħolqien ta' impjiegi. Huwa possibbli li jkun hemm implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva eżistenti, iżda m'hemmx bżonn ta' leġislazzjoni ġdida.

VI.   Implikazzjonijiet f'termini ta' pjanar

13.

Waqt li jirrikonoxxi l-korrelazzjoni bejn il-konnettività reġjonali u t-tkabbir, il-KtR jemmen li l-ajruporti reġjonali huma importanti għall-prosperità tar-reġjuni u jistgħu jaqdu rwol importanti sabiex titnaqqas il-konġestjoni f'ajruporti ċentrali prinċipali. Barra minn hekk jistgħu joffru s-servizzi tagħhom lis-settur ta' l-avjazzjoni ġenerali u kif ukoll numru ta' servizzi potenzjali li fil-futur ma jkunux jistgħu jingħataw mill-ajruporti ġenerali, minħabba ż-żjieda fit-traffiku kummerċjali.

14.

L-awtoritajiet reġjonali u lokali jridu jinteraġixxu mas-settur ta' l-avjazzjoni b'mod differenti, notevolment fuq perijodu qasir u b'manjiera aktar dinamika.

15.

It-tkabbir futur ta' l-ajruporti jrid jiġi kkunsidrat b'mod aħjar fl-ippjanar tat-territorju fil-livell lokali u reġjonali fuq il-perijodu fit-tul (djar, netwerks tat-trasport, pjanar għall-kummerċ, eċċ.).

2.   Rakkomandazzjonijiet tal-kumitat tar-reġjuni

Rakkomandazzjoni 1

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-imposti ta' l-ajruporti [COM(2006) 0820]

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda mill-KtR

Il-kompitu ewlieni u l-attività kummerċjali primarja ta' l-ajruporti huma li jiżguraw it-trattament ta' l-inġenji ta' l-ajru, mil-landjar sat-tluq, u tal-passiġġieri u l-merkanzija, sabiex iħallu lill-operaturi ta' l-ajru jipprovdu s-servizzi tagħhom tat-trasport bl-ajru. Għal dan il-għan, l-ajruporti joffru għadd ta' faċilitajiet u servizzi relatati ma' l-operat ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-ipproċessar tal-passiġġieri u l-merkanzija, li l-ispejjeż tagħhom ġeneralment jirkuprawhom permezz ta' imposti ta' l-ajruporti.

Il-kompitu ewlieni u l-attività kummerċjali primarja ta' l-ajruporti huma li jiżguraw it-trattament ta' l-inġenji ta' l-ajru, mil-landjar sat-tluq, u tal-passiġġieri u l-merkanzija, sabiex iħallu lill-operaturi ta' l-ajru jipprovdu s-servizzi tagħhom tat-trasport bl-ajru. Għal dan il-għan, l-ajruporti joffru għadd ta' faċilitajiet u servizzi relatati ma' l-operat ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-ipproċessar tal-passiġġieri u l-merkanzija, li l-ispejjeż tagħhom ġeneralment, iżda mhux neċċessarjament b'mod esklussiv, jirkuprawhom permezz ta' imposti ta' l-ajruporti.

Raġuni

Id-Direttiva għandha tkun newtrali fir-rigward tal-prinċipju single-till. Il-prinċipju dual-till xorta waħda jista' jiffunzjona tajjeb.

Rakkomandazzjoni 2

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-imposti ta' l-ajruporti [COM(2006) 0820]

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda mill-KtR

Artikolu 1.2

Din id-Direttiva tapplika għal kull ajruport f'territorju suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u miftuħ għal traffiku kummerċjali liema traffiku annwali tiegħu jisboq miljun moviment ta' passiġġieri jew 25 000 tunnellata ta' merkanzija.

Artikolu 1.2

Din id-Direttiva tapplika għal kull ajruport f'territorju suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u miftuħ għal traffiku kummerċjali liema traffiku annwali tiegħu jisboq miljun moviment ta' passiġġieri jew 25 000 tunnellata ta' merkanzija il-1 % tas-suq totali tat-trasport bl-ajru ta' passiġieri ta' l-UE.

L-awtorità nazzjonali indipendenti ta' regolamentazzjoni għandha l-poter li tikkonċ edi eżenzjonijiet, jew fuq il-bażi ta 'valutazzjoni tal-kontestabilità tas-suq, jew fil-ka ż ta 'dawk l-ajruporti li s-sehem tagħhom mis-suq nazzjonali huwa anqas minn 20 %. Din għandha wkoll il-poter li tinkludi ajruporti li ma jilħqux il-limitu, jekk jinħass li jippossjedu poter ta' suq sinjifikanti.

Kwalunkwe valutazzjoni tas-suq li titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali ta' regolamentazzjoni hija soġġetta għal skrutinju mill-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiġi assikurata uniformità ta' trattament fl-Ewropa kollha.

Raġuni

Id-Direttiva kif abbozzata bħalissa ser tirregola aktar minn 150 ajruport, li ħafna minnhom mhumiex attrezzati għall-piż burokratiku implikat mid-Direttiva u li s-sehem tas-suq ma jeħtieġx l-inklużjoni tagħhom. Bħala linja gwida, ajruport li jkun ikklassifikat fost l-ewwel għoxrin ta' l-UE ser ikollu aktar minn 10 miljun passiġġier.

Brussell, l-10 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/15


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Limitazzjoni tal-Bidla Klimatika Globali għal 2 gradi Celsius u l-Inklużjoni ta' l-avjazzjoni fl-iskema ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet

(2007/C 305/04)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex iżżid l-isforzi tagħha fl-ogħla livell politiku sabiex tissaħħaħ il-koalizzjoni internazzjonali kontra l-bidla klimatika peress li l-bidla klimatika tista' tiġi indirizzata biss jekk jikkontribwixxu l-pajjiżi (maġġuri) kollha;

huwa tal-fehma li l-Istati Membri li għandhom biss possibbilitajiet limitati għall-produzzjoni ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli għandhom jingħataw l-għażla li jiksbu l-mira tagħhom għall-enerġija rinnovabbli mill-kummerċ, jew f'sistema ta' ċertifikazzjoni għall-enerġija favur l-ambjent madwar l-UE kollha, jew permezz ta' kuntratti bilaterali ma' Stati oħra li għandhom provvista iktar abbundanti ta' enerġija rinnovabbli. L-għan hawnhekk huwa t-tnaqqis ta' l-ispejjeż globali sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-enerġija rinnovabbli;

jirrakkomanda li jiġu provduti riżorsi u miżuri addizzjonali, b'żieda ma' l-użu tal-Fondi Strutturali Ewropej, bħala mezzi utli sabiex jassistu bl-adattar u b'miżuri immirati lejn il-mitigazzjoni, bħall-iffrankar ta' l-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

jenfasizza l-importanza tal-flessibilità reġjonali fil-ksib ta' l-effiċjenza u l-miri ta' l-enerġija rinnovabbli, peress li l-flessibilità reġjonali tnaqqas l-ispiża ġenerali tal-politika tal-klima. Madankollu, dawn il-miri għandhom ikunu obbligatorji fuq livell Ewropew;

jaqbel mal-Kummissjoni li l-avjazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ETS peress li din l-industrija hija sors tal-gassijiet b'effett ta' serra li qiegħda tikber malajr, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tqis l-effetti kollha li din l-industrija għandha fuq il-bidla klimatika;

ser jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' netwerk permanenti ta' awtoritajiet lokali u reġjonali ambizzjużi li huma interessati li jtejbu l-iskambju ta' l-informazzjoni u joħolqu pjattaforma għall-iżvilupp ta' ideat ġodda sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra b'mod kost-effettiv.

Dokumenti ta' referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsilll, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Il-Limitazzjoni tal-Bidla Klimatika Globali għal 2 gradi Celsius — It-triq 'il quddiem għal 2020 u wara”

COMM(2007) 2

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għall-inklużjoni ta' attivitajiet ta' l-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fil-Komunità

COM(2006) 818 finali — 2006/0304 (COD)

Rapporteur

:

Is-Sinjura Lenie DWARSHUIS-VAN DE BEEK, Membru tal-Kunsill Esekuttiv tal-Provinċja ta' l-Olanda t'Isfel (NL/ALDE)

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jikkunsidra ambjent f'saħħtu bħala pre-kundizzjoni bażika għall-attività tal-bniedem u jemmen, għalhekk, li l-ħarsien ta' l-ambjent huwa ta' importanza essenzjali għall-benesseri tal-bniedem;

2.

jemmen li politika ambjentali u klimatika maħsuba tajjeb żgur tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ekonomiku;

Dwar l-evalwazzjoni tat-theddida li toħloq il-bidla klimatika

3.

huwa tal-fehma li t-theddida tal-bidla klimatika avanzata, li hija kkawżata mill-gassijiet b'effett ta' serra, hija problema urġenti li għandha tiġi indirizzata, bl-ikbar determinazzjoni, qabel kollox mill-ġenerazzjoni attwali;

4.

jaqbel ma' l-evalwazzjoni li l-bidla klimatika ser ikollha impatt sinifikanti fuq il-benesseri tal-bniedem, per eżempju għall-vittmi tas-sħana eċċessiva, problemi tas-saħħa, ħsara lill-bijodiversità, il-produttività agrikola mnaqqsa f'bosta reġjuni, opportunitajiet ta' turiżmu imnaqqsa, kif ukoll ħsara kkawżata minn livelli ogħla tal-baħar u kundizzjonijiet estremi tat-temp, li jistgħu jwasslu għal migrazzjonijiet ambjentali kbar lejn l-eqreb reġjuni żviluppati;

5.

jemmen li l-politika tal-bidla klimatika ser ikollha wkoll bosta effetti pożittivi, peress li ser ittejjeb ukoll il-kwalità ta' l-arja (minħabba l-emissjonijiet imnaqqsa mill-SO2, PM u NOX), is-sikurezza tal-provvista ta' l-enerġija (minħabba d-dipendenza mnaqqsa fuq l-importazzjoni tal-karburanti fossili) u l-fertilità tal-ħamrija (minħabba t-telf ta' materja organika);

6.

jaqbel kompletament mal-Kummissjoni li l-prezz tal-miżuri tal-politika sabiex titnaqqas il-bidla klimatika ser ikun ħafna iktar baxx mill-ispejjeż stmati tal-bidla klimatika u li, għalhekk, il-politika tal-klima hija politika effiċjenti ħafna;

7.

jappoġġja l-istqarrijiet tal-Protokoll ta' Kyoto dwar l-importanza tal-ħamrija agrikola bħala depożitu tal-karbonju. Iż-żieda fil-kontenut tal-karbonju organiku u l-ħażna ta' materja organika fil-ħamrija b'hekk tikkontribwixxi b'mod sostanzjali anke lejn it-titjib fil-bilanċ tas-CO2 fil-pajjiżi. Huwa possibbli wkoll li titnaqqas l-emissjoni ta' gassijiet oħra li jaffettwaw il-klima, bħan-nitrous oxide u l-metanu, eċċetra permezz ta' ġestjoni ta' l-art immirata li tħares il-ħamrija. M'huwiex sempliċement każ ta' manteniment tal-kapaċità tal-ħażna, iżda wkoll, u fuq kollox, li din tintuża. Il-ħamrija llum trid taqdi r-rwol tagħha ta' depożitu tal-karbonju sabiex tinfluwenza b'mod pożittiv il-bilanċ tas-CO2, barra milli tagħti benefiċċji oħra bħaż-żieda fil-fertilità ta' l-art u t-titjib fil-kapaċità tal-ħażna ta' l-ilma. L-użu tal-kompost bħala parti mill-ġestjoni agrikola u ta' riċiklaġġ reġjonali tal-materjal organiku permezz tal-kompost u tal-fdalijiet tal-ħsad huma objettivi ta' prijorità għat-titjib fil-bilanċ tas-CO2;

Dwar id-dimensjoni internazzjonali tal-politika tal-klima

8.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex iżżid l-isforzi tagħha fl-ogħla livell politiku sabiex tissaħħaħ il-koalizzjoni internazzjonali kontra l-bidla klimatika peress li l-bidla klimatika tista' tiġi indirizzata biss jekk jikkontribwixxu il-pajjiżi (maġġuri) kollha;

9.

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta pjan ta' direzzjoni għall-inizjattivi rilevanti għall-bidla klimatika u għal strateġija ċara għall-parteċipazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex tiġi implimentata sal-wasla tas-summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-klima f'Kopenħagen fl-2009;

Id-dimensjoni reġjonali tal-bidla klimatika kif ukoll il-politika tal-klima

10.

jirrikonoxxi li l-vulnerabilità tar-reġjuni Ewropej għall-bidla klimatika tvarja ħafna, l-iktar minħabba d-differenzi fil-kundizzjonijiet naturali u d-densità tal-popolazzjoni;

11.

jagħraf ukoll li d-disponibilità ta' għażliet kost-effettivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jvarjaw minn reġjun għal ieħor, l-iktar minħabba d-differenzi fil-kundizzjonijiet naturali u l-istruttura ekonomika;

12.

jiddispjaċieh, għalhekk, li l-Kummissjoni m'hijiex qiegħda tagħti iktar attenzjoni lid-distribuzzjoni reġjonali kemm ta' l-ispejjeż tan-nuqqas ta' azzjoni u l-benefiċċji ta' azzjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tniedi analiżi dettaljata tad-dimensjoni reġjonali ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-bidla klimatika u l-politika tal-klima;

13.

jirrakkomanda li jiġu provduti riżorsi u miżuri addizzjonali, b'żieda ma' l-użu tal-Fondi Strutturali Ewropej, bħala mezzi utli sabiex jassistu b'politika ta' adattar u b'miżuri bil-għan ta' mitigazzjoni, bħall-iffrankar ta' l-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. Dan jista' jżid l-appoġġ għall-politika Ewropea tal-klima f'dawn ir-reġjuni;

14.

jitlob lill-Kummissjoni sabiex talloka iżjed mezzi finanzjarji għall-miżuri ta' mitigazzjoni fir-Reviżjoni ta' nofs it-term tal-Baġit għall-2008 peress li l-miri ambizzjużi tal-klima li tressqu jistgħu jinkisbu biss jekk isiru disponibbli iktar fondi pubbliċi;

Dwar il-miri tal-politika tal-klima

15.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew li l-Unjoni Ewropea għandha ssegwi miri għolja unilateralment peress li tmexxija soda hija meħtieġa sabiex tinħoloq koalizzjoni globali kontra l-bidla klimatika. Għalhekk jilqa' l-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet GHG fl-Unjoni Ewropea, irrispettivament mill-politiki f'reġjuni oħra, b'ta' l-inqas 20 % sa l-2020 meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990;

16.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tfassal ukoll miri intermedjarji għall-emissjonijiet CO2, per eżempju għas-sena 2013 jew 2015, sabiex tiġi avanzata l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni, u jiġu ffaċilitati l-analiżi u l-monitoraġġ;

17.

jappoġġja l-miri li l-effiċjenza ta' l-enerġija tittejjeb ta' l-anqas b'20 % sa l-2020, u li s-sehem ta' l-enerġija rinnovabbli tiżdied għal ta' l-inqas għal 20 % sa l-2020. Dawn il-miri jistgħu jkunu għodod effettivi fl-isforzi sabiex tintlaħaq il-mira ġenerali tat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet. Dawn l-għanijiet, ma jistgħux jinkisbu biss permezz ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda, iżda jeħtieġu wkoll bidla progressiva fil-mentalità kemm min-naħa tal-produtturi (per eżempju permezz tad-disinjar ta' prodotti li huma effiċjenti mil-lat ta' l-enerġija u fl-istess waqt attraenti għall-konsumaturi) kif ukoll min-naħa tal-konsumaturi;

18.

jenfasizza l-importanza tal-flessibilità reġjonali fil-ksib ta' l-effiċjenza u l-miri ta' l-enerġija rinnovabbli, peress li l-flessibilità reġjonali tnaqqas l-ispiża ġenerali tal-politika tal-klima. Madankollu, dawn il-miri għandhom ikunu obbligatorji fuq livell Ewropew;

Dwar l-iskambju ta' l-emissjonijiet bħala strument tal-politika tal-klima

19.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-iskema Ewropea għall-iskambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (ETS) għandha rwol ċentrali x'taqdi peress li hija strument kost-effettiv potenzjali għall-mitigazzjoni ta' l-emmissjonijiet GHG;

20.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiġġestjona b'mod effettiv in-numru ta' permesi allokati peress li l-ETS ser jopera b'mod effettiv biss jekk il-cap (jiġifieri l-livell totali ta' permessi ta' l-emissjonijiet) ikun ħafna inqas mil-livell ta' emissjonijiet GHG;

21.

jenfasizza li n-numru totali ta' permessi li għandhom jiġu allokati fl-ETS għandu jitnaqqas b'konformità mal-miri ta' l-emissjonijiet imressqa mill-Kummissjoni għall-2020, sabiex jiġi evitat li parti kbira wisq mill-piż tat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet jaqa' fuq is-setturi li m'humiex qegħdin jipparteċipaw fl-ETS, bħall-familji u l-utenti żgħar l-oħra ta' l-enerġija;

22.

huwa favur l-irkant parzjali tal-permessi, speċjalment dawk għall-industriji protetti, peress li dan ser jipprovdi inċentiv akbar sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet u, b'hekk, itejbu wkoll l-effiċjenza ta' l-ETS. Dan l-approċċ jikkonforma iktar ukoll mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”. Joħloq ukoll piż ekonomiku eħfef għall-kumpaniji li jipparteċipaw milli kieku kellhom jiġu rkantati l-permessi kollha;

23.

huwa tal-fehma li l-irkant u l-allokazzjoni (punt ta' referenza) b'xejn tal-parti l-oħra (prinċipali) tal-permessi ta' l-emissjonijiet jistgħu jitħallew f'idejn l-Istati Membri, sakemm il-proċeduri ta' l-allokazzjoni fl-UE jkunu armonizzati sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fost l-Istati Membri u tittejjeb l-effiċjenza tas-sistema; f'sistema futura ta' skambju, għal setturi ekonomiċi speċifiċi b'punt ta' referenza Ewropew paragunabbli, tista' tiġi kkunsidrata l-idea li l-kwoti jiġu assenjati jew l-objettivi jiġu definiti fil-livell Komunitarju, indipendentement mill-objettivi nazzjonali tat-tnaqqis, li jipprevedi li l-operaturi ekonomiċi kollha jingħataw numru identiku ta' kwoti għal kull unità ta' produzzjoni;

24.

jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra jekk il-mezzi adattati, per eżempju mill-Fondi Strutturali, għandhomx jintużaw sabiex jikkompensaw l-iktar reġjuni mbiegħda jekk dawn jintlaqtu b'mod relattivament qawwi bl-inklużjoni ta' l-avjazzjoni fl-ETS;

25.

jilqa' l-isforzi kollha li huma intiżi sabiex jikkoordinaw is-sistema Komunitarja ta' skambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet ma' aproċċi simili f'pajjiżi terzi; hemm bżonn li tiġi evitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni li tivvantaġġja lill-produtturi minn Stati li m'għandhomx sistema analoga ta' skambju tal-kwoti, billi jiġu adottati miżuri adegwati bħal imposti li jikkumpensaw;

26.

jilqa' l-proposta sabiex tiġi estiża l-ETS għal gassijiet u setturi oħra peress li dan ser jgħolli kemm l-effikaċja kif ukoll l-effiċjenza tas-sistema;

27.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra bir-reqqa l-għażla li l-ETS tinfetaħ għall-emittenti intensivi ta' l-enerġija peress li din probabilment tista' tbaxxi l-ispejjeż tagħhom tat-tnaqqis;

28.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-avjazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ETS peress li din l-industrija hija sors tal-gassijiet b'effett ta' serra li qiegħda tikber malajr, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tqis l-effetti kollha li din l-industrija għandha fuq il-bidla klimatika;

29.

jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-industrija ta' l-avjazzjoni fl-allokazzjoni tal-permessi, b'mod partikulari sabiex jiġi indirizzat il-fatt li emissjonijiet mill-avjazzjoni (kemm karbonju kif ukoll tat-tip idro) għandhom impatt ikbar fuq il-bidla klimatika minn attivitajiet li jitwettqu fil-livell ta' l-art;

30.

huwa oppost bil-qawwi għall-eżenzjoni proposta għat-titjiriet tal-gvern peress li l-gvernijiet għandhom imexxu bl-eżempju sabiex isaħħu l-appoġġ tal-pubbliku għall-politika;

31.

jemmen li t-teknoloġiji tal-Ġabra u l-Ħażna tal-Karbonju (Carbon Capture and Storage — CCS) għandha tiġi inkluża fl-ETS biss jekk ikun hemm kundizzjonijiet stretti ta' monitoraġġ u ta' sikurezza. L-ewwel però, hemm bżonn li jintwera permezz ta' impjanti ta' prova sa liema punt u b'liema spiża dawn it-teknoloġiji jistgħu jikkontribwixxu sabiex jevitaw l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra;

Dwar strumenti oħra tal-politika tal-klima

32.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa sistemi li permezz tagħhom l-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jilħqu l-miri dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija b'mod kost-effettiv;

33.

huwa tal-fehma li l-Istati Membri li għandhom biss possibbilitajiet limitati għall-produzzjoni ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli għandhom jingħataw l-għażla li jiksbu l-mira tagħhom għall-enerġija rinnovabbli mill-kummerċ, jew f'sistema ta' ċertifikazzjoni għall-enerġija favur l-ambjent madwar l-UE kollha, jew permezz ta' kuntratti bilaterali ma' Stati oħra li għandhom provvista iktar abbundanti ta' enerġija rinnovabbli. L-għan hawnhekk huwa t-tnaqqis ta' l-ispejjeż globali sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-enerġija rinnovabbli;

34.

jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-mira għall-effiċjenza ta' l-enerġija fuq livell aggregat (jiġifieri l-intensità enerġetika ta' l-ekonomija kollha kemm hi) li tqis id-differenzi reġjonali fl-istruttura settorjali. Dan jista' jagħti lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-flessibilità sabiex jilħqu l-mira b'medda usa' ta' miżuri, inkluż il-miżuri mmirati lejn il-konsum ta' l-enerġija ta' l-apparati u l-istruttura industrijali ta' l-ekonomija (reġjonali);

35.

jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas il-medja ta' emissjonijiet ta' karozzi mibjugħin fl-UE minn 2012 għal 120 gr ta' CO2 għal kull kilometru, u li tappoġġja r-riċerka f'dan il-qasam sabiex il-mira ta' 95 gr għal CO2 għal kull km jista' jinkiseb sa l-2020;

36.

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra bir-reqqa l-prinċipju tas-sussidjarjetà meta toħloq strumenti ta' politika ġodda. L-awtoritajiet reġjonali u lokali huma f'qagħda tajba sabiex jieħdu miżuri effettivi fil-qasam tat-trasport pubbliku, l-infrastruttura tat-traffiku, l-infrastruttura ta' l-enerġija, il-politika ta' l-ispazju, il-miżuri ta' l-enerġija-effiċjenza u l-miżuri ta' komunikazzjoni mmirati lejn il-pubbliku;

Dwar ir-rwol ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika Ewropea tal-klima

37.

huwa konvint li l-miżuri fuq livell reġjonali u lokali huma indispensabbli għal politika Ewropea tal-klima li hija effettiva;

38.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali wkoll għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-adattar għall-bidla klimatika. Il-KtR ser ifassal opinjoni dwar dan is-suġġett fi żmien debitu;

39.

jinnota li l-awtoritajiet reġjonali u lokali diġà qegħdin jikkontribwixxu lejn il-politika Ewropea tal-klima f'diversi modi, per eżempju:

a.

jikkomunikaw mal-pubbliku, per eżempju fl-iskejjel, dwar il-bżonn li tittieħed azzjoni sabiex ma jkunx hemm iktar bidla klimatika;

b.

jagħmlu l-kwistjonijiet tal-klima u ta' l-enerġija fattur prinċipali fl-ippjanar ta' l-ispazju;

c.

iħeġġu l-investiment fl-infrastrutturi għall-istazzjonijiet tal-bijomassa u l-bijokarburant;

d.

jistimolaw l-investiment fl-infrastrutturi tas-sħana, li jqabbdu l-provvista tas-sħana (sħana li tibqa', sħana ġeotermika, ħażna tal-kesħa u tas-sħana fil-ħamrija) mad-domanda;

e.

isaħħu t-trasferiment modali fit-trasport permezz, per eżempju, tal-politika ta' l-ispazju;

f.

iħeġġu t-trasport pubbliku reġjonali, per eżempju konnessjonijiet ta' light rail;

g.

aktar ippjanar u l-introduzzjoni ta' rotot għall-mixi u rotot oħra ta' trasport għal traffiku mhux motorizzat;

h.

jippromovu teknoloġija nadifa fit-trasport pubbliku permezz ta' akkwist pubbliku li huwa favur l-ambjent;

i.

jissemplifikaw il-proċeduri għall-permess għall-proġetti ta' enerġija rinnovabbli;

j.

itejbu r-regolamentazzjoni ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija mill-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz tal-ħolqien ta' ċentri ta' l-esperti;

k.

iwaqqfu sħubiji internazzjonali sabiex jestendu l-koalizzjoni internazzjonali kontra l-bidla klimatika, u t-trasferiment tat-teknoloġija ta' l-iffrankar ta' l-enerġija għal pajjiżi inqas żviluppati;

l.

isaħħu r-riċerka u l-iżvilupp fit-teknoloġija permezz tal-ħolqien ta' “widien ta' l-enerġija” (energy valleys) reġjonali;

m.

jorbtu l-għanijiet għall-effiċjenza ta' l-enerġija jew l-enerġija rinnovabbli ma' l-għanijiet reġjonali bħall-impjieg, l-innovazzjoni, il-politika soċjali;

n.

ifasslu miri ambizzjużi, bħal pjanijiet ta' azzjoni għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet lokali jew reġjonali u “żoni newtrali għall-klima” jew “trasport pubbliku u binjiet newtrali għall-klima”;

o.

jużaw l-akkwist pubbliku bħala għodda għat-tnaqqis fl-użu ta' l-enerġija u għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija għall-prodotti u s-servizzi;

p.

iħeġġu t-trattament tal-materjal organiku u materji primi fil-livell reġjonali u lokali, minħabba li t-tnaqqis fil-moviment tat-trasport jikkontribwixxi lejn il-bilanċ tas-CO2;

40.

ser jassumi r-responsabilità tiegħu billi jħeġġeġ b'mod qawwi l-implimentazzjoni ta' dawn it-tipi ta' miżuri fuq livell reġjonali u lokali permezz ta' tliet tipi ta' azzjoni:

a.

it-titjib fit-tixrid ta' l-għarfien dwar il-miżuri klimatiċi li huma kost-effettivi;

b.

it-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni fl-UE;

c.

it-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni fl-UE u r-reġjuni f'partijiet oħra tad-dinja, bħal fl-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Indja, parzjalment billi jintensifikaw ir-relazzjonijiet li jeżistu diġà bejn dawn ir-reġjuni;

41.

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex torganizza konferenza dwar il-politika tal-klima reġjonali u lokali, sabiex ixxerred l-aħjar prattiki fost ir-reġjuni Ewropew, u sabiex tiddiskuti kif il-Kummissjoni tista' tappoġġja il-politiki tal-klima reġjonali u lokali b'mod effettiv;

42.

ser jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' netwerk permanenti ta' awtoritajiet lokali u reġjonali ambizzjużi li huma interessati li jtejbu l-iskambju ta' l-informazzjoni u joħolqu pjattaforma għall-iżvilupp ta' ideat ġodda sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra b'mod kost-effettiv;

43.

joffri li jipparteċipa b'mod attiv fil-proċess addizzjonali ta' tfassil tal-politika Ewropea tal-klima.

Brussell, l-10 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/20


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Gvern lokali u reġjonali fl-Ukraina u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina

(2007/C 305/05)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jinnota li wara l-avvenimenti li wasslu għar-“Rivoluzzjoni Oranġjo” fl-aħħar ta' l-2004, l-Ukraina segwiet aġenda ambizzjuża ta' riformi sabiex id-demokrazija u l-ekonomija tas-suq jiksbu għeruq sodi fil-pajjiz u sabiex l-Ukraina toqrob lejn l-UE; jinnota madankollu li dawn ir-riformi għadhom fi stat ta' żvilupp li huwa fraġli;

jilqa' l-fatt li l-UE u l-Ukraina fetħu n-negozzjati għal Ftehim Imsaħħaħ ġdid f'Marzu 2007;

jistenna b'interess l-implimentazzjoni ta' l-istadju li jmiss tal-Pjan ta' Riforma Amministrattiva ta' l-Ukraina, b'enfasi partikolari fuq il-kompetenzi ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, id-deċentralizzazzjoni fiskali, ir-riforma territorjali;

jilqa' il-proposta ta' twaqqif ta' pjattaforma istituzzjonali sabiex tiffaċilita l-konsultazzjoni ta' l-atturi tas-soċjetà ċivili fl-UE u l-Ukraina, fil-kuntest ta' neġozjati permanenti dwar il-Ftehim Imsaħħaħ ġdid; iżda jiddispjaċih li attwalment ma hemm l-ebda dispożizzjoni sabiex jiżgura l-istess livell ma' konsultazzjoni ta' l-atturi tal-kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tistabbilixxi kumitat ta' pjattaforma istituzzjonali simili għar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-UE u l-Ukraina;

jipproponi li, b' għajnuna prattika mill-Kummissjoni Ewropea, u b'konformità mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni ffirmat mill-UE u l-Ukraina, ikun jista' jabbozza qafas ta' ftehim b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ukraina u l-Istati Membri ta' l-UE; dan il-ftehim ikun jista' jifforma l-bażi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri ta' l-UE u l-kontrapartijiet tagħhom fl-Ukraina;

ifakkar li l-allokazzjoni tal-fondi għall-kooperazzjoni transkonfinali fuq il-fruntiera tal-lvant ta' l-UE tirrappreżenta biss 5 % ta' l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija; il-KtR huwa ta' l-opinjoni li l-allokazzjoni tal-fondi għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija m'hijiex suffiċjenti u jitlob li ta' l-anqas 10 % tal-fondi ta' l-Istrument jiġu ddedikati għas-sostenn tal-kooperazzjoni transkonfinali;

Rapporteur

:

Is-Sur Istvan SÉRTŐ-RADICS (HU/ALDE), Sindku ta' Uszka,Viċi-president tal-kummissjoni RELEX

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

Ir-relazzjonijiet UE-Ukraina: strateġija u sfidi prinċipali

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jittama' li din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tikkontribwixxi sabiex tippromovi d-demokrazija fl-Ukraina fil-livelli reġjonali u lokali, u tinstiga u ssaħħaħ l-isforzi konkreti fil-kuntest tas-Sħubija Strateġiku u l-Pjan ta'Azzjoni tal-Viċinat UE-Ukraina, fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat l-ġdida li diġà bdiet. Din l-opinjoni fuq inizjattiva proprija għalhekk għandha tiffoka b'mod aktar speċifiku fuq l-opportunitajiet sabiex jissolvew problemi komuni premezz ta' kooperazzjoni akbar transkonfinali u reġjonali bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali ta' l-UE u ta' l-Ukraina;

2.

huwa tal-fehma li l-UE għandha interess strateġiku importanti fl-istabilità tal-politika fl-Ukraina u l-iżvilupp ekonomiku, iżda l-motivazzjoni għal relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn iż-żewġ entitajiet żdiedet wara t-tkabbir u l-adeżjoni ta' żewġ stati ġodda li għandhom fruntieri fuq l-art u fil-baħar ma' l-Ukraina. M'hemm l-ebda dubju li l-aħjar mod li bih l-Ukraina tista' tikseb żvilupp globalihuwa billi ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala suq li qiegħed jirnexxi għall-esportazzjoni u l-investimenti ta' l-UE, kif ukoll bħala sieħba prevedibbli u kooperattiva għall-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa. Dawn il-fatturi kollha għandhom influwenza fuq l-istabilità, is-sigurtà u l-prosperità fl-UE;

3.

ijfakkar li l-Ukraina bħalissa għaddejja minn riforma ta' gvernanza awtonoma, u għalhekk eżempji u mudelli mill-Istati Membri ta' l-UE żgur li jkunu milqugħa. Il-pass l-ieħor importanti li jmiss, madankollu, huwa li jiġi aċċertat kemm il-leġislazzjoni qiegħda tiġi implimentata b'mod konsistenti u trasparenti. Dan jinkludi l-bini tal-kapaċità istituzzjonali, li hija neċessarja sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp tad-demokrazija kif ukoll ta' gvernanza tajba u l-konformità mal-prinċipji Ewropej tas-sussidjarjetà, il-prossimità u s-sħubija. Dawn il-kunċetti huma kollha importanti għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, li huwa l-għan, mhux biss ta' l-Ukraina, iżda ta' l-UE ukoll;

4.

jfakkar li hekk kif il-fruntiera ma' l-UE qiegħda titwal b'mod sostanzjali, l-Ukraina flimkien ma' l-Istati Indipendenti l-ġodda l-oħra, ser issir ġara aktar prominenti u strateġika ta' l-UE; u li l-UE għandha bżonn tiżviluppa relazzjonijiet tajbin u bbilanċjati ma' l-Ukraina — it-tieni l-akbar ġara tagħha — u għalhekk għandha tippromovi l-gvernanza tajba u d-demokrazija f'dan il-pajjiż, mhux biss fil-livell nazzjonali iżda wkoll fil-livelli lokali u reġjonali. Iridu jittieħdu passi prattiċi u li jħallu effett sabiex jiġu indirizzati l-bidliet dinamiċi u l-isfidi l-ġodda li qegħdin iġibu magħhom l-aħħar żewġ gruppi (għaxra u tnejn) ta' Stati Membri ġodda ta' l-UE, li għandhom implikazzjonijiet importanti għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina;

5.

jisħaq li l-impatt tat-tkabbir ta' l-UE ma jaffettwax biss ir-relazzjoni bejn l-Ukraina u l-Istati Membri attwali ta' l-UE, iżda wkoll ir-relazzjonijiet bejn l-Ukraina u l-Istati Indipendenti l-ġodda u r-Russja. Għalhekk l-istat kurrenti ta' l-istrutturi ta' kooperazzjoni u n-netwerks l-oħra jrid jiġi eżaminat u mtejjeb b'mod li jevita t-tfixkil u l-ewwel u qabel kollox jippermetti li jsir aktar progress li jħalli effett fil-qasam ta' l-istabilizzazzjoni demokratika, id-deċentralizzazzjoni ġenwina u l-koeżjoni territorjali. Barra minn hekk, huwa importanti li wieħed jinnota li bl-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda, il-prospetti għaż-żona madwar il-Baħar l-Iswed ser jinbidlu b'mod drammatiku. Dawn l-isfidi jridu jiġu indirizzati fuq il-pjan politiku u ekonomiku;

6.

jenfasizza li fil-passat l-UE assistiet fl-iżvilupp tad-demokrazija lokali u ta' amministrazzjoni lokali effettiva fil-pajjiżi ċentrali u tal-lvant ta' l-Ewropa. Dan, per eżempju, seħħ permezz tal-programmi TACIS u ta' qafas għal ġemellaġġ (Twinning framework programmes). Il-koordinazzjoni bejn il-programmi, madankollu, ma kienx biżżejjed u għalhekk il-KtR jixtieq jikkontribwixxi sabiex jappoġġja approċċ aktar effiċjenti fl-amministrazzjoni tal-programmi ġodda ta' għajnuna esterna ta' l-UE bħall-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija u l-Fond għall-Investiment għall-Viċinat il-ġdid. Ir-rabta bejn l-politiki kollha qodma u ġodda u speċjalment il-programmi u l-istrumenti finanzjarji marbutin magħhom għandha bżonn tiġi ċċarata mill-perspettiva ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

7.

ifakkar li l-ġemellaġġ bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa rikonoxxut b'mod speċjali mill-UE u wera li kien utli ħafna fit-tkattir ta' l-effiċjenza amministrattiva u kuntatti bejn in-nies. Għalhekk il-KtR jixtieq jara dawn l-iskemi ta' ġemellaġġ jitkomplew u possibbilment anke jespandu sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċjali tal-bini ta' l-istituzzjonijiet lokali u reġjonali fl-Ukraina u din iż-żona ġeografika. Barra minn hekk, id-demokrazija lokali u reġjonali hija strument prinċipali fil-kontinwazzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-istituzzjonijiet demokratiċi u tal-kapaċità fl-Ukraina- u għandu jirrappreżenta sinjal ta' konformità sostnut fost l-oħrajn mill-Karta Ewropea ta' l-Awtonomija Lokali adottata fil-15 ta' Ottubru 1985. Id-dibattitu għalhekk irid jinvolvi l-partijiet kollha ikkonċernati, inkluż l-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali kif ukoll l-awtoritajiet sotto-nazzjonali;

8.

jemmen li sħubija kredibbli għandha tibni fuq strateġija u aġenda prattika ibbażata fuq interessi komuni, sabiex jiġu segwiti l-miri ta' politika li ġew deċiżi. Għal dan il-għan, miżuri prattiċi speċifiċi iridu jiġu adottati li huma kapaċi li jirrispondu għall-bidliet u l-isfidi l-ġodda fir-relazzjonijiet ta' bejn l-UE li reċentement kibret u l-Ukraina. Fil-livell lokali u reġjonali, huwa vitali li wieħed jiżgura t-tkabbir, peress li huwa l-bażi tal-prosperità futura; l-iżvilupp irid jiġi adattat ukoll għar-responsabbiltajiet varji ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-edukazzjoni, il-ħarsien ta' l-ambjent, it-trasport, l-iżvilupp tan-negozju ibbażat fuq il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u privat, is-servizzi soċjali, u tal-kura tas-saħħa huma l-aspetti ewlenin ta' żvilupp reġjonali li jistgħu jwasslu għat-tkabbir fl-Ukraina u l-UE u li jġibu kooperazzjoni eqreb bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

9.

jirrakkomanda li l-UE trid tagħti ħafna każ tar-reġjuni li għandhom bżonn partikolari tat-tkabbir u l-iżvilupp; per eżempju, Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija jridu jintużaw sabiex jgħinu żoni li waqgħu lura f'reġjuni li li għadejjin minn żmien ekonomiku diffiċli fl-Ukraina. Huwa importanti wkoll li tingħata attenzjoni speċjali li prinċipji tal-politika strutturali u ta' koeżjoni Ewropea jiġu adattati għall-kundizzjonijiet lokali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' l-għixien, l-iżvilupp sostenibbli u l-kompetittività reġjonali mtejba;

10.

ifakkar li l-KtR għandu l-intenzjoni li jagħti prijorità lill-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli għall-kwistjonijiet li jolqtu lis-soċjetà kollha kemm hi, filwaqt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiffokaw l-attivitajiet tagħhom f'oqsma ta' importanza għal sezzjonijiet individwali tas-soċjetà u li huma qrib tal-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini;

11.

jinnota li permezz ta' kooperazzjoni mill-viċin fil-livell tal-proġetti individwali, l-UE tista' tgħin sabiex tiżgura li r-riformi u s-servizzi ta' l-amministrazzjoni pubblika jiġu mdaħħla b'mod ibbilanċjat fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Għalhekk, fil-livell tal-proġetti l-UE tista' tibni l-kapital uman permezz ta' żviluppi f'setturi individwali. L-UE trid tkompli tiżviluppa r-relazzjonijiet personali f'dan il-qasam, b'mod partikolari permezz ta' sħubijiet li jissawru fil-qasam ta' l-edukazzjoni.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina: żviluppi reċenti

12.

jinnota li wara l-avvenimenti li wasslu għar-“Rivoluzzjoni Oranġjo” fl-aħħar ta' l-2004, l-Ukraina segwiet aġenda ambizzjuża ta' riformi sabiex id-demokrazija u l-ekonomija tas-suq jiksbu għeruq sodi fil-pajjiz u sabiex l-Ukraina toqrob lejn l-UE; jinnota madankollu li dawn ir-riformi għadhom fi stat ta' żvilupp li huwa fraġli;

13.

jinnota li l-objettivi politiki definiti mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) ta' April 1998 u l-Pjan ta' Azzjoni EU-Ukraina ta' Frar 2005 jibqgħu bażi importanti għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina. Il-ftehim jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni bilaterali u jwaqqaf il-fora prinċipali u l-korpi għat-teħid tad-deċizjonijiet, sabiex jiġi żgurat li kwistjonijiet ta' interess komuni jiġu trattati fil-livelli kollha, ikun hemm skambju ta' informazzjoni u l-kunflitti jiġu solvuti;

14.

jilqa' l-fatt li l-UE u l-Ukraina fetħu n-negozzjati għal Ftehim Imsaħħaħ ġdid f'Marzu 2007. L-għan prinċipali tal-Ftehim Imsaħħaħ ġdid, li jirrifletti l-importanza strateġika ta' l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina, huwa li jqarreb lill-Ukraina lejn l-UE, isaħħaħ il-kooperazzjoni politika, ikabbar il-kummerċ u l-investimenti u b'hekk jikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ekonomiku u l-prosperità fl-Ukraina;

15.

jilqa' il-proposta ta' twaqqif ta' pjattaforma istituzzjonali sabiex tiffaċilità l-konsultazzjoni ta' l-atturi tas-soċjetà ċivili fl-UE u l-Ukraina, fil-kuntest ta' neġozjati permanenti dwar l-Ftehim Imsaħħaħ ġdid; iżda jiddispjaċih li attwalment ma hemm l-ebda dispożizzjoni sabiex jiżgura l-istess livell ma' konsultazzjoni ta' l-atturi tal-kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tistabbilixxi kumitat ta' pjattaforma istituzzjonali simili għar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-UE u l-Ukraina;

16.

jiġbed l-attenzjoni li l-KtR iqis il-kooperazzjoni taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat bħala xi ħaġa separata mill-proċess għad-dħul fl-UE, jiġifieri li l-kooperazzjoni fiha nnifisha ma twassalx għas-sħubija fl-UE; madankollu, il-kooperazzjoni msaħħa taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat tista' tippromovi l-proċessi ta' riforma fl-Ukraina u tistabbilixxi strateġija fit-tul għar-relazzjonijiet, u b'hekk tista' tressaq il-pajjiż eqreb lejn l-UE;

17.

huwa lest sabiex jipparteċipa b'mod kostruttiv fl-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta' żona komuni, li tinkludi żona ekonomika komuni, żona komuni ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif ukoll kooperazzjoni għal sigurtà esterna, u r-riċerka, l-edukazzjoni u l-kultura, kif miftiehem waqt is-summits bejn l-UE u l-Ukraina f'Diċembru 2005 u Ottubru 2006;

18.

jħoss li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom sehem leġittimu f'ħafna aspetti taż-żoni komuni, u jipproponi il-parteċipazzjoni diretta tiegħu fil-ħidma dwar l-iżvilupp ta' żoni komuni fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' kompetenzi tiegħu u dawk li jaqgħu taħt il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni;

19.

jistenna b'interess l-implimentazzjoni ta' l-istadju li jmiss tal-Pjan ta' Riforma Amministrattiva ta' l-Ukraina, b'enfasi partikolari fuq il-kompetenzi ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, id-deċentralizzazzjoni fiskali, ir-riforma territorjali, u jistenna progress dwar l-opportunitajiet ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-UE u l-Ukraina;

20.

jafda li l-prinċipji tal-Karta Ewropea għat-Tmexxija Awtonoma Lokali ta' Ottubru 1985 tiġi inkluża wkoll fil-proposti leġislattivi li jmiss;

21.

huwa kuntent li qiegħda tingħata attenzjoni lill-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u l-Ukraina, għaliex dan ifisser li tingħata prijorità lis-soluzzjonijiet għall-problemi komuni li huma viċin tal-preokkupazzjonijiet tal-pubbliku, fil-livell ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

22.

jikkunsidra li l-iskambji ta' informazzjoni u l-aħjar prattiċi fil-livell lokali u reġjonali jrawmu d-demokrazija u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku;

23.

jinnota b'sudisfazzjoni li r-riżultati pożittivi ta' proġetti li ġew implimentati b'mod konġunt mill-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-UE u l-Ukraina saħħew ix-xewqa għal kooperazzjoni li tkompli taħt kundizzjonijiet favorevoli u jenfasizza li kooperazzjoni fit-tul bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali hija bżonnjuża u kundizzjoni importanti għar-rwol ta' dawk li qegħdin jiżviluppaw proġetti konġunti.

Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-prijoritajiet ewlenin fil-livell lokali u reġjonali

24.

jappella b'mod qawwi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-UE u l-Ukraina sabiex jikkooperaw f'oqsma ta' interess komuni, peress li hemm il-potenzjal għall-kooperazzjoni f'diversi oqsma, per eżempju l-kultura, l-affarijiet soċjali, l-ekonomiji reġjonali, il-ħarsien ta' l-ambjent, it-trasport, l-agrikoltura, u inizjattivi speċifiċi li jippromovu r-riċerka u l-iżvilupp fis-settur privat. Dawn l-oqsma huma ta' relevanza partikolari għall-kompetenzi territorjali għall-iżvilupp reġjonali;

25.

jħoss li s-saħħa u fil-parti l-kbira l-kura tas-saħħa huma l-elementi prinċipali tat-tkabbir potenzjali tas-soċjetà, u għalhekk huma setturi importanti li jaqgħu fil-kompetenzi ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma marbuta ma' kwistjonijiet soċjali u għandhom impatt dirett jew indirett fuq setturi oħra wkoll; għalhekk huma saru komponenti ewlenin ta' setturi oħra, u b'hekk ikkontribwixxu lejn il-promozzjoni u l-manteniment ta' l-istabilità soċjali;

26.

jipproponi li, b' għajnuna prattika mill-Kummissjoni Ewropea, u b'konformità mal-ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni iffirmat mill-UE u l-Ukraina, ikun jista' jabbozza qafas ta' ftehim b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ukraina u l-Istati Membri ta' l-UE; dan il-ftehim ikun jista' jifforma l-bażi għall-kooprazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri ta' l-UE u l-kontrapartijiet tagħhom fl-Ukraina;

27.

huwa favur il-promozzjoni ta' l-iskambju ta' informazzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-aħjar prattiċi f'oqsma ta' azzjoni, sakemm dan iseħħ taħt kundizzjonijiet li huma favorevoli għas-soċjetà kollha kemm hi; il-KtR ikun lest li jgħin sabiex jiġu organizzati dibattiti regolari dwar l-Ukraina sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni tal-kooperazzjoni u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina; dawn id-dibattiti jkunu ta' kontribuzzjoni speċjali f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

28.

jħoss li l-iskambju ta' esperjenzi u informazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jista' jikkontribwixxi sabiex l-UE u l-Ukraina jkunu jifhmu lil xulxin aħjar f'oqsma ta' interess komuni; dan jiftaħ ukoll possibbiltajiet ġodda għal inizjattivi speċifiċi li huma mmirati għall-Ukraina fil-forma ta' gruppi ta' ħidma, seminars, laqgħat u konferenzi, peress li ż-żewġ imsieħba huma interessati f'dan u jixtiequ jikkontribwixxu lejn kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Ukraina.

Kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali

29.

jindika li t-tieni fażi tal-programm il-ġdid għall-viċinat waslet biex tiġi implimentata bejn l-2007 u l-2013, u x'aktarx ser tiftaħ il-bieb għal-kooperazzjoni transkonfinali aktar effettiva, b'riżultati speċifiċi;

30.

jaqbel li hemm bżonn ta' aktar appoġġ tekniku u politiku sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni transkonfinali u interreġjonali permanenti bejn l-UE u l-pajjiżi fil-viċinat fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera li hemm bejniethom bejn il-perjodu 2007-2013, u li l-Istrument ta' Viċinat u Sħubija ġdid għandu jintuża sabiex jipprovdi appoġġ sod għall-objettivi ta' kooperazzjoni territorjali;

31.

jilqa' d-dokument ta' strateġija tal-pajjiż ta' l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ukraina 2007-2013 li jfakkar li l-kooperazzjoni transkonfinali hija element prinċipali fil-kooperazzjoni bejn il-ġirien; il-KtR jisħaq li din il-forma ta' kooperazzjoni hija l-aħjar mezz sabiex jingħeleb it-tħassib dwar l-introduzzjoni tal-fruntiera Schengen, u jirrappreżenta wkoll benefiċċji kbar għar-reġjuni li jinsabu fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, irrispettivament mill-istat ta' żvilupp attwali tar-reġjuni ta' l-UE li huma fuq il-fruntiera tal-lvant;

32.

ifakkar li l-allokazzjoni tal-fondi għall-kooperazzjoni transkonfinali fuq il-fruntiera tal-lvant ta' l-UE tirrapreżenta biss 5 % ta' l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija; il-KtR huwa ta' l-opinjoni li l-allokazzjoni tal-fondi għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija m'humiex suffiċjenti u jitlob li ta' l-anqas 10 % tal-fondi ta' l-Istrument jiġu ddedikati għas-sostenn tal-kooperazzjoni transkonfinali;

33.

jikkunisdra — f'dan id-dawl — li l-prijoritajiet għall-kooperazzjoni transkonfinali jeħtieġu li jiġu definiti b'mod attent ħafna sabiex is-sinerġiji jiġu massimizzati u jiġi evitat it-tberbiq tal-fondi; ammont tant żgħir ta' flus m'għandux jintuża sabiex jiġu appoġġjati programmi ta' żvilupp ekonomiku u soċjali ġenerali fir-reġjuni li huma fuq il-fruntiera; bl-istess mod, m'huwiex realistiku li wieħed jistenna li dan il-pakkett finanzjarju żgħir ser ikopri objettivi oħra ta' l-UE prijoritarji bħall-provvediment ta' fruntieri effettivi u sikuri li jrid jiġi indirizzat taħt politiki oħra ta' l-UE;

34.

jirrakkomanda li jiġu msaħħa tliet prijoritajiet ta' kooperazzjoni transkonfinali — fosthom a) is-soluzzjoni ta' problemi komuni tal-fruntiera fosthom l-infrastruttura lokali komuni u l-iżvilupp reġjonali integrat, b) kuntatti bejn in-nies u ċ) l-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-appoġġ għall-edukazzjoni, ix-xjenza u r-riċerka fir-reġjuni li huma fuq il-fruntieri;

35.

jiġbed l-attenzjoni li hemm vantaġġi fl-istimolu u l-iżvilupp ta' l-interess fil-kooperazzjoni — speċjalment fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni — ibbażati fuq attivitajiet u tradizzjonijiet kulturali li huma karatteristiċi tal-kulturi indiġeni lokali u reġjonali;

36.

jistenna r-rwol futur possibbli ta' l-istrument legali tar-Raggruppament Ewropew għal Kooperazzjoni Territorjali (REKT) fl-oqsma msemmija hawn fuq, partikolarment fl-oqsma tas-saħħa pubblika, t-trasport pubbliku, tħejjija għad-diżastri jew il-ħolqien ta' strutturi transnazzjonali għat-turiżmu. Barra minn hekk ir-REKT jista' jservi bħala strument addizzjonali sabiex jiġu implimentati strateġiji ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u privat; għalhekk jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fl-Ukraina u fl-Istati Membri ta' l-UE li huma ġirien, sabiex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex l-imsieħba Ukraini jkunu jistgħu jipparteċipaw fir-REKTijiet futuri, kif jipprovdi r-Regolament (KE) 1082/2006;

37.

jqis li huwa importanti għall-UE li żżid il-kooperazzjoni finanzjarja ma' l-Ukraina, b'mod partikolari permezz ta' l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u l-Isħubija u billi jitniedu strumenti ġodda bħall-Fond għall-Investiment għall-Viċinat, li l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri li jipprovdu l-għajnuna għall-iżvilupp jistgħu jużaw sabiex jistimolaw l-investiment fil-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinanza, u jipproponi wkoll li l-Ukraina tikkontribwixxi lejn l-iffirmar ta' ftehim konġunt finanzjarju, li jiġi implimentat minn fondazzjoni konġunta;

38.

jenfasizza l-importanza tal-programmi ta' ġemellaġġ tal-bliet bħala kontribuzzjoni għall-iskambju ta' l-informazzjoni f'oqsma speċifiċi ta' azzjoni;

39.

jilqa' l-insistenza tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-importanza ta' l-appartenenza lokali, filwaqt li jiġi żgurat l-appoġġ mil-livell nazzjonali; iżda fil-kuntest tal-bini ta' kooperazzjoni aħjar il-KtR jissuġġerixxi li l-implimentazzjoni ta' programmi bilaterali għandu jitqies ukoll fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Viċinat UE-Ukraina.

Is-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni li għandhom fruntiera ma' l-UE

40.

jenfasizza li r-reġjuni ta' l-Ukraina li huma fuq il-fruntiera ma' l-UE l-aktar li huma milquta mir-relazzjonijiet internazzjonali bejn l-UE u l-Ukraina; għalhekk jappoġġja kooperazzjoni iktar stretta f'dawn ir-reġjonali permezz ta' relazzjonijiet interreġjonali u sħubijiet bejn l-awtoritajiet lokali;

41.

iħeġġeġ sabiex ikun hemm konklużjoni rapida tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Ukraina u l-Istati Membri li jaqsmu fruntiera magħha, li jimplimentaw ir-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera stabbiliti f'Regolament Nru 1931/2006/KE;

42.

jenfasizza l-importanza li reġjuni li waqgħu lura u li għaddejjin minn żmien ekonomiku diffiċli jiġu mgħina sabiex ilaħħqu, u jħoss li dan tenħtieġ strateġija min-naħa tal-gvern fl-Ukraina li hija konsistenti mal-prinċipiji tal-politika reġjonali Ewropea, kif ukoll l-iżvilupp ta' sistema ta' strumenti u istituzzjonijiet; reġjuni ta' Stati Membri jistgħu jassisstu f'dan permezz tat-trasferiment ta' l-għarfien, b'opportunitajiet mill-partijiet interessati kollha sabiex jipparteċipaw fi proġetti speċifiċi, jikkooperaw f'oqsma partikolari li huma previsti mill-Pjan ta' Azzjoni tal-Viċinat UE-Ukraina, kif ukoll billi jikkontribwixxu għad-disseminazzjoni ta' l-aħjar prattiċi. Huwa importanti ferm li r-riżorsi finanzjarji jkunu disponibbli għall-implimentazzjoni tal-kontenut speċifiku tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Viċinat UE-Ukraina; dawn ir-riżorsi għandhom ikunu aċċessibbli b'mod faċli;

43.

f'reġjuni multikulturali, il-KtR jenfasizza l-importanza tal-kuntatti bejn in-nies, b'mod partikolari fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, kif ukoll fil-kooperazzjoni bejn iż-żgħażagħ. Huwa preċizament l-iskambju ta' l-esperjenzi u l-għarfien li jistgħu jkunu l-akbar spinta għall-kooperazzjoni transkonfinali u li jistgħu jgħinu lill-Ukraina sabiex tagħmel riformi indispensabbli.

Brussell, il-11 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/25


OpinjonI tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka — Perspettivi Ġodda

(2007/C 305/06)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza l-fatt li l-proċess ta' ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għandu jiġi intensifikat jekk irridu nilħqu l-objettiv li l-Ewropa ssir is-soċjetà ta' l-għarfien mexxejja u l-iktar ekonomija dinamika; ir-reġjuni, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta' appoġġ fl-oqsma tal-programmazzjoni, l-istruttura u l-liġi fil-kuntest tal-politiki tar-riċerka tagħhom, jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv għall-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka vivaċi;

jappoġġja l-idea ta' koordinazzjoni tal-programmi u l-prijoritajiet reġjonali u nazzjonali; madankollu, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, jenfasizza r-responsabilità ta' l-Istati Membri kif ukoll ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-oqsma tax-xjenza u r-riċerka, u jkompli jirrifjuta riċerka ċentralizzata ppjanata fil-livell Ewropew;

jikkunsidra l-progress fil-mobilità tax-xjenzjati bħala partikularment importanti għall-iżvilupp ta' Żona Ewropea tar-Riċerka. Dan jinkludi l-adattament leġislattiv meħtieġ fl-oqsma tal-liġi tar-residenza u l-pensjonijiet kif ukoll miżuri ta' appoġġ immirati lejn il-familji;

jenfasizza l-bżonn li jitwaqqfu standards u drittijiet ta' ħarsien tal-proprjetà intellettwali; l-iżvilupp ta' Karta Ewropea għall-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali miċ-ċentri ta' riċerka pubblika u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri jista' jagħti kontribuzzjoni importanti lill-formazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-promozzjoni tan-netwerks ta' kooperazzjoni;

iħeġġeġ lill-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri sabiex ifittxu toroq ġodda għall-kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat, per eżempju fil-qafas ta' fondi pubbliċi u privati konġunti għall-innovazzjoni. L-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri għandhom jiġu kkunsidrati bħala muturi ta' l-innovazzjoni fir-reġjuni tagħhom.

Dokumenti ta' Referenza

Green Paper “Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka — Perspettivi Ġodda”

COM(2007) 161 finali

Komunikazzjoni “Titjib fit-trasferiment ta' l-għarfien bejn istituzzjonijiet ta' riċerka u l-industrija madwar l-Ewropa: it-tħaddin ta' l-innovazzjoni miftuħa — implimentazzjoni ta' l-aġenda ta' Lisbona”

COM(2007) 182 finali

Rapporteur

:

Is-Sur SCHROEREN (DE/PPE), Membru Parlamentari tal-Land ta' Rhine-Nord-Westfalen

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza l-importanza kbira tal-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-kapaċità għall-innovazzjoni ta' l-Ewropa, għall-implimentazzjoni ta' l-objettiv ta' Lisbona u għat-tkabbir sostenibbli u bbilanċjat u s-suċċess tar-reġjuni Ewropej kif ukoll għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini rġiel u nisa;

2.

jappoġġja l-miżuri li ttieħdu wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2000 dwar il-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka sabiex din issir realtà; iżda dan il-proċess għandu jkun iktar intensiv jekk irridu nilħqu l-objettiv li l-Ewropa ssir l-iktar soċjetà ta' l-għarfien avvanzata u l-iktar żona tar-riċerka dinamika;

3.

għalhekk jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tniedi, permezz tal-Green Paper, analisi tal-progress, is-suċċess u l-fallimenti fit-triq lejn il-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka mit-twaqqif tagħha fl-2000 kif ukoll li tiddiskuti ideat ġodda bbażati fuq żviluppi ġodda;

4.

jikkunsidra l-mobilità tax-xjenzjati bħala partikularment importanti għall-iżvilupp ta' Żona Ewropea tar-Riċerka. Dan jinkludi l-adattament leġislattiv meħtieġ fl-oqsma tal-liġi tar-residenza u l-pensjonijiet kif ukoll miżuri ta' appoġġ immirati lejn il-familji. Barra minn hekk, koordinazzjoni u kooperazzjoni msaħħa fost l-Istati Membri u r-reġjuni fir-rigward tal-programmi ta' riċerka jistgħu jwasslu għal effett ta' sinerġija u b'hekk għal valur miżjud taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tisħiħ tal-kompetittività ta' l-Ewropa fis-suq dinji ta' l-għarfien. F'dan il-kuntest, hemm bżonn urġenti ta' skambju ta' l-għarfien, fost oħrajn permezz ta' kollaborazzjoni fil-qafas ta' clusters ta' l-innovazzjoni. Il-programmi ta' finanzjament ta' l-UE, b'mod speċjali it-Tmien Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, għandhom jiġu żviluppati u ffokati b'konformità ma' dan u għandhom jiġu assoċjati iktar mal-Fondi Strutturali Ewropej;

5.

jenfasizza s-sinifikat tar-reġjuni, li fil-qafas tal-politiki tar-riċerka tagħhom, bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet ta' appoġġ fl-oqsma tal-programmazzjoni, l-istruttura u l-liġi, jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-ħolqien ta' valur miżjud Ewropew fis-settur tar-riċerka u għat-twaqqif ta' Żona Ewropea tar-Riċerka vivaċi. Id-dispożizzjonijiet leġislattivi ta' l-UE għandhom jiġu implimentati biss meta dan huwa indispensabbli għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u meta l-miżuri kkoordinati, inkluż fil-qafas tal-metodi tal-koordinazzjoni miftuħa, m'humiex suffiċjenti. Lil hinn minn dan, il-Kumitat ikompli jirrifjuta l-pjanifikazzjoni ċentralizzata fuq il-livell Ewropew;

6.

jinnota r-rwol importanti li jaqdu l-bliet u r-reġjuni fil-promozzjoni ta' ambjent xieraq għall-innovazzjoni. Il-politiki tagħhom m'għandhomx biss impatt qawwi fuq it-twettiq taż-Żona Ewropea tar-Riċerka f'termini tal-mobilità tax-xjenzjati (billi dawn huma miġbudin biss minn ambjenti versatili, tolleranti u innovattivi); il-bliet huma wkoll muturi ta' żvilupp ta' l-infrastruttura tar-riċerka. Fatturi rilevanti oħra jinkludu l-politika reġjonali ta' l-innovazzjoni, iċ-ċentri tat-teknoloġija, l-inkubaturi tan-negozji, iċ-ċentri tax-xjenza u l-kapital riskjuż;

7.

jinnota li l-Green Paper dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka ma ssemmix li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn ir-riċerka ffinanzjata mis-settur pubbliku u atturi oħra tas-soċjetà tirrigwarda wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u mhux lill-industrija biss, li tissemma f'ċerti punti. F'ħafna Stati Membri l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal setturi soċjali importanti. Il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-atturi pubbliċi għandha tiġi żviluppata, għax hemm bżonn kbir ta' “innovazzjoni soċjali”, fuq kollox sabiex jintlaqgħu l-isfidi soċjali l-kbar u b'hekk tiġi implimentata l-Istrateġija ta' Lisbona;

Fir-rigward tal-mobilità tax-xjenzjati nisa u rġiel

8.

jaqbel li l-mobilità tematika, spazjali u istituzzjonali tax-xjenzjati hija ta' importanza kbira għall-iżvilupp addizzjonali u t-trasferiment ta' l-għarfien, u li għalhekk għandha ssir parti integranti tas-CVs u l-karrieri;

9.

huwa wkoll tal-fehma li l-hekk imsejħa mobilità tax-xjenzjati għadha mfixkla minn dispożizzjonijiet istituzzjonali u leġislattivi insuffiċjenti kif ukoll minn kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena u ostakoli għall-karriera;

10.

jenfasizza l-importanza li jiġu edukati u mħarrġa xjenzjati nisa u rġiel f'diversi partijiet ta' l-Unjoni Ewropea, inkluż fl-Istati Membri l-ġodda. It-taħriġ tax-xjenzjati f'diversi partijiet ta' l-Unjoni Ewropea jikkontribwixxi sabiex jissaħħaħ it-twettiq ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd, ukoll f'termini ta' l-aċċess għat-taħriġ tax-xjenzjati, u dan għandu jassigura l-perfezzjonament tat-talent potenzjali fl-interess ta' l-Unjoni Ewropea. Din il-perspettiva tenfasizza l-importanza tal-finanzjamenti għall-universitajiet u l-istituti tar-riċerka, kif ukoll tal-kollaborazzjoni bejn l-istrumenti finanzjarji ta' l-UE u dawk nazzjonali u bejn il-miżuri adottati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali;

11.

jħeġġeġ lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jieħdu l-miżuri kollha li għandhom l-awtorità li jieħdu għat-titjib tal-mobilità fis-setturi kollha, b'mod speċjali bejn ix-xjenza u l-industrija. F'dan il-kuntest huwa wkoll importanti ħafna li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib fuq livell Ewropew bejn il-kumpaniji, l-universitajiet u l-kulleġġi u l-istituti tar-riċerka kif ukoll ma' l-atturi politiċi u amministrattivi fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Il-proporzjon ta' nisa fil-karrieri xjentifiċi għandu jissaħħaħ b'mod progressiv. Ta' rilevanza kbira huma d-dispożizzjonijiet għall-flessibilità fil-karrieri u l-ħinijiet tax-xogħol, l-arranġamenti għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni, iżda wkoll faċilitajiet adegwati għall-kura tat-tfal u miżuri oħra favur il-familja (eż. għajnuniet għall-aċċess għax-xogħol tal-konjuġi jew partner);

12.

jenfasizza l-bżonn li jinġibdu xjenzjati eċċellenti mill-pajjiżi barra l-Ewropa u għalhekk jenfasizza s-sinifikat tal-programmi għall-mobilità ta' l-UE bħall-programm Marie-Curie u jilqa' l-miżuri ta' appoġġ li ttieħdu f'ċerti reġjuni permezz ta' programmi mmirati lejn ix-xjenzjati li jiġu lura l-Ewropa;

13.

fil-prinċipju jappoġġja f'dan il-kuntest il-bżonn li jinfetħu iktar il-programmi reġjonali u nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp, iżda jemmen li hemm bżonn ta' kjarifika fir-rigward ta' kif dan jista' jsir fil-prattika;

14.

jenfasizza r-rwol li taqdi l-UE għall-appoġġ tal-miżuri favur il-mobilità tal-korpi reġjonali u nazzjonali permezz tal-metodu tal-koordinazzjoni miftuħa bil-għan li ttejjeb it-trasparenza u tenfasizza l-eżempji ta' prattiki tajbin mir-reġjuni;

Fir-rigward tal-ħolqien ta' infrastruttura tar-riċerka eċċellenti

15.

jisħaq fuq il-bżonn li tinħoloq infrastruttura Ewropea tar-riċerka moderna u effiċjenti, b'mod speċjali permezz tat-twaqqif ta' netwerks u bażi tad-data virtwali u jaqbel li minbarra l-fondi Ewropej jeħtieġ ukoll li jinġibdu fondi reġjonali, nazzjonali u privati. F'dan il-kuntest huwa sinifikattiv tassew li jintlaħaq l-objettiv ta' 3 % tal-PGD, li żewġ terzi minnu għandhom jiġu mis-settur privat;

16.

jisħaq fuq il-fatt li sabiex tiġi ggarantita l-kompetittività internazzjonali taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, għandha tissaħħaħ l-infrastuttura tar-riċerka eżistenti fir-rigward tal-kooperazzjoni fin-netwerks u l-iżviluppi addizzjonali. Il-Fondi Strutturali Ewropej jistgħu jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-finanzjament u l-istabbiliment ta' l-infrastrutturi tar-riċerka ġodda. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun hemm assoċjazzjoni iktar mill-qrib mal-Qafas ta' Programm. Dan l-aspett jew rwol tal-fondi strutturali fil-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka s'issa ma ngħatax biżżejjed attenzjoni fil-Green Paper;

17.

jsejjaħ f'dan il-kuntest sabiex il-kwistjoni ta' l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-pjan ta' direzzjoni Ewropew tal-Forum Strateġiku Ewropew (ESFRI) tiġi diskussa bħala punt importanti fil-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Għandha tingħata l-prijorità lill-istabbiliment ta' proċessi ċari u trasparenti u lill-kriterju ta' eċċellenza;

18.

għalhekk jilqa' l-isforzi li saru f'diversi reġjuni sabiex ikun hemm implikazzjoni ikbar tas-settur privat billi tingħata awtonomija ikbar lill-universitajiet u l-kulleġġi. Il-Kumitat iħeġġeġ lir-reġjuni sabiex ifittxu toroq ġodda għall-kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat, per eżempju fil-qafas ta' fondi għall-innovazzjoni li jistgħu jkunu ta' eżempju wkoll għall-użu sostenibbli u s-salvagwardja ta' fondi pubbliċi. L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri għandhom jiġu kkunsidrati iktar minn qabel bħala muturi ta' l-innovazzjoni fir-reġjuni tagħhom u għandhom jiġu inklużi iktar fid-diskussjonijiet reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

19.

jaqbel li hemm bżonn ta' koordinazzjoni aħjar ta' l-attivitajiet pubbliċi u privati kif ukoll ta' dawk tar-riċerka u l-iżvilupp u jemmen li l-metodi tal-koordinazzjoni miftuħa huma strument adegwat għall-kisba ta' effett ta' sinerġija f'dan il-qasam;

Fir-rigward tat-tisħiħ ta' l-istituti tar-riċerka u t-triq lejn l-eċċellenza tagħhom

20.

jenfasizza s-sinifikat ta' l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri u l-istituti tar-riċerka non-universitarji għar-riċerka bażika u applikata, bħala muturi ta' l-iżvilupp soċjali, kulturali u ekonomiku fir-reġjuni tagħhom u fil-kuntest supra-reġjonali huwa favur interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta' innovazzjoni, li tmur lil hinn mit-tifsira purament ekonomika;

21.

jenfasizza s-sinifikat tal-kooperazzjoni transkonfinali ta' l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri u l-istituti tar-riċerka ma' msieħba non-universitarji fis-setturi ta' l-industrija u l-ekonomija, l-amministrazzjoni, il-kultura u gruppi soċjali oħra;

22.

jappoġġja l-isforzi għall-ħolqien ta' ċentri ta' kompetenza virtwali u f'dan il-kuntest jiġbed l-attenzjoni lejn l-isforzi tar-reġjuni, il-kollaborazzjoni ta' l-atturi għall-promozzjoni tal-clusters, inklużi dawk virtwali;

23.

jilqa' l-attivitajiet ta' l-UE mmirati lejn it-tisħiħ u l-promozzjoni ta' dawn il-miżuri permezz ta' programmi ta' finanzjament jew azzjonijiet li jifformaw parti minn dawn il-programmi — per eżempju fil-kuntest tas-seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni — iżda jista' jsir progress konsiderevoli f'dan il-qasam ukoll permezz ta' kooperazzjoni msaħħa bejn l-istituzzjonijiet u l-atturi msemmija, għall-kisba tal-massa kritika meħtieġa u l-ħolqien ta' clusters eċċellenti ta' klassi dinjija;

24.

jinnota li, jekk l-objettiv huwa li tinħoloq massa kritika fuq il-livell ta' l-istituti tar-riċerka, din il-massa kritika tiddependi mis-suġġett li qiegħed jiġi studjat, mis-settur tar-riċerka u mill-parteċipanti. Għandu jiġi evitat mudell standard li japplika għall-oqsma kollha tar-riċerka u għall-forom kollha ta' appoġġ;

25.

jilqa' bi pjaċir l-objettiv imsemmi fil-Green Paper, li jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-finanzjament istituzzjonali u dak kompetittiv. B'konformità mal-pożizzjonijiet preċedenti tiegħu, il-Kumitat tar-Reġjuni jħeġġeġ it-tkomplija tad-dibattitu dwar l-iktar bilanċ adegwat bejn il-finanzjament istituzzjonali u dak kompetittiv. L-approċċ li għandu jiġi adottat sabiex jintlaħaq dan il-bilanċ huwa importanti ħafna għad-dinamika tas-sistema;

26.

b'konformità ma' dak li nnota qabel, il-Kumitat tar-Reġjuni jippreferi li l-għażla tas-suġġetti ta' riċerka interessanti u utli ssir mix-xjenzjati u mit-tims ta' xjenzjati nnifishom, inkluż fil-qasam tal-ħolqien tan-netwerks volontarji (mill-iktar livell baxx 'il fuq), u jippreferi dan it-tip ta' approċċ minn proċeduri mmaniġjati mill-ogħla livelli u t-tip ta' kooperazzjoni ritwalistika li dawn iġibu magħhom;

27.

jenfasizza wkoll il-bżonn, li minbarra l-promozzjoni ta' l-eċċellenza u l-prestazzjoni ta' livell għoli, jiġu assigurati wkoll edukazzjoni u taħriġ tajbin għall-persuni f'kull reġjun, bħala l-bażi tal-benesseri individwali u soċjali u tal-kapaċità ta' innovazzjoni tar-reġjuni;

Fir-rigward tat-trasferiment demokratiku u effettiv ta' l-għarfien

28.

jaqbel ma' l-analisi dwar is-sinifikat tal-mezzi tax-xandir diġitali għal trasferiment demokratiku, transkonfinali u mmirat ta' l-għarfien u s-sejbiet xjentifiċi, kif ukoll għall-parir politiku, u jappoġġja t-trasferiment ta' l-għarfien permezz ta' kollaborazzjoni internazzjonali;

29.

jenfasizza, b'mod partikulari fuq l-isfond ta' kooperazzjoni internazzjonali, il-bżonn li jiwaqqfu standards u drittijiet ta' ħarsien tal-proprjetà intellettwali. Mingħajr dawn l-istandards u dan il-ħarsien, il-kunfidenza fil-kooperazzjoni interistituzzjonali u transkonfinali, per eżempju fil-clusters u ċ-ċentri ta' eċċellenza, tkun imfixkla;

30.

jisħaq fuq il-fehma tiegħu li f'dan il-kuntest l-iżvilupp sistematiku u l-implimentazzjoni ta' l-istandards Ewropej u internazzjonali għandhom jiġu promossi u appoġġjati permezz tal-pubblikazzjoni ta' eżempji ta' prattika tajba, b'mod partikulari fil-qasam tat-trasferiment ta' l-għarfien bejn l-industrija u s-settur pubbliku. L-iżvilupp ta' Karta Ewropea għall-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali miċ-ċentri ta' riċerka pubblika u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri tista' tagħti kontribuzzjoni importanti lill-formazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-promozzjoni tan-netwerks ta' kooperazzjoni;

31.

jenfasizza bil-qawwi li l-parteċipazzjoni tar-reġjuni u l-SMEs tista' ssir anke fi proġetti kbar ta' kooperazzjoni fl-UE bħall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija;

Fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-programmi u l-prijoritajiet tar-riċerka

32.

jappoġġja l-idea ta' koordinazzjoni tal-programmi u l-prijoritajiet reġjonali u nazzjonali fil-qasam tar-riċerka b'ħarsa lejn iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u s-suq tar-riċerka u bil-għan li tinkiseb koordinazzjoni mtejba ta' l-attivitajiet ta' riċerka ta' pajjiżi individwali u enfasi ikbar fuq l-objettiv komuni tal-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka. Madankollu, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-Kumitat jenfasizza r-responsabilità ta' l-Istati Membri kif ukoll ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-oqsma tax-xjenza u r-riċerka, u jkompli jirrifjuta riċerka ċentralizzata ppjanata fuq il-livell Ewropew;

33.

jisħaq fuq il-fehma tiegħu li jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu pprovduti b'qafas li jiffavorixxi r-riċerka, dan ikun kontribuzzjoni sinifikattiva għall-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka u ta' riċerka kkoordinata wkoll f'termini ta' kontenut. Dan iseħħ permezz ta' programmi ta' finanzjament ta' l-UE bħal per eżempju s-seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka, iżda sar progress konsiderevoli f'dan il-qasam ukoll bis-saħħa ta' programmi adottati u strutturati b'mod adegwat li ffavorixxew sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u l-finanzjament tar-riċerka;

34.

jagħraf li l-mudelli tar-riċerka u l-innovazzjoni li kellhom suċċess f'reġjun partikulari ma jistgħux jiġu sempliċement “ikkuppjati” jew trasferiti lejn reġjuni jew entitajiet politiki oħra; Madankollu, jekk jiġu kkunsidrati b'mod xieraq il-kundizzjonijiet strutturali, soċjali u kulturali, jistgħu jservu ta' eżempju għall-iżvilupp ta' mudelli adegwati f'reġjuni oħra, inklużi r-reġjuni żvantaġġati;

35.

jaqbel li ntwera li l-programm ERA Net għall-koordinazzjoni tal-programmi tar-riċerka reġjonali u Ewropej huwa siewi u għandu jkompli jiġi żviluppat;

36.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-benchmarking ta' l-UE ser jiġi aċċettat fir-reġjuni biss jekk iqis il-kundizzjonijiet, il-fażijiet u l-ħtiġijiet għall-iżvilupp speċifiċi ta' kull reġjun. Għalhekk, sabiex il-benchmarking ta' l-UE jkun ta' suċċess fir-reġjuni, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi u metodi ta' investigazzjoni, li jippermettu li jsir tqabbil tar-reġjuni u li jwasslu għal riżultati konkreti. Il-parteċipazzjoni tar-reġjuni f'dan il-proċess ta' żvilupp hija kundizzjoni essenzjali għas-suċċess futur tal-benchmarking;

37.

jinnota li l-Green Paper dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka ma tinkludix riflessjoni dwar l-hekk imsejħa “pjattaformi soċjali”. Din l-idea innovattiva għandha l-għan li tħejji u timplimenta aġendi strateġiċi tar-riċerka fir-rigward ta' sfidi soċjali kbar, per eżempju l-ambjent, it-tixjiħ demografiku u l-integrazzjoni. Ta' min jilqa' l-fatt li fil-parti ddedikata lill-kollaborazzjoni fil-qasam tax-xjenzi soċjali u umani tal-programm ta' ħidma ta' Diċembru 2006, hemm referenza għall-pjattaformi soċjali għall-bliet u l-koeżjoni soċjali. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa din l-idea innovattiva fid-definizzjoni ta' temi ta' riċerka futuri, ħaġa li sseħħ fost l-oħrajn permezz tad-djalogu max-xjenzjati, l-atturi pubbliċi, l-intrapriżi u s-soċjetà ċivili;

Fir-rigward tal-ftuħ tal-Programm Ewropew tar-Riċerka għall-bqija tad-dinja

38.

jappoġġja l-idea li x-xjenza u r-riċerka għandhom karattru internazzjonali qawwi u jenfasizza l-bżonn ta' kooperazzjoni li tmur lil hinn mill-UE u l-iskambju ta' l-għarfien u tax-xjenzjati;

39.

jilqa' l-attivitajiet ta' l-Istati Membri mmirati lejn it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz tal-ħolqien ta' kundizzjonijiet ta' qafas bħall-modernizzazzjoni adegwata tal-liġi dwar l-immigrazzjoni u jappella għal kooperazzjoni mill-qrib f'dan il-qasam bejn l-Istati Membri;

Passi futuri

40.

jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni ta' l-UE għat-tnedija ta' dibattitu pubbliku komprensiv li jinvolvi lill-Kumitat tar-Reġjuni, dibattitu fejn għandhom jiġu żviluppati t-temi prijoritarji u l-miżuri proposti għall-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka, bil-kunsiderazzjoni ta' l-espansjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà li japplika għas-settur tar-riċerka.

Brussell, il-11 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/30


Opinjoni ta' prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Fatturi ta' suċċess sabiex ikun antiċipat u akkompanjat ir-ristrutturar fil-bliet u r-reġjuni

(2007/C 305/07)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI JAGĦMEL DAWN IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li l-proċess ta' ristrutturar fil-bliet u fir-reġjuni huwa fenomenu kostanti li jakkompanja l-ħajja soċjo-ekonomika tagħna. Ir-ristrutturar għandu jiġi kkunsidrat bħala opportunità għat-trattament ta' problemi ekonomiċi eżistenti u tal-ġejjieni tagħna.

Il-KtR jirrakkomanda s-sorveljanza kostanti ta' dawn il-prattiki fl-Unjoni Ewropea kollha, li għandha titwettaq minn korpi li jkunu indipendenti mill-partijiet interessati kollha. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-ħolqien ta' sħubijiet lokali u reġjonali bejn l-awtoritajiet amministrattivi, in-negozji u l-imsieħba soċjali, u għaldaqstant tiġi promossa l-kooperazzjoni għall-iżvilupp lokali f'dinja globalizzata, partikularment f'żoni periferiċi, fejn hemm il-periklu ta' telf ta' wirt kulturali.

Ir-ristrutturar fuq livell lokali u reġjonali għandu jassigura li l-għanijiet ikunu jistgħu jintlaħqu b'konformità mal-politiki ta' l-UE, filwaqt li fl-istess ħin jinżammu livelli għoljin ta' impjieg sabiex ikun assigurat livell xieraq ta' għajxien. Il-proċess attwali ta' ristrutturar għandu jkun l-ewwel pass fi proċess ta' modernizzazzjoni li jfittex li joħloq ekonomija ffokata fuq il-ġejjieni u bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. Dan il-għan ma jistax jinkiseb mingħajr ma jiżdied l-investiment fil-kapital uman.

Approċċ integrat għar-ristrutturar taż-żoni rurali jassigura (jew għandu jassigura) l-inqas livell ta' aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, sabiex jiġu attirati n-negozji u l-ħaddiema b'ħiliet u jitwaqqaf it-tnaqqis tal-popolazzjoni. Huwa essenzjali wkoll li l-fondi ta' l-ERDF, l-ESF u l-EAFRD jintużaw fl-appoġġ għall-azzjoni innovattiva iktar milli sabiex jinżamm l-istatus quo. Strumenti importanti fl-indirizzar tal-problemi immedjati li jistgħu jkunu kkawżati mir-ristrutturar huwa l-Fond Ewropew ta' Aġġusta għall-Globalizzazzjoni.

Rapporteur

:

Is-Sur Witold KROCHMAL, Sindku ta' Wołow (PL/UEN-AE)

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

L-isfond soċjo-ekonomiku u politiku ta' l-opinjoni

1.

Nhar is-16 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex ifassal opinjoni ta' prospettiva dwar strateġiji effettivi ta' ristrutturar għall-bliet u r-reġjuni ta' l-Ewropa. Il-Kummissjoni temmen li l-opinjoni tal-Kumitat ser tipprovdi tagħrif siewi għall-formulazzjoni ta' l-approċċ tal-Kummissjoni lejn il-proċessi ta' ristrutturar li huma essenzjali għall-ekonomija Ewropea.

2.

L-Unjoni Ewropea bħalissa għaddejja minn perijodu ta' bidla ekonomika fundamentali, li tinvolvi r-ristrutturar ta' ekonomiji sħaħ tal-bliet u tar-reġjuni. B'riżultat ta' dan, l-awtoritajiet lokali u reġjonali qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' sfidi ġodda li jridu jindirizzaw sabiex jinżamm il-bilanċ soċjo-ekonomiku u ambjentali.

3.

Ir-ristrutturar għandu jiġi kkunsidrat bħala opportunità għat-trattament ta' problemi ekonomiċi eżistenti u tal-ġejjieni u sabiex jittaffew u jiġu eliminati l-effetti negattivi tagħhom. Minħabba l-fehma tajba tar-realtà tal-livell iktar qrib il-poplu u l-ħila tagħha li twieġeb b'manjiera adattata, rapida u flessibbli, l-isfera lokali u reġjonali hija l-iktar effettiva fl-implimentazzjoni tal-politiki tar-ristrutturar, speċjalment meta dawn il-proċessi m'humiex risposta għal problemi strutturali.

4.

Ir-ristrutturar fuq livell lokali u reġjonali għandu jassigura li l-għanijiet ikunu jistgħu jintlaħqu b'konformità mal-politiki ta' l-UE, fi kliem ieħor il-kompetittività u l-innovattività, filwaqt li fl-istess ħin jinżammu livelli għoljin ta' impjieg sabiex ikun assigurat livell xieraq ta' għajxien għaċ-ċittadini ta' l-UE.

5.

Dawn l-isfidi b'mod partikulari jikkonċernaw lill-bliet u r-reġjuni, i.e. awtoritajiet lokali, li għandhom għan sinifikanti li jittrasformaw linji gwida strateġiċi f'direzzjonijiet konkreti ta' azzjoni u għall-mobilizzazzjoni ta' organizzazzjonijiet soċjali lokali u ta' negozji sabiex jieħdu azzjoni bħal din.

6.

L-għan ta' din l-Opinjoni huwa li tikkontribwixxi għadd ta' fatturi addizzjonali għad-dibattitu dwar proċessi attwali lokali u reġjonali ta' ristrutturar, li saru proċess kontinwu u inevitabbli u akkompanjament kostanti għall-ħajja soċjali u ekonomika tagħna.

7.

Ir-raġunijiet ewlenin li jiddeterminaw il-proċess tar-ristrutturar u li awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom jiġġestjonaw u preferibbliment ibassru u jantiċipaw huma:

l-espansjoni tal-proċess ta' globalizzazzjoni,

is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu,

l-enerġija u l-bidla fil-klima,

il-ftuħ ta' l-ekonomiji dinjija għall-kummerċ internazzjonali,

l-iżvilupp tas-suq intern ta' l-UE,

l-introduzzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ġodda,

livelli ogħla fil-qasam tal-ħarsien ambjentali,

l-importanza dejjem tikber tas-servizzi ta' interess ġenerali,

bidliet fit-talba tal-konsumatur.

8.

Ir-ristrutturar jista' jseħħ f'diversi livelli u f'diversi oqsma:

fuq livell intersettorjali,

fuq livell settorjali,

fuq livell ta' l-intrapriża.

9.

Irrispettivament mill-approċċ adottat għal fergħa jew settur konċernat, il-proċessi ta' ristrutturar iseħħu l-iktar fuq livell lokali. Dan minħabba l-fatt li l-komunitajiet lokali u reġjonali huma dawk l-iktar milqutin minn dawn il-proċessi.

10.

Minħabba l-mod kif qegħdin jipproċedu l-affarijiet li jagħmlu r-ristrutturar neċessarju, dawn il-proċessi ta' sikwit jiġbru fihom azzjoni mhux mistennija u sfurzata meħuda min-negozji sabiex jadattaw għall-ħtiġijiet ta' l-ekonomija globali u s-suq tal-konsumatur li kulma jmur qiegħed jinbidel.

11.

Bħala riżultat ta' ekonomija dejjem iktar globalizzata, il-kriżijiet jew in-nuqqasijiet ta' kompetittività kummerċjali jew settorjali qegħdin jiżdiedu fl-importanza. Kriżijiet ta' dan it-tip m'humiex prevedibbli u, bit-tnaqqir kostanti tal-fibra ekonomika tar-reġjuni, jistgħu jikkawżawlhom ħsara serja.

12.

Għall-istess raġuni, qegħdin naraw rilokazzjonijiet dejjem iktar frekwenti, li huma mifhuma bħala t-trasferiment mhux mistenni ta' attività ekonomika minn reġjun għal ieħor. Dawn id-deċiżjonijiet mhux mistennija huma bbażati fuq kriterji strateġiċi u finanzjarji, u fuq oħrajn bħall-ispiża tal-fatturi tal-produzzjoni, iżda xi kultant għandhom tendenza li jitħeġġu minn inċentivi u politiki li jattiraw l-investiment.

13.

Dan it-tip ta' ristrutturar ad hoc iwassal għal riżultati mhux sodisfaċenti, minkejja l-eżistenza ta' strumenti legali fis-sod u maniġers professjonali f'bosta pajjiżi. Proċessi bħal dawn m'għandhomx il-ħila li jwasslu għall-prevenzjoni ta' bidliet negattivi soċjali u reġjonali imferrxin u jwasslu għall-preferenza ta' soluzzjonijiet fuq perijodu qasir akkost ta' soluzzjonijiet iktar permanenti u stabbli. Azzjoni bħal din ta' sikwit tirriżulta fi problemi soċjali u reġjonali serji. Il-benefiċċji tar-rilokazzjoni għall-kumpaniji ħafna drabi għandhom konsegwenzi serji għar-reġjuni li l-kumpaniji jitilqu minnhom.

14.

L-isfida mhix li jitwaqqaf ir-ristrutturar inevitabbli, iżda li jiġi milqugħ, u b'tali mod, sa fejn huwa possibbli, li r-reġjuni, il-komunitajiet u l-individwi ma jiġux ippreġudikati u dawn jistgħu sempliċement jaraw il-possibbilitajiet offerti lilhom.

15.

Intlaqtu b'mod partikulari mir-ristrutturar il-pajjiżi li daħlu membri fl-UE fl-2004 u fl-2007. Dan kien il-biċċa l-kbira minħabba livelli differenti ta' żvilupp ekonomiku u progress fil-qasam ta' teknoloġija ġdida u innovazzjoni fost is-27 Stat Membru ta' l-UE. F'bosta każijiet, inkisbu l-effetti ekonomiċi mistennija iżda akkost ta' konsegwenzi soċjali negattivi kkawżati primarjament mill-perijodu qasir ta' transizzjoni.

16.

Jekk nassumu li l-proċessi ta' ristrutturar huma kontinwi, jeħtieġ li nanalizzaw każijiet ta' ristrutturar fl-eks 15-il Stat Membru ta' l-UE, bl-użu tal-metodu ta' antiċipazzjoni, li jippermetti r-rikonoxximent bikri ta' diffikultajiet imminenti, u għaldaqstant jitneħħew parzjalment jew mill-inqas jittaffew l-effetti negattivi tar-ristrutturar.

17.

Is-suċċess ta' proċess speċifiku ta' ristrutturar, b'mod partikulari l-antiċipazzjoni ta' problemi, il-biċċa l-kbira jiddependi fuq id-djalogu bejn il-kumpanija, it-tielet settur, il-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet tagħhom (per eżempju it-trade unions), l-awtoritajiet lokali jew reġjonali, ċentri ta' edukazzjoni ogħla u istituti tar-riċerka kif ukoll korpi governattivi bħal aġenziji ta' l-iżvilupp reġjonali. Ir-riżultat u s-suċċess tal-proċess ta' ristrutturar ta' sikwit jiddependu fuq il-kwalità ta' dan id-djalogu.

18.

Awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom sehem importanti f'dan il-proċess. Huwa possibbli li jkunu definiti tliet tipi ta' azzjoni f'każ ta' ristrutturar imminenti:

tisħiħ u fejn hemm bżonn id-diversifikazzjoni tal-bażi ekonomika u soċjali u l-infrastruttura lokali,

teħid ta' azzjoni sabiex jinżammu l-impjegaturi maġġuri u jissaħħu l-SMEs bħala muturi għall-impjiegi,

li r-reġjun, il-belt jew iż-żona lokali jsiru iktar attraenti.

Kemm l-azzjoni msemmija hawn fuq kif ukoll il-proċess ta' ristrutturar jeħtieġu data statistika, riżorsi ta' tagħrif xierqa u strateġija speċjali għall-ġbir u t-tqassim ta' tagħrif mal-parteċipanti kollha fil-proċess tar-ristrutturar.

19.

Il-politika tat-tagħrif għandha tqis b'mod partikulari dawk l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li, minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħhom, għandhom diffikultà ikbar f'li jkollhom aċċess għal sorsi ta' tagħrif li jagħmluha possibbli li jkunu antiċipati bidliet fis-suq.

20.

Is-settur ta' l-SME jixraqlu ħarsien speċjali kemm matul il-proċess ta' ristrutturar kif ukoll matul il-perijodu antiċipat ta' bidla. Huwa matul dawn il-fażijiet li l-aktar hemm bżonn ta' intervent sabiex jissaħħu u jiġu żviluppati l-kompetenzi u l-kapaċitajiet maniġerjali, organizzattivi u strateġiċi ideali sabiex isostnu t-tkabbir ta' l-SME, billi jiċċaqalqu mix-xejra tradizzjonalment ċentralizzata fuq il-familji fundaturi u jitwaqqaf mudell ta' kontroll u ta' tmexxija adegwat għal-livell ta' kompetizzjoni globali. L-eżempji eżaminati juru li l-istrateġija ta' sottokuntrattar uriet li hija l-iktar metodu effettiv, iżda biss f'dawk il-każijiet fejn kien possibbli li wieħed imur lilhinn minn relazzjonijiet standard tas-suq u jistabbilixxi kooperazzjoni bbażata fuq sħubija bejn negozji jew ditti fi ħdan netwerk, b'mod partikulari fuq livell reġjonali.

Konklużjonijiet

21.

Il-proċessi analizzati ta' ristrutturar juru li m'hemmx approċċ uniku għal dan il-proċess u li aktarx ikun jiddependi fuq it-tip ta' awtorità lokali kkonċernata (reġjun, belt, distrett lokali), is-settur ekonomiku, in-natura taż-żona kkonċernata kemm f'termini ta' fejn tinsab (żoni periferali), l-użu ta' l-art (biedja, industrija tal-manifattura fuq skala żgħira, industrija tal-manifattura fuq skala kbira) kif ukoll il-livell ta' żvilupp ekonomiku tal-pajjiż fejn tinsab iż-żona ta' ristrutturar.

22.

Il-proċess attwali ta' ristrutturar għandu jkun ukoll l-ewwel pass fi proċess ta' modernizzazzjoni li jfittex li joħloq ekonomija ffokata fuq il-ġejjieni u bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. Dan il-għan ma jistax jinkiseb mingħajr ma jiżdied l-investiment fil-kapital uman permezz ta' edukazzjoni aħjar u ta' titjib ta' ħiliet. U dan jeħtieġ investiment effettiv u produttiv fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali, li jagħmilha possibbli li jkunu antiċipati l-isfidi imposti mill-proċess ta' ristrutturar ekonomiku u soċjali ta' malajr.

23.

It-twessigħ u ż-żieda ta' l-investiment fil-kapital uman u l-adattament ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ġodda tal-ħiliet li jinħolqu mir-ristrutturar jinvolvu spejjeż addizzjonali; huma meħtieġa mekkaniżmi adattati sabiex ikun żgurat li dawn l-ispejjeż jitqassmu bejn negozji, korpi tas-settur pubbliku u individwi privati. Appoġġ partikulari għandu jingħata lill-istrateġiji komprensivi ta' taħriġ li jipprovdu l-ħiliet meħtieġa f'ekonomija innovattiva bbażata fuq l-għarfien. L-iskambju ta' l-esperjenza u t-twaqqif ta' sħubijiet bejn bliet u reġjuni fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ huma essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-proċessi.

24.

Kif juru l-eżempji msemmija hawn fuq, l-attività fil-qasam ta' l-investiment tal-kapital uman hija parti estremament importanti tar-ristrutturar u tar-riġenerazzjoni ta' żoni urbani u rurali. Hija biċċa xogħol ewlenija għall-organizzazzjonijiet involuti fir-ristrutturar fuq livell lokali. Kwistjonijiet bħall-mobilità professjonali u ekonomika jew l-ibbilanċjar tal-provvista u tad-domanda fis-suq tax-xogħol fuq livell lokali għandhom impatt deċiżiv fuq l-effikaċja tal-proċessi tar-ristrutturar. Il-mobilità ta' dawk li jfittxu x-xogħol u ta' dawk li jħabbtu wiċċhom mal-qgħad, b'mod partikulari ħaddiema b'ħiliet baxxi, għandha tiġi promossa permezz tal-provvista ta' servizzi personalizzati għas-sejbien ta' xogħol u esperjenza ta' xogħol u korsijiet ta' taħriġ għall-adattament tal-ħiliet ta' dawk li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol u ta' dawk li jħabbtu wiċċhom mal-qgħad skond il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol lokali. Dan huwa l-iktar rilevanti għaż-żgħażagħ, li għandhom diffikultà partikulari f'li jsibu l-impjiegi.

25.

Attivitajiet ibbażati fuq il-prinċipji tal-programm ta' Azzjoni Ewropea taż-Żgħażagħ, li jkopru l-parir relatat mal-karriera, l-għajnuna fit-twettiq ta' l-edukazzjoni u l-aċċess għal korsijiet adattati ta' taħriġ, jistgħu jħaffu t-transizzjoni mingħajr xkiel mill-edukazzjoni għall-impjieg f'żoni milqutin mir-ristrutturar.

26.

Azzjoni bħal din għandha tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra żviluppi negattivi fiż-żoni urbani u rurali, bħal per eżempju t-tnaqqis tal-popolazzjoni rurali. Din hija problema mhux biss minħabba l-fatt li dan jista' jfisser li żoni rurali ma jibqgħux jiffunzjonaw bħala komunitajiet, u li dan jirriżulta fit-telf ta' valuri kulturali, tradizzjonijiet u l-karattru lokali, iżda wkoll minħabba r-riskju ta' telf tal-bilanċ idroġeoloġiku. L-iktar mezzi effettivi sabiex jieqfu dawn il-proċessi huma permezz ta' azzjoni ffinanzjata mill-programmi ta' l-ERDF (Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali), l-ESF (Fond Soċjali Ewropew) u l-EAFRD (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali). Approċċ integrat għar-ristrutturar taż-żoni rurali jassigura (jew għandu jassigura) l-inqas livell ta' aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, sabiex jiġu attirati n-negozji u l-ħaddiema b'ħiliet u jitwaqqaf it-tnaqqis tal-popolazzjoni. Huwa essenzjali wkoll li l-fondi ta' l-ERDF, l-ESF u l-EAFRD jintużaw fl-appoġġ għall-azzjoni innovattiva iktar milli sabiex jinżamm l-istatus quo.

27.

Strument importanti fl-indirizzar tal-problemi immedjati li jistgħu jkunu kkawżati mir-ristrutturar huwa l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li joffri għajnuna fuq il-perijodu l-qasir lir-reġjuni milquta mir-rilokazzjoni ta' attività ekonomika minħabba l-globalizzazzjoni. Il-Kumitat tar-Reġjuni laqa' l-ħolqien ta' dan l-istrument u rrakkomanda li l-volum tiegħu jiżdied sa EUR 1 000 miljun fis-sena. Il-Kumitat jistenna li l-ewwel rapport annwali dwar ir-riżultati misksuba mill-Fond Ewropew għall-Aġġustament Globali fl-2007 (li ser jiġi ppubblikat fl-2008) janalizza bir-reqqa jekk il-kriterji ta' l-interventi mressqa fl-Artikolu 2 tar-Regolament 1927/2006 KE jwasslux għall-użu adattat tal-Fond u jekk joffrix il-kontribut tiegħu lejn kull dibattitu futur dwar reviżjoni potenzjali ta' dawn il-kriterji.

28.

Bħala riżultat tar-ristrutturar, bosta reġjuni kulma jmur qegħdin isiru iktar dipendenti fuq it-turiżmu. Hawnhekk l-approċċ integrat, li jagħmel użu minn riżorsi naturali u mill-patrimonju kulturali, jiffoka fuq il-kwalità, bil-għan primarju li jkun sodisfatt il-klijent. Is-suċċess ta' proċessi bħal dawn jiddependi ħafna fuq l-iżvilupp ta' komunikazzjonijiet, li żoni ristrutturati jkunu konnessi ma' netwerks maġġuri nazzjonali u Ewropej, u bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, inkluż aċċess għall-Internet bi trasmissjoni b'veloċità għolja, għal komunikazzjoni fis-sens wiesa' u b'miżuri ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ adattati.

29.

Ir-rikkezza kulturali u r-riżorsi naturali għandhom isiru strumenti ewlenin użati f'dawn il-proċessi. Kultant, huma l-assi maġġuri fil-proċess ta' ristrutturar, b'mod partikulari f'żoni periferali b'popolazzjoni li hija skarsa. Dawn jagħmlu possibbli t-tkabbir dinamiku fit-turiżmu, li mbagħad iservi ta' għajnuna għall-iżvilupp lokali.

30.

Madwar 60 % tal-popolazzjoni ta' l-UE jgħixu f'żoni urbani ta' 50 000 abitant jew iktar. Il-biċċa l-kbira ta' l-impjiegi, tan-negozji, ta' l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla u ta' ċentri oħrajn ta' natura soċjo-ekonomika jinsabu fi bliet u żoni urbani. Dawn huma żoni li mhux biss joffru opportunitajiet iżda wkoll iħaddnu perikli. Barra mill-attivitajiet relatati b'mod speċifiku ma' l-ekonomija, ir-ristrutturar li sar fil-bliet Ewropej jinkludi wkoll azzjoni għall-ġenerazzjoni mill-ġdid ta' żoni urbani fis-sens usa'.

31.

Kif juru l-eżempji, huwa biss billi jiġu trattati b'mod komprensiv problemi ekonomiċi, soċjali u spazjali li jkun possibbli li jinkisbu r-riżultati mistennija minn residenti, awtoritajiet lokali u l-UE. Huwa iktar faċli li jinsabu msieħba għar-ristrutturar f'żoni urbani, iżda biss billi jinżammu sħubijiet bejn is-setturi pubbliċi, privati u t-tielet setturi, u permezz ta' l-użu ta' varjetà ta' sorsi ta' ffinanzjar, kien ikun possibbli li l-proċess jiġi konkluż b'suċċess.

32.

Dawk il-bliet li żammew pożizzjoni dominanti fir-reġjuni tagħhom, ngħidu aħna bis-saħħa tad-daqs jew ta' l-istorja tagħhom, adottaw strateġija ta' tiġdid bħala l-forza ewlenija wara r-reġjun. Il-pożizzjoni tagħhom illum tagħmilha possibbli għalihom li jagħtu appoġġ lir-ristrutturar fir-reġjun, kemm permezz ta' sħubijiet diretti kif ukoll permezz ta' organizzazzjonijiet li jinsabu f'dawn il-bliet.

33.

L-azzjoni sabiex tiżdied il-kompetittività u jiġu promossi l-intrapriża, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' servizzi ppermettiet li tinġibed l-attenzjoni u li tinżamm forza tax-xogħol b'ħiliet għoljin. Dan tejjeb b'mod sinifikanti l-firxa u l-livell ta' servizzi għal residenti lokali. L-ippjanar, id-disinjar u l-manutenzjoni kif suppost ta' spazji urbani wasslu għal tnaqqis tal-kriminalità fil-bliet, li min-naħa tiegħu wassal sabiex toroq, parks u żoni fejn jilagħbu t-tfal jidhru iktar attraenti. Ambjent urban ta' kwalità għolja huwa parti essenzjali ta' ristrutturar effettiv minħabba li jgħin sabiex jassigura ambjent attraenti għax-xogħol, l-għajxien u l-investiment.

34.

L-esperjenza turi li dawk il-bliet li ppromovew il-formazzjoni tal-clusters irnexxielhom iżidu l-kompetittività tagħhom b'mod sinifikanti. Relazzjonijiet bejn żoni urbani u rurali għandhom jinżammu fuq livell adattat billi jinħolqu kondizzjonijiet ta' żvilupp li jikkunsidraw il-bżonn ta' ugwaljanza ta' opportunitajiet u li jippermettu t-tnaqqis fid-differenzi bejn iż-żoni rurali u urbani.

35.

Approċċ iddiversifikat lejn il-proċessi ta' ristrutturar fuq livell reġjonali għandu jkun sorveljat min-netwerks li jgħaqqdu flimkien ir-reġjuni ma' tipi simili ta' ristrutturar (netwerks ta' reġjuni periferali, netwerks ta' reġjuni tal-minjieri).

36.

Huwa importanti wkoll li n-negozji, imsieħba fil-proċess ta' ristrutturar, ikollhom iktar aċċess għal sorsi ta' ffinanzjar. Barra mis-sussidji u l-fondi disponibbli ta' l-UE, dawn għandhom jinkludu wkoll garanziji bankarji, garanziji reċiproki, self u mikro-krediti. Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment u l-Fond Ewropew ta' l-Investiment jistgħu jaqdu rwol prinċipali f'dan il-proċess.

37.

Ebda mudell uniku ta' ristrutturar ma jista' jipprovdi garanzija ta' suċċess fl-aħħar mill-aħħar. Madankollu, minkejja d-diversità tal-proċessi varji ta' ristrutturar, huwa possibbli li jiġu identifikati għadd ta' fatturi li huma karatteristika ta' proċessi ta' ristrutturar b'suċċess:

sorveljanza kostanti ta' proċessi ekonomiċi għal antiċipazzjoni bikrija tar-ristrutturar,

l-antiċipazzjoni ma tistax tkun limitata biss għal tbassir iżda trid toħloq ukoll xenarji probabbli fit-tħejjija għar-realizzazzjoni tagħhom,

il-preżenza ta' djalogu mas-soċjetà organizzata u mas-soċjetà ċivili, inkluż it-tmexxija ta' tagħrif bejn il-partijiet li jieħdu sehem fil-proċess ta' ristrutturar,

l-eżistenza ta' strutturi li jorbtu flimkien istituzzjonijiet akkademiċi, istituti xjentifiċi u tar-riċerka, l-industrija u l-awtoritajiet amministrattivi fuq il-livelli kollha,

l-eżistenza ta' strutturi ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ faċilment aċċessibbli u ta' kwalità għolja,

reviżjonijiet pubbliċi regolari tal-kwalità, l-effikaċja u r-riżultat ta' l-azzjoni li tkun ittieħdet,

l-eżistenza ta' sorsi ddiversifikati ta' ffinanzjar għall-proċessi ta' ristrutturar, li jkopru lill-imsieħba kollha, li twassal għal azzjoni iktar effettiva,

kemm ir-reġjun jew il-belt għandhom il-ħila li jimplimentaw politika territorjali li għandha l-ħila li żżomm il-kapaċità ta' negozji lokali għall-produzzjoni ta' prodotti, il-provvista ta' servizzi u t-tqassim tagħhom,

tqajjim ta' kuxjenza tal-komunità lokali tal-ħtieġa għal bidla kostanti, espressa fl-għamla ta' identità lokali jew reġjonali. Dan jassigura approċċ integrat għall-iżvilupp sostenibbli minn perspettiva ekonomika, soċjali u ambjentali, li tirrappreżenta fattur addizzjonali sabiex jiġi attirat investiment ġdid,

attitudni proattiva ħafna min-naħa ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali appoġġjata minn ħiliet ta' tmexxija u d-disponibilità tal-kompetizzjoni u strumenti finanzjarji,

proġett ġenerat lokalment, komprensiv, imfassal għas-sitwazzjoni lokali, li jgħaqqad aspetti varji fuq bażi ta' każ b'każ: l-iżvilupp ekonomiku, l-edukazzjoni, l-integrazzjoni soċjali, il-kultura, l-ippjanar ta' l-ispazju, eċċ.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

38.

Huwa importanti li l-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi li l-proċess ta' ristrutturar fil-bliet u fir-reġjuni huwa fenomenu kostanti li jakkompanja l-ħajja soċjo-ekonomika tagħna.

39.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiżviluppaw ippjanar ġenwin bil-quddiem fl-oqsma tagħhom, li jiġbor fih is-sorveljanza, l-appoġġ għall-ekonomija eżistenti u l-inklużjoni fi strateġiji reġjonali ta' azzjoni lokali f'dan il-qasam, fuq il-bażi ta' proġetti ta' medda wiesa' u mqassma bejn ir-reġjun u l-belt.

40.

F'rabta ma' dan, il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda s-sorveljanza kostanti ta' dawn il-proċessi fl-Unjoni Ewropea kollha, li għandha titwettaq minn korpi li jkunu indipendenti mill-partijiet interessati kollha u li tkopri n-negozji, l-imsieħba soċjali u l-komunitajiet lokali u reġjonali skond ir-reġjun u s-settur. Din is-sistema għandha tinkludi analiżi ta' bidliet soċjo-ekonomiċi fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali, filwaqt li jitqiesu żoni rurali, periferali u muntanjużi, u wkoll li jkunu analizzati tendenzi ekonomiċi tal-ġejjieni fis-suq tax-xogħol.

41.

Jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-aqwa prattiki ta' ristrutturar għal użu fi bliet u f'reġjuni oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea. Pubblikazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu ordnati għal oqsma b'tipi simili ta' ristrutturar (żoni agrikoli, żoni periferali, reġjuni b'industrija tal-manifattura fuq skala kbira, tal-minjieri, tal-manifattura fuq skala żgħira, tat-tessuti, żoni urbani).

42.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-ħolqien ta' sħubijiet fuq livell lokali u reġjonali bejn l-awtoritajiet amministrattivi, in-negozji u l-imsieħba soċjali permezz ta' l-użu ta' strumenti finanzjarji, u għaldaqstant tiġi promossa l-kooperazzjoni għall-iżvilupp lokali f'dinja globalizzata. Dan jagħmilha eħfef b'mod sinifikanti li jkunu antiċipati l-proċessi ta' ristrutturar.

43.

Jappella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jagħtu attenzjoni partikulari lill-flessibilità tal-mekkaniżmi tal-fondi ta' l-UE, speċjalment l-ESF, sabiex jiġi assigurat li l-fondi jkunu disponibbli għal reazzjoni rapida għal sitwazzjonijiet li jseħħu f'daqqa u bla mistennija. F'dawn il-każijiet, il-bżonn ta' fondi għall-inkubaturi, l-attivitajiet ta' reklutaġġ, l-għajnuna u l-parir għal kumpaniji ġodda u t-taħriġ iffokat huwa immedjat. Fi żmien tliet xhur, il-possibbilitajiet ta' dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba r-ristrutturar huma l-ikbar, u wara dan iż-żmien jonqsu ħafna. Il-mekkaniżmi ta' applikazzjoni għall-istrumenti differenti fil-livell ta' l-UE għandhom iqisu dan il-bżonn għal reazzjoni rapida. Il-miżuri għal reazzjonijiet rapidi għad-diffikultajiet li jistgħu jinħolqu mir-ristrutturar għandhom jinkludu wkoll il-bżonnijiet soċjali immedjati ta' l-individwi kkonċernati (djar, kura tas-saħħa, servizz ta' pariri eċċ.). Il-persuni milquta mir-ristrutturar jeħtieġu appoġġ soċjali sabiex ikunu jistgħu jibdew attivitajiet ġodda u sabiex jadattaw għar-ristrutturar.

44.

Jirrakkomanda li jittieħed vantaġġ mill-pożizzjoni transkonfinali ta' ċerti bliet u reġjuni fil-proċess ta' ristrutturar u jħeġġeġ it-tneħħija ta' l-ostakli proċedurali kollha li jimpedixxu t-tmexxija tax-xogħol u tal-kapital, u li jfixklu l-proċess ta' ristrutturar.

45.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-possibbilitajiet tal-fondi strutturali ta' l-UE, tadotta approċċ integrat għall-kofinanzjar tal-proċessi ta' ristrutturar minn fondi Ewropej, li jagħmilha possibbli li jiġu indirizzati problemi kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali, filwaqt li jiġu implimentati l-politiki ta' l-Unjoni Ewropea.

46.

Jappella lill-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli legali u ostakli oħrajn għall-ħolqien ta' sħubijiet pubbliċi u privati (PPPs), li jistgħu jipprovdi appoġġ effettiv u attiv għall-proċessi ta' ristrutturar.

47.

Jappella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet oħrajn li jipprovdu ffinanzjar konġunt għal proċessi ta' ristrutturar sabiex iżidu s-sorveljanza fuq l-effikaċja ta' l-infiq, b'mod partikulari fil-qasam ta' l-hekk imsejħa “soft projects” iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.

48.

Jappella lill-Unjoni Ewropea sabiex tqis l-aspetti relatati mal-proċessi ta' ristrutturar fil-politiki attwali ta' l-Unjoni Ewropea u meta tkun qiegħda tfassal politiki ġodda, mill-istadju ta' antiċipazzjoni sat-tlestija.

49.

Jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu minn strumenti finanzjarji li jkunu kompatibbli mal-liġi Ewropea għal negozji milqutin mill-proċess ta' ristrutturar, b'mod partikulari f'żoni periferali, fejn hemm periklu ta' telf tal-patrimonju kulturali jew ta' l-identità lokali jew reġjonali, u fejn ir-ristrutturar jikkonċerna s-settur ta' l-SME, li għalih dan il-proċess huwa partikularment diffiċli.

50.

Jistenna li jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni meta l-linji ta' gwida għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà, li ser jiskadu f'Ottubru 2009, ikollhom jiġu riveduti fl-2007/2008.

51.

Jirrakkomanda b'mod partikulari li l-Istati Membri u n-negozji kollha involuti fil-proċess ta' ristrutturar jassiguraw iż-żamma ta' tradizzjonijiet u tal-kultura lokali, li jistgħu jkunu wkoll ta' vantaġġ f'ristrutturar attwali jew tal-ġejjieni.

52.

Jirrakkomanda l-użu ta' l-inizjattiva ġdida ta' Reġjuni għal Bidla Ekonomika tal-Kummissjoni Ewropea u n-netwerks ta' bliet u reġjuni li qegħdin jinħolqu bħala parti minn din l-inizjattiva, u li huma kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, filwaqt li titkompla ssir antiċipazzjoni tal-proċessi ta' ristrutturar u l-promozzjoni ta' l-aqwa prattiki sabiex il-bliet u r-reġjuni jingħataw għajnuna ħalli jadattaw għall-bidliet li ġġib magħha l-globalizzazzjoni.

53.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni toqgħod partikularment attenta fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' inċentivi fi proċessi ta' rilokazzjoni.

Brussell, il-11 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


ANNESS I

Sommarju fil-qosor ta' l-istudji ta' każijiet ta' ristrutturar ta' bliet u reġjuni

Dik li għall-ewwel dehret bħala kriżi transizzjonali ta' adattament fis-snin 70 u 80 fil-fatt irriżultat f'avveniment rikorrenti fil-ħajja soċjali u ekonomika ta' l-Ewropa moderna. Sar proċess permanenti, li jeħtieġ li n-negozji u l-ambjenti tagħhom jadattaw għall-kondizzjonijiet tas-suq li kulma jmur qegħdin jinbidlu, jiġifieri proċess kostanti ta' ristrutturar. Għall-iskopijiet ta' l-opinjoni dwar ir-ristrutturar fil-bliet u fir-reġjuni ta' l-UE li tfasslet fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, analizzajna t-tagħrif li wasal dwar l-iżvilupp ta' dawn il-proċessi flimkien ma' tagħrif ieħor li jinsab f'bosta dokumenti. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ġew inklużi fl-opinjoni.

L-Iskozja — Ir-Renju Unit — Eżempju ta' kompetizzjoni b'saħħitha fis-suq globali

L-għadd ta' ħaddiema impjegati fl-industrija naqas minn 276 000 għal 227 000 matul is-snin bejn l-2002 u l-2006, filwaqt li l-produzzjoni għall-esportazzjoni żdiedet b'36 % fl-istess perijodu. Bosta kumpaniji ttrasferixxew il-produzzjoni tagħhom fl-Istati Membri ġodda ta' l-UE jew fl-Indja u ċ-Ċina. Il-Qafas għall-Iżvilupp Ekonomiku fl-Iskozja (FEDS) huwa ffokat fuq li jassigura l-produttività u l-kompetittività fis-suq globali. Il-programm PACE (Partnership Action for Continued Employment — Azzjoni ta' Sħubija għal Impjieg Kontinwu) imwaqqaf mill-awtoritajiet ta' l-Iskozja għamilha possibbli għall-organizzazzjonijiet kollha fis-setturi privati u pubbliċi sabiex b'mod attiv jevitaw sensji tal-massa. Ir-ristrutturar laqat b'mod qawwi s-suq tax-xogħol ta' l-Iskozja, b'mod partikulari l-industrija. Madankollu, iż-żieda fl-għadd ta' ħaddiema impjegati f'industriji ta' servizz u fis-settur tan-negozju fissret li l-Iskozja issa għandha waħda mill-ogħla rati ta' impjieg fl-UE, filwaqt li l-qgħad ilu fl-inqas livell tiegħu għal dawn l-aħħar 30 sena. Barra minn hekk, l-ekonomija ta' l-Iskozja qiegħda taħsad il-benefiċċji tal-proċess ta' globalizzazzjoni. Il-banek ta' l-Iskozja espandew barra mill-pajjiż, u dan saħħaħ il-qagħda tagħhom fost il-kompetituri tagħhom.

Il-Pajjiż Bask — Spanja — Ristrutturar ta' reġjun u l-bliet tiegħu

L-industrija lokali, strutturata madwar il-bini ta' vapuri, l-azzar u l-industrija tal-manifattura fuq skala wiesgħa, bdiet tmur għall-agħar fis-snin 80. Il-gvern Bask, dawk li jħaddmu u t-trade unions iddeċidew li jirristrutturaw u jimmodernizzaw dawn is-setturi ta' l-industrija. Inħolqu disa' clusters, li flimkien kienu jagħmlu 45 % tal-PGD tal-pajjiż Bask. Illum jibqgħu l-forza ewlenija ta' l-ekonomija tar-reġjun. Wara proċess li dam għaddej xi għoxrin sena, il-PGD tal-pajjiż Bask bħalissa huwa t-tielet l-ogħla fl-Ewropa, wara r-reġjuni fil-Lussemburgu u fl-Irlanda. Il-qgħad, li kien 25 % fl-1990, bħalissa huwa ta' 4.5 %. Il-biċċa l-kbira mill-kapital investit jinsab fl-innovazzjoni; fondi privati huma responsabbli għal 66 % ta' l-investiment totali (il-medja fi Spanja hija ta' 48 %; iċ-ċifra għall-Ewropa hija ta' 54 %). Il-proċess ta' ristrutturar kien marbut ma' l-iżvilupp mill-ġdid tal-bliet tar-reġjun, inkluża l-belt kapitali, Bilbao. Il-kultura u l-identità lokali kellhom rwol kbir f'dan il-proċess, li wassal għal livell għoli ta' aċċettazzjoni soċjali tal-proċess innfisu.

Kreta — il-Greċja — Mill-biedja għal servizzi tat-turiżmu

Ir-ristrutturar fi Kreta, li kien iffinanzjat mill-gvern nazzjonali u mill-fondi Ewropej, huwa bbażat fuq il-kooperazzjoni bejn negozji u istituti tar-riċerka (l-Università ta' Kreta, l-istitut tar-riċerka ta' Ħeraklion) u għandu l-għan li jgħin lin-nies sabiex jiċċaqalqu mis-settur tal-biedja għas-settur tas-servizzi. Dan il-għan inkiseb biss b'mod parzjali. Ir-raġuni ewlenija għal dan kienet l-istruttura vertikali u n-natura mill-ġenerali għall-ispeċifiku ta' l-azzjoni. Ċentri b'saħħithom komplew jissaħħu iktar, filwaqt li emarġinaw żoni fil-periferija li jinsabu sew fin-naħa ta' ġewwa tal-gżira, li kienu jwessgħu biss id-diverġenza bejn is-sottoreġjuni u li ma rriżultawx f'xi tkabbir fil-kompetittività.

Tavira — Il-Portugall

Ir-ristrutturar huwa bbażat fuq l-iżvilupp mill-ġdid, li jwassal għall-iżvilupp tas-servizzi tat-turiżmu, żieda fl-investiment f'dan is-settur, li għin fl-iffinanzjar taż-żamma tal-patrimonju storiku u arkitettoniku tar-reġjun, li min-naħa tiegħu wassal għal iktar żieda fit-turiżmu u influss ta' kapital privat. Dan il-proċess kien iffinanzjat mill-fondi ta' PITER, URBCOM, INTERREG u PROALGARVE.

Ir-reġjuni ta' l-Awstrija

Ir-ristrutturar jinvolvi transizzjoni minn ekonomija ta' settur uniku għal struttura industrijali ddiversifikata bbażata fuq proġetti tar-Riċerka u l-Iżvilupp, kif ukoll transizzjoni għas-settur tat-turiżmu u għas-servizzi relatati man-negozju. Dan il-proċess huwa megħjun b'mod intensiv permezz ta' l-iżvilupp kostanti ta' opportunitajiet għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

Porto, il-Portugall

Proċess ta' ristrutturar inbeda biss dan l-aħħar, u sar neċessarju bir-rilokazzjoni tal-kapital ta' bosta korpi governattivi u ditti, kif ukoll b'popolazzjoni li kulma jmur qiegħda tonqos u bil-kollass ta' bejgħ tradizzjonali bl-imnut favur is-supermarkets. L-għan tal-proċess ta' ristrutturar huwa li tingħata ħajja ġdida liċ-ċentru tal-belt, li jkunu żviluppati servizzi kulturali u li jkunu żviluppati mill-ġdid id-djar fil-belt. Is-sena 2004 rat it-tnedija ta' l-inizjattiva PortoVivo, li għandha l-għan li tattira l-investiment privat lejn il-belt. Dan il-proġett kbir ta' ristrutturar u ta' żvilupp mill-ġdid ser jiġi estiż fuq perijodu ta' għoxrin sena. Ir-rinnovament ta' iktar minn 5 000 binja hija ppjanata matul dan il-perijodu, li ser tgħin fil-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali u storiku ta' valur, u li min-naħa tiegħu ser jiżviluppa s-settur tas-servizzi, u għaldaqstant jinħolqu impjiegi ġodda.

Liberec, ir-Repubblika Ċeka

Proċess ta' ristrutturar li tqanqal minn bidla fis-sistema politika għandu l-għan li jallinja l-ekonomija ma' l-istandards ta' l-UE. Dan kien iffinanzjat l-iktar mill-baġit ta' l-istat u tar-reġjun u mill-fondi ta' l-UE. Dan wassal għall-għoti ta' appoġġ lis-settur ta' l-SME u għall-iżvilupp tal-PPPs. Il-problemi ewlenin huma d-djun u l-qagħda tal-finanzi pubbliċi.

Wrocław, il-Polonja

L-aħħar sbatax-il sena raw bidla kemm fl-ekonomija tal-belt kif ukoll fl-apparenza tagħha b'mod ġenerali. L-iżvilupp mill-ġdid kemm taċ-ċentru tal-belt kif ukoll ta' żoni speċifiċi tal-belt attira l-investituri privati lejn il-belt. Infetħu lukandi u restoranti. Il-politika miftuħa ta' l-awtoritajiet tal-belt, il-kooperazzjoni mal-bliet tagħha ta' ġemellaġġ, l-awtoritajiet reġjonali u l-gvern ċentrali, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn il-belt u l-ġirien immedjati tagħha wasslu għat-twaqqif ta' fergħat ġodda ta' l-industrija fiż-żona fil-viċinanzi tal-belt. Il-Park tat-Teknoloġija ta' Wrocław u ċ-ċentri tal-belt ta' l-edukazzjoni u ta' l-industrija nedew bosta inizjattivi fil-qasam tar-Riċerka u l-Iżvilupp. Il-qgħad naqas minn 18 % għal 6 % f'dan il-perijodu; żvantaġġ wieħed kien li l-prezzijiet qegħdin jogħlew eż. l-prezzijiet tal-proprjetà għolew b'400 %.


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/38


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Pakkett għal tfassil aħjar tal-liġijiet 2005 u 2006

(2007/C 305/08)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jemmen li l-ħidma ta' l-Unjoni Ewropea, ta' l-Istati Membri u ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandha tissaħħaħ permezz ta' sħubija vera sabiex din tindirizza b'mod aktar effettiv l-isfidi ekonomiċi, soċjali, ambjentali u demokratiċi li qiegħda tiffaċċja l-Ewropa, u dan kollu waqt li jiġu rispettati l-kompetenzi tad-diversi livelli ta' awtorità;

jikkunsidra t-titjib ta' l-ambjent regolatorju, is-semplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire, l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif ukoll it-tisħiħ tal-metodi ta' konsultazzjoni u ta' evalwazzjoni ta' impatt bħala prijorità sabiex tiġi promossa gvernanza ġenwina fid-diversi livelli fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

jiddispjaċih għan-nuqqas ta' referenza għad-dimensjoni lokali u reġjonali fil-Pakkett “Tfassil Aħjar”, filwaqt li l-Karta Bajda dwar il-Gvernanza Ewropea, adottata fl-2001, enfasizzat il-bżonn li tinbena sħubija aħjar bejn id-diversi livelli ta' awtorità, bl-għarfien li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jimplimentaw — u xi drabi jittrasponu skond il-kompetenzi tagħhom — il-leġislazzjoni Komunitarja;

jispera li r-regolament istituzzjonali fil-qafas tal-proċess kostituzzjonali attwali jżomm id-dispożizzjonijiet previsti fit-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa dwar l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Kumitat tar-Reġjuni, u b'mod aktar speċifiku, dawk relatati mad-definizzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità;

huwa tajjeb li l-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali u reġjonali jwaqqfu, kemm jista' jkun malajr, mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, li jippermetti li l-proposti leġislattivi ta' l-UE jiġu sottomessi għal analiżi bir-reqqa fi stadju bikri tal-proċess leġislattiv;

waqt li juri li jinsab favur it-tisħiħ ta' l-involviment tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-evalwazzjoni ta' l-impatt territorjali tal-politiki Komunitarji prinċipali, jipproponi li joffri l-kompetenza tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jikkontribwixxi għall-analiżi ta' l-impatt dwar kull proposta leġislattiva ġdida li għandha impatt qawwi fil-livell lokali jew reġjonali;

jispera li l-inizjattiva “Tfassil Aħjar” tiġi akkumpanjata minn miżuri adegwati ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni fir-rigward ta' l-atturi involuti fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja — u partikolarment l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-maġġoranza tal-każi — u l-benefiċjarji tal-leġislazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari ċ-ċittadini Ewropej.

Testi ta' referenza

Rapport “Tfassil aħjar tal-liġijiet” 2005

COM(2006) 289 finali; SEC(2006) 289

Reviżjoni strateġika ta' “Regolamentazzjoni Aħjar” fl-Unjoni Ewropea

COM(2006) 689 finali

Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni: L-ewwel rapport ta' progress dwar l-istrateġija għas-semplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju

COM(2006) 690 finali

Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni: Il-kejl ta' l-ispejjeż amministrattivi u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea

COM(2006) 691 finali

Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea

COM(2007) 23 finali; SEC(2007) 84; SEC(2007) 85

Rapport “Tfassil aħjar tal-liġijiet” 2006

COM(2007) 286 finali; SEC(2007) 737

Rapporteur

:

Is-Sur VAN DEN BRANDE, Membru tal-Parlament Fjaming (BE/PPE)

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

jemmen li l-ħidma ta' l-Unjoni Ewropea, ta' l-Istati Membri u ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandha tissaħħaħ permezz ta' sħubija vera sabiex din tindirizza b'mod aktar effettiv l-isfidi ekonomiċi, soċjali, ambjentali u demokratiċi li qiegħda tiffaċċja l-Ewropa, u dan kollu waqt li jiġu rispettati l-kompetenzi tad-diversi livelli ta' awtorità;

2.

jikkunsidra t-titjib ta' l-ambjent regolatorju, is-semplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire, l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif ukoll it-tisħiħ tal-metodi ta' konsultazzjoni u ta' evalwazzjoni ta' impatt bħala prijorità sabiex tiġi promossa gvernanza ġenwina fid-diversi livelli fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

3.

jenfasizza, fil-kuntest ta' sforz ta' kodifikazzjoni u ta' kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni, li “tfassil aħjar tal-liġijiet” m'għandhiex tfisser biss “inqas tfassil tal-liġijiet”, u kull irtirar ta' leġislazzjoni mill-Kummissjoni għandu jkun iġġustifikat b'valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew tal-proposta leġislattiva; jistieden minnufih lill-Kummissjoni Ewropea sabiex teżerċita bi sħiħ ir-rwol tagħha ta' forza mexxeja fil-qalba tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, u jfakkar li viżjoni politika koerenti fuq il-perijodu fit-tul li tiġi tradotta f'azzjoni politika konkreta hija prerekwiżit għal “tfassil aħjar” u “regolamentazzjoni aħjar”;

4.

jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fl-isforzi tagħha sabiex tippromovi “tfassil aħjar” billi tirtira proposti leġislattivi għaddejjin kull darba li dan ikun xieraq fl-interessi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkompli f'din id-direzzjoni;

5.

jiddispjaċih għan-nuqqas ta' referenza għad-dimensjoni lokali u reġjonali fil-Pakkett “Tfassil Aħjar”, filwaqt li l-Karta Bajda dwar il-Gvernanza Ewropea, adottata fl-2001, enfasizzat il-bżonn li tinbena sħubija aħjar bejn id-diversi livelli ta' awtorità, bl-għarfien li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jimplimentaw — u xi drabi jittrasponu skond il-kompetenzi tagħhom — il-leġislazzjoni Komunitarja u b'konsegwenza ta' dan għalhekk iridu jkunu involuti mill-qrib matul l-inizjattiva “Tfassil Aħjar”, partikolarment permezz tal-parteċipazzjoni tal-Kumitat fid-diversi gruppi ta' koordinazzjoni interistituzzjonali;

6.

jixtieq li l-awtoritajiet lokali, il-parlamenti reġjonali u l-assembleji reġjonali, b'konformità mal-kompetenzi tagħhom, jiġu involuti fit-tħejjija u fil-formulazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

7.

jappoġġja l-prijorità mogħtija fil-programm ta' ħidma 2007 tal-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li jittejjeb l-ambjent regolatorju sabiex jiġu serviti, fost affarijiet oħra, l-objettivi tal-kompetittività ta' tkabbir, ta' impjieg u ta' żvilupp sostenibbli ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, u b'hekk tiġi promossa kwalità aħjar ta' ħajja għaċ-ċittadini Ewropej;

8.

jilqa' b'mod favorevoli r-rapport “Tfassil Aħjar 2006” li jikkunsidra x-xewqa tiegħu li jiġi kkonsultat u involut fil-fażi pre-leġislattiva, b'mod partikolari fir-rigward tar-rispett tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità fil-qafas ta' l-analiżi ta' l-impatt; madankollu jinsisti fuq il-bżonn fil-futur li jissaħħu dawn l-isforzi fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn il-livelli differenti ta' awtorità, il-Komunikazzjoni dwar il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-livell Komunitarju u l-iskop ta' l-intervenzjoni leġislattiva Komunitarja u l-impatt finanzjarju u amministrattiv tagħha fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità

9.

iġedded l-impenn tiegħu għad-dimensjoni kostituzzjonali tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità u jenfasizza l-importanza għall-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll għall-Kumitat tar-Reġjuni sabiex, fin-nuqqas ta' Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, u kemm jista' jkun malajr, jimplimentaw il-Protokolli, jew il-kontenuti rispettivi tagħhom, relatati mar-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-UE u ma' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità;

10.

jispera li r-regolament istituzzjonali fil-qafas tal-KIG attwali jżomm id-dispożizzjonijiet previsti fit-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa dwar l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Kumitat tar-Reġjuni, u b'mod aktar speċifiku, dawk relatati mad-definizzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' dawn iż-żewġ prinċipji;

11.

jenfasizza li skond it-Trattat attwali, il-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità huma l-lieva ta' gvernanza fuq diversi livelli, u dan ifisser responsabbiltà konġunta fl-implimentazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji, li teħtieġ it-twaqqif ta' kultura ġenwina tas-sussidjarjetà fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

12.

jilqa' favorevolment id-Dikjarazzjoni ta' Berlin tal-25 ta' Marzu 2007, li tiċċelebra l-50 anniversarju mill-iffirmar tat-Trattati ta' Ruma, li tenfasizza l-bżonn li l-kompiti jitqassmu bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u li għalhekk tagħti rikonoxximent lill-gvernanza fuq diversi livelli;

13.

jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn sabiex jikkunsidraw, b'mod regolari u sistematiku, id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità fl-istadji kollha tal-proċess leġislattiv;

14.

jixtieq, għal dan il-għan, iqiegħed għad-dispożizzjoni l-kompetenza tiegħu, partikolarment permezz tan-netwerk ta' monitoraġġ tas-sussidjarjetà skond il-konklużjonijiet u l-evalwazzjonijiet taż-żewġ testijiet piloti li saru s'issa;

15.

iħeġġeġ lill-parlamenti reġjonali sabiex iwaqqfu kumitati parlamentari għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, u li jikkostittwixxu, b'konsegwenza, interlokuturi privileġġjati għan-netwerk hawn fuq imsemmi;

16.

jilqa' b'mod favorevoli l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tikkomunika kull proposta leġislattiva ġdida u kull dokument ta' konsultazzjoni direttament lill-parlamenti nazzjonali, u tistedinhom sabiex jinformawha bir-reazzjonijiet tagħhom ħalli ttejjeb il-proċess ta' tħejjija ta' politiki, partikolarment fir-rigward tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità u tal-kontenut attwali ta' dawn il-proposti leġislattivi, u jitlob li din il-prattika tiġi estiża għall-korpi leġislattivi sottonazzjonali;

17.

isejjaħ sabiex fl-Istati Membri fejn il-kompetenzi jinqasmu bejn il-livell nazzjonali u reġjonali, jitħejja ftehim intern vinkolanti dwar il-proċeduri li għandhom jittieħdu fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' twissija minn qabel sabiex tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' sussidjarjetà;

18.

konsegwentement jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex twaqqaf sistema kompjuterizzata li tippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jkollhom aċċess għall-informazzjoni adegwata fl-istadji kollha tal-proċess leġislattiv;

19.

huwa tajjeb li l-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali u reġjonali jwaqqfu, kemm jista' jkun malajr, mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, li jippermetti li l-proposti leġislattivi ta' l-UE jiġu sottomessi għal analiżi bir-reqqa fi stadju bikri tal-proċess leġislattiv; jinsisti fuq il-fatt li għandhom jiġu maħsuba dispożizzjonijiet ta' kooperazzjoni mal-Kumitat sabiex jitwaqqaf dan it-tip ta' mekkaniżmu bil-għan li jinkiseb il-massimu mis-sinerġiji eżistenti, waqt li l-Kumitat huwa lest li jaqsam l-esperjenza li kiseb permezz tan-netwerk tiegħu ta' monitoraġġ tas-sussidjarjetà;

Proċess ta' konsultazzjoni u djalogu strutturat

20.

jenfasizza l-importanza tal-konsultazzjoni tiegħu fil-qafas tal-proċess leġislattiv, bħala rappreżentant istituzzjonali ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-Unjoni Ewropea u interlokutur istituzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea; it-tisħiħ ta' din il-konsultazzjoni twassal sabiex il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet isir aktar miftuħ, inklussiv, operazzjonali u demokratiku, u t-teħid ta' deċiżjonijiet jersaq lejn il-livell l-aktar qrib taċ-ċittadini Ewropej;

21.

jirrepeti l-impenji li ttieħdu fil-qafas tal-protokoll ta' kooperazzjoni ffirmat f'Novembru 2005 mal-Kummissjoni Ewropea li jistipula li “fil-qafas tal-prinċipju ta' gvernanza tajba, il-Kumitat għandu jwettaq bi sħiħ ir-rwol tiegħu bħala ħolqa fid-djalogu ma' l-organizzazzjonijiet ta' l-awtorità lokali. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Kumitat ikun totalment integrat fil-preparazzjoni politika tal-laqgħat organizzati b'mod konġunt”. Il-Kumitat jilqa' l-involviment, mill-2004, ta' 9 Kummissarji Ewropej fi djalogu strutturat, flimkien ma' kważi 80 assoċjazzjoni Ewropea u nazzjonali rappreżentanti ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali;

22.

jemmen li d-djalogu strutturat ma' l-assoċjazzjonijiet ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa għodda li għandha tintuża fil-fażi preparatorja tal-programm ta' ħidma leġislattiva tal-Kummissjoni Ewropea;

23.

jippreżenta ċerti proposti b'segwitu tad-diskussjoni ma' l-imsieħba li kienu involuti fid-djalogu strutturat, bil-għan li jittejbu l-proċeduri għal dan id-djalogu u jiġu assigurati l-objettivi inizjali, kif ukoll ir-rwol politiku u istituzzjonali tal-Kumitat tar-Reġjuni:

l-organizzazzjoni ta' djalogu strutturat fi żmien adattat tas-sena sabiex l-assoċjazzjonijiet ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Kumissjoni jkunu jistgħu jipparteċipaw fi djalogu ġenwin dwar il-prijoritajiet qabel ma l-Kummissjoni tadotta l-programm annwali ta' ħidma leġislattiva;

it-tħejjija tal-programm annwali tad-djalogu strutturat u l-abbozz tal-laqgħat f'kooperazzjoni stretta bejn il-Kumitat u l-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

l-iżvilupp ta' rabta mal-mezzi tax-xandir lokali u reġjonali f'kooperazzjoni ma' l-assoċjazzjonijiet ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

tiġi pprovduta l-possibbiltà għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jressqu kummenti bil-miktub, jipproponu suġġetti li jikkonċernawhom skond l-aġenda ta' l-Unjoni Ewropea u li jirċievu risposta dwar dan;

jiġu pprovduti l-minuti, imħejjija mis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea, wara kull laqgħa;

jiġi enfasizzat it-tisħiħ tas-segwitu tad-djalogu strutturat permezz ta' evalwazzjoni regolari f'kooperazzjoni stretta bejn il-Kumitat u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

24.

irid ukoll li tingħatalu aktar responsabbiltà għall-organizzazzjoni tad-djalogu strutturat u li jiġi stabbilit proċess aktar trasparenti;

25.

itenni r-rakkomandazzjonijiet li saru fl-Opinjoni tiegħu dwar ir-rapport annwali “Tfassil Aħjar 2004”, bil-għan li jkun hemm sistematizzazzjoni tal-konsultazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fi stadju bikri fit-tħejjija tal-leġislazzjoni Ewropea; u jemmen li jkun essenzjali li jkun assigurat li l-konsultazzjonijiet ikunu effettivi u li jiġu kkunsidrati.

Traspożizzjoni u applikazzjoni mtejbin tal-leġislazzjoni u tal-politiki komunitarji fil-livell lokali u reġjonali

26.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma, l-iktar dipendenti fuq il-kwalità tat-traspożizzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja fil-livell nazzjonali; jinsisti fuq l-importanza ta' koordinazzjoni aħjar bejn il-livell nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

27.

itenni l-bżonn li l-prinċipju ta' sħubija jitpoġġa fil-prattika matul kemm il-fażi ta' tħejjija kif ukoll ta' implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u tal-politiki Komunitarji;

28.

ifakkar li l-Kummissjoni Ewropea nediet u żviluppat l-idea ta' kuntratti u konvenzjonijiet tripartitiċi ta' l-objettivi; itenni l-proposta tiegħu ta' reviżjoni ta' dawn l-istrumenti u jipproponi t-twaqqif tal-Patti Territorjali Ewropej, wara r-riżultat tal-fażi ta' test inizjata mill-Kummissjoni Ewropea għall-ftehimiet tripartitiċi;

29.

jenfasizza l-fatt li l-Patti Territorjali Ewropej, bħall-Gruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali, jippermettu ż-żjieda fil-koerenza territorjali u l-flessibbiltà tal-politiki b'impatt lokali għoli, grazzi għal kollaborazzjoni strutturata bejn il-livelli differenti ta' gvernanza sabiex jiġu implimentati l-objettivi mfissra b'mod konġunt bejn il-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej; ir-rikors għal dan l-istrument għandu jibqa' volontarju;

30.

jinsisti fuq il-fatt li ma jista' jkun hemm l-ebda sħubija reali mingħajr kontribuzzjoni finanzjarja minn kull waħda mill-partijiet għall-ftehim; jipproponi li d-diskussjonijiet dwar il-kwistjoni ta' l-iffinanzjar tal-Patti Territorjali Ewropej ikunu bbażati fuq is-sinerġiji possibbli bejn, fuq naħa għal-livell Ewropew, il-linji baġitarji eżistenti fl-oqsma kkonċernati u l-Fondi strutturali u, fuq naħa oħra għal-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, il-linji baġitarji disponibbli; u dan, mingħajr ma jitwaqqaf strument finanzjarju addizzjonali tal-politika reġjonali Komunitarja u mingħajr ma jintalbu fondi addizzjonali għal dan il-għan;

31.

jikkunsidra opportun li għandha tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, fir-rigward tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Patti Territorjali Ewropej;

32.

jassigura lill-Kummissjoni Ewropea bix-xewqa tiegħu li jkollu rwol proattiv sabiex iħeġġeġ il-konklużjoni tal-Patti Territorjali Ewropej u sabiex ikun imsieħeb affidabbli għall-atturi kollha kkonċernati;

33.

isejjaħ, madankollu, għal appoġġ akbar min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta' l-inizjattivi li ġejjin mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; jinsisti wkoll fuq il-bżonn li tingħata iktar attenzjoni lill-proġetti eżistenti, li m'għandhomx jiġu abbandunati hekk kif tispiċċa l-fażi pilota.

Analiżi ta' l-impatt u evalwazzjoni tal-piżijiet amministrattivi u finanzjarji

34.

jilqa' b'mod favorevoli l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jinħoloq kumitat ta' analiżi ta' l-impatt indipendenti taħt l-awtorità tal-President sabiex isaħħaħ il-kontroll, b'konformità mar-rakkomandazzjoni tiegħu stabbilita fl-Opinjoni tiegħu dwar “Tfassil Aħjar 2004”;

35.

jargumenta favur it-tisħiħ ta' l-involviment tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-evalwazzjoni ta' l-impatt territorjali tal-politiki Komunitarji prinċipali; jinsisti għalhekk dwar l-importanza tar-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkollhom fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-atti leġislattivi jekk jiġu involuti kif suppost fit-tħejjija tal-leġislazzjoni;

36.

jappoġġja r-riċerka ta' metodu komuni għall-analiżi ta' l-impatt kif ukoll ta' metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni ta' l-ispejjeż amministrattivi li jitnisslu mil-leġislazzjoni Ewropea; jissuġġerixxi li din il-metodoloġija tiġi adottata fil-livell lokali u reġjonali sabiex jiġu evalwati aħjar il-piżijiet finanzjarji u amministrattivi fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jixtieq ikun totalment involut fil-kooperazzjoni interistituzzjonali f'dan il-qasam;

37.

jilqa' b'mod favorevoli l-programm ta' azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għat-tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea kif ukoll l-objettiv propost fil-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 għal tnaqqis ta' 25 % fil-piż, li għandu jintlaħaq b'mod konġunt mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri sa l-2012; ifakkar madankollu bil-bżonn li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni lokali u reġjonali, kif ukoll ir-rwol ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta' dan l-objettiv;

38.

jipproponi, fl-ispirtu tal-ftehim ta' kooperazzjoni ta' Novembru 2005, li joffri l-kompetenza tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jikkontribwixxi għall-analiżi ta' l-impatt dwar kull proposta leġislattiva ġdida li għandha impatt qawwi fil-livell lokali jew reġjonali;

39.

fuq din in-nota, jintrabat li jwettaq test pilota fil-kuntest tal-pjattaforma ta' monitoraġġ ta' l-Istrateġija ta' Lisbona tal-Kumitat tar-Reġjuni, bil-għan li jikkontribwixxi, fuq naħa, għas-sistematizzazzjoni tal-konsultazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar il-leġislazzjoni Ewropea fil-fażi ta' preparazzjoni; u min-naħa l-oħra għar-riċerka ta' metodu komuni għall-analiżi ta' l-impatt ta' din il-leġislazzjoni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; jemmen f'dan ir-rigward li jkun utli u koerenti ma' l-impenn tiegħu għas-suċċess ta' l-objettivi ta' Lisbona, li jkun irrappreżentat fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa.

Semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja, trasparenza u informazzjoni

40.

jirrepeti t-talba tiegħu li jiżdied kapitolu reġjonali fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għas-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni;

41.

jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni mmirata għall-promozzjoni tat-trasparenza, u jfakkar f'dan ir-rigward, li jekk l-UE verament tixtieq iżżid il-leġittimità demokratika tagħha, trid ugwalment tinvolvi aktar lill-atturi lokali u reġjonali fil-proċessi leġislattivi u ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħha; jiddispjaċih għalhekk li ma saret l-ebda referenza għad-dimensjoni lokali u reġjonali f'din l-inizjattiva u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti aktar konsiderazzjoni lil din il-kwistjoni;

42.

jispera li l-inizjattiva “Tfassil Aħjar” tiġi akkumpanjata minn miżuri adegwati ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni fir-rigward ta' l-atturi involuti fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja — u partikolarment l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-maġġoranza tal-każi — u l-benefiċjarji tal-leġislazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari ċ-ċittadini Ewropej; fil-fatt, il-leġislazzjoni Komunitarja ma tistax tiġi implimentata korrettament jekk ma titqiesx mill-atturi kkonċernati; dan ifisser li apparti l-involviment fil-proċess pre-leġislattiv, hemm il-bżonn li jiġu żviluppati l-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

43.

fuq din in-nota, jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-bżonn li tiġi assigurata, qabel il-bidu uffiċjali tal-fażi leġislattiva Komunitarja, inkluż ir-referral tal-Kumitat tar-Reġjuni, it-traduzzjoni tal-proposti leġislattivi kollha li jiġu addotatti mill-Kumitat fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni Ewropea;

44.

jenfasizza l-potenzjal tan-netwerk tiegħu ta' monitoraġġ tas-sussidjarjetà sabiex isir għodda ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni effettiv fil-qafas tal-proċess leġislattiv Komunitarju.

Brussell, il-11 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/43


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Applikazzjoni ta' l-approċċ Globali għall-migrazzjoni fil-fruntieri marittimi tan-nofsinhar ta' l-Unjoni Ewropea u fir-reġjuni ġara tal-Lvant u tax-Xlokk

(2007/C 305/09)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

iqis li l-politika ta' migrazzjoni Ewropea u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni ta' l-Unjoni Ewropea huma r-responsabilità ta' l-Istati Membri individwali, li għandhom jaħdmu flimkien fis-solidarjetà u l-fiduċja reċiproka u jirrispettaw bis-sħiħ lid-drittijiet tal-bniedem u l-politika ta' migrazzjoni Ewropea;

jemmen li l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma minn ta' quddiem fir-rigward tal-politika tal-migrazzjoni, kemm fir-rigward tal-problemi kkawżati mill-migrazzjoni illegali (ir-riċeviment u l-ġestjoni ta' dawk li jaslu, l-impjieg illegali, il-kriminalità u s-sigurtà urbana) kif ukoll fir-rigward tas-servizzi li l-awtoritajiet lokali huma responsabbli li jipprovdu għar-residenti (akkomodazzjoni, kura tas-saħħa, edukazzjoni eċċ);

jirrakkomanda li tittieħed azzjoni immedjata sabiex jiġu armonizzati l-liġijiet li jwaqqfu t-traffikar tal-persuni u l-organizzazzjonijiet kriminali li jwettquh

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x'jaqdu fil-promozzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni u ġemellaġġ mal-kontrapartijiet tagħhom, u jfakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jġibu magħhom know-how u esperjenza lill-kooperazzjoni deċentralizzata. Dan għandu jkun inkluż b'mod sistematiku fl-iżvilupp tal-politika Ewropea ta' l-immigrazzjoni;

jappella lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ u tikkontribwixxi lejn l-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet prattiċi sabiex tiġi rinfurzata l-ġestjoni tal-fruntieri marittimi esterni tan-nofsinhar u tiġi msaħħa l-kapaċità tal-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħha sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet kritiċi, bħall-influss bil-massa ta' immigranti illegali;

fl-istess ħin, iħeġġeġ lill-atturi lokali u reġjonali sabiex jagħmlu użu, fuq bażi ta' proġetti, mill-fondi disponibbli u jenfasizza li dawn il-fondi għandhom isiru disponibbli mingħajr iktar dewmien

jirrakkomanda li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom, u b'mod partikolari fil-pajjiżi kandidati iżda wkoll fil-pajjiżi msieħba li dan isir iktar mill-qrib, fil-kontribuzzjonijiet ta' l-UE bħat-taħriġ u l-ġemellaġ ta' uffiċjali ta' l-infurzar tal-liġi, kooperazzjoni mal-Frontex, il-protezzjoni soċjali u t-taħriġ ta' uffiċjali għal kwistjonijiet ta' xogħol, ir-rijabilitazzjoni tal-vittmi tat-traffikar, il-ġbir ta' data u l-monitoraġġ ta' flussi ta' migrazzjoni;

Dokumenti ta' referenza

L-Approċċ Globali lejn il-Migrazzjoni sena wara: Lejn politika Ewropea komprensiva għall-migrazzjoni

COM(2006) 735 finali

It-tisħiħ tal-ġestjoni tal-Fruntieri Marittimi tan-nofsinhar ta' l-Ewropa

COM(2006) 733 finali

L-applikazzjoni ta' Strateġija Globali għall-Migrazzjoni għar-Reġjuni tal-Lvant u x-Xlokk ta' l- Ewropa li huma Ġirien ta' l-Unjoni Ewropea

COM(2007) 247 finali

Rapporteur

:

Is-Sur Ian MICALLEF (MT/EPP), Kunsillier, Kunsill Lokali ta' Gżira

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

iqis li l-politika ta' migrazzjoni Ewropea u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni ta' l-Unjoni Ewropea huma rispettivament r-responsabilità ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Istati Membri individwali, li għandhom jaħdmu flimkien fis-solidarjetà u l-fiduċja reċiproka u jirrispettaw bis-sħiħ lid-drittijiet tal-bniedem u l-politika ta' migrazzjoni Ewropea;

2.

jappoġġja l-isforzi ta' l-Unjoni Ewropea li mill-1999 ħadet serje ta' inizjattivi lejn Politika Ewropea komprensiva għall-Migrazzjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkompli f'din id-direzzjoni, u tħejji t-triq ukoll għal kooperazzjoni u koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u pajjiżi terzi; jilqa' b'mod partikolari wkoll ir-rikonferma ta' l-għan komuni ta' politika bħal din li tinsab fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007;

3.

jemmen li l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma minn ta' quddiem fir-rigward tal-politika tal-migrazzjoni, kemm fir-rigward tal-problemi kkawżati mill-migrazzjoni illegali (ir-riċeviment u l-ġestjoni ta' dawk li jaslu, l-impjieg illegali, il-kriminalità u s-sigurtà urbana) kif ukoll fir-rigward tas-servizzi li l-awtoritajiet lokali huma responsabbli li jipprovdu għar-residenti (akkomodazzjoni, kura tas-saħħa, edukazzjoni eċċ);

4.

jenfasizza r-rwol prinċipali li jaqdu l-korpi lokali u reġjonali, minħabba l-esperjenza li kisbu permezz tar-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi ta' oriġini u l-miżuri li jieħdu sabiex jintegraw il-migranti, partikularment fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-impjieg;

5.

jistieden lill-Kummissjoni sabiex tniedi kampanji ta' kuxjenza pubblika u ta' informazzjoni b'kooperazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali dwar politiki ta' migrazzjoni legali u l-impatt pożittiv tagħhom, notevolment sabiex titneħħa l-ansjetà pubblika; fl-istess waqt, isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja lill-pajjiżi ta' oriġini fit-tnedija ta' kampanji disinjati sabiex iżidu l-kuxjenza pubblika u l-għarfien dwar il-possibilitajiet ta' migrazzjoni legali u wkoll sabiex jenfasizzaw ir-riskji ta' l-immigrazzjoni illegali;

6.

iħeġġeġ lill-KE li tipproponi mekkaniżmi li jiżguraw li regolarizzazzjonijiet futuri ta' immigranti illegali jseħħu b'mod koordinat bħala parti minn sistema komuni għall-immigrazzjoni u l-ażil; jilqa' għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni sabiex tniedi studju fl-2007 dwar il-prattiċi tar-regolarizzazzjoni u l-effetti fuq l-Istati Membri u fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;

7.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tipprevedi li meta l-Istati Membri fir-reġjun ikunu qegħdin jiffaċċaw sitwazzjoni kritika, bħal influss qawwi ta' migranti, il-kapaċità tan-Netwerk ta' Għassa Kostali tal-ġejjieni għandha tiġi msaħħa;

8.

jilqa' d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew sabiex iżid il-baġit allokat lill-Frontex b'mod sostanzjali u l-approvazzjoni tiegħu tal-baġit għall-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri (Rapid Border Intervention Teams); jirrakkomanda li dawn it-timijiet jinkludu l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u partijiet oħra involuti, inkluża l-komunikazzjoni maċ-ċentri ta' kmand reġjonali proposti fil-fruntieri marittimi tan-nofsinhar (1) u dawk l-amministrazzjonijiet reġjonali li jintlaqtu ħafna mill-influss tal-migranti;

9.

jappoġġja l-proposta għat-twaqqif ta' grupp ta' esperti mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jistgħu jkunu disponibbli għal sejħiet fi żmien qasir fi Stati Membri oħra li jkunu qegħdin jiffaċċaw pressjoni żejda fuq il-kapċitajiet tagħhom sabiex jassistu fl-evalwazzjoni inizjali f'waqtha tal-każijiet individwali fil-punti tal-wasla, inkluża l-identifikazzjoni tal-persuni; jew dawk li jistgħu jiġu mibgħuta lura lejn il-pajjiż ta' oriġini jew ta' transitu tagħhom u l-ġestjoni effiċjenti suċċessiva ta' każijiet individwali, inkluża l-evalwazzjoni tal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-immigranti u r-rifuġjati kif ukoll kwalunkwe sitwazzjoni epidemjoloġika relatata u sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta' minuri mhux akkumpanjati u gruppi vulnerabbli oħra;

10.

jirrakkomanda li l-grupp ta' esperti mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri għandu jissawwar b'tali mod li jkun jista' jaqdi l-ħtiġijiet ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali bl-aħjar mod possibbli, inklużi, jekk mitluba, r-rappreżentanti ta' l-amministrazzjonijiet reġjonali jew lokali miż-żoni kkonċernati jew assoċjazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta' l-awtoritajiet lokali u l-possibilità li l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali jitolbu għall-intervent ta' esperti bħal dawn fit-territorju tagħhom, peress li l-wasla ta' immigranti illegali fi kwalunkwe Stat Membru għandha effett immedjat fuq il-lokalità jew ir-reġjun li jaslu fiha;

11.

jaqbel mal-proposta tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni li l-ftehimiet ta' sħubija dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp jobbligaw lill-pajjiżi msieħba sabiex jirrikonoxxu l-prinċipji tad-demokrazija u ta' l-istat ta' dritt kif ukoll il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;

12.

jirrakkomanda li tittieħed azzjoni immedjata sabiex jiġu armonizzati l-liġijiet li jwaqqfu t-traffikar tal-persuni u l-organizzazzjonijiet kriminali li jwettquh.;

13.

jaqbel mat-talba tal-Kummissjoni lill-Istati Membri sabiex iżidu l-isforzi tagħhom, sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni rapida ta' dawk il-miżuri li fuqhom diġà jaqblu u jikkumplementaw l-azzjoni ta' l-UE ma' l-inizjattivi tagħhom stess;

14.

jenfasizza li l-gvernijiet reġjonali u lokali għandhom jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati u għandhom jiġu involuti f'dawn it-tipi ta' inizjattivi ta' djalogu kollha inkluż dawk mal-pajjiż ta' oriġini u ta' tranżitu, partikularment permezz tal-Kumitat tar-Reġjuni;

15.

jenfasizza l-importanza, u jantiċipa bil-ħerqa li jipparteċipa b'mod attiv f'edizzjonijiet futuri ta' konferenzi bħal “L-Integrazzjoni ta' l-ibliet: politiki Ewropej, prattiċi lokali” organizzata fl-2006 għall-iskambju ta' l-aħjar prattika u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni, u jirrakkomanda li l-UE tisfrutta l-potenzjal tar-reġjuni li jifformaw il-fruntiera marittima bħala pjattaforma għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet ta' benefiċċju reċiproku ma' pajjiżi terzi;

16.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x'jaqdu fil-promozzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni u ġemellaġġ mal-kontrapartijiet tagħhom, u jfakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jġibu magħhom know-how u esperjenza lill-kooperazzjoni deċentralizzata permezz tas-servizzi tas-saħħa u l-edukazzjoni, is-servizzi urbani, l-iżvilupp ekonomiku territorjali, flimkien mal-proviżjoni ta' appoġġ istituzzjonali għall-ġestjoni lokali, l-esperjenza fid-demokrazija lokali u reġjonali u t-tħaddim ta' l-istituzzjonijiet demokratiċi. Dan għandu jkun inkluż b'mod sistematiku fl-iżvilupp tal-politika Ewropea ta' l-immigrazzjoni;

17.

jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ u tikkontribwixxi lejn l-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet prattiċi sabiex tiġi rinfurzata l-ġestjoni tal-fruntieri marittimi esterni tan-nofsinhar u tiġi msaħħa l-kapaċità tal-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħha sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet kritiċi, bħall-influss bil-massa ta' immigranti illegali;

18.

jisħaq fuq is-sejħa unanima tiegħu ta' Frar 2007 (CdR 258/2006) (2) għat-twaqqif ta' Aġenzija li tkun responsabbli b'mod speċifiku għall-indirizzar tal-kwistjoni tal-migrazzjoni illegali u t-talba għall-ażil minn ċittadini ta' pajjiżi terzi, u din l-Aġenzija għandha tkun ibbażata f'Malta;

19.

jappella sabiex tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea li jinsabu fiż-żona tal-Mediterran u l-Atlantiku li qegħdin jesperjenzaw dħul ta' ammonti kbar ta' migranti illegali u li jbatu minn nuqqas ta' mezzi sabiex jittrattaw man-numri kbar ta' immigranti b'livell xieraq ta' dinjità umana; isejjaħ ukoll sabiex tittieħed azzjoni immedjata u deċiżiva fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej, sabiex jiġu evitati iktar traġedji fost il-migranti illegali li jmutu f'numri kbar matul it-tentattiv li jaslu fl-ixtut ta' l-Unjoni Ewropea u l-konsegwenzi għas-sigurtà u l-koeżjoni fl-UE kollha kemm hi; għalhekk jenfasizza li hija meħtieġa politika fuq perijodu qasir sabiex tittratta b'mod urġenti u effettiv mal-problemi li jinħolqu minn influssi ta' immigranti illegali u jsejjaħ b'mod urġenti għall-ħolqien ta' strument finanzjarju mmirat speċifikament lejn ir-reġjuni bl-ogħla livelli ta' immigrazzjoni, u f'żoni ta' transitu b'influssi kbar ta' migranti illegali;

20.

jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri juru solidarjetà fil-prattika billi jieħdu miżuri konkreti sabiex itaffu mill-pressjoni fuq l-Istati u r-Reġjuni li jinsabu fil-fruntiera minħabba l-mewġiet kontinwi ta' influss qawwi ta' migranti, billi jippermettu r-rilokazzjoni u l-ospitar ta' dawn il-migranti fit-territorji tagħhom sakemm jasal żmien meta tittieħed deċiżjoni finali dwar l-istatus tagħhom;

21.

fl-istess ħin, iħeġġeġ lill-atturi lokali u reġjonali sabiex jagħmlu użu, fuq bażi ta' proġetti, mill-fondi disponibbli, jiġifieri il-Fond għall-Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u l-Fond għall-Integrazzjoni u jenfasizza li dawn il-fondi għandhom isiru disponibbli mingħajr iktar dewmien u jinnota bi preokkupazzjoni li dawn il-fondi kellhom jibdew joperaw minn Jannar 2007 filwaqt li l-fond għar-ritorn m'huwiex ser ikun disponibbli qabel l-2008;

22.

jsejjaħ lill-Istati Membri sabiex jassoċjaw, fir-rigward tal-prinċipju tas-sussedjarjetà, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp ta' politiki ta' migrazzjoni u fit-twaqqif ta' pjanijiet nazzjonali għall-integrazzjoni u l-impjieg, inkluż in-numru ta' ħaddiema barranin li jistgħu jiġu aċċettati fit-territorju tagħhom; barraminhekk jikkunsidra li d-dimensjonijiet lokali u reġjonali għandhom jiġu inklużi fl-analiżi, l-istatistika, u r-rapporti li jservu ta' qafas għall-politiki ta' immigrazzjoni;

fir-rigward tar-relazzjonijiet ma' l-Afrika

23.

jappoġġja l-istrateġija ta' iktar djalogu u kooperazzjoni dwar il-kwistjonjiet tal-migrazzjoni ma' l-Afrika, li jkopri l-medda sħiħa ta' kwistjonijiet ta' migrazzjoni, minn migrazzjoni legali u illegali sat-tisħiħ tal-protezzjoni tar-rifuġjati u użu aħjar mir-rabtiet bejn il-politika tal-migrazzjoni u l-politika ta' l-iżvilupp;

24.

jfakkar li, fir-rigward tal-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq, żviluppi addizzjonali ser jiġu mfittxija, li jippromovu u jżidu wkoll protokolli bilaterali fil-livell reġjonali fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Viċinat Usa' għar-Reġjuni fil-Periferija (RP) u l-pajjiżi ġara tagħhom fl-Afrika tas-sub-Saħara, li tqis il-kwistjonijiet tal-viċinat filwaqt li jeħtieġ li titkompla wkoll il-ħidma fil-kuntest ta' l-EUROMED u jeħtieġ ukoll li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bilaterali ma' l-imsieħba Mediterrani bil-parteċipazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali f'dan il-qafas;

25.

jenfasizza li f'dan il-qafas ta' kooperazzjoni bilaterali, huwa essenzjali li tintuża l-esperjenza miġbura minn ċerti reġjuni, bħar-Reġuni fil-Periferija (RP), li, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika speċifika tagħhom u esperjenza soda, jipprovdu lill-UE bi pjattaforma unika għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien;

26.

jappoġġja l-kooperazzjoni ta' l-UE ma' l-Afrika skond id-definizzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE għall-Afrika li l-miri prinċipali tagħha huma l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli, is-sigurtà u l-gvernanza tajba permezz ta' djalogu kontinwu mal-pajjiżi AKP ibbażat fuq l-aġenda ta' l-Artikolu 13 tal-ftehim ta' Cotonou;

27.

jinnota li l-Artikolu 13 tal-ftehim ta' Cotonou jipprovdi li “Kull wieħed mill-Istati ta' l-AKP għandu jaċċetta r-ritorn u r-ripatrijazzjoni ta' kwalunkwe min-nazzjonali tiegħu li huma preżenti b'mod illegali f'territorju ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea b'talba ta' dan l-Istat Membru u bla ebda formalità addizzjonali. L-Istati ta' l-AKP ser jipprovdu n-nazzjonali tagħhom b'dokumenti ta' l-identità adattati għal dawn l-iskopijiet”;

28.

jenfasizza li l-UE għandha tippromovi l-infurzar ta' dan l-artikolu u żżid sostanzjalment l-isforzi tagħha sabiex tobbliga l-pajjiżi ta' oriġini sabiex jieħdu lura dawk l-immigranti li ma jikkwalifikawx għall-ażil u li madankollu ħadu r-rotta tal-passaġġ illegali;

29.

jinnota l-proposta għall-ħolqien ta' pjattaformi dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp li jgħaqqdu l-pajjiżi Afrikani, l-Istati Membri ta' l-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fi sforz sabiex il-migrazzjoni tiġi ġestita b'mod iktar effettiv fl-interess ta' kullħadd; jemmen li l-parteċipazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, partikularment dawk li huma kkonċernati direttament, — anke permezz ta' l-assocjazzjonijiet nazzjonali u regjonali taghhom — f'dawn il-pjattaformi ta' kooperazzjoni u fil-livell ta' djalogu mal-pajjiżi ta' l-AKP tkun ta' benefiċċju għall-partijiet ikkonċernati kollha;

30.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tippromovi l-investimenti fis-setturi tax-xogħol manwali f'reġjuni fl-Afrika b'livelli għoljin ta' emigrazzjoni u li tistieden l-Istati Membri jikkumplementaw din il-kontribuzzjoni, filwaqt li ma ninsewx li investiment bħal dan ma jistax jiġi promoss mingħajr il-parteċipazzjoni effettiva tal-kumpaniji privati, li għandhom ikunu provduti bi strumenti li jiffaċilitaw investiment bħal dan;

31.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' profili ta' migrazzjoni għal kull pajjiz fit-triq ta' l-iżvilupp li huwa interessat, u, ta' skwadri ta' appoġġ għall-migrazzjoni (MISTs) magħmulin minn esperti mill-Istati Membri li jistgħu jipprovdu l-assitenza neċessarja lil dawk l-Istati Afrikani li jitolbuha; jappoġġja wkoll l-inizjattivi mill-Kummissjoni li jagħtu spinta lit-twaqqif ta' netwerk ta' migrazzjoni pan-Afrikan ta' “osservatorji” tal-migrazzjoni u/jew istituti ta' riċerka dwar il-migrazzjoni iżda jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikun mgħammra bil-kompetenza neċessarja u barraminhekk jenfasizza li l-esperti li jiġu minn reġjuni u bliet jistgħu jipprovdu valur miżjud ċert lil dawn l-iskwadri;

32.

jenfasizza li l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu lejn il-ġbir ta' informazzjoni ppreżentata fil-Portal għall-Immigrazzjoni, fil-Portal Ewropew għall-Mobilità ta' l-Impjiegi, fin-netwerk EURES, u fil-Portal Ewropew għall-Mobilità tar-Riċerkaturi li kif imsemmi hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-pajjiżi Afrikani b'informazzjoni dwar il-possibilitajiet legali għax-xogħol fl-Ewropa, inkluż permezz ta' kampanji speċifiċi ta' informazzjoni u l-iffaċilitar tal-ġestjoni tal-ħaddiema staġjonali, l-iskambji ta' studenti u riċerkaturi u forom oħra ta' moviment legali tal-persuni;

Il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-tisħiħ tal-miżuri ta' integrazzjoni

33.

jappoġġja l-proposta għal leġislazzjoni ġdida mmirata lejn l-impożizzjoni ta' penali fuq persuni li jimpjegaw immigranti illegali u inizjattivi li permezz tagħhom il-EUROPOL ser jiddedika attenzjoni lill-ġlieda kontra l-forom organizzati ta' immigrazzjoni illegali u ta' traffikar tal-persuni;

34.

jenfasizza l-ħtieġa sabiex isir l-istess ammont ta' sforz sabiex jiġu adottati il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jieqaf it-traffikar tal-persuni u l-persuni u/jew l-organizzazzjonijiet kriminali li jwettquh, kif ukoll li tiġi miġġielda l-ekonomija s-sewda li tagħti lok għal dawn l-attivitajiet;

35.

jappoġġja lill-Kummissjoni fit-tisħiħ ta' l-attivitajiet tagħha dwar il-miżuri ta' integrazzjoni, li permezz tagħhom ser jiġu żviluppati strumenti li jippermettu l-parteċipazzjoni usa' tal-partijiet interessati differenti, inklużi l-migranti nnifishom, li b'hekk jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni ta' strateġija ta' integrazzjoni effettiva; jemmen li l-gvernijiet reġjonali u lokali għandhom jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati u għandhom jiġu involuti fl-inizjattivi kollha tad-djalogu;

36.

jinnota li l-istrumenti ser jinkludu a) it-twaqqif ta' pjattaforma ta' integrazzjoni fejn l-imsieħba rilevanti jkunu jistgħu jagħmlu skambju ta' fehmiet fuq bażi regolari; b) il-konsolidazzjoni tar-rwol li jaqdu l-awtoritajiet lokali; u ċ) il-ħolqien ta' sit elettroniku għall-Integrazzjoni u edizzjonijiet tal-Manwal ta' l-Integrazzjoni u r-rapport annwali dwar il-migrazzjoni u l-integrazzjoni;

Fir-rigward tal-Frontex

37.

jirrakkomanda l-attivazjoni ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 2007/2004 li jwaqqaf l-aġenzija Frontex peress li dan jikkostitwixxi miżura importanti ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri billi jinġabar flimkien b'mod volontarju tgħammir tekniku ta' l-Istati Membri, li taħt il-ġestjoni ta' l-aġenzija jista' jsir disponibbli għall-Istati Membri li jitolbuh wara li tkun saret evalwazzjoni tal-ħtiġijiet u r-riskji mill-Frontex;

38.

jinnota li sabiex il-Frontex ikun jista' jipproduċi analiżi tar-riskju kemm immirata u kemm ġenerali, bil-għan li jiġu evitati u ġestjonati sitwazzjonijiet kritiċi, ser jenħtieġ aċċess għall-informazzjoni miġbura mill-Uffiċjali għall-Komunikazzjoni (Liaison Officer) dwar l-Immigrazzjoni ta' l-Istati Membri;

39.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi emendat ir-Regolament (KE) 377/2004 dwar il-ħolqien ta' Netwerk ta' Uffiċjali għall-Komunikazzjoni dwar l-Immigrazzjoni sabiex jieħdu ħsieb li jagħtu aċċess għall-informazzjoni lill-Frontex u sabiex din l-aġenzija tkun tista' tipparteċipa fil-laqgħat organizzati fil-qafas tan-Netwerk peress li informazzjoni bħal din hija riżors utli u b'hekk jiġi appoġġjat dan l-aċċess għall-informazzjoni;

40.

jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tassigura li l-għassa tal-fruntieri marittimi mill-Frontex, partikularment mal-Kosta tal-Gżejjer Kanarji u ż-żona tal-Mediterran ċentrali ssir waqt il-perijodi meta l-ibħra jkunu kalmi minn nofs ir-Rebbiegħa sal-bidu tal-Ħarifa sabiex jiġu evitati flussi addizzjonali ta' immigrazzjoni lejn l-Istati Membri ta' l-UE;

41.

jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tipproponi inċentivi sabiex jinvolvu lill-Istati Nord Afrikani sabiex issir ħidma flimkien ħalli jiġi evitat it-traffikar tan-nies fil-kosta Ewropea tal-Mediterran. Madankollu, l-aħjar metodu għall-ksib ta' soluzzjoni fit-tul huwa li jiġu implimentati politiki li jgħinu l-iżvilupp fil-pajjiżi li fihom toriġina l-migrazzjoni;

Fir-Rigward tar-Reġjuni Ġara tan-Nofsinhar u tax-Xlokk ta' l-Unjoni Ewropea

42.

jinnota li l-obbjettiv prinċipali fl-applikazzjoni ta' l-approċċ Globali għar-reġjuni tal-Lvant u tax-Xlokk li huma ġirien ta' l-UE huwa l-ħtieġa li tinżamm koerenza fil-politika u li tkun żgurata komplimentarjetà mad-djalogu li għaddej u inizjattivi ta' kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u oqsma relatati li diġà qegħdin isiru fil-kuntest globali tal-politika tar-relazzjonijet esterni ta' l-UE;

43.

jappoġġja l-opinjoni tal-Kummissjoni li d-djalogu ma' l-awtoritajiet ta' pajjiżi kandidati u pajjiżi msieħba għandu jinkludi kif l-impatt ta' l-iżvilupp fuq il-migrazzjoni jista' jgħin issaħħaħ l-istabilità u jħeġġeġ it-tkabbir fir-reġjun inkluż il-promozzjoni ta' politiki li jevitaw it-telf ta' nies ta' ħila, inkluż l-investiment fit-taħriġ u fil-bini tal-kapaċità sabiex jittejbu l-kundizzjonijet u jiżdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol;

44.

jipproponi li jaħdem iktar mill-qrib mal-Kungress għall-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill ta' l-Ewropa fir-rigward ta' pajjiżi li huma membri tal-Kunsill sabiex itejbu l-kapaċità ta' pajjiżi msieħba li jittrattaw il-migranti illegali skond l-istandards internazzjonali u l-ħtiġijiet tal-vittmi tat-traffikar u persuni oħra vulnerabbli;

45.

jirrakkomanda li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom, u b'mod partikolari fil-pajjiżi kandidati iżda wkoll fil-pajjiżi msieħba li dan isir iktar mill-qrib, fil-kontribuzzjonijiet ta' l-UE bħat-taħriġ u l-ġemellaġ ta' uffiċjali ta' l-infurzar tal-liġi, kooperazzjoni mal-Frontex, il-protezzjoni soċjali u t-taħriġ ta' uffiċjali għal kwistjonijiet ta' xogħol, ir-rijabilitazzjoni tal-vittmi tat-traffikar, il-ġbir ta' data u l-monitoraġġ ta' flussi ta' migrazzjoni;

46.

jilqa' l-proposta li Frontex għandha tingħata rwol iktar prominenti inkluż fl-iżvilupp ta' kooperazzjoni mar-Russja, l-Ukraina, il-Moldova, Ġorġja, il-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi ta' l-Asja iżda jenfasizza li din l-aġenzija l-ewwel għandha ssaħħaħ l-operazzjonijiet attwali tagħha u l-analiżi tar-riskju peress li dan inbdew tard fis-sena u ġew sospiżi fis-sajf meta l-influss ta' immigranti illegali fir-reġjun tan-nofs in-nhar ta' l-Ewropa huwa għoli ħafna;

47.

jappoġġja l-proposta li jiġi approfondit djalogu komprensiv mar-Russja dwar il-kwistjonijet kollha relatati mal-migrazzjoni, inklużi l-ażil, il-protezzjoni ta' persuni spjazzati internament f'konformità ma' l-istandards internazzjonali, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin, il-migrazzjoni għal raġunijiet ta' xogħol u l-aspetti kollha soċjali rivelanti tal-migrazzjoni;

48.

itenni li dawk l-istati li esprimew dubju dwar l-effikaċja ta' pattulji konġunti bħal dawn għandhom ikunu iktar imħeġġa sabiex jallokaw riżorsi lil Frontex, mhux biss fl-ispirtu ta' qsim tal-piż iżda wkoll minħabba l-interess individwali tagħhom peress li l-immigrazzjoni illegali hija problema pan-Ewropea, mhux biss problema li taffettwa dawk il-pajjiżi li jmissu mal-Mediterran.

Brussell, 11 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


(1)  COM(2006) 733 finali, punt 23.

(2)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Lejn Politika Marittima ta' l-Unjoni għall-ġejjieni” adottata b'unanimità fit-68 sessjoni plenarja, li nżammet fit-13 u l-14 ta' Frar 2007 (laqgħa tat-13 ta' Frar 2007).


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/48


Opinjoni ta' prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni is-Sitwazzjoni tan-nisa migranti fl-Unjoni Ewropea

(2007/C 305/10)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza li l-aħjar integrazzjoni tal-migranti, kemm irġiel kif ukoll nisa, partikularment minħabba r-rwol tagħhom bħala edukaturi, hija element kruċjali, essenzjali għall-integrazzjoni effettiva tat-tieni u t-tielet ġenerazzjonijiet tal-persuni b'familji ta' oriġini barranija, meta wieħed iqis ir-rwol tal-mara fl-iżvilupp tas-soċjetà;

jenfasizza li l-integrazzjoni timplika l-iskambju u r-rispett tad-dmirijiet u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li huma parti mill-wirt legali Ewropew;

jenfasizza r-rwol essenzjali tas-servizzi pubbliċi, b'mod partikulari dawk lokali u reġjonali u l-kapaċità tagħhom li joħolqu netwerks bejn is-servizzi u fuq il-livell lokali, mal-komunitajiet, l-għaqdiet tan-nisa migranti u s-settur ta' għajnuna volontarja;

jinkwieta dwar ir-rati għoljin ta' falliment skolastiku u tluq bikri mill-iskola fost it-tfajliet ta' oriġini barranija, li jmorru minn taħt fl-għażla tat-taħriġ u tal-karriera u xi drabi wkoll jinżammu lura mill-familji tagħhom, kif ukoll minħabba preġudizzji kulturali jew ċirkostanzi ekonomiċi diffiċli; jemmen li għall-ħolqien ta' opportunitajiet ugwali fis-sistema edukattiva għall-bniet (u għas-subien) minn familji ta' immigranti, hemm bżonn li l-ġenituri jkunu familjari mas-sistema edukattiva u b'hekk ikunu kapaċi jagħmlu għażliet tajba u informati għall-edukazzjoni tat-tfal tagħhom, b'mod speċjali tal-bniet, filwaqt li jegħlbu l-istereotipi u jikkunsidraw il-potenzjal u x-xewqat tagħhom, u jikkunsidra li hemm bżonn ta' azzjoni li tħeġġeġ l-għarfien u l-parteċipazzjoni ta' dawk kollha kkonċernati, bil-għan li tiġi assigurata ugwaljanza effettiva ta' l-opportunità.

Rapporteur

:

Sonia MASINI (IT/PSE); President tal-Provinċja Reġjonali ta' Reggio Emilia

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa' t-talba tal-Kumissjoni għal opinjoni ta' prospettiva, ukoll b'ħarsa lejn is-Sena Ewropea ta' l-Opportunitajiet Indaqs Għal Kulħadd u minħabba l-fatt li l-2008 ser tkun is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali;

2.

jisħaq fuq il-bżonn ta' politika Ewropea komprensiva dwar l-immigrazzjoni li tipprovdi strumenti kkoordinati bejn l-Istati u l-komunitajiet lokali u reġjonali u azzjonijiet koerenti fir-rigward ta' l-immigrazzjoni legali, kemm bil-għan li tiġi ffavorita l-integrazzjoni ta' l-immigranti li jirrispettaw il-liġijiet tal-pajjiżi ospitanti, kif ukoll sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni klandestina u l-irregolarità;

3.

ifakkar li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Aġenda Komuni għall-Integrazzjoni” tagħraf li kull azzjoni għandha tintegra l-perspettiva tal-ġeneru u tagħti attenzjoni partikulari liż-żgħażagħ migranti u lit-tfal;

4.

jenfasizza li l-aħjar integrazzjoni tal-migranti, kemm irġiel kif ukoll nisa, partikularment minħabba r-rwol tagħhom bħala edukaturi, hija element kruċjali, essenzjali għall-integrazzjoni effettiva tat-tieni u t-tielet ġenerazzjonijiet tal-persuni b'familji ta' oriġini barranija, meta wieħed iqis ir-rwol tal-mara fl-iżvilupp tas-soċjetà;

5.

ifakkar li fl-Opinjoni tiegħu dwar il-“Pjan ta' Politika dwar il-Migrazzjoni Legali” huwa kien ġibed l-attenzjoni lejn it-tħassib tal-korpi lokali u reġjonali fir-rigward tad-dimensjoni tal-ġeneru u l-bżonn li tiġi kkunsidrata d-diskriminazzjoni li tagħha l-mara tista' tkun vittma minħabba s-sess u l-oriġini etnika jew ġeografika tagħha, u minħabba sorsi oħra ta' diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tat-Trattat tal-KE.

6.

ifakkar fil-bżonn li jiġi ggarantit ħarsien legali effikaċi kontra d-diskriminazzjoni; li jiġu kkunsidrati azzjonijiet futuri li jikkompletaw il-qafas leġislattiv attwali; li jiġu integrati l-prinċipji tan-non diskriminazzjoni u ta' l-opportunitajiet indaqs fil-politiki ta' l-Unjoni; li jiġu promossi l-innovazzjoni u l-prattiki tajba; li jittejjeb l-għarfien tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll tal-popolazzjoni ospitanti u l-kooperazzjoni magħhom; li jiġu indirizzati d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali li tagħhom huma vittmi ħafna minoranzi etniċi;

7.

jerġa' jfakkar li l-integrazzjoni hija proċess b'żewġ direzzjonijiet: tinvolvi l-komunità li tilqa' lin-nisa migranti u lin-nisa migranti stess, kemm individwalment kif ukoll bħala membri ta' komunitajiet nazzjonali u li t-titjib ta' l-għarfien huwa neċessarju għall-komunitajiet kemm ta' l-immigranti kif ukoll għal dawk ospitanti;

8.

jenfasizza li l-integrazzjoni timplika l-iskambju u r-rispett tad-dmirijiet u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li huma parti mill-wirt legali Ewropew hekk kif rikonoxxuti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni ta' l-Istati Membri u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

9.

jinnota li fir-rigward tan-nisa migranti b'mod partikulari, jistgħu jinbtu sitwazzjonijiet ta' kunflitt bejn diversi kategoriji tad-drittijiet individwali u d-dritt għal identità kulturali u reliġjuża u jistqarr li din l-aħħar kwistjoni għandha tiġi mħarsa, bil-kundizzjoni li l-imġiba marbuta ma' din l-identità ma tmurx kontra d-drittijiet fundamentali inaljenabbli u tkun ir-riżultat ta' għażliet ħielsa u kuxjenti tan-nisa u mhux imposta mill-familja jew mill-komunità li huma membri tagħha u/jew li ġejjin minnha;

10.

josserva li l-korpi reġjonali u lokali għandhom esperjenza konsiderevoli fil-politiki ta' akkoljenza, medjazzjoni, aċċess għas-suq tax-xogħol u għajnuna soċjali mmirati lejn in-nisa immigranti u fil-ġlieda kontra d-diversi forom ta' sfruttament u vjolenza, politiki li jistgħu jkunu siewja għat-tfassil ta' strateġiji u programmi Ewropej ġodda; il-parteċipazzjoni ta' assoċjazzjonijiet ta' nisa migranti u ta' rappreżentanti oħra tal-gruppi rilevanti ta' nisa migranti fi djalogu permanenti ma' l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll ir-rappreżentazzjoni ta' dawn il-gruppi fl-amministrazzjoni, huma elementi kruċjali għall-iżvilupp ta' strateġiji u programmi ta' suċċess;

11.

jistieden għalhekk, b'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-Unjoni Ewropea sabiex jappoġġjaw dawn l-isforzi kemm fuq il-livell finanzjarju kif ukoll fuq dak tar-riżorsi umani permezz ta' skambju ta' informazzjoni u prattiki tajbin;

12.

jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-programm ta' qafas “Is-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi Migratorji”, b'mod speċjali l-proposta għal “Fond għall-Integrazzjoni”, li l-miżuri tiegħu għandhom jikkunsidraw id-dimensjoni tal-ġeneru u ta' l-aqwa integrazzjoni possibbli tan-nisa ta' kull età, taż-żgħażagħ u tat-tfal tal-migranti;

13.

jikkonferma x-xewqa espressa fl-opinjoni tiegħu dwar il-“Pjan ta' Politika dwar l-Immigrazzjoni Legali”, li l-ġestjoni tal-“Fond għall-Integrazzjoni” tikkunsidra l-eżiġenzi tal-korpi lokali u reġjonali u li dawn ta' l-aħħar jipparteċipaw b'mod attiv u kostruttiv fin-negozjati tal-programmi nazzjonali u tal-pjanijiet operattivi;

14.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-kontribuzzjoni fundamentali tal-gruppi organizzati tan-nisa migranti u ta' l-NGOs;

15.

jenfasizza, bil-għan tal-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa, l-importanza li jittieħdu miżuri konġunti mal-pajjiżi ta' oriġini u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw azzjonijiet mwettqa mill-korpi reġjonali u lokali bil-kollaborazzjoni ta' dawn il-pajjiżi u l-awtoritajiet reġjonali jew lokali rispettivi, bil-għan li jiġu stabbiliti indikaturi adegwati;

16.

jenfasizza r-rwol importanti ta' l-użu ta' lingwaġġ inklussiv;

Statistika

17.

jenfasizza n-nuqqas ta' tagħrif statistiku preċiż dwar l-immigrazzjoni fl-Unjoni Ewropea; u b'mod partikulari dwar l-immigrazzjoni illegali u dwar il-kondizzjonijiet kollha ta' irregolarità fuq il-post tax-xogħol;

18.

jikkunsidra li huwa essenzjali li l-proċess ta' ġbir tad-data jinkludi l-varjabbli mhux vinkolanti tal-ġeneru u li jiġu elaborati indikaturi dwar l-inugwaljanzi bejn is-sessi;

19.

jenfasizza l-possibilità ta' analiżi bbażata fuq it-tagħrif imħejji fuq il-livelli reġjonali u lokali, li hija essenzjali għall-applikazzjoni tal-politiki deċentralizzati u għall-garanzija ta' approċċ effettiv għall-kwistjoni tal-migrazzjoni;

Servizzi soċjali u tas-saħħa

20.

jinnota li l-aċċess għas-servizzi soċjali u tas-saħħa ħafna drabi jikkostitwixxi l-ewwel kuntatt tal-migranti mad-dinja tas-servizzi pubbliċi u r-regoli tas-soċjetà ospitanti u jemmen li huwa importanti ħafna li tingħeleb id-diskriminazzjoni li qiegħda titfaċċa attwalment, sabiex jitneħħew l-“inugwaljanzi tas-saħħa” kollha.

21.

jenfasizza l-bżonn li l-migranti kollha jkunu koperti mill-kontrolli tas-saħħa u azzjonijiet ta' prevenzjoni li jitwettqu mis-servizzi adegwati; jenfasizza wkoll il-bżonn li jitħejjew u jiġu ffinanzjati programmi soċjali u tas-saħħa li, fuq il-bażi ta' investigazzjonijiet oġġettivi fuq problemi speċifiċi tas-saħħa, jiġġieldu kontra l-patoloġiji rikorrenti fil-popolazzjoni migranta;

22.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li jissaħħu l-attivitajiet ta' tagħrif u ta' sensibilizzazzjoni fil-qasam tas-saħħa mmirati lejn il-persuni ta' nisel barrani, b'mod partikulari n-nisa, u jikkunsidra li huwa importanti li jkun hemm strutturi ta' assistenza li jagħtu attenzjoni ikbar lill-ispeċifiċitajiet individwali u kulturali, permezz ta' l-użu ta' strumenti bħall-medjazzjoni lingwistika u kulturali u d-djalogu mhux biss ma' l-individwi u l-gruppi iżda wkoll ma' l-għaqdiet. Id-diversità tal-kulturi għandha tkun ibbażata fuq id-dritt fundamentali tas-saħħa u l-awtodeterminazzjoni tal-mara, b'mod speċjali fil-qasam tas-saħħa u dak sesswali;

23.

jappoġġja għal din ir-raġuni l-implimentazzjoni ta' miżuri mmirati lejn l-informazzjoni, il-prevenzjoni, l-appoġġ u l-għarfien bil-għan li tiġi miġġielda kull prattika jew tradizzjoni diskriminatorja u/jew umiljanti, u li jiġu implimentati strumenti effikaċi u ta' kwalità għolja fid-diversi Stati Membri Ewropej u fuq il-livelli reġjonali u lokali. Dawn l-istrumenti għandhom ikunu ta' natura preventiva u promozzjonali, ta' pont/djalogu, multidixxiplinari jew transkulturali (per eżempju azzjonijiet ta' medjazzjoni lingwistika u kulturali, korsijiet ta' għajnuna għan-nisa li ser iwelldu, inizjattivi ta' integrazzjoni soċjali għan-nisa immigranti, skemi ta' konsultazzjoni transkulturali, eċċ.);

24.

jenfasizza r-rwol essenzjali tas-servizzi pubbliċi, b'mod partikulari dawk lokali u reġjonali (f'oqsma bħas-servizzi ta' konsultazzjoni familjali), u l-kapaċità tagħhom li joħolqu netwerks bejn is-servizzi u fuq il-livell lokali, mal-komunitajiet, l-għaqdiet tan-nisa migranti u s-settur ta' għajnuna volontarja magħruf ukoll bħala t-“tielet settur”;

25.

jikkunsidra li huwa importanti li jiżdied it-tixrid tal-prattika tajba fl-ambitu soċjali u tas-saħħa, sabiex tabilħaqq jiġi stabbilit reġistru Ewropew sabiex jiġu kklassifikati d-diversi politiki ta' eċċellenza u prattiki tajba implimentati f'dan il-qasam;

Edukazzjoni, politiki għaż-żgħażagħ u kultura

26.

jenfasizza li l-integrazzjoni futura tiddependi mill-ġenerazzjonijiet żagħżugħa, ukoll minħabba r-rwol fundamentali tal-medjazzjoni bejn is-soċjetà fejn persuna tikber u l-familja ta' oriġini;

27.

jisħaq fuq il-bżonn li jitwettqu azzjonijiet speċifiċi u adegwati għall-integrazzjoni sħiħa ta' l-immigranti fis-sistema edukattiva tal-pajjiż ospitanti (fl-ewwel lok it-tagħlim lingwistiku); b'mod partikulari matul il-perijodu inizjali wara l-wasla tagħhom;

28.

jikkonferma l-eżiġenza għal programmi skolastiċi li jirriflettu d-diversità;

29.

ifakkar f'dak li diġà osserva fl-Opinjoni tiegħu dwar il-“Pjan ta' Politika dwar il-Migrazzjoni Legali” fir-rigward tar-rata għolja ta' falliment skolastiku taż-żgħażagħ ta' oriġini barranija f'ħafna pajjiżi fl-UE u l-proposta li jinħolqu strumenti finanzjarji u politiki speċifiċi li jindirizzaw problemi ta' dan it-tip. Jinnota b'mod partikulari l-bżonn li tittieħed azzjoni sabiex iż-żgħażagħ kollha jkunu jistgħu jwettqu l-ambizzjonijiet u l-potenzjal tagħhom; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li għandhom jiġu enfasizzati b'mod partikulari l-progressi skolastiċi u l-opportunitajiet ta' edukazzjoni għall-bniet; kuntatt tajjeb bejn l-għalliema u l-ġenituri u l-provvista ta' informazzjoni sħiħa dwar is-sistema edukattiva huma mezzi li għandhom jassiguraw li l-potenzjal individwali tal-bniet jiġi rikonoxxut u promoss skond ix-xewqat u l-ħtiġijiet tagħhom.

30.

jiġbed l-attenzjoni lejn is-sitwazzjoni partikulari tan-nisa migranti ta' kull età, b'mod partikulari tat-tfajliet ta' oriġini barranija li xi drabi jħossuhom mifrudin bejn l-identità kulturali tagħhom mgħoddija lilhom mill-familji u l-ġibda lejn identitajiet ġodda proposti mis-soċjetà fejn jikbru u jenfasizza l-fatt li jistħoqqilhom attenzjoni speċifika peress li jistgħu jkunu waħda mill-forzi ta' l-Ewropa l-ġdida;

31.

jinkwieta dwar ir-rati għoljin ta' falliment skolastiku u tluq bikri mill-iskola fost it-tfajliet ta' oriġini barranija, li jmorru minn taħt fl-għażla tat-taħriġ u tal-karriera u xi drabi wkoll jinżammu lura mill-familji tagħhom, kif ukoll minħabba preġudizzji kulturali jew ċirkostanzi ekonomiċi diffiċli; jemmen li għall-ħolqien ta' opportunitajiet ugwali fis-sistema edukattiva għall-bniet (u għas-subien) minn familji ta' immigranti, hemm bżonn li l-ġenituri jkunu familjari mas-sistema edukattiva u b'hekk ikunu kapaċi jagħmlu għażliet tajba u informati għall-edukazzjoni tat-tfal tagħhom, b'mod speċjali tal-bniet, filwaqt li jegħlbu l-istereotipi u jikkunsidraw il-potenzjal u x-xewqat tagħhom, u jikkunsidra li hemm bżonn ta' azzjoni li tħeġġeġ l-għarfien u l-parteċipazzjoni ta' dawk kollha kkonċernati, bil-għan li tiġi assigurata ugwaljanza effettiva ta' l-opportunità;

32.

jilqa' l-istedina li tinsab fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-immigrazzjoni tan-nisa, sabiex jiġi promoss l-aċċess taż-żgħażagħ migranti għall-programm ta' azzjoni integrat (2007-r2013) dwar it-tagħlim tul il-ħajja;

33.

jemmen li t-tfassil ta' politiki għaż-żgħażagħ għandu jinkludi azzjonijiet li jikkunsidraw id-diversità kulturali u tal-ġeneru taż-żgħażagħ ta' oriġini barranija, jagħraf il-potenzjal ta' dawn iż-żgħażagħ bħala medjaturi interkulturali u jiffavorixxi t-twaqqif ta' postijiet iddedikati lid-dibattitu interkulturali u l-iżvilupp ta' kultura ta' għaqdiet tan-nisa;

34.

jenfasizza li l-komunikazzjoni, b'mod speċjali permezz tal-mezzi tax-xandir, taqdi rwol importanti fil-qasam ta' l-integrazzjoni tan-nisa migranti u jitlob li jiġu promossi azzjonijiet fir-rigward tal-mezzi tax-xandir li jiġbdu attenzjoni lejn il-potenzjal ta' dan il-qasam u jikkumpensaw id-defiċit ta' tagħrif kemm fil-komunitajiet ta' immigranti kif ukoll f'dawk ospitanti, ukoll bil-għan li jingħelbu stereotipi u preġudizzji negattivi;

35.

jikkonferma, f'dan il-kuntest, l-interess li wera fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni “Aġenda Komuni għall-Integrazzjoni” fir-rigward ta' forom ta' kooperazzjoni mal-mezzi tax-xandir (permezz tal-promozzjoni ta' kodiċi ta' kondotta volontarji għall-ġurnalisti);

Integrazzjoni ekonomika

36.

jisħaq fuq il-bżonn li jiġi promoss l-aċċess tan-nisa migranti għax-xogħol u t-taħriġ professjonali, fost l-oħrajn permezz ta' azzjonijiet pożittivi mmirati lejn il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u t-tneħħija ta' ostakoli li jfixklu l-ħolqien ta' opportunitajiet indaqs;

37.

jinnota li ta' sikwit in-nisa migranti jkollhom impjieg temporanju bi kwalifiki u paga baxxi f'setturi moħbija ta' l-ekonomija jew f'attivitajiet illegali; u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex toħroġ studju li janalizza din il-kwistjoni u tagħti rakkomandazzjonijiet dwar kif l-aħjar li dawn jiġu indirizzati;

38.

jenfasizza l-importanza ta' azzjonijiet immirati lejn ir-rikonoxximent tal-ħiliet professjonali u t-titoli ta' studju jew esperjenza professjonali miksuba min-nisa fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom;

39.

jikkonferma l-appoġġ tiegħu għall-objettiv tal-Kummissjoni li titħejja Direttiva-Qafas Ġenerali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma impjegati legalment fi Stat Membru u li f'dan il-kuntest tiġi indirizzata l-problema tar-rikonoxximent tat-titoli akkademiċi u l-kwalifiki professjonali;

40.

jinnota li f'ċerti Stati Membri b'mod speċjali, il-biċċa l-kbira tan-nisa immigranti qegħdin jaħdmu fis-setturi tal-kura u l-għajnuna fid-dar u li dan il-fatt qiegħed ibiddel il-kundizzjonijiet ta' l-għajnuna soċjali Ewropea u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tanalizza l-fenomenu u tikkunsidra t-tfassil ta' strumenti speċifiċi;

41.

jenfasizza bil-qawwi li għandha tiġi appoġġjata, fost l-oħrajn fil-qasam ekonomiku, l-awtonomija u l-intraprenditorija tan-nisa kemm fl-Istati ta' oriġini kif ukoll fil-pajjiżi ospitanti, permezz ta' miżuri speċifiċi bħal per eżempju l-mikro-kreditu;

42.

jilqa' l-attenzjoni mogħtija fit-tieni edizzjoni tal-“Gwida għall-Integrazzjoni” lill-azzjonijiet ta' appoġġ għall-intraprenditorija ta' l-immigranti, jikkunsidra li din ix-xorta ta' azzjonijiet hija essenzjali għall-indipendenza effettiva tan-nisa u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja inizjattivi bħal dawn, per eżempju t-taħriġ professjonali u lingwistiku fil-pajjiżi ta' oriġini;

43.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-problemi partikulari li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa immigranti li jaħdmu u għandhom it-tfal u l-bżonn konsegwenti ta' miżuri mmirati lejn ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u familjali, jenfasizza li ttieħdu inizjattivi importanti fuq il-livelli reġjonali u lokali, ukoll b'kollaborazzjoni ma' għaqdiet tan-nisa u tal-volontarjat, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja dawn l-inizjattivi;

44.

jinnota li f'ħafna każijiet l-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet tan-nisa tkun imfixkla mid-diffikultajiet serji li jiltaqgħu magħhom fl-ambitu tat-trasport u tal-mobilità, parzjalment minħabba l-influwenzi kulturali tal-komunitjiet ta' oriġini tagħhom, u jistieden lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw skemi għall-indipendenza fir-rigward tat-trasport (per eżempju korsijiet sabiex tinkiseb il-liċenzja tas-sewqan);

45.

jinnota li x-xogħol mhux iddikjarat jiffavorixxi diversi forom ta' sfruttament tan-nisa u jappoġġja l-azzjonijiet li għandhom l-għan li jikxfu u jiġġieldu kontra dan il-fenomenu;

46.

jenfasizza l-bżonn li jittieħdu miżuri adegwati għall-ġlieda kontra l-impjieg illegali, filwaqt li l-vittmi ta' dawn is-sitwazzjonijiet ikunu ttrattati b'mod ġust, u jinnota l-proposta reċenti tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet armonizzati kontra dawk li iħaddmu lill-immigranti jew jimpjegaw taħt kondizzjonijiet illegali immigranti li huma residenti legali;

47.

jirrepeti, b'konformità ma' l-Opinjoni tiegħu dwar il-“Pjan ta' Politika għall-Migrazzjoni Legali”, l-istedina lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-adozzjoni ta' miżuri mmirati lejn il-bgħit ta' flus tal-migranti u l-għotja ta' inċentivi għal investimenti produttivi fil-pajjiżi ta' oriġini;

Ħarsien kontra forom ta' sfurzar u drittijiet ta' parteċipazzjoni

48.

jinnota li wħud min-nisa immigranti jistgħu jkunu partikularment esposti għall-forom ta' sfruttament, ksur ta' drittijiet fundamentali u sfurzar fiżiku u psikoloġiku u jaqbel mal-Parlament Ewropew li prattiki bħal dawn ma jistgħu bl-ebda mod jiġu ġustifikati jew ittollerati minħabba raġunijiet kulturali jew reliġjużi;

49.

jingħaqad għalhekk mal-Parlament Ewropew fl-istedina lill-Istati Membri sabiex dawn jieħdu azzjoni immedjata u effettiva bil-għan li jindirizzaw u jiġġieldu kontra kull forma ta' vjolenza u ħsara lin-nisa, b'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u l-istandards internazzjonali u ta' l-Unjoni Ewropea; jikkunsidra li huwa importanti li tiġi pprovduta informazzjoni kompleta dwar din il-leġislazzjoni sabiex il-migranti jkollhom għarfien dwarha;

50.

jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja dawn il-miżuri u l-isforzi mwettqa mill-korpi reġjonali u lokali;

51.

jinnota t-tixrid partikulari tal-fenomenu tal-vjolenza domestika u jistieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina azzjonijiet effikaċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra din il-vjolenza u sabiex tippreżenta dawn il-miżuri mingħajr dewmien ħalli jkunu jistgħu jiġu inkorporati fil-leġislazzjoni ta' l-UE. L-hekk imsejjaħ 'qtil għall-unur' huwa tip speċifiku ta' vjolenza domestika u għandu jingħata attenzjoni partikulari;

52.

jenfasizza li ż-żwieġ (jew unjoni) bejn persuni ta' nazzjonalitajiet differenti huwa dritt ta' ċittadinanza u għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi lejn integrazzjoni pożittiva bejn id-diversi kulturi, kwistjonijiet sensittivi, reliġjonijiet u liġijiet. Fl-istess ħin jenfasizza li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tan-nisa u tat-tfal minuri jrid jiġi assigurat, jeżistux jew le dispożizzjonijiet leġislattivi reċiproċi;

53.

jinnota li r-riunifikazzjoni tal-familji qiegħda tikkontribwixxi dejjem iktar u b'mod pożittiv għat-titjib ta' l-integrazzjoni li hija essenzjali għall-ħarsien tad-dritt għal ħajja familjali u jaqbel mal-Parlament Ewropew li d-Direttiva 2003/86/KE għadha ma ġietx applikata b'mod sodisfaċenti fl-Istati Membri kollha;

54.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li r-riunifikazzjoni tal-familja għandha tirrispetta d-drittijiet individwali tal-membri kollha tal-familja u tiggarantixxi l-għażla ħielsa min-naħa tan-nisa;

55.

jikkundanna ż-żwiġijiet sfurzati u l-prattiki li ma jirrispettawx il-liġijiet Ewropej (eż. l-infibulazzjoni, il-poligamija) u jsejjaħ lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni immedjata u xierqa ħalli jassiguraw li l-liġijiet li jimpedixxu dawn il-prattiki jkunu implimentati bis-sħiħ;

56.

b'konformità ma' l-Opinjoni tieġħu dwar l-immigrazzjoni klandestina, jisħaq fuq ir-rakkomandazzjoni li jiġu adottati bi prijorità l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jieqaf it-traffiku tal-bnedmin, li l-ikbar vittmi tiegħu huma n-nisa, u sabiex jinqerdu l-organizzazzjonijiet li jipprattikaw kwalunkwe forma ta' skjavitù, inkluża dik tat-tfal u ta' l-adolexxenti, u li għalhekk jiġu adottati standards adegwati u programmi ta' azzjoni speċifiċi u sabiex jiġi rikonoxxut li anke meta wħud minn dawn il-vittmi huma immigranti illegali, dawn għandhom jitqiesu bħala każijiet speċjali, u li f'ċerti ċirkostanzi d-deportazzjoni tista' twassal għal vjolenza estrema kontrihom, jew anke għall-mewt, jekk jiġu mġiegħla jirritornaw lejn il-pajjiż tagħhom ta' oriġini;

57.

jappoġġja l-istedina tal-Parlament Ewropew lill-Istati Membri, imfissra fir-Riżoluzzjoni dwar l-immigrazzjoni tan-nisa, sabiex ikattru għarfien partikulari dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa migranti fil-ħajja soċjali u politika, b'konformità mal-leġislazzjonijiet nazzjonali.

Brussell, il-11 ta' Ottubru 2007.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 305/53


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Opportunitajiet ugwali u l-isport

(2007/C 305/11)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI QIEGĦED JAGĦMEL DAWN IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET:

L-isport jista' jintuża sabiex jindirizza d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza fid-dinja ta' l-isport u fis-soċjetà inġenerali u jista' jippromovi valuri soċjali, bħall-kooperazzjoni, it-tolleranza u s-solidarjetà;

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u jippromovu l-ugwaljanza billi jipprovdu aċċess għall-isport u s-servizzi sportivi;

Ċerti gruppi fis-soċjetà għandhom it-tendenza li ma jipparteċipawx daqstant fl-isport, m'humiex irrappreżentati b'mod adegwat fil-livelli fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet u huma esklużi minn xi wħud mill-faċilitajiet sportivi; f'bosta pajjiżi, l-amministrazzjoni fil-qasam ta' l-isport ma tirriflettix id-diversità tal-komunità li taqdi;

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jinkuraġġixxu l-preżenza ta' parteċipanti u spettaturi mill-komunitajiet kollha f'avvenimenti sportivi u għandhom jipproteġuhom minn abbużi u intimidazzjoni; għandhom jipprovdu — mingħajr l-ebda diskriminazzjoni — kwalunkwe faċilitajiet sportivi li huma sidien tagħhom, li joperaw, jiffinanzjaw jew għandhom liċenzja tagħhom; jinkuraġġixxu individwi mill-komunitajiet kollha sabiex jinvolvu ruħhom f'kull aspett ta' amministrazzjoni, ġestjoni u kowċing marbut ma' l-isport — dawn il-funzjonijiet għandhom isiru indikaturi tal-prestazzjoni ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitgħallmu mill-esperjenzi ta' l-awtoritajiet l-oħra madwar l-Ewropa u fid-dinja, u jippromovu prassi tajba lokalment u reġjonalment;

L-UE għandha tistabbilixxi sensiela ta' standards għall-promozzjoni ta' opportunitajiet ugwali fil-qasam ta' l-isport u l-aċċess għall-isport. F'dan il-kuntest, il-KtR stabbilixxa “Karta għall-ugwaljanza fl-isport”.

Rapporteur

:

Peter MOORE, Membru tal-Kunsill tal-belt ta' Sheffield (UK/ALDE)

L-isport għandu l-forza li jgħaqqad lill-popli b'mod li ftit affarijiet jirnexxilhom. L-isport jista' joħloq it-tama fejn qabel kien hemm id-disprament. Iwaqqa' l-barrieri razzjali. Jidħaq f'wiċċ id-diskriminazzjoni. L-isport jitkellem b'lingwa li l-popli kollha jifhmu.”

Nelson Mandela

L-aspett moħbi ta l-isport huwa l-eluf ta' prattikanti attivi li fil-klabbs tal-futbol, tal-qdif, ta' l-atletika u tat-tixbit mal-blat isibu post fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, iżda fuq kollox huwa lok fejn jistgħu jitrawmu fil-ħajja komunitarja. F'dan il-mikrokożmu, in-nies jitgħallmu jassumu responsabilità, jirrispettaw ir-regoli, jaċċettaw lill-oħrajn, ifittxu kunsens u jilqgħu d-demokrazija. Minn dan l-angolu, l-isport huwa l-iskola ideali għad-demokrazija, per eċċellenza.”

Daniel Tarschys

Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jikkunsidra li l-isport, bħal oqsma oħra tal-ħajja soċjali, jista' kemm jgħaqqad kif ukoll jifred lis-soċjetà;

2.

jemmen li d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza jezistu fl-isport, iżda li l-isport jista' jintuża sabiex jindirizza dawn il-kwistjonijiet fid-dinja ta' l-isport u fis-soċjetà kollha kemm hi, u jista' jippromovi valuri soċjali, bħall-ispirtu ta' ħidma kollettiva, il-kompetizzjoni ġusta, il-kooperazzjoni, it-tolleranza u s-solidarjetà;

3.

jemmen li l-aħjar mod kif jistgħu jinkisbu opportunitajiet ugwali għall-gruppi kollha fis-soċjetà huwa permezz ta' sforzi konġunti u komplementari mill-isferi kollha tal-gvernanza: l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni x'jaqdu;

4.

jilqa' l-fatt li s-sena 2007 qiegħda tiġi ċċelebrata bħala s-Sena Ewropea għall-opportunitajiet ugwali għal kulħadd; jiddispjaċih li l-KtR u ċerti Stati Membri ma pparteċipawx bis-sħiħ; fl-istess waqt iqis din l-Opinjoni bħala kontribuzzjoni għal dan l-avveniment;

5.

ifakkar id-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza fl-2000 li sejjaħ lill-UE sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi u l-funzjonijiet soċjali, edukattivi u kulturali ta' l-isport. Ifakkar li s-sinifikat soċjali ta' l-isport huwa s-suġġett tad-Dikjarazzjoni Nru 29 annessa mat-Trattat ta' Amsterdam. Jilqa' bi pjaċir il-White Paper ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea fil-11 ta' Lulju 2007 dwar l-isport, u jitlobha tindirizza l-kwistjonijiet marbuta mas-suġġett ta' l-opportunitajiet ugwali li huma msemmija fiha;

6.

jappoġġja d-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi sport li ngħatat mill-Kunsill ta' l-Ewropa “kull forma ta' attività fiżika li ssir fi ħdan klabb jew le, bil-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni fiżika jew mentali ta' dak li jkun, li jiġu żviluppati r-relazzjonijiet bejn il-persuni u li jkun hemm parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet fil-livelli kollha”.

7.

jemmen li l-kisba ta' l-ugwaljanza ma tikkonsistix biss f'li wieħed jittratta d-diskriminazzjoni illegali fejn din teżisti, għandha x'taqsam ukoll mal-fatt li wieħed ikun proattiv sabiex jinbidlu l-perċezzjonijiet u l-attitudnijiet ħalli jintemmu l-injoranza u l-preġudizzji, u li nagħmlu l-aħjar użu tat-talenti tal-komunitajiet tagħna u nħallu lil kulħadd jirrealizza l-potenzjal tiegħu;

8.

jirrikonoxxi li d-diskriminazzjoni teżisti f'ħafna forom: diretta u indiretta; istituzzjonali u individwali; iddikjarata bil-miftuħ u b'mod sottili; tikkontribwixxi għat-tnaqqis (jew żieda) fl-aċċess, l-opportunitajiet, u saħansitra l-perspettivi ta' żvilupp ta' ċerti oqsma tas-soċjetà fil-ħajja soċjali, politika u ekonomika;

9.

jirrikonoxxi li, għal raġunijiet differenti, ċerti gruppi fis-soċjetà għandhom it-tendenza li ma jipparteċipawx daqstant fl-isport, m'humiex irrappreżentati b'mod adegwat fil-livelli fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet u għal diversi raġunijiet jiġu esklużi minn xi wħud mill-faċilitajiet sportivi. Jirrikonoxxi li konsegwentement xi wħud minn dawn il-komunitajiet jesperjenzaw livelli sproporzjonalment għoljin ta' mard assoċjat, per eżempju, ma' ħajja sedentarja;

10.

jirrikonoxxi li f'bosta pajjiżi, l-amministrazzjoni fil-qasam ta' l-isport ma tirriflettix id-diversità tal-komunità li taqdi. Jirrikonoxxi li din il-kwistjoni għandha tkun indirizzata mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għandu jinvolvi taħriġ adegwat għall-amministraturi sabiex jiġi assigurat li prattiki diskriminatorji — humiex apposta jew le — jiġu identifikati u indirizzati;

11.

ifakkar fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija (EUMC) bi sħab man-netwerk FARE (Il-Futbol Kontra r-Razziżmu fl-Ewropa) u l-UEFA, fil-qasam tal-ġlieda kontra r-razziżmu fil-futbol. Jilqa' bi pjaċir il-ħolqien ta' l-Aġenzija Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali li tipprovdi l-opportunità li jitwessa' l-ambitu tal-ħidma tagħhom. Jagħmel appell sabiex tinkludi l-opportunitajiet ugwali u l-isport bħala parti mill-kompiti tagħha. Jitlobha sabiex tħejji rapport għall-KtR kull sena fuq dan is-suġġett;

12.

jappella lill-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi internazzjonali prinċipali (a) sabiex iqajmu l-kwistjoni ta' opportunitajiet ugwali fid-dixxiplina sportiva tagħhom; (b) sabiex jorganizzaw seminars fl-istess waqt li jkun qiegħed iseħħ l-avveniment sabiex jiġu diskussi kwistjonijiet ta' ugwaljanza relatati ma' l-isport ikkonċernat, u sabiex jinkludu d-dimensjoni lokali u reġjonali;

Età

13.

filwaqt li l-politika dwar l-isport hija ġeneralment indirizzata liż-żgħażagħ, għal raġunijiet li wieħed jista' jifhem, jirrikonoxxi li l-parteċipazzjoni fl-isport tonqos ħafna meta n-nies jikbru fl-età, għalkemm il-parteċipazzjoni fl-isport tista' ttawwal il-ħajja u l-kwalità tagħha għal nies aktar anzjani;

14.

jikkunsidra li għal nies iktar imdaħħla fl-età, l-isport jipprovdi opportunità għal tagħlim tul il-ħajja, kemm minħabba li jiżviluppaw kapaċitajiet u kompetenzi bħala parteċipanti, u aktar u aktar minħabba l-involviment kontinwu matul ħajjithom — inkluża l-kisba ta' kwalifiki — fil-qasam ta' l-ikkowċjar, it-tmexxija sportiva u l-amministrazzjoni;

15.

isejjaħ sabiex il-politiki ta' l-isport ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-aċċess għall-isport li huma jipprovdu jkunu bbilanċjati għall-gruppi ta' l-età kollha, u sabiex jagħtu l-istess valur lill-forom ta' sport li huma inqas vigorużi u mhux kompetittivi u li huma aktar aċċessibbli għan-nies imdaħħla fl-età;

Diżabilità

16.

jirrikonoxxi li l-parteċipazzjoni fl-isport hija aktar baxxa għan-nies b'diżabilità. Għandhom jittieħdu miżuri sabiex in-nies b'diżabilità taż-żewġ sessi u ta' kwalunkwe età jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jipparteċipaw fil-forom kollha ta' sport;

17.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali inkarigati mill-politiki u l-provvista ta' l-isport sabiex jikkunsidraw lin-nies b'diżabilità, u sabiex jagħtu l-istess valur lill-isport li jkun inqas vigoruż u mhux kompetittiv li huwa aktar aċċessibbli għan-nies b'diżabilità. Isejjaħ sabiex tingħata konsiderazzjoni speċjali lill-provvista ta' attivitajiet u faċilitajiet sportivi għal nies imdaħħla fl-età, inkluża l-provvista ta' konsultazzjoni adegwata relatata mas-saħħa fiżika u mentali tagħhom;

18.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jissorveljaw ir-reklutaġġ ta' nies b'diżabilità bħala amministraturi sportivi u staff ta' l-ikkowċjar;

Sess

19.

jirrikonoxxi li l-parteċipazzjoni fl-isport f'ċerti Stati Membri hija ogħla għall-irġiel milli għan-nisa, allavolja teżisti evidenza li din id-differenza qiegħda tonqos;

20.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jużaw il-politiki ta' taħriġ u edukazzjoni tagħhom bl-għan prinċipali li jevitaw l-isterjotipi marbuta mas-sess bħal meta l-bniet u s-subien jiġu mħeġġa jipparteċipaw f'ċerti tipi ta' sport u skuraġġuti milli jieħdu sehem f'oħrajn. Isejjaħ sabiex is-subien u l-bniet jingħataw l-istess opportunitajiet sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem f'kull tip ta' sport li jinteressahom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom, fil-fażi ta' l-ibbaġġittjar għall-faċilitajiet sportivi u ta' programmazzjoni ta' l-attivitajiet sportivi, jadottaw it-teknika ta' gender budgeting;

21.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jissorveljaw ir-rispett ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fir-reklutaġġ ta' amministraturi sportivi u staff ta' l-ikkowċjar;

22.

isejjaħ sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu konsiderazzjoni speċjali lill-provvista ta' attivitajiet u faċilitajiet sportivi għal nisa tqal u ommijiet żgħażagħ, inkluża l-provvista ta' servizzi ta' konsultazzjoni adegwata marbuta mal-kondizzjoni tagħhom; il-provvista ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal f'ċentri u postijiet sportivi; u l-provvista ta' trasport pubbliku sikur, konvenjenti u affidabbli li jipprovdi aċċess għaċ-ċentri u l-avvenimentit sportivi;

Razza

23.

jirrikonoxxi li tipi ta' sport bħal per eżempju l-basketball, il-baseball, il-ġiri, it-tennis u l-volleyball kollha jeħtieġu l-istess tip ta' “bijoenerġetika”; madankollu, teżisti xhieda qawwija li turi li individwu jagħżel id-dixxiplina sportiva tiegħu aktar minħabba fatturi soċjali u kulturali milli fatturi fiżiċi;

24.

jenfasizza l-importanza ta' aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-forom kollha ta' l-attività sportiva għall-gruppi kollha tal-popolazzjoni;

25.

jilqa' r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-futbol u r-razziżmu (14.3.2006) li tappella lill-partijiet interessati kollha sabiex jagħmlu sforz akbar fil-ġlieda kontra r-razziżmu f'dan l-isport;

26.

jikkunsidra li l-livell relattivament għoli ta' diversità razzjali fl-isport ta' livell għoli, partikolarment fil-futbol, m'huwiex replikat fil-livelli l-oħra ta' l-attivitajiet sportivi. Il-preżenza ta' persuni li m'humiex bojod fl-iktar livell għoli ta' ċerti dixxiplini sportivi tista' tagħti l-impressjoni li r-razziżmu tqaċċat għal kollox. Fil-verità, in-numru ta' persuni soċjalment żvantaġġati li jirnexxu fl-isport professjonali huwa relattivament baxx. Jista' jkun hemm sentimenti razzisti meta plejers li m'humiex bojod jingħataw rwoli sterjotipiċi;

27.

Isejjaħ għal azzjoni kontra kwalunkwe sterjotip razzjali li jista' jeżisti fost l-għalliema jew kowċis u li jista' jkun fattur li jikkontribwixxi sabiex iħajjar jew jiskoraġġixxi minoritajiet etniċi partikolari milli jipparteċipaw fi sport partikolari;

28.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jissorveljaw il-bilanċ razzjali u etniku fir-reklutaġġ ta' amministraturi sportivi u staff ta' l-ikkowċjar;

Reliġjon jew twemmin

29.

jirrikonoxxi li r-reliġjonijiet u l-gruppi ta' twemmin kollha għandhom drawwiet speċifiċi (eż. banjijiet separati għan-nisa u l-irġiel) u prattiċi speċifiċi (eż. ir-ritwali, il-ħin u l-frekwenza tat-talb); dan il-fatt jista' jwassal għal esklużjoni mhux intenzjonata mill-isport; għaldaqstant il-projbizzjoni ta' l-iskarf Islamika (hijab) toħloq xkiel għall-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa Musulmani fil-futbol. Jikkunsidra li l-esklużjoni ta' ċerti gruppi tista' tkun kawża ta' islamofobija, anti-semitiżmu u fobiji oħrajn jew forom ta' mibegħda u jsejjaħ lill-UE sabiex tindirizza din il-forma ta' diskriminazzjoni bl-istess mod li tindirizza r-razziżmu u l-ksenofobija; F'dan il-kuntest, l-UE għandha tinvolvi lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-forniment ta' l-infrastruttura, u għandha tinvolvi wkoll liċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet sportivi bħala prattikanti sabiex jippromovu attivitajiet sportivi li joffru aktar divertiment u huma aktar spontanji, u li jipprovdu lok ta' rispett għall-opportunitajiet ugwali;

30.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokjali u reġjonali sabiex jippromovu d-djalogu bejn dawn il-gruppi u l-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi bl-għan li jaslu li jaqsmu viżjoni komuni tal-kwistjonijiet u jesploraw modi kif jistgħu jiġu rispettati prattiċi u drawwiet speċifiċi f'manjiera tolleranti u kostruttiva, filwaqt li jirrikonixxi li f'ċerti każijiet m'huwiex dejjem possibbli li tinstab soluzzjoni prattikabbli;

Orjentazzjoni sesswali

31.

jikkunsidra li t-trattament ta' l-irġiel omosesswali u l-lisbjani fl-isport jagħti lok għal tħassib partikolari. Ta' spiss jiġu ffaċċjati mill-għażla ħarxa li jaħbu s-sesswalità tagħhom, jew inkella li joħolqu klabbs sportivi u avvenimenti esklussivament għall-gays u l-lisbjani. Jirrikonoxxi li filwaqt li proporzjon sinifikanti tal-popolazzjoni Ewropea hija omosesswali, l-ebda futboler professjonali attwali m'huwa apertament omosesswali. Il-ħabi u s-segregazzjoni ma jistgħux ikunu soluzzjoni fit-tul: l-objettiv għandu jkun li l-irġiel u n-nisa kollha jiġu milqugħa fil-klabbs sportivi kollha, hi x'inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħhom;

32.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jaħdmu id f'id ma' assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali ta' lisbjani, gays, bisesswali u transesswali sabiex jinstabu mezzi ħalli jissolvew dawn il-kwistjonijiet;

33.

jappoġġja l-ħames punti elenkati fil-gwida maħruġa mill-FARE fl-2006 sabiex tikkumbatti l-omofobija fil-futbol;

Opportunitajiet indaqs fl-isport u l-aċċess għall-isport

34.

jappella lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jaffrontaw u jneħħu d-diskriminazzjoni fl-isport u l-aċċess għall-isport;

35.

jemmen li għandha ssir riċerka aktar fil-fond dwar is-sitwazzjoni tal-minoritajiet fl-isport. Għandha tingħata attenzjoni lill-forom diskriminatorji kollha, li jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor, minn reġjun għal ieħor, u saħansitra minn sport għal ieħor;

36.

isejjaħ lill-korpi sportivi kollha fl-UE, partikolarment il-UEFA, sabiex timplimenta sanzjonijiet sinifikattivi u effettivi f'każijiet ta' abbuż razzjali jew kull tip ta' abbuż diskriminatorju ieħor matul avvenimenti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha; isejjaħ lill-UEFA b'mod speċjali sabiex tirrettifika din il-pożizzjoni u tirrapporta lura lill-KtR wara l-Kampjonati tal-Futbol Ewropew ta' l-2008;

37.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jinkoraġġixxu u jilqgħu parteċipanti u spettaturi mill-komunitajiet kollha f'avvenimenti sportivi, huma jew m'humiex organizzati minn awtorità lokali jew reġjonali, u sabiex jipproteġuhom mill-abbuż u l-intimidazzjoni;

38.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jaċċertaw li l-faċilitajiet sportivi li jipposjedu, joperaw, jiffinanzjaw direttament jew indirettament, jew li jawtorizzaw l-użu tagħhom, ikunu disponibbli mingħajr l-ebda diskriminazzjoni;

39.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjnali sabiex jinkoraġġixxu lil individwi mill-komunitajiet kollha sabiex jiġu involuti fil-livelli kollha ta' amministrazzjoni sportiva, il-maniġment u l-ikkowċjar;

Nippromovu l-opportunitajiet ugwali permezz ta' l-isport

40.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jużaw l-isport sabiex jippromovu t-tolleranza u l-fehim fil-kuntest ta' l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

41.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jinvolvu ruħhom aktar bis-sħiħ fl-aċċess għall-isport;

42.

isejjaħ lill-awtoritajiet edukattivi sabiex jinkoraġġixxu lit-tfal mhux biss li jipprattikaw l-isport iżda li japprezzaw id-dimensjoni soċjali u kulturali ta' l-isport fid-diversità kollha tiegħu;

43.

isejjaħ lin-netwerks Ewropej ta' organizzaturi sportivi, lill-kowċis u l-persunal amministrattiv sabiex jikkunsidraw u jippromovu l-aspett ta' ugwaljanza li huwa parti mix-xogħol tagħhom;

44.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet u l-klabbs sabiex jipprovdu taħriġ għall-persunal u l-kowċis tagħhom dwar il-multikulturaliżmu kif ukoll taħriġ kontra d-diskriminazzjoni u favur it-tolleranza;

L-awtoritajiet lokali u reġjonali

45.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiżvolġu rwol fundamentali meta jipprovdu servizzi sportivi, ta' passatemp u kulturali. Dawn is-servizzi għandhom jiġu rikonoxxuti bħala għodda ewlenija fil-promozzjoni ta' l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

46.

jikkunsidra li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u jippromovu l-ugwaljanza permezz ta' l-aċċess għall-isport li jipprovdu u s-servizzi sportivi, anke permezz tal-gender budgeting;

47.

jikkunsidra li l-provvista ta' servizzi sportivi, u l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet li teżisti fi ħdan din il-provvista — kif ukoll permezz tagħha — għandhom ikunu indikatur tal-prestazzjoni ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

48.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jirrikonoxxu u jindirizzaw id-diskriminazzjoni istituzzjonalizzata fil-provvista ta' servizz adegwat lin-nies għal raġunijiet ta' età, diżabiltà, sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, jew orjentazzjoni sesswali, li tista' tidher jew jiġu osservati fi proċessi, attitudnijiet jew imġiba li ssarraf daqs diskriminazzjoni permezz ta' preġudizzju mhux intenzjonat, injoranza, nuqqas ta' ħsieb u l-preżenza ta' sterjotipi li jikkawżaw żvantaġġi lil dawn il-gruppi fis-soċjetà;

49.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jimpenjaw ruħhom ħalli jindirizzaw tliet oqsma ta' azzjoni ewlenin:

(i)

impenn, politika u ppjanar: jeħtieġ li jintwera impenn favur il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza permezz ta' l-isport billi jitfasslu politiki bil-miktub u pjanijiet ta' azzjoni robusti, u dawn għandhom ikunu sorveljati u riveduti regolarment;

(ii)

il-parteċipazzjoni u l-immaġni pubblika: għandu jsir kull sforz sabiex tiżdied id-diversità tal-parteċipanti u l-impjegati fl-isport u s-servizzi ta' divertiment, inklużi miżuri sabiex tinkiseb immaġni pożittiva u inklużiva;

(iii)

amministrazzjoni u maniġment: għandhom jitwaqqfu proċeduri sabiex jikkumbattu d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ifittxu li jtejbu d-diversità tar-rappreżentazzjoni fil-gvernanza, l-amministrazzjoni u l-maniġment fil-qasam ta' l-isport;

50.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jaħdmu mas-soċjetà ċivili, ma' l-assoċjazzjonijiet imsieħba, l-assoċjazzjonijiet sportivi, il-klabbs sportivi lokali u l-NGOs sabiex jiksbu objettivi reċiproki f'dan il-qasam u jeżerċitaw tmexxija politika;

51.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiżviluppaw strateġija għall-mezzi tax-xandir sabiex jirreklamaw opportunitajiet sportivi għal gruppi mmirati bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom, u sabiex jixxandru l-attivitajiet u l-kisbiet tagħhom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaħdmu sabiex jeliminaw il-preżenza ta' sterjotipi, diskriminazzjoni u razziżmu fir-rapportaġġi sportivi, inkluż f'pubblikazzjonijiet prodotti jew iffinanzjati minn dawn l-awtoritajiet, per eżempju billi r-rapportaġġi dwar il-futbol tan-nisa jitqies bħala n-norma u mhux novità;

52.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jitgħallmu mill-esperjenzi ta' l-awtoritajiet l-oħra madwar l-Ewropa u fid-dinja, u sabiex jippromovu prassi tajba lokalment u reġjonalment. Isejjaħ lill-istituzzjonijiet ta' l-UE sabiex jiffaċilitaw dan l-iskambju ta' prassi tajba. B'mod partikolari, il-KtR u l-assoċjazzjonijiet Ewropej ta' gvernijiet lokali (CEMR, AER, Eurocities, eċċ.) għandhom jikkunsidraw kif jistgħu jiffaċilitaw il-ħolqien ta' netwerks ta' bliet, awtoritajiet lokali u reġjuni li għandhom esperjenza speċifika f'dawn it-tipi ta' attivitajiet;

53.

isejjaħ lill-UE sabiex tistabbilixxi benchmark għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-promozzjoni ta' opportunitajiet ugwali fl-isport u l-aċċess għall-isport. F'dan il-kuntest, jistabbilixxi din il-Karta tal-KtR għall-ugwaljanza fl-isport:

Karta tal-KtR għall-ugwaljanza fl-isport

Il-firmatarji huma impenjati li jużaw l-influwenza tagħhom sabiex joħolqu dinja sportiva fejn kulħadd ikun jista' jieħu sehem mingħajr ma jiffaċċja diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip. Il-firmatarji jimpenjaw ruħhom li:

jaffrontaw u jeliminaw id-diskriminazzjoni fl-isport;

iħeġġu lin-nies mill-komunitajiet kollha sabiex jinvolvu ruħhom fl-isport;

jilqgħu impjegati u spettaturi mill-komunitajiet kollha u jipproteġu l-impjegati u l-ispettaturi kollha minn abbuż u intimidazzjoni diskriminatorji;

jinkoraġġixxi persuni kwalifikati u ta' talent mill-komunitajiet kollha sabiex jinvolvu ruħhom fil-livelli kollha ta' amministrazzjoni, maniġment u kowċing fil-qasam ta' l-isport;

jiżviluppa l-aħjar politiki u prassi possibbli dwar l-ugwaljanza; dawn għandhom ikunu soġġetti għal reviżjonijiet u aġġornamenti regolari;

jiċċelebra d-diversità fl-isport.”

54.

isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiffirmaw din il-Karta u sabiex jeżaminaw mill-ġdid l-istrateġija attwali tagħhom fir-rigward ta' dak li ntqal hawn fuq;

55.

jimpenja ruħu li jistabbilixxi premju annwali mniedi mill-KtR għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jimplimentaw din il-Karta bl-aħjar mod.

Brussell, il-11 ta' Ottubru 2007

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Michel DELEBARRE