ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 173

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
26 ta' Lulju 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 173/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

III   Atti preparatorji

 

Inizjattivi ta' l-Istati Membri

2007/C 173/02

Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar netwerk ta' punti ta' kuntatt kontra l-korruzzjoni

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2007/C 173/03

Lista ta' ħatriet magħmula mill-Kunsill (ix-xahar ta': April, Mejju u Ġunju 2007) (il-qasam soċjali)

5

 

Kummissjoni

2007/C 173/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

7

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 173/05

Notifika skond l-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE — Abbozz ta' Att Polakk dwar organiżmi modifikati ġenetikament, inkluż derogi mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament ( 1 )

8

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

26.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 173/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 173/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

16.5.2007

Għajnuna Nru

N 187/07

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Norra Sverige

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ändring av den regionalt differentierade energiskatten på el för servicesektorn

Il-bażi legali

Lagen (1994:1776) om skatt på energi (11 kap. 3 och 4 §§)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien ta' l-ambjent

Il-forma ta' l-għajnuna

Tnaqqis tar-rata tat-taxxa

L-Estimi

Baġit globali: 990 miljun SEK

L-intensità

44 %

It-tul ta' żmien

1.1.2008-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizz

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Skatteverket S-171 94 Solna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

27.6.2007

Għajnuna Nru

N 257/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

País Vasco

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Programa de ayudas destinadas a la promoción de la producción teatral en la Comunidad Autónoma del País Vasco

Il-bażi legali

Orden de 28 de marzo de 2007, de la Consejera de Cultura de la Comunidad Autónoma del País Vasco, por la que se regula el régimen de concesión de subvenciones a la producción teatral

It-tip tal-miżura

Miżura li mhix għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma ta' l-għajnuna

Miżura li mhix għajnuna

L-Estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2007

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Dirección de Promoción de la Cultura, Departamento de Cultura, Gobierno Vasco

C/ Donosita-San Sebastián, 1

E-01010 Vitoria-Gasteiz

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


III Atti preparatorji

Inizjattivi ta' l-Istati Membri

26.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 173/3


Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar netwerk ta' punti ta' kuntatt kontra l-korruzzjoni

(2007/C 173/02)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 29 tat-Trattat jipprovdi li l-objettiv ta' l-Unjoni li tipprovdi liċ-ċittadini livell għoli ta' sigurtà fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għandu jintlaħaq bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, organizzata jew le, inkluż il-korruzzjoni u l-frodi.

(2)

L-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-bidu tal-millennju l-ġdid dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriminalità organizzata tenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika komprensiva ta' l-UE kontra l-korruzzjoni.

(3)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' April 2005 dwar politika komprensiva ta' l-UE kontra l-korruzzjoni, li tirreferi għall-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Mejju 2003 dwar Politika Komprensiva ta' l-UE kontra l-korruzzjoni, il-Kunsill jafferma mill-ġdid l-importanza tar-rwol u l-ħidma ta' l-Istati Membri fl-iżvilupp ta' politika komprensiva u li tolqot diversi aspetti kontra l-korruzzjoni kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, fi sħubija ma' l-atturi rilevanti kollha kemm mis-soċjetà ċivili kif ukoll min-negozju.

(4)

Il-Kunsill Ewropew laqa' l-iżvilupp fil-programm ta' l-Aja (2) (punt 2.7) ta' kunċett strateġiku fir-rigward tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni transkonfini fil-livell ta' l-UE u talab lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżviluppaw ulterjorment dan il-kunċett u jagħmlu operattiv.

(5)

Il-kapijiet u r-rappreżentanti prinċipali tal-korpi tal-pulizija nazzjonali ta' l-Istati Membri ta' l-UE għall-monitoraġġ u l-ispezzjoni u dawk ta' l-aġenziji tagħhom ta' kontra l-korruzzjoni b'mandat usa' ltaqgħu f'Novembru 2004 fi Vjenna fil-konferenza AGIS dwar it-titjib tal-kooperazzjoni operattiva fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea. Huma enfasizzaw l-importanza tat-titjib ulterjuri tal-kooperazzjoni tagħhom, inter alia, permezz ta' laqgħat annwali, u laqgħu l-idea ta' netwerk Ewropew ta' kontra l-korruzzjoni bbażat fuq l-istrutturi eżistenti. B'segwitu għall-konferenza ta' Vjenna, dawn l-Imsieħba Ewropej kontra l-Korruzzjoni (EPAC) iltaqgħu f'Budapest f'Novembru 2006 għas-sitt laqgħa annwali tagħhom, fejn b'maġġoranza enormi, ikkonfermaw l-impenn tagħhom li jappoġġaw l-inizjattiva dwar l-istabbiliment ta' netwerk aktar formali kontra l-korruzzjoni.

(6)

Sabiex jibnu fuq l-istrutturi eżistenti, l-awtoritajiet u l-aġenziji li ser jiffurmaw parti min-netwerk Ewropew ta' kontra l-korruzzjoni jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet membri ta' l-EPAC.

(7)

It-titjib tal-kooperazzjoni internazzjonali huwa ġeneralment (3) rikonoxxut bħala kwistjoni ċentrali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-ġlieda kontra kull forma ta' korruzzjoni għandha tittejjeb permezz ta' kooperazzjoni effettiva, l-identifikazzjoni ta' opportunitajiet, il-kondiviżjoni ta' l-aħjar prattika u l-iżvilupp ta' standards professjonali għolja. L-istabbiliment ta' netwerk ta' kontra l-korruzzjoni fil-livell ta' l-UE huwa kontribut importanti għat-titjib ta' tali kooperazzjoni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Objettiv

Sabiex il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-aġenziji għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ewropa tittejjeb, għandu jiġi stabbilit netwerk ta' punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem imsejjaħ in-“netwerk”). Il-Kummissjoni Ewropea, l-Europol u l-Eurojust għandhom ikunu assoċjati b'mod sħiħ ma' l-attivitajiet tan-netwerk.

Artikolu 2

Kompożizzjoni tan-netwerk

In-netwerk għandu jikkonsisti f'awtoritajiet u aġenziji ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea bil-kompitu tal-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-membri għandhom jinħatru mill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jaħtar mill-inqas organizzazzjoni waħda, iżda mhux aktar minn tliet organizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Europol u l-Eurojust jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet tan-netwerk.

Artikolu 3

Kompiti tan-network

1.   In-netwerk għandu b'mod partikolari jkollu l-kompiti li ġejjin:

1)

għandu jikkostitwixxi forum għall-iskambju ma' l-UE kollha ta' informazzjoni dwar miżuri u esperjenza effettivi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

2)

għandu jiffaċilita l-istabbiliment u ż-żamma attiva ta' kuntatti bejn il-membri tiegħu;

Għal dawn il-finijiet, inter alia, għandha tinżamm aġġornata lista ta' punti ta' kuntatt u għandha titħaddem websajt.

2.   Il-membri tan-netwerk għandhom, biex iwettqu l-kompiti tagħhom, jiltaqgħu kemm ikun meħtieġ, iżda ta' l-inqas darba fis-sena.

Artikolu 4

Kamp ta' applikazzjoni

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja u dik tal-pulizija bejn l-Istati Membri għandha tkun irregolata mir-regoli rilevanti. L-istabbiliment ta' netwerk għandu jkun mingħajr preġudizzju għal tali regoli, u mingħajr preġudizzju għar-rwol tas-CEPOL.

Artikolu 5

Organizzazzjoni tan-netwerk

1.   In-netwerk għandu jorganizza lilu nnifsu, filwaqt li jibni fuq il-kollaborazzjoni informali eżistenti bejn l-EPAC.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom iħallsu l-ispejjeż kollha tal-membri jew tar-rappreżentanti maħtura minnhom. L-istess regola għandha tapplika għall-Europol u għall-Eurojust.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta' wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi …

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU

(2)  Il-Programm ta' l-Aja fit-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1).

(3)  Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, adottata mir-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali 58/4 tal-31 ta' Ottubru 2003.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kunsill

26.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 173/5


Lista ta' ħatriet magħmula mill-Kunsill

(ix-xahar ta': April, Mejju u Ġunju 2007) (il-qasam soċjali)

(2007/C 173/03)

Kumitat

Tmiem il-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja/Ħatra

Membru/Membru/Supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema

13.9.2008

C 242, 7.10.2006

Is-Sur Andreas KARIDIS

Riżenja

Membru

Gvern

Greċja

Is-Sinjura Polixeni EDREMITI-MALAKASI

Ministeru ta' l-Impjiegi

7.5.2007

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema

13.9.2008

C 242, 7.10.2006

Is-Sur Tomáš ŠEFRANKO

Riżenja

Membru

Gvern

Slovakkja

Is-Sur Michal IŠTVÁN

Ministeru għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja

16.5.2007

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema

13.9.2008

C 242, 7.10.2006

Is-Sinjura Zora BAROCHOVÁ

Riżenja

Supplenti

Gvern

Slovakkja

Is-Sur Juraj DŽUPA

Ministeru għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja

16.5.2007

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema

13.9.2008

C 242, 7.10.2006

Is-Sur Tom MORAN

Riżenja

Membru

Min Iħaddem

Renju-Unit

Is-Sur Neil CARBERRY

Ministeru ta' l-Impjiegi

16.5.2007

Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti

21.3.2009

C 92, 27.4.2007

Is-Sinjura Celien VANMOERKERKE

Riżenja

Membru

Ħaddiema

Belġju

Is-Sinjura Estelle CEULEMANS

25.5.2007

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

18.10.2007

C 317, 22.12.2004

Is-Sinjura Daiga ERMSONE

Riżenja

Supplenti

Min Iħaddem

Latvja

Is-Sinjura Kristīne DOLGIHA

Latvian Employers' Confederation

16.4.2007

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

18.10.2007

C 317, 22.12.2004

Is-Sur Liam DOHERTY

Riżenja

Membru

Min Iħaddem

Irlanda

Is-Sur Brendan McGINTY

IBEC

16.5.2007

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

18.10.2007

C 317, 22.12.2004

Is-Sur Tom MORAN

Riżenja

Membru

Min Iħaddem

Renju-Unit

Is-Sinjura Marion SEGURET

CBI

16.5.2007

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

18.10.2007

C 317, 22.12.2004

Is-Sur Neil BENTLEY

Riżenja

Supplenti

Min Iħaddem

Renju-Unit

Is-Sur Neil CARBERRY

CBI

16.5.2007

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

18.10.2007

C 317, 22.12.2004

Is-Sinjura Mireille JARRY

Riżenja

Membru

Gvern

Franza

Is-Sur Joël BLONDEL

Ministère du Travail, des relations sociales et de la solidarité

25.6.2007

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

18.10.2007

C 317, 22.12.2004

Is-Sur Robert PICCOLI

Riżenja

Supplenti

Gvern

Franza

Is-Sinjura Mireille JARRY

Ministère du Travail, des relations sociales et de la solidarité

25.6.2007


Kummissjoni

26.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 173/7


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-25 ta' Lulju 2007

(2007/C 173/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3743

JPY

Yen Ġappuniż

165,55

DKK

Krona Daniża

7,441

GBP

Lira Sterlina

0,66905

SEK

Krona Żvediża

9,2103

CHF

Frank Żvizzeru

1,666

ISK

Krona Iżlandiża

82,2

NOK

Krona Norveġiża

7,951

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

28,121

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

246,46

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6966

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7857

RON

Leu Rumen

3,1283

SKK

Krona Slovakka

33,188

TRY

Lira Turka

1,71

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5536

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4276

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7522

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7072

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,074

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 256,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,385

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,3871

HRK

Kuna Kroata

7,2904

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 513

MYR

Ringgit Malażjan

4,7049

PHP

Peso Filippin

61,912

RUB

Rouble Russu

35,006

THB

Baht Tajlandiż

41,195


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

26.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 173/8


Notifika skond l-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE

Abbozz ta' Att Polakk dwar organiżmi modifikati ġenetikament, inkluż derogi mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 173/05)

1.

Fit-13 ta' April 2007, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni, abbażi ta' l-Artikoli 95.5 tat-Trattat tal-KE, bl-Artikoli 111 u 172 ta' abbozz ta' att intitolat “Liġi dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament (GMOs)”, li fih dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw mid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (1).

2.

L-abbozz ta' l-att għandu l-għan li jirregola l-attivitajiet relatati mal-GMOs b'mod komprensiv. L-għan tiegħu hu li jimplimenta d-Direttiva 90/219/KEE tal-Kunsill tat-23 ta' April 1990 dwar l-użu fil-magħluq ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament u d-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (2). Barra minn hekk, jistipula ħtiġijiet għall-koltivazzjoni ta' l-uċuh ta' l-art modifikati ġenetikament u kif jistgħu jgħixu flimkien ma' uċuh konvenzjonali u organiċi.

3.

L-Artikolu 95,5 tat-trattat tal-KE jistipula li:

“Aktar minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali ibbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x'taqsam mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta' xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-addozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall- introduzzjoni tagħhom.”

L-Artikolu 95, paragrafu 6, jgħid li “Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafi 4 u 5, tapprova jew tiċħad id-disposizzjonijiet nazzjonali involuti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ta' restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern”.

4.

L-Artikolu 111,2, punti 5 u 6 ta' l-abbozz ta' att Polakk jeħtieġ li applikazzjoni għal rilaxx intenzjonat tkun akkumpanjata minn

(a)

ċertifikat maħruġ mis-sindku tad-distrett jew belt li juri li saret dispożizzjoni fil-pjan lokali ta' żvilupp spazjali għall-possibbiltà ta' l-introduzzjoni ta' GMO fl-ambjent, waqt li titqies il-ħtieġa tal-ħarsien ta' l-ambjent naturali lokali u l-pajsaġġ kulturali taż-żona ikkonċernata, u

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub minn dawk li għandhom l-azjendi qrib il-lokal tar-rilaxx intenzjonat li ma għandhomx oġġezzjoni għar-rilaxx.

5.

Skond l-Artikolu 172, paragrafu 1, ta' l-abbozz ta' l-att Polakk, il-koltivazzjoni ta' pjanti modifikati ġenetikament għandha tkun ipprojbita soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 172. Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jipprovdi li fuq talba ta' parti interessata, il-ministru ta' l-agrikoltura jista' joħroġ deċiżjoni dwar t-twaqqif ta' żona għat-tkabbir ta' GMOs wara konsultazzjoni mal-ministru ta' l-ambjent u l-kunsill ta' l-awtorità distrettwali (gmina) tat-territorju li fih huwa ppjanat li jitkabbru l-GMOs.

6.

Id-dispożizzjonijiet notifikati għandhom l-għan li jintroduċu projbizzjoni ġenerali dwar il-koltivazzjoni ta' GMOs bil-possibbiltà li jiksbu awtorizzazzjoni fuq bażi ta' każ każ. Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu proċedura ta' awtorizzazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Polakki u jrendu l-koltivazzjoni ta' GMOs soġġetta għall-kunsens ta' bdiewa fil-qrib.

7.

Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet jikkosititwixxu derogi mid-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2001/18/KE, partikolarment fir-rigward ta' l-Artikolu 22 li jistipula li “l-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew jirrifjutaw it-tpoġġija fis-suq ta' GMOs, bħal jew fi prodotti, li josservaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva”, u l-Artikolu 19, li jistipula li “jekk kunsens bil-miktub biss ġie mogħti għat-tpoġġija fis-suq ta' GMO bħal jew fi prodott jista' dak il-prodott jiġi użat mingħajr notifika ulterjuri fil-Komunità sakemm il-kondizzjonijiet speċifiċi ta' użu u ambjenti u/jew żoni ġeografiċi stipulati f'dawn il-kondizzjonijiet jiġu strettament segwiti.”

8.

Il-Polonja targumenta li:

(a)

ir-rilaxx deliberat ta' GMOs jeħtieġ miżuri ta' sikurezza speċjali skond il-prinċipju ta' prekawzjoni ta' l-UE, fir-rigward tar-rikkezza tal-bijodiversità fil-Polonja u l-ħtieġa ta' prevenzjoni ta' tfixkil serju fit-tħaddim ta' l-ambjent.

(b)

l-istruttura ta' l-agrikoltura Polakka hija waħda mill-aktar frammentata fl-UE bi kważi 2 miljun bidwi bid-daqs medju ta' anqas minn 8 ettari.

(ċ)

ma teżistix leġiżlazzjoni domestika rigward il-koeżistenza ta' tliet tipi ta' koltivazzjoni — GMOs, konvenzjonali u organika — u lanqas regoli dwar il-kumpens għal ħsara jew telf ta' uċuh ta' l-art f'kaz ta' dakkir minn xulxin bla kontroll.

9.

In-notifika preżenti se tipproċedi, filwaqt li tqis kif jixraq id-Direttiva (KE) 2001/18 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u skond l-Artikolu 95,5 tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni għandha sitt xhur biex teżamina d-dispożizzjonijiet notifikati li jidderogaw mid-Direttiva 2001/18/KE u tista' testendi l-perjodu sa sitt xhur oħra, jekk dan huwa ġġustifikat bil-kumplessità tal-fatti tal-każ u ma jeżisti l-ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem.

10.

Kwalunkwe kumment dwar in-notifika preżenti għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż. Kwalunkwe kumment imressaq wara dawn it-30 jum mhux se jiġi kkunsidrat.

11.

Aktar dettalji dwar in-notifika Polakka jistgħu jinkisbu minn:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali dwar l-Ambjent

DG ENV. B.3 — Il-Bijoteknoloġija, il-Pestiċidi u s-Saħħa

Is-Sur Ioannis Karamitsios

Tel.: (32-2) 298 30 89

Indirizz tal-posta elettronika: yannis.karamitsios@ec.europa.eu


(1)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(2)  ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/174/KE (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 20).