ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 49
20 ta' Novembru 2006


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Tagħrif

 

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

2006/C /1

Rapport Speċjali Nru 7/2006 dwar Investimenti ta’ l-Iżvilupp Rurali: Dawn jindirizzaw b’mod effettiv il-problemi taż-żoni rurali? flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

1

2006/C /2

Rapport Speċjali Nru 8/2006: Suċċess jiżdied? L-effettività tas-sostenn ta' l-Unjoni Ewropea għall-programmi operattivi tal-produtturi tal-frott u tal-ħaxix — flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

32

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 282

MT

 


I Tagħrif

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

20.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


RAPPORT SPEĊJALI Nru 7/2006

dwar Investimenti ta’ l-Iżvilupp Rurali: Dawn jindirizzaw b’mod effettiv il-problemi taż-żoni rurali?

flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

(skond l-Artikolu 248(4), it-tieni sotto-paragrafu, KE)

WERREJ

Glossarju u abbrevjazzjonijiet

I-VII

SOMMARJU EŻEKUTTIV

I-15

INTRODUZZJONI

1-3

Sfond

4-10

Deskrizzjoni ta’ l-investimenti ta’ l-iżvilupp rurali

4-5

Il-bażi legali

6-8

L-objettivi

9-10

L-implimentazzjoni

11-15

L-iskop u l-approċċ tal-verifika

11-13

Il-mistoqsijiet tal-verifika

14-15

L-approċċ tal-verifika

16-63

OSSERVAZZJONIJIET

16-28

Mistoqsija tal-verifika Nru 1: L-UE għandha strateġija ċara u approċċ koerenti għall-politika ta’ l-iżvilupp rurali, u dawn huma definiti adegwatament fil-programmi ta’ l-Istati Membri?

16-18

Kjarezza ta’ l-istrateġija

19-28

Approċċ koerenti għall-iżvilupp rurali

29-39

Mistoqsija tal-verifika Nru 2: Dawk il-proġetti magħżula għall-iffinanzjar ta’ l-UE huma bbażati fuq kriterji li jindirizzaw bl-aħjar mod il-bżonnijiet taż-żoni rurali?

29-34

Kundizzjonijiet u proċeduri ta’ l-għażla

35-39

Deadweight

40-52

Mistoqsija tal-verifika Nru 3: Il-proġetti ġew implimentati fiż-żoni rurali u kellhom impatt?

40-46

Il-lokazzjoni tal-proġetti

47-52

Ir-riżultati u l-impatti tal-proġetti analizzati fuq il-post

53-63

Mistoqsija tal-verifika Nru 4: Il-prodotti finali, ir-riżultati u l-impatti huma mħarsa u evalwati b’mod korrett?

53-63

Il-qafas ġenerali tas-sistema tal-monitoraġġ u ta’ l-evalwazzjoni

64-69

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Anness I — Lista ta’ proġetti vverifikati fl-Istati Membri

Anness II — Definizzjonijiet ta’ żoni rurali — Marki wżati għall-verifika

Anness III — Eżempji ta’ riżultati u impatti tal-proġetti analizzati

Ir-risposti tal-Kummissjoni

GLOSSARJU U ABBREVJAZZJONIJIETTERMINI

Benefiċarju

Ir-reċipjent finali ta’ pagament mill-UE.

Impatt

Konsegwenzi soċjo-ekonomiċi b’effett għal żmien itwal illi jistgħu jiġu osservati għal ċertu perijodu wara t-tlestija ta’ intervent, li jistgħu jaffettwaw jew b’mod dirett id-destinatarji ta’ l-intervent jew destinatarji indiretti li jaqgħu barra l-limitu ta’ l-intervent, li jistgħu jkunu rebbieħa jew telliefa.

Leader

Inizjattiva ffinanzjata mill-fondi strutturali intiżi li jgħinu l-atturi rurali.

NUTS

Nomenklatura ta’ l-Unitajiet Territorjali ta’ l-Istatistika, il-klassifikazzjoni komuni ta’ l-UE għall-istatistiċi reġjonali, li taqsam kull Stat Membru f’ġerarkija tar-reġjuni (ittikkettjati NUTS I, II, III u LAU I u II) skond l-unitajiet amministrattivi nazzjonali.

Produzzjoni

Dak li huwa prodott jew li jintlaħaq bir-riżorsi allokati għall-intervent (per eżempju tagħmir għar-razzett mixtri minn bidwi, triq mibnija f’villaġġ).

Riżultat

Tibdiliet immedjati li jseħħu għad-destinatarji diretti matul jew fl-aħħar tal-parteċipazzjoni tagħhom f’intervent (per eżempju aċċessibilità mtejba għal żona minħabba l-kostruzzjoni ta’ triq, produzzjoni aktar effiċjenti f’razzett).

Żona urbana

Żona ġeografika li ma għandhiex il-karatteristiċi ta’ żona rurali. Jeżistu tipoloġiji differenti li jikklassifikaw żoni rurali u urbani, per eżempju bbażati fuq id-densità tal-popolazzjoni.

ABBREVJAZZJONIJIET

DĠ AGRI

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

EAGGF

Il-Fond Ewropew ta’ Gwida Agrikola u ta’ Garanzija.

ESPON

In-Netwerk Ewropew ta’ l-Osservazzjoni ta’ l-Ippjanar ta’ l-Ispazju

LAU

Unità Amministrattiva Lokali.

LFA

Żona Anqas Favorita.

OECD

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku.

OP

Programm ta’ Ħidma.

PAK

Politika Agrikola Komuni.

PGD

Prodott Gross Domestiku.

RD

Żvilupp Rurali.

RDP

Programm ta’ l-Iżvilupp Rurali.

SWOT

Punti tajbin, Nuqqasijiet, Opportunitajiet, Theddid.

SOMMARJU EŻEKUTTIV

I.

Iż-żoni rurali jiffaċċjaw sfidi sinifikanti bħat-tnaqqis tal-popolazzjoni u l-iskarsezza ta’ l-opportunitajiet ekonomiċi. Il-kontribut ta’ l-UE għall-iżvilupp rurali għall-perijodu 2000-2006 huwa aktar minn 60 biljun euro. Madwar 40 % ta’ dan il-baġit jintuża għall-investimenti ta’ l-iżvilupp rurali. Dawn ikopru varjetà vasta ta’ proġetti, li għalihom it-tmexxija u l-implimentazzjoni jinqasmu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri (ara l-paragrafi 1 sa 10).

II.

Dan ir-rapport huwa dwar l-osservazzjonijiet dwar il-verifika tal-Qorti dwar l-investimenti ta’ l-Iżvilupp Rurali. Il-verifika ppruvat tirrispondi għall-mistoqsija ġenerali li ġejja: “Sa liema punt ir-riżultati tal-miżuri ta’ l-investiment jindirizzaw b’mod effettiv il-problemi taż-żoni rurali?” (ara l-paragrafu 3, u l-paragrafi 11 sa 15).

III.

Il-flessibilità tar-Regolament ta’ l-Iżvilupp Rurali (objettivi wesgħin, nuqqas ta’ prijoritajiet) u nuqqas ta’ strateġija ċara fil-programmi ta’ l-Istat Membru wasslu għal sitwazzjoni fejn mhuwiex ċar għal liema objettiv ingħataw il-fondi. Il-programmi ta’ l-Istati Membri jiffokaw fil-biċċa l-kbira tagħhom fuq is-settur agrikolu u ma jieħdux kont biżżejjed tal-karatteristiċi taż-żona ġeografika megħjuna (ara l-paragrafi 16 sa 28).

IV.

Hemm nuqqas ta’ proċeduri ta’ kundizzjonijiet u għażla effettvi, sabiex jiġu mmirati fondi għaż-żoni ġeografiċi u l-benefiċjarji l-aktar fil-bżonn (ara l-paragrafi 29 sa 34). Nuqqas ta’ immirar effettiv iwassal ukoll għar-riskju ta’ effetti deadweight miżjuda, li jnaqqsu l-effettività ta’ l-għajnuna (ara l-paragrafi 35 sa 39).

V.

Parti sinifikanti ta’ l-ispiża hija implimentata fiż-żoni li mhumiex rurali b’mod predominanti. Meta mqabbel mal-perijodu ta’ l-ipprogrammar ta’ qabel, l-appoġġ ta’ l-investiment għaż-żoni rurali naqas b’mod sinifikanti (ara l-paragrafi 40 sa 46).

VI.

Mhuwiex dejjem possibbli li jiġu identifikati l-effetti tal-proġetti, iżda meta dan ikun jista’ jsir, fatturi prinċipali li żiedu l-effettivita’ tagħhom kienu s-sinerġija ma’ proġetti oħra u li jkunu jinsabu f’żoni rurali (ara paragrafi 47-52). Instabu wkoll nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tas-sistema tal-monitoraġġ u ta’ l-evalwazzjoni (ara l-paragrafi 53 sa 63).

VII.

B’mod ġenerali, il-Qorti tikkonkludi li ma tista’ ssir ebda stima dwar jekk l-investimenti ta’ l-iżvilupp rurali humiex effettivi. L-objettivi huma wesgħin wisq u hemm nuqqas ta’ strateġija sabiex tkun implimentatia l-politika. M’hemmx riżultati bilanċjati taż-żewġ objettivi prinċipali tal-politika ta’ l-RD. Sabiex tikseb dan, il-Kummissjoni għandha taħdem ma’ l-Istati Membri lejn titjib fl-effettività tal-politika. Elementi importanti f’dan ir-rigward jinkludu li jiġu kjarifikati l-objettivi u li jkunu żviluppati prinċipji ta’ mmirar effettiv (ara l-paragrafi 64 sa 69).

INTRODUZZJONI

Sfond

1.

L-importanza finanzjarja ta’ l-iżvilupp rurali fi ħdan il-baġit ta’ l-UE hija sinifikanti. Il-kontribut ta’ l-UE għall-perijodu ta’ programmar 2000-2006 huwa aktar minn 60 biljun euro. Il-baġit għall-perijodu ta’ programmar 2007-2013 jipproponi li jżidu għal kważi 70 biljun euro. Ma’ dan wieħed għandu jżid diversi biljun ta’ euro li ġejjin mill-“modulazzjoni”, it-trasferiment ta’ ammonti minn sussidji diretti ta’ l-irżiezet għall-iżvilupp rurali (1).

2.

Iż-żoni rurali jkopru parti kbira mit-territorju ta’ l-UE u l-popolazzjoni tiegħu. Meta mqabbla maż-żoni urbani, il-medja tal-PGD per capita f’żoni rurali hija madwar terz anqas, id-densità tal-popolazzjoni hija madwar għaxar darbiet anqas u x-xogħol fis-settur agrikolu huwa madwar għaxar darbiet ogħla. Iż-żoni rurali huma b’mod ġenerali aktar il-bogħod u għandhom anqas infrastruttura u servizzi bażiċi u jiffaċċjaw sfidi sinifikanti bħan-nuqqas fil-popolazzjoni u l-iskarsezza ta’ l-opportunitajiet ekonomiċi.

3.

Dan ir-Rapport Speċjali jippreżenta osservazzjonijiet dwar il-miżuri li ġejjin tar-Regolament ta’ l-Iżvilupp Rurali (2): investiment f’intrapriżi agrikoli, titjib fl-ipproċessar u l-bejgħ tal-prodotti agrikoli u l-promozzjoni ta’ l-adattament u l-iżvilupp taż-żoni rurali. Huma jkopru madwar 40 % tal-baġit disponibbli. Skond dawn il-miżuri jistgħu jkunu ffinanzjati varjetà vasta ta’ prodotti li, għall-iskop ta’ din il-verifika, huma ttikkettjati investimenti ta’ l-iżvilupp rurali. Miżuri oħra importanti ta’ żvilupp rurali bħall-agri-ambjent, LFA, u l-Foresti li jimmiraw ukoll sabiex jindirizzaw problemi ta’ żoni rurali ġew koperti f’rapporti preċedenti (3).

Deskrizzjoni ta’ l-investimenti ta’ l-iżvilupp rurali

Il-bażi legali

4.

Qabel is-sena 2000, il-miżuri ta’ l-investiment kienu parti mill-Fondi Strutturali u l-objettivi u l-kundizzjonijiet tagħhom kienu definiti minn regolamenti speċifiċi. L-investiment fl-intrapriżi agrikoli u t-titjib ta’ l-ipproċessar u l-bejgħ tal-prodotti agrikoli kienu sabiex jagħtu appoġġ lis-settur agrikolu madwar l-UE, filwaqt li l-miżuri sabiex javvanzaw l-addattament u l-iżvilupp taż-żoni rurali kienu sabiex jindirizzaw il-problemi speċifiċi ta’ dawk iż-żoni.

5.

Jekk wieħed jibda mis-sena 2000, l-Iżvilupp Rurali sar “it-tieni kolonna tal-PAK” (4). Dan sar billi ġew magħquda l-miżuri ta’ l-investiment b’sensiela vasta ta’ miżuri oħra f’regolament wieħed. Filwaqt li żammu l-objettivi tal-Fond Strutturali, l-objettivi tal-PAK kienu integrati fil-politika. Ġew stabbiliti ftit kundizzjonijiet, u minn dak iż-żmien ’l hemm, il-miżuri kollha kienu implimentati madwar l-UE. Dan irriżulta f’politika deċentralizzata li tagħti lill-Istati Membri sensiela vasta ta’ għażliet sabiex jiffinanzjaw prijoritajiet nazzjonali jew reġjonali.

L-objettivi

6.

Fuq livell globali, ir-Regolament jistabilixxi żewġ objettivi. L-ewwel jirrigwarda s-settur agrikolu, u jista’ jitqassar bħala li jtejjeb il-kompettività agrikola u l-ġestjoni sostenibbli ta’ l-art. It-tieni jikkonċerna l-aġġustamenti strutturali ta’ reġjuni li qed jaqgħu lura jew li qed jiffaċċjaw problemi oħra strutturali. Tabella 1 tagħti d-dettalji kollha ta’ dawn l-objettivi.

Tabella 1

Objettivi provduti mir-Regolament ta’ l-Iżvilupp Rurali għall-miżuri ta’ l-investiment ta’ l-RD

OBJETTIVI GLOBALI GĦALL-MIŻURI KOLLHA TA’ L-RD (5)

Il-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali għandhom:

Jakkumpanjaw u jikkumplimentaw strumenti oħra tal-politika agrikola komuni u b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba ta’ l-objettivi li ġejjin:

a)

iżidu l-produttività agrikola billi jippromwovu l-progress tekniku u billi jiżguraw l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni agrikola u l-aħjar użu tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari, ix-xogħol;

b)

b’hekk jiżguraw livell ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola, b’mod partikolari billi jżidu l-qliegħ individwali tal-persuni impenjati fl-agrikoltura;

c)

jistabilizzaw is-swieq;

d)

jiżguraw id-disponibilità tal-provvisti;

e)

jiżguraw illi l-provvisti jilħqu l-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

Ikunu integrati fil-miżuri li javvanzaw l-iżvilupp u l-aġġustament strutturali tar-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom qiegħed lura u jakkompanjaw il-miżuri li jagħtu appoġġ il-bidla soċjali taż-żoni li jiffaċċjaw diffikultajiet strutturali fir-reġjuni kkonċernati, filwaqt li jittieħed kont tal-mira speċifika li ġejja: li javvanzaw l-iżvilupp armonjuż ġenerali tagħha, il-Komunità għandha tiżviluppa u ssegwi l-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali tagħha. B’mod partikolari, il-Komunità għandha taspira li tnaqqas id-differenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni u kemm qegħdin lura l-anqas reġjuni jew il-gżejjer favoriti, inkluż iż-żoni rurali.

OBJETTIVI SPEĊIFIĊI TAL-MIŻURI TA’ L-INVESTIMENT TA’ L-RD (6)

investiment f’intrapriżi agrikoli

titjib ta’ l-ipproċessar u l-bejgħ tal-prodotti agrikoli

Artikolu 33

1.

biex inaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni

2.

biex itejbu u jerġgħu iqassmu l-produzzjoni

3.

biex jgħollu l-kwalità

4.

biex jippreżervaw u jtejbu l-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet ta’ l-iġene u l-ġid ta’ l-annimali

5.

sabiex javvanzaw id-diversifikazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-biedja

1.

biex jigwidaw il-produzzjoni skond ix-xejriet previsti tas-suq jew iħeġġu l-iżvilupp ta’ postijiet ġodda għall-prodotti agrikoli

2.

biex itejbu jew jirrazjonalizzaw il-metodi tal-bejgħ jew il-proċeduri ta’ l-ipproċessar

3.

biex itejbu l-preżentazzjoni u l-preparazzjoni tal-prodotti jew itejjbu l-użu aħjar jew l-eliminazzjoni ta’ prodotti li jirriżultaw minn xi ħaġa oħra jew skart

4.

biex japplikaw teknoloġiji ġodda

5.

biex jagħtu vantaġġ lill-investimenti innovattivi

6.

biex itejbu u jħarsu l-kwalità

7.

biex itejbu u jħarsu l-kundizzjonijiet tas-saħħa

8.

biex jipproteġu l-ambjent

Ma huma provduti l-ebda objettivi speċifiċi

7.

Ir-Regolament jipprovdi wkoll objettivi speċifiċi għal tnejn mill-miżuri ta’ l-investiment, li huma wkoll imniżżla f’Tabella 1. L-investimenti fl-intrapriżi agrikoli jikkontribwixxu għal titjib fid-dħul agrikolu u għat-titjib fil-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien, tax-xogħol u tal-produzzjoni. L-investimenti għat-titjib ta’ l-ipproċessar u l-bejgħ tal-prodotti agrikoli jikkontribwixxu sabiex iżidu l-kompettività u jżidu l-valur tal-prodotti.

8.

L-investimenti sabiex javvanzaw l-adattament u l-iżvilupp taż-żoni rurali huma ġeneralment magħrufa bin-numru tagħhom fir-Regolament: “Artikolu 33”. L-Artikolu jispjega illi l-appoġġ għandu jingħata għall-miżuri, li jirrigwardaw l-attivitajiet tal-biedja u l-konverżjoni tagħhom u għall-attivitajiet rurali, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ miżuri oħra. Imbagħad jagħti lista ta’ inċiżi (li f’dan ir-rapport qed isirilhom riferenza wkoll bħala l-miżuri) li għalihom ma jingħataw l-ebda dettalji u l-ebda objettivi speċifiċi. Konsegwentament, varjetà vasta ta’ proġetti jistgħu jingħataw appoġġ taħt din il-miżura.

L-implimentazzjoni

9.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaqsmu t-tmexxija u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ l-investiment ta’ l-iżvilupp rurali. Fil-prattika, dan ifisser illi l-Istati Membri jiddefinixxu l-istrateġija u l-kundizzjonijiet ta’ l-eliġibilità fil-programmi tagħhom, japprovaw u jikkontrollaw il-proġetti, iħallsu lill-benefiċjarji u jirrapurtaw lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni hija responsabbli sabiex tiżgura li l-programmi, l-implimentazzjoni tagħhom u rappurtar jikkonformaw mar-rekwiżiti legali.

10.

Benefiċjarji potenzjali (bdiewa, kumpaniji ta’ l-ipproċessar u tal-bejgħ, awtoritajiet lokali) jippreżentaw applikazzjoni lill-għaqda ta’ implimentazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Jekk il-proġett jissodisfa r-rekwiżiti (kundizzjonijiet ta’ eliġibilità, baġit disponibbli u xi kultant kriterji tal-grad u ta’ l-għażla), ikun approvat u l-benefiċjarju jista’ jimplimenta l-proġett. Mal-kompletazzjoni tal-proġett, il-benefiċjarju minn żmien għal żmien jitlob rimborż mill-aġenzija li tħallas ta’ l-Istat Membru, u l-aġenzija li tħallas tistaqsi lill-Kummissjoni sabiex tirrimborża l-ispiża involuta.

L-iskop u l-approċċ tal-verifika

Il-mistoqsijiet tal-verifika

11.

Il-Qorti ddeċidiet li twettaq verifika tal-prestazzjoni li tiffoka fuq l-effettività, bl-iskop tagħha l-perijodu ta’ programmar 2000-2006. Il-prinċipju ta’ l-effettività huwa intiż li jikseb l-objettivi stabbiliti u li jikseb ir-riżultati intiżi.

12.

L-ippjannar, l-implimentazzjoni, ir-riżultati miksuba u t-tħaris u l-evalwazzjoni kienu identifikati bħala elementi prinċipali. Id-dijagramma 1 jagħti ħarsa ġenerali ta’ dawn l-elementi u r-relazzjonijiet tagħhom:

Image

13.

L-objettiv tal-verifika kien li jikkonkludi dwar il-limitu ta’ l-investiment ta’ l-iżvilupp rurali huma effettivi sabiex jindirizzaw problemi taż-żoni rurali. Il-metodu sabiex dan jiġi trattat kien li jiġu indirizzati l-mistoqsijiet li ġejjin, ibbażati fuq l-erba’ elementi prinċipali ta’ hawn fuq:

a)

L-UE għandha strateġija ċara u approċċ koerenti għall-politika ta’ l-iżvilupp rurali, u dawn huma definiti b’mod adegwat fil-programmi ta’ l-Istat Membru?

b)

Dawk il-proġetti magħżulin għall-iffinanzjar mill-UE huma bbażati fuq kriterji li jindirizzaw bl-aħjar mod il-bżonnijiet taż-żoni rurali?

c)

Il-proġetti ġew implimentati fiż-żoni rurali u kellhom impatt?

d)

Il-prodotti finali, ir-riżultati u l-impatti huma mħarsa u evalwati kif jixraq?

L-approċċ tal-verifika

14.

Il-verifika twettqet fil-perijodu minn Jannar sa Diċembru 2005 u kienet tinkludi l-ġbir ta’ evidenza tal-verifika minn:

a)

analiżi tal-bażi legali, dokumenti politiċi, studji, dokumenti ta’ l-ipprogrammar u ta’ rapporti ta’ tħaris u evalwazzjoni;

b)

Eżaminazzjoni ta’ kampjun meħud mingħajr regoli ta’ 300 proġett ta’ l-EAGGF għall-perijodu ta’ programmar 2000-2006, bl-iskop prinċipali li jiksbu ħarsa rappreżentattiva tal-lokazzjoni ta’ l-investimenti u l-problemi soċjo-ekonomiċi taż-żona kkonċernata;

c)

Disa’ żjarat ta’ verifika fl-Istati Membri li kienu fost dawk bl-aktar pagamenti fil-kampjun tat-300. Total ta’ 31 proġett kienu vverifikati, li jikkonċentraw fuq il-miżuri l-aktar importanti b’mod finanzjarju. Lista ta’ dawn il-proġetti u l-miżuri kkonċernati huma f’Anness I. Il-31 proġett intgħażlu fuq bażi li għandu x’jaqsam mal-ġudizzju, sabiex jinkludu proġetti f’żoni b’tipi differenti ta’ ruralità. L-iskop kien ukoll li jidentifikaw eżempji ta’ prattika tajba.

15.

L-Istati Membri u r-reġjuni li ġejjin intgħażlu fi żjarat fuq il-post fuq il-bażi tad-daqs tagħhom fil-kampjun meħud mingħajr regoli. Barra r-reġjuni ta’ Objettiv 1 (7): Franza (RDP nazzjonali), il-Ġermanja (Niedersachsen), l-Italja (Emilia Romagna), l-Olanda (RDP nazzjonali) u Spanja (Katalunja). Fir-reġjuni ta’ Objettiv 1: il-Ġermanja (Brandenburg), l-Italja (Campania), il-Portugall (Lisboa Vale do Tejo) u Spanja (OP Nazzjonali). Iż-żjarat seħħew fil-perijodu Ġunju sa Ottubru 2005.

OSSERVAZZJONIJIET

Mistoqsija tal-verifika Nru 1: L-UE għandha strateġija ċara u approċċ koerenti għall-politika ta’ l-iżvilupp rurali, u dawn huma definiti adegwatament fil-programmi ta’ l-Istati Membri?

Kjarezza ta’ l-istrateġija

Osservazzjoni 1Il-flessibilità tar-Regolament (objettivi wesgħin, nuqqas ta’ prijoritajiet) u n-nuqqas ta’ strateġija ċara fil-programmi ta’ l-Istat Membru waslu għas-sitwazzjoni fejn mhuwiex ċar għal liema objettivi l-fondi taw kontribut.

16.

Ir-Regolament ta’ l-Iżvilupp Rurali jaspira, min-naħa waħda, li jagħmel kontribut għall-kisba ta’ l-objettivi tal-PAK u, min-naħa l-oħra, li jagħmel kontribut għall-koeżjoni ekonomika u soċjali (ara paragrafu 6). Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, ir-Regolament jispjega sensiela ta’ miżuri. Għal uħud minnhom, hemm stabbiliti objettivi speċifiċi, filwaqt li għal oħrajn ma hemm provdut xejn (ara Tabella 1). Dawn il-miżuri huma taħlita ta’ sostenn għat-titjibiet tal-kompettività agrikola, titjib ambjentali u sostenn għaż-żoni rurali. Ir-Regolament ma jistabilixxix liema miżura għandha tikkontribwixxi għal liema objetiv, lanqas f’liema porzjon l-objettivi għandhom jinkisbu.

17.

Ir-Regolament jispjega l-miżuri ta’ l-investiment b’mod flessibbli, peress li ftit kundizzjonijiet huma meħtieġa sabiex jinkiseb is-sostenn. Minbarra dan, il-miżuri jistgħu jikkontribwixxu għal xi objettivi globali.

18.

Għad-disa’ programmi ta’ l-Istati Membri analizzati, il-Qorti sabet li kienet nieqsa strateġija ċara. Xi programmi ma jistabilixxux liema objettivi huma imfittxija u f’liema porzjoni għandha tindirizzahom il-miżura. Programmi oħra jistabilixxu objettivi iżda jimplimentaw li jiksbu objettivi differenti. Dan jagħmel id-deċiżjonijiet tal-politika mhux trasparenti: mhuwiex ċar kemm jintużaw flus għal liema skop. Il-kaxxa 1 tagħti eżempji ta’ din is-sitwazzjoni.

Kaxxa 1L-istess miżura għall-objettivi differentiWaħda mill-miżuri fil-programm Spanjol sabiex ittejjeb l-istrutturi agrikoli fiż-żoni fl-Objettiv 1 hija l-investiment fl-intrapriżi agrikoli. L-objettiv imniżżel fil-programm huwa li jżid id-dħul agrikolu, u li jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien, tax-xogħol u tal-produzzjoni. Madankollu, il-verifika sabet li l-objettivi attwali miksuba jiddependu fuq il-post ta’ l-investiment. Fiż-żoni ta’ agrikoltura produttiva, din il-miżura tikkontribwixxi għall-objettiv tat-titjib tal-kompettività agrikola. Madankollu, fiż-żoni tal-muntanji din il-miżura toffri sostenn lill-irziezet żgħar u mhux kompettitivi bl-objettiv li jistabilizzaw il-popolazzjoni rurali. Il-programm ma jallokax riżorsi speċifiċi għal dawn l-objettivi differenti. Ma hemmx objettivi speċifiċi għaż-żewġ objettivi differenti indirizzati minn din il-miżura; u ma hemmx monitoraġġ ta’ kemm jintnefqu flus fuq kull wieħed mill-objettivi differenti jew f’kull waħda mit-tip ta’ żona differenti.Il-kontijiet ta’ l-immaniġjar tar-riżorsi ta’ l-ilma u tat-tqassim mill-ġdid għal 70 % tal-kontribut ta’ l-EAGGF għall-programm Portugiż “Lisboa e Vale do Tejo”. L-objettiv stabbilit fil-programm huwa “li jiżviluppa agrikoltura moderna u kompetittiva bħala element prinċipali għall-iżvilupp taż-żoni rurali”. Madankollu l-verifika sabet illi l-miżuri jagħtu appoġġ għall-modernizzazzjoni tan-netwerks ta’ l-irrigazzjoni f’żoni fertili kif ukoll netwerks ta’ irrigazzjoni ġodda kompluti bi tqassim ġdid u infrastruttura f’żoni ta’ struttura ta’ biedja fqira (taqsimiet żgħar ħafna, sistemi ta’ l-irrigazzjoni tal-passat). Il-miżura għandha żewġ objettivi differenti: li żżid il-kompettitività ta’ żoni produttivi ħafna; u li tqajjem l-attivitajiet tal-biedja f’żoni rurali mhedda bl-abbandun. Il-programm ma jistabilixxix f’liema porzjon il-miżura għandha tindirizza objettiv wieħed jew ieħor. Proġett wieħed li jinsab f’żona b’popolazzjoni kbira assorba 29 % tal-kontribut ta’ l-EAGGF kollu għall-programm.Objettivi mhux ċariIt-tqassim mill-ġdid b’mod ġenerali jitqies bħala l-arranġament mill-ġdid tal-pakketti sabiex tittejjeb l-istruttura tar-razzett u b’hekk il-vijabilità ekonomika ta’ l-intrapriżi. Skond l-RDP Olandiż, dan l-Artikolu 33 huwa l-miżura l-aktar importanti b’mod finanzjarju. In-nuqqas ta’ deskrizzjoni dettaljata fir-Regolament ta’ l-Iżvilupp Rurali jgħin l-Olanda tuża dan l-inċiż bħala mezz għall-Istat sabiex jixtri l-art għall-iskop ta’ l-iżvilupp tan-natura. L-RDP approvat tal-Kummissjoni juri li mill-ammont allokat għal dan l-inċiż, 87 miljun euro għandhom jingħataw għall-objettiv ta’ agrikoltura sostenibbli u 16-il miljun euro għall-objettiv ta’ l-agrikoltura sostenibbli u pajsaġġi. Madankollu, il-verifika tal-Qorti turi li fir-realtà 86 % tal-fondi kellha bħala objettiv prinċipali l-iżvilupp tan-natura u 14 % biss għall-agrikoltura sostenibbli. Il-flessibilità tar-Regolament tippermetti din is-sitwazzjoni. Il-konsegwenza hija politika fejn mhuwiex magħruf għal liema objettiv taw kontribut il-fondi.

Approċċ koerenti għall-iżvilupp rurali

Osservazzjoni 2Il-programmi ta’ l-Istati Membri jiffokkaw fil-biċċa l-kbira fuq is-settur ta’ l-agrikoltura u ma jagħtux każ biżżejjed tal-karatteristiċi taż-żona ġeografika li qiegħda tingħata appoġġ.

19.

Fuq il-livell ta’ l-Istati Membri, hemm magħrufa żewġ bżonnijiet fl-objettivi ġenerali spjegati f’Artikoli 33, 158 u 160 tat-Trattat. L-ewwel, hemm bżonn li jkunu indirizzati nuqqasijiet strutturali, li jitnaqqsu l-inugwaljanzi tad-dħul bejn iż-żoni rurali u urbani, li jitnaqqas il-qgħad rurali, li tittejjeb il-kompettitività tas-settur primarju u jkunu avvanzati l-opportunitajiet ekonomiċi akbar fiż-żoni rurali. It-tieni, minħabba it-theddid għall-vijabilità u l-enerġija tal-ħafna komunitajiet rurali, ikkawżati minn skarsezza ta’ opportunitajiet ekonomiċi, hemm bżonn li tinżamm il-vijabilità tal-komunitajiet rurali, jingħata appoġġ lill-attivitajiet ġodda u jitħaffef l-għoti tas-servizzi rurali. Barra dan, l-Istati Membri qed jiffaċċjaw firxa aktar wiesgħa ta’ sfidi bħall-żieda fl-attenzjoni għall-kwalità tal-prodott, is-saħħa ta’ l-annimali, tħassib ambjentali.

20.

Sabiex jiġu indirizzati dawn il-bżonnijiet vasti, ġew żviluppati varji kunċetti ta’ metodi territorjali għaż-żoni rurali. Dawn jiffokaw fuq żona ġeografika, ibbażati fuq l-analiżi soċjo-ekonomika u strateġija li tesprimi l-aspetti differenti ta’ l-iżvilupp rurali f’relazzjoni espliċita għall-interventi oħrajn fiż-żona. Minbarra dan, huma għandhom approċċ integrat: ta’ ħafna setturi bl-involviment ta’ l-atturi u r-riżorsi kollha fiż-żona kkonċernata. Dan ikabbar is-sinerġiji fi programm wieħed kif ukoll bejn il-programmi differenti applikati fiż-żona.

21.

L-evalwazzjonijiet indipendenti fuq l-iżvilupp rurali, li nbdew mill-Kummissjoni, jirakkomandaw metodu territorjali (8). Il-Kummissjoni tikkonkludi fit-tielet rapport tagħha dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali illi diversi problemi taż-żoni rurali huma territorjali fil-karattru tagħhom (9).

22.

Iż-żewġ konferenzi Ewropej dwar l-iżvilupp rurali, f’Cork (1996) u f’Salzburg (2003), ikkonfermaw ir-relevanza tal-metodu territorjali. F’Cork ġie enfassizat illi “Il-politika ta’ l-iżvilupp rurali għandi tkun ta’ bosta dixxiplini fil-kunċett tagħha, u multi-settorjali fl-applikazzjoni tagħha, b’dimensjoni territorjali ċara” (10). F’Salzburg kien meqjus illi “l-politika ta’ l-iżvilupp rurali għandha sservi l-bżonnijiet tas-soċjetà aktar wiesgħa fiż-żoni rurali u tikkontribwixxi għall-koeżjoni” (11).

23.

Minbarra dan, hemm numru kbir ta’ studji disponibbli dwar il-metodu territorjali għall-iżvilupp rurali, li jirrakmandaw dan il-metodu ukoll. Istituti magħrufa u riċerkaturi sewwa, inkluż l-OECD u l-ESPON, ikkonludew fl-istudji tagħhom illi l-metodu settorjali huwa anqas effettiv minn dak territorjali.

24.

L-approċċ l-ieħor huwa dak agrikolu tradizzjonali jew dak “settorjali”, li jiffoka fuq settur wieħed biss u ma jieħux kont tal-karatteristiċi taż-żona ġeografika li tingħata sostenn. Il-Qorti sabet illi l-programmi ta’ l-Istati Membri b’mod predominanti għandhom il-metodu msemmi l-aħħar. L-elementi prinċipali tal-programm, bħall-objettivi speċifiċi, l-analiżi SWOT, l-ispjegazzjoni tas-sitwazzjoni u l-miżuri huma kollha iffokati fuq is-settur agrikolu. Il-programmi ma għamlux possibbli l-objettivi effettivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispazju għaliex l-elementi neċessarji jew kienu neqsin jew ma kienux biżżejjed (12).

25.

Il-Kummissjoni tagħraf il-bżonn li tavvanza l-innovazzjoni u d-diversità barra n-negozji ta’ l-agri (13). Madankollu, l-analiżi mill-Qorti ta’ l-ispiża ta’ l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta’ l-ipprogrammar kurrenti turi illi kważi 90 % ta’ l-ispiża ta’ l-iżvilupp rurali titħallas lis-settur ta’ l-agrikoltura.

26.

Din l-attenzjoni qawwija fuq l-agrikoltura tpoġġi f’riskju l-kisba ta’ wieħed mill-objettivi globali tar-Regolament, li jitnaqqsu l-iżbilanċi territorjali. Taħlita xierqa tal-metodi territorjali u settorjali jnaqqsu dan ir-riskju. Każ b’suċċess ta’ l-integrazzjoni tal-metodi settorjali u territorjali jinstab f’Campania (kaxxa 2). Din turi li huwa possibli li jkun applikat il-metodu territorjali mal-politika ta’ l-iżvilupp rurali ta’ l-UE.

Kaxxa 2Elementi tal-metodu territorjali parzjali fil-programm ta’ l-Italja għall-CampaniaIl-programm ta’ Campania jinkludi l-elementi li ġejjin tal-metodu territorjali:

Deskrizzjoni u dijanjosi xierqa tat-territorju. Il-programm jiddistingwi żewġ żoni kbar bi problemi differenti: żoni b’agrikoltura intensiva u “żoni rurali”. Dawn ta’ l-aħħar huma spjegati billi jintużaw kriterji differenti, u għandhom medja ta’ densità ta’ popolazzjoni ta’ 127 inh/km2, imqabbla ma’ 1 239 inh/km2 barra dawn iż-żoni, u rata ta’ xogħol agrikolu ta’ 22 %, imqabbel ma’ 6 % fil-bqija tar-reġjun.

Il-miżuri li japplikaw il-metodu permezz tas-settur tal-prodott agrikolu jaspiraw li jagħtu apoġġ lill-azjendii agrikoli vijabbli b’mod ekonomiku u l-ażjendi ta’ l-ipproċessar. Dawn jirrapreżentaw 23 % tal-kontribut ta’ l-EAGGF. Tingħata prijorità lill-investimenti f’żoni li huma adattati b’mod partikolari għall-produzzjoni tal-prodott agrikolu kkonċernat. Tingħata prijorità żejda liż-żoni b’muntanji.

Erba’ miżuri ta’ Artikolu 33 li jindirizzaw in-nuqqas ta’ servizzi bażiċi u li javvanzaw attivitajiet ġodda, li jirrapreżentaw 24 % tal-flus ta’ l-EAGGF, huma biss implimentati f’żoni rurali.

Tingħata prijorità lill-proġetti li jkunu jinsabu f’żoni rurali, b’hekk jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ dawk iż -żoni, u jinħolqu sinerġiji ma’ investimenti oħra fiż-żona.

27.

Ir-Regolament ġdid ta’ l-Iżvilupp Rurali, li sejjer jidħol fis-seħħ mill-2007, jibqa’ jippermetti lill-Istati Membri li jadottaw metodu settorjali b’mod predominanti, b’attenzjoni primarja fuq is-settur agrikolu. M’hemmx objettiv territorjali li jaspira għall-iżvilupp aktar bilanċjat billi jitnaqqsu differenzi u jkunu evitati żbilanċji territorjali fl-UE, fl-Istat Membru jew fil-livell reġjonali.

28.

“Leader” biss, li ġie inkluż taħt ir-Regolament il-ġdid, għandu metodu territorjali, filwaqt li ċerti miżuri wkoll għandhom xi elementi ta’ dan il-metodu minħabba n-naturi multi-settorjali tagħhom. Madankollu, il-fondi disponibbli huma limitati (il-persentaġġ minimu tal-Komunità għall-Leader huwa 5 % għall-UE-15 u 2,5 % għall-Istati Membri l-ġodda; ir-rata għall-miżuri multi — settorjali hija 10 %). Il-proposti aktar ambizzjużi tal-Kummissjoni tnaqqsu (għall-miżuri multi settorjali minn 15 % sa' 10 %) jew twarrbu (fil-każ ta’ Leader riżerva ta’ 3 % tal-baġit ta’ l-RD). Dan juri li fil-prattika hemm nuqqas ta’ entużjażmu biex jaqilbu mill-metodu settorjali għal dak territorjali.

Mistoqsija tal-verifika Nru 2: Dawk il-proġetti magħżula għall-iffinanzjar ta’ l-UE huma bbażati fuq kriterji li jindirizzaw bl-aħjar mod il-bżonnijiet taż-żoni rurali?

Kundizzjonijiet u proċeduri ta’ l-għażla

Osservazzjoni 3Hemm nuqqas ta’ kundizzjonijiet ta’ eliġibilità u proċeduri ta’ għażla effettivi biex ikunu mmirati fondi biż-żoni ġeografiċi u l-benefiċjarji l-aktar fil-bżonn.

29.

Kemm it-Trattat konsolidat kif ukoll ir-Regolament ta’ l-Iżvilupp Rurali jużaw it-terminu “żoni rurali”. Artikolu 33 għandu t-titolu “navvanzaw l-addattament u l-iżvilupp taż-żoni rurali”. Madankollu ir-Regolament ma jfissirx dan, lanqas ma jeħtieġ li l-Istati Membri jistabilixxu kundizzjonijiet li ż-żoni rurali għandhom jissodisfaw (per eżempju, fil-programmi tagħhom ta’ żvilupp rurali). Il-Qorti sabet għall-programmi ta’ l-Istat Membru vverifikati illi tlieta ma kienx fihom tifsira taż-żoni rurali, illi ħamsa kellhom tifsira li ma kinitx applikata, u illi programm wieħed biss (Campania) fil-fatt applika t-tifsira tiegħu ta’ żoni rurali.

30.

Ir-Regolament ma jitlobx illi l-Istati Membri għandhom ifasslu l-miżuri għall-bżonnijiet taż-żoni rurali fil-programmi tagħhom. Dan jista’ jsir billi jkunu identifikati ż-żoni bl-aktar bżonnijiet, u imbagaħad li jkunu allokati fondi għaż-żoni rurali skond il-grad tal-bżonnijiet tagħhom (baġits speċifiċi, li ssir differenza fir-rati ta’ l-għajnuna, limitu ta’ miżuri għal ċerti żoni, eċċ.).

31.

L-Istati Membri ġeneralment ma għamlux dan fil-programmi tagħhom. Kważi l-miżuri kollha huma applikati fit-territorju kollu tal-programm, mingħajr ma jittieħed kont tal-grad li jvarja tal-bżonnijiet taż-żoni rurali.

32.

Ukoll meta proġett jissodisfa l-kundizzjonijiet, xi proġetti huma aħjar sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet taż-żoni rurali minn oħrajn. Per eżempju, jekk proġett ta’ l-investiment wieħed joħloq aktar xogħolijiet fiż-żoni rurali minn proġett ieħor, nassumu li l-affarijiet l-oħra kollha jkunu l-istess, l-ewwel proġett huwa preferibbli. Minbarra dan, il-fondi disponibbli huma limitati. Għar-raġunijiet ta’ effettività, il-fondi għandhom jingħataw prijorità skond il-bżonnijiet.

33.

Il-verifika tal-Qorti sabet illi l-Istati Membri ġeneralment ma japplikawx proċeduri effettivi sabiex jagħżlu dawk il-proġetti li jindirizzaw bl-aħjar mod il-bżonnijiet taż-żoni rurali. Diversi Stati Membri taw proġetti fuq il-bażi tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jieħu l-ewwel”. F’każijiet oħra, l-Istati Membri stabilixxew proċeduri ta’ gradi, li ma kenux applikati jew ibbażati parzjalment fuq kriterji li mhumiex rilevanti. F’1 biss mid-9 programmi analizzati kienu applikati l-proċeduri effettivi. Il-kaxxa 3 tagħti eżempji.

Kaxxa 3Eżempji ta’ applikazzjoni mhux effettiva tal-gradi u l-għażlaDawn li ġejjin huma eżempji ta’ kriterji li mhumiex rilevanti sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet taż-żoni rurali:

F’Katalunja, għall-miżura ta’ l-ipproċessar u tal-bejgħ, jingħataw punti lill-proġetti proposti skond it-tul taż-żmien li jkun għadda minn meta l-benefiċjarju jirċievi għotja. Dan il-kriterju jaspira li jferrex l-għajnuna lil numru akbar ta’ benefiċjarji milli jagħżel proġetti li jindirizzaw bl-aħjar mod il-bżonnijiet taż-żoni rurali. Fi Franza, għall-istess miżura l-ebda wieħed mill-kriterji ta’ l-għażla ma jirreferi għall-post ta’ l-investiment.

F’Niedersachsen, wieħed biss mill-ħames kriterji użati sabiex jagħżlu villaġġ fil-programm tar-reġjun għat-“tiġdid tal-villaġġ” jagħti każ tar-ruralità tal-villaġġ. Wieħed minn dawn il-kriterji hija s-sitwazzjoni finanzjarja tal-komun: għandu jkollu setgħa ta’ ffinanzjar biżżejjed sabiex ikun jista’ jwettaq l-azzjonijiet malajr u b’mod effettiv. Dan jimmodifika l-miżura tal-komun f’żoni urbani, minflok dawk rurali għaliex dan ta’ l-aħħar huma ġeneralment iffinanzjati anqas.

34.

Il-verifika sabet ukoll li hemm riskju illi aktar ma jkunu infurmati, aktar ma jkunu organizzati u aktar ma jkunu sinjuri l-benefiċjarji għax dawn għandhom aċċess eħfef għall-fondi ta’ l-UE. Għall-miżuri ta’ l-investiment, il-proġetti ffinanzjati huma proposti minn persuni privati u minn muniċipalitajiet li għandhom jikkofinanzjaw parti mill-investiment. Instabu eżempji fejn l-għajnuna hija kkonċentrata mal-benefiċjarji u żoni aktar b’saħħithom b’mod ekonomiku milli maż-żoni rurali. Kaxxi 3 u 4 juru każijiet fejn l-iżbilanċji reġjonali żdiedu minflok ma naqsu.

Kaxxa 4Konċentrazzjoni ta’ l-għajnuna ma’ benefiċjarji privati u pubbliċi aktar b’saħħithomF’Emilia Romagna, huma biss l-intrapriżi agrikoli li għandhom dħul minimu permezz ta’ unità tax-xogħol annwali ta’ madwar 10 000 euro għaż-żoni LFA u madwar 15 000 euro għaż-żoni mhux LFA li huma appoġġati. 50 % ta’ l-irziezet għandhom anqas minn 5 000 euro dħul. B’mod ġenerali dawn huma irziezet żgħar. 12 % ta’ l-akbar irziezet tar-reġjun (aktar minn 20 ha) assorbew 41 % ta’ l-għotjiet.L-inċiż ta’ Artikolu 33 “l-immaniġjar ta’ l-ilma agrikolu” hija finanzjarjament l-aktar miżura importanti fil-programm Spanjol sabiex itejjeb l-istrutturi agrikoli fir-reġjun ta’ Objettiv 1. Il-biċċa l-kbira mill-fondi ta’ din il-miżura (76 %) jintużaw sabiex jimmodernizzaw in-netwerks eżistenti ta’ l-irrigazzjoni. Iż-żoni irrigati jkopru madwar 12 % tal-wiċċ totali tar-reġjuni ta’ Objettiv 1, u għandhom aktar popolazzjoni u huma aktar kompettitivi minn żoni li ma jissaqqux. In-nies bdew jgħixu f’dawn iż-żoni għaliex iż-żoni li jissaqqu huma medja ta’ sitt darbiet aktar produttivi miż-żoni li ma jissaqux. Dan wassal għas-sitwazzjoni fejn il-maġġoranza tal-fondi huma kkonċentrati fi 12 % tal-wiċċ fl-aktar pożizzjoni favorevoli. Persentaġġ żgħir biss ta’ l-għajnuna (madwar 20 %) kien implimentat fiż-żoni fejn kienu spjegati bħala mingħajr popolazzjoni (<38.5 ab/km2).

Deadweight

Osservazzjoni 4Nuqqas ta’ objettivi effettivi jwassal ukoll għar-riskju ta’ effetti deadweight miżjuda, li jnaqqsu l-effettività ta’ l-għajnuna.

35.

Deadweight isseħħ meta investiment kien isir xorta waħda mingħajr l-għajnuna. F’każijiet bħal dawn l-effetti, bħat-tkabbir tal-kumpanija jew ix-xogħolijiet li jinħolqu kienu jseħħu ukoll mingħajr l-għajnuna. F’każijiet bħal dawn l-effetti, bħat-tkabbir tal-kumpanija jew ix-xogħolijiet maħluqa, kienu jseħħu xorta waħda. L-appoġġ għall-investimenti huwa aktar effettiv meta l-investiment ma kienx isir, u l-effetti mixtieqa ma kenux iseħħu mod ieħor. Madankollu, ċertu livell ta’ deadweight jista’ jitqies bħala li ma jistax jiġi evitat, peress li l-benefiċjarji għandhom ikunu lesti li jagħmlu l-proġetti ta’ l-investiment.

36.

Il-Kummissjoni tagħraf illi jeżisti deadweight  (14). Dan kien ikkonfermat ukoll mill-verifika tal-Qorti, li tiegħu ftit eżempji jinsabu fil-kaxxa 5. Livelli għolja ta’ deadweight huma rappurtati ukoll minn evalwazzjonijiet indipendenti.

Kaxxa 5Eżempji ta’ deadweightŻewġ bdiewa li rċevew għajnuna għall-proġetti taħt il-miżura investiment fl-intrapriżi agrikoli f’Emilia Romagna saritilhom żjara. Iż-żewġ bdiewa qalu illi, kieku ma ngħatax l-appoġġ pubbliku, kienu jagħmlu l-investimenti xorta waħda. Minbarra dan, iż-żewġ bdiewa kellhom riżorsi finanzjarji biżżejjed u għażlu li jwettqu investimenti oħra (mhux koffinanzjati mill-UE) għall-ammonti f’każ wieħed 5 darbiet akbar mill-proġett appoġġjat, f’każ ieħor nofs il-proġett appoġġjat.F’Katalonja, sa' l-2005 l-kriterji ta’ prijorità ma kienux applikati għall-miżura li ttejjeb l-ipproċessar u l-bejgħ tal-prodotti agrikoli, u l-applikazzjonijiet eliġibbli kollha kienu koffinanzjati. Minħabba li l-fondi ma kienux biżżejjed sabiex jagħmlu dan ir-rata tal-koffinanzjar pubblika prevista fl-RDP, ir-rata tnaqqset b’mod sinifikanti għal medja ta’ 15 %. Dan żied il-probabilità tad-deadweight — il-benefiċjarji kellhom jiffinanzjaw 85 % innifishom. Għal tnejn minn tlieta mill-kumpaniji li żorna, il-kontijiet annwali għas-snin wara t-tlestija tal-proġett koffinanzjat ta’ l-UE wrew illi l-kumpaniji għamlu investimenti oħra għall-ammonti li jaqbżu l-investimenti koffinanzjati mill-UE.

37.

Sabiex jitnaqqas ir-riskju tad-deadweight, hemm bżonn ta’ objettivi aħjar. Minbarra dan, ftit jew xejn ma ingħatat attenzjoni mill-Kummissjoni sabiex ikunu identifikati fatturi li jistgħu jipprevedu d-deadweight. Per eżempju, deadweight ġeneralment instabet li hija ogħla jekk l-investimenti saru minn kumpaniji akbar iżda anqas fil-każ ta’ investimenti li huma tajbin għall-ambjent. Dawn il-fatturi jistgħu konsegwentament jittieħed kont tagħhom meta tkun immirata l-għajnuna.

38.

Hemm relazzjoni bejn il-viabbiltà tal-kumpanija u s-sostennibilità ta’ l-investiment min-naħa waħda, u d-deadweight minn naħa l-oħra. Madankollu, il-Qorti tqis li l-Kummissjoni iffokat iżejjed fuq is-sostenibbilità filwaqt li aċċettat malajr wisq ir-riskju għoli tad-deadweight.

39.

Illustrazzjoni ta’ din hija s-sitwazzjoni għall-investiment fl-intrapriżi agrikoli fir-reġjun Belġjan ta’ Flanders, fejn kważi nofs taż-żammiet agrikoli huma esklużi minħabba l-kundizzjoni tal-viabbilità ekonomika. Din il-kundizzjoni kienet implimentata billi kienet teħtieġ dħul għall-ħaddiem full time ta’ l-inqas ta' 21 577 euro. Dawk li għamlu stima tal-programm ikkonkludew illi din teskludi żammiet li għandhom bżonn ta’ appoġġ u li għalihom l-effetti deadweight kienu anqas.

Mistoqsija tal-verifika Nru 3: Il-proġetti ġew implimentati fiż-żoni rurali u kellhom impatt?

Il-lokazzjoni tal-proġetti

Osservazzjoni 5Parti sinjifikanti ta’ l-ispiża hija implimentata fiż-żoni li mhumiex rurali b’mod predominanti, għad-detriment ta’ l-ammonti disponibbli għal dawn iż-żoni.

40.

Il-Kummissjoni għandha ftit informazzjoni dwar il-lok tar-riżultati u l-impatti ta’ l-Investimenti ta’ l-RD (ara l-paragrafu 61). Il-Qorti ħadet kampjun rappreżentattiv ta’ 300 proġetti ta’ l-EAGGF, u kklassifikat il-post tagħhom f’kategoriji ta’ ruralità. Dan sar billi intużaw erba’ mill-aqwa limiti indipendenti disponibbli li għaliha teżisti dejta sabiex ikunu kklassifikati ż-żoni kollha tat-territorju ta’ l-UE fl-urban u r-rural. Il-marki li ġejjin intużaw (aktar dettalji huma pprovduti Fl-Anness II):

a)

Jekk iż-żona kienet ikklassifikata bħala rurali fil-perijodu ta’ l-ipprogrammar ta’ qabel jew le (1994-1999). F’dan il-perijodu l-miżuri ta’ l-Artikolu 33 barra ż-żoni ta’ Objettiv 1 kienu implimentati biss f’ċerti żoni, imsejjħa “Objettiv 5b”, li kellu jissodisfa ċerti kriterji ta’ ruralità u kellhom ikunu approvati mill-Kummissjoni;

b)

Il-klassifika taż-żona ta’ NUTS III fit-tipoloġija ESPON, żviluppata bħala parti mill-programm ESPON li huwa immaniġjat b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri;

c)

ruralità relattiva taż-żona ta’ NUTS III skond it-tifsiriet nazzjonali disponibbli għall-iskopijiet ta’ l-istatistika;

d)

il-klassifika taż-żona ta’ NUTS III fit-tipoloġija OECD, li hija bbażata fuq id-densità tal-popolazzjoni u li kienet ġeneralment applikata għall-analiżi internazzjonali mill-1994.

41.

Tabella 2 jagħti r-riżultati ta’ l-analiżi ta’ kif it-300 investiment huma kklassifikati għal kull marki. Juri li għar-reġjuni barra Objettiv 1, skond it-tipoloġija wżata, bejn 29 % (OECD) u 55 % (klassifikazzjoni ex-Objettiv 5b) ta’ l-ispiża hija f’żoni mhux rurali. Għar-reġjuni ta’ Objettiv 1 bejn 9 % (OECD) U 22 % (definizzjoni nazzjonali) tas-sostenn ta’ l-iżvilupp rurali qiegħed f’żoni mhux rurali.

Tabella 2

Lok ta’ l-Investimenti RD f’kampjun rappreżentanti tat-300 proġett ta’ l-EAGGF

Kampjun tal-popolazzjoni

Ex-objettiv 5b

Tipoloġija ta’ l-ESPON

Tifsira nazzjonali

Tipoloġija OECD

le

iva

urban

medji

rurali

urban

medji

rurali

urban

medji

rurali

Reġjuni barra Objettiv 1

55 %

45 %

47 %

29 %

25 %

44 %

7 %

49 %

29 %

38 %

33 %

Reġjuni ta’ Objettivi 1

n/a

n/a

21 %

53 %

26 %

22 %

2 %

76 %

9 %

43 %

48 %

42.

Meta mqabbla mal-perijodu ta’ l-ipprogrammar ta’ qabel (1994-1999), l-appoġġ ta’ l-investiment ta’ l-iżvilupp rurali (ex-Objettiv 5b) waqa’ b’50 % f’termini assoluti (madwar 1 500 miljuni ta’ euro), u b’70 % f’termini relattivi (15). Dan, minkejja żjieda sinjifikanti fil-baġit ta’ l-RD. Dan juri illi n-nuqqas ta’ prijoritizzazzjoni, permess mir-Regolament, kien għad-detriment tal-fondi disponibbli għal dawn iż-żoni.

43.

Id-densità tal-popolazzjoni kienet ukoll analizzata għat-300 proġett. Għal kull wieħed mill-popolazzjonijiet tal-kampjun, id-densità tal-popolazzjoni medja taż-żona ta’ l-investiment hija murija fl-Tabella ta’ hawn taħt (LAU II huwa l-livell amministrattiv “l-aktar baxx”, bħall-komuni, NUTS III hija l-akbar żona amministrattiva bħall-provinċji). Għat-tipi kollha tal-miżuri ta’ l-investiment ivverifikat, kemm iż-żoni tal-LAU II u n-NUTS III għandhom medja ta’ densità ta’ popolazzjoni ogħla mill-medja Ewropea ta’ 120 persuna kull km kwadru. Il-figuri għar-reġjuni ta’ Objettiv 1 għandhom jitqabblu mad-densità tal-popolazzjoni medja għaż-żoni ta’ Objettiv 1, li huwa 81 ab/km2.

Tabella 3

Densità tal-popolazzjoni medja fil-lokazzjoni ta’ l-investimenti ta’ l-RD f’kampun rappreżentattiv ta’ 300 proġett ta’ l-EAGGF

Kampjun tal-popolazzjoni

Densità tal-popolazzjoni tal-lok ta’ l-investiment (inh/km2)

LAU II

NUTS III

Reġjuni barra Objettiv 1

259

242

Reġjuni ta’ Objettiv 1

237

246

44.

Ir-rilevanza ta’ din l-analiżi toħroġ mill-korelazzjoni bejn id-densità tal-popolazzjoni u tħaddim ekonomika. Iktar ma tkun għolja d-densità tal-popolazzjoni, aktar ma jkun għoli l-PGD ir-ras. Ir-riżultati ta’ Tabella 3 ifissru illi l-investimenti RD huma bħala medja LAU II u NUTS III fiż-żoni li għandhom PGD ogħla ir-ras mill-medja ta’ l-UE.

45.

Karatteristika tal-klassifika ta’ ESPON hija illi ż-żoni imfissra bħala urbani fit-tipoloġija tagħha għandhom l-ogħla PGD, i.e. huma ż-żoni aktar sinjuri. Ir-riżultati tal-kampjun b’hekk juru illi parti sinifikanti ta’ l-ispiża għall-miżuri analizzati (47 % għar-reġjuni barra l-Objettiv 1, 21 % għar-reġjuni ta’ Objettiv 1) hija implimentata fiż-żoni bl-ogħla PGD, kuntrarju għall-objettiv li jitnaqqsu l-iżbilanċji territorjali (ara paragrafu 6).

46.

Ir-riżultati huma b’mod partikolari rimarkabbli għar-reġjuni ta’ Objettiv 1, li huma b’mod ġenerali ż-żoni ifqar ta’ l-UE. Id-densità medja tal-popolazzjoni tal-lokazzjoni ta’ l-investimenti hija simili ħafna għall-reġjuni ġo u barra minn Objettiv 1 (ara Tabella 3). Dan juri li l-investimenti huma kkonċentrati fil-partijiet l-aktar sinjuri tar-reġjuni ta’ Objettiv 1.

Ir-riżultati u l-impatti tal-proġetti analizzati fuq il-post

Osservazzjoni 6Mhuwiex dejjem possibli li jkunu identifikati l-effetti tal-proġetti, iżda meta dan setgħu saru fatturi prinċipali li żiedu l-effettività tagħhom kienu sinerġija ma’ proġetti oħra u li jkunu jinsabu f’żoni rurali.

47.

Bħala parti mill-analiżi tal-31 proġett analizzati matul iż-żjarat ta’ l-Istati Membri, il-verifika tindirizza l-mistoqsija “x’kienu r-riżultati tal-proġett u x’kienu il-fatturi prinċipali li jvarjaw li ddeterminawhom?”. Ir-ritratti fuq il-paġna li ġejja joffru idea ta’ l-erba mill-proġetti verifikati. L-Anness III joffri deskrizzjoni aktar dettaljata ta’ dawn il-proġetti, li juru l-punti li ġejjin. Ir-riżultati ppreżentati hawn taħt ma jistgħux ikunu estrapolati għaliex il-kampjun sar fuq bażi li tiġġudika u taspira ukoll li tinkludi l-eżempji ta’ prattika tajba.

Punt 1: L-Effetti (ir-riżultati u l-impatti) ma jistgħux ikunu identifikati dejjem

48.

Għall-10 proġetti analizzati, instabu riżultati u impatti ċari. Għal 15-il proġett ieħor (16), instabet prova ta’ ftit effetti, għalkemm mhux għall-effetti intiżi kollha. Għas-6 proġetti li jibqgħu (17) instabu ftit jew ma nstabu l-ebda effetti. Din l-informazzjoni kienet b’mod ġenerali mhux miġbura mill-Istati Membri, li xi kultant qalu li din hija r-responsabbilità ta’ dawk li għamlu l-istima.

Punt 2: Il-proġetti huma aktar effettivi meta jkun hemm sinerġija

49.

Għal 20 proġett analizzati instabu effetti ta’ sinerġija. Dan ifisser illi l-proġetti ma kienux implimentati f’iżolament iżda kienu marbuta ma’ oħrajn. Dan kien normalment għaliex il-proġetti kienu parti ta’ kunċett aktar wiesgħa bħall-istrateġija ta’ l-iżvilupp lokali (e.ż. għall-iżvilupp ta’ villaġġ jew l-iżvilupp tat-turiżmu). Għal 11-il proġett li jibqgħu (18), ma setgħux jiġu stabbiliti l-effetti tas-sinerġija. Il-Qorti sabet illi l-proġetti iżolati, li ma kellhomx rabta ma’ proġetti oħra, kellhom anqas impatt u kienu anqas effettivi.

50.

L-Istati Membri mhux dejjem jitolbu li l-proġetti huma parti minn kunċett aktar wiesgħa jew pjan ta’ żvilupp lokali. F’dawk il-każijiet, b’mod partikolari l-miżuri ta’ Artikolu 33, objettiv effettiv iżid l-effettività ta’ l-għajnuna.

Punt 3: Lok u impatt fiż-żoni rurali

51.

Għall-proġetti analizzati, l-effetti prinċipali intlaħqu viċin l-investiment. 7 proġetti biss (19) kellhom impatt f’żona akbar ukoll.

52.

Għal 19-il proġett analizzati, ir-riżultati u l-impatti taw kontribut b’mod pożittiv għall-iżvilupp taż-żoni rurali. Madankollu, għat-12–il proġett li jibqgħu, il-Qorti ma sabitx kontribut daqstant pożittiv: għal 6 każijiet instabu ftit jew l-ebda effett (ara paragrafu 48) u 6 każijiet oħra (20) kienu f’belt jew f’żona mhux rurali. Dan għandu impatt inqas b’mod sinifikanti fuq l-iżvilupp rurali u b’hekk mhuwiex effettiv meta jindirizza l-problemi taż-żoni rurali.

Ritratt 1

Image

Proġett Nru 15, kostruzzjoni ta’ torri ta’ veduta f’Brandenburg

Ritratt 2

Image

Proġett Nru 11, xiri ta’ art agrik ola mill-Istat fl-Olanda


Ritratt 3

Image

Proġett Nru 19, it-tiġdid taċ-ċentru tal-villaġġ ta’ Kirchwahlingen f’Niedersachsen

Ritratt 4

Image

Proġett Nru 22, modernizzazzjoni ta’ akwadotti qodma tal-konkritb’sistema ta’ pajpijiet u pompi taħt l-art fi Spanja

Mistoqsija tal-verifika Nru 4: Il-prodotti finali, ir-riżultati u l-impatti huma mħarsa u evalwati b’mod korrett?

Il-qafas ġenerali tas-sistema tal-monitoraġġ u ta’ l-evalwazzjoni

Osservazzjoni 7L-implimentazzjoni mill-Kummissjoni u l-Istati Membri tas-sistema tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni ma tipprovdix informazzjoni adegwata u affidabbli dwar il-produzzjoni, ir-riżultati u l-impatti ta’ l-investimenti ta’ l-RD.

53.

Id-disinn tas-sistema tal-monitoraġġ u ta’ l-evalwazzjoni hija mniżżla fil-bażi legali, inkluż per eżempju l-inklużjoni fl-RDPs ta’ l-objettivi tal-ħidma u l-impatti mistennija, ikkwantifikati fejn possibbli fit-termini ta’ l-estmi tal-monitoraġġ u ta’ l-evalwazzjoni.

54.

Għall-monitoraġġ, il-bażi legali titlob lill-Istati Membri li jagħtu r-rapporti tal-progress annwali lill-Kummissjoni, li jinkludu l-progress tal-miżuri fir-rigward ta’ l-objettivi tagħhom. Għal dan, sakemm ikun possibbli, għandhom jintużaw l-indikaturi komuni spjegati fil-linji gwida li saru mill-Kummissjoni. Fuq il-bażi ta’ l-indikaturi komuni rrapurtati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tipprepara rapport tas-sintesi perjodikament.

55.

Jitwettqu tliet tipi ta’ evalwazzjonijiet: ex-ante (fl-istadju ta’ l-ippjanar tal-programm), nofs term (mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003 u fejn ikun neċessarju aġġornat sentejn wara) u ex-post (sal-31 ta’ Diċembru 2008). Il-Kummissjoni qabbdet ukoll nies li jagħmlu l-istima sabiex jippreparaw rapporti sommarji dwar l-informazzjoni mdaħħla fil-evalwazzjonijiet ex-post ta’ l-Istati Membri għall-perijodu ta’ l-ipprogrammar ta’ qabel (li kienu disponibbli fl-2003) u l-evalwazzjonijiet ta’ nofs terminu tal-perijodu preżenti.

56.

Meta jittieħed kont illi l-Kummissjoni indirizzat ftit minn nuqqasijiet preżenti bit-tibdiliet proposti għall-perijodu ta’ programmar il-ġdid il-Qorti sabet illi l-qafas ġenerali tas-sistema tal-monitoraġġ u ta’ l-evalwazzjoni hija ġeneralment adegwata.

57.

Il-Qorti analizzat kif is-sistema tal-monitoraġġ u ta’ l-evalwazzjoni kienet implimentata mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Il-Qorti sabet li la l-Kummissjoni u lanqas l-Istati Membri ma għamlu monitoraġġ u evalwaw b’mod adegwat il-produzzjoni, ir-riżultati u l-impatti ta’ l-investimenti ta’ l-RD. Dan ifisser illi huma ma għandhomx informazzjoni biżżejjed sabiex imexxu b’mod effettiv il-miżuri ta’ l-investiment.

58.

Instabu n-nuqqasijiet li ġejjin:

a)

L-objettivi fuq il-livell tal-proġett u l-miżura, indikaturi u l-objettivi ġeneralment instabu li mhumiex imfissra b’mod adegwat fil-programmi ta’ l-Istat Membru;

b)

Ukoll meta l-indikaturi kienu mfissra b’mod adegwat, diversi Stati Membri ma ġabrux u ma rrapurtawx dejta dwar ir-riżultati tal-proġett, ukoll avolja dan seta’ kien possibbli;

c)

Meta kienet irrapurtata dejta, f’diversi każijiet l-produzzjoni, ir-riżultat u l-indikaturi ta’ l-impatt ma kienux li wieħed seta’ joqgħod fuqhom. Il-kisbiet ta’ l-UE ingħataw importanza żejda minħabba l-inklużjoni tar-rappurtar tal-koffinanzjar nazzjonali u rappurtar doppju tar-riżultati. Minbarra dan, id-dejta kienet ibbażata fuq il-figuri u l-estmi ppjanati u b’mod ġenerali mhux iċċekkjati fir-realtà mill-amministrazzjonijiet nazzjonali;

d)

Il-Kummissjoni talbet li d-dejta tkun ibbażata fuq l-impenni u mhux fuq ħlas, ma hemm għaldaqstant l-ebda rabta diretta bejn l-ammonti mħallsa u konsegwentament ir-rappurtar finanzjarju. Dan ifisser ukoll illi l-figuri mhumiex dawk li ntlaħqu attwalment u illi l-produzzjoni u r-riżultati huma rraportati kmieni wisq jew huma esaġerati (per eżempju meta l-proġetti huma kkanċellati);

e)

dwar Artikolu 33, minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ tipi differenti tal-proġetti, il-Kummissjoni ma pprovdietx għall-indikaturi tal-produzzjoni komuni rilevanti. Mhuwiex irraportat x’inhu attwalment iffinanzjat.

59.

Dawn in-nuqqasijiet konsegwentament affettwaw ir-rapporti tal-progress annwali ta’ l-Istat Membru, fejn id-dejta hija rrapurtata. L-indikaturi komuni ta’ dawn ir-rapporti jiffurmaw il-bażi “id-dejta tal-monitoraġġ ta’ l-iżvilupp rurali ta’ l-UE — rapporti ta’ sintesi” tal-Kummissjoni, rapport mitlub mill-Kunsill ta’ l-Agrikoltura. L-aħħar rapport, li jirrigwarda s-snin 2001-2003, kien ippreparat f’Mejju 2005, jiffoka fuq l-implimentazzjoni finanzjarja, u jagħti ftit dejta ta’ monitoraġġ dwar l-produzzjoni u r-riżultati. Ir-rapport mhux komplut, peress li d-dejta għar-reġjuni ta’ Objettiv 1 ma kienx disponibbli. Ma jistax jitqabbel mas-sena 2000 għaliex il-Kummissjoni biddlet l-indikaturi fl-2001, u figuri aġġornati għas-sena 2000 huma biss disponibbli parzjalment.

60.

In-nuqqasijiet (ara l-paragrafu 58) jaffettwaw ukoll ir-rapporti ta’ l-evalwazzjoni. Problema oħra tirrigwarda l-evalwazzjonijiet hija r-relevanza limitata tal-“mistoqsijiet komuni ta’ l-evalwazzjoni”. Dawn huma serje ta’ mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni, kriterji u indikaturi żviluppati mill-Kummisjoni u mitluba mill-bażi legali. Il-verifika tal-Qorti sabet illi l-maġġoranza tal-mistoqsijiet mhumiex imwieġba min-nies li jagħmlu stima għaliex il-biċċa l-kbira tal-mistoqsijiet, il-kriterji u l-indikaturi mhumiex pertinenti, u meta huma, dik id-dejta mhijiex rapurtata jew ma tistax tiġi kkwantifikata.

61.

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tipprovdi biss informazzjoni limitata dwar fejn il-produzzjoni, ir-riżultati u l-impatti jintlaħqu. Tali informazzjoni hija neċessarja sabiex ikunu analizzati l-problemi f’dawk iż-żoni rurali fejn il-bżonnijiet huma l-ogħla. Fil-fatt hija t-tlestija loġika ta’ l-objettivi u tgħin sabiex titkejjel l-effettività tas-sostenn.

62.

Għal numru ta’ snin il-metodu tal-Kummissjoni lejn l-immaniġġjar finanzjarju affidabbli kien permezz tal-proċeduri ta’ l-Immaniġġjar Ibbażat fuq l-Attività. Din toffri, fuq livell globali, indikaturi dwar l-produzzjoni u l-impatt ta’ l-iżvilupp rurali. Dawn l-indikaturi, madankollu, ma joffrux kwalunkwe ħarsa lejn dak li kien iffinanzjat u x’intlaħaq. L-indikaturi tal-produzzjoni jispjegaw l-attivitajiet mistennija tal-Kummissjoni u l-uniku indikatur ta’ l-impatt rilevanti għall-miżuri ta’ l-investiment huwa l-ispiża ta’ l-iżvilupp rurali bħala sehem ta’ l-Ispiża totali ta’ l-EAGGF.

63.

Il-mod kif is-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ l-evalwazzjoni hija implimentata wasslet għas-sitwazzjoni li r-rappurtar ma joffrix stampa affidabbli tal-produzzjoni, ir-riżultati u l-impatti ta’ l-investimenti ta’ l-RD. Mhuwiex ċar x’kien iffinanzjat (produzzjoni), x’inkiseb (riżultati, impatti) u kif dan ikkontribwixxa sabiex ikunu indirizzati l-problemi taż-żoni rurali.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

64.

Il-Qorti sabet li l-informazzjoni prinċipali sabiex titwieġeb il-mistoqsija jekk il-miżuri ta’ l-Investiment ta’ l-Iżvilupp Rurali jindirizzaw b’mod effettiv il-problemi taż-żoni rurali kienu neqsin. Għaldaqstant ma setax jiġi stmat x’fondi taw kontribut sabiex jintlaħaq liema objettiv. In-nuqqas ta’ disponibbilità ta’ din l-informazzjoni hija parzjalment minħabba r-Regolament ta’ l-Iżvilupp Rurali li joffri varjetà vasta ta’ miżuri intiżi lejn objettivi wesgħin. Minbarra dawn il-programmi ta’ l-Istati Membri ma niżżlux strateġiji ċari sabiex jindirizzaw problemi taż-żoni rurali (ara paragrafi 16 sa 18).

Il-Kummissjoni għandha għall-perijodu ta’ pprogrammar li jmiss tiżgura illi meta tadotta il-programmi ta’ l-iżvilupp rurali l-Istati Membri ikunu identifikaw strateġiji ċari li jirrigwardaw objettivi speċifiċi u li jippermettu l-istima ta’ relazzjoni ta’ l-effettività tal-prezz ta’ l-investimenti.

65.

Il-programmi ta’ l-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali jiffokkaw sostenn fil-biċċa l-kbira fuq is-settur agrikolu u b’hekk jibqgħu qrib wieħed mill-objettivi globali tar-Regolament: li jikkontribwixxi għall-kisba ta’ l-objettivi tal-PAK. Din l-attenzjoni qawwija fuq l-agrikoltura tpoġġi f’riskju l-kisba ta’ l-objettiv globali l-ieħor tar-Regolament: li jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali taż-żoni rurali li jkunu servuti aħjar bil-metodu territorjali kif applikat fil-Fondi Struttrali l-oħra (ara l-paragrafi 19 sa 26).

Meta tfassal l-arranġamenti għall-perijodu ta’ l-ipprogrammar 2007-2013, għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-bilanċ bejn iż-żewġ objettivi tal-qalba tar-Regolament: dik li tirrigwardja l-PAK u dik li taspira li tnaqqas l-iżbilanċji territorjali.

66.

Ir-Regolament ma jagħtix tifsira taż-żoni rurali, lanqas ma jistipola kundizzjonijiet li dawn għandhom jissodisfaw. L-Istati Membri mhumiex mitluba li jistabilixxu ż-żoni rurali fil-programmi ta’ l-iżvilupp rurali tagħhom. Hemm nuqqas ta’ kundizzjonijiet effettivi u proċeduri ta’ l-għażla sabiex jimmiraw fondi fuq iż-żoni ġeografiċi u l-benefiċjarji l-aktar fil-bżonn (ara l-paragrafi 29 sa 34).

Il-Kummissjoni għandha tiżgura illi għar-raġunijiet ta’ l-effettività, il-programmi ta’ l-Istati Membri jipprijoritizzaw l-allokazzjoni tal-fondi skond il-bżonnijiet tagħhom. Din il-prijoritizzazzjoni tgawdi minn identifikazzjoni aktar ċara taż-żoni u l-benefiċjarji l-aktar fil-bżonn.

67.

Il-Kummissjoni għandha ftit informazzjoni dwar il-lokazzjoni tar-riżultati u l-impatti ta’ l-investimenti. Il-Qorti identifikat illi parti sinifikanti ta’ l-ispiża hija implimentata f’żoni li mhumiex rurali b’mod predominanti u illi, meta mqabbla mal-perijodu ta’ l-ipprogrammar ta’ qabel, l-appoġġ ta’ l-investiment għaż-żoni rurali naqas b’mod sinifikanti (ara l-paragrafi 40 sa 46).

Meta tapprova l-programmi ta’ l-iżvilupp rurali l-Kummissjoni għandha tiżgura illi l-Istati Membri ġġustifikaw b’mod ċar f’liema żoni l-investiment huwa l-aktar bżonnjuż.

68.

Rigward ir-riżultati u l-impatti tal-proġetti analizzati fuq il-post instab illi li jiġi stabbilit l-effett huwa diffiċli iżda illi l-fatturi li influwenzaw b’mod pożittiv l-effettività kienu s-sinerġija ma’ proġetti oħra u li jkunu jinsabu f’żoni rurali (ara l-paragrafi 47 sa 53).

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex janalizzaw fatturi prinċipali li jinfluwenzaw suċċess tal-proġetti ta’ l-investiment u jferxu każijiet ta’ prattika tajba.

69.

Is-sistema tal-monitoraġġ u ta’ l-evalwazzjoni ma tagħtix lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri informazzjoni biżżejjed u affidabbli dwar il-produzzjoni, ir-riżultati u l-impatti (ara l-paragrafi 53 sa 63).

Il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-ġbir tad-dejta u r-rappurtar sabiex tkun infurmata aħjar dwar l-effettività ta’ l-investimenti.

Dan ir-rapport ġie adottat fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-28 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Hubert WEBER

President


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jwaqqaf regoli komuni għall-iskemi ta’ l-appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jwaqqaf ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1). Artikolu 10.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew dwar il-Gwida Agrikola u Garanzija (EAGGF) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

(3)  Rapport Speċjali Nru 3/2005 (ĠU C 279, 11.11.2005), Rapport Speċjali Nru 4/2003 (ĠU C 151, 27.6.2003), Rapport Speċjali Nru 9/2004 (ĠU C 67, 18.3.2005).

(4)  L-ewwel kolonna tal-PAK tikkonsisti f’appoġġ li għandu jingħata lill-bdiewa f’forma ta’ ħlas dirett.

(5)  Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

(6)  Artikoli 4, 25 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

(7)  Ir-reġjuni ta’ NUTS II li l-iżvilupp tagħhom qiegħed fuq wara, li huma spjegati bħala PGD per capita ta’ anqas minn 75 % tal-medja tal-Komunità.

(8)  Evalwazzjoni ta’ wara tal-programmi ta’ l-Objettiv 5b 1994-1999, Awwissu 2003; Rapport tas-Sinteżi tal-Evalwazzjonijiet ta’ Nofs it-Term 2000-2006, Frar 2006.

(9)  Sħubija ġdida għall-koeżjoni, It-tielet rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, Frar 2004, p. 29.

(10)  Konklużjonijiet tal-Konferenza Ewropea dwar l-Iżvilupp Rurali f’Cork, 7-9 ta’ Novembru 1996.

(11)  Konklużjonijiet dwar it-tieni Konferenza Ewropea dwar l-iżvilupp rurali f’Salzburg, 12-14 ta’ Novembru 2003.

(12)  Per eżempju, jekk dijanjosi tal-problemi ta’ partijiet differenti tat-territorju huma inklużi, dan huwa fuq livell ġenerali, mingħajr ma jkun identifikat liema żona rurali konkreta għandha liema problema. Minbarra dan, id-deskrizzjoni tal-problemi/bżonnijiet ma tintużax sabiex ikunu adattati l-miżuri ta’ l-RD għall-bżonnijiet għaż-żoni differenti.

(13)  In-Newsletter tal-Kummissjoni: Inpoġġu l-iżvilupp rurali sabiex jaħdem għax-xogħlijiet u t-tkabbir, 2005.

(14)  DĠ AGRI — factsheet — perspettivi ġodda għall-Iżvilupp Rurali ta’ l-UE, p. 7.

(15)  Sors: Analiżi mill-Qorti tad-dejta tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

(16)  Proġetti 1 u 5, 7 u 9, 16, 18, 19, 22, 23, 30, 31 (ara Anness I).

(17)  Proġetti 12, 15, 17, 20, 26 u 27 (ara Anness I).

(18)  Proġetti 1, 2, 3, 4, 7, 8, 9, 12, 17, 20 u 31 (ara Anness I).

(19)  Proġetti 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 (ara Anness I).

(20)  Proġetti 7, 8, 11, 18, 24 u 25 (ara Anness I).


ANNESS I

LISTA TA’ PROĠETTI VVERIFIKATI FL-ISTATI MEMBRI

Ref.

Stat Membru u Programm

Miżura — Regolament (KE) Nru 1257/1999

Deskrizzjoni Qasira tal-Proġett

Investiment fl-intrapriżi agrikoli

Intejbu l-ipproċessar u l-bejgħ tal-prodotti agrikoli

Miżuri Artikolu 33

Tqassim mill-ġdid

Rinnovazzjoni u l-iżvilupp tal-villaġġi u l-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt rurali

Immaniġjar ta’ l-Ilma agrikolu

L-iżviupp u t-titjib ta’ l-infrastruttura marbuta ma’ l-iżvilupp ta’ l-agrikoltura

1

Italja — Emilia Romagna

×

 

 

 

 

 

Ix-xiri ta’ magni tar-razzett, li jaspiraw li jnaqqsu l-prezz

2

Italja — Emilia Romagna

×

 

 

 

 

 

Kostruzzjoni ta’ bini ta’ razzett sabiex jaħżnu magni, li jaspiraw li jnaqqsu l-prezz

3

Spanja — OP Nazzjonali

×

 

 

 

 

 

Appoġġ lill-investiment (għotjiet, rata ta’ interess u sussidju tas-self) f’razzett żgħir f’razzett ta’ familja żgħira b’madwar 15-il baqra

4

Spanja — OP Nazzjonali

×

 

 

 

 

 

Appoġġ lill-investiment (għotjiet u sussidju tar-rata ta’ interessi) f’koperattiva tal-ħalib ta’ relativament daqs kbir (186 baqra, kwota tal-ħalib 1,2 miljun kg)

5

Franza — RDP Nazzjonali

 

×

 

 

 

 

Investimenti sabiex itejbu l-kontroll tal-kwalità f’koperattiva tal-produzzjoni ta’ l-inbid

6

Franza — RDP Nazzjonali

 

×

 

 

 

 

Investimenti sabiex itejbu u jikkontrollaw il-kundizzjonijiet iġeniċi fil-biċċeriji

7

Spanja — Catalonia

 

×

 

 

 

 

Ittejbu l-kundizzjonijiet sanitarji u jsalvaw l-enerġija billi jaġġustaw il-proċess tal-produzzjoni f’kumpanija privata

8

Spanja — Catalonia

 

×

 

 

 

 

Il-bini ta’ impjant ġdid u jtejbu l-kundizzjonijiet sanitarji billi jaġġustaw il-proċess tal-produzzjoni f’kumpanija privata

9

Spanja — Catalonia

 

×

 

 

 

 

Il-bini ta’ impjant ġdid u jtejbu l-kundizzjonijiet sanitarji billi jaġġustaw il-proċess tal-produzzjoni f’assoċjazzjoni mal-produtturi

10

Olanda — RDP Nazzjonali

 

 

×

 

 

 

Ix-xiri ta’ 28,6 ettaru ta’ art agrikola fiż-żona tar-riżerva naturali minn bidwi

11

Olanda — RDP Nazzjonali

 

 

×

 

 

 

Ix-xiri ta’ 125,6 ettaru ta’ art f’żona ta’ riżerva tan-natura, il-biċċa l-kbira użata bħala art agrikola, mill-muniċipalità ta’ Zaanstad

12

Italja — Campania

 

 

 

×

 

 

Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti ta’ razzett iżolat bl-impenn li jintuża bħala faċilità bed and breakfast

13

Italja — Campania

 

 

 

×

 

 

Rinnovar ta’ spazju miftuħ (triq u pjazza) ta’ komun sabiex tintuża bħala żona soċjali

14

Ġermanja — Brandenburg

 

 

 

×

 

 

Rinnovar ta’ kastell għal skopijiet ta’ mużew

15

Ġermanja — Brandenburg

 

 

 

×

 

 

Il-bini ta’ torri ta’ l-azzar għoli 31,5 metru li jagħti veduta panoramika fuq lag u ż-żona ta’ madwar

16

Ġermanja — Brandenburg

 

 

 

×

 

 

Il-bini mill-ġdid ta’ żewġ pontijiet u titjib ta’ triq rurali twila 1,1 km

17

Ġermanja — Niedersachsen

 

 

 

×

 

 

Il-qalba ta’ bini tradizzjonali qadim f’post soċjali u fejn jiltaqgħu n-nies

18

Ġermanja — Niedersachsen

 

 

 

×

 

 

Ir-restawr tas-sengħa ta’ l-iżgirma u kejbils ta’ dar ta’ razzett qadima

19

Ġermanja — Niedersachsen

 

 

 

×

 

 

Il-bini ta’ parkeġġ, l-għoti tal-wiċċ ta’ triq mill-ġdid, il-ħolqien ta’ post fejn iduru t-trakkijiet agrikoli li jfornu li jsewwu ċ-ċnut tipiċi u li l-bankijiet għad-divertiment

20

Spanja — Catalonia

 

 

 

×

 

 

It-tiġdid tal-kamra tal-laqgħat fil-komun rurali

21

Ġermanja — Brandenburg

 

 

 

 

×

 

It-titjib ta’ dika matul ix-xmara Oder u l-għoti ta’ ilma mix-xmara għall-irrigazzjoni

22

Spanja — RDP Nazzjonali

 

 

 

 

×

 

It-titjib u l-modernizzar tan-netwerk ta’ l-irrigazzjoni għas-soċjetà ta’ l-irrigazzjoni

23

Spanja — RDP Nazzjonali

 

 

 

 

×

 

It-titjib taż-żona tas-soċjetà ta’ l-irrigazzjoni fi proġett integrat (irrigazzjoni, drenaġġ, toroq, eċċ.)

24

Spanja — RDP Nazzjonali

 

 

 

 

×

 

Irrigazzjoni f’żona agrikola immedjatament qrib il-belt ta’ Castellón de la Plana

25

Spanja — RDP Nazzjonali

 

 

 

 

×

 

Irrigazzjoni ta’ l-art agrikola viċin il-belt ta’ Sagunto

26

Portugall — Lisboa e Vale do Tojo

 

 

 

 

×

 

Il-kostruzzjoni ta’ sistema ta’ irrigazzjoni ġdida fiż-żona ta’ żewġ villaġġi f’komunità rurali ta’ Tomar

27

Portugall — Lisboa e Vale do Tojo

 

 

 

 

×

 

Il-kostruzzjoni ta’ sistema ta’ irrigazzjoni ġdida f’żona ta’ 25 km distanza minn Lissabon

28

Italja — Campania

 

 

 

 

 

×

Ir-rinovazzjoni tat-toroq rurali eżistenti, it-titjib ta’ l-aċċessibilità għall-irziezet ta’ madwar, it-titjib tal-komunikazzjoni bejn il-partijiet differenti tal-komun u l-aċċess għat-toroq prinċipali

29

Italja — Campania

 

 

 

 

 

×

Ir-rinovazzjoni tat-toroq rurali eżistenti, it-titjib ta’ l-aċċessibilità ma’ l-irziezet ta’ madwar, it-titjib tal-komunikazzjoni bejn il-partijiet differenti tal-komun u l-aċċess għat-toroq prinċipali

30

Ġermanja — Niedersachsen

 

 

 

 

 

×

Il-ħolqien ta’ triq rurali ġdida ta’ 410 metru

31

Ġermanja — Niedersachsen

 

 

 

 

 

×

It-tiġdid ta’1,4 km ta’ triq rurali


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET TA’ ŻONI RURALI — MARKI UŻATI GĦALL-VERIFIKA

1.

Żoni Ex-Objettiv 5b

Bid-data ta’ effett tar-Regolament ta’ l-Iżvilupp Rurali, 1 ta’ Jannar 2000, tħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 (1). Dan ta’ l-aħħar jispjega f’Artikolu 1, paragrafu 5, Objettiv 5b illi “javvanza l-iżvilupp taż-żoni rurali”. Aktar ‘l isfel, Artikolu 11 jgħid illi ż-żoni eliġibbli taħt Objettiv 5b) għandhom jintgħażlu (…) filwaqt li jittieħed kont b’mod partikolari tal-grad li fih huma rurali fin-natura tagħhom, in-numru ta’ persuni li jaħdmu fl-agrikoltura, il-livell ta’ żvilupp ekonomiku u agrikolu tagħhom, kemm huma periferali u s-sensittività tagħhom għat-tibdiliet fis-settur agrikolu, b’mod speċjali fil-kuntest tar-riforma tal-politika agrikola komuni. Għall-perijodu ta’ pprogrammar 1994-1999, il-Kummissjoni approvat 83 żona skond dawn il-kriterji. Iż-żona affettwata mill-programmi ta’ Objettiv 5b tkopri 26 % tal-wiċċ ta’ l-UE u 9 % tal-popolazzjoni tagħha.

2.

Tippoloġija ESPON

L-attenzjoni fuq ir-rapport finali tal-proġett ESPON 1.1.2 “Relazzjonijiet Urban-rurali fl-Ewropa” huwa dwar jekk il-qasma urbani-rural hijiex sensibbli, kif din għandha ssir u x’għandhom ikunu l-kriterji, u jekk tistax tintuża sabiex titfassal il-politika. Ir-rapport jelabora tipoloġija tar-reġjuni fl-Ewropa skond il-karatteristiċi urbani-rural. Tipoloġija ESPON hija bbażata fuq żewġ dimensjonijiet prinċipali, il-grad ta’ l-influwenza urbana u l-grad ta’ l-intervent umana. L-influwenza urbana hija mfissra skond id-densità tal-popolazzjoni u l-istat taċ-ċentru urban mexxej ta’ kull wieħed miż-żona ta’ NUTS III. Il-grad ta’ l-intervent umana ġie stabbilit mis-sehem relattiv ta’ l-art skond il-klassijiet ta’ l-art prinċipali tad-dejta ta’ CORINE stabbilita. Il-klassijiet prinċipali huma uċuħ artifiċjali, żoni agrikoli, u art li fadal. Għall-iskop tal-verifika, l-ewwel klassi (tip 1 “influwenza urbana għolja, intervent umana għolja”) jitqies bħala urban, klassijiet 2-5 bħala medji u klassi 6 bħala rurali.

3.

Tifsiriet nazzjonali

Peress li l-varjazzjoni tal-kriterji applikati mill-Istati Membri hija kbira ħafna, tipoloġiji differenti mfissra hekk ma jistgħux jitqabblu. Madankollu, bħala parti mill-proġett 1.1.2, ESPON armonizza l-klassifiki nazzjonali billi fisser tliet klassijiet li jiddependu fuq il-medja tal-pajjiż. Ir-riżultat huwa tipoloġija ta’ ruralità relattiva skond it-tifsiriet nazzjonali fi tliet klassijiet: ruralità baxxa (Tabella taħt id-90 tal-medja tal-pajjiż), ruralità medja (Tabella bejn id-90 u 110) u ruralità għolja (Tabella ‘l fuq minn 110).

4.

OECD

Il-klassifika OECD għandha tliet klassijiet fejn iż-żoni ta’ NUTS III huma ittikkettjati bħala urbani jekk anqas minn 15 % tal-popolazzjoni tagħha jgħixu f’żoni LAU II b’densità tal-popolazzjoni anqas minn 150 ab/km2. Żona ta’ NUTS III hija relattivament rurali jekk 15-50 % tal-popolazzjoni tagħha tgħix f’żoni LAU II b’densità ta’ popolazzjoni anqas minn 150 ab/km2, filwaqt hija rurali jekk hija aktar minn 50 %.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 ta’ l-24 ta' Ġunju 1988 dwar ix-xogħlijiet tal-Fondi Strutturali (ĠU L 185, 15.7.1988, p. 9).


ANNESS III

EŻEMPJI TA’ RIŻULTATI U IMPATTI TAL-PROĠETTI ANALIZZATI

Punt 1 — L-effetti mhux dejjem jistgħu jiġu identifikati

Fi Brandenburg, skond il-miżura ta’ Artikolu 33 “rinovazzjoni u l-iżvilupp tal-villaġġi u l-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt rurali”, inbena torri ta’ veduta għoli 31,5 metru ta’ l-azzar, li jagħti veduti panoramiċi fuq is-Senftenberger See u l-parti ta’ madwar (ara wkoll Ritratt 1). It-torri huwa attrazzjoni oħra għal din iż-żona, iżda fl-opinjoni ta’ l-awdituri mhuwiex proġett essenzjali. Li kieku ma nbeniex in-numru ta’ viżitaturi probabilment kien ikun essenzjalment l-istess. Ma hemmx prova illi dan il-proġett, li jiswa madwar 380 000 euro, jiżviluppa ż-żona rurali b’mod effettiv. L-awtoritajiet tal-park kienu kapaċi joffru statistiċi li juru n-numru ta’ viżitaturi li jorqdu hemm u dawk li jdumu hemm jum. Il-kostruzzjoni tat-torri ma’ kellha l-ebda impatt li jintlemaħ fuq dawn il-figuri, u fi kwalunkwe każ kwalunkwe xejra setgħet tkun minħabba fatturi oħra. Għaldaqstant ir-riżultati u l-impatt tat-torri huma diffiċli ħafna li jkunu stabbiliti u kkwantifikati u għadu kmieni biex ikunu evalwati l-effetti tal-proġett fiż-żmien medju u twil.

Punt 2 — Proġetti huma aktar effettivi meta jkun hemm sinerġija

Eżempju 1: Sinerġija ma’ strumenti u objettivi oħra, parti minn strateġija aktar wiesgħa

Il-proġett kien jikkonċerna x-xiri ta’ art agrikola mill-Istat skond miżura ta’ Artikolu 33 ta’ tqassim mill-ġdid fl-Olanda (ara wkoll Ritratt 2). Għal dan il-proġett, il-pakketti inxtraw fis-sittinijiet mill-komun għall-iskopijiet ta’ bini, iżda issa (bil-koffinanzjar ta’ l-UE) mixtrija mill-Istat għall-iżvilupp tan-natura minflok għall-urbanizzazzjoni. Proġetti oħra kkoffinanzjati mill-UE kienu implimentati wkoll fiż-żona, li rriżultaw sabiex jinkisbu l-istess żewġ objettivi prinċipali ta’ l-RDP: l-iżvilupp tan-natura u l-iżvilupp sostenibbli ta’ l-agrikoltura. Minbarra dan, iż-żona fejn il-proġett kien jinsab offra possibilitajiet għall-ħolqien ta’ l-ilma u passaġġ għaċ-ċikliżmu koffinanzjat mill-UE beda jinbena bejn il-pakketti mixtrija u l-belt ta’ Zaanstad. Il-proġett daħal ukoll fi strateġija aktar wiesgħa ta’ pjanijiet nazzjonali u provinċjali u pjanijiet ta’ arranġament dettaljat. Dan huwa rilevanti b’mod partikolari għall-objettiv tan-natura, per eżempju, il-protezzjoni ta’ l-ispeċi, li jitolbu intervent akbar milli fuq livell ta’ proġett individwali.

Eżempju 2: Sinerġija ma’ proġetti oħra u parti minn strateġija aktar wiesgħa

Skond il-miżura ta’ Artikolu 33 “ir-rinovazzjoni u l-iżvilupp ta’ villaġġi u l-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt rurali”, iċ-ċentru tal-villaġġ ta’ Kirchwahlingen (il-Ġermanja) ittejjeb (ara wkoll Ritratt 3). Dan kien jinvolvi l-ħolqien ta’ parkeġġ għall-viżitaturi tal-knisja u oħrajn, l-għoti ta’ wiċċ ġdid lit-triq sabiex jgħin l-ilma tax-xita jibqa’ għaddej u jkun evitat l-għargħar, il-ħolqien ta’ post fejn iduru t-trakkijiet agrikoli li jfornu, it-tiswija tas-sengħa ta’ l-iżgirma tipika, u l-ħolqien ta’ bankijiet għad-divertiment. Dan wassal għall-apprezzament fil-valur tal-vilaġġ li nfetaħ għall-ġrajjiet kulturali u t-turiżmu kif ukoll ġibed lin-nies sabiex jirritornaw ħalli jgħixu. L-inklużjoni ta’ dan il-proġett fil-pjan aktar wiesgħa tat-tiġdid tal-villaġġ jiżgura illi varjetà ta’ nies lokali xierqa kellhom sehem fil-proċedura ta’ l-ippjanar, inkluż il-prijoritizzazzjoni, u illi l-proġetti l-aktar fil-bżonn intgħażlu għal dak il-villaġġ. Il-proġett kien komplimentat minn żewġ proġetti pubbliċi relatati mill-qrib oħra u proġett wieħed privat li kien ukoll identifikat fil-pjan ta’ tiġdid tal-villaġġ. Minbarra dan, il-proġett kien parti ta’ kunċett aktar wiesgħa ta’ (b’total) 15-il pjan ta’ tiġdid tal-villaġġ tal-tliet komunitajiet konġunti lokali (Samtgemeinde). Il-villaġġ kkonċernat huwa f’żona rurali, fejn it-tnaqqis tal-popolazzjoni kienet problema u fejn l-infrastruttura hija relattivament fraġli. Il-villaġġ kien qiegħed jitlef l-identità tiegħu. Dawn il-fatti rinfurzaw l-impatt ta’ dan il-proġett.

Punt 3 — Post taż-żoni mhux rurali

Wieħed mill-proġetti analizzati għall-miżura ta’ irrigazzjoni fi Spanja kellu total ta’ investiment ta’ 9,9 miljun euro, koffinanzjat mill-EAGGF għall-2,4 miljun euro. Il-proġett kien jikkonċerna l-irrigazzjoni f’żona agrikola immedjatament viċin ta’ Castellón de la Plana. Ma hemmx villaġġi żgħar fi jew madwar iż-żona agrikola u l-bdiewa li jgawdu mill-proġett jgħixu f’Castellón.

Min-nofs taż-żona agrikola irrigata tgħaddi awtostrada li twassal mill-belt sal-port ta’ Castellón, distanza ta’ madwar 5 km. Bejn iż-żona agrikola u l-Baħar Mediterran hija prinċipalment żona mibnija. Castellón de la Plana għandu popolazzjoni ta’ madwar 147 000 u densità ta’ popolazzjoni ta’ 1 346 ab/km2. Il-belt hija waħda miċ-ċentri tal-produzzjoni tal-frott taċ-ċitru Spanjoli għaliex iż-żona hija fertili. Hija ċentru kummerċjali importanti, b’industrija petrokimika kbira, fabbrikar tal-madum taċ-ċeramika u sajd bħala attivitajiet prinċipali.

Castellón de la Plana hija waħda mid-29 belt Spanjoli li gawdew mill-inizjattiva tal-Komunità URBAN I koiffinanzjata mill-UE. L-inizjattivi tal-Komunità URBAN hija strument fil-Politika tal-Koeżjoni ta’ l-UE, dedikat għar-riġenerazzjoni taż-żoni urbani u d-distretti fi kriżi.

Il-proġett jinvolvi l-modernizzazzjoni ta’ netwerk ta’ l-irrigazzjoni f’żona ta’ 895 ettari, billi jbiddel l-akkwedoti tal-konkrit eżistenti għal sistema b’pompi u kanali taħt l-art (ara wkoll Ritratt 4). Ir-riżultati prinċipali huma tnaqqis sinifikanti fl-użu ta’ l-ilma, li jagħmel l-agrikoltura fiż-żona aktar effiċjenti, itejjeb il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti u b’hekk iżomm l-agrikoltura part time eżistenti (“consolidar la agricultura a tiempo parcial”).

Ir-riżultati ta’ dan il-proġett taw kontribut sabiex itejbu l-kompetittività ta’ l-agrikoltura u għall-ambjent (isalvaw l-ilma). Madankollu, dawn ir-riżultati intlaħqu f’żona li f’diversi aspetti huma fl-aktar partijiet kompetittivi u li jinsabu fl-aħjar partijiet taż-żoni ta’ Objettiv 1 ta’ Spanja. Castellón de la Plana, u ż-żoni agrikoli viċin din il-belt, mhumiex ikkaratterizati minn problemi li huma tipiċi għaż-żoni rurali (nuqqas ta’ popolazzjoni, rata ta’ xogħol għolja fl-agrikoltura eċċ.). Ibbażati fuq il-kriterji oġġettivi, iż-żoni ma jistgħux jitqiesu bħala rurali. L-iffinanzjar ta’ dawn il-proġetti ma jikkontribwixxi u ma javvanzax l-adatament u l-iżvilupp ta’ żoni rurali.


IR-RISPOSTI TAL-KUMMISSJONI

II.

L-implimentazzjoni ta’ suċċess tal-miżuri ta’ investiment ma għandhiex tiġi biss valutata kontra l-impatt tagħhom fuq is-soluzzjoni tal-problemi ta’ żoni rurali. Żvilupp rurali għandu x’jaqsam ma’ koeżjoni territorjali imma jinkludi wkoll għanijiet oħra bħaż-żieda tal-kompetittività tas-settur tal-biedja u forestali, it-titjib ta’ l-ambjent u l-kampanja, u t-titjib ta’ l-ekonomija rurali aktar wiesgħa kemm f’livell Komunitarju kif ukoll f’livell nazzjonali/reġjonali (ara t-tweġiba għall-paragrafi 6 sa 13).

Għaldaqstant, sabiex il-problemi ta’ żoni rurali jiġu affrontati b’mod xieraq, jinħtieġ illi jiġu stabbiliti diversi strumenti.

III.

Għanijiet speċifiċi illi “għandhom x’jaqsmu mal-miżuri” huma inklużi għal kull miżura vverifikata taħt il-kapitoli rispettivi I, VII u IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999. Għal perjodu ta’ programmazzjoni li ġej, il-Kummissjoni inkludiet approċċ aktar strateġiku permezz tal-Linji ta’ Gwida Strateġiċi Kommunitarji li jippermettu lill-Istati Membri illi jiffokaw aħjar l-istrateġiji ta’ Żvilupp Rurali tagħhom fuq l-għanijiet relevanti li ġejjin minn bżonnijiet speċifiċi.

L-enfasi qawwija fuq is-settur tal-biedja hija inerenti għall-politika ta’ żvilupp rurali li evolviet minn politika li għandha x’taqsam ma’ problemi strutturali tas-settur tal-biedja għal politika li tindirizza n-numru ta’ rwoli tal-biedja f’soċjetà u, b’mod partikolari, taffronta sfidi fi sfond rurali aktar wiesgħa. Il-medda ta’ elementi settorjali u territorjali hija parti minn dik il-politika u hija kkunsidrata bħala t-tieni kolonna tal-PAK (ara t-tweġiba għall-paragrafi 16-28).

IV.

L-iżvilupp rurali huwa linja ta’ politika orizzontali li hija applikabbli għaż-żoni Ewropej kollha. Skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji u ż-żoni eliġibbli għall-appoġġ u l-formulazzjoni ta’ strateġiji xierqa hija r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri (ara t-tweġiba għall-paragrafi 29-34).

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej jinkludi miri aktar ċari fir-rigward ta’ l-intrapriżi żgħar fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-biedja (u mikro-intrapriżi għal prodotti forestali fl-assi 1 u għal żviluppi tan-negozju fl-assi 3) sabiex, inter alia, jillimitaw, sa fejn huwa possibbli, effetti ta’ diffikultajiet kbar (fejn u meta jseħħu) (ara t-tweġiba għall-paragrafi 35-39).

V.

Id-definizzjoni u identifikazzjoni ta żoni eliġibbli kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri differenti hija r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri/ir-reġjuni fuq il-bażi ta’ l-analiżi tagħhom tal-problemi, l-għanijiet tagħhom u l-istrateġija li taw definizzjoni tagħha fil-programmi tagħhom. Dan huwa element bażiku fil-kuntest tas-sussidjarjetà. Barra minn hekk, twettiq effiċjenti tal-miżuri ta’ investiment ma jistax ikun iffukat biss fuq il-karattru rurali taż-żona fejn iseħħ l-intervent (ara t-tweġiba għall- paragrafi 40-46).

VI.

Il-Kummissjoni tagħraf illi l-istrateġiji territorjali integrati jipprovdu għodda importanti għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali u rrakkomandat din il-possibilità fir-Regolament il-ġdid Nru 1698/2005 billi ħeġġet proġetti integrati li jgħaqqdu flimkien bosta miżuri u billi jintegraw l-Inizjattiva Komunitarja LEADER (ara t-tweġiba għall-paragrafi 48-51).

Il-Kummissjoni qiegħda diġà tagħmel sforzi serji sabiex tagħmel tajjeb għal nuqqasijiet fil-kwantità u kwalità tad-data ta’ monitoraġġ ta’ l-Istati Membri, għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali. Il-monitoraġġ ser jissaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ Qafas ta’ Valutazzjoni u Monitoraġġ Komuni (CMEF) għal perjodu ta’ programmazzjoni li ġej f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri (ara t-tweġiba għall-paragrafi 55-63).

VII.

Għall-perjodu 2007-2013, l-appoġġ ser ikun immirat b’mod aħjar permezz ta’ l-introduzzjoni tas-CMEF li għandha konnessjonijiet b’saħħithom ma’ strateġiji nazzjonali.

Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar il-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej jieħu approċċ aktar strateġiku fl-iżvilupp rurali permezz tad-definizzjoni ta’ tliet għanijiet importanti ħafna (it-titjib tal-kompetittività tas-settur tal-biedja u forestali, l-ambjent u l-kampanja, it-titjib fil-kwalità tal-ħajja u d-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija rurali) li sussegwentament jinqasmu f’subgħanijiet speċifiċi għal miżuri differenti.

6. sa 13.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-osservazzjonijiet u konklużjonijiet ippreżentati mill-Qorti f’dan ir-rapport. Ħafna minnhom huma relevanti minħabba l-implimentazzjoni tal-qafas legali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 li ġej.

Politika ta’ żviluppi rurali tikkonsisti f’sett ta’ disa’ gruppi ta’ miżuri ta’ karattru differenti. Sabiex jiġu indirizzati l-problemi ta’ żoni rurali, għandhom jiġu kkunsidrati l-gruppi kollha ta’ miżuri sabiex ikun kopert ambitu usa’ ta’ għanijiet ta’ żviluppi rurali.

L-għanijiet speċifiċi mfissra fit-tliet gruppi ta’ miżuri ta’ investiment jiffokaw b’mod aktar speċifiku fuq it-tnaqqis ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni, it-titjib tal-produzzjoni u l-kwalità, il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-biedja eċċ. Dawn l-għanijiet huma bbażati fuq l-istrateġija ta’ żvilupp rurali aktar wiesa’ ta’ żieda fil-kompettittività tas-settur tal-biedja u forestali, it-titjib ta’ l-ambjent u l-kampanja u t-titjib ta’ l-ekonomija rurali aktar wiesgħa (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafi 19-27).

Osservazzjoni 1Id-disinn flessibbli tal-politika ta’ Żvilupp Rurali (Rural Development — RD) tippermetti lill-Istati Membri/ir-Reġjuni li jfissru l-għanijiet u l-istrateġiji magħżula għas-sitwazzjoni speċifika tagħhom. L-RDPs jinkludu informazzjoni dwar l-għanijiet stipulati għall-perjodu ta’ programmazzjoni u jipprovdu deskrizzjoni tal-miżuri użati sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

16.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 għal perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2000-2006 kiseb għall-ewwel darba l-għaqda ta’ diversi miżuri li diġà kienu jeżistu f’qafas legali wieħed li żviluppa minn politika li għandha x’taqsam mal-problemi strutturali tas-settur tal-biedja għal politika li tindirizza r-rwoli diferenti tal-biedja fis-soċjetà.

Din l-istrateġija għal aktar koerenza bejn il-miżuri individwali hija issa aktar żviluppata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej 2007-2013. Hija ttejjeb l-istruttura interna billi tagħti definizzjoni ċara tat-tliet għanijiet ewlenin tal-politiki l-aktar prominenti li huma mbagħad imqassma f’għanijiet speċifiċi fil-livell ta’ miżuri individwali (ara t-tweġiba għall-paragrafu 27).

17.

Il-flessibiltà ta’ miżuri ta’ investiment ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu strateġiji ta’ żvilupp koerenti: ir-regolament joffri l-għodda b’għadd ta’ miżuri sabiex l-Istati Membri jistgħu jagħżlu dawk l-aktar relevanti għas-sitwazzjoni u l-bżonnijiet tagħhom.

18.

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi tal-problemi, l-Istati Membri/Reġjuni jagħtu definizzjoni ta’ l-għanijiet u l-istrateġija fl-RDPs tagħhom. Huma diversi l-miżuri li jistgħu jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet. Din hija r-raġuni għaliex, xi drabi, ikun diffiċli fil-bidu tal-programmazzjoni li jiġi definit minn qabel it-tqassim tar-riżorsi għal ċertu sub-għanijiet f’livell reġjonali.

Wara l-qafas imfassal mill-Kunsill għall-perjodu 2007-2013 li ġej, ġie introdott approċċ aktar strateġiku permezz tal-Linji ta’ Gwida Strateġiċi Komunitarji (CSG) adottati mill-Kunsill fi Frar 2006 (1).

L-Istati Membri għandhom jippreparaw l-iżvilupp rurali nazzjonali tagħhom fuq il-bażi ta’ sitt gwidi strateġiċi komunitarji, li jgħinu sabiex:

jiġu identifikati iż-żoni fejn l-użu ta’ appoġġ tal-UE għal żviluppi rurali joħloq l-aktar valur miżjud fil-livell ta’ l-UE;

issir ir-rabta mal-prijoritajiet ewlenin ta’ l-UE (Liżbona, Göteborg);

jiżguraw tkomplija u koerenza bejn azzjonijiet finanzjati mill-politiki strutturali, ta’ impjieg u żvilupp rurali f’ċertu territorju u f’ċertu qasam ta’ azzjoni;

jakkumpanjaw l-implimentazzjoni tal-PAK ġdida li hija orjentata lejn is-suq u r-ristrutturar meħtieġ li dan ifisser fl-Istati Membri qodma u ġodda.

Kaxxa b’test 1 — Spanja

L-għanijiet li huma mixtieqa li jintlaħqu mill-programm jiġu mill-valutazzjoni ta’ qabel fil-livell tal-Pjan ta’ Żvilupp Rurali rispettiv. Fejn il-parti territorjali fejn japplika programm singolu hija magħmula minn għadd ta’ reġjuni, bħall-programm Spanjol għal titjib ta’ strutturi, ikkwotati fil-kaxxa ta’ kliem 1, it-twettiq ta’ għan ġenerali jista’ jkun implimentat b’modi differenti, li jiddependi fuq l-istruttura tal-biedja u fuq il-koerenza tal-miżuri proposti.

Kaxxa b’test 1 — Il-Portugall

Iż-żewġ eżempji imsemmija mill-Qorti huma bi qbil ma’ l-għan ta’ żieda tad-dħul u ta’ titjib ta’ kundizzjonijiet ta’ ħajja, xogħol u produzzjoni. B’mod ġenerali, mhuwiex minħabba illi inkiseb ċertu grad ta’ kompetittività li ma għandu jsir l-ebda investiment ġdid.

Fl-eżempju Portugiż, il-miżura “tmexxija u pakkettar mill-ġdid ta’ riżorsi ta’ ilma” (għaqda taż-żewġ paragrafi ta’ l-artikolu 33) hija biss waħda mill-istrumenti sabiex jinkiseb l-għan globali li “tiġi żviluppata biedja moderna u kompetittiva”. Iż-żewġ aspetti ta’ l-irrigazzjoni u l-ippakkettar mill-ġdid huma relatati ħafna. F’dawk iż-żoni fejn l-irziezet huma mqassma f’numru ta’ pakketti żgħar, jingħata parir sabiex l-ewwel jinbeda l-ippakkettar mill-ġdid u mbagħad jiżviluppaw netwerks ta’ irrigazzjoni, meta l-istruttura tal-biedja tkun tjiebet u ġiet stabbli. F’partijiet oħra tal-Portugall fejn l-istruttura tal-biedja hija aħjar, il-fattur prinċipali ta’ żvilupp huwa l-ġestjoni ta’ l-ilma. Mhuwiex dejjem prattiku li jiġu allokati fondi għall-għanijiet sussidjarji fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, u dik hija r-raġuni għaliex iż-żewġ paragrafi ġew mgħaqqda f’miżura waħda fil-programm. Dwar ir-referenza għal proġett wieħed kbir l-element l-aktar importanti li għandu jiġi kkunsidrat huwa jekk il-proġett tax kontribut lill-għanijiet tal-programm.

Barra minn hekk, miżura tista’ tikkontribwixxi għal aktar minn għan sussidjarju wieħed tal-programm, kollha relatati ma’ l-għan globali ta’ żvilupp tal-biedja moderna u kompetittiva. Madanakollu, fil-perjodu li ġej, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu strateġija nazzjonali separata, jagħtu definizzjoni tal-prijoritajiet li imbagħad jitwettqu fil-programmi ta’ żvilupp rurali.

Kaxxa b’test 1 — Olanda

Fl-Olanda, il-miżura ta’ pakkettar mill-ġdid hija relatata ma’ għanijiet differenti. Ix-xiri ta’ art isir fuq bażi volontarja. Din toffri lill-bdiewa l-possibiltà li jċaqalqu l-istabbiliment tagħhom għal post ieħor fejn hemm aktar potenzjal għal żvilupp sostenut. B’dan l-approċċ integrat, iż-żewġ għanijiet ta’ protezzjoni tan-natura u żvilupp tal-biedja jiġu mwettqa.

Fl-evoluzzjoni tal-prijoritajiet/għanijiet u l-allokazzjoni finanzjarja tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni (eż. fil-funzjoni tat-teħid tal-miżura mill-bdiewa), tkun xi drabi meħtieġa mira mill-ġdid tal-miżura sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni tajba.

Osservazzjoni 2Aġenda 2000 tistabbilixxi żvilupp rurali bħala t-tieni kolonna tal-PAK. Il-maġġoranza tal-miżuri ta’ żvilupp rurali hija b’definizzjoni mmirata lejn biedja u bdiewa u tirriżulta f’sehem għoli ta’ nfiq fis-settur tal-biedja iżda tinkludi wkoll fatturi territorjali bħal rati ta’ ko-finanzjament ogħla għall-investimenti f’żoni anqas favoriti u f’reġjuni ta’ koeżjoni.

20.

Id-disinn flessibbli tal-politika RD flimkien ma’ l-approċċ deċentralizzat tiegħu jipprovdi l-possibiltà lill-Istati Membri li jinkludu approċċ territorjali fil-programmi tagħhom ta’ żvilupp rurali. Ir-Regolament 1257/1999 jgħid li l-politika għal żvilupp rurali għandha tkun deċentralizzata kemm jista’ jkun u li l-enfasi għandha tkun fuq il-parteċipazzjoni u approċċ “minn isfel għal fuq” (2). L-integrazzjoni ta’ linji ta’ politika varji li jintervjenu f’territorju f’livell reġjonali/lokali ssir mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-programmi ta’ żvilupp rurali (RDPs) jinħtieġu informazzjoni fuq il-mod kumplimentari ta’ l-appoġġ ma’ strumenti oħra komunitarji bħal politika ta’ koeżjoni.

21.

Ir-rapporti tal-Kummissjoni fuq il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali ġew imfassla billi ġie kkunsidrat il-bżonn tal-politiki strutturali kollha (inklużi politiki reġjonali) li huma ddisinjati sabiex jikkontribwixxu sabiex titjieb koeżjoni territorjali f’żoni rurali. Għaldaqstant jinħtieġ illi dawn jidhru bħala ħaġa sħiħa mal-politika ta’ żvilupp rurali u t-tieni kolonna tal-PAK kellha kontribuzzjoni ċara (ara wkoll tweġiba għal paragrafu 24).

22.

Iż-żewġ konferenzi Ewropej dwar l-iżvilupp rurali msemmija mill-Qorti hemm bżonn li jidhru fil-kuntest ta’ era ġdida fejn inħass il-bżonn ta’ politika RD aktar sħiħa li, minbarra r-ristrutturazzjoni tal-biedja, tindirizza wkoll interessi ambjentali u l-bżonnijiet aktar wiesa’ ta’ żoni rurali. Dan huwa rifless fil-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti u msaħħaħ fil-perjodu futur taħt ir-Regolament 1698/2005.

24.

Aġenda 2000 tistabbilixxi l-iżvilupp rurali bħala t-tieni kolonna tal-PAK sabiex taffronta l-isfidi varji tal-biedja bħala attività li l-aktar li tagħmel użu mill-art. Għaldaqstant il-politika hija min-natura tagħha strettament relatata mas-settur tal-biedja imma tippromwovi wkoll il-kunsiderazzjoni ta’ differenzi territorjali. Barra minn hekk, għall-perjodu 2000-2006 l-iżvilupp rurali huwa karatterizzat ukoll minn għadd ta’ aspetti territorjali bħall-implimentazzjoni tal-miżura LFA u rati ta’ ko-finanzjament ogħla għal investimenti f’żoni anqas favoriti u f’reġjuni ta’ koeżjoni. Differenza oħra spazjali fil-livell tal-programm hija r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri.

25. u 26.

Il-maġġoranza tal-miżuri ta’ żvilupp rurali hija fid-definizzjoni tagħha mmirata lejn il-biedja u l-bdiewa u dan jirriżulta f’sehem ogħla ta’ nfiq fuq il-biedja. Peress illi l-biedja għadha l-akbar utent ta’ art rurali u għad għandha rwol importanti fl-ekonomija ta’ żoni rurali, appoġġ għas-settur tal-biedja jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-iżvilupp ta’ żoni rurali. Il-politika ta’ żvilupp rurali għandha funzjoni qawwija fil-promozzjoni ta’ metodi sostenibbli ta’ biedja u ta’ preservazzjoni ta’ l-ambjent rurali u tal-pajsaġġ. Barra minn hekk, kif jidher mill-każ tal-Campania, politika b’orjentazzjoni prinċipalment settorjali ma teskludix id-diversifikazzjoni territorjali.

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej, inżamm finanzjament minimu ta’ 10 % tal-kontribuzzjoni totali ta’ l-UE inżamm bir-Regolament tal-Kunsill għal miżuri dwar il-kwalità tal-ħajja u d-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija rurali barra l-biedja u l-foresterija.

27.

Skond il-qafas stabbilit mill-Kunsill, RD għandu wkoll fil-futur jakkumpanja u jikkumplimenta l-politiki ta’ appoġġ tas-suq u tad-dħul tal-PAK bħala t-tieni kolonna, wara li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-għanijiet ġenerali ta’ koeżjoni ekonomika u soċjali.

Din hija r-raġuni għaliex il-politika RD 2007-2013 ser tiffoka fuq tliet żoni skond it-“tliet assi” ta’ miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Assi 1: “titjib tal-kompetittività tas-settur tal-biedja u l-forestrija”; Assi 2: “titjib ta’ l-ambjent u kampanja”: Assi 3: “titjib tal-kwalità ta’ ħajja f’żoni rurali u diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija rurali” Ir-raba’assi “Mexxej” jintroduċi possibiltajiet għal approċċi “minn isfel għal fuq” (bottom up) ibbażati lokalment lejn żvilupp rurali.

Madanakollu, sabiex jiġu enfasizzati aħjar id-dimensjonijiet territorjali, l-Istati Membri għandhom bżonn jivvalutaw l-għażla taż-żoni rurali u l-importanza tagħhom fil-preparazzjoni ta’ l-RDPs tagħhom.

28.

Kif spjegat fil-paragrafi 24 sa 26, l-applikazzjoni ta’ xi miżuri li huma relatati mas-settur diġà timxi wara diversifikazzjoni territorjali fil-perjodu 2000-2006 kurrenti.

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej, ġew inklużi għadd ta’ elementi territorjali, bħall-implimentazzjoni tal-miżura LFA u diversifikazzjoni fir-rati tal-ko-finanzjament skond it-tip ta’ żona (rati ta’ ko-finanzjament ogħla għal ċerti miżuri implimentati f’żoni LFA, bħal reġjuni ta’ konverġenza, reġjuni l-aktar ’il bogħod, gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew). Il-prominenza ta’ l-Inizjattiva tal-Komunità LEADER taħt it-tliet assi l-oħra għandha wkoll tħaffef dan l-approċċ.

Huwa veru illi l-kontribuzzjonijiet minimi Komunitarji għall-programm għall-assi 1 u 3 ġew imnaqqsa mill-Kunsill għal 10 %. Dan it-tnaqqis kien preferit mill-Istati Membri għaliex iħallilhom aktar flessibiltà sabiex jadottaw programmazzjoni għall-bżonnijiet partikolari tagħhom. Madanakollu, ir-rati ta’ programmazzjoni huma minimi u jagħtu lill-Istati Membri l-possibiltà li japplikaw rati ogħla. Il-perċentwal imnaqqas għall-kontribuzzjonijiet LEADER fl-Istati Membri ġodda għandu jitqies bħala perjodu ta’ bidu, sabiex tintrebaħ l-esperjenza fil-proċess twil ta’ implimentazzjoni ta’ dawk il-miri.

Osservazzjoni 3Iż-żoni u l-benefiċjarji intitolati għall-interventi, kif ukoll l-għażla tal-proġetti hija responsabbiltà ta’ l-Istati Membri f’funzjoni tal-bżonnijiet u għanijiet stipulati fil-programmi tagħhom ta’ żvilupp rurali.

29.

Jekk jiġu kkunsidrati r-reġjuni fl-Ewropa u s-sitwazzjonijiet differenti f’livell nazzjonali, huwa diffiċli li tipprovdi definizzjoni waħda ta’ żoni rurali.

Għaldaqstant, id-definizzjoni ta’ żoni rurali u l-identifikazzjoni ta’ żoni eliġibbli għall-intervent kif ukoll il-post tal-proġetti f’dawn iż-żoni rurali, hija r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri fil-funzjoni tal-bżonnijiet, l-għanijiet u l-istrateġija tagħhom fil-programmi. Dan jispjega d-differenzi bejn l-RDPs għall-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti ta’ l-Istati Membri verifikati dwar id-deżinjazzjoni ċara taż-żoni ta’ implimentazzjoni tal-miżuri speċifiċi.

Kif imsemmi fil-paragrafu 27, għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej l-Istati Membri għandhom bżonn jinkludu fl-RDPs tagħhom id-deżinjazzjoni taż-żoni rurali u jindikaw l-importanza tagħhom.

30. u 31.

Il-miżuri ta’ investiment għandhom isiru skond il-bżonnijiet taż-żoni eliġibbli għall-intervent. F’xi Stati Membri, per eżempju, il-pressjoni urbana (ta’l-ambjent) li qegħda tiżdied fuq iż-żoni hekk imsejħa “peri-urbani” qegħda tifforma sfida ta’ spazju importanti fejn il-politika ta’ żvilupp rurali tista’ tagħti kontribut. Għalhekk, skond l-għan tal-miżura, l-appoġġ jista’ jkun aktar effettiv f’żoni taħt pressjoni urbana milli f’żoni tal-periferija mbegħda.

Madanakollu, kif imfisser fil-paragrafu 29, is-sitwazzjoni tvarja fl-Istati Membri differenti. Għal pajjiż żgħir bħall-Olanda per eżempju — fejn id-disparità reġjonali hija żgħira — approċċ ġenerali nazzjonali jista’ jkun aktar ta’ użu. Fi Stati Membri oħra, jeżistu diversifikazzjonijiet tematiċi sabiex jiġu promossi żoni b’aktar bżonnijiet.

32. u 33.

Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-għażla u l-ordni tal-proġetti wkoll jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri.

Madanakollu, il-Kummissjoni intoduċiet tmexxija aktar strateġika bbażata fuq prijoritajiet u għanijiet għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej.

Kaxxa b’test 3 — Spanja

Il-prassi fil-Katalonja deskritta mill-Qorti, li tinkoraġġixxi applikazzjonijiet ġodda billi żżid in-numru totali ta’ benefiċjarji differenti matul iż-żmien hija inċentiv sabiex iġġib benefiċċji Ewropej għal aktar nies.

Kaxxa b’test 3 — Il-Ġermanja

L-eżempju li ġie kkwotat ta’ Niedersachsen huwa eċċezzjoni fil-Ġermanja, għax il-communes huma nkarigati mill-ko-finanzjament. F’Lander Ġermaniżi oħra l-Istat Federali (Bund) u/jew il-Land huma responsabbli mill-ko-finanzjament.

34.

Fil-perjodu kurrenti waħda mill-kundizzjonijiet ta’ eliġibbilità għal investimenti produttivi hija l-prattiċità ekonomika ta’ dak li jinżamm sabiex jiġu approvati proġetti b’perspettivi ekonomiċi reali. Dan huwa maħsub sabiex jgħin biex tiżdied l-effiċjenza ta’ l-appoġġ pubbliku. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej, intrapriżi li “jinsabu f’diffikultà” ser jiġu esklużi mill-appoġġ.

Madanakollu, ma jistax jiġi evitat li l-benefiċjarju l-aktar informat u b’potenzjal organizzat qiegħed fl-aħjar pożizzjoni sabiex jibbenefika mill-iskema.

Kaxxa b’test 4 — L-Italja

L-eżempju kkwotat ta’ l-Emilia Romagna ta’ ħtieġa ta’ dħul minimu tfakkar fil-kriterji magħżula mir-Reġjun, fuq il-bażi ta’ metodoloġija mwaqqfa mill-Istati Membri, sabiex jiġu soddisfatti l-bżonnijiet legali ta’ prattiċità ekonomika għal stabbiliment tal-biedja li jibbenefikaw mill-appoġġ ta’ investiment ta’ ko-finanzjament ta’ l-UE. Il-fatt li parti biss mill-istabbilimenti li joperaw fir-Reġjun (bejn wieħed u ieħor, nofshom) jistgħu jkunu kapaċi li jibbenefikaw minn dan l-appoġġ huwa bbażat fuq kunsiderazzjonijiet fuq l-istruttura speċifika ta’ rziezet tal-biedja, fuq l-għan li għandu jintlaħaq, senjatament l-appoġġ ta’ rziezet kompetittivi, u fuq ir-responsabbiltà għal tmexxija ta’ finanzi tal-fondi ta’ l-UE.

Kaxxa b’test 4 — Spanja

Kif imfisser hawn fuq (il-paragrafu 34), ir-regolament jistipula li l-investiment fi stabbilimenti tal-biedja li ser jirċievu fondi ta’ l-UE jrid ikun ekonomikament prattiku. Taħt l-Artikolu 33, is-sussidji jistgħu jingħataw għal investimenti li jmorru lil hinn minn stabbilimenti tal-biedja individwali. Huwa essenzjali li l-finanzjament mill-UE jġib valur miżjud, u prattiċita ekonomika fil-każ ta’ investiment. Dan jista’ jinkiseb billi tittieħed mira lejn l-aħjar proġetti, li tispjega s-sitwazzjoni osservata fi Spanja fir-rigward ta’ proġetti tat-tmexxija ta’ l-ilma.

Osservazzjoni 4Il-Kummissjoni taqbel li nuqqas ta’ mira iżid ir-riskji ta’ nuqqasijiet u li Stat Membru jiffoka sewwa r-riżorsi jikkontribwixxi għall-effiċjenza tal-programmi RD.

35.

Il-Kummissjoni taqbel li n-nuqqasijiet huma suġġett importanti li għandu jiġi kkunsidrat kemm fil-livell li jiġi stabbilit qafas legali u meta jitfasslu programmi.

Madanakollu, lezzjonijiet li ġejjin minn valutazzjonijiet ta’ qabel juru li l-perċezzjoni ta’ nuqqasijiet għandhom jittieħdu b’attenzjoni. Peress illi impatti li jiġu osservati fuq mikro-livell huma riżultat ta’ numru ta’ fatturi li jintervjenu, huwa diffiċli li tistabbilixxi prova tan-nuqqas.

36.

Fil-paġna ta’ fatti fuq “perspettivi ġodda għall-iżvilupp rurali ta’ l-UE” imsemmija mill-Qorti, il-Kummissjoni tgħid fost affarijiet oħra: “Nuqqas ta’ mira jżid il-periklu ta’ nuqqas, iffukar tar-riżorsi jista’ jżid l-effiċjenza tal-programm”. Din ta’ l-aħħar hija r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri.

“Is-Sinteżi ta’ Valutazzjonijiet ta’ Nofs it-Terminu ta’ Żvilupp Rurali”, li tkun disponibbli biss wara li l-Qorti tlesti r-rapport (3), tikkonkludi li l-ebda ġudizzju definittiv fl-UE ma jista’ jsir fuq il-prova ta’ nuqqas peress li ma saret l-ebda valutazzjoni sistematika tal-kwistjoni fil-Valutazzjonijiet ta’ Nofs it-Terminu tal-programmi RD varji.

Kaxxa b’test 5 — L-Italja

Fil-qafas ta’ l-aġġornament tal-valutazzjoni interim tal-PŻR Emilia Romagna, l-evalwatur juri sitwazzjoni diffrenzjata fir-rigward ta’ dan l-aspett, meta mqabbla, partikolarment, ma’ l-orjentazzjoni produttiva, mad-dimensjoni ekonomika ta’ l-intrapriża u mat-tipi ta’ investimenti. Dawn il-konklużjonijiet għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni fil-qafas ta’ interventi simili fil-perjodu ta’ programmar li jmiss għall-2007-2013.

37. u 38.

Il-Kummissjoni taqbel li l-piż huwa element importanti li għandu jiġi kkunsidrat meta jitfassal il-qafas legali. Madanakollu, il-prattika turi li ħafna elementi jistgħu jinfluwenzaw nuqqas li jagħmilha diffiċli ħafna sabiex tiġi pprovduta soluzzjoni “standardizzata”.

Ser ikun hemm immirar ċar ta’ appoġġ ta’ investiment fil-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej skond il-bżonnijiet ta’ intrapriżi. Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 (regolament EAFRD) jimmira lejn intrapriżi iżgħar fl-ipproċessar u t-tmexxija ta’ prodotti tal-biedja (u mikro-intrapriżi għal prodotti forestali fl-assi 1 u għal żvilupp tan-negozju fl-assi 3) sabiex, fost affarijiet oħra, jillimitaw effetti tal-piż kemm jista’ jkun possibbli. Mill-banda l-oħra, investimenti appoġġati jridu jtejbu ir-rendiment ġenerali tal-kumpanija/stabbiliment (inklużi rendiment ta’ l-ambjent) (ara wkoll tweġiba għal paragrafu 34).

39.

Għoti ta’ appoġġ għal investiment lill-irziezet li huma żgħar wisq u għalhekk ma jilħqux ċertu livell ta’ vijabilità, iqajjem il-mistoqsija jekk dawk l-irziezet għandhomx l-opportunità li jibqgħu fin-negozju fit-terminu medju u, għalhekk, iqajjem dubji fuq is-sostenn ta’ l-investiment.

F’dan il-każ speċifiku, Flanders inkluda l-bżonn ta’ dħul għal kull ħaddiem full-time ta’ mill-anqas 21 577 euro fl-RDP tiegħu bbażat fuq l-analiżi ta’ problemi f’livell reġjonali u l-għanijiet li jirriżultaw u prijoritajiet li jixtiequ li jinkludu fil-programm.

Osservazzjoni 5L-eliġġibilità ta’ appoġġ taħt investimenti fi stabbilimenti tal-biedja u investimenti fl-ipproċessar ta’ ikel mhuwiex ristrett għal żoni rurali. L-għan tal-miżuri huwa rispettivament li jikkontribwixxu għat-titjib tad-dħul tal-biedja u tal-kundizzjonijiet tal-ħajja, ix-xogħol u l-produzzjoni u sabiex tiżdied il-kompetittività u valur miżjud ta’ pproċessar ta’ ikel, fejn dawn l-attivitajiet huma preżenti fil-pajjiż (żoni rurali u mhux rurali).

40.

L-evalwaturi ma jinvestigawx fejn l-isforzi, ir-riżultati u l-impatti jiġu realizzati. Fid-data ta’ monitoraġġ li tiġi pprovduta annwalment mill-Istati Membri jiġi inkluż t-tqassim ġeografiku ta’ l-appoġġ.

Id-definizzjonijiet varji ta żoni “urbani” — “rurali” li ġew żviluppati fi studji differenti jindikaw id-diffikultà fil-formulazzjoni ta’ definizzjoni waħda li taqdi l-iskopijiet kollha u tkopri l-UE kollha sabiex tmexxi interventi rurali ta’ żvilupp.

41.

Sejba ġenerali li saret minn dan l-eżerċizzju hija li ftit proġetti li ġew appoġġati mill-Gwida EAGGF jinsabu f’żoni urbani (għal 2 minn 4 jilħqu 22 % u skond l-OECD — klassifikazzjoni biss 9 %) li tindika dimensjoni territorjali f’politika ta’ żvilupp rurali.

42.

Il-kalkolu ppreżentat mill-Qorti jinkludi stima bbażata fuq sett ta’ 300 kampjun. Barra minn hekk, il-paragun matul iż-żmien fuq l-ispiża għall-Artikolu 33 huwa diffiċli peress illi d-delimitazzjoni taż-żoni ta’ l-għan 5b għall-perjodu ta’ programmazzjoni 1994-1999 ma nżammitx għall-perjodu 2000-2006.

43.

Minħabba d-diversità tar-reġjuni ta’ l-Ewropa, dan it-tip ta’ livell huwa punt kumpless ħafna meta tinġabar data minn livell lokali għal-livell Ewropew. Barra minn hekk, Stati Membri jistgħu jagħżlu f’liema area huma jiddeċiedu li jimplimentaw il-miżuri kollha tagħhom jew xi ftit minnhom u dawn mhumiex neċessarjament lanqas popolati. Jista’ jkun hemm każijiet fejn forom ta’ appoġġ minbarra appoġġ ta’ investiment jadattaw ruħhom aktar għall-bżonnijiet ta’ tipi partikolari ta’ żoni rurali (eż. appoġġ speċifiku f’LFAs li huma bħala regola ġenerali anqas popolati u żoni aktar remoti).

45.

It-tabella 2 turi illi f’żoni ta’ Għan 1, 80 % ta’ l-ispejjeż tal-proġetti riveduti marru f’żoni rurali. Wara dan, l-għan li jitnaqqsu żbilanċi territorjali huwa wieħed biss mill-għanijiet fejn jikkontribwixxi żvilupp rurali.

46.

Skond id-definizzjoni ta’ l-OECD, li hija bbażata fuq densità tal-populazzjoni, sehem għoli mill-proġetti (91 %) implimentat f’Għan 1, reġjuni tqegħdu f’reġjuni li huma b’mod sinifikanti u predominanti reġjuni rurali li huma b’mod ġenerali partijiet aktar fqar ta’ reġjuni ta’ Għan 1.

Osservazzjoni 6L-effiċjenza ta’ l-infiq titkejjel permezz ta’ paragun tal-proġetti ma’ l-għanijiet.

48.

Il-ġudizzju ta’ l-interventi skond ir-riżultati, l-impatti u l-bżonnijiet li dawn jimmiraw li jissodisfaw jifforma parti mill-eżerċizzju ta’ valutazzjoni li sar f’livell nazzjonali jew reġjonali. Is-sinteżi ta’ dawk il-valutazzjonijiet ta’ żviluppi rurali nazzjonali/reġjonali li jsiru regolament f’isem il-Kummissjoni jippermettu illi ssir valutazzjoni ta’ l-impatti ta’ miżuri differenti fil-livell tal-programm.

Il-possibiltà li titkejjel il-kontribuzzjoni ta’ l-effetti immedjati ta’ proġetti waħdiena fuq l-għanijiet ġenerali tal-programm ser jissaħħu fil-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej permezz ta’ valutazzjoni kontinwa ta’ programmi permezz tal-Qafas ta’ Monitoraġġ Komuni u Valutazzjoni (CMEF), li ser jiżguraw segwitu aħjar.

49.

Il-Kummissjoni tagħraf illi approċċi territorjali integrati jipprovdu għodda importanti għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali u rrakkomandat din il-possibilità fil-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti u fir-Regolament (KE) l-ġdid Nru 1698/2005 permezz ta’ inkoraġġiment ta’ proġetti integrati li jqabblu għadd ta’ miżuri u billi jagħtu importanza lill-Inizjattiva tal-Kommunità Leader.

50.

Il-bżonn li proġetti jiġu integrati fi pjan ta’ żvilupp aktar wiesa’ jiddependi mill-għan u n-natura tal-proġett u huwa valutat mill-Istati Membri/Reġjuni.

51.

Il-proġetti kollha kellhom b’mod indirett impatt potenzjali aktar wiesa’, għax il-benefiċjarji huma integrati fil-ħajja ekonomika f’żoni rurali, fejn għandhom rwol importanti.

Osservazzjoni 7Il-Kummissjoni diġà qegħda tagħmel sforzi serji sabiex tagħmel tajjeb għal nuqqasijiet fil-kwantità u l-kwalità tad-data ta’ monitoraġġ ta’ l-Istati Membri, għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bħalissa. Il-monitoraġġ għandu jissaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ CMEF għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.

57.

Bħala parti mill-eżerċizzju ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni tiċċekkja d-data ta’ ħruġ ipprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti annwali ta’ progress tagħhom. Il-valutazzjoni tqis l-impatt tal-miżuri sabiex tiġi kkunsidrata l-kontribuzzjoni tagħhom fuq il-miri stabbiliti definiti fil-livell tal-programm.

Il-Kummissjoni qegħda diġà tagħmel sforzi serji sabiex tagħmel tajjeb għal nuqqasijiet fil-kwantità u kwalità tad-data ta’ monitoraġġ ta’ l-Istati Membri, għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bħalissa. Il-monitoraġġ għandu jissaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ CMEF għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.

58.

 

a)

Skond l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 pjanijiet ta’ żvilupp rurali għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ l-istrateġija proposta, l-għanijiet kwantifikati tagħha, u prijoritajiet ta’ żviluppi rurali, kif ukoll żona ġeografika koperta.

d)

L-approċċ ta’ impenji bħala bażi għal kejl ta’ ħruġ tidher li aktar taqbel ma’ ċerti tipi multi-annwali ta’ appoġġ RD li huma mifruxa fil-ħin (eż. ambjent tal-biedja, afforestazzjoni, eċċ.) għax dawn ħafna drabi ma jurux riżultati konkreti matul l-ewwel snin ta’ l-implimentazzjoni tagħhom. Għall-perjodu 2007-2013 in-nefqa realizzata ser titqiegħed fit-tabelli ta’ monitoraġġ u r- rappurtar finanzjarju ser jikkonforma kemm jista’ jkun ma’ rappurtar fiżiku.

Is-sinteżi ta’ rapporti ta’ valutazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ żvilupp rurali jinkludu data finanzjarja fuq l-ispiża EAGGF għal kull kapitolu u għal kull Stat Membru.

e)

Il-varjetà ta’ proġetti li huma eliġibbli taħt miżuri ta’ l-artikolu 33 hija tant wiesgħa li huwa impossibbli li jiġu maħsuba minn qabel indikaturi ta’ monitoraġġ li jkopru l-proġetti kollha. Il-lista ta’ indikaturi komuni inkluża fit-tabelli ta’ monitoraġġ mhijiex tassattiva. Stati Membri jistgħu jżidu indikaturi addizzjonali li huma adattati għal bżonnijiet speċifiċi tagħhom jew għal fatturi speċifiċi tal-programmi tagħhom.

59.

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti, l-Istati Membri mhumiex obbligati li japplikaw il-Mistoqsijiet ta’ Valutazzjoni Komuni (CEQ) għal appoġġ ta’ żvilupp rurali finanzjat permezz tal-Fond ta’ Gwida. Il-Kummissjoni taqbel li din hija dgħjufija tas-sistema ta’ monitoraġġ u valutazzjoni kurrenti, li ser tiġi solvuta għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej permezz tat-twaqqif ta’ fond ta’ żvilupp rurali. Is-sena 2000 kienet l-ewwel sena ta’ rappurtar u prinċipalment atipika peress illi l-approvazzjoni tal-programm kienet għada għaddejja u l-implimentazzjoni tal-miżuri kienet għadha fi stadju bikri.

60.

L-użu ta’ indikaturi oħra u mistoqsijiet oħra nazzjonali bħala supplement għas-CEQ f’rapporti ta’ valutazzjoni nazzjonali kienet baxxa. L-indikaturi speċifiċi komuni kienu ġeneralment xierqa u l-medda ta’ mistoqsijiet kienet rilevanti sabiex tiġi ndirizzata l-valutazzjoni tal-programmi ta’ żviluppi rurali.

Is-sistema ta’ “valutazzjoni kontinwa” introdotta mill-Qafas ta’ Monitoraġġ Komuni u Valutazzjoni (CMEF) għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej ser tqiegħed enfasi fuq il-kontribuzzjoni ta’ monitoraġġ għal valutazzjoni, kif ukoll ġbir ta’ data u kwantifikazzjoni ta’ indikaturi.

61.

Xi informazzjoni hija disponibbli f’livell ta’ programm, fejn valutazzjonijiet iseħħu, imma mhux fil-livell ta’ proġetti. Ġewwa l-ambitu ġeografiku tal-programmi, valutaturi jinvestigaw fejn ħruġ, riżultati u impatti huma realizzati. Tabella 5 tat-tabelli ta’ monitoraġġ, per eżempju, tinkludi tqassim ġeografiku ta’ appoġġ finanzjarju u n-numru ta’ applikazzjonijiet approvati.

62.

Huwa diffiċli li fil-livell tal-proċeduri tat-Tmexxija ta’ Attività Bażata tqassar sett xieraq ta’ indikaturi li jiddeskrivu l-ħruġ u l-kisbiet ta’ politika RD li hija wiesgħa anke mid-definizzjoni tagħha. Numru żgħir ta’ indikaturu biss jista’ jagħti stampa ta’ dan. Id-diffikultà ssir agħar fil-perjodu kurrenti minħabba s-sistemi differenti ta’ tmexxija, monitoraġġ, rappurtar u valutazzjoni applikati skond it-tendenza ta’ pprogrammar (Gwida, Garanzija, Leader+). Huwa mistenni titjib fil-futur taħt il-Qafas ta’ Monitoraġġ Komuni u Valutazzjoni.

63.

Ir-rapporti tas-sinteżi ta’ monitoraġġ u r-rapporti ta’ valutazzjoni varji jipprovdu data u informazzjoni. Valutazzjonijiet kemm ta’ nofs it-terminu kif ukoll ta’ wara, li jsiru minn valutaturi indipendenti, jipprovdu valutazzjoni ta’ riżultati u impatti ta’ miżuri ta’ żviluppi rurali. Nuqqasijiet tas-sistema kurrenti ġew rimedjati għall-futur u għandhom iħallu l-Kummissjoni u partijiet oħra interessati li jieħdu dehra kompluta tal-monitoraġġ u valutazzjoni ta’ nfiq ta’ żvilupp rurali.

64.

Id-disinn flessibbli tal-politika ta’ żvilupp rurali bil-miżuri u għanijiet varji tagħha ma twaqqafx l-Istati Membri milli jistabbilixxu strateġiji u għanijiet ċari fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom kif inhu meħtieġ mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999.

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej, approċċ aktar strateġiku ġie introdott permezz tal-Linji ta’ Gwida Strateġika Komunitarja. Dan jippermetti lill-Istati Membri jiffokaw aħjar l-istrateġiji RD tagħhom fuq għanijiet relevanti li ġejjin minn bżonnijiet speċjali. Barra minn hekk, Stati Membri għandhom bżonn jagħtu persentaġġ minimu ta’ l-envolopp nazzjonali tagħhom għal kull assi sabiex jiżguraw programm bilanċjat, u għal dan il-għan għandhom jiġu kkunsidrati responsabbiltajiet settorali u territorjali.

65.

Il-maġġoranza ta’ miżuri ta’ investiment ta’ żvilupp rurali huwa mmirat lejn biedja u bdiewa li jispjega s-sehem għoli ta’ appoġġ fis-settur tal-biedja. Madanakollu, peress illi l-biedja għad għandha rwol importanti fl-ekonomija ta’ żoni rurali, appoġġ għal dan is-settur jista’ jipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti għall-iżvilupp ta’ żoni rurali.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 jistabbilixxi tliet għanijiet prinċipali għal appoġġ ta’ żviluppi rurali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013: (1) titjib tal-kompettività tal-biedja u forestrija, (2) titjib ta’ l-ambjent u kampanja, (3) titjib tal-kwalità tal-ħajja u tinkoraġġixxi diversifikazzjoni ta’ attività ekonomika. Dawn l-għanijiet ġew implimentati permezz ta’ miżuri li huma miġbura fuq l-assi erba’. Artikolu 17 tar-regolament jiżgura bilanċ bejn l-għanijiet billi jintroduċu rati ta’ nfiq minimi għal kull ass.

66.

Jekk jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-varjetà ta’ reġjuni fl-Ewropa u s-sitwazzjonijiet differenti f’livell nazzjonali, huwa diffiċli li tiġi pprovduta definizzjoni waħda u uniformi għal żoni rurali. Għaldaqstant, iż-żoni eliġibbli għall-intervent, kif ukoll l-għażla u l-klassifika ta’ proġetti huma fir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri.

Bl-introduzzjoni tal-pjanijiet ta’ strateġija nazzjonali huwa maħsub approċċ aktar iffukat għal ġenerazzjoni li ġejja ta’ programmi ta’ żviluppi rurali.

67.

L-eliġibbilità ta’ appoġġ taħt investimenti fi stabbilimenti tal-biedja u investiment f’ipproċessar ta’ ikel mhuwiex limitat għaż-żoni rurali spjegati għall-għanijiet tal-miżuri ta’ l-artikolu 33. L-għażla ta’ l-ambitu tal-miżuri hija konsistenti ma’ l-għan, rispettivament li jikkontribwixxi għat-titjib ta’ dħul tal-biedja u tal-kundizzjonijiet tal-ħajja, tax-xogħol u tal-produzzjoni u sabiex tiżdied il-kompetittività u valur miżjud ta’ ipproċessar ta’ ikel, fejn dawn l-attivitajiet jeżistu fil-pajjiż (żoni rurali u mhux rurali).

L-RDPs jinkludu deskrizzjoni ġenerali tal-pjan li fih jindikaw il-medda ġeografika koperta kif ukoll deskrizzjoni tas-sitwazzjoni kurrenti, użu ta’ data kwantifikata, enfasi fuq il-punti b’saħħithom, disparitajiet u potenzjal għal żviluppi rurali. Din id-deskrizzjoni tieħu f’kunsiderazzjoni s-settur tal-biedja u forestali, ekonomija rurali, is-sitwazzjoni demografika, riżorsi umani u impjieg u l-istat ta’ l-ambjent. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni l-Istati Membri iddeskrivew il-prijoritajiet għal azzjoni u l-istrateġija xierqa.

Pass ieħor fid-direzzjoni ta’ mmirar territorjali ġie nkorporat fil-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej peress li Stati Membri għandhom bżonn jinkludu fl-RDPs tagħhom id-deżinjazzjoni taż-żoni rurali tagħhom u jindikaw l-importanza tagħhom.

68.

Il-Kummissjoni taqbel li approċċi territorjali integrati jipprovdu għodda importanti għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali u inkoraġġiet l-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ żvilupp lokali kemm fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali kif ukoll f’dak li jmiss.

Ir-riżultat tar-rapport tal-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu u r-riżultati tal-valutazzjoni ta’ qabel ser jiffurmaw dħul importanti fl-RDPs kurrenti u ġodda. Barra minn hekk, in-netwerks nazzjonali rurali u n-netwerk rurali tal-UE ser joffri l-bażi għal skambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattika.

69.

Il-Kummissjoni għamlet sforzi serji sabiex ittejjeb il-kwalità u kwantità tal-monitoraġġ tad-data ta’ Stati Membri għal perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti.

Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni ma’ l-Istati Membri, ipproponiet Qafas ġdid u aħjar ta’ Monitoraġġ Komuni u Valutazzjoni, għal perjodu ta’ programmazzjoni li ġej.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (2006/144/KE).

(2)  Il-preambolu Nru 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999.

(3)  Pubblikat f’Ġunju 2006.


20.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/32


RAPPORT SPEĊJALI Nru 8/2006

Suċċess jiżdied?

L-effettività tas-sostenn ta' l-Unjoni Ewropea għall-programmi operattivi tal-produtturi tal-frott u tal-ħaxix

flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

(skond l-Artikolu 248(4), it-tieni sotto-paragrafu, KE)

WERREJ

I-XI

SOMMARJU EŻEKUTTIV

1-18

INTRODUZZJONI

1-3

Objettiv ta' l-iskema ta' għajnuna: adattazzjoni għas-sitwazzjoni tas-suq li qiegħda tinbidel

4-8

L-Iskop u l-approċċ tal-verifika

9-12

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

13-18

L-għajnuna għall-programmi operattivi

19-63

PARTI II: L-EFFETTIVITÀ TAL-PROGRAMMI OPERATTIVI

20-49

L-iskema ta' għajnuna ġiet implimentata b'mod li jassigura li l-programmi operattivi aktarx ikunu effettivi?

20-23

Kontrolli tal-Kummissjoni sabiex tassigura li l-Istati Membri jagħtu l-għajnuna ta' l-UE skond il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba

24-49

Implimentazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna mill-Istati Membri

50-59

Il-miżuri ffinanzjati fil-programmi operattivi kienu effettivi? Evalwazzjonijiet tal-programmi operattivi

51-52

mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi (rapporti finali)

53-59

Kampjun ta' azzjonijiet ta' programm operattiv

60-63

Konklużjonijiet dwar l-effettività tal-programmi operattivi

64-86

PARTI II: PROGRESS LI GĦAMLU L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

65-86

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għamlu progress lejn il-kisba ta' l-objettivi stabbiliti għall-iskemi ta' għajnuna?

66-68

Kampjun ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

69-86

Data tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi

87-93

KONKLUŻJONIJIET

87-90

L-effettività tal-programmi operattivi

91-93

Progress magħmul mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

94-100

RAKKOMANDAZZJONIJIET

95-96

L-għajnuna għall-programmi operattivi għandha ssir iktar sempliċi u effettiva

97-98

Mira aħjar għall-politika sabiex jinkisbu l-objettivi ġenerali tal-konċentrazzjoni u l-adattazzjoni

99-100

Għandha titpoġġa in diskussjoni l-politika li jiġu inkoraġġuti l-organizzazzjonijiet tal-produtturi

Anness: Kriterji tal-verifika għall-approvazzjoni tal-programmi operattivi effettivi

Risposti tal-Kummissjoni

SOMMARJU EŻEKUTTIV

I.

Fl-1996 kienet introdotta politika ġdida sabiex issostni lill-produtturi tal-frott u tal-ħaxix fl-adattament tagħhom għas-sitwazzjoni tas-suq li qiegħda tinbidel. Din offriet għajnuna għal 50 % ta' l-ispejjeż ta' miżuri meħuda minn dawk li jkabbru fil-“programmi operattivi”, li mmiraw, fost affarijiet oħra, li jtejbu l-kwalità tal-prodott, inaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u jtejbu l-prattiċi ambjentali. L-għajnuna hija biss disponibbli għall-gruppi ta' produtturi li kollettivament ipoġġu fis-suq il-prodotti tagħhom f'“organizzazzjonijiet tal-produtturi”. L-Istati Membri huma responsabbli sabiex japprovaw il-programmi operattivi u sabiex iħallsu l-għajnuna. Fl-2004, l-għajnuna ammontat għal 500 miljun euro.

II.

Il-Qorti vverifikat l-effettività ta' din l-iskema ta' għajnuna bbażata primarjament fuq kampjun ġenerali ta' 30 programm operattiv fi tmien Stati Membri u fuq reviżjoni tad-dejta tal-Kummissjoni.

III.

L-Istati Membri bbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom sabiex japprovaw il-programmi operattivi fuq bażi ta' l-ispiża ppjanata, mingħajr ma kkunsidraw ukoll l-effettività probabbli tal-miżuri proposti. L-elementi ta' programmazzjoni mitluba mir-regolamenti kienu segwiti nominalment, bi spiża sinifikanti imma mingħajr benefiċċji reali. Il-kriterja għall-eliġibilità ta' l-ispiża ma kinux ċari, li wassal għall-inċertezza.

IV.

Il-Kummissjoni tikkontrolla l-eliġibilità tan-nefqa tal-programmi operattivi, iżda ma kkontrollatx jekk il-proċeduri ta' l-Istati Membri sabiex japprovaw il-programmi operattivi jassigurawx li n-nefqa aktarx tkun effettiva. Hija ma mmonitorjatx l-effettività tal-programmi operattivi u lanqas ma vvalutat il-politika.

V.

Il-programmi operattivi, b'mod ġenerali, wasslu għal progress lejn l-objettivi tar-regolament tal-Kunsill. Kważi nofs l-azzjonjiet iffinanzjati rrappreżentaw avvanz sinifikanti mis-sitwazzjoni inizjali ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi lejn ta' l-inqas wieħed mill-11-il objettiv, u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala effettivi. Madanakollu, l-effettività tal-maġġoranza ta' l-azzjonijiet kienet baxxa, fis-sens illi ma rriżultawx f'avvanz sinifikanti mis-sitwazzjoni inizjali ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li kienu qed jiġu ffinanzjati.

VI.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-kampjun kienu għamlu progress lejn il-maġġoranza ta' l-objettivi stabbiliti għall-politika. Madanakollu, l-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni dwar il-kisba ta' dawn l-objettivi fil-livell Ewropew ħlief għal żewġ eċċezzjonijiet: għall-irtirar mis-suq ta' dak li jiġi prodott żejjed, li ġie mnaqqas, u għall-konċentrazzjoni tal-provvista.

VII.

Kif inhuma sejrin l-affarijiet bħalissa, il-mira tal-Kummissjoni ta' 60 % tal-provvista kkonċentrata fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi sa l-2013 m'hijiex ser tintlaħaq. L-organizzazzjonjiet tal-produtturi huma responsabbli għal madwar terz biss tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex ta' l-UE u huma kibru b'rata anqas mis-settur in ġenerali.

VIII.

Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkunsidra l-meriti ta' approċċi alternattivi sabiex tissimplifika u tnaqqas l-ispejjeż ta' l-iskema u ttejjeb l-effettività ta' l-għajnuna. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk dan jistax jiġi miksub l-aħjar billi tallineja l-proċeduri ta' l-iskema u r-regoli għall-eliġibilità ta' l-ispiża ma dawk tal-miżuri ta' investiment ta' l-Iżvilupp Rurali.

IX.

Kwalunkwe approċċ jiġi segwit, il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-monitoraġġ tagħha ta' l-effettività ta' l-għajnuna u tuża l-istudju ta' evalwazzjoni ppjanat għall-2009 sabiex tistabbilixxi r-raġunijiet għan-nuqqas ta' progress relattiv mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi partikolarment f'dawk l-Istati Membri fejn is-settur tal-frott u l-ħxejjex jirrappreżenta l-ogħla proporzjoni tal-produzzjoni agrikola.

X.

Jekk l-evalwazzjoni tikkonferma illi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma mekkaniżmu effettiv sabiex tiġi msaħħa l-pożizzjoni ta' dawk li jkabru fl-Istati Membri, il-politika għandha tiġi mmirata b'mod aħjar sabiex jintlaħaq dan.

XI.

Jekk min-naħa l-oħra, l-Kummissjoni ma tkunx tista' turi illi l-konċentrazzjoni tal-provvista fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi tagħti benefiċċji reali, hija għandha tikkunsidra mill-ġdid dan il-mekkaniżmu għas-sostenn tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex fl-UE.

INTRODUZZJONI

Objettiv ta' l-iskema ta' għajnuna: adattazzjoni għas-sitwazzjoni tas-suq li qiegħda tinbidel

1.

Iffaċċjata fis-snin disgħin b'suq tal-frott u l-ħxejjex li kien qed jinbidel, li kien jeħtieġ prodotti differenti u iktar garanziji tal-kwalità u ta' l-istandards ambjentali, l-UE introduċiet skema ta' għajnuna ġdida sabiex issostni lill-produtturi biex jadattaw għal din id-domanda. Din kienet l-għajnuna għall-“programmi operattivi”, li hija mfissra hawn taħt. Fl-istess ħin, sar tnaqqis fl-għajnuna li kienet ilha hemm għall-irtirar (1), u b'hekk il-produtturi fl-UE ġew mogħtija inċentiv ieħor sabiex jipproduċu dak li ried is-suq.

2.

Is-sitwazzjoni tas-suq ukoll kienet qiegħda tinbidel bid-dominanza dejjem tiżdied ta' ftit gruppi kbar ta' bejjiegħa bl-imnut u distributuri. Bi tweġiba, l-UE saħħet il-politika segwita sa mis-snin sittin li tinkoraġġixxi l-formazzjoni ta' gruppi ta' produtturi, magħrufa bħala “organizzazzjonijiet tal-produtturi” bl-iskop li jiksbu ekonomiji ta' skala u preżenza aktar qawwija fis-suq.

3.

Dan ir-ragruppament tal-provvista (jew “konċentrazzjoni”) kien inkoraġġut, billi s-sħubija f'organizzazzjoni tal-produtturi ġiet impoġġija bħala kundizzjoni sabiex wieħed jirċievi l-għajnuna ġdida għall-programmi operattivi. Produtturi tal-frott u l-ħxejjex u li ma kinux f'organizzazzjonijiet tal-produtturi ma kinux eliġibbli għall-għajnuna mill-UE. Dan ħoloq inċentiv għal produtturi sabiex jiffurmaw jew jissieħbu f'organizzazzjonijiet tal-produtturi. Fl-istess waqt, l-UE stabbiliet kundizzjonijiet iktar iebsa li jridu jintlaħqu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex tassigura li huma jkunu effettivi fil-konċentrazzjoni tal-provvista.

Kaxxa 1“Għajnuna intelliġenti” entużjasmat lid-direttur ta' organizzazzjoni tal-produtturi li żorna. L-UE m'għadiex tagħti l-għajnuna lil produtturi sabiex jeqirdu l-frott u l-ħxejjex żejda tagħhom li ħadd ma jkun irid jixtri. Issa, l-UE tissussidja miżuri meħuda mill-produtturi sabiex jadattaw il-produzzjoni għall-kwantità u għall-kwalità li għaliha hemm domanda.

Kaxxa 2“Suċċess jiżdied”: L-għajnuna hija marbuta mal-bejgħ, għalhekk aktar ma jikbru l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi aktar jiksbu għajnuna sabiex jiffinanzjaw l-adattazzjoni. Dan is-suċċess għandu jinkoraġġixxi lill-produtturi sabiex jiffurmaw jew jissieħbu f'organizzazzjonijiet tal-produtturi, li jwassal għal aktar poter ta' negozjazzjoni u f'fatturar ogħla, u għalhekk f'aktar għajnuna għal aktar adattazzjoni.

L-Iskop u l-approċċ tal-verifika

4.

Il-Qorti rrappurtat ir-riżultati tal-verifika preċedenti tagħha għas-settur tal-frott u l-ħxejjex fir-Rapport Annwali għall-2000 (2). F'dak iż-żmien, ftit programmi operattivi kienu ġew kompluti, għalhekk l-effettività f'terminu itwal ta' l-għajnuna ma kinitx tidher. Madankollu, ir-rapport identifika nuqqasijiet fil-ġestjoni ta' l-iskema mill-Istati Membri, li kienu naqqsu l-effettività ta' l-għajnuna. Fid-dawl ta' dan, l-objettiv magħmul għal din il-verifika kien li jevalwa l-effettività ta' l-iskema ta' għajnuna għall-programmi operattivi.

5.

L-effettività hija definita fir-Regolament Finanzjarju ta' l-UE (3) bħala l-laħqa ta' l-objettivi speċifiċi magħmula u l-laħqa tar-riżultati intenzjonati. Minħabba li l-objettivi magħmula għall-programm operattiv m'humiex la definiti u lanqas kwantifikati, f'din il-verifika, l-effettività hija kkunsidrata bħala għamla ta' progress lejn dawn l-objettivi.

6.

Il-mistoqsijiet magħmula għal din il-verifika kienu:

i)

L-iskema ta' l-għajnuna ġiet implimentata b'mod li jassigura li l-programmi operattivi aktarx li jkunu effettivi?

ii)

Il-miżuri ffinanzjati fil-programmi operattivi kienu effettivi?

iii)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għamlu progress lejn il-laħqa ta' l-objettivi magħmula għall-iskema ta' għajnuna?

7.

L-approċċ tal-verifika kien jikkonsisti f':

i)

evalwazzjoni tal-proċeduri mwaqqfa mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri sabiex tiġi implimentata l-politika;

ii)

ittestjar ta' l-effettività ta' kampjun ta' azzjonijiet tal-programm operattiv; u

iii)

analiżi ta' kampjun ta' ogranzzazzjonijiet tal-produtturi, u data tal-Kummissjoni fil-livell ta' l-UE, għal evidenza tal-progress magħmul mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lejn l-objettivi tal-politika.

8.

Il-verifika fuq il-post saret fl-2005, bbażata fuq kampjun meħud bl-addoċċ (random sample) ta' 30 programm operattiv kompletati fl-2003 u fl-2004 fi tmien Stati Membri: il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall, u r-Renju Unit. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-Istati Membri l-ġodda ma kinux inklużi għaliex ma kinux għadhom temmew il-programmi operattivi fiż-żmien tal-verifika.

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

9.

Organizzazzjoni tal-produtturi hija grupp ta' produtturi li jaġixxu flimkien sabiex isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq. Ħafna huma kooperattivi, imma jistgħu jkunu gruppi ta' individwi jew gruppi ta' kumpaniji. Il-kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu, stabbiliti fir-regolamenti ta' l-UE (4), huma li jkollhom mill-anqas ħames membri u bejgħ minimu ta' 100 000 euro. Organizzazzjonijiet tal-produtturi jridu jipprovdu l-mezzi għall-ħażna, l-ippakkjar u l-bejgħ tal-prodotti tal-membri tagħhom. Huma jridu jkunu kapaċi jippjanaw u jadattaw il-produzzjoni tagħhom, u jippromovu kultivazzjoni solida u prattiċi għall-ġestjoni ta' l-iskart.

10.

Għajnuna sabiex jibdew hija disponibbli fuq perijodu ta' 5 snin għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex iwaqqfu u jakkwistaw il-faċilitajiet li għandhom bżonn sabiex jilħqu l-kundizzjonijiet ta' l-UE. Ladarba stabbiliti, l-Istati Membri jikkontrollow illi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkomplu jilħqu dawn il-kundizzjonijiet, għalkemm l-ebda għajnuna ulterjuri ma hija disponibbli għal dan. Fil-prinċipju, l-UE ma ssostnix l-ispejjeż amministrattivi, operattivi u ta' produzzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (5).

11.

Hemm madwar 1 500 organizzazzjoni tal-produtturi fl-14-il Stat Membru (6) (Dijagramma 1). Hemm diversità kbira fid-daqs u fin-natura ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (Dijagramma 2). Fil-kors ta' din il-verifika, il-Qorti żaret produtturi tat-tin fil-Greċja u produtturi tal-faqqiegħ fl-Irlanda, kooperattiva tal-frott taċ-ċitru fil-Portugall u produtturi tat-tadam fi Spanja u fl-Olanda. Xi wħud kellhom inqas minn għaxar membri, waħda fl-Italja speċjalizzata fit-tuffieħ kellha 5 800 membru. Waħda mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kienet magħmula minn 14-il kumpanija, kull waħda b'bejgħ medju ta' 2,6 miljun euro, oħra kienet kooperattiva ta' 800 produttur part-time kull wieħed b'medja ta' 600 euro ta' produzzjoni. L-organizzazzjoni tal-produtturi medja ta' l-UE fl-2003 kellha bejgħ ta' 9 miljun euro u aktar 300 membru.

Image

Image

12.

Il-frott u l-ħxejjex huwa l-ikbar settur agrikolu f'termini tal-valur ta' dak li jiġi prodott fl-UE-15. Huma partikolarment importanti għall-ekonomiji agrikoli tal-Greċja, Spanja, l-Italja u l-Portugall, fejn is-settur jirrappreżenta 'l fuq minn 25 % tal-valur tal-produzzjoni agrikola. Spanja, Franza u l-Italja flimkien jakkontaw għal 70 % tal-produzzjoni f'termini tal-valur tal-frott u l-ħxejjex ta' l-UE. Madwar terz tal-produzzjoni tagħhom kienet impoġġija fis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-2004. Fl-Olanda, l-Belġju u l-Irlanda, il-proporzjon tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex impoġġija fis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kienet ħafna ogħla, madwar 80 %, mentri fil-Greċja kienet ta' 13 % u fil-Portugall ta' 6 % (Dijagramma 3).

Image

L-għajnuna għall-programmi operattivi

13.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jilħqu l-kundizzjonijiet f'paragrafu 9 jistgħu japplikaw għall-għajnuna għal “programm operattiv”. Dan huwa programm ta' miżuri li organizzazzjoni tal-produtturi tieħu sabiex tadatta l-produzzjoni tal-membri tagħha għad-domanda tas-suq u ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq (Kaxxa 3). L-objettivi speċifiċi li l-miżuri għandhom jimmiraw li jiksbu huma stabbiliti fir-regolament tal-Kunsill (7) (Kaxxa 4). Il-Programm jiġi mfassal mill-organizzazzjoni tal-produtturi u approvat mill-Istat Membru, li jħallas l-għajnuna ta' l-UE annwalment, 50 % ta' l-ispejjeż imġarrba mill-organizzazzjoni tal-produtturi fl-implimentazzjoni tal-programm. Id-dewmien ta' programm operattiv huwa ta' bejn tlieta u ħames snin, u fi tmiem tal-perijodu organizzazzjoni tal-produtturi tista' tapplika għal programm ġdid. Hemm limitu annwali għall-għajnuna, iffissat għal 4,1 % tal-bejgħ ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi.

14.

Il-fuq minn 70 % ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom programm operattiv u l-għajnuna ammontat għal 500 miljun euro fl-2004. Din tirrappreżenta 3 % tal-bejgħ ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u approssimativament 1 % tal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex ta' l-UE. L-użu ta' l-għajnuna żdied ħafna sa minn meta din ġiet introdotta fl-1997, fl-istess żmien hekk kif l-għajnuna għall-irtirar ta' dak li hu żejjed naqset (ara Dijagramma 4). Id-dijagramma turi wkoll l-għajnuna mħallsa permezz ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi lil produtturi tat-tadam u l-frott għall-iproċessar, li hija bbażata fuq il-volum tal-produzzjoni.

Kaxxa 3Kontenut tipiku ta' programm operattiv

xiri ta' makkinarju għall-għażla u l-ippakkjar;

impjieg ta' persunal għall-kontroll tal-kwalità u ta' persunal għall-promozzjoni;

investimenti fil-faċilitajiet ta' irrigazzjoni u fis-serrer;

sussidji lil produtturi sabiex jiżirgħu mill-ġdid is-siġar tal-frott;

spejjeż ta' approċċi ta' kontroll naturali tal-mikrobi u tal-mard.

Kaxxa 4Il-11-il objettiv tal-programmi operattivi

assigurazzjoni li l-produzzjoni hija pjanata u aġġustata skond id-domanda, partikolarment f'termini ta' kwalità u ta' kwantità;

promozzjoni tal-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti mill-membri tagħha;

tnaqqis ta' l-ispejjeż ta' produzzjoni u

stabilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produttur;

promozzjoni ta' l-użu ta' prattiċi ta' kkultivar, tekniċi ta' produzzjoni u prattiċi ta' ġesjtoni ta' l-iskart li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

titjib tal-kwalità tal-prodott;

tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodott;

promozzjoni tal-prodotti mmirati lejn il-konsumaturi;

ħolqien ta' linji ta' prodotti organiċi;

il-promozzjoni ta' produzzjoni integrata jew ta' metodi oħra ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent;

it-tnaqqis ta' dak li jiġi rtirat.

Image

15.

L-implimentazzjoni ta' l-iskeda ta' l-għajnuna hija fuq il-bażi solita ta' ġestjoni maqsuma fejn l-Istati Membri jsegwu regoli dettaljati, stabbiliti mill-Kummissjoni, fil-qafas tar-regolament tal-Kunsill. Huma mitluba li jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw illi l-għajnuna tiġi mogħtija skond il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba: ekonomija, effiċjenza u effettività.

16.

Ir-regolament għall-implimentazzjoni tal-Kummissjoni (8) jitlob lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jiddeskrivu fil-proposta tal-programmi operattivi tagħhom:

is-sitwazzjoni tagħhom tal-bidu, partikolarment rigward il-produzzjoni, il-promozzjoni u l-makkinarju;

l-objettivi tal-programm, waqt li jżommu f'moħħom il-prospetti tas-suq; u

il-miżuri konkreti jew l-“azzjonijiet” proposti sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.

17.

L-organizzazzjonjiet tal-produtturi għandhom il-libertà li jipproponu miżuri tal-programm operattiv li jkun adattati għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, bil-provvediment illi l-programmi għandhom jimmiraw għal “diversi” mill-objettivi stabbiliti fir-regolament tal-Kunsill (ara Kaxxa 4). Sabiex jikkompletaw iċ-ċirkwit ta' rispons, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom l-obbligu li jirrappurtaw lill-Istati Membri fit-tmiem tal-programm dwar sa fejn huma jkunu laħqu l-objettivi tagħhom, u l-esperjenzi li għandhom jinġabru għall-programm li jkun imiss. Dan il-“mudell ta' programmazzjoni” li għandu jiġi segwit mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi huwa muri f'Dijagramma 5.

Image

18.

Ir-regolament tal-Kummissjoni speċifika wkoll numru ta' kontrolli li l-Istati Membri għandhom jagħmlu fuq il-proposti tal-programmi operattivi:

jivverifikaw is-sitwazzjoni inizjali ta' l-organizzazzjoniji tal-produtturi u l-objettivi tal-programm operattiv;

jivverifikaw il-konformità ta' l-objettivi tal-programm operattiv ma' dawk stabbiliti fir-regolament tal-Kunsill;

jivverifikaw il-konsistenza ekonomika u l-kwalità teknika tal-programm operattiv propost, u s-solidità ta' l-estimi.

Ir-regolament jistipula li l-Istati Membri imbagħad għandhom japprovaw il-programm, jitolbu tibdiliet, jew jirrifjutawh.

PARTI II: L-EFFETTIVITÀ TAL-PROGRAMMI OPERATTIVI

19.

Kif deskritt iktar il-fuq, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqsmu r-responsabbiltà sabiex jassiguraw li l-għajnuna tkun effettiva: illi l-għajnuna hija wżata sabiex jinkiseb progress lejn il-11-il objettiv li l-Kunsill stabbilixxa għall-programmi operattivi. Din il-parti tar-rapport l-ewwel tħares lejn jekk l-iskema ta' għajnuna kinitx implimentata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri b'mod li jinkoraġġixxi l-effettività, u b'mod partikolari, jekk il-“mudell ta' programmazzjoni” operax kif intenzjonat. Imbagħad hija tevalwa kampjun ta' programmi operattivi sabiex tiddetermina jekk il-miżuri ffinanzjati rriżultawx fi progress lejn l-objettivi ta' l-iskema.

L-iskema ta' għajnuna ġiet implimentata b'mod li jassigura li l-programmi operattivi aktarx ikunu effettivi?

Kontrolli tal-Kummissjoni sabiex tassigura li l-Istati Membri jagħtu l-għajnuna ta' l-UE skond il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba

20.

L-Istati Membri japprovaw il-programmi operattivi proposti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, imma taħt it-Trattat, il-Kummissjoni żżomm ir-responsabbiltà finali għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit ta' l-UE u tissorvelja lill-Istati Membri.

21.

Fil-proċess ta' l-“Approvazzjoni tal-Kontijiet”, il-Kummissjoni żżur l-Istati Membri sabiex tikkontrolla illi l-pagamenti ta' għajnuna jkunu saru b'konformità mar-regoli tal-Komunità. Ir-regolament tal-Kunsill waqqaf ukoll “Korp Speċjali ta' Spetturi” għas-settur tal-frott u l-ħxejjex bl-irwol, fost l-oħrajn, li jassigura applikazzjoni uniformi tar-regoli madwar l-UE kollha. Fil-prattika, dawn huma l-istess uffiċjali illi jikkontrollaw l-ispiża għall-Approvazzjoni tal-Kontijiet.

22.

B'relazzjoni ma' politiki agrikoli oħra ta' l-UE, l-iskema ta' għajnuna tal-programm operattiv titlob lill-Istati Membri sabiex jeżerċitaw grad ogħla ta' ġudizzju dwar jekk japprovawx, jirrifjutawx jew jitolbux tibdiliet għall-miżuri proposti fil-programm operattiv. Madanakollu, sa mill-kontrolli inizjali tal-proċeduri ta' l-Istati Membri fl-1997 u fl-1998, l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni ffokaw fuq il-konformità mal-kriterji ta' l-eliġibilità tan-nefqa u ma kkontrollawx jekk il-proċeduri ta' l-Istati Membri għall-approvazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi operattivi murija f'paragrafu 18 joperawx b'mod li jiżguraw li l-programmi operattivi aktarx ikunu effettivi.

23.

Konsegwentement, waqt li l-Kummissjoni kontrollat l-eliġibilità ta' l-għajnuna mħallsa mill-Istati Membri għal raġunijiet ta' Approvazzjoni tal-Kontijiet, hija ma kkontrollatx jekk din l-għajnuna ġietx mogħtija bl-osservazzjoni tal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, partikolarment, dak ta' l-effettività.

Implimentazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna mill-Istati Membri

Dettalji tal-verifika fl-Istati Membri

24.

Minħabba l-irwol prinċipali li għandhom l-Istati Membri fl-approvazzjoni tal-programmi operattivi l-Qorti vverifikat il-proċeduri applikati fl-14-il Stat Membru kollha (Kaxxa 5). Minħabba li l-implimentazzjoni ta' l-iskema hija deċentralizzata f'xi Stati Membri, il-proċeduri ġew ukoll ikkontrollati f'19-il amministrazzjoni reġjonali u lokali oħra fl-Italja, Spanja, Franza u l-Greċja.

25.

Ir-regolament ta' implimentazzjoni jitlob lill-Istati Membri sabiex jagħmlu numru ta' kontrolli, imma ma jippreskrivix kif. Dan jagħti lill-Istati Membri l-flessibilità sabiex jorganizzaw dawn il-proċeduri skond il-kuntest tagħhom. Konsegwentement, kull amministrazzjoni implimentat l-iskema b'mod differenti u s-sejbiet li ġejjin ma japplikawx b'mod ugwali fl-Istati Membri kollha (9).

Kaxxa 5Dettalji tal-verifika fl-Istati MembriAħna bbażajna l-verifika tal-proċeduri ta' l-Istati Membri fuq kampjun meħud mingħajr regoli ta' 30 programm operattiv kompletati fl-2003 u fl-2004. Aħna żorna l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati membri responsabbli sabiex japprovaw dawn il-programmi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi konċernati.

Numru ta' programmi operattivi magħżula

Spanja

11

Portugall

2

Franza

8

Renju Unit

1

Italja

4

Olanda

1

Greċja

2

Irlanda

1

Il-programmi operattivi magħżula kienu approvati mill-Istati Membri bejn l-1998 u l-2001. Sabiex niksbu evidenza suffiċjenti, u nassiguraw li s-sejbiet kienu għandhom relevanti, aħna eżaminajna dokumentazzjoni mill-1998 sa l-2005 għal 94 programm operattiv u 103 rapporti ta' evalwazzjoni oħrajn. Aħna għażilna dawn mingħajr regoli fl-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li żorna.Aħna wettaqna verifika iktar limitata tal-proċeduri segwiti mis-sitt Stati Membri l-oħrajn, bbażati fuq kwestjonarju u kontroll ta' dokumentazzjoni li tikkonċerna programmi operattivi magħżula mingħajr regoli.

Kriterja sabiex tiġi evalwata l-implimentazzjoni tal-mudell ta' programmazzjoni

26.

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' ġestjoni finanzjarja solida l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipji ta' ekonomija, effiċjenza u effettività meta jkunu qed jiddeċiedu jekk japprovawx programm operattiv, u b'hekk jagħtu l-għajnuna ta' l-UE.

27.

Sabiex l-għajnuna tkun effettiva, kull azzjoni ffinanzjata fil-programm għandu jkollha effett: l-azzjoni għandha tirriżulta fi progress lejn wieħed jew aktar mill-11-il objettiv stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill. Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom dwar jekk japprovawx, jirrifjutawx jew jitolbu tibdiliet għal programm operattiv fuq jekk l-organizzazzjoni tal-prodtturi wrietx b'mod soddisfaċenti li l-miżuri proposti x'aktarx li jilħqu dawn l-objettivi.

28.

L-Istati Membri għandhom bżonn ta' informazzjoni dettaljata mill-organizzazzjonijiet tal-prodtutturi sabiex ikunu kapaċi jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom sabiex jassenjaw l-għajnuna f'dawn it-termini. Huma jkunu jridu jafu, għal kull objettiv, is-sitwazzjoni tal-bidu ta' l-organizazzjoni tal-produtturi u l-impatt li l-azzjoni(jiet) huma mistennija li jkollhom.

29.

Waqt li segwiet din il-loġika, u r-rekwiżiti speċifiċi tar-regolament (ara l-paragrafi 16 sa 18), il-Qorti żviluppat kriterji tal-verifika dwar dak li jkun raġonevoli li wieħed jistenna f'sistema “tajba” (Kaxxa 6). Jekk dawn il-kriterji jiġu milħuqa, il-proċeduri ta' l-Istati Membri probabbilment għandhom jassiguraw li l-għajnuna ser tkun effettiva. Dawn il-kriterji jistgħu jiġu mqassra kif ġej:

Dokumenti tal-programmi operattivi għandhom juru s-sitwazzjoni tal-bidu ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi għar-rigward ta' kull waħda mill-objettivi tal-programmi. L-objettivi għandhom ikunu “SMART” (specific, measurable, achievable, relevant and timed) (speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, relevanti u f'waqthom): speċifiċi sabiex ma jkunx hemm dubju dwar dak li l-assoċċazzjoni tal-produtturi tkun qed timmira li tikseb; li jistgħu jitkejlu (u f'waqthom) sabiex l-ilħuq tagħhom ikun jista' jiġi mmonitorjat; jistgħu jintlaħqu permezz ta' l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet proposti fil-programmi; u relevanti: koerenti mas-sitwazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi u mal-qagħda tas-suq, u mal-11-il objettiv ta' l-UE. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jagħtu miri għal kull objettiv f'relazzjoni mas-sitwazzjoni tal-bidu. Id-dokumenti għandhom juru kif l-azzjonijiet proposti ser jilħqu l-objettivi tal-programm. Fi tmiem il-programm l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tirrapporta dawr sa fejn l-objettivi jkunu ntlaħqu in realizzazzjoni mas-sitwazzjoni tal-bidu u mal-miri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-objettivi tal-programm operattiv ikunu jikkorrispondu ma' dawk tar-regolament ta' l-UE, u li l-azzjonijiet proposti jirrappreżentaw avvanz reali lejn l-objettivi bi prezz raġonevoli. Huma għandhom jużaw l-informazzjoni ta' l-evalwazzjoni fir-rapporti finali ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex jimmonitorjaw l-effettività tal-programmi operattivi u japplikaw l-esperjenzi miġbura sabiex itejbu l-effettività tal-programmi futuri.

Kaxxa 6Metodoloġija: Xi wħud mill-kriterja tal-Qorti sabiex tevalwa l-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna ta' l-Istati Membri jmorru lil hinn mill-konformità formali ma dak li hu miktub fir-regolament (ara l-Anness). Bħala eżempju, sabiex tikkonforma mar-regolament l-organizzazzjoni tal-produtturi trid tiddeskrivi s-sitwazzjoni tagħha tal-bidu, u l-Istat Membru irid jikkontrolla kemm din hi preċiża. Sabiex jilħaq il-kriterja tal-verifika, l-Istat Membru għandu wkoll jassigura li d-deskrizzjoni tkun relatata ma' l-objettivi u ma' l-azzjonjiet fil-programm propost. Jekk le, d-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni tal-bidu ftit ikollha skop.

Id-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni tal-bidu m'hijiex relatata ma' l-objettivi tal-programm operattiv

30.

Il-programmi operattivi kollha eżaminati barra tnejn kienu jinkludu sezzjoni msejħa “s-sitwazzjoni tal-bidu” u aktar min-nofs (60 %) formalment kienu konformi mar-regolament billi semmew il-produzzjoni, il-promozzjoni u l-apparat, anke jekk fil-qasir ħafna. Xi Stati Membri talbu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex jagħmlu lista ta' l-apparat u tal-faċilitajiet tagħhom u li jippreparaw tabella b'informazzjoni dwar il-produzzjoni tagħhom fit-termini tat-tunnellati u l-valur, imma mingħajr ma talbu li dan ikun relatat ma' l-objettivi jew l-azzjonijiet tal-programm bi kwalunkwe mod. Stati Membri oħrajn ma taw l-ebda struzzjonijiet partikolari, u aċċettaw deskrizzjonijiet ġenerali ħafna, f'xi każijiet ta' sentenza waħda jew tnejn biss. Ftit organizzazzjonijiet tal-produtturi ddeskrivew is-sitwazzjoni tal-bidu tagħhom għar-rigward ta' l-ambjent, il-kwalità tal-prodotti u l-ispejjeż tal-produzzjoni, minkejja li kważi l-programmi operattivi kollha kellhom dawk l-objettivi (ara Kaxxa 7). L-ebda organizzazzjoni tal-produtturi ma ddeskriviet is-sitwazzjoni tal-bidu tagħha għal kull wieħed mill-objettivi fil-programm operattiv tagħha.

Kaxxa 7L-awtoritajiet reġjonali fi Spanja approvaw programm operattiv li kien fih għaxar azzjonjiet għal spiża totali ta' 770 000 euro. Sitta minn dawn l-azzjonjiet kellhom l-objettiv li jtejbu l-kwalità tal-prodott, tmienja kellhom l-objettiv li jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni, u tnejn kellhom l-objettivi li jtejbu l-prattiċi ambjentali.L-organizzazzjoni tal-produtturi niżżlet fis-sitwazzjoni tal-bidu it-tipi ta' frott imkabbra u l-ispazju ta' art, imma ma taw l-ebda informazzjoni dwar il-kwalità tal-frott fil-bidu, l-ispejjeż ta' produzzjoni, jew l-ambjent.

31.

Fi ftit każijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ddeskrivew is-sitwazzjoni tal-bidu fir-rigward ta' xi azzjonijiet speċifici (li huwa rekwiżit fl-Olanda, per eżempju). Dan wassal sa ċertu punt għall-laħqa tal-kriterja, imma ma ddeskriviex biżżejjed is-sitwazzjoni tal-bidu ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi f'termini ta' l-objettivi tagħha.

Il-kontenuti tal-programmi operattivi ma kinux jirrelataw dejjem ma' l-objettivi mogħtija

32.

Diversi Stati Membri talbu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex jgħidu b'mod espliċitu fil-programmi operattivi tagħhom liema objettivi ta' l-UE kienu relatati ma' kull azzjoni. F'dawn il-każijiet, il-korrispondenza bejn l-objettivi u l-programm kienet awtomatika fuq il-karta, li kienet tagħmel il-kontroll ta' l-Istat Membru tal-konformità ta' l-objettivi ma' dawk fir-regolament sempliċi formalità. Madanakollu, diversi organizzazzjonijiet tal-produtturi niżżlu kwalunkwe objettiv li kien jidher relevanti b'tentattiv sabiex jiġġustifikaw il-programm jew azzjoni partikolari, irrispettivament minn jekk dak kienx objettiv reali jew le (Kaxxa 8 u 9).

33.

Fl-Italja u fil-Greċja, l-awtoritajiet żviluppaw listi dettaljati ta' azzjonijiet possibbli, minn liema l-organizzazzjoni tal-produtturi setgħet tagħżel, u taw objettiv predeterminat għal kull azzjoni. L-awtoritajiet Franċiżi ukoll ħarġu b'lista ta' azzjonijiet possibbli, imma klassifikati skond in-natura tagħhom, mhux skond l-objettiv. Għall-kategorija ta' azzjonijiet ta' l-ambjent u l-kwalità l-objettiv relevanti kien normalment evidenti, imma għall-kategorija “miżuri marbuta mal-faċilitajiet ta' produzzjoni” xi kultant ma kienx. Riżultat ta' dan ma kienx possibbli li jiġi identifikat l-objettiv ta' xi wħud mill-azzjonijiet fuq bażi tad-dokumentazzjoni tal-programm operattiv (Kaxxa 10). L-awtoritajiet Taljani, Griegi u Franċiżi ma ppruvawx jikkontrollaw l-objettivi tal-programmi individwali għaliex huma kkunsidraw illi l-konformità ta' l-azzjonijiet ma' l-objettivi ta' l-UE kienet intlaħqet meta kienu qed jiġu abbozzati l-listi nazzjonali ta' l-azzjonijiet. Madanakollu, t-tibdiliet maż-żmien fil-klassifikazzjoni kellhom l-effett li “jbiddlu” l-objettivi tal-programmi operattivi għal ċerta azzjoni partikolari (Kaxxa 11).

Kaxxa 8Programm operattiv fl-Olanda inkluda sistema elettronika tan-noti tal-kunsinna bi spiża ta' 135 000 euro bl-objettiv ta' “ppjanar u aġġustament tal-produzzjoni skond id-domanda”. L-organizzazzjoni tal-produtturi ma setgħetx turi r-relazzjoni bejn l-azzjoni u dan l-objettiv. L-objettiv reali, it-tnaqqis ta' l-ispejjeż, ma kienx imsemmi fil-programm operattiv.

Kaxxa 9Fi programm operattiv approvat mill-awtoritajiet reġjonali fi Spanja, organizzazzjoni tal-produtturi xtrat trakk fork-lifter bi spiża ta' 25 000 euro. L-organizzazzjoni tal-produtturi ma setgħetx turi r-relazzjoni bejn l-azzjoni u l-objettiv msemmi li jitnaqqas l-irtirar.

Kaxxa 10Fil-programm operattiv fi Franza, organizzazzjoni tal-produtturi inkludiet azzjoni deskritta bħala “provvediment ta' servizzi” bi spiża ta' 50 400 euro. 25 % ta' din l-ispiża kienet allokat għall-objettiv tat-“titjib tal-kwalità” u 25 % għal “titjib tal-prattiċi ambjentali”. Aħna ma konniex kapaċi nidentifikaw l-objettiv ta' l-UE relatat mal-kumplament ta' 50 % ta' ispejjeż.

Kaxxa 11Proġett ta' irrigazzjoni fl-Italja ġie allokat għall-objettiv ta' “titjib tal-kwalità” skond il-linji gwida nazzjonali ta' l-1997. Wara reviżjoni tal-linji gwida huwa ġie mogħti l-objettiv ta' “konċentrazzjoni tad-domanda” fl-1999. Fl-2002 reviżjoni oħra klassifikat l-istess objettiv taħt “tnaqqis ta' l-ispejjeż”.

L-objettivi tal-programm operattiv mhumiex mogħtija f'termini miżurabbli u l-objettivi mhumiex iffissati

34.

Huma biss l-awtoritajiet tar-Renju Unit li jitolbu formalment lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jiffissaw objettivi miżurabbli għall-programmi operattivi, għalkemm fil-prattika ma ġiex assigurat li dan sar. Fi Spanja, l-Italja u l-Olanda, l-awtoritajiet talbu li r-riżultati mistennija jiġu murija għal kull miżura jew azzjoni, imma dan kien iffukat fuq dak li ġie prodott — kif l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet setgħet tiġi murija — minflok fuq il-kisba ta' l-objettiv. F'10 % tal-programmi operattivi eżaminati, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi taw objettivi kwantifikati għal mill-anqas azzjoni waħda fejn dan kien sempliċi, bħal fil-każ tat-tnaqqis mistenni ta' l-ispiża, jew in-numru ta' ettari li ser jiġu konvertiti għall-produzzjoni organika. Dawn il-każijiet kienu l-aktar fi Spanja u fl-Italja. Apparti dan, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma ffissawx miri jew indikaturi li bihom il-kisba ta' objettivi setgħet tiġi mmonitorjata.

Ir-rapporti ta' evalwazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jurux il-kisba ta' l-objettivi

35.

Ħlief għal xi każijiet fi Franza u fl-Irlanda, l-Istati Membri assiguraw illi r-rapporti ta' evalwazzjoni finali ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ddeskrivew l-implimentazzjoni tal-programm u dak li ġie prodott (dak li sar), imma l-ebda minnhom ma talab fil-prattika li r-rapporti juru wkoll sa fejn l-objettivi tal-programm operattiv kienu ġew milħuqa. B'dan il-mod ir-rapporti kienu ta' ftit użu għall-evalwazzjoni ta' l-effettività ta' l-għajnuna.

36.

L-evalwazzjonijiet fir-rapporti finali ftit kienu wżati mill-Istati Membri (10), u kienu trattati bħala formalità oħra mitluba għall-konformità mar-regolament. Fil-Greċja, Spanja (11) u l-Portugall, ir-rapporti finali kienu sempliċiment arkivjati mill-aġenzija tal-pagament u mhux eżaminati mill-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni tal-programmi operattivi.

37.

Il-kontenut tar-rapporti varja b'mod wiesa', minn inqas minn paġna ta' dikjarazzjonijiet ġenerali mhux sostanzjati bħal li l-“kwalità ġiet imtejba”, għal aktar minn 100 paġna ta' fatti u figuri dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-programm, azzjoni b'azzjoni. L-Istati Membri ma talbux li r-rapporti finali jkun fihom sett ta' informazzjoni komuni sabiex jippermettu l-monitoraġġ ta' l-effettività tal-programmi fil-livell reġjonali jew nazzjonali, u d-diversità tar-rapporti għamlet analiżi bħal din imprattika.

L-Istati Membri ma japplikawx il-kriterji ta' l-effettività meta japprovaw il-programmi operattivi

38.

Fil-prattika l-Istati Membri approvaw il-programmi skond in-natura ta' l-ispiża proposta, mhux f'termini ta' dak li l-programm kien mistenni jikseb. Il-kriterji ta' l-effettività, bħall-addizzjonalità, ma kinux applikati fid-deċiżjoni ta' jekk jiġix approvat jew le l-finanzjament ta' azzjoni permezz ta' l-għajnuna ta' l-UE. Il-kunsiderazzjoni ta' fatturi speċifikament mitluba mir-regolament, bħas-sitwazzjoni tal-bidu u l-objettivi, il-kwalità teknika u l-konsistenza ekonomika tal-programm, saret bla bżonn u saret biss sal-punt neċessarju sabiex tintwera l-konformità mal-kliem tar-regolament.

39.

Minflok, l-Istati Membri segwew approċċ differenti, bl-iffokar fuq il-konformità mal-kriterji ta' eliġibilità u fuq il-ħlas tas-sussidju kif muri f'Dijagramma 6.

Image

40.

Dan huwa l-parti l-kbira riżultat ta' l-emenda tar-regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ntroduċa l-“listi ta' eliġibilità” li magħhom il-programmi operattivi sa mill-1999 iridu jikkonformaw. Dawn isemmu t-tipi ta' spejjeż li jistgħu u ma jistgħux ikunu nklużi fil-programmi operattivi (Kaxxa 12).

Kaxxa 12Eżempju tal-kriterji ta' eliġibilità: spejjeż tat-trasportEliġibbli:

investimenti fi trasport armat bil-cold storage.

Ineliġibbli:

spejjeż tal-ġabra jew trasport (intern or estern);

investimenti fi trasport għall-promozzjoni jew distribuzzjoni.

41.

Ir-regolament ta' implimentazzjoni inizjali fl-1997 ma stabbiliex kriterja dettaljati għall-eliġibilità, ħlief sabiex jeskludi n-nefqiet amministrattivi u operattivi ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-Istati Membri ma kinux ċerti minn dak li l-Kummissjoni kienet sa taċċetta bħala spiża eliġibbli fil-proċess ta' l-Approvazzjoni tal-Kontijiet u, b'risposta għall-mistoqsijiet mill-Istati Membri, l-Kummissjoni ħarġet serje ta' noti interpretativi ad-hoc.

42.

Minħabba li dawn in-noti interpretattivi ma kellhom l-ebda status uffiċjali, il-Kummissjoni emendat il-leġislazzjoni implimentattiva sabiex tintroduċi lista ta' operazzjonijiet u ta' nefqiet ineliġibbli. Fl-istess waqt, hija talbet lill-Istati Membri sabiex jikkontrollaw l-eliġibilità tal-programm operattiv propost ma' din il-lista qabel ma japprovaw il-programmi operattivi. Fl-2001 il-Kummissjoni żiedet lista ta' dak li seta' jiġi nkluż fil-programmi operattivi u fl-2003 in-noti interpretattivi ġew irtirati u ż-żewġ listi ġew riveduti mill-ġdid. Il-listi ta' eliġibilità ppermettew xi eċċezzjonijiet għall-esklużjoni ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni u ta' l-operazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi bħal ċerti salarji tal-persunal, l-ippakkjar riċiklabbli u l-ispejjeż tal-pestiċidi u tal-kontrolli tal-mard li huma naturali.

43.

L-eżistenza ta' dawn il-listi ta' eliġibilità ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jikkkunsidraw ukoll is-sitwazzjoni u l-objettivi tal-bidu ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-effettività probabbli ta' l-azzjonijiet proposti. Madanakollu, l-Istati Membri li jirrifjutaw li japprovaw in-nefqa proposta definita fir-regolament bħala eliġibbli jridu jkunu kapaċi jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-organizzazzjoni tal-produtturi u jistgħu ukoll jaffaċċjaw sfidi legali. L-Istati Membri jistgħu jevitaw dawn id-deċiżjonijiet diffiċli billi japprovaw l-istess azzjoni għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha li jitolbuha, irrispettivament mill-objettivi jew mis-sitwazzjoni ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi partikolari (Kaxxa 13).

Kaxxa 13Eżempju: pallet-boxesF'għaxra mit-30 programm operattiv magħżula mingħajr regoli, l-Istati Membri kienu approvaw ix-xiri ta' pallet-boxes, kannestri jew kontenituri simili sabiex jiġbru, jittrasportaw u jaħżnu l-frott u l-ħaxix bi spiża sħiħa ta' 1,7 miljun euro. Il-Kummissjoni tikkunsidra din l-ispiża bħal eliġibbli. L-objettivi mogħtija fil-programm operattiv inkludew:

l-istabbilità tal-prezzijiet tal-produtturi

żieda fil-kwalità tal-prodott

tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

tnaqqis ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni

titjib tal-prattiċi ambjentali

konċentrazzjoni tal-provvista

tnaqqis ta' l-irtirar.

F'ċerti każijiet, l-akkwist irrappreżenta avvanz mis-sitwazzjoni tal-bidu sabiex jintlaħaq objettiv: organizzazzjoni waħda tal-produtturi biddlet il-kannestri ta' l-injam għal plastik iktar nadif sabiex tissupplixxi lil manufattur ta' prodotti tat-trabi (objettivi mogħtija: titjib tal-kwalità). F'każijiet oħra dawn kienu sempliċement tibdiliet ta' kannestri antiki, mitlufa jew li ġratilhom il-ħsara, jew xirjiet addizzjonali bżonnjużi għall-livelli ta' produzzjoni miżjuda, mingħajr kwalunkew relazzjoni ċara ma' l-objettivi mogħtija.

Il-koeżistenza tal-mudell ta' l-ipprogrammar u l-approċċ tas-sussidju żiedet il-kumplessità u l-ispejjeż

44.

Effettivament, “approċċ tas-sussidju” ġie segwit mill-Istati Membri minflok approċċ ta' programmar, waqt li l-elementi ta' programmar tar-regolament għadhom meħtieġa. Ir-riżultat huwa illi l-iskema ta' għajnuna saret iktar kumplessa min-neċessarju, bi spejjeż miżjuda ta' amministrazzjoni u kontroll. Dan jirriżulta min-nuqqas ta' kjarezza tal-listi ta' eliġibilità kif ukoll mill-koeżistenza ta' mudell ta' programmazzjoni. Jekk magħmula sew, il-preparazzjoni ta' programmi operattivi, l-implimentazzjoni annwali tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet ta' tmiem il-programm ifissru spejjeż sinifikanti għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dan hu iktar evidenti fi Stati Membri bħall-Italja u l-Olanda, li jitolbu wkoll li programmi operattivi annwali dettaljati jiġu mressqa għall-approvazzjoni.

45.

Il-listi ta' eliġibilità ppubblikati fir-regolament qatt ma jistgħu jkunu preċiżi biżżejjed biex ikopru l-azzjonijiet kollha possibbli f'tali settur bi kwalitajiet differenti u b'bidliet mgħaġġla u għalhekk huma miktuba f'termini ġenerali bħall-“miżuri ta' titjib tal-kwalità”. Inevitabbilment, jinqalgħu diffikultajiet, u l-listi jiġu interpretati b'mod differenti mill-Istati Membri differenti u anke mir-reġjuni differenti fl-Istati Membri. Sa tmien snin wara li kienet qed taħdem l-iskema, eżempji ta' nfiq ineliġibbli komplew jinstabu mill-Kummissjoni fl-Inkjesti dwar l-Approvazzjoni ta' l-2005 fi Spanja, fi Franza, fl-Italja u fir-Renju Unit fejn l-Istati Membri mhux dejjem interpretaw ir-regoli ta' ineliġibilità bl-istess mod bħall-Kummissjoni.

46.

Fil-kuntest ta' l-inċertezza dwar l-eliġibilità u r-riskji konnessi, bosta amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri jwettqu aktar kontrolli minn dawk meħtieġa mir-regolament (12), xi wħud iżuru kull organizzazzjoni tal-produtturi bosta drabi f'sena. Dan iżid l-ispejjeż mhux biss għall-Istat Membru iżda wkoll għall-organizzazzjoni tal-produtturi.

47.

Din l-inċertezza dwar l-eliġibilità, l-ispejjeż ta' l-amministrazzjoni u l-kontrolli estensivi ta' l-attivitajiet tagħhom jistgħu wkoll jiskoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi milli jieħdu r-riskju b'miżuri innovattivi, li finalment jistgħu ma jkunux approvati. Dan hemm mnejn jinkoraġġihom biex fil-programmi operattivi tagħhom jinkludu biss dawk il-miżuri fejn l-eliġibilità ġiet stabbilita b'mod ċar.

Hemm riskju li azzjonijiet ineffettivi ġew approvati

48.

Minħabba li l-mudell ta' programmazzjoni ma ġiex implimentat b'mod korrett, il-baġit ta' l-UE ġie espost għal riskju akbar ta' ineffettività: ir-riskju li azzjonijiet ikunu approvati li ma jirriżultawx fi proġress lejn l-objettivi ta' l-UE.

49.

Xi Stati Membri argumentaw li m'għandhomx għalfejn jikkonċernaw lilhom infushom dwar l-effettività tal-programmi, peress li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi normalment ser jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għaċ-ċirkustanzi tagħhom. Wara kollox, il-membri ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jikkofinanzjaw 50 % ta' l-ispejjeż tal-programm. Madanakollu, l-eżempji li ħarġu minn din il-verifika juru li xi organizzazzjonijiet tal-produtturi jużaw is-sussidju biex isostnu l-ispejjeż ta' l-attivitajiet eżistenti tagħhom, li ma jirrappreżentawx pass il-quddiem mis-sitwazzjoni tal-bidu tagħhom. Waqt li dan hemm mnejn jagħmel sens kummerċjali għall-organizzazzjoni tal-produtturi, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' pressjoni kompetittiva, ma jikkontribwixxix biex jinkisbu l-objettivi ta' l-iskema ta' għajnuna ta' l-EU. L-eżempju fi Spanja (Kaxxa 14) juri l-inklużjoni ta' spejjeż li mhumiex “azzjonijiet” jew “miżuri” iddisinjati biex jiksbu l-objettivi tal-programm operattiv, imma huma spejjeż normali ta' kull produttur tal-frott u l-ħaxix. Għalkemm mhux komuni għall-programmi operattivi li jinkludu proporzjon daqshekk għoli ta' ippakkjar riċiklabbli (13), Stati Membri approvaw ammonti sinifikanti ta' nfiq għal dan. Għaxar programmi operattivi mill-kampjun tal-Qorti ta' 30, b'kollox inkluda total ta' 4,9 miljun euro għall-ippakkjar riċiklabbli jew li jista jkun użat mill-ġdid.

Kaxxa 14Eżempju: Awtoritajiet Reġjonali fi Spanja approvaw programm operattiv wieħed fil-kampjun tagħna, li kien jinkludi 2,7 miljun euro għall-kaxxi tal-kartun riċiklabbli. Dan kien jirrappreżenta 83 % tal-programm totali għall-2000-2003. Fl-2001 huma approvaw reviżjoni tal-programm li neħħiet l-investimenti pjanati fis-serer u l-irrigazzjoni, u żiedet il-baġit għal-kaxxi riċiklati għal 98 % tat-total. L-unika “azzjoni” oħra kienet is-salarju ta' tekniku.

Il-miżuri ffinanzjati fil-programmi operattivi kienu effettivi?

50.

Il-parti preċedenti wriet li l-approċċ segwit mill-Istati Membri fl-approvazzjoni ta' programmi operattivi jirriżulta f'riskju li l-miżuri ffinanzjati hemm mnejn ma jkunux effettivi. Din il-parti tevalwa jekk l-azzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi kinux effettivi jew le biex jiksbu l-objettivi tal-programm operattiv.

Evalwazzjonijiet tal-programmi operattivi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi (rapporti finali)

51.

Is-sors primarju ta' informazzjoni dwar l-effettività ta' programmi operattivi għandhom ikunu r-rapporti finali preparati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fi tmien ta' kull programm. Ir-regolament jeħtieġ li dawn juru l-punt sa fejn l-objettivi tal-programm operattiv ikunu ġew miksuba. Ebda wieħed mill-142 rapport finali eżaminati f'din il-verifika ma għamlu evalwazzjoni sħiħa tal-kisba ta' l-objettivi tal-programm operattiv. L-osservanza ta' dan ir-rekwiżit tar-regolament ma kinitx ġiet inkluża fil-kontrolli tal-Kummissjoni tal-proċeduri ta' l-Istati Membri.

52.

Dan jirrapreżenta opportunità mitlufa għall-Kummissjoni, li għandha responsabiltà speċifika taħt ir-Regolament Finanzjarju ta' l-UE biex timmonitorja l-kisba ta' l-objettivi tal-politika. Li kieku r-rapporti finali kien fihom l-evalwazzjonijiet meħtieġa, kien ikun possibbli li jkun analizzat kampjun ta' rapporti u jinħarġu l-konklużjonijiet dwar jekk il-programmi operattivi kinux kisbu l-objettivi tagħhom. B'għażla tajba ta' ftit indikaturi ta' prestazzjoni meħtieġa mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha, dawn ir-rapporti finali setgħu produċew ġabra fuq perijodu ta' żmien twil li turi l-progress magħmul fl-objettivi bħat-titjib tal-kwalità, it-tnaqqis fl-ispejjeż, produzzjoni organika, u titjib fil-prattiċi ambjentali.

Kampjun ta' azzjonijiet ta' programm operattiv

53.

Sabiex ikun ikkontrollat jekk l-azzjonijiet tal-programm operattiv kinux effettivi, il-Qorti għażlet bl-addoċċ total ta' 104 azzjoni minn tletin programm operattiv ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkompletati fl-2003 jew fl-2004 (Kaxxa 5). L-organizzazzjonijiet tal-produtturi kienu meħtieġa jagħtu dimostrazzjoni ta' l-impatt ta' l-azzjonijiet magħżula fit-termini ta' l-objettivi tal-programm operattiv relatat. Xi azzjonijiet kellhom aktar minn objettiv wieħed, li jwasslu għal total ta' 265 każijiet eżaminati.

54.

Fi 30 % biss tal-każijiet l-organizzazzjonijiet tal-produtturi setgħu jipprovdu evidenza suffiċjenti biex juru li l-azzjoni rriżultat fi progress lejn l-objettiv relatat. (Dijagramma 7). F'41 % oħra tal-każijiet, filwaqt li ma kien hemm l-ebda evidenza diretta, setgħat tintlaħaq konklużjoni pożittiva bbażata fuq il-loġika (ara Kaxxa 15). Iżda, kif muri f'paragrafu 58, f'bosta każi il-progress li sar kien biss marġinali.

Kaxxa 15Eżempju ta' “progress probabbli”: Organizzazzjoni tal-produtturi fil-Portugall xtrat vann bi friġġ biex twaqqaf il-kwalità tal-prodotti tal-frott tagħha milli tiddeterjora waqt id-distribuzzjoni. Ma kellha l-ebda data biex tagħti evidenza tat-titjib tal-kwalità, imma wrewna t-tagħmir u spjegaw il-proċess tar-refriġirazzjoni. Fuq il-bażi ta' dan, aħna kkonkludejna li l-kwalità kienet probabilment tjiebet.

Image

55.

Fi kważi kwart tal-każijiet, il-Qorti ma setgħatx tasal għall-konklużjoni dwar jekk kienx sar progress. F'bosta każijiet, dan kien minħabba li l-objettiv relatat kien tant ġenerali li ma kienx possibbli li jagħtu prova li ma kienx hemm impatt. Partikolarment dan kien il-każ għall-objettivi biex inaqqsu l-irtirat, il-konċentrazzjoni tal-provvista, u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi (ara d-Dijagramma 8). Per eżempju, l-għan ta' l-eżistenza (raison d'être) ta' organizzazzjoni tal-produtturi huwa li tikkonċentra l-provvista u tippromovi l-prodotti tal-membri tagħha. Konsegwentement, l-attivitajiet kollha tagħha b'xi mod jikkontribwixxu għal dan l-objettiv, għalkemm indirettament.

Image

56.

F'6 % tal-każijiet kien hemm evidenza ċara li ma sar l-ebda progress (Dijagramma 7). Fi ftit minn dawn il-każijiet, l-azzjoni kienet falliet: per eżempju, organizzazzjoni tal-produtturi minnhom kienet bdiet azzjoni ta' programm operattiv relatata mal-produzzjoni organika, imma abbandunat il-proġett. Il-bqija ta' dawn il-każijiet, ir-raġuni għal dan in-nuqqas ta' progress kien li l-objettivi kienu allokati b'mod inkorrett fuq miżuri, jew permezz ta' interpretazzjoni ħażina (bosta organizzazzjonijiet tal-produtturi fehmu l-objettiv “il-promozzjoni tal-prodotti lill-konsumaturi” bħala promozzjoni għall-klijenti), jew biex jikkonformaw ma' klassifikazzjoni nazzjonali (ara l-paragrafu 33).

Effettività baxxa ta' l-azzjonijiet

57.

Ir-riżultati tal-kampjun ippreżentat hawn fuq juru biss jekk hemmx evidenza li qed isir progress iżda mhux il-punt sa fejn qed isir dak il-progress. Għalkemm bosta azzjonijiet fil-kampjun kienu biċ-ċar mexxew l-organizzazzjoni tal-produtturi l-quddiem mis-sitwazzjoni tal-bidu tagħha lejn l-objettivi relatati, f'każijiet oħra l-progress li seħħ kien biss marġinali. Is-sostituzzjoni tal-makkinarju s-soltu rriżulta f'xi progress peress li kien jirrappreżenta titjib mill-mudell l-antik. Madanakollu, b'relazzjoni mal-prezz totali tas-sostituzzjoni, xi kultant il-progress ma kienx sinifikanti. Bl-istess mod, l-impjegar kontinwu ta' persunal biex jikkontrollaw il-kwalità tal-prodott għamilha possibbli biex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jżommu l-livelli tal-kwalità, imma mhux neċessarjament wasslu għal titjib notevoli fil-kwalità b'relazzjoni ma' snin ta' qabel.

58.

Sabiex tkejjel l-inċidenza ta' dawn il-miżuri ta' “effettività baxxa”, il-Qorti evalwat kull waħda minn 104 azzjonjiet li kienu ġew ivverifikati fuq il-post biex tikkunsidra jekk dawn jirrappreżentawx avvanz sinifikanti għall-organizzazzjoni tal-produtturi mis-sitwazzjoni tal-bidu tagħha lejn waħda jew aktar mill-objettivi ta' l-UE (Kaxxa 16). Meta mqabbla ma' dan il-kriterju, iktar minn nofs (55 %) tal-kampjun meħud bl-addoċċ ta' l-azzjonijiet kienu klassifikati bħala “ta' effettività baxxa”.

59.

Dawn is-sejbiet juru l-firxa sa fejn l-Istati Membri approvaw azzjonijiet fil-programmi operattivi fuq il-bażi tan-natura tagħhom (l-azzjoni eliġibbli?) mingħajr ma kkunsidraw l-effettività tagħhom (l-azzjoni tavvanza lill-organizzazzjoni tal-produtturi lejn l-objettiv?).

Kaxxa 16Eżempji ta' azzjonijiet fejn aħna sikwit sibna avvanz sinifikanti mis-sitwazzjoni inizjali:

titjib fil-faċilitajiet tal-produzzjoni (sistemi ta' irrigazzjoni, serrer li jagħmlu użu effiċjenti ta' l-enerġija);

introduzzjoni ta' skemi ta' kwalità ċertifikati.

Eżempji ta' azzjonijiet fejn aħna ma sibna ebda avvanz sinifikanti:

sostituzzjoni ta' makkinarju bħal pallet-movers, trakkijiet tal-fork-lift (trakkijiet b'furketta mimduda fuq quddiem biex tgħolli u ġġorr tagħbijiet minn naħa għall-oħra), trakkijiet u trakters

pallet-boxes, ċestuni, kontenituri, eċċ.

salarji ta' persunal eżistenti (dipartimenti tal-kummerċjalizzazzjoni, kontrolluri tal-kwalità).

Konklużjonijiet dwar l-effettività tal-programmi operattivi

60.

L-Istati Membri applikaw formalment bosta mill-aspetti tal-mudell programmattiv li kienu speċifikament meħtieġa fir-regolament. Madanakollu, ma kkunsidrawx il-probbabiltà ta' l-effettività ta' l-azzjonijiet fid-deċiżjonijiet tagħhom biex japprovaw programmi operattivi. Dan kabbar ir-riskju li azzjonijiet b'effettività baxxa jkunu sostenuti bl-għajnuna ta' l-UE.

61.

L-Istati Membri minflok segwew “approċċ ta' sussidju” billi użaw il-listi ta' eliġibilità biex japprovaw programmi b'relazzjoni man-natura tan-nefqa proposta mingħajr ma jikkunsidraw is-sitwazzjonijiet u l-objettivi ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

62.

Madanakollu, dan ma rriżultatx f'applikazzjoni uniformi u sempliċi li tali approċċ seta' joffri. Il-listi ta' eliġibilità ma stabbilewx kriterji ċari biżżejjed biex jigwidaw l-infiq lejn l-attivitajiet li l-UE trid issostni, bir-riżultat ta' inċertezza u żieda fl-ispejjeż tal-kontroll. Il-ko-eżistenza tal-mudell programmativ ħtieġet li organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jippreparaw programmi operattivi u evalwazzjonijiet biex jikkonformaw mar-regolamenti bi spiża sinifikanti, u għal ftit benefiċċju.

63.

Kollox ma' kollox, il-programmi operattivi, irriżultaw fi progress lejn l-objettivi tar-regolament tal-Kunsill. Madanakollu, inqas minn nofs l-azzjonijiet iffinanzjati rrapreżentaw avvanz sinifikanti mis-sitwazzjoni tal-bidu ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-inqas lejn wieħed mill-11-il objettiv, u għalhekk jistgħu jkunu kkunsidrati bħala effettivi. L-għajnuna ġiet mogħtija wkoll għall-azzjonijiet tal-programm operattiv b'effettività baxxa li jiksbu ftit bidla. F'dawn il-każijiet, l-għajnuna tista tkun aktar effettiva kieku tkun immirata aħjar.

PARTI II: PROGRESS LI GĦAMLU L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

64.

Bosta fatturi għandhom impatt fuq il-progress li għamlu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, flimkien ma' l-effettività tal-programmi operattivi deskritti f'Parti 1. Minn ta' quddiem fost dawn huma l-attivitajiet li daħlu għalihom l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri tagħhom li mhumiex iffinanzjati mill-programmi operattivi. Ħafna organizzazzjonijiet tal-produtturi jidħlu għall-investimenti sinifikanti taħt, per eżempju programmi ta' l-Iżvilupp Rurali. Barra dan, skemi oħra ta' għajnuna ta' l-UE ukoll isostnu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, notevolment l-iskemi għall-irtirar ta' produzzjoni żejda u għall-ipproċessar tal-frott u t-tadam. Il-kisba ta' l-objettivi ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tiġi effettwata wkoll mill-istrateġija segwita mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-kompetizzjoni li tiffaċċja, tibdil fil-bżonnijiet u l-preferenzi ta' min qed jixtri, u politiki oħra ta' l-UE bħal kwalità u l-ambjent, u anke, fit-terminu qasir, il-kundizzjonijiet tat-temp.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għamlu progress lejn il-kisba ta' l-objettivi stabbiliti għall-iskemi ta' għajnuna?

65.

Parti I wriet li l-programmi operattivi, kollox ma' kollox irriżultaw fi progress lejn l-objettivi tar-regolament tal-Kunsill. Din il-parti tar-rapport teżamina jekk dan il-progress ġiex rifless fil-prestazzjoni ġenerali ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Ir-rapport l-ewwel jevalwa l-kampjun ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi miżjura waqt il-verifika (Kaxxa 17), imbagħad jikkunsidra d-data aggregata tal-Kummissjoni fil-livell ta' l-UE.

Kaxxa 17Karatteristiċi tal-kampjun: Organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-kampjun meħud bl-addoċċ jirrappreżentaw 2 % tan-numru totali u 5 % tal-bejgħ ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ta' l-UE fl-2004.

Kampjun ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

66.

It-30 organizzazzjoni tal-produtturi miżjura kienu mitluba juru l-progress li kienu għamlu lejn kull wieħed mill-11-il objettiv, mingħajr ma kien ikkunsidrat jekk dawn kinux inkludew azzjonijiet relatati ma' dawk l-objettivi fil-programmi operattivi tagħhom. Dan ta total ta' 330 każ eżaminat. F'54 % ta' dawn, l-organizzazzjoni tal-produtturi setgħet tagħti evidenza biex turi li kienet għamlet progress. Fi 12 % oħra tal-każijiet, intlaħqet il-konkluzzjoni li kien probabbli li l-organizzazzjoni tal-produtturi kienet għamlet progress. Nuqqas ta' informazzjoni, partikolarment dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-istabilità tal-prezzijiet, tat spjegazzjoni għal bosta mis-16 % tal-każijiet fejn ma setgħatx tintlaħaq konklużjoni (ara Dijagramma 9).

Image

67.

Ħafna organizzazzjonijiet tal-produtturi ma kinux segwew l-objettivi “produzzjoni organika” u “l-promozzjoni tal-prodotti lill-konsumaturi”. Dan jispjega għalfejn f’bosta mit-18 % tal-każijiet, ma ġie osservat “l-ebda progress”. Relattivament ftit progress sar ukoll għall-objettivi biex “jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni” u “l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet”. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi spjegaw li huma jimmiraw lejn prezzijiet li jiżdiedu aktar milli lejn prezzijiet stabbli, għalkemm bosta jikkunsidraw lilhom infushom bħala price-takers (jaċċettaw il-prezz li jingħatalhom) u ftit setgħu jagħmlu biex jinfluwenzaw il-prezzijiet li jiksbu. Aktar importanti milli sempliċement inaqqsu l-ispejjeż kien li jimmassimizzaw il-qliegħ, li bosta drabi kien jinvolvi żieda fl-ispejjeż biex tinkiseb kwalità aħjar u valur miżjud. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi wkoll innutaw li t-titjib ta' prattiċi ambjentali s-soltu iżid l-ispejjeż, mingħajr ma neċessarjament iwassal għal żieda fil-prezz tal-prodotti.

68.

Minkejja, li r-riżultati tal-kampjun juru li bosta organizzazzjonijiet tal-produtturi mill-anqas għamlu xi progress lejn bosta mill-11-il objettivi. Waqt li hemm riżultat pożittiv, waħdu mhux biżżejjed biex jikkonferma li l-iskema ta' għajnuna tal-programm operattiv kienet effettiva, minħabba l-influwenza tal-fatturi l-oħra deskritti f'paragrafu 64.

Data tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi

69.

Kif muri f'Parti I, il-Kummissjoni ma ħaditx l-opportunità li tisfrutta l-evalwazzjonijiet magħmula mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rapporti finali tagħhom biex timmonitorja l-kisba ta' l-objettivi tal-programm operattiv. Barra dan, il-Kummissjoni s'issa ma osservatx l-obbligazzjoni tagħha taħt ir-Regolament Finanzjarju ta' l-UE li tagħmel evalwazzjoni tal-politika. Studju ta' evalwazzjoni huwa skedat biex jibda fl-2008, bir-riżultati mistennija fl-2009.

70.

Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha xi informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Hija tiġbor data dwar il-kwantitajiet ta' prodotti żejda irtirati mis-suq li tintalab l-għajnuna għalihom. Sa mill-2000, ħtieġet ukoll informazzjoni dwar il-programmi operattivi u estendiet l-informazzjoni li ġabret dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi f'rapport statistiku annwali mill-Istati Membri.

71.

Id-data fuq il-programmi operattivi hija limitata għal analiżi ta' l-għajnuna mħallsa skond il-kategorija tan-nefqa. Dan jindika fuq xiex qed tintnefaq l-għajnuna tal-programm operattiv, iżda mhux x'qed jiġi miksub bl-għajnuna.

72.

Il-Kummissjoni teħtieġ ġabra ta' data aktar estensiva dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, b'mod partikolari fuq is-sħubija, il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom. Il-kontrolli tal-Qorti dwar il-kredibiltà ta' din l-informazzjoni kienu diffiċli, minħabba li l-Kummissjoni m'għandiex sistema tajba ta' ġestjoni biex tirreġistra d-data. Il-Kummissjoni indirizzat ħafna domandi lill-Istati Membri fl-2004 u fl-2005 dwar inkonsistenzi fid-data, imma ma baqgħatx issegwihom. Data importanti hija nieqsa, b'mod partikolari għat-tliet Stati Membri li l-aktar jipproduċu frott u ħaxix: l-Italja, Spanja u Franza. L-analiżi tad-data hija mfixkla mill-inkompletezza tagħha u n-numru kbir ta' inkonsistenzi, li ma jagħmluhiex kredibbli biżżejjed biex tindika ebda punti ħlief it-tendenzi ġenerali.

73.

L-indikatur prinċipali li jista’ jkun imnissel minn din id-data huwa s-sehem tal-produzzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fit-total ta' l-UE. Dan juri kemm produzzjoni hija kkonċentrata fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi, li hija l-objettivi ġenerali tal-politika għas-settur tal-frott u l-ħaxix. Dan jindika wkoll is-suċċess aktar wiesa' tal-politika billi juri liema proporzjon ta' produtturi tal-frott u l-ħaxix jagħżlu li jipparteċipaw fl-iskema ta' għajnuna ta' l-UE. Fid-dokumenti tal-baġit ta' l-2005 il-Kummissjoni waqqfet mira ta' 60 % għal dan l-indikatur sa l-2013, b'żieda annwali.

74.

Konsegwentement, waqt li għandha data dwar l-irtirar u l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-Kummissjoni m'għandha l-ebda indikaturi biex juru l-progress li sar mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lejn il-kisba ta' l-objettivi l-oħra tal-politika bħat-tnaqqis ta' l-ispejjeż, l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, it-titjib tal-kwalità u l-ambjent.

Analiżi tad-data dwar l-irtirar ta' prodotti żejda

75.

Ir-riforma tal-politika tal-frott u l-ħaxix fl-1996 illimitat il-kwantitajiet ta' prodotti żejda li setgħu jintremew taħt l-iskema ta' l-għajnuna għall-irtitar u naqqset il-kumpens imħallas lill-produtturi għal dan l-irtirar. Id-data tal-Kummissjoni turi li dan irriżulta fi tnaqqis sostanzjali fil-kwantitajiet ta' irtirar fl-iskemi ta' l-għajnuna ta' l-UE (ara d-Dijagramma 10). Dan flimkien mar-riżultat tal-kampjun tal-Qorti li 90 % ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kienu naqqsu l-irtirar, jew żammewh fil-livell żero.

Image

76.

Wieħed mill-objettivi stabbilit għall-iskema tal-programm operattiv kien li jagħti sostenn lill-miżuri mnedija mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex inaqqsu l-irtirar. Madanakollu, dan it-tnaqqis fl-irtirar mhux neċessarjament jagħti prova li l-għajnuna tal-programm operattiv irriżultat fi pjanar jew aġġustament fid-domanda min-naħa ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi: l-organizzazzjonijiet tal-produtturi spejgaw li r-rati ta' għajnuna għall-irtirar imnaqqsa li ġew imdaħħla gradwalment sa mill-1996, flimkien mal-kontrolli miżjuda, ma baqgħux jagħmluha vantaġġuża li tintalab għajnuna fuq il-produzzjoni żejda tagħhom.

Analiżi tad-data dwar il-konċentrazzjoni tal-provvista

77.

Il-politika introdotta fl-1996 għandha tirriżulta f'sitwazzjoni fejn l-għajnuna tgħin lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jadattaw u jagħmlu suċċess u produtturi oħra jkunu inkoraġġati li jissieħbu. Dawn iż-żewġ fatturi għandhom iżidu l-bejgħ ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, billi jikkonċentraw il-provvista f'idejhom.

78.

Madanakollu, id-data tal-Kummissjoni turi li l-konċentrazzjoni ta' l-indikaturi tal-provvista naqset: is-sehem tal-prodott totali ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi waqa' minn 40 % fl-1999 għal 31 % fl-2003 (Dijagramma 11). (Il-figura mhurija għall-2004 hija provvisorja, minħabba li l-akbar żewġ Stati Membri, Franza u l-Italja ma rrapurtawx data kompleta). Waqt li l-valur tal-produzzjoni nnegozzjata tas-settur totali tal-frott u l-ħaxix żdied b'45 % mill-1999 sa l-2003, dik ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi żdiedet bi 12 % biss.

Image

79.

Kif deskritt f'paragrafu 72, mhux possibbli li tingħata ħafna affidabiltà lil din id-data, jekk mhux biex tindika t-tendenza ġenerali. Il-persentaġġ ta' l-2003 ma ġiex irrapurtat b'mod tajjeb mill-Kummissjoni, per eżempju, minħabba żball li jikkonċerna data nieqsa għall-Greċja. Waqt li l-Qorti kienet kapaċi biex issibha u tikkoreġiha faċilment, il-Kummissjoni ma setgħatx turi lill-Qorti li d-data l-oħra hija kredibbli biżżejjed.

80.

Id-data turi wkoll in-nuqqas ta' qbil ġeografiku kontinwu fil-parteċipazzjoni fl-iskema ta' l-għajnuna (Dijagramma 12). Il-Portugall u l-Greċja, l-Istati Membri li fihom il-frott u l-ħaxix jirrappreżenta l-akbar parti tal-prodott agrikolu għandhom l-inqas rati ta' parteċipazzjoni u ma wrew l-ebda żidiet sinifikanti. Minħabba din il-parteċipazzjoni baxxa fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi, 6 % biss tas-settur tal-frott u l-ħaxix tal-Portugall jirċievi għajnuna għall-programmi operattivi, u 13 % fil-Greċja b'paragun mat-80 % fl-Olanda. Id-disinn ta' l-iskemi ta' għajnuna, li jippremja s-suċċess billi jħallas l-għajnuna bħala persentaġġ tal-bejgħ ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, għandu joħloq inċentiva għall-produtturi iżgħar b'valur ta' produzzjoni aktar baxx, u bl-akbar bżonn biex jadattaw għall-istandards tal-kwalità u ta' l-ambjent tas-suq li dejjem jiżdiedu u d-domanda kkonċentrata, biex jissieħbu ma' organizzazzjonijiet tal-produtturi. Id-data turi li f'xi Stati Membri, dan ma seħħx. Minflok l-iskema kellha r-riżultat li timmira l-għajnuna lejn organizzazzjonijiet tal-produtturi kbar b'valur ta' produzzjoni għoli.

Image

81.

Il-Kummissjoni għandha nuqqas ta' informazzjoni dwar id-differenzi fil-prestazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet ta' produtturi u l-produtturi l-oħra u għalhekk ma tistax tispjega għaliex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi barra mis-settur jidher li qed jikbru b'rata aktar mgħaġġla mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

82.

Biex tispega n-nuqqas ta' progress fil-konċentrazzjoni tal-provvista, huwa neċessarju wkoll li tkun taf ir-raġuni għaliex il-produtturi ma jissieħbux ma' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Il-Kummissjoni ma staqsitx lill-produtturi b'mod sistematiku biex issib ir-raġuni vera għal dan.

83.

Fir-risposta għar-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-2000, il-Kummissjoni qalet li jekk il-maġġoranza tal-produtturi… jippreferu ma jissieħbux ma' organizzazzjoni tal-produtturi jridu wkoll jiffaċċjaw il-konsegwenzi tad-deċiżjoni tagħhom. Paragun tad-dħul ta' dawk li huma msieħba ma' organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk li mhumiex membri turi liema hija l-aħjar għażla. Madanakollu, il-Kummissjoni m'għamlitx monitoraġġ tad-dħul tal-membri f'organizzazzjoni tal-produtturi biex tkun f'pożizzjoni biex tagħmel il-paragun.

Żvilupp Rurali

84.

Riskju partikolari, identifikat mill-Kummissjoni fi stadju bikri, huwa li d-disponibilità ta' fondi għall-Iżvilupp Rurali setgħet għamlet ħsara lill-inċentiva biex jissieħbu jew jiffurmaw organizzazzjonijiet tal-produtturi billi offriet għajnuna simili lill-programmi operattivi mingħajr ma ħtieġet li l-produtturi jkunu membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi (ara Kaxxa 18). Għalkemm ir-Regolament ta' l-Iżvilupp Rurali indirizza din il-kwistjoni (billi stipula li l-produtturi tal-frott u l-ħaxix mhumiex eliġibbli għall-għajnuna għall-iżvilupp rurali sal-punt li għajnuna simili hija disponibbli taħt il-programmi operattivi), eċċezzjonijiet kienu permessi.

Kaxxa 18

Fatturi prinċipali taż-żewġ skemi ta' għajnuna

Żvilupp rurali

Programmi operattivi

Għajnuna disponibbli biss għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi?

Le

Iva

Programm multiannwali?

Iva

Iva

L-objettivi jinkludu l-ippjanar u l-adattazzjoni tal-produzzjoni għad-domanda, tnaqqis ta' l-ispejjeż, titjib fil-kwalità u l-ambjent?

Iva

Iva

Miżuri proposti, implimentati u ko-finanzjati mill-benefiċjarju?

Iva

Iva

Miżuri approvati u kkontrollati mill-Istat Membru?

Iva

Iva

Evalwazzjoni fi tmiem il-programm?

Iva

Iva

85.

B'riżultat ta' dawn l-eċċezzjonijiet, il-finanzjament ta' l-Iżvilupp Rurali huwa disponibbli għall-firxa żgħira ta' attivitajiet, minn proġetti ta' irrigazzjoni sa makkinarju ta' l-ippakkjar, kemm għal organizzazzjonijiet tal-produtturi kif ukoll għal produtturi oħra. Proporzjon sinifikanti ta' proġetti ta' Żvilupp Rurali taħt il-miżuri “investimenti f'sehemijiet agrikoli” u “titjib fl-ipproċessar u n-negozju ta' prodotti agrikoli” jikkonċernaw il-frott u l-ħaxix.

86.

Minkejja l-importanza potenzjali tar-riskju li programmi ta' l-Iżvilupp Rurali jagħmlu ħsara lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, li huma l-bażi prinċipali tal-politika ta' l-UE għall-produtturi tal-frott u l-ħaxix, il-Kummissjoni għadha ma kkontrollatx l-operat tal-proċeduri ta' l-Istati Membri biex tiżgura konsistenza jew ġabret informazzjoni jew għamlet evalwazzjoni tal-firxa sa fejn dan seta' seħħ.

KONKLUŻJONIJIET

L-effettività tal-programmi operattivi

L-iskema ta' għajnuna ġiet implimentata b'mod li tiżgura li programmi operattivi aktarx ikunu effettivi?

87.

L-Istati Membri ffukaw fuq l-eliġibilità ta' l-azzjonijiet tal-programm operattiv skond in-natura tan-nefqa, mingħajr ma kkunsidraw ukoll jekk dawn jirrapreżentawx pass 'il quddiem għall-organizzazzjoni tal-produtturi lejn il-kisba ta' l-objettivi tal-programm operattiv. Riżultat ta' dan, il-proċeduri ta' l-Istati Membri ma jassigurawx li l-azzjonijiet tal-programmi operattivi kollha aktarx ikunu effettivi. L-Istati Membri ma applikawx il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba ta' l-effettività fl-approvazzjoni ta' programmi operattivi. Il-kontrolli tal-Kummissjoni ffukaw fuq l-osservanza tal-kriterji għall-eliġibilità tan-nefqa u mhux dwar jekk il-proċeduri ta' l-Istat Membru biex japprova u jimmonitorja l-programmi operattivi joperawx b'mod li jiżgura li l-programmi aktarx ikunu effettivi.

88.

L-iskema ta' għajnuna kienet tiswa wisq flus biex tiġi implimentata għall-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-elementi ta' programmazzjoni meħtieġa mir-regolamenti ġew segwiti nominalment, bi spiża sinifikanti imma mingħajr benefiċċji reali. Il-kriterji għall-eliġibilità ta' l-infiq ma kinux ċari, u rriżultaw f'inċertezza u bżonn akbar għall-kontrolli biex jiżguraw l-osservanza.

Il-miżuri ffinanzjati fil-programmi operattivi kienu effettivi?

89.

Kważi nofs l-azzjonijiet iffinanzjati fi programmi operattivi rriżultaw f'avvanz sinifikanti mis-sitwazzjoni tal-bidu ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi lejn minn ta' l-anqas wieħda mill-11-il objettiv, u għalhekk jistgħu jkunu kkunsidrati effettivi.

90.

Stati Membri kienu wkoll mogħtija l-għajnuna għal azzjonijiet fi programmi operattivi b'effettività baxxa li jiksbu ftit bidla. F'dawn il-każijiet, l-għajnuna tista' tkun aktar effettiva jekk tkun immirata aħjar.

Progress magħmul mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għamlu progress lejn il-kisba ta' l-objettivi ffissati għall-iskema ta' l-għajnuna?

91.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi adattaw għall-bidla fid-domanda u għamlu progress lejn l-objettivi ffissati fir-regolament tal-Kunsill. Programmi operattivi ikkontribwew għal dan, imma mhumiex l-uniku fattur. Il-finanzjament għall-iżvilupp rurali huwa disponibbli wkoll għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, u għal produtturi oħra tal-frott u l-ħaxix, biex isostnu attivitajiet simili, b'objettivi simili għall-programmi operattivi. Il-forzi tas-suq għamlu pressjoni fuq il-produtturi biex jilħqu standards ambjentali aktar għolja, itejbu l-kwalità tal-prodott u jikkontrollaw l-ispejjeż. Konsegwentement, xi effetti minn dawn setgħu jkunu osservati mingħajr l-għajnuna tal-programm operattiv.

92.

Minkejja d-disponibiltà ta' l-għajnuna ta' l-UE lill-membri ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-parti l-kbira tal-produtturi fl-Istati Membri prinċipali li jkabbru l-frott u l-ħaxix għażlu li ma jipparteċipawx. Dil-politika s'issa ma rnexxiliex tikkonċentra l-produzzjoni f'bosta Stati Membri. Fl-2000 meta l-Qorti rrapurtat dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix, madwar 40 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix fl-UE kien negozjat minn organizzazzjonijiet tal-produtturi. Id-data l-aktar reċenti tal-Kummissjoni turi li din niżlet għall-madwar terz. Bit-tendenzi kurrenti, il-mira tal-Kummissjoni biex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jilħqu sehem ta' 60 % tal-valur totali tal-produzzjoni sa l-2013 mhix ha tkun miksuba.

93.

Il-Kummissjoni ma vvalutatx ir-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inkluż jekk il-proċeduri ta' l-Istati Membri kinux biżżejjed biex jiżguraw li l-finanzjament għall-Iżvilupp Rurali m'għamilx ħsara lill-inċentiva biex jissieħbu l-produtturi.

RAKKOMANDAZZJONIJIET

94.

Il-konklużjonijiet preżentati hawn fuq juru li l-objettiv ġenerali tal-politika li tikkonċentra l-provvista f'organizzazzjonijiet tal-produtturi ma ġietx miksuba fil-parti l-kbira ta' l-Istati Membri, u l-Kummissjoni għandha nuqqas ta' informazzjoni dwar ir-raġunijiet għal dan, li kieku jkunu neċessarji biex tirrevedi l-politika. Sakemm issir evalwazzjoni ta' din, li għandha tikkunsidra r-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li għandha ssir fl-2009, il-Kummissjoni jmissa tressaq proposti biex tagħmel l-iskema ta' l-għajnuna għall-programmi operattivi iktar sempliċi u effettiva.

L-għajnuna għall-programmi operattivi għandha ssir iktar sempliċi u effettiva

95.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-meriti ta' approċċi alternattivi sabiex ittejjeb l-iskema ta' l-għajnuna tal-programm operattiv:

i)

tissimplifika u tnaqqas l-ispejjeż ta' l-iskema billi tikjarifika l-kriterji għall-infiq eliġibbli u tneħħi l-ħtieġa ta' l-ipprogrammar;

ii)

tissimplifika u ttejjeb l-effettività ta' l-għajnuna billi tevalwa l-objettivi ffissati fil-programmi operattivi u l-lista ta' eliġibilità biex tinkoraġixxi l-Istati Membri biex japprovaw programmi operattivi bbażati fuq kriterji ta' effettività;

iii)

ittejjeb il-koerenza, tissimplifika l-amministrazzjoni u tnaqqas l-ispejjeż billi tallinja l-proċeduri ta' l-iskema u r-regoli għall-eliġibilità ta' l-ispiża ma' dawk tal-miżuri ta' investiment ta' l-Iżvilupp Rurali.

96.

Il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-ġbir tad-data tagħha dwar il-programmi operattivi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tiffoka fuq ftit indikaturi prinċipali ta' l-iskema ta' l-għajnuna u tipprovdi informazzjoni utli għall-evalwazzjoni perijodika.

Mira aħjar għall-politika sabiex jinkisbu l-objettivi ġenerali tal-konċentrazzjoni u l-adattazzjoni

97.

Il-Kummissjoni għandha tuża l-evalwazzjoni pjanata għall-2009 biex tifhem aħjar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' progress fil-konċentrazzjoni tal-provvista fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Għandha tevalwa jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tejjbux is-sitwazzjoni tal-membri tagħhom b'relazzjoni ma' produtturi oħra, u kif il-politika tikkoeżisti ma' l-Iżvilupp Rurali.

98.

Jekk dawn l-istudji jikkonfermaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma mekkaniżmu effettiv biex isaħħu l-pożizzjoni tal-produtturi, il-politika għandha tkun immirata biex tikseb dan. Il-Kummissjoni għandha tipproponi bidliet biex tinkoraġixxi l-isħubija ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, b'mod partikolari fl-Istati Membri prinċipali li jipproduċu l-frott u l-ħaxix. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll jekk l-objettiv tal-politika li tadatta l-produzzjoni għad-domandi tas-suq li jinbidlu jista' jkun miksub b'mod aħjar jekk l-għajnuna tkun immirata lejn dawk li għandhom l-aktar bżonn ta' adattazzjoni bl-introduzzjoni ta' kriterji ġodda, flimkien mal-bejgħ, biex ikunu allokati fondi lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Għandha titpoġġa in diskussjoni l-politika li jiġu inkoraġġuti l-organizzazzjonijiet tal-produtturi

99.

Il-Kummissjoni għandha tuża wkoll l-evalwazzjoni pjanata biex tistabilixxi jekk il-benefiċċji tal-konċentrazzjoni tal-provvista miksuba mill-politika humiex suffiċjenti biex jikkompensaw għan-nuqqas ta' ugwaljanza kkawżata billi jillimitaw l-għajnuna għall-istruttura waħda partikolari tal-produtturi tal-frott u l-ħaxix: organizzazzjonijiet tal-produtturi.

100.

Għażla politika kienet magħmula fl-1996 li teskludi mill-benefiċċji ta' l-għajnuna ta' l-UE lill-produtturi li mhumiex membri f'organizzazzjonijiet tal-produtturi. Jekk il-Kummissjoni ma tistax turi li s-sostenn għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi jipproduċi qliegħ reali fit-termini li jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fis-suq, ir-raġuni li tiġġustifika l-esklużjoni ta' produtturi oħra mill-għajnuna ta' l-UE għandha titpoġġa in diskussjoni u l-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid dan il-mekkaniżmu biex jissostjeni l-produtturi tal-frott u l-ħaxix fl-UE.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-laqgħa tagħha tat-28 ta' Ġunju 2006.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Hubert WEBER

President


(1)  Produtturi li “jirtiraw” il-frott u l-ħxejjex żejjda mis-suq sabiex isostnu l-prezzijiet (ġeneralment billi jeqirdu l-prodotti) jiġu mħallsa kumpens mill-baġit ta' l-UE.

(2)  Qorti ta' l-Awdituri — Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2000 (ĠU C 359, 15.12.2001).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2003 tal-11 ta' Awwissu 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2200/96 dwar il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-rikonoxximent preliminari tal-gruppi tal-produtturi (ĠU L 203, 12.8.2003, p. 18).

(5)  Xi eċċezzjonijiet huma permessi fil-programmi operattivi ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Ara paragrafu 42.

(6)  Il-Lussemburgu m'għandux organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(7)  Regolament (KE) Nru 2200/96.

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/1997 tat-3 ta' Marzu 1997 (ĠU L 62, 4.3.1997, p. 9), sostitwit minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/2003 tal-11 ta' Awissu 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, il-programmi operattivi u l-assistenza finanzjarja (ĠU L 203, 12.8.2003, p. 25).

(9)  Il-Qorti nfurmat lill-Istati Membri bis-sejbiet speċifiċi li jikkonċernawhom.

(10)  L-Istati Membri kkummentaw illi, skond l-iskadenzi ffissati fir-regolament ta' implimentazzjoni, ir-rapporti finali jiġu rċevuti wara li huma jkunu diġà approvaw il-programm operattiv li jmiss għall-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata. Għalkemm ir-regolament ġie rivedut diversi drabi mill-1997, din l-inkonsistenza ma ġietx emendata. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni setgħu jiġu mitluba iktar kmieni fl-aħħar sena tal-programm, simultanjament mat-talba għall-programm li jmiss, per eżempju.

(11)  B'mod partikolari dan jikkonċerna lill-awtorità tal-pagament nazzjonali.

(12)  Kontrolli annwali ta' mill-inqas 20 % ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirrapreżentaw 30 % tan-nefqa.

(13)  Il-Kummissjoni ma ppermettitx din in-nefqa fil-proċess ta' Approvazzjoni tal-Kontijiet fuq il-bażi li l-programm ma kellux bosta objettivi kif meħtieġ mir-regolament. Fl-2002, l-awtoritajiet Spanjoli llimitaw l-infieq fuq l-ippakkjar riċiklabbli għal massimu ta' 35 % ta' kull programm operattiv biex jiżguraw trattament ugwali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi Spanjoli kollha.


ANNESS

KRITERJI TAL-VERIFIKA GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-PROGRAMMI OPERATTIVI EFFETTIVI

Osservanza tar-regolament

Kriterji tal-verifika addizzjonali għall-prestazzjoni

Is-sitwazzjoni inizjali ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.

Il-programm operattiv għandu jkollu deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-produzzjoni, in-negozju u t-tagħmir.

1.

Id-dekrizzjoni għandha turi s-sitwazzjoni fil-bidu b'relazzjoni għal kull wieħda mill-objettivi tal-programmi operattivi.

2.

Id-deskrizzjoni għandha twaqqaf punt ta' referenza kontra liema l-progress lejn l-objettivi jista’ jkun valutat.

Objettivi tal-programm operattiv

1.

Programmi operattivi għandhom jinkludu bosta mill-11-il objettiv ta' l-UE (l-objettiv ta' l-ambjent huwa obbligatorju).

2.

Il-programm operattiv għandu jiddeskrivi l-objettivi tal-programm, u fl-istess ħin jikkunsidra x-xeħta tal-produzzjoni u s-swieq.

3.

L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw l-osservanza ta' l-objettivi mar-regolament.

1.

L-objettivi għandhom ikunu SMART: speċifiċi sabiex ma jkunx hemm dubju dwar xiex l-organizzazzjoni tal-produtturi timmira li tikseb; li jistgħu jitkejlu (u f'waqthom) sabiex il-kisba tagħhom tista tkun monitorata; li jistgħu jintlaħqu bl-implimentazzjoni l-azzjonijiet proposti fil-programmi; u rilevanti: koerenti mas-sitwazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ħarsa tas-suq, u mal-11-il objettiv ta' l-UE.

2.

Partikolarment, miri, indikaturi u objettivi kwantifikati għandhom ikun mogħtija biex jippermettu l-kisba tal-programm biex ikun immonitorjat u biex juri lill-Istati Membri l-impatt mistenni tal-programm fuq l-objettivi tiegħu.

Azzjonijiet tal-programm operattiv

1.

Programmi operattivi għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta' l-azzjonijiet.

2.

L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw il-kwalità teknika tal-programm u l-korrettezza ta' l-estimi.

1.

L-azzjonijiet għandhom ikunu deskritti suffiċjentement tajjeb sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiċċekkjaw li l-programm ta' l-azzjonijiet aktarx jikseb l-objettivi tiegħu.

Rapporti finali (evalwazzjonijiet ta' l-aħħar tal-programm mill-organizzazzjoni tal-produtturi)

1.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jippreparaw rapporti annwali li jiddeskrivu l-implimentazzjoni tal-programm, u fir-“rapport finali” jinkludu evalwazzjoni tal-punt sa fejn l-objettivi tal-programmi ġew miksuba.

1.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-rapporti finali meta japprovaw programmi jew emendi ġodda sabiex jevitaw l-inklużjoni ta' azzjonijiet li aktarx ikunu ineffettivi (għal dak u organizzazzjonijiet tal-produtturi oħra).

2.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jużaw l-informazzjoni tar-rapport finali biex jimmonitorjaw l-effettività tal-politika (il-punt sa fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi qed jiksbu l-objettivi tal-programm operattiv).

Approvazzjoni tal-programmi operattivi

1.

flimkien mal-ħtiġijiet ta' hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-konsistenza ekonomika tal-programm.

2.

…u l-eliġibilità tan-nefqa proposta.

3.

L-Istat Membru għandu japprova, jirrufta jew jeħtieġ emendi għall-programm.

4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna hija mogħtija skond il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba: ekonomija, effiċjenza u effettività.

1.

L-Istati Membri għandhom japprovaw azzjonijiet għal liema l-organizzazzjoni tal-produtturi wriet suffiċjentement li huwa possibbli li jinkiseb avvanz sinifikanti lejn l-objettivi tal-programm operattiv ta' l-UE għal spiża raġjonevoli.

2.

Deċiżjonijiet biex japprovaw programmi operattivi għandhom ikunu dokumentati suffiċjentement biex juri li kienu meħuda skond il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba.


IR-RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

SOMMARJU EŻEKUTTIV

I.

L-iskema tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-programmi operattivi tal-produtturi tal-frott u l-ħaxix li jbiegħu l-prodotti tagħhom permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi. Iddaħħlet biex tgħin settur frammentat biex titjieblu l-pożizzjoni f’suq dominat minn numru relattivament żgħir ta’ xerrejja kbar.

III.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tħassib tal-Qorti. Madankollu, xi progress lejn l-objettivi relatati jew jidher biċ-ċar, jew wieħed jista’ jassumi li jkun qiegħed isir, f’aktar minn 70 % tal-każijiet verifikati mill-Qorti (ara paragrafu 54).

Il-Kummissjoni introduċiet il-listi ta’ eliġibilità, li (sakemm kien raġonevolment possibbli) iffissaw b’mod ċar x’jista’ jiġi ffinanzjat. Hi responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet nazzjonali li jiżguraw li l-programmi li japprovaw jarmonizzaw mhux biss dawn il-linji ta’ gwida, iżda wkoll l-objettivi ġenerali ffissati mir-regolamenti. L-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-arranġamenti amministrattivi dettaljati proprji tagħhom u l-Kummissjoni tivverfika li dawn huma f’konformità mar-regolamenti.

IV.

Waqt il-missjonijiet varji tagħha ta’ l-Approvazzjoni tal-Kontijiet u l-verifiki interni, il-Kummissjoni tat attenzjoni partikulari biex tiżgura li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ta’ l-Istati Membri joffru assigurazzjoni raġonevoli li l-ispiża dikjarata hi konformi mal-ħtiġijiet regolatorji. Dan wassal, fejn kien xieraq, għal eżamijiet ta’ osservanza tal-proċeduri għall-approvazzjoni u l-programmi operattivi ta’ monitoraġġ. In-nuqqasijiet huma segwiti matul il-proċess ta’ l-Approvazzjoni tal-kontijiet u jagħtu lok, fejn ikun hemm bżonn, għall-korrezzjoniijiet finanzjarji kontra l-Istat Membru konċernat.

Taħt is-sistema tal-ġestjoni maqsuma, l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-valutazzjoni u l-kontroll ta’ l-effettività ta’ kwalunkwe azzjoni magħrufa. Il-Kummissjoni regolarment tiddiskuti t-tħaddim ta’ l-iskema ta’ għajnuna, inklużi kwistjonijiet relatati ma’ l-effettività, ma’ l-Istati Membri fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Ġestjoni u bilateralment.

Il-kwistjoni ta’ l-effettività se tkun indirizzata fl-eżami ta’ impatt u l-valutazzjoni li ġejjin, fejn se jitqiesu l-osservazzjonijiet tal-Qorti. Barra minn hekk, se tingħata aktar attenzjoni fir-riforma li ġejja biex il-ħtiġijiet tar-rappurtar u l-monitoraġġ mill-Istati Membri jsiru strumenti aktar effettivi għalihom fil-valutazzjoni tagħhom ta’ l-effettività tal-politika.

V.

Il-Kummisjoni bi pjaċir tinnota li r-riżultati tal-Qorti jagħtu stampa globali pożittiva tal-progress li sar mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi grazzi għall-appoġġ tal-Komunità. Tinnota wkoll li kważi tliet kwarti ta’ l-azzjonijiet ttestjati mill-Qorti juru xi progress lejn l-objettivi tal-programm.

Il-Kummissjoni tqis li anke jekk azzjoni ma tidhirx effettiva biex jinkiseb avvanz sinifikanti lejn wieħed mill-objettivi speċifikati fl-artikolu 15.4 tar-regolament tal-Kunsill, l-għajnuna għandha tkun ikkunsidrata effettiva f’termini ta’ titjib fid-dħul tal-produtturi billi titjieb il-kompetitività tagħhom, li huwa wieħed mill-għanijiet politiċi ġenerali. Madankollu, taqbel li l-għajnuna tista’ tkun aktar effettiva jekk tkun immirata aħjar, u se tindirizza din il-kwistjoni fil-valutazzjoni kontinwa ta’ impatt.

VI.

Flimkien mas-sorsi ta’ informazzjoni ikkwotati mill-Qorti, jeżistu indikaturi indiretti għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-objettiv biex titjieb il-kwalità (in-numru dejjem jikber ta’ l-Indikaturi Ġeografiċi u t-tikketti ta’ kwalità relatati mal-prodotti tal-Frott u l-Ħaxix), minkejja li dawn ma jurux speċifikament il-progress li sar mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

VII.

Il-Kummissjoni taqsam mal-Qorti t-tħassib tagħha rigward il-kisba ta’ 60 % tal-mira. Madankollu, tikkonsidra li l-istampa hi aktar kumplessa. L-istrument intuża b’modi differenti fi Stati Membri diffferenti, u r-riżultati mhumiex negattivi b’mod uniformi. Data oħra ta’ inkoraġġament għandha tkun sottolineata, partikularment il-formazzjoni ta’ l-Assoċjazzjonijiet ta’ l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (APOs) u l-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kbar f’xi Stati Membri sa mir-riforma tal-politika fl-1996 (partikularment BE, NL u IT), li wħud minnhom diġà huma kapaċi joħolqu kontrobilanċ għas-saħħa tan-negozjar tal-bejjiegħa bl-ingross il-kbar.

Fil-waqt li nżommu f’moħħna l-aċċess li kiber għas-suq implikat mill-Aġenda ta’ Żvilupp ta’ Doha u l-konċentrazzjoni dejjem tikber min-naħa tad-domanda, dan l-approċċ politiku għadu l-aħjar strument biex nippruvaw niksbu katina bilanċata aħjar (bejn il-produtturi u l-konsumaturi). Wieħed mill-għanijiet tar-riforma li ġejja hi li tindirizza n-nuqqqasijiet u tirrinforza l-istrumenti disponibbli, partikularment billi tiffavorixxi fużjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, ko-operazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi b’dimensjoni transnazzjonali.

VIII.

Il-Kummissjoni qiegħda tagħmel valutazzjoni ta’ impatt bi preparazzjoni għall-proposta għar-riforma CMO biex tkun preżentata aktar tard fl-2006. Taqbel ma’ l-għanijiet espressi fir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u se tesplora, bħala parti mill-valutazzjoni ta’ impatt, kif l-aħjar jistgħu jitwettqu.

IX. –XI.

Il-Kummissjoni se ttejjeb l-kapaċità tagħha biex tiġbor id-data u tiżviluppa indikaturi relevanti. Biex tindirizza l-kwistjoni tar-responsabbiltà tad-data, DG AGRI beda proġett ta’ l-IT fl-2006 biex ikollu database xierqa f’postha fil-bidu ta’ l-2007.

L-ambitu tal-valutazzjoni u l-mistoqsijiet tal-valutazzjoni jkunu formulati waqt il-preparazzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender. L-osservazzjonijiet tal-Qorti se jitqiesu.

INTRODUZZJONI

1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 jipprevedi destinazzjonijiet għall-prodotti rtirati mis-suq: Distribuzzjoni mingħajr ħlas lil organizzazzjonijiet tal-karità; skejjel; għal skopijiet mhux ta’ ikel; għalf ta’ l-annimali; industriji ta’ l-ipproċessar; u (iżda mhux esklussivament) kompost jew bijodegradazzjoni taħt kundizzjonijiet stretti ambjentali.

5.

L-Organizzazzjoni tas-Suq Komuni (CMO) l-aħħar li kienet riformata kien fl-1996, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ aktar ħtiġijiet dettaljati tar-Regolament Finanzjarju fl-2002.

Madankollu, magħrufa l-evoluzzjoni tar-Regolament Finanzjarju, l-objettivi se jkunu rikonsidrati fir-riforma li jmiss tas-CMO, imħabbra għal tmiem ta’ l-2006.

PARTI I: L-EFFETTIVITÀ TAL-PROGRAMMI OPERATTIVI

20.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi r-responsabbiltà finali għall-ġestjoni finanzjarja soda tal-baġit ta’ l-UE skond l-Artikoli 274 tat-Trattat ta’ l-UE u 179 tat-Trattat Euratom. Ir-riżultati ta’ l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ l-approvazzjonijiet tal-kontijiet u mekkaniżmi oħra ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 53 (5) tar-Regolament Finanzjarju huma parti minn dan il-qafas. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew jeħtieġ li diretturi ta’ Aġenziji li Jħallsu jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (DAS), li tirrifletti fil-ġestjoni maqsuma d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni maħruġa mid-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni.

21.

Il-fużjoni tal-Korpi Speċjali ta’ l-ispettturi mat-tim ta’ l-approvazzjoni tal-kontijiet żiedet l-effiċjenza ta’ l-iċċekkjar tal-Kummissjoni fuq il-proċeduri ta’ l-Istati Membri. It-tim inkarigat mill-verifika tas-settur tal-frott u l-ħaxix, li jinkludi l-Korpi, kien rinfurzat fl-2000.

22. u 23.

Waqt il-missjonijiet varji tagħha ta’ l-Approvazzjoni tal-Kontijiet u l-verifiki interni, il-Kummissjoni tat attenzjoni partikulari biex tiżgura li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ta’ l-Istati Membri joffru assigurazzjoni raġonevoli li l-ispiża dikjarata hi konformi mal-ħitġijiet regolatorji. Dan wassal, fejn kien xieraq, għal eżamijiet ta’ osservanza tal-proċeduri għall-approvazzjoni u l-programmi operattivi ta’ monitoraġġ. In-nuqqasijiet huma segwiti matul il-proċess ta’ l-Approvazzjoni tal-kontijiet u jagħtu lok, fejn ikun hemm bżonn, għall-korrezzjoniijiet finanzjarji kontra l-Istat Membru konċernat.

Taħt is-sistema ta’ ġestjoni maqsuma, l-Istati Membri għandhom ikollhom sistemi ta’ kontroll adegwati stabbiliti: huma primarjament responsabbli għall-valutazzjoni u l-kontroll ta’ l-effettività ta’ kwalunkwe azzjoni magħrufa. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta’ kontroll intern integrat [COM(2006)9] għandu l-għan li jirrinforza l-kontabilità ta’ l-Istat Membri kif meħtieġ mill-Parlament.

Il-Kummissjoni tiddiskuti b’mod regolari t-tħaddim ta’ l-iskema ta’ għajnuna, inklużi kwistjonijiet relatati ma’ l-effettività, ma’ l-Istati Membri fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Ġestjoni kif ukoll bilateralment.

Il-kwistjoni ta’ l-effettività se tkun indirizzata aktar fl-eżami ta’ impatt u l-valutazzjoni li ġejjin.

Kaxxa 9:

Il-Kummissjoni tinnota li għall-objettivi ffissati oħra ta’ l-azzjoni, il-Qorti sabet li kien hemm relazzjoni ma’ “tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni”, u indirettament ma’ “titjib fil-kwalità tal-prodott”, u b’hekk “żieda fil-valur kummerċjali tal-prodotti”.

38. sa 40.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tħassib tal-Qorti. Madankollu, xi progress lejn objettivi relatati jew jidher biċ-ċar jew assunt f’aktar minn 70 % tal-każijiet verifikati mill-Qorti (ara paragrafu 54).

Id-deċiżjoni biex tkun inkluża fir-regolament tal-Kummissjoni lista ta’ azzjonijiet eliġibbli (lista “pożittiva”), akkumpanjata minn lista ta’ azzjonijiet mhux eliġibbli, kabbret sigurtà legali kemm għall-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri kif ukoll għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dan l-approċċ qatt ma nħoloq bħala alternattiva għall-obbligi ta’ l-Istat Membri biex joperaw programmi operattvi f’relazzjoni mas-sitwazzjonijiet inizjali u l-objettivi ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

41.

In-noti interpretattivi maħruġa mill-Kummissjoni, partikularment bejn l-1997 u l-2000, koprew medda kbira ta’ kwistjonijiet, inklużi l-eliġibilità u, sa ċertu punt akbar, l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2200/96 dwar ir-rikonoxximent ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi.

43.

Id-deċiżjoni biex tkun inkluża fir-regolament tal-Kummissjoni lista ta’ azzjonijiet eliġibbli (lista “pożittiva”), akkumpanjata minn lista ta’ azzjonijiet mhux eliġibbli, kabbret is-sigurtà legali kemm għall-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri kif ukoll għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dan l-approċċ qatt ma nħoloq bħala alternattiva għall-obbligi ta’ l-Istat Membri biex japprovaw programmi operattvi f’relazzjoni mas-sitwazzjonijiet inizjali u l-objettivi ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Kaxxa 13:

B’mod ġenerali, ix-xiri ta' pallet-boxes jidher bħala investiment kemm taħt din l-iskema kif ukoll skond l-ipprogrammar ta’ l-Iżvilupp Rurali, u għaldaqstant tista’ tkun ikkunisdrata bħala eliġibbli.

44.

Il-Kummissjoni introduċiet il-listi ta’ eliġibilità, li (sakemm kien raġonevolment possibbli) iffissaw b’mod ċar x’seta’ jkun iffinanzjat. Hi responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet nazzjonali li jiżguraw li l-programmi li japprovaw jarmonizzaw mhux biss dawn il-linji ta’ gwida, iżda wkoll l-objettivi ġenerali ffissati mir-regolamenti. L-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-arranġamenti amministrattivi dettaljati proprji tagħhom u l-Kummissjoni tivverfika li dawn huma f’konformità mar-regolamenti.

Il-listi ta’ eliġibilità u l-“mudell ta’ pprogrammar” mhumiex neċessarjament f’konflitt. Anke f’politika b’qafas aħjar (per eżempju l-Iżvilupp Rurali) iż-żewġ elementi jikko-eżistu.

45.

Ir-regolamenti pprevedew sett komprensiv ta’ regoli għal din il-miżura.

Il-fatt li eżempji ta’ nfiq mhux eliġibbli baqgħu jinstabu mill-Istati Membri u l-awdituri tal-Kummissjoni jidher li hu komuni għal kwalunkwe skema ta’ għajnuna u mhux pekularità ta’ din. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat każijiet diversi fejn l-Istati Membri interpretaw l-liġi ta’ l-UE b’mod wiesa’ ħafna.

46.

Il-liġi komunitarja tiffissa r-rata ta’ kontroll fuq livell raġonevoli. Il-Kummissjoni tikkonsidra li t-twettiq ta’ aktar iċċekkjar minn xi Stati Membri ma jirriflettix inċertezza fuq l-eliġibilità u r-riskji assoċjati.

47.

Miżuri innovattivi jistgħu, fin-natura tagħhom stess, jittestjaw l-limiti ta’ l-eliġibilità. Madankollu, il-Kummissjoni ma kinetx infurmata bi kwalunkwe problemi relatati ma’ l-inklużjoni ta’ dawn il-miżuri fil-programmi operattivi.

48.

Il-fatt li membri ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikko-finanzjaw 50 % ta’ l-ispejjeż tal-programm joħloq kontrobilanċ għar-riskju li l-azzjonijiet mhux effettivi jintgħażlu minn benefiċjarji, sakemm l-objettivi ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkoinċidu ma’ dawk tas-CMO. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom sett preċiż ta’ obbligi biex jirrispettaw, kif iffissati f’paragrafu 18.

49.

Għan ġenerali tas-CMO dejjem kien biex jittejjeb id-dħul tal-bdiewa, mhux permezz ta’ appoġġ iżda permezz tas-suq, biex għalhekk tissaħħaħ il-kompetittività tagħhom. F’dan ir-rispett, jidher sensibbli li jużaw is-sussidji li jnaqqsu l-ispejjeż ta’ l-attivitajiet eżistenti, anke jekk din tista’ ma tidhirx li tirrappreżenta avvanz sinifikanti mis-sitwazzjoni inizjali fir-rispett tal-11-il objettiv speċifiku tar-regolamenti. Madankollu, l-appoġġ mogħti lill-Fondi Operattivi, b’xi eċċezzjonijiet, għandu jkun immirat lejn titjib strutturali u mhux lejn l-ispejjeż tal-ġestjoni.

L-eżempju speċifiku ta’ l-ippakkjar riċiklat juri b’mod ċar l-approċċ tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Fl-2004 il-Kummissjoni ħadet passi biex tibdel ir-regoli ta’ eliġibilità minn appoġġ fl-ispejjeż ta’ l-ippakkjar innifsu għall-ġestjoni ambjentali ta’ l-ippakkjar reċikabbli. L-għan kien li jitwaqqfu l-abbużi osservati f’ċerti Stati Membri u biex in-nefqa tkun marbuta aktar ma’ titjib ambjentali. Kif intqal fin-nota ta’ qiegħ il-paġna, il-Kummissjoni għamlet korrezzjoni finanzjarja fl-2001.

51. u 52.

Fil-qafas tar-riforma li ġejja, tista’ tingħata aktar attenzjoni biex il-ħtiġijiet tar-rappurtar u l-monitoraġġ mill-Istati Membri jsiru strumenti aktar effettivi għalihom fil-valutazzjoni tagħhom ta’ l-effettività tal-politika.

Il-Kummissjoni inkludiet fil-program ta’ valutazzjoni tagħha l-impenn li tvara valutazzjonijiet tal-miżuri varji tas-suq li jikkonċernaw is-CMO tal-frott u l-ħaxix. Il-valutazzjoni li tikkonċerna l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tkun varata fl-2007 b’rapport finali joħroġ fl-2009.

54.

Dan ifisser li 71 % jew kważi tliet kwarti ta’ l-azzjonijiet magħżula urew, bi gradi li jvarjaw, progress lejn l-objettivi tal-programm.

57. u 58.

Il-Kummissjoni tqis li anke jekk azzjoni ma tidhirx effettiva biex jinkiseb avvanz sinifikanti lejn wieħed mill-objettivi speċifikati fl-artikolu 15.4 tar-regolament tal-Kunsill, l-għajnuna għandha tkun ikkunsidrata effettiva f’termini ta’ titjib fid-dħul tal-produtturi billi titjieb il-kompetittività tagħhom, li huwa wieħed mill-għanijiet politiċi ġenerali.

Barra minn hekk, l-istandards ta’ kwalità qed jimxu b’pass mgħaġġel fis-settur, u ż-żamma ta’ livelli ta’ kwalità dejjem jiżdiedu timplika li qed isir avvanz.

61.

Id-deċiżjoni li tkun inkluża fir-regolament tal-Kummissjoni lista ta’ azzjonijiet eliġibbli (lista “pożittiva”), akkumpanjata minn lista ta’ azzjonijiet mhux eliġibbli, kabbret is-sigurtà legali kemm għall-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri kif ukoll għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-eżistenza ta’ listi ta’ eliġibilità ma tneħħix ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jiżguraw li dak li approvat hu probabbilment kemm eliġibbli u kif ukoll effettiv, u m’għandhiex tidher bħala aċċettazzjoni mill-Kummissjoni ta’ l-hekk imsejjaħ “approċċ tas-sussidju”.

62.

Il-Kummissjoni introduċiet il-listi ta’ eliġibilità, li (sakemm kien raġonevolment possibbli) iffissaw b’mod ċar x’seta’ jkun iffinanzjat. Hi responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet nazzjonali li jiżguraw li l-programmi li japprovaw jarmonizzaw mhux biss dawn il-linji ta’ gwida, iżda wkoll l-objettivi ġenerali ffissati mir-regolamenti. L-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-arranġamenti amministrattivi dettaljati proprji tagħhom u l-Kummissjoni tivverifika li dawn huma f’konformità mar-regolamenti.

Il-listi ta’ eliġibilità u l-“mudell ta’ pprogrammar” mhumiex neċessarjament f’konflitt. Anke f’politika b’qafas aħjar (per eżempju l-Iżvilupp Rurali) iż-żewġ elementi jikko-eżistu.

63.

Il-Kummissjoni tqis li anke jekk azzjoni ma tidhirx effettiva biex jinkiseb avvanz sinifikanti lejn wieħed mill-objettivi speċifikati fl-artikolu 15.4 tar-regolament tal-Kunsill, l-għajnuna għandha tkun ikkunsidrata effettiva f’termini ta’ titjib fid-dħul tal-produtturi billi titjieb il-kompetittività tagħhom, li huwa wieħed mill-għanijiet politiċi ġenerali.

Il-kwistjoni ta’ mira aħjar ta’ l-għajnuna se tkun indirizzata fir-riforma tas-CMO li ġejja.

PARTI II: PROGRESS LI GĦAMLU L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

69.

Fil-qafas tar-riforma li ġejja, tista’ tingħata aktar attenzjoni biex il-ħtiġijiet tar-rappurtar u l-monitoraġġ mill-Istati Membri jsiru strumenti aktar effettivi għalihom fil-valutazzjoni tagħhom ta’ l-effettività tal-politika.

Il-Kummissjoni inkludiet fil-programm ta’ valutazzjoni tagħha l-impenn li tvara valutazzjonijiet tal-miżuri varji tas-suq li jikkonċernaw is-CMO tal-frott u l-ħaxix. Il-valutazzjoni li tikkonċerna l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tkun varata fl-2007 b’rapport finali joħroġ fl-2009.

71.

Il-ġbir tad-data dwar programmi operattivi hu parti mill-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-politika; isegwi loġika ta’ dħul-ħruġ (kemm jintefqu flus (dħul) u għal liema tip t’attivitajiet (ħruġ)). Fil-valutazzjoni, enfasi akbar tingħata lill-objettivi u l-impatti.

72.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti li l-ammont ta’ data li hemm fir-rapporti ta’ l-Istati Membri jistħoqqlu sistema ta’ l-IT tal-ġestjoni xierqa. Tkompli bl-isforzi tagħha li ttejjeb il-ġestjoni u r-reponsabbiltà tad-data. B’ħarsa lejn il-futur, DG AGRI beda proġett ta’ l-IT fl-2006 biex ikollu database dettaljata f’postha fil-bidu ta’ l-2007.

74.

Jeżistu indikaturi indiretti għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-objettiv biex titjib il-kwalità (in-numru dejjem jikber ta’ l-Indikaturi Ġeografiċi u t-tikketti ta’ kwalità relatati mal-prodotti tal-Frott u l-Ħaxix), minkejja li dawn ma jurux speċifikament il-progress li sar mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

76.

It-tnaqqis fir-ritirati (fil-kwantità u fl-infiq) jindika li l-provvista kienet adatta għad-domanda. It-tnaqqis drammatiku fir-ritirati jidher ukoll mill-perċentwali baxxa tal-Fondi Operattivi (2 % biss, meta l-limitu hu ta’ 30 %) iddedikat għal dan il-għan.

78.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tħassib tal-Qorti. Madankollu, tikkonsidra li l-istampa hi aktar kumplessa. L-istrument intuża b’modi differenti fi Stati Membri differenti, u r-riżultati mhumiex kullimkien negattivi. Data oħra ta’ inkoraġġament għandha tkun sottolineata, partikularment il-formazzjoni ta’ l-Assoċjazzjonijiet ta’ l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (APOs) u l-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kbar f’xi Stati Membri sa mir-riforma tal-politika fl-1996 (partikularment BE, NL u IT), li wħud minnhom diġà huma kapaċi joħolqu kontrobilanċ għas-saħħa tan-negozjar tal-bejjiegħa bl-ingross il-kbar.

79.

Biex tindirizza l-kwistjoni tar-responsabbiltà tad-data, DG AGRI beda proġett ta’ l-IT fl-2006 biex ikollu database xierqa f’postha fil-bidu ta’ l-2007.

80.

Il-Kummissjoni hi konxja tal-kwistjoni, li se tikkostitwixxi waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin li se tkun ittrattata fir-riforma tas-CMO li ġejja.

81.

Dawn il-kwistjonijiet se jitqiesu fil-kuntest tal-valutazzjoni li ġejja.

82.

Il-valutazzjoni li tikkonċerna l-organizzazzjonijiet tal-produtturi hi inkluża fil-programm ta’ valutazzjoni tad-DG AGRI għas-sena 2007 bil-kuntratt ikun stabbilit fl-2008 b’rapport finali li għandu joħroġ fl-2009. L-osservazzjonijiet tal-Qorti se jitqiesu se jkun definit l-ambitu tal-valutazzjoni u l-mistoqsijiet tal-valutazzjoni.

83.

Il-Kummissjoni qabblet l-evoluzzjoni tal-valur tal-produzzjoni fis-suq (VMP) ta’ l-organizzazzjonijiet (VMP) mal-VMP tal-produtturi li ma kienux membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi. Skond x’sehem ikollhom fil-futur l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-riforma, il-Kummissjoni hi ppreparata li tinvestiga jekk tistax tinkiseb aktar informazzjoni dwar id-dħul dirett. Il-kwistjoni għandha bżonn tkun diskussa ma’, u bil-ko-operazzjoni ta’, l-Istati Membri.

84. u 85.

L-eċċezzjonijiet għandhom ikunu ġġustifikati minn kriterji oġġettivi u wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni huma sistematikament involuti f’eżamijiet ex-ante tat-talbiet għal eċċezzjonijiet ta’ l-Istat Membri.

Il-Kummissjoni talbet l-Istati Membri li jinkludu demarkazzjoni ċara fil-programmi tagħhom ta’ żvilupp rurali, fejn il-miżuri huma ddifferenzjati bin-natura jew bil-valur; dan jiddetermina jekk humiex żvilupp rurali — jew iffinanzjati minn programm operattiv.

86.

Skond l-Artikolu 37.3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, hi r-responsabbiltà ta’ l-ipprogrammar ta’ l-iżvilupp rurali (RD) li jipprova li talba għal eċċezzjoni ma timminax l-koerenza bejn l-ewwel u t-tieni kolonna. Il-koerenza bejn is-CMO tal-Frott u l-Ħaxix u l-RD se tkun ikkonsidrata bħala parti minn eżami ta’ impatt aktar wiesa’ li għaddej bħalissa.

KONKLUŻJONIJIET

87.

Taħt is-sistema tal-ġestjoni maqsuma, l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-valutazzjoni u l-kontroll ta’ l-effettività ta’ kwalunkwe azzjoni partikolari. Il-Kummissjoni tiddiskuti b’mod regolari t-tħaddim ta’ l-iskema ta’ għajnuna, inklużi kwistjonijiet relatati ma’ l-effettività, ma’ l-Istati Membri fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Ġestjoni. Barra minn hekk, kwistjonijiet li għandhom bżonn ikunu ċċarati huma ttrattati f’laqgħat bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Waqt il-missjonijiet varji tagħha ta’ l-Approvazzjoni tal-Kontijiet u l-verifiki interni, il-Kummissjoni tat attenzjoni partikulari biex tiżgura li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ta’ l-Istati Membri joffru assigurazzjoni raġonevoli li l-ispiża dikjarata hi konformi mal-ħtiġijiet regolatorji. Dan wassal, fejn kien xieraq, għal eżamijiet ta’ osservanza tal-proċeduri għall-approvazzjoni u l-programmi operattivi ta’ monitoraġġ. Nuqqasijiet huma segwiti matul il-proċess ta’ l-Approvazzjoni tal-kontijiet u jagħtu lok, fejn hemm bżonn, għall-korrezzjonijiet finanzjarji kontra l-Istat Membru konċernat.

88.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tħassib tal-Qorti. Madankollu, xi progress lejn objettivi relatati jew jidher biċ-ċar jew inkella wieħed jista’ jassumi li jkun qiegħed isir f’aktar minn 70 % tal-każijiet verifikati mill-Qorti.

Il-Kummissjoni introduċiet il-listi ta’ eliġibilità, li (sakemm kien raġonevolment possibbli) iffissaw b’mod ċar x’jista’ jkun iffinanzjat. Hi responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet nazzjonali li jiżguraw li l-programmi li huma japprovaw, jarmonizzaw mhux biss dawn il-linji ta’ gwida, iżda wkoll l-objettivi ġenerali ffissati mir-regolamenti. L-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-arranġamenti amministrattivi dettaljati proprji tagħhom u l-Kummissjoni tivverfika li dawn huma f’konformità mar-regolamenti.

89.

Il-Kummisjoni bi pjaċir tinnota li r-riżultati tal-Qorti jagħtu stampa globali pożittiva tal-progress li sar mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi grazzi għall-appoġġ tal-Komunità.

90.

Il-Kummissjoni tqis li anke jekk azzjoni ma tidhirx effettiva biex jinkiseb avvanz sinifikanti lejn wieħed mill-objettivi speċifikati fl-artikolu 15.4 tar-regolament tal-Kunsill, l-għajnuna għandha tkun ikkunsidrata effettiva f’termini ta’ titjib fid-dħul tal-produtturi billi titjib il-kompetittività tagħhom, li huwa wieħed mill-għanijiet politiċi ġenerali. Madankollu, taqbel li l-għajnuna tista’ tkun aktar effettiva jekk tkun immirata aħjar, u se tindirizza din il-kwistjoni fil-valutazzjoni kontinwa ta’ impatt.

91.

Il-Kummissjoni tagħraf li l-effetti tal-programmi operattivi ma jistgħux jidhru bħala l-uniku fattur li qed iwassal lill-produtturi lejn l-objettivi ffissati fir-Regolament tal-Kunsill. Madankollu, jikkontribwixxu għal approċċ orjentat aktar lejn is-suq. Il-forzi tas-suq, partikularment reċentement, poġġew lill-produtturi taħt pressjoni enormi, bir-riżultat ta’ kriżijiet kbar għal prodotti ewlenin ta’ l-UE (i.e. il-ħawħ, iċ-ċitru, l-għeneb tal-mejda, it-tadam, it-tadam għall-ipproċessar).

Bħala riżultat ta’ dawn il-kriżijiet, fi ġlieda għas-soppravivenza ekonomika u l-prijorità li jitnaqqsu l-ispejjeż, il-produtturi jistgħu jagħtu anqas attenzjoni għall-aspetti tal-kwalità u jinjoraw it-tħassib ambjentali. Dan ir-riskju jagħmel il-porgrammi Operattivi element importanti biex iżommu lill-produtturi ffokati fuq il-kwistjonijiet ta’ kwalità u l-ambjent fl-azzjonijiet tagħhom.

92.

Il-Kummissjoni hi konxja tan-nuqqasijiet sollevati mill-Qorti. Madankollu, dan l-approċċ politiku, fil-waqt li nżommu f’moħħna l-aċċess li kiber għas-suq implikat mill-Aġenda ta’ Żvilupp ta’ Doha u l-konċentrazzjoni dejjem tikber min-naħa tad-domanda, għadu l-aħjar strument biex nippruvaw niksbu katina bilanċata aħjar (bejn il-produtturi u l-konsumaturi). Wieħed mill-għanijiet tar-riforma li ġejja hi li tindirizza n-nuqqasijiet u tirrinforza l-istrumenti disponibbli, partikularment billi tiffavorixxi fużjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, ko-operazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-produtturi b’dimensjoni transnazzjonali.

93.

Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-iċċekkjar ex-ante li sar mis-servizzi tagħha fuq talbiet ta’ l-Istati Membri għal eċċezzjonijiet skond l-artikolu 37.3 tar-regolament tal-Kunsill (KE) nru 1257/99 kien suffiċjenti biex jiżgura koerenza bejn iż-żewġ strumenti. Ir-raġunijiet għall-parteċipazzjoni mhux sodisfaċenti tal-produtturi fl-iskema se jkun eżaminati fil-valutazzjonijiet tal-futur.

RAKKOMANDAZZJONIJIET

94.

Din il-kwistjoni se tkun eżaminata u indirizzata b’mod xieraq fir-reviżjoni li ġejja tas-CMO (fi tmiem l-2006), bil-għan li l-iskema ta’ għajnuna ssir aktar sempliċi u aktar effettiva fil-futur.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni jistgħu jwasslu għal inizjattvi leġiżlattivi ġodda mill-Kumissjoni, jekk dawn jitqiesu li jistgħu jgħinu biex jinkisbu l-objettivi ta’ l-iskema.

95.

Il-Kummissjoni qiegħda tagħmel valutazzjoni ta’ impatt bi preparazzjoni tal-proposta għar-riforma CMO biex tkun ippreżentata aktar tard fl-2006. Taqbel ma’ l-għanijiet espressi fir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u se tesplora, bħala parti mill-valutazzjoni ta’ impatt, kif l-aħjar jistgħu jitwettqu.

96.

Il-Kummissjoni se ttejjeb l-kapaċità tagħha biex tiġbor id-data u tiżviluppa indikaturi relevanti. Biex tindirizza l-kwistjoni tar-responsabbiltà tad-data, DG AGRI beda proġett ta’ l-IT fl-2006 biex ikollu database xierqa f’postha fil-bidu ta’ l-2007.

97.

L-ambitu tal-valutazzjoni u l-mistoqsijiet tal-valutazzjoni jkunu formulati waqt il-preparazzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender. L-osservazzjonijiet tal-Qorti se jitqiesu.

98.

Il-Kummissjoni se tindirizza fil-proposta tar-riforma li ġejja l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ organizzazzjoni fl-Istati Membri produtturi ewlenin tal-frott u l-ħaxix billi tħeġġeġ organizzazzjonijiet tal-produtturi b’mod aktar effettiv.

99. u 100.

F’settur fejn il-provvista qiegħda tiffaċċja poter ta’ negozjar aktar qawwi min-naħa tad-domanda, il-konċentrazzjoni tal-provvista hi, u se tkun, strument validu biex ikun żgurat suq aktar bilanċat. L-ambitu tal-valutazzjoni u l-mistoqsijiet tal-valutazzjoni se jkunu formulati waqt il-preparazzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender. L-osservazzjonijiet tal-Qorti se jitqiesu.