ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
21 ta' Lulju 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kummissjoni

2007/C 169/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2007 dwar il-pjan emendat għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-impjant nukleari Dampierre fi Franza, skond l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

1

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2007/C 169/02

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tas-Slovakkja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Renju ta' l-Isvezja, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib fil-kooperazzjoni trans-konfini, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfini

2

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 169/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4646 — AXA/Banca Monte dei Paschi di Siena/JV) ( 1 )

15

2007/C 169/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4728 — Red & Black/Valentino Fashion Group) ( 1 )

15

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Parlament Ewropew

2007/C 169/05

Deċiżjoni

16

 

Kummissjoni

2007/C 169/06

Rata tal-kambju ta' l-euro

17

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 169/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

18

2007/C 169/08

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ ( 1 )

26

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kunsill

2007/C 169/09

Sejħa miftuħa — Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-Riċerka Xjentifika u Teknoloġika (COST)

27

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 169/10

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4709 — Apax Partners/Telenor Satellite Services) ( 1 )

29

2007/C 169/11

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4748 — T-Mobile/Orange Netherlands) ( 1 )

30

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kummissjoni

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Lulju 2007

dwar il-pjan emendat għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-impjant nukleari Dampierre fi Franza, skond l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(it-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2007/C 169/01)

Fis-17 ta' Novembru 2006, il-Kummissjoni Ewropea skond l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, irċeviet mingħand il-Gvern ta' Franza, Data Ġenerali dwar il-pjan emendat għar-rimi ta' l-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta' Dampierre.

Abbażi ta' din id-data u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza bejn l-impjant u l-eqreb punt fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ il-Belġju, hija ta' madwar 275 km.

2.

Il-modifika ppjanata se twassal għal tnaqqis ġenerali fil-limiti għar-rimi ta' gassijiet u likwidi ħlief għal likwidu tat-tritju li għalih hija prevista żieda.

3.

Matul operat normali, il-modifika ppjanata mhix se toħloq esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stati Membri oħra.

4.

Fil-każ ta' rilaxxi mhux ippjanati ta' tnixxijiet radjoattivi li jirriżultaw minn inċident tat-tip u l-kobor meqjusa fid-Data Ġenerali tal-bidu, il-modifika ppjanata għas-sistema ta' ġestjoni tal-fjuwil mhux se tgħolli d-dożi fi Stati Membri oħra li jkunu kapaċi jaffetwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan emendat għar-rimi ta' l-iskart radjuattiv ikun f'liema forma jkun mill-impjant nukleari ta' Dampierre, kemm fl-operat normali u fil-każ ta' inċident tat-tip u d-daqs meqjusa fid-Data Ġenerali, mhux mistenni li jirriżuluta fil-kontaminazzjoni radjoattiva ta' l-ilma, tal-ħamrija jew ta' l-ispazju ta' ajru ta' Stat Membru ieħor.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/2


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tas-Slovakkja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Renju ta' l-Isvezja, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib fil-kooperazzjoni trans-konfini, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfini

(2007/C 169/02)

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA

I   Rimarki preliminari

L-inizjattiva u l-opinjoni tal-KEPD

1.

Fi Frar 2007, 15-il Stat Membru ħadu l-inizjattiva bil-ħsieb li jadottaw Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib fil-kooperazzjoni trans-konfini, partikolarment fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfini (3). Din l-inizjattiva titratta dwar materji li jikkonċernaw l-ipproċessar ta' data personali. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data huwa responsabbli biex jagħti parir dwar din l-inizjattiva peress li din taqa' fil-limiti tal-kompitu li ġie fdat lilu, b'mod partikolari fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-KEPD joħroġ din l-opinjoni ex officio, peress li l-ebda talba għal parir ma tkun intbagħtet lill-KEPD (4). Skond il-KEPD, l-opinjoni preżenti għandha tissemma fil-preambolu tad-Deċiżjoni Kwadru (5).

L-isfond u l-kontenut ta' l-inizjattiva preżenti

2.

L-isfond ta' din l-inizjattiva huwa uniku fil-kooperazzjoni tat-tielet pilastru. L-inizjattiva timmira biex tagħmel il-partijiet essenzjali tat-Trattat ta' Prüm, iffirmat fis-27 ta' Mejju 2005 minn seba' Stati Membri (6), applikabbli għall-Istati Membri kollha. Dawn il-partijiet essenzjali diġà ġew ratifikati minn xi wħud minn dawn is-seba' Stati Membri, waqt li oħrajn minn dawn l-Istati Membri huma fil-proċess ta' ratifika. Huwa għalhekk ċar li m'hemmx ħsieb li s-sustanza ta' dawn il-partijiet essenzjali tinbidel (7).

3.

Skond il-premessi tagħha, l-inizjattiva għandha titqies bħala implimentazzjoni tal-prinċipju ta' disponibbiltà li ġie ppreżentat fil-Programm ta' l-Aja ta' l-2004 bħala approċċ innovattiv għall-iskambju trans-konfini ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi (8). L-inizjattiva hija ppreżentata bħala alternattiva għall-proposta għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni skond il-prinċipju ta' disponibbiltà li dwarha l-KEPD ppreżenta l-opinjoni tiegħu fit-28 ta' Frar 2006 (9), li ma sarx dibattitu dwarha fil-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tagħha.

4.

L-inizjattiva tieħu approċċ fundamentalment differenti mill-proposta msemmija hawn fuq għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill. Fejn din il-proposta tipprevedi aċċess dirett għall-informazzjoni disponibbli, l-inizjattiva timmira għal aċċess indirett permezz tad-data ta' referenza. Barra minn dan l-inizjattiva teħtieġ li l-Istati Membri jiġbru u jaħżnu ċertu informazzjoni, ukoll jekk din tkun għadha mhix disponibbli fil-ġurisdizzjoni nazzjonali.

5.

Punt fokali importanti fl-inizjattiva huwa fuq l-iskambju ta' informazzjoni bijometrika bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji ta' l-Istati Membri, b'mod partikolari data mill-fajls ta' l-analiżi tad-DNA u sistemi awtomatizzati ta' informazzjoni dattiloskopika (sistemi li fihom il-marki tas-swaba' (10)).

6.

L-inizjattiva tinkorpora kapitolu 6 intitolat 'Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data'. Dan il-kapitolu fih għadd ta' arranġamenti għall-protezzjoni tad-data, li huma mfassla skond in-natura speċifika ta' l-iskambju ta' data li jirregola (11). Il-Kapitolu 6 jirreferi wkoll għall-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa (12). u dokumenti relatati tal-Kunsill ta' l-Ewropa bħala qafas ġenerali għall-protezzjoni tad-data, fin-nuqqas ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjajra u bejn il-pulizija f'materji kriminali (13).

II   Punt fokali ta' l-opinjoni tal-KEPD

7.

Din l-opinjoni ser tieħu kont tan-natura unika ta' l-inizjattiva, aktar speċifikament il-fatt li m'humiex previsti emendi prinċipali fis-sustanza tad-dispożizzjonijiet. Il-KEPD ser għalhekk jiffoka fuq għadd ta' kwistjonijiet aktar ġenerali relatati ma' l-inizjattiva u l-kuntest tagħha. L-emendi li jipproponi l-KEPD jservu prinċipalment biex itejbu t-test mingħajr ma jimmodifikaw is-sistema ta' l-iskambju ta' informazzjoni nfisha.

8.

L-ewwel kwistjoni hija ta' natura proċedurali. L-inizjattiva timplika li għadd żgħir ta' Stati Membri jiffissaw l-għażliet ta' politika ta' l-Istati Membri kollha, f'qasam li huwa kopert mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat-UE, b'mod partikolari it-Titolu VI tat-Trattat-UE (it-tielet pilastru). Il-proċeduri tat-Titolu VI għal kooperazzjoni msaħħa ma ġewx segwiti.

9.

It-tieni kwistjoni hija relatata mal-prinċipju ta' disponibbiltà. Għalkemm l-inizjattiva għandha titqies bħala implimentazzjoni ta' dan il-prinċipju, hija ma twassalx għad-disponibbiltà bħala tali iżda hija biss pass ieħor lejn id-disponibbiltà ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi bejn il-fruntieri ta' l-Istati Membri. Hija parti minn approċċ frammentarju li jimmira biex jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi.

10.

It-tielet kwistjoni tista' tiġi delimitata bħala l-kwistjoni ta' proporzjonalità. Huwa diffiċli biex jiġi vvalutat jekk id-dispożizzjonijiet ta' l-inizjattiva għal Deċiżjoni tal-Kunsill humiex ġustifikati mill-ħtieġa li jiġu miġġielda t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfini. Il-KEPD jfakkar li l-Konvenzjoni ta' Prüm ġiet stabbilita bħala 'laboratorju' għall-iskambju trans-konfini ta' informazzjoni, b'mod partikolari fajls ta' l-analiżi tad-DNA u marki tas-swaba'. Madankollu, l-inizjattiva preżenti hija ppreżentata qabel ma l-esperimenti fl-iskambju tpoġġew fil-prattika b'mod effettiv (14).

11.

Ir-raba' kwistjoni hija relatata ma' l-użu ta' data bijometrika. L-inizjattiva teħtieġ il-ġbir, il-ħażna u l-iskambju (limitat) ta' fajls ta' l-analiżi tad-DNA u marki tas-swaba'. L-użu ta' din id-data bijometrika fl-infurzar tal-liġi jippreżenta riskji speċifiċi għas-suġġetti tad-data u jeħtieġ salvagwardji supplimentari, sabiex jipproteġu d-drittijiet tagħhom.

12.

Il-ħames kwistjoni issegwi mill-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tibni fuq qafas ġenerali xieraq għall-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru, li għadu ma ġiex attwat fil-livell ta' l-UE. F'din l-opinjoni, il-KEPD ser juri l-importanza ta' qafas ġenerali bħal dan bħala condicio sine qua non għall-iskambju ta' data personali mill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi bbażat fuq l-iniżjattiva preżenti.

III   Il-proċedura u l-bażi legali

13.

It-Trattat ta' Prüm huwa spiss imqabbel mal-Ftehim ta' Schengen ta' l-1985 u l-Konvenzjoni ta' Schengen ta' l-1990, għal raġunijiet ovvji. Huma involuti ħafna mill-istess pajjiżi, is-suġġett huwa simili, u hemm rabta mill-qrib ma' kooperazzjoni ġewwa l-UE (15). Madankollu, hemm differenza fundamentali mix-Schengen. Bħalissa, hemm qafas legali Ewropew li jippermetti lill-Unjoni Ewropea tirregola l-kwistjonijiet kkonċernati u kien hemm pjanijiet reali biex dan jintuża għall-kwistjonijiet (prinċipali) koperti mit-Trattat ta' Prüm. B'mod aktar partikolari, fiż-żmien li (16)ġie konkluż it-Trattat ta' Prüm, il-Kummissjoni kienet qed tħejji proposta għad- Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill.

14.

L-Istati Membri kkonċernati madankollu għażlu trattat multilaterali li ppermettielhom jevitaw it-triq diffikultuża tal-leġislazzjoni tat-tielet pilastru bi qbil unanimu. Huma evitaw ukoll il-ħtiġiet sostantivi u proċedurali ta' kooperazzjoni msaħħa, inklużi fl-Artikoli 40, 40A, 43 u 43A tat-Trattat UE (17). Dan huwa ferm aktar importanti peress li l-proċedura dwar il-kooperazzjoni msaħħa kienet obbligatorja, jekk mill-inqas tmien Stati Membri kienu qed jipparteċipaw. Madankollu, seba' Stati Membri biss iffirmaw it-Trattat ta' Prüm, iżda sussegwentament huma ħeġġew lil Stati Membri oħrajn biex jingħaqdu. Jista' jiġi argumentat li l-Konvenzjoni ta' Prüm tikser il-liġi ta' l-Unjoni Ewropea, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq. Madankollu, dan l-argument huwa prinċipalment ta' natura teoretika, fil-qafas tat-tielet pilastru b'poteri limitati tal-Kummissjoni biex tiżgura konformità mill-Istati Membri mal-liġi ta' l-Unjoni Ewropea u kompetenzi limitati tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, kif ukoll ta' Qrati oħrajn.

15.

Fis-sitwazzjoni preżenti, 15-il Stat Membru ħadu l-inizjattiva bil-għan li jibdlu t-Trattat ta' Prüm b'Deċiżjoni tal-Kunsill. Għalkemm il-possibbiltà ta' bidla fis-sustanza tad-dispożizzjonijiet mhix formalment eskluża u ma tistax tiġi formalment eskluża, huwa ċar li l-għan ta' l-Istati Membri li ppreżentaw l-inizjattiva hu li ma jippermettu l-ebda bidla sostanzjali. Dan il-għan isegwi mill-fatt li s-seba' 'pajjiżi-Prüm' sempliċiment implimentaw it-Trattat ta' Prüm fid-dritt nazzjonali (jew huma fi stadju avvanzat ta' l-implimentazzjoni tiegħu) u ma jixtiqux li jerġgħu jibdlu d-dispożizzonijiet nazzjonali tagħhom. L-għan jidher fil-mod ta' kif tipproċedi l-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill. Per eżempju, l-iskeda taż-żmien għall-adozzjoni hija ristretta ħafna u l-inizjattiva mhix ser tiġi eżaminata fi Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill, iżda fil-Kumitat ta' l-Artikolu 36 biss (il-Kumitat ta' Koordinazzjoni ta' uffiċjali anzjani bbażat fuq l-Artikolu 36 TUE).

16.

B'riżultat, l-Istati Membri l-oħrajn huma miċħuda d-dritt li verament jagħtu l-fehma tagħhom dwar l-għażla tar-regoli. Huma jistgħu jagħżlu biss bejn li jipparteċipaw u li ma jipparteċipawx. Peress li t-tielet pilastru jeħtieġ l-unanimità, jekk Stat Membru wieħed ma japprovax it-test, ir-riżultat jista' jkun li l-Istati Membri l-oħrajn jipproċedu abbażi tal-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa.

17.

Dan l-isfond jaffettwa wkoll l-leġittimità demokratika ta' l-inizjattiva, peress li l-opinjoni tal-Parlament Ewropew taħt l-Artikolu 39 TUE bil-kemm jista' jkollha konsegwenza għall-għażliet tar-regoli. Ugwalment, din l-opinjoni jista' jkollha biss effett limitat.

18.

Skond il-KEPD, hija sfortuna li ġiet segwita din il-proċedura. Din tiċħad kull ħtieġa għal proċess leġislattiv demokratiku u trasparenti peress li lanqas biss ma tirrispetta l-prerogattivi diġà limitati ħafna taħt it-tielet pilastru. F'dan l-istadju, il-KEPD jirrikonoxxi l-fatt li din il-proċedura ġiet magħżula u għalhekk din l-opinjoni ser tikkonċentra aktar prinċipalment fuq is-sustanza ta' l-inizjattiva.

19.

Fl-aħħarnett, il-KEPD nnota l-fatt li l-inizjattiva tipprevedi l-istrument ta' Deċiżjoni tal-Kunsill u mhux Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill, għalkemm l-inizjattiva hija relatata ma' l-għan ta' approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri. Din l-għażla ta' strument tista' tkun relatata mal-possibbiltà li jittieħdu miżuri implimentattivi b'maġġoranza kwalifikata, fil-każ ta' Deċiżjonijiet tal-Kunsill taħt l-Artikolu 34 (2) (ċ) TUE. L-Artikolu 34 ta' l-inizjattiva jitratta dwar dawn il-miżuri implimentattivi.

20.

Il-KEPD jirrakkomanda li tiżdied sentenza ma' l-Artikolu 34 ta' l-inizjattiva għad- Deċiżjoni tal-Kunsill, li taqra kif ġej: “Il-Kunsill għandu jikkonsulta lill-KEPD qabel l-adozzjoni ta' tali miżura implimentattiva.” Ir-raġuni għal din l-emenda hija ovvja. Il-miżuri implimentattivi ħafna drabi ser jaffettwaw l-ipproċessar ta' data personali. Barra minn dan, jekk il-Kummissjoni ma tieħux l-inizjattiva għal tali miżuri, l-Artikolu 28 (2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ma japplikax.

21.

F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat li s-seba' Stati Membri li ffirmaw it-Trattat ta' Prüm ikkonkludew ukoll fil-5 ta' Diċembru 2006 ftehim Implimentattiv li fih id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni amministrattiva u teknika tat-Trattat (18). Wieħed jista' jassumi li dan il-ftehim implimentattiv ser ikun il-mudell għall-miżuri implimentattivi taħt l-Artikolu 34 ta' l-inizjattiva għal Deċiżjoni tal-Kunsill. Din l-opinjoni ser tirreferi għal dan il-ftehim implimentattiv safejn dan jista' jikkontribwixxi għal fehim aħjar ta' l-inizjattiva nfisha.

IV   L-inizjattiva u l-prinċipju ta' disponibbiltà

22.

Il-prinċipju ta' disponibbiltà jista' jitqies bħala mezz importanti għar-realizzazzjoni ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni. Il-kondiviżjoni libera ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi huwa pass importanti fl-indirizzar ta' restrizzjonijiet territorjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità, bħala riżultat ta' fruntieri interni li jibqgħu fil-post għall-investigazzjonijiet.

23.

Skond il-Programm ta' l-Aja, il-prinċipju jfisser “li, madwar l-Unjoni, uffiċjal ta' l-infurzar tal-liġi fi Stat Membru wieħed li għandu bżonn informazzjoni sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu jista' jiksibha minn Stat Membru ieħor u li l-aġenzija ta' l-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru l-ieħor li għandha din l-informazzjoni għandha tagħmilha aċċessibbli għall-fini imsemmi, (...)”. Barra minn hekk il-Programm jenfasizza li l-“metodi ta' l-iskambju ta' informazzjoni għandhom jagħmlu użu sħiħ ta' teknoloġija ġdida u għandhom ikunu adattati għal kull tip ta' informazzjoni, fejn xieraq, permezz ta' aċċess reċiproku jew l-interoperabilità ta' databases nazzjonali, jew aċċess dirett (on-line)”.

24.

F'dan l-isfond, l-inizjattiva hija biss pass żgħir. L-ambizzjonijiet tagħha huma ħafna iżgħar minn dawk tal-Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni skond il-prinċipju ta' disponibbiltà. L-inizjattiva tista' tkun ikkwalifikata bħala pass lejn id-disponibbiltà, iżda ma timplimentax stricto sensu l-prinċipju ta' disponibbiltà. Hija tikkumplimenta miżuri oħrajn li jimmiraw biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi, bħad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni ta' l-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (19) li għandhom jiżguraw li informazzjoni u intelligence jkunu pprovduti lill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħrajn, mat-talba.

25.

Fl-opinjoni tiegħu dwar din il-Proposta tal-Kummissjoni, il-KEPD kien favur li l-prinċipju ta' disponibbiltà għandu jiġi implimentat permezz ta' approċċ aktar kawt u gradwali. F'tali approċċ it-tipi ta' data skambjata skond il-prinċipju ta' disponibbiltà għandhom ikunu limitati u għandu jitħalla aċċess indirett biss, permezz ta' data ta' l-indiċi (20). Tali approċċ gradwali jippermetti lill-partijiet interessati jissorveljaw l-effikaċja ta' l-iskambju ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi, kif ukoll il-konsegwenzi għall-protezzjoni tad-data personali taċ-ċittadin.

26.

Dawn l-osservazzjonijiet jibqgħu validi fis-sitwazzjoni preżenti. Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-inizjattiva preżenti tieħu dan l-approċċ aktar kawt u gradwali bħala mezz implimentattiv tal-prinċipju ta' disponibbiltà.

27.

L-Artikolu 5 u l-Artikolu 10 ta' l-inizjattiva jistgħu jitqiesu bħala indikazzjoni ta' dan l-approċċ. Huma jittrattaw dwar il-forniment ta' aktar data personali (u informazzjoni oħra) wara li jkun sar taqbil bejn il-profili tad-DNA, rispettivament il-marki tas-swaba'. Iż-żewġ każijiet għandhom ikunu regolati mid-dritt nazzjonali ta' l-Istat Membru rikjest, inklużi r-regoli ta' assistenza legali. L-effett legali ta' dawn iż-żewġ artikoli huwa limitat. Huma regola ta' konflitt tal-liġi (ta' natura dikjaratorja; li ma jbiddlux is-sitwazzjoni preżenti), iżda ma jimplimentawx il-prinċipju ta' disponibbiltà (21).

V   Ħtieġa u Proporzjonalità

28.

Skambju effettiv ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi hija kwistjoni ewlenija fil-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura. Huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni li informazzjoni tkun disponibbli min-naħa għall-oħra tal-konfini nazzjonali. Jinħtieġ qafas legali xieraq biex jiġi faċilitat l-iskambju.

29.

Hija kwistjoni differenti biex jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet ta' l-inizjattiva preżenti humiex ġustifikati mill-ħtieġa li jiġu miġġielda t-terroriżmu u l-kriminalità trans-konfini jew, fi kliem ieħor, jekk dawn humiex meħtieġa u proporzjonati.

30.

L-ewwelnett, fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea, ġew adottati għadd ta' miżuri sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi. F'xi każijiet, dawn il-miżuri jinkludu l-istabbiliment ta' organizzazzjoni ċentralizzata, bħall-Europol jew l-Eurojust, jew sistema ta' informazzjoni ċentralizzata, bħas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen. Miżuri oħrajn jittrattaw dwar l-iskambju dirett bejn l-Istati Membri, bħall-inizjattiva preżenti. Reċentement, id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI ġiet adottata bħala strument li għandu l-għan li jissimplifika l-iskambju ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi.

31.

In ġenerali, strumenti legali ġodda dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura għandhom jiġu adottati biss wara evalwazzjoni tal-miżuri leġislattivi diġà eżistenti, li jwasslu għall-konklużjoni li dawk il-miżuri eżistenti m'humiex biżżejjed. Il-premessi ta' l-inizjattiva preżenti ma jagħtux prova ta' evalwazzjoni sħiħa tal-miżuri eżistenti. Huma jsemmu d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI u jindikaw li għandu jsir użu sħiħ ta' teknoloġija ġdida u li l-aċċess reċiproku għal bażijiet tad-data nazzjonali għandu jiġi ffaċilitat. Informazzjoni preċiża għandha tiġi skambjata rapidament u b'mod effiċjenti. Dan huwa kollox. Per eżempju m'hemm l-ebda referenza għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, li huwa strument essenzjali għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri.

32.

Il-KEPD jiddispjaċih mill-fatt li l-inizjattiva preżenti qed tinħareġ mingħajr evalwazzjoni xierqa tal-miżuri eżistenti dwar l-iskambju ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi u jsejjaħ lill-Kunsill biex jinkludi tali evalwazzjoni fil-proċedura ta' l-adozzjoni.

33.

It-tieni nett, kif intqal qabel il-Konvenzjoni ta' Prüm ġiet stabbilita bħala 'laboratorju' għall-iskambju trans-konfini ta' informazzjoni, b'mod partikolari d-DNA u l-marki tas-swaba'. Hija ppermettiet lill-Istati Membri kkonċernati li jesperimentaw b'dan l-iskambju. Fid-data tal-ħruġ ta' l-inizjattiva ppreżentata għal Deċiżjoni tal-Kunsill l-esperimenti ma ddaħħlux effetivament fil-prattika fuq skala usa', ħlief għall-ewwel skambju bejn il-Ġermanja u l-Awstrija (22).

34.

Il-KEPD mhux konvint li l-ewwel riżultati ta' dan l-iskambju limitat — għal perijodu qasir u b'żewġ Stati Membri biss involuti, ikun kemm ikunu interessanti — jistgħu jintużaw bħala li jagħtu bażi empirika biżżejjed biex jagħmlu s-sistema applikabbli għall-Istati Membri kollha.

35.

Jagħmel differenza fl-iskala jekk wieħed jistabbilixxix sistema ta' skambju ta' informazzjoni bejn ftit Stati Membri, li diġà għandhom esperjenza b'bażijiet tad-data tad-DNA, jew jekk wieħed jistabbilixxix sistema madwar l-UE kollha, inklużi Stati Membri li m'għandhom l-ebda esperjenza. Barra minn dan, l-iskala żgħira tippermetti kuntatti mill-qrib bejn l-Istati Membri involuti; dawk il-kuntatti jistgħu jintużaw ukoll biex jissorveljaw ir-riskji għall-protezzjoni tad-data personali tal-persuni kkonċernati. Barra minn hekk, l-iskala żgħira tista' tiġi ssorveljata ħafna aktar faċilment. Għalhekk, ukoll jekk il-Konvenzjoni ta' Prüm infisha kellha tkun meħtieġa u proporzjonata, dan waħdu ma jfissirx li l-inizjattiva preżenti għandha tiġi evalwata fl-istess sens.

36.

It-tielet nett, kif ser jintwera aktar tard f'din l-opinjoni, hemm differenzi kbar fil-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri, relatati mal-ġbir u l-użu ta' data bijometrika għall-finijiet ta' l-infurzar tal-liġi. Ukoll, il-prattiki nazzjonali m'humiex armonizzati. F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat ukoll li għadu ma ġiex adottat qafas legali armonizzat għall-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru.

37.

L-inizjattiva ma tarmonizzax l-elementi essenzjali tal-ġbir u l-iskambju tat-tipijiet differenti ta' data inklużi fl-inizjattiva. Per eżempju, l-inizjattiva m'hijiex preċiża dwar l-għanijiet tal-ġbir u l-iskambju. Id-dispożizzjonijiet dwar il-profili tad-DNA japplikaw għar-reati kollha jew jista' Stat Membru jillimita l-applikazzjoni tagħhom għal kriminalità aktar serja? L-inizjattiva lanqas ma hi ċara dwar iċ-ċirku ta' suġġetti tad-data milquta mill-ġbir u l-iskambju. Il-bażijiet tad-data fihom biss materjal (bijometriku) ta' persuni ssuspettati u/jew ikkundannati, jew ukoll materjal ta' suġġetti oħrajn tad-data, bħal xhieda jew persuni oħrajn li nzertaw fl-inħawi ta' reat? Skond il-KEPD, kienet tkun preferibbli armonizzazzjoni minima ta' dawn l-elementi essenzjali, ukoll biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji ta' ħtieġa u proporzjonalità.

38.

Il-KEPD kkonkluda kif ġej. Hemm indikazzjonijiet ċari li l-inizjattiva preżenti x'aktarx tkun strument utli għall-kooperazzjoni tal-pulizija. Din l-indikazzjoni terġa' hija aktar b'saħħitha fid-dawl ta' l-ewwel esperjenzi bit-Trattat ta' Prüm fil-Ġermanja u l-Awstrija. Madankollu, m'huwiex faċli li jsir eżami tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' l-inizjattiva preżenti. Il-KEPD jiddispjaċih mill-fatt li l-inizjattiva preżenti qed tittieħed mingħajr valutazzjoni xierqa ta' l-impatt b'kont meħud ta' l-osservazzjonijiet li saru f'din il-parti ta' l-opinjoni. Huwa jsejjaħ lill-Kunsill biex jinkludi tali valutazzjoni fil-proċedura ta' l-adozzjoni u biex jeżamina bħala parti minn din il-valutazzjoni għażliet oħrajn — possibbilment b'anqas intrużjoni fuq il-privatezza — tal-politika (23).

39.

Il-KEPD jipproponi ugwalment li jinkludi klawżola ta' evalwazzjoni fil-Kapitolu 7 ta' l-inizjattiva ('Dispożizzjonijiet implimentattivi u finali'). Tali klawżola ta' evalwazzjoni tista' taqra kif ġej: “Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill bil-ħsieb li jiġi determinat jekk hux meħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill, mhux aktar tard minn tliet snin wara li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tkun daħħlet f'effett”.

40.

Tali klawżola ta' evalwazzjoni hija strument utli b'mod speċjali fil-kuntest preżenti fejn il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' l-inizjattiva preżenti (għad) m'humiex stabbiliti b'mod ċar u fejn tiġi introdotta sistema għall-iskambju ta' informazzjoni madwar l-UE kollha, ibbażata fuq esperjenzi limitati.

VI   Tipijiet differenti ta' data: Profili tad-DNA, marki tas-swaba' u data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi

Osservazzjonijiet ġenerali

41.

Il-Kapitolu 2, aċċess on-line u talbiet ta' segwitu, jiddistingwi tliet tipi ta' data: Profili tad-DNA, marki tas-swaba' u data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi. Din id-distinzjoni twassal għal żewġ osservazzjonijiet ġenerali.

42.

Fl-ewwel post, għandu jiġi nnotat li d-data kollha pproċessata fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, ħlief id-data maħsuba fl-Artikolu 13 (24), hija data personali fis-sens tad-Direttiva 95/46/KE (25) u ta' strumenti oħrajn tad-dritt komunitarju. Skond l-Artikolu 2 (a) tad-Direttiva 'data personali' għandha tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli; persuna identifikabbli hija waħda li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni jew għal fattur wieħed jew iżjed speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha. Il-proposta għad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjajra u bejn il-pulizija f'materji kriminali, li — la darba adottata — tkun applikabbli għall-iskambju ta' informazzjoni taħt l-inizjattiva preżenti, tuża l-istess definizzjoni. Il-KEPD jiddispjaċih mill-fatt li l-inizjattiva ma tagħtix definizzjoni ta' data personali u jissuġġerixxi, għal raġunijiet ta' ċarezza legali, li tiġi inkluża tali definizzjoni fl-Artikolu 24.

43.

Fi kwalunkwe każ, skond id-definizzjoni msemmija fil-punt preċedenti, huwa mingħajr dubju li wkoll il-bażijiet tad-data li fihom biss profili tad-DNA u data ta' referenza mill-fajls ta' l-analiżi tad-DNA u minn sistemi għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' huma kompletament jew prinċipalment ikkunsidrati bħala ġabriet bid-data personali.

44.

Fit-tieni post, l-għan ta' l-iskambju ta' data huwa differenti għat-tliet tipi ta' data personali: profili tad-DNA, marki tas-swaba' u data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi. Fir-rigward tad-DNA, l-Istati Membri għandhom jiftħu u jżommu fajls nazzjonali ta' l-analiżi tad-DNA għall-investigazzjoni ta' reati kriminali (Artikolu 2 (1)), fir-rigward tal-marki tas-swaba' huma għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tad-data ta' referenza mill-fajl għas-sistemi awtomatizzati nazzjonali għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' stabbiliti għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali (Artikolu 8) u fil-każ tad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi, l-iskambju jinkludi mhux biss il-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali, iżda wkoll ċerti reati — mhux kriminali — oħra, kif ukoll l-għan taż-żamma ta' l-ordni pubbliku u s-sigurtà (Artikolu 12 (1)).

45.

Ugwalment, l-iskambju ta' u l-aċċess għal data dwar id-DNA u l-marki tas-swaba' hija soġġetta għal garanziji aktar stretti mill-iskambju ta' u l-aċċess għal data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi. Fir-rigward tad-data dwar id-DNA u l-marki tas-swaba', l-aċċess huwa inizjalment limitat għal data ta' referenza li minnha s-suġġett tad-data ma jistax jiġi identifikat direttament. L-inizjattiva tiddikjara l-prinċipju tas-separazzjoni f'żewġ bażijiet tad-data differenti bejn id-data bijometrika min-naħa waħda u d-data ta' identifikazzjoni testwali min-naħa l-oħra. L-aċċess għat-tieni bażi tad-data huwa possibbli biss jekk seħħ“riżultat pożittiv” fl-ewwel waħda. Tali separazzjoni bejn il-bażijiet tad-data ma teżistix għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi, fejn huwa provdut aċċess awtomatiku u dirett, u mhix meħtieġa bażi tad-data doppja.

46.

Il-KEPD jappoġġa din il-gradazzjoni u jikkunsidraha bħala strument utli għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data: aktar ma tkun sensittiva d-data, aktar ikunu limitati l-finijiet li għalihom tista' tintuża u aktar ikun limitat l-aċċess. Fil-każ speċifiku tad-DNA, potenzjalment l-aktar sensittiva mid-data personali koperta mill-inizjattiva, id-data tista' tiġi skambjata biss għal raġunijiet ta' prosekuzzjoni kriminali u mhux għal kontroll preventiv mill-pulizija. Barra minn dan, il-profili jistgħu jittieħdu biss mill-parti non-kodifikanti tad-DNA.

Osservazzjonijiet speċifiċi dwar id-data tad-DNA

47.

Fir-rigward tad-data tad-DNA, tista' ssir referenza għall-opinjonijiet preċedenti tal-KEPD (26). Huwa essenzjali li l-kunċett tad-data tad-DNA jiġi definit b'mod ċar u li ssir differenza bejn il-profili tad-DNA u d-data tad-DNA li tista' tipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi ġenetiċi u/jew l-istatus tas-saħħa ta' persuna. Għandu jittieħed kont ukoll tal-progress fix-xjenza: dak li huwa kkunsidrat bħala profil innoċenti tad-DNA f'ċertu żmien partikolari, jista' fi stadju aktar tard jiżvela ħafna aktar informazzjoni milli mistenni u meħtieġ.

48.

L-inizjattiva tillimita d-disponibbiltà għal profili tad-DNA stabbiliti mill-parti non-kodifikanti tad-DNA. Madankollu, definizzjonijiet preċiżi tal-profili tad-DNA, kif ukoll ta' proċedura biex tistabbilixxi tali definizzjonijiet komuni, skond l-aħħar avvanzi fix-xjenza, huma neqsin fit-test ta' l-inizjattiva. Il-ftehim implimentattiv tat-Trattat ta' Prüm (27) jiddefinixxi l-parti non-kodifikanti tad-DNA kif ġej: żoni fil-kromosomi li ma fihom l-ebda espressjoni ġenetika, jiġifieri li m'humiex magħrufa li jipprovdu informazzjoni dwar il-karatteristiċi ereditarji speċifiċi. Il-KEPD jissuġġerixxi li tiġi inkluża definizzjoni tal-parti non-kodifikanti fl-inizjattiva nfisha, kif ukoll li tiġi prevista proċedura li tiżgura li tassew — kemm issa kif ukoll 'il quddiem — l-ebda informazzjoni oħra ma tkun tista' tiġi żvelata mill-parti non-kodifikanti.

49.

L-inizjattiva sserraħ fuq il-presuppożizzjoni li t-tqabbil tal-profili tad-DNA huwa l-istrument ewlieni fil-kooperazzjoni tal-pulizija. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri kollha għandhom jistabbilixxu bażijiet tad-data tad-DNA għall-finijiet ta' ġustizzja kriminali. B'kont meħud ta' l-ispiża ta' dawn il-bażijiet tad-data u r-riskji mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data, tinħtieġ valutazzjoni ex ante bir-reqqa ta' l-effikaċja ta' dan l-istrument. L-esperjenza limitata fl-iskambju tad-data tad-DNA bejn il-Ġermanja u l-Awstrija mhix biżżejjed.

50.

Il-KEPD jinnota f'din il-perspettiva li l-inizjattiva tobbliga lill-Istati Membri kollha jistabbilixxu fajls nazzjonali ta' l-analiżi tad-DNA. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li diversi Stati Membri diġà għandhom bażijiet tad-data nazzjonali tad-DNA stabbiliti sew, filwaqt li Stati Membri oħrajn għandhom inqas jew l-ebda esperjenza f'dan il-qasam. L-aktar bażi tad-data żviluppata fl-Ewropa (u fid-dinja) hija l-bażi tad-data fir-Renju Unit. Din tammonta għal aktar minn 3 miljun entrata, li jagħmilha l-aktar ġabra estensiva ta' profili tad-DNA. Il-bażi tad-data testendi għal dawk il-persuni li ġew ikkundannati għal reati, kif ukoll għal dawk li ġew arrestati u għal dawk li volontarjament taw kampjuni għall-finijiet ta' eliminazzjoni (28). Is-sitwazzjoni hija differenti f'pajjiżi oħrajn. Per eżempju, fil-Ġermanja jinżammu profili biss għal dawk li ġew ikkundanati għal reati serji. Wieħed jista' jassumi wkoll li fil-Ġermanja il-ġbir ta' DNA għal finijiet usa' ma jkunx kompattibbli mal-każistika tal-Qorti Kostituzzjonali (29).

51.

Il-KEPD jiddispjaċih mill-fatt li l-inizjattiva ma tispeċifikax il-kategoriji ta' persuni li ser jiġu inklużi fil-bażijiet tad-data tad-DNA. Tali speċifikazzjoni mhux biss tarmonizza d-dispożizzjonijiet nazzjonali f'dan il-qasam — li tista' tikkontribwixxi għall-effikaċja tal-kooperazzjoni trans-konfini — iżda tista' wkoll ittejjeb il-proporzjonalità tal-ġbir u l-iskambju ta' din id-data personali, dment li l-kategoriji ta' persuni tkun limitata.

52.

Kwistjoni relatata li titħalla għad-dritt nazzjonali ta' l-Istati Membri hija l-perijodu ta' żamma tad-data fil-fajls ta' l-analiżi tad-DNA. Id-dritt nazzjonali jista' jipprevedi li l-profili li jinħolqu f'dawk il-fajls jinżammu għal kemm idum ħaj is-suġġett tad-data, ikun x'ikun l-eżitu ta' proċedura ġudizzjarja, filwaqt li jista' jipprevedi wkoll li l-profili jinżammu, dment li l-persuna ma tkunx ġiet akkużata u għalhekk ma tkunx ġiet ikkundannata minn qorti, jew li l-ħtieġa għall-ħżin kontinwat tiġi riveduta fuq bażi regolari (30).

53.

Finalment, il-KEPD jindika l-Artikolu 7, dwar il-ġbir ta' materji ċellulari u l-forniment ta' profili tad-DNA. Mhix prevista dispożizzjoni simili għall-marki tas-swaba'. Id-dispożizzjoni tobbliga lil Stat Membru, fuq talba ta' Stat Membru ieħor u fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin, li jiġbor u jeżamina materjal ċellulari ta' individwu u sussegwentement iforni l-profil tad-DNA lil dak l-Istat Membru l-ieħor, taħt kondizzjonijiet. Dan l-artikolu jidħol fil-fond mhux ħażin. Huwa jobbliga lil Stat Membru biex jiġbor (u jeżamina) b'mod attiv il-materjal bijometriku ta' individwu, dment li tali ġbir u eżami jkunu permessi fl-Istat Membru rikjedenti (il-kondizzjoni b).

54.

Id-dispożizzjoni mhux biss tidħol fil-fond, iżda hija wkoll mhux determinata. Fuq in-naħa waħda m'hemmx limitu għal reati aktar serji u lanqas għal persuni ssuspettati minn reat, fuq in-naħa l-oħra l-ħtiġiet tal-liġi ta' l-Istat Membru rikjest għandhom ikunu ssodisfati (il-kondizzjoni ċ) mingħajr indikazzjoni rigward x'jittrattaw dawn il-ħtiġiet. Skond il-KEPD, teħtieġ aktar kjarifika ta' dan l-artikolu, preferibbilment billi jiġi speċifikat it-test ta' l-artikolu. Fi kwalunkwe każ, il-prinċipju ta' proporzjonalità jeħtieġ interpretazzjoni aktar limitata ta' dan l-artikolu.

VII   Il-qafas tal-protezzjoni tad-data

55.

Din il-parti ta' l-opinjoni ser tiddiskuti l-kwistjonijiet li ġejjin, relatati mal-protezzjoni tad-data:

Il-ħtieġa għal qafas ġenerali għall-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru.

Indikazzjonijiet għaliex huwa meħtieġ il-qafas ġenerali, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-kapitolu 6 ta' l-inizjattiva.

Eżami qasir tal-kapitolu 6 nnifsu.

56.

Bħala punt preliminari, il-KEPD jinnota li l-Artikolu 1 ta' l-inizjattiva li jiddeskrivi l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni ma fihx referenza għall-Kapitolu 6, għalkemm id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill fihom kapitolu dwar il-protezzjoni tad-data. Il-KEPD għalhekk jirrakkomanda li tiżdied tali referenza għat-test.

Il-ħtieġa għal qafas ġenerali

57.

Kif intqal f'diversi okkażjonijiet oħra (31), huwa essenzjali għall-KEPD li strumenti legali speċifiċi li jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni għall-infurzar tal-liġi — bħall-inizjattiva preżenti għal Deċiżjoni tal-Kunsill — ma jkunux adottati qabel l-adozzjoni mill-Kunsill ta' qafas dwar il-protezzjoni tad-data, li jiggarantixxi livel xieraq ta' protezzjoni tad-data f'konformità mal-konklużjonijiet tal-KEPD fiż-żewġ opinjonijiet tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru (32).

58.

Qafas legali għall-protezzjoni tad-data huwa condicio sine qua non għall-iskambju ta' data personali mill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi, kif inhu meħtieġ mill-Artikolu 30 (1) (b) tat-Trattat UE, u rikonoxxut f'diversi dokumenti ta' politika ta' l-UE. Madankollu, fil-prattika leġislazzjoni li tiffaċilita l-iskambju ta' data tiġi adottata qabel ma jkun garantit livell adegwat ta' protezzjoni tad-data. Din l-ordni għandha tinqaleb.

59.

Li tinqaleb l-ordni huwa importanti wkoll għaliex ir-regoli aktar dettaljati dwar il-protezzjoni tad-data fl-inizjattiva preżenti tista' tkun f'konflitt mad-deċiżjoni kwadru komuni futura għall-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru li għadha qed tiġi diskussa. Ukoll m'huwiex effiċjenti li tinbeda l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data ta' din l-inizjattiva — li tinkludi l-adozzjoni ta' standards għall-protezzjoni tad-data u proċeduri amministrattivi, kif ukoll il-ħatra ta' l-awtoritajiet kompetenti — qabel l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Kwadru dwar il-protezzjoni tad-data li jista' jkun fiha ħtiġiet differenti u tkun għalhekk teħtieġ bidliet tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu għadhom kemm ġew adottati.

60.

L-Artikolu 25 (1) ta' l-inizjattiva preżenti issa jirreferi għall-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001 u r-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 dwar l-użu ta' data personali fis-settur tal-pulizija. Dawk l-istrumenti adottati mill-Kunsill ta' l-Ewropa għandhom jipprovdu għal livell minimu ta' protezzjoni tad-data personali. Madankollu, kif stqarr il-KEPD qabel (33), il-Konvenzjoni li biha huma marbutin l-Istati Membri kollha ma tipprovdix għall-preċiżjoni meħtieġa kif kien diġà ġie rikonoxxut fil-mument ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 95/46/KE. Ir-Rakkomandazzjoni fin-natura tagħha m'hijiex vinkolanti.

Indikazzjonijiet tal-ħtieġa għal qafas ġenerali, minkejja il-Kapitolu 6

61.

L-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta' l-inizjattiva huma maħsuba biex jibnu fuq qafas ġenerali għall-protezzjoni tad-data (ara l-Artikolu 25 ta' l-inizjattiva). Id-dispożizzjonijiet għandhom jitqiesu bħala lex specialis applikabbli għad-data fornuta skond din id-Deċiżjoni tal-Kunsill. Sfortunatament, il-qafas ġenerali preżenti tal-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa u dokumenti relatati m'huwiex sodisfaċenti. Madankollu, l-intenzjoni fiha nfisha turi li jinħtieġ qafas ġenerali xieraq stabbilit f'Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill. Iżda din mhix l-unika indikazzjoni tal-ħtieġa għal tali qafas.

62.

It-tieni punt, l-iniżjattiva tkopri biss parti mill-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet ta' l-infurzar tal-liġi u ta' l-iskambju ta' tali data bejn l-Istati Membri. Il-Kapitolu 6 ta' l-inizjattiva hija fin-natura tagħha limitata għall-ipproċessar relatat ma' l-iskambju ta' informazzjoni previst mill-inizjattiva. Kull skambju ieħor ta' informazzjoni oħra mill-pulizija u dik ġudizzjajra fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-inizjattiva, notevolment informazzjoni li mhix relatata ma' profili tad-DNA, marki tas-swaba' u data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi, hija b'hekk eskluża. Eżempju ieħor tal-kopertura parzjali tal-Kapitolu 6 ta' l-inizjattiva huwa relatat ma' l-aċċess għall-finijiet ta' l-infurzar tal-liġi għal data miġbura minn kumpanniji privati, peress li l-inizjattiva timmira lejn l-iskambju ta' informazzjoni bejn aġenziji responsabbli għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali (l-Artikolu 1 ta' l-inizjattiva).

63.

It-tielet punt, rigward il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6, it-test ta' l-inizjattiva huwa ambigwu u għalhekk nieqes minn ċarezza legali. Skond l-Artikolu 24 (2) ta' l-inizjattiva, dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għal data li hija jew li ġiet fornuta skond din id-Deċiżjoni tal-Kunsill. Skond il-KEPD, din il-formulazzjoni tiżgura li l-aċċess dirett għall-profili tad-DNA, il-marki tas-swaba' u d-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi huwa kopert, kif ukoll is-sitwazzjoni speċifika taħt l-Artikolu 7 ta' l-inizjattiva (34). Barra minn hekk, huwa mingħajr dubju li l-forniment ta' data personali taħt l-Artikolu 14 (avvenimenti prinċipali) u l-Artikolu 16 (għall-prevenzjoni ta' reati terroristiċi) huwa kopert ukoll.

64.

Madankollu, m'huwiex ċar jekk il-Kapitolu 6 japplikax biss għal data personali li hija jew li ġiet skambjata bejn l-Istati Membri jew jekk dan japplikax ukoll għall-ġbir u l-ipproċessar ta' materjal tad-DNA u marki tas-swaba' fi Stat Membru skond l-Artikoli 2 u 8 ta' l-inizjattiva. Fi kliem ieħor, il-Kapitolu 6 japplika għal data personali li nġabret skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill, iżda (għadha) ma ġietx fornuta lill-awtoritajiet fi Stati Membri oħrajn? Barra minn dan m'huwiex ċar jekk il-forniment ta' aktar data personali wara li jkun sar taqbil bejn il-profili tad-DNA jew il-marki tas-swaba' huwiex kopert peress li min-naħa waħda l-Premessa 11 timplika li l-forniment ta' aktar informazzjoni (permezz ta' proċeduri ta' assistenza reċiproka) jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, waqt li min-naħa l-oħra l-Artikoli 5 u 10 jenfasizzaw li tali forniment huwa rregolat mid-dritt nazzjonali. Finalment, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 24 (2) fih eċċezzjoni għall-applikabbiltà tal-Kapitolu 6. Id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw 'ħlief fejn previst mod ieħor fil-Kapitoli preċedenti'. Skond il-KEPD, din il-kondizzjoni hija mingħajr valur sostanzjali — il-KEPD ma nnotax xi dispożizzjonijiet kontradittorji fil-kapitoli preċedenti -. iżda l-kondizzjoni tista' madankollu żżid l-ambigwità tat-test fir-rigward ta' l-applikabbiltà tal-Kapitolu 6.

65.

Il-KEPD jirrakomanda li l-Artikolu 24 (2) jispeċifika li l-Kapitolu 6 japplika għall-ġbir u l-ipproċessar ta' materjal tad-DNA u marki tas-swaba' fi Stat Membru u li l-forniment ta' aktar data personali hija koperta wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni. Barra minn dan, il-kondizzjoni 'ħlief fejn previst mod ieħor fil-Kapitoli preċedenti' għandha titħassar. Dawk il-kjarifiki jiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 għandhom konsegwenzi sostanzjali.

66.

Ir-raba' punt, in-natura tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data fil-Kapitolu 6 nfushom, safejn dawn jibnu fuq il-kunċett tradizzjonali ta' assistenza legali reċiproka f'materji kriminali, huma indikazzjoni tal-ħtieġa għal qafas ġenerali. Il-kondiviżjoni ta' informazzjoni tippresupponi armonizzazzjoni minima tar-regoli bażiċi dwar il-protezzjoni tad-data jew mill-inqas ir-rikonoxximent reċiproku tad-dritt nazzjonali, sabiex jiġi evitat li l-effikaċja tal-kooperazzjoni ssofri ħsara bid-differenzi bejn il-liġijiet ta' l-Istati Membri.

67.

Għalkemm l-inizjattiva tipprovdi għall-armonizzazzjoni dwar xi kwistjonijiet importanti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, dwar kwistjonijiet importanti oħra, id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data fil-Kapitolu 6 ma jarmonizzawx id-dritt nazzjonali u lanqas ma jippreskrivu rikonoxximent reċiproku. Minflok, huma jibnu fuq l-applikabbiltà simultanja ta' żewġ sistemi legali (jew aktar): il-foriment tad-data huwa spiss permess biss jekk ikunu osservati l-liġijiet ta' kemm l-Istat Membru fornitur kif ukoll ta' l-Istat Membru riċevitur. Fi kliem ieħor, dwar dawk il-kwistjonijiet l-inizjattiva ma tikkontribwixxix għal żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, iżda dawn jagħtu sustanza lis-sistema tradizzjonali ta' assistenza legali reċiproka f'materji kriminali, ibbażata fuq is-sovranità nazzjonali (35).

68.

Skond il-KEPD, din in-natura tal-Kapitolu 6 ma tiffaċilitax l-iskambju ta' data personali iżda żżid il-kumplessità, b'kont meħud li l-inizjattiva timmira li tagħmel is-sistema tat-Trattat ta' Prüm applikabbli għas-27 Stat Membru kollha u peress li ma ġiex adottat qafas komuni ġenerali għall-protezzjoni tad-data. Per eżempju, l-Artikolu 26 (1) jippermetti l-ipproċessar għal finijiet oħra biss jekk dan huwa permess taħt id-dritt nazzjonali kemm ta' l-Istat Membru fornitur kif ukoll ta' dak riċevitur. Eżempju ieħor huwa l-Artikolu 28 (3) li jiddikjara li data personali li ma kellhiex tiġi fornuta (jew riċevuta) għandha tiġi mħassra. Iżda kif ikun jaf l-Istat Membru riċevitur li din id-data ma kinitx ġiet fornuta legalment skond il-liġi ta' l-Istat Membru fornitur? Dan jista' jwassal għal mistoqsijiet diffiċli meta dawn il-kwistjonijiet jitqajmu f'kawżi quddiem il-qrati nazzjonali.

69.

Il-ħames punt, dan il-qafas komuni għall-protezzjoni tad-data huwa ferm aktar importanti peress li hemm differenzi kbar bejn il-liġijiet ta' l-Istati Membri, kemm fil-liġi kriminali sostantiva kif ukoll fil-liġi dwar il-proċedura ġudizzjarja f'materji kriminali. Apparti mill-konsegwenzi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, dawn id-differenzi jaffettwaw ukoll direttament lis-suġġetti tad-data f'każijiet fejn data dwarhom tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar. Per eżempju, il-mezz effettiv tagħhom għal rimedja quddiem il-qorti jista' ma jkunx l-istess fl-Istati Membri kollha.

70.

B'konklużjoni, il-proposta tarmonizza xi elementi ta' l-iskambju ta' data bejn l-awtoritajiet kompetenti u għal din ir-raġuni tinkludi kapitolu dwar il-protezzjoni tad-data, iżda hija 'l bogħod milli tarmonizza il-garanziji kollha dwar il-protezzjoni tad-data. Id-dispożizzjonijiet la huma komprensivi (bħala qafas ġenerali, lex generalis, għandu jkun hekk) u lanqas kompleti (peress li elementi importanti huma neqsin, kif ser jintwera fil-punt 75).

71.

Huwa ovvju li barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' l-inizjattiva, jinħtieġ qafas komuni ġenerali għall-protezzjoni tad-data. Iċ-ċittadin huwa intitolat iserraħ fuq livell armonizzat minimu ta' protezzjoni tad-data, irrelevanti fejn fl-Unjoni Ewropea tkun qed tiġi pproċessata data li tikkonċernah għall-finijiet ta' l-infurzar tal-liġi.

72.

Iżda tali qafas komuni huwa meħtieġ ukoll, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-inizjattiva. L-iniżjattiva tittratta inter alia dwar il-ġbir, l-ipproċessar u l-iskambju ta' data bijometrika potenzjalment sensittiva bħal materjal tad-DNA. Barra minn dan, iċ-ċirkolu ta' suġġetti tad-data li jista' jiġi inkluż f'din is-sistema mhix limitata għal data ta' persuni ssuspettati (jew ikkundannati) minn reati speċifiċi. Taħt dawk iċ-ċirkostanzi, wieħed għandu jserraħ ferm aktar fuq sistema ċara u adegwata ta' protezzjoni tad-data.

73.

F'dan il-kuntest, għandu jiġi mtenni li l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-inizjattiva u tal-Kapitolu 6 tagħha m'huwiex definit b'mod ċar. Dan jagħmilha importanti għal raġunijiet ta' sigurtà legali li d-data personali hija protetta sew, irrispettivament mill-mistoqsija dwar jekk u f'liema sitwazzjonijiet din taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni. Għall-istess raġunijiet, il-konsistenza bejn il-liġijiet applikabbli fil-kamp ta applikazzjoni ta' l-inizjattiva u barra minnu għandha tiġi ggarantita.

Id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 6

74.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data fil-Kapitolu 6 ta' l-inizjattiva preżenti japplikaw għal data li hi jew li ġiet fornuta skond din id-deċiżjoni. Huma jittrattaw dwar numru ta' kwistjonijiet importanti u ġew abbozzati b'attenzjoni, bħala dispożizzjonijiet speċifiċi fuq qafas ġenerali għall-protezzjoni tad-data. Il-KEPD jikkonkludi li f'termini ġenerali d-dispożizzjonijiet joffru fis-sustanza protezzjoni xierqa.

75.

Madankollu, minbarra dak li ntqal qabel dwar in-natura tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6, il-KEPD identifika xi nuqqasijiet oħrajn fid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 (36):

L-Artikolu 30 dwar reġistrazzjoni huwa applikabbli biss għall-iskambju ta' data personali, mhux għall-aċċess għal dik id-data għall-finijiet ta' l-infurzar tal-liġi. Kien ikun aħjar li l-artikolu ġie abbozzat b'tali mod li jiżgura li l-attivitajiet kollha fir-rigward ta' dik id-data għandhom jiġu reġistrati.

L-Artikolu 31 jillimita d-dritt għal informazzjoni dwar is-suġġett tad-data għal dritt li tingħata informazzjoni fuq talba Din il-ħtieġa hija kuntrarju għal element essenzjali tal-protezzjoni tad-data, jiġifieri li l-kontrollur tad-data jipprovdi lil suġġett tad-data li minn għandu tinġabar data relatata miegħu stess b'xi informazzjoni bażika dwar dan il-ġbir, mingħajr ma jkun intalab biex jagħmel hekk minn dak is-suġġett tad-data (37). Tabilħaqq, is-suġġett tad-data f'ħafna każijiet ma jkunx jaf dwar il-ġbir tad-data tiegħu. Ovvjament l-eżerċizzju tad-dritt għall-informazzjoni tista' tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, kondizzjonijiet jew limitazzjonijiet, per eżempju għall-protezzjoni ta' l-interess ta' investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, iżda dak jista' ma jirriżultax f'li d-dritt innifsu jiġi mċaħħad mill-kontenut sostantiv tiegħu, billi bħala regola ġenerali tkun tinħtieġ li ssir talba mis-suġġett tad-data (38).

Il-Kapitolu 6 ma jipprevedix separazzjoni ta' data relatata ma' kategoriji differenti ta' nies (vittmi, persuni ssuspettati, nies oħra li d-data tagħhom hija inkluża f'bażi tad-data). Tali separazzjoni ta' kategoriji ta' nies skond il-grad tagħhom ta' involviment f'reat kienet inkluża fil-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru u hija ferm aktar importanti fil-kuntest ta' l-inizjattiva preżenti, peress li din tippermetti l-ipproċessar ta' — f'xi każijiet sensittivi — data personali ta' persuni li m'humiex direttament involuti f'reat.

Diġà sar kumment wieħed: definizzjoni ta' data personali hija nieqsa (39).

76.

Il-KEPD jirrakkomanda lill-Kunsill biex jittratta dawn in-nuqqassijiet, jew billi jemenda t-test ta' l-inizjattiva u/jew billi jinkludi dawn l-elementi f'Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru. Fil-fehma tal-KEPD, l-ewwel għażla ma twassalx neċessarjament għal modifika tas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni nfisha u ma tikkontradixxix l-intenzjoni tal-15-il Stat Membru li ħadu l-inizjattiva li ma jbiddlux il-partijiet essenzjali tat-Trattat ta' Prüm.

VIII   Konklużjonijiet

77.

Din l-opinjoni tieħu kont tan-natura unika ta' l-inizjattiva, aktar speċifikament il-fatt li m'humiex previsti emendi prinċipali fis-sustanza tad-dispożizzjonijiet. L-emendi li jipproponi l-KEPD jservu prinċipalment biex itejbu t-test mingħajr ma jimmodifikaw is-sistema ta' l-iskambju ta' informazzjoni nfisha.

78.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-inizjattiva preżenti tieħu approċċ aktar kawt u gradwali bħala mezz ta' implimentazzjoni tal-prinċipju ta' disponibbiltà. Madankollu, huwa jiddispjaċih mill-fatt li l-inizjattiva ma tarmonizzax elementi essenzjali tal-ġbir u l-iskambju ta' tipijiet differenti ta' data, ukoll biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji ta' ħtieġa u proporzjonalità.

79.

Il-KEPD jiddispjaċih mill-fatt li l-inizjattiva preżenti qed tittieħed mingħajr valutazzjoni xierqa ta' l-impatt u jsejjaħ lill-Kunsill biex jinkludi tali valutazzjoni fil-proċedura ta' l-adozzjoni u biex jeżamina bħala parti minn din il-valutazzjoni għażliet oħrajn — possibbilment b'anqas intrużjoni fuq il-privatezza — tal-politika

80.

Il-KEPD jappoġġa l-approċċ ta' l-inizjattiva relata ma' tipijiet differenti ta' data personali: aktar ma tkun sensittiva d-data, aktar ikunu limitati l-finijiet li għalihom tista' tintuża u aktar ikun limitat l-aċċess.

81.

Il-KEPD jiddispjaċih mill-fatt li l-inizjattiva ma tispeċifikax il-kategoriji ta' persuni li ser jiġu inklużi fil-bażijiet tad-data tad-DNA u li din ma tillimitax il-perijodu ta' żamma.

82.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill m'għandhiex tiġi adottata mill-Kunsill qabel l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjajra u bejn il-pulizija f'materji kriminali, li toffri livell xieraq ta' protezzjoni.

83.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data fil-Kapitolu 6 ma jiffaċilitawx l-iskambju ta' data personali iżda jżidu l-kumplessità ta' dan l-iskambju, safejn dawn jibnu fuq il-kunċett tradizzjonali ta' assistenza legali reċiproka f'materji kriminali.

84.

Il-KEPD jirrakkomanda l-emendi li ġejjin fit-test ta' l-inizjattiva:

l-inklużjoni fl-Artikolu 1 ta' referenza għall-Kapitolu 6 dwar il-protezzjoni tad-data.

l-inklużjoni ta' definizzjoni tal-parti non-kodifikanti tad-DNA, kif ukoll il-provvediment għal proċedura li tiżgura li — kemm issa kif ukoll 'il quddiem — l-ebda informazzjoni oħra ma tkun tista' tiġi żvelata mill-parti non-kodifikanti.

li jiġi speċifikat it-test ta' l-artikolu 7, b'kont meħud li l-prinċipju ta' proporzjonalità jeħtieġ interpretazzjoni aktar limitata ta' dan l-artikolu.

l-inklużjoni ta' definizzjoni ta' data personali fl-Artikolu 24.

li fl-Artikolu 24 (2) jiġi speċifikat li l-Kapitolu 6 japplika għall-ġbir u l-ipproċessar ta' materjal tad-DNA u marki tas-swaba' fi Stat Membru u li l-forniment ta' aktar data personali hija koperta wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni.

li fl-Artikolu 24 (2) titħassar il-kondizzjoni 'ħlief fejn previst mod ieħor fil-Kapitoli preċedenti'.

li l-Artikolu 30 dwar ir-reġistrazzjoni jiġi modifikat b'mod li jiżgura li l-attivitajiet kollha fir-rigward ta' dik id-data għandhom jiġu reġistrati.

li l-Artikolu 31 jiġi modifikat sabiex jiġi garantit id-dritt għal informazzjoni tas-suġġett tad-data, mingħajr ma tkun tinħtieġ li ssir talba.

li fil-Kapitolu 6 tiġi inkluża separazzjoni ta' data relatata ma' kategoriji differenti ta' nies (vittmi, persuni ssuspettati, nies oħra li d-data tagħhom hija inkluża f'bażi tad-data).

li tiżdied sentenza ma' l-Artikolu 34 ta' l-inizjattiva għal Deċiżjoni tal-Kunsill, li taqra kif ġej: “Il-Kunsill għandu jikkonsulta lill-KEPD qabel l-adozzjoni ta' tali miżura ta' implimentazzjoni.”.

l-inklużjoni ta' klawżola ta' evalwazzjoni fil-Kapitolu 7 ta' l-inizjattiva.

85.

B'mod aktar ġenerali, il-KEPD jirrakkomanda lill-Kunsill biex jittratta n-nuqqassijiet ta' l-inizjattiva, jew billi jemenda t-test ta' l-inizjattiva u/jew billi jinkludi dawn l-elementi f'Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru. Fil-fehma tal-KEPD, l-ewwel għażla (relatata ma' l-elementi msemmija fil-punt preċedenti) ma twassalx neċessarjament għal modifika tas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni nfisha u ma tikkontradixxix l-intenzjoni tal-15-il Stat Membru li ħadu l-inizjattiva li ma jbiddlux il-partijiet essenzjali tat-Trattat ta' Prüm.

86.

Finalment, il-possibbiltà preżenti għandha tissemma fil-preambolu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Magħmul fi Brussel, l-4 ta' April 2007.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  L-Istati Membri huma msemmija fit-titolu ta' din l-opinjoni. L-inizjattiva ġiet ippubblikata fit-28 ta' Marzu 2007 fil-ĠU C 71, p. 35.

(4)  Il-Kummissjoni hija obbligata, taħt l-Artikolu 28 (2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li tikkonsulta l-KEPD meta tadotta proposta leġislattiva relatata mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali. F'każ ta' inizjattiva ta' Stat Membru wieħed jew aktar dan l-obbligu ma japplikax; il-konsultazzjoni tal-KEPD minn dawn l-Istati Membri hija fakultattiva.

(5)  Skond il-prattika tal-Kummissjoni f'każijiet oħra (reċenti). Ara, aktar reċentament, l-Opinjoni tal-KEPD tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar proposti biex jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-Regoli Implimentattivi tiegħu (COM(2006) 213 finali u SEC(2006) 866 finali), ippubblikat fuq www.edps.europa.eu.

(6)  It-Trattat tas-27 ta' Mejju 2005 bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Grand Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar it-titjib fil-kooperazzjoni trans-konfini, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità trans-konfini u l-migrazzjoni illegali.

(7)  Ara l-point 15 hawn taħt.

(8)  Il-Programm ta' l-Aja għat-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, approvat mill-Kunsill Ewropew fil-5 ta' Novembru 2004.

(9)  COM(2005) 490 finali. Opinjoni tal-KEPD hija ppubblikata fil-ĠU [2006], C 116, p.8.

(10)  Din l-opinjoni ser tuża t-terminu aktar komuni 'marki tas-swaba' minflok 'data daktiloskopika', it-terminu wżat fl-inizjattiva.

(11)  Ara l-premessa 17 ta' l-inizjattiva.

(12)  Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, it-28 ta' Jannar 1981.

(13)  Ara aktar il-Par. VII ta' din l-opinjoni.

(14)  Barra mill-ewwel esperjenza fl-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Ġermanja u l-Awstrija, imsemmija taħt il-punt 33.

(15)  Fiż-żmien ta' Schengen, il-kooperazzjoni fil-Komunità Ekonomika Ewropea. It-Trattat ta' Prüm huwa spiss imsejjaħ ix-Schengen III.

(16)  Il-proposta (imsemmija fil-punt 3) ġiet adottata mill-Kummissjoni wara li t-Trattat ta' Prüm ġie adottat.

(17)  Dawn l-artikoli inter alia jeħtieġu l-involviment tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew u għandhom jiggarantixxu li l-kooperazzjoni msaħħa tintuża biss bħala l-aħħar mezz.

(18)  Dan il-ftehim jista' jinstab fid-dokument tal-Kunsill 5473/07 tat-22 ta' Jannar 2007.

Ara http://www.statewatch.org/news/2007/jan/prum-implementing-agreement.pdf.

(19)  ĠU L 386, p. 89. Din id-Deċiżjoni Kwadru hija adottata fuq inizjattiva Svediża.

(20)  Opinjoni tal-KEPD tat-28 ta' Frar 2006ĠU C 116, 17.5.2006, p. 8, punt 69.

(21)  Il-KEPD jilqa' l-approċċ gradwali in ġenerali (punt 26). Madankollu, kif ser jintwera fil-punt 37, f'dan il-każ speċifiku tkun preferibbli armonizzazzjoni minima ta' l-elementi essenzjali tal-ġbir u l-iskambju tat-tipi differenti ta' data.

(22)  Ir-riżultati tal-paragun awtomatizzat tal-profili tad-DNA fil-bażi tad-data tad-DNA tal-Ġermanja u l-Awstrija ġew ippreżentati lil-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-ĠAI fi Dresden (l-14 sas-16 ta' Jannar 2007) u huma ppubblikati fuq il-website tal-Presidenza Ġermaniża (www.bmi.bund.de). Bejn wieħed u ieħor dawn ikopru Novembru u Diċembru 2006. Ir-riżultati ta' dan l-ewwel skambju jsemmu numru impressjonanti ta' aktar minn 2000 riżultat pożittiv f'xahrejn, f'xi każijiet relatati b'mod ċar ma' kriminalità serja

(23)  “Valutazzjoni ta' impatt fuq il-privatezza”

(24)  U forsi wkoll il-profili tad-DNA mhux identifikati msemmija fl-Artikolu 2 (2) ta' l-inizjattiva.

(25)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, ĠU L 281, p. 31.

(26)  Ara per eżempju l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-prinċipju ta' disponibbiltà msemmija fin-nota 9 f'qiegħ il-paġna, il-punti 59-60

(27)  Ara n-nota 18 f'qiegħ il-paġna.

(28)  Ara l-evidenza ppreżentata mill-Kummissarju ta' l-Informazzjoni tar-Renju Unit lill-Kumitat Selettiv tal-House of Lords dwar l-Inkjesta fil-Konvenjoni ta' Prüm tas-Sotto Kumitat F (Affarijiet Interni) ta' l-Unjoni Ewropea (il-punt 10 ta' l-Evidenza). Finijiet ta' eliminazzjoni tfisser l-eliminazzjoni ta' persuni minn gruppi ta' persuni ssuspettati għal reati.

(29)  Ara, per eżempju, is-Sentenza ta' l-14 ta' Diċembru 2000, BvR 1741/99, li fiha l-użu ta' kampjuni ta' DNA għal reati inqas serji ma kienx ikkunsidrat kompatibbli mal-prinċipju ta' proporzjonalità.

(30)  Rigward din l-alternattiva, ara l-Artikolu 20 (1) tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL), (COM(2006) 817 finali) u l-Opinjoni tal-KEPD tas-16 ta' Frar 2007 (il-punt 26).

(31)  Ara aktar reċentement, l-Opinjoni tal-KEPD tas-16 ta' Frar 2007 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL).

(32)  L-Opinjonijiet tal-KEPD tad-19 ta' Diċembru 2005 (ĠU [2006] C 47, p. 27) u tad-29 ta' Novembru 2006, ippubblikati fuq il-website tal-KEPD.

(33)  Ara, per eżempju, l-(ewwel) opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru, il-punt 4.

(34)  Ara l-punt 53 ta' din l-opinjoni.

(35)  Ara wkoll il-Premessa 11 ta' l-inizjattiva li tistipula li l-Istati Membri 'jitolbu aktar informazzjoni permezz ta' proċeduri ta' assistenza reċiproka'.

(36)  Dan il-punt ma fihx lista limitattiva ta' nuqqasijiet; huwa jsemmi biss dawk l-aktar importanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data.

(37)  Ara per eżempju l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE (ir-referenza fin-nota 25 f'qiegħ il-paġna).

(38)  Il-KEPD jinnota li l-Artikolu 31 jirreferi għad-Direttiva 95/46/KE, filwaqt li fi strument tat-tielet pilastru kien ikun aktar loġiku li jkun hemm referenza għal strument legali applikabbli f'dan il-qasam, in casu l-Protokoll għall-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

(39)  Ara l-punt 42. hawn fuq.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/15


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4646 — AXA/Banca Monte dei Paschi di Siena/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 169/03)

Fis-16 ta'Lulju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4646. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/15


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4728 — Red & Black/Valentino Fashion Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 169/04)

Fis-17 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4728. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Parlament Ewropew

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/16


DEĊIŻJONI

(2007/C 169/05)

IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej stipulati mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM, KEFA) Nru 259/68, kif emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004, u b'mod partikulari l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau rigward il-ħatra ta' l-Awtorita' tal-Ħatra, kif emendata l-aħħar fis-26 ta' Ottubru 2004,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EUR/A/151,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Ġunju 2007,

IDDEĊIEDA

Artikolu Uniku

L-iskadenza tal-validita' tal-lista ta' riserva tal-kompetizzjoni ġenerali nru EUR/A/151 hija estiża sal-31 ta' Awwissu 2007.

Il-Lussemburgu, 9 ta' Lulju 2007

Is-Segretarju Ġenerali

Harald RØMER


Kummissjoni

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/17


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-20 ta' Lulju 2007

(2007/C 169/06)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3803

JPY

Yen Ġappuniż

168,46

DKK

Krona Daniża

7,4409

GBP

Lira Sterlina

0,6722

SEK

Krona Żvediża

9,1677

CHF

Frank Żvizzeru

1,662

ISK

Krona Iżlandiża

82,1

NOK

Krona Norveġiża

7,902

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

28,253

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

245,63

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6978

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7568

RON

Leu Rumen

3,1365

SKK

Krona Slovakka

33,136

TRY

Lira Turka

1,752

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5676

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4405

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7946

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7339

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0856

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 262,97

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,51

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,4544

HRK

Kuna Kroata

7,289

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 502,07

MYR

Ringgit Malażjan

4,7068

PHP

Peso Filippin

61,837

RUB

Rouble Russu

35,081

THB

Baht Tajlandiż

41,057


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/18


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 169/07)

Għajnuna Nru

XR 19/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Nordrhein-Westfalen

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Regionales Wirtschaftsförderungsprogramm NRW (RWP.NRW) Richtlinie für die Gewährung von Finanzierungshilfen zur Förderung der gewerblichen Wirtschaft einschließlich des Tourismusgewerbes vom 15.12.2006

Bażi legali

1.

36. Rahmenplan der Bund/Länder-Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur“

2.

Landeshaushaltsordnung NRW

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

24 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

15 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

NRW.BANK

Johanniterstraße 3

D-48145 Münster

Tel. (49-251) 91741-0

info-westfalen@nrwbank.de

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.wirtschaft.nrw.de/400/200/200/RWP_Endfassung.pdf

http://www.nrwbank.de/pdf/dt/RWP/12_06_RWP_Richtlinien_mit_Anlagen.pdf

Other information


Għajnuna Nru

XR 22/07

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

England, Wales

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Regional Investment Aid for Speculative and Bespoke developments

Bażi legali

England: Sections 126-128 of the Housing Grants, Construction and Regeneration Act 1996; the Regional Development Agencies Act 1998; the Greater London Authority Act 1999; the Leasehold Reform, Housing and Urban Development Act 1993; the Local Government, Planning and Land Act 1980; the Local Government Acts

Wales: Sections 126-128 of the Housing Grants, Construction and Regeneration Act 1996, the functions concerning being exercisable by the National Assembly for Wels by virtue of the National Assembly for Wales (Transfer of Functions) Order 1999; the Local Government Acts

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

70 miljun GBP

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

 

The Secretary of State

 

Regional Development Agencies

 

Government Offices

 

The Urban Regeneration Agency

 

The Urban Development Cooperations

 

Local Authorities in England and Wales

 

dti.enquires@dti.gsi.gov.uk

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.erdf.communities.gov.uk/Repository/WordDocuments/RegInvest2912

Other information


Għajnuna Nru

XR 32/07

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

87(3)(a), 87(3)(c)

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Investment incentives

Bażi legali

Act No. 72/2000 Coll., on Investment Incentives, as amended

Act No. 586/1992 Coll., on Income Taxes, as amended

Government Decree No. 310/2004, on the permissible level of state aid

Act No. 435/2004 Coll., on Employment, as amended

Government Decree No. 515/2004 Coll., on financial support for job creation and financial support for retraining or training within the framework of investment incentives, as amended

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

2,68 miljun CZK

Intensità massima ta' l-għajnuna

40 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2008

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Limitat għal setturi speċifiċi

D

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Tel. (420) 224 853 319

kavka@mpo.cz

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.mpo.cz/cz/podpora-podnikani/investovani/

Other information


Għajnuna Nru

XR 59/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Extremadura

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Incentivos Industriales Extremeños

Bażi legali

Decreto 20/2007, de 6 de febrero, por el que se establece un régimen de incentivos industriales extremeños a la inversión para el tejido empresarial de esta Comunidad Autónoma (D.O.E. no 18 de 13 de febrero)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

11 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

40 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

14.2.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Limitat għal setturi speċifiċi

CB; D; H; O 9211

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Junta de Extremadura

Consejería de Economía y Trabajo

Dirección General de Promoción Empresarial e Industrial

Paseo de Roma, s/n

E-06800 Mérida-Badajoz

Correo electrónico: dgpei@eco.juntaex.es

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://doe.juntaex.es/pdfs/doe/2007/180O/07040021.pdf

Other information


Għajnuna Nru

XR 62/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Murcia

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Programa de Instalación en Parques Tecnológicos de Empresas de base Tecnológica

Bażi legali

Orden de 15 de febrero de 2007, por la que se aprueban las Bases Reguladoras y la Convocatoria para 2007 de las ayudas del Instituto de Fomento de la Región de Murcia dirigidas a las empresas (anexo 9)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

0,6 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

23.2.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Instituto de Fomento de la Región de Murcia

Avda. de la Fama, 3

E-30003 Murcia

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.institutofomentomurcia.es/InfoDirectoV3/pdf/PublicacionAyudas2007.pdf

Other information


Għajnuna Nru

XR 70/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

87.3.a — 87.3.c

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Régimen de ayudas a actuaciones de reindustrialización

Bażi legali

Orden del Ministerio de Industria, Turismo y Comercio, ITC/643/2007, de 7 de marzo, por la que se modifica la Orden ITC 3098/2006 de 2 de octubre

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

270 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

40 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

20.3.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Paseo de la Castellana, 160

E-28071 Madrid

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.mityc.es/ReindusGeneral/contenido/normativa/bases/

Other information


Għajnuna Nru

XR 73/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

La Rioja

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Bases Reguladoras de la concesión de subvenciones en régimen de concurrencia competitiva a la inversión de finalidad regional.

Bażi legali

Resolución del Presidente de la Agencia de Desarrollo Económico de La Rioja de 22 de febrero de 2007 por la que se modifican las Bases Reguladoras de la concesión de subvenciones en régimen de concurrencia competitiva a la inversión de finalidad regional con objeto de su adecuación a la normativa comunitaria de Ayudas de Estado de finalidad regional (B.O.R. no 33/2007, de 10 de marzo)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

6,475 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

10 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

10.3.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2008

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Agencia de Desarrollo Económico de La Rioja

C/ Muro de la Mata, 13-14

E-26071 Logroño

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www2.larioja.org/pls/dad_user/G04.bor_home

Other information


Għajnuna Nru

XR 88/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Murcia

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Programa de ayudas a la financiación de empresas en la Región de Murcia mediante el apoyo a operaciones financiadas con fondos procedentes del Instituto de Crédito Oficial

Bażi legali

Orden de 28 de marzo de 2007, por la que se aprueban las Bases Reguladoras y la Convocatoria para 2007 de las ayudas del Instituto de Fomento a las empresas de la Región de Murcia mediante el apoyo a operaciones financiadas con fondos procedentes del Instituto de Crédito Oficial (anexo I)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

1,8 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

8.4.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Instituto de Fomento de la Región de Murcia

Avda. de la Fama, 3

E-30003 Murcia

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.ifrm-murcia.es

http://www.institutofomentomurcia.es/InfoDirectoV3/pdf/PublicacionAyudas2007-2.pdf

Other information


Għajnuna Nru

XR 101/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Wrocław

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Uchwała nr III/15/06 Rady Miejskiej Wrocławia z dnia 28 grudnia 2006 r. w sprawie zwolnień od podatku od nieruchomości w ramach programu pomocy regionalnej na wspieranie nowych inwestycji dla przedsiębiorców prowadzących działalność gospodarczą w obrębie parków przemysłowych, parków technologicznych oraz specjalnych stref ekonomicznych usytuowanych na terenie Wrocławia

Bażi legali

Art. 18 ust. 2 pkt 15 ustawy z dnia 8 marca 1990 r. o samorządzie gminnym (Dz.U. z 2001 r. nr 142, poz. 1591 ze zm.), Art. 7 ust. 3 ustawy z dnia 12 stycznia 1991 r. o podatkach i opłatach lokalnych (Dz.U. z 2006 r. nr 121, poz. 844 ze zm.)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

2 miljun PLN

Intensità massima ta' l-għajnuna

40 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

19.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Prezydent Wrocławia

Sukiennice 9

PL-50-107 Wrocław

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://uchwaly.um.wroc.pl/uchwala.aspx?numer=III/15/06

Other information


Għajnuna Nru

XR 121/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Navarra

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Ayudas regionales a la inversión industrial, excepto a las industrias agroalimentarias

Bażi legali

Orden Foral 155/2007, de 17 de mayo, del Consejero de Industria y Tecnología, Comercio y Trabajo. B.O.N. no 71 de 8.6.2007

Orden Foral 177/2007, de 7 de junio, del Consejero de Industria y Tecnología, Comercio y Trabajo. B.O.N. no 74 de 15.6.2007

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

15 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

10 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

11.6.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Limitat għal setturi speċifiċi

C, D, K, 60, 61, 62, 63

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Gobierno de Navarra

Departamento de Industria y Tecnología, Comercio y Trabajo

Parque Tomás Caballero 1, Edificio «Fuerte del Príncipe, II»

E-31005 Pamplona

E-mail: spromoci@cfnavarra.es

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.cfnavarra.es/bon/076/F0708462.htm

http://www.cfnavarra.es/bon/076/F0709439.htm

Other information


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/26


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 169/08)

Għajnuna Nru

XT 63/07

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Vlaanderen

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

PSA Hesse-Noord Natie

Bażi legali

Decreet van 31.1.2003

Tip ta' miżura

Għajnuna individwali

L-Estimi

Baġit annwali: —; Baġit globali: 0,892 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

8.6.2007

Tul ta' l-iskema

1.9.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ ġenerali

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Servizzi oħra

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Agentschap Economie

Koning Albert II-laan 35, bus 12

B-1030 Brussel


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kunsill

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/27


SEJĦA MIFTUĦA

Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-Riċerka Xjentifika u Teknoloġika (COST)

(2007/C 169/09)

Il-COST tressaq flimkien gruppi ta' riċerka u esperti f'pajjiżi differenti li jaħdmu fuq suġġetti speċifiċi. Hija tiffinanzja n-netwerking ta' attivitajiet finanzjati f'livell nazzjonali b'appoġġ ta' laqgħat, konferenzi, skambji xjentifiċi fuq terminu qasir u attivitajiet ta' popolarizzazzjoni. Il-COST għalhekk ma tiffinanzjax ir-riċerka fiha nnifisha. Bħalissa huma appoġġati aktar minn 200 netwerk xjentifiku (Azzjonijiet).

Il-COST tappella għal proposti ta' Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp xjentifiku, teknoloġiku, ekonomiku, kulturali jew soċjetali ta' l-Ewropa. Proposti li jkollhom rwol prekursur għal programmi oħrajn Ewropej u/jew inizjati minn riċerkaturi fi stadju bikri huma milqugħa b'mod speċjali.

L-iżvilupp ta' rabtiet aktar sodi fost ir-riċerkaturi Ewropej huwa kruċjali għall-bini ta' l-Ispazju Ewropew tar-Riċerka (SER). Il-COST jistimula netwerks ta' riċerka ġodda, innovattivi, interdixxiplinari u wisgħin fl-Ewropa. L-attivitajiet tal-COST jitwettqu minn gruppi ta' riċerka għat-tisħiħ tas-sisien tal-bini ta' eċċellenza xjentifika fl-Ewropa.

Il-COST hi organizzata f'disa' setturi (Bijomediċina u Bijoxjenzi Molekulari; Kimika u Xjenzi u Teknoloġiji Molekulari; Xjenza tas-Sistema Terrestri u Ġestjoni Ambjentali; Ikel u Agrikoltura, Foresti, Prodotti u Servizzi tagħhom; Individwi, Soċjetà, Kultura u Saħħa; Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni; Materjali, Fiżika u Nanoxjenzi; Trasport u Żvilupp Urban). Il-kopertura intenzjonata ta' kull settur hi spjegata f'www.cost.esf.org.

Il-proponenti huma mistiedna jqiegħdu s-suġġett tagħhom f'settur wieħed. Madankollu, proposti inter-dixxiplinari li ma jaqgħux direttament f'settur wieħed ukoll huma milqugħa u ser ikunu vvalutati separatament.

Il-proposti għandhom jinkludu riċerkaturi minn mill-anqas ħames pajjiżi tal-COST. Jista' jiġi mistenni appoġġ finanzjarju fil-firxa ta' 100 000 EUR p.a. normalment għal 4 snin.

Il-proposti ser ikunu vvalutati f'żewġ stadji. Proposti Preliminari (mhux aktar minn 1 500kelma/3 paġni), mibgħuta bl-użu tal-mudell online fuq www.cost.esf.org/opencall għandhom jipprovdu deskrizzjoni qasira tal-proposta u l-impatt maħsub tagħha. Il-proposti li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' eliġibilità tal-COST (eż. li jitolbu finanzjament għar-riċerka) ser jiġu esklużi. Il-Proposti Eliġibbli ser ikunu vvalutati mill-Kumitati tas-Setturi rilevanti skond il-kriterji ppubblikati f' www.cost.esf.org. Kull waħda mill-Proposti Preliminari kklassifikati minn ta' fuq jiġu mistiedna jippreżentaw Proposta Sħiħa. Proposti Sħaħ ser ikunu riveduti bejn il-pari skond il-kriterji ta' valutazzjoni f'www.cost.esf.org/opencall. Id-Deċiżjoni normalment ser tittieħed fi żmien sitt xhur mid-data tal-ġbir u l-azzjonijiet għandhom ikunu mistennija sa fi żmien tliet xhur wara.

Id-data tal-ġbir għall-Proposti Preliminari hi t-30 ta' Settembru 2007. Madwar 75 Proposta Sħiħa ser ikunu mistieden għall-għażla finali ta' madwar 25 Azzjoni ġdida.

Proposti Sħaħ ser ikunu mistiedna sal-10 ta' Novembru 2007 għall-preżentazzjoni sal-15 ta' Frar 2008, b'deċiżjonijiet mistennija f'Ġunju 2008.

Jekk iridu l-proponenti jistgħu jikkuntattjaw il-Koordinatur Nazzjonali tal-COST (CNC) tagħhom għal informazzjoni u gwida — ara www.cost.esf.org/cnc.

Il-proposti għandhom jintbagħtu online lill-website ta' l-uffiċċju tal-COST.

Il-COST tirċievi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet tagħha ta' koordinazzjoni mill-Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RŻT) ta' l-UE. L-uffiċċju tal-COST, immexxi mill-Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza (ESF), li jaġixxi bħala aġent implimentattiv għal COST, jipprovdi s-segretarjat xjentifiku għas-setturi tal-COST u l-azzjonijiet tal-COST.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/29


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4709 — Apax Partners/Telenor Satellite Services)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 169/10)

1.

Fit-13 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 22(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Apax Partners S.A. (“Apax”, Franza) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Telenor Satellite Services AS (“TSS”, in-Norveġja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Apax: fond ta' investiment. Parikolarment, Apax tikkontrolla lil France Telecom Mobile Satellite Communications (“FTMSC”, Franza) li hi attiva fil-forniment tas-servizzi tas-satelliti tat-telekomunikazzjoni;

għal TSS: forniment ta' servizzi tas-satelliti tat-telekomunikazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4709 — Apax Partners/Telenor Satellite Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/30


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4748 — T-Mobile/Orange Netherlands)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 169/11)

1.

Fit-13 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża T-Mobile Netherlands Holding B.V., li hija l-holding company ta' T-Mobile Netherlands B.V. (“T-Mobile”, Olanda), li tifforma parti mill-grupp Deutsche Telekom AG (Ġermanja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriżi Orange Nederland N.V. (“ONL”, Olanda) u Orange Nederland Breedband B.V. (“ONB”, Olanda) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża T-Mobile: Forniment ta' servizzi tat-telefonija mobbli u tħaddim ta' netwerk tat-telefonija mobbli;

għall-impriża ONL: Forniment ta' servizzi tat-telefonija mobbli u tħaddim ta' netwerk tat-telefonija mobbli;

għall-impriża ONB: Forniment ta' aċċess għas-servizzi tal-broadband.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4748 — T-Mobile/Orange Netherlands, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.