ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 49 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Tagħrif |
|
|
Kunsill |
|
2006/C /1 |
||
2006/C /2 |
||
2006/C /3 |
||
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 80 E. |
MT |
|
I Tagħrif
Kunsill
4.4.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
POSIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 1/2006
adottata mill-Kunsill fl-1 ta' Diċembru 2005
bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li tistabbilixxi linji gwida għal networks ta' enerġija trans-Ewropej u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 96/391/KE tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE
(2006/C 80 E/01)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 156 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi serje ta' linji gwida għal networks ta' enerġija trans-Ewropej (3), hemm il-bżonn li l-Istati Membri l-ġodda, il-pajjiżi aderenti u l-pajjiżi kandidati jkunu integrati bi sħiħ f'dawk il-linji gwida u li l-linji gwida jkomplu jkunu adattati, kif xieraq, għall-politika ġdida ta' viċinanza ta' l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-prijoritajiet għan-networks trans-Ewropej ta' l-enerġija jafu l-bidu tagħhom fil-ħolqien ta' suq intern fl-enerġija aktar miftuħ u aktar kompetittiv b'riżultat ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (4) u tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (5). Dawk il-prijoritajiet jimxu mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma tat-23 u l-24 ta' Marzu 2001 dwar l-iżvilupp ta' l-infrastruttura meħtieġa għall-operazzjoni tas-suq fl-enerġija. Għandu jsir sforz speċjali sabiex jintlaħaq l-għan li jintużaw aktar sorsi ta' enerġija rinovabbli bħala kontribuzzjoni għat-titjib ta' politika ta' żvilupp sostenibbli. Madanakollu, dan għandu jintlaħaq mingħajr ma jinħoloq tfixkil disproporzjonat fil-bilanċ normali tas-suq. Għandhom jitqiesu bis-sħiħ wkoll l-għanijiet tal-politika tal-Komunità rigward it-trasport u b'mod speċifiku l-possibiltà li jitnaqqas it-traffiku fuq it-toroq permezz ta' katusi taħt l-art. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni sservi sabiex titqarreb il-mira li l-livell ta' interkonnessjoni fl-elettriku bejn Stati Membri, stabbilita fil-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002, u għalhekk tittejjeb il-kredibilità u l-integrità tan-network u tiżgura s-sigurtà tal-provvista u t-tħaddim tajjeb tas-suq intern. |
(4) |
Bħala regola, l-bini u l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura ta' l-enerġija għandhom ikunu suġġetti għall-prinċipji tas-suq. Dan huwa wkoll bi qbil mar-regoli komuni għall-ikkompletar tas-suq intern fl-enerġija u r-regoli komuni dwar il-liġi tal-kompetizzjoni li l-għan tagħhom huwa li jinħoloq suq intern fl-enerġija dejjem aktar miftuħ u kompetittiv. Għaldaqstant, għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-bini u l-manutenzjoni għandha tibqa' xi ħaġa eċċezzjonali ħafna. Meta jsiru eċċezzjonijiet, dawn għandhom ikunu ġustifikati kif ikun xieraq. |
(5) |
L-infrastruttura ta' l-enerġija għandha tinbena u tkun mantnuta b'mod tali li tippermetti li s-suq intern ta' l-enerġija jaħdem b'mod effiċjenti, u dan b'rispett xieraq tal-proċeduri eżistenti għall-konsultazzjoni mal-persuni milquta, u mingħajr ma jnaqqas mill-kriterji ta' servizz strateġiċi u universali u obbligazzjonijiet ta' servizz pubbliku. |
(6) |
Fid-dawl tas-sinerġiji potenzjali bejn in-networks tal-gass naturali u n-networks ta' l-olefin, għandha tingħata l-importanza dovuta għall-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' networks tal-gass ta' l-olefin sabiex ikunu sodisfatti l-bżonnijiet tal-konsum tal-gass ta' l-olefin mill-industriji fil-Komunità. |
(7) |
Il-prijoritajiet għal networks trans-Ewropej ta' l-enerġija jafu l-bidu tagħhom ukoll fl-importanza dejjem tikber li n-networks trans-Ewropej ta' l-enerġija għandhom fis-sigurtà u fid-diversità tal-provvisti ta' enerġija tal-Komunità, fl-inkorporazzjoni tan-networks ta' l-enerġija ta' l-Istati Membri l-ġodda, tal-pajjiżi aderenti u kandidati, u fl-assigurazzjoni ta' l-operazzjoni b'mod koordinat tan-networks ta' enerġija fil-Komunità u fil-pajjiżi ġirien wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri konċernati. Fil-fatt, il-pajjiżi ġirien tal-Komunità għandhom rwol vitali fil-politika tal-Komunità dwar l-enerġija. Huma jfornu l-parti l-kbira tal-ħtiġiet tal-Komunità għal gass naturali, huma sieħba kruċjali għat-tranżitu ta' enerġija primarja lejn il-Komunità u, b'mod progressiv se jsiru atturi aktar importanti fis-swieq interni tal-Komunità tal-gass u l-elettriku. |
(8) |
Fost il-proġetti li jirrelataw ma' networks ta' enerġija trans-Ewropej, huwa neċessarju li jiġu enfasizzati l-proġetti ta' prijorità, li huma importanti ħafna għall-ħidma tas-suq intern ta' l-enerġija jew għas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija. |
(9) |
Il-proċedura għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni fil-kuntest ta' networks ta' enerġija trans-Ewropej għandha tiżgura l-applikazzjoni bla ostakli tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 tat-18 ta' Settembru 1995 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Komunità fil-qasam tan-networks ta' enerġija trans-Ewropej (6). Dik il-proċedura għandha tiddistingwi żewġ livelli: l-ewwel livell li jistabbilixxi numru ristrett ta' kriterji għall-identifikazzjoni ta' tali proġetti, u t-tieni livell li jiddeskrivi l-proġetti fid-dettal, imsejħa “speċifikazzjonijiet”. |
(10) |
Prijorità għal fondi taħt ir-Regolament Nru 2236/95 għandha tingħata lil proġetti ta' interess Ewropew, jiġifieri proġetti ta' interess komuni msemmija f'din id-Deċiżjoni u inklużi fl-assi ta' proġetti ta' prijorità msemmija f'din id-Deċiżjoni. |
(11) |
Meta jissottomettu proġetti taħt l-istrumenti finanzjarji relevanti tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-prijorità dovuta lill-proġetti koperti mill-Anness I li jissodisfaw il-kriterji ta' din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Peress li l-ispeċifikazzjonijiet tal-proġetti jistgħu jinbidlu, jistgħu jingħataw biss b'mod indikattiv. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li taġġornahom. Billi l-proġetti jista' jkollhom implikazzjonijiet politiċi, ambjentali u ekonomiċi konsiderevoli, huwa importanti li jinstab bilanċ xieraq bejn sorveljanza leġislattiva u flessibbiltà waqt li jkun qed jiġi stabbilit liema proġetti jistħoqqilhom sostenn Komunitarju potenzjali. |
(13) |
Fejn ikun xieraq għal xi proġetti ta' prijorità, jew sezzjonijiet ta' proġetti ta' prijorità, jew gruppi ta' proġetti ta' prijorità sabiex tittejjeb il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għat-tul ta' żmien tal-proġetti ta' prijorità kkonċernati, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri involtui, trid tiżgura u tikkoordina l-koperazzjoni ma' l-utenti u l-operaturi, bil-ħsieb li jkun żgurat li qed isir il-monitoraġġ meħtieġ sabiex il-Komunità tinżamm informata dwar il-progress. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, flimkien ma' l-Istati Membri kkonċernati, lill-operaturi, utenti, awtoritajiet reġjonali u lokali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili bil-għan li tikseb iktar għarfien dwar id-domanda għal servizzi ta' trasmissjoni, dwar il-limitazzjonijiet u dwar il-parametri tas-servizz li huwa meħtieġ biex l-użu ta' l-infrastruttura kkonċernata jkun ottimizzat. |
(14) |
Jeħtieġ li l-Istati Membri jkunu mistiedna li jikkordinaw l-implimentazzjoni ta' ċerti proġetti, b'mod partikolari l-proġetti trans-konfinali jew sezzjonijiet ta' proġetti trans-konfinali. |
(15) |
Għandu jinħoloq kuntest aktar favorevoli għall-iżvilupp u l-bini ta' networks trans-Ewropej ta' l-enerġija, prinċipalment billi jkun provdut stimulu għal kooperazzjoni teknika bejn l-entitajiet responsabbli għan-networks, permezz ta' tħaffif fl-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni applikabbli għal proġetti ta' networks fl-Istati Membri sabiex jitnaqqas id-dewmien u permezz ta' użu xieraq ta' dawk il-Fondi, strumenti u programmi finanzjarji tal-Komunità li huma disponibbli għal proġetti ta' networks. Jeħtieġ li l-Komunità tappoġġja miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jintlaħaq dak il-għan. |
(16) |
Minħabba li l-budget tal-Komunità allokat għan-networks trans-Ewropej ta' l-enerġija huwa maħsub prinċipalment biex jiffinanza studji ta' fattibbilità, huma l-Fondi Strutturali, programmi u strumenti finanzjarji tal-Komunità li jippermettu, jekk ikun meħtieġ, li jkunu provduti fondi għal tali networks ta' interkonnessjoni, b'mod partikolari għal dawk interreġjonali. |
(17) |
L-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni, l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom u proġetti li għandhom prijorità, m'għandhomx jippreġudikaw ir-riżultati ta' l-istima ta' l-impatt fuq l-ambjent tal-proġetti u tal-pjanijiet jew programmi. |
(18) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (7). |
(19) |
Il-Kummissjoni għandha perjodikament tħejji rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(20) |
Peress li din id-Deċiżjoni għandha l-istess suġġett u l-istess kamp ta' applikazzjoni bħad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/391/KE tat-28 ta' Marzu 1996 li tistabbilixxi serje ta' miżuri li l-iskop tagħhom huwa li jinħoloq kuntest aktar favorevoli għall-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fis-settur ta' l-enerġija (8), u d-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE, dawk iż-żewġ Deċiżjonijiet għandhom ikunu mħassra, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontenut
Din id-Deċiżjoni tiddefinixxi n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-azzjoni tal-Komunità biex tistabbilixxi linji gwida għal networks trans-Ewropej ta' l-enerġija. Hija tistabbilixxi serje ta' linji gwida li jkopru l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-linji ġenerali ta' azzjoni tal-Komunità fir-rigward ta' networks trans-Ewropej ta' l-enerġija. Dawn il-linji gwida jidentifikaw proġetti ta' interess komuni, inklużi dawk li għandhom prijorità, fost networks trans-Ewropej ta' l-elettriku u tal-gass naturali.
Artikolu 2
Skop
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika:
(1) |
fir-rigward ta' networks ta' l-elettriku, għal:
|
(2) |
fir-rigward ta' networks tal-gass (trasport ta' gass naturali jew ta' gassijiet olefin), għal:
|
Artikolu 3
Għanijiet
Il-Komunità għandha tippromwovi l-interkonnessjoni, l-interoperabilità u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej ta' l-enerġija kif ukoll l-aċċess għal networks bħal dawn bi qbil mal-liġi tal-Komunità fis-seħħ, bil-għan li:
(a) |
tinkoraġġixxi t-tħaddim u l-iżvilupp effettiv tas-suq intern b'mod ġenerali u tas-suq intern ta' l-enerġija b'mod partikolari, filwaqt li tinkoraġġixxi l-produzzjoni, it-trasportazzjoni, id-distrubuzzjoni u l-użu tar-riżorsi ta' l-enerġija b'mod razzjonali u l-iżvilupp u l-konnessjoni ta' riżorsi ta' enerġija rinovabbli, sabiex titnaqqas l-ispiża ta' l-enerġija għall-konsumatur u jsir kontribut għad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija; |
(b) |
tiffaċilita l-iżvilupp u tnaqqas l-iżolament ta' reġjuni żvantaġġjati u ta' reġjuni gżejjer tal-Komunità, u b'hekk tkun qed issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali; |
(ċ) |
issaħħaħ is-sigurtà tal-provvisti ta' enerġija, per eżempji billi ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi fis-settur ta' l-enerġija fl-interess tal-partijiet kollha kkonċernati, b'mod partikulari fil-qafas tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija u tal-ftehim ta' kooperazzjoni milħuqa mill-Komunità; |
(d) |
tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni ta' l-ambjent, fost oħrajn billi tinvolvi l-enerġija rinovabbli u billi tnaqqas r-riskji ambjentali marbuta mat-trasportazzjoni u t-trasmissjoni ta' enerġija. |
Artikolu 4
Prijoritajiet għall-azzjoni
Il-prijoritajiet għal azzjoni mill-Komunità fil-qasam tan-networks trans-Ewropej ta' l-enerġija għandhom ikunu kompatibbli ma' l-iżvilupp sostenibbli u għandhom ikunu kif ġej:
(1) |
għan-networks ta' l-elettriku u tal-gass:
|
(2) |
għan-networks ta' l-elettriku:
|
(3) |
għan-networks tal-gass:
|
Artikolu 5
Linji ta' azzjoni
Il-linji ġenerali ta' azzjoni mill-Komunità dwar networks trans-Ewropej ta' l-enerġija għandhom ikunu:
(a) |
l-identifikazzjoni ta' proġetti b'interess komuni imsemmija fl-Artikolu 6; |
(b) |
il-ħolqien ta' kuntest aktar favorevoli għall-iżvilupp ta' tali networks. |
Artikolu 6
Proġetti ta' interess komuni
1. Il-kriterji ġeneriċi li għandhom ikunu applikati meta tittieħed deċiżjoni dwar identifikazzjoni, modifiki, speċifikazzjonijiet jew applikazzjonijiet għall-aġġornament ta' proġetti ta' interess komuni għandhom ikunu dawn li ġejjin:
a) |
il-proġetti jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 2; |
b) |
il-proġetti jirriflettu l-objettivi u l-prijoritajiet għall-azzjoni stipulata fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament; |
ċ) |
il-proġetti juru potenzjal ta' vijabilità ekonomika. |
L-evalwazzjoni ta' vijabilità ekonomika għandha tkun ibbażata fuq analiżi ta' spejjeż u benefiċċji li tqis l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha, inklużi dawk li jirriżultaw fuq perjodu ta' żmien medju u/jew twil, b'konnessjoni ma' l-aspetti ambjentali kollha, mas-sigurtà tal-provvista u mal-kontribut lejn koeżjoni ekonomika u soċjali. Proġetti ta' interess komuni marbuta mat-territorju ta' Stat Membru għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat.
2. Kriterji addizzjonali għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni jinsabu stipulati fl-Anness II. Kwalunkwe bidla fil-kriterji addizzjonali għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni stipulati fl-Anness II għandha tkun deċiża bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat.
3. Dawk il-proġetti elenkati fl-Anness III li jissodisfaw il-kriterji stabiliti fil-paragrafu 1 u dawk stipulati fl-Anness II biss għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja mill-Komunità taħt ir-Regolament (KE) Nru 2236/95.
4. L-ispeċifikazzjonijiet indikattivi tal-proġett, inkluża d-deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti u, fejn xieraq, id-deskrizzjoni ġeografika, huma stipulati fl-Anness III. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu aġġornati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2). L-aġġornamenti għandhom ikunu ta' natura teknika u għandhom ikunu limitati fil-każ ta' tibdiliet tekniċi ta' proġetti, jew fil-każ ta' modifika ta' parti mir-rotta speċifikata, jew fil-każ ta' adattament limitat tal-lok tal-proġett.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura li jikkunsidraw li tkun meħtieġa sabiex jiffaċilitaw u jħaffu proġetti ta' interess komuni u sabiex inaqqsu d-dewmien filwaqt li jikkonformaw mal-liġi tal-Komunità u ma' konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-ambjent. B'mod partikolari, il-proċeduri neċessarji għall-awtorizzazzjoni għandhom jitlestew malajr.
6. Fejn partijiet mill-proġetti ta' interess komuni jinsabu fi ħdan it-territorju ta' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri kkonċernati, tressaq proposti, fejn xieraq, fl-ambitu tal-qafas ta' tmexxija tal-ftehim bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi terzi u bi qbil mat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija u ftehim multilaterali oħra fir-rigward ta' pajjiżi terzi li huma msieħba fit-Trattat, għall-proġetti li għandhom ukoll ikunu rikonoxxuti bħala proġetti ta' interess reċiproku mill-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex tkun faċilitata l-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 7
Proġetti ta' prijorità
1. Il-proġetti ta' interess komuni imsemmija fl-Anness I u koperti mill-assi għal proġetti ta' prijorità stipulati fl-Anness I għandu jkollhom prijorità għall-għotja ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità taħt ir-Regolament (KE) Nru 2236/95. Il-modifiki fl-Anness I għandhom jiġu deċiżi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat.
2. |
|
3. Il-proġetti ta' prijorità għandhom ikunu kompatibbli ma' l-iżvilupp sostenibbli u għandhom jilħqu l-kriterji li ġejjin:
a) |
għandu jkollhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim kompettittiv tas-suq intern, u/jew |
b) |
għandhom isaħħu s-sigurtà tal-provvista fil-Komunità, u/jew |
ċ) |
għandhom jirriżultaw f'żieda fl-użu ta' enerġiji rinovabbli. |
Artikolu 8
Kuntest aktar favorevoli
1. Sabiex tikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta' kuntest aktar favorevoli għall-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej ta' l-enerġija u l-interoperabilità bejniethom, il-Komunità għandha tqis l-isforzi ta' l-Istati Membri magħmulin skond dak il-għan, għandha tagħti l-akbar importanza lill-miżuri li ġejjin u għandha tippromovihom skond kif ikun meħtieġ:
a) |
koperazzjoni teknika bejn l-entitajiet responsabbli min-networks trans-Ewropej ta' enerġija, b'mod partikolari għat-tħaddim xieraq tal-konnessjonijiet imsemmija fl-Anness II, punti 1, 2 u 7; |
b) |
faċilitazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' l-awtorizzazzjoni għall-proġetti ta' networks trans-Ewropej ta' enerġija sabiex jitnaqqas id-dewmien; |
ċ) |
l-għoti ta' assistenza għal proġetti ta' interess komuni mill-Fondi tal-Komunità, mill-istrumenti u mill-programmi finanzjarji tagħha li jkunu applikabbli għal dawk in-networks. |
2. Il-Kummissjoni għandha, f'kollaborazzjoni mill-viċin ma' l-Istati Membri kkonċernati, tieħu l-inizjattivi kollha sabiex tippromwovi l-koordinament ta' l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).
Article 9
Effetti fuq il-kompetizzjoni
Meta jkunu kkunsidrati proġetti, għandhom jitqiesu l-effetti tagħhom fuq il-kompetizzjoni u fuq is-sigurtà tal-provvista. Finanzjament privat jew finanzjament mill-operaturi ekonomiċi għandu jkun is-sors ewlieni ta' finanzjament u għandu jkun imħeġġeg. Għandu jkun evitat kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi fis-suq, bi qbil mad-disposizzjonijiet tat-Trattat.
Artikolu 10
Restrizzjonijiet
1. Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tagħmel ħsara lill-impenji finanzjarji meħuda minn Stat Membru jew mill-Komunità.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għar-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali tal-proġetti u tal-pjanijiet jew tal-programmi li jiddefinixxu l-qafas għall-awtorizzazzjoni futura fil-każ ta' proġetti bħal dawn. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet ta' l-impatt ambjentali, fejn tali evalwazzjoni tintalab skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità, għandhom ikunu meqjusa qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-twettiq tal-proġetti skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità.
Artikolu 11
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 12
Rapport
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni kull sentejn, u għandha tippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
F'dan ir-rapport, għandha tingħata attenzjoni lill-implimentazzjoni u lill-progress magħmula fit-twettiq ta' proġetti ta' prijorità li jirrigwardaw konnessjonjiet trans-konfinali kif imsemmija fl-Anness II, punti 2, 4 u 7, kif ukoll l-arranġamenti fid-dettal għall-iffinanzjar tagħhom, b'mod speċjali lill-kontribuzzjoni mill-fondi tal-Komunità.
Artikolu 13
Tħassir
Id-Deċiżjoni Nru 96/391/KE u d-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE huma b'dan imħassra.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Destinatarji
Din id-Diċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 241, 28.9.2004, p. 17.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 11.
(4) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/85/KE (ĠU L 236, 7.7.2004, p. 10).
(5) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.
(6) ĠU L 228, 23.9.1995, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 807/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 46).
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(8) GU L 161, 29.6.1996, p. 154.
ANNESS I
NETWORKS TRANS-EWROPEJ TA' L-ENERĠIJA
Assi għal proġetti ta' prijorità, kif definiti fl-Artikoli 7
Il-proġetti ta' prijorità inklużi f'kull assi huma elenkati hawn taħt.
NETWORKS TA' L-ELETTRIKU
EL.1. |
Franza — il-Belġju — l-Olanda — il-Ġermanja: tisħiħ fin-network ta' l-elettriku sabiex tissolva konġestjoni fil-mixja ta' l-elettriku mill-pajjiżi tal-Benelux. Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||||||||||||
EL.2. |
Fruntieri ta' l-Italja ma' Franza, l-Awstrija, l-Islovenja u l-Isvizzera: żieda fil-kapaċitajiet ta' interkonnessjonijiet ta' l-elettriku Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||||||||||||
EL.3. |
Franza — Spanja — il-Portugall: żieda fil-kapaċitajiet ta' interkonnessjonijiet ta' l-elettriku bejn dawn il-pajjiżi u għall-peniżola Iberja u żvilupp tal-grilja f'reġjuni gżejjer. Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||||||||||||
EL.4. |
Il-Greċja — il-pajjiżi tal-Balkani — is-Sistema UCTE: żvilupp ta'infrastruttura ta' l-elettriku biex tgħaqqad il-Greċja mas-sistema UCTE u sabiex tippermetti l-iżvilupp tas-suq fl-elettriku fl-Ewropa tan-Nofsinhar-Lvant Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||||||||||||
EL.5. |
Ir-Renju Unit — l-Ewropa Kontinentali u l-Ewropa tat-Tramuntana: stabbiliment/żieda fil-kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku u possibilment l-integrazzjoni ta' enerġija ġenerata mir-riħ f'impjanti fuq il-baħar. Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||||||||||||
EL.6. |
L-Irlanda — ir-Renju Unit: żieda fil-kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku u possibilment l-integrazzjoni ta' enerġija ġenerata mir-riħ f'impjanti fuq il-baħar. Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||||||||||||
EL.7. |
Id-Danimarka — il-Ġermanja — Ċirkwit tal-Baltiku (inklużi n-Norveġja — l-Isvezja — Finlandja — id-Danimarka — il-Ġermanja — il-Polonja — l-Istati Baltiċi — ir-Russja): żieda fil-kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku u possibilment l-integrazzjoni ta' enerġija ġenerata mir-riħ f'impjanti fuq il-baħar. Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||||||||||||
EL.8. |
Il-Ġermanja — il-Polonja — ir-Repubblika Ċeka — l-Islovakkja — l-Awstrija — l-Ungerija — is-Slovenja: żieda fil-kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||||||||||||
EL.9. |
Stati Membri Mediterranji — Ċirku ta' l-Elettriku Mediterranju: żieda fil-kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku bejn l-Istati Membri Mediterranji u l-Marokk — l-Alġerija — it-Tuneżija — il-Libja — l-Eġittu — il-pajjiżi tal-Lvant Qarib — it-Turkija. Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
NETWORKS TAL-GASS
NG.1. |
ir-Renju Unit — l-Ewropa Kontinentali tat-Tramuntana, inklużi l-Olanda, il-Belġju, id-Danimarka, l-Isvezja u l-Ġermanja — il-Polonja — il-Litwanja — il-Latvja — l-Estonja — il-Finlandja — ir-Russja: Pipelines ta' gass biex jgħaqqdu uħud mis-sorsi prinċipali tal-fornitura ta' gass fl-Ewropa, biex itejbu l-interoperabilità tan-networks, u jżidu s-sigurtà tal-provvista, inklużi l-pipelines ta' gass naturali permezz tar-rotta minn fuq il-baħar mir-Russja għall-UE u r-rotta fuq l-art mir-Russja għall-Polonja u l-Ġermanja, bini ta' pipeline ġdid, u żidiet fil-kapaċità tan-network ġo u bejn il-Ġermanja, id-Danimarka, u l-Isvezja, u ġo u bejn il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, il-Ġermanja, u l-Awstrija. Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||
NG.2. |
l-Alġerija — Spanja — l-Italja — Franza — l-Ewropa Kontinentali tat-Tramuntana: bini ta' pipelines ta' gass naturali ġodda mill-Alġerija sa Spanja, Franza u l-Italja, u żieda fil-kapaċitajiet tan-network ġo u bejn Spanja, Franza u l-Italja. Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||
NG.3. |
Pajjiżi tal-Baħar Kaspju — Lvant Nofsani — Unjoni Ewropea: Networks ta' pipelines ta' gass naturali ġodda lejn l-Unjoni Ewropea minn sorsi ġodda, inklużi il-pipelines ta' gass naturali bejn it-Turkija u l-Greċja, bejn il-Greċja u l-Italja, bejn it-Turkija u l-Awstrija, u bejn il-Greċja, s-Slovenja u l-Awstrija (li tgħaddi mill-Balkani tal-punent). Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
||||||||
NG.4. |
Terminals ta' gass naturali fil-forma likwida (LNG) fil-Belġju, Franza, Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Ċipru u l-Polonja: diversifikazzjoni ta' sorsi ta' provvista u tal-punti tad-dħul, inklużi il-pipelines tat-terminals ta' l-LNG mal-grilja ta' trasmissjoni. |
||||||||
NG.5. |
Ħażna ta' gass naturali taħt l-art fi Spanja, l-Portugall, Franza, l-Italja, l-Greċja u r-reġjun tal-Baħar Baltiku: żieda fil-kapaċità fi Spanja, Franza, l-Italja u r-reġjun tal-Baħar Baltiku u bini ta' l-ewwel faċilitajiet fil-Portugall, il-Greċja u l-Litwanja |
||||||||
NG.6. |
Stati Membri Mediterranji — Ċirku ta' Gass fil-Mediterran tal-Lvant: bini u żieda fil-kapaċitajiet tal-pipelines ta' gass naturali bejn l-Istati Membri Mediterranji u l-Libja — l-Eġittu — il-Ġordan — is-Sirja — it-Turkija. Il-proġetti ta' prijorità jinkludu:
|
ANNESS II
NETWORKS TRANS-EWROPEJ TA' ENERĠIJA
Kriterji addizzjonali għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni imsemmija fl-Artikolu 6(2)
NETWORKS TA' L-ELETTRIKU
1. |
Żvilupp ta' networks ta' l-elettrriku f'reġjuni gżejjer, f'reġjuni iżolati, f'reġjuni periferiċi u ultraperiferiċi waqt li tkun promossa d-diversifikazzjoni ta' sorsi ta' enerġija u jissaħħah l-użu ta' enerġija rinovabbli, u konnessjoni tan-networks ta' l-elettriku ta' dawk ir-reġjuni, jekk ikun il-każ:
|
2. |
L-iżvilupp ta' konnessjonijiet ta' l-elettriku, bejn l-Istati Membri li huma neċessarji għall-ħidma tas-suq intern u sabiex ikunu żgurati l-kredibiltà u l-affidabilità ta' l-operazzjoni tan-networks ta' l-elettriku.
|
3. |
Żvilupp ta' konnessjonijiet ta' l-elettriku ġo l-Istati Membri fejn dan huwa meħtieġ sabiex jintużaw bl-aħjar mod il-konnessjonijiet bejn l-Istati Membri, l-operazzjoni tas-suq intern jew il-konnessjoni ta' sorsi ta' enerġija rinovabbli.
|
4. |
Żvilupp ta' konnessjonijiet ta' l-elettriku ma' Stati li mhumiex membri, u b'mod partikolari mal-pajjiżi kandidati, biex dan jikkontribwixxi għall-interoperabilità, il-kredibilità fl-operazzjoni u l-affidabilità tal-grilji ta' l-elettriku jew il-provvista ta' elettriku fil-Komunità Ewropea.
|
5. |
Azzjonijiet li jtejbu l-operazzjoni tan-networks ta' l-elettriku interkonnessi ma' xulxin fis-suq intern u, b'mod partikolari, li jidentifikaw il-postijiet fejn il-mixja ta' l-elettriku ssib ostakoli u dewmien u fejn hemm konnessjonijiet neqsin, li jiżviluppaw soluzzjonijiet sabiex tissolva l-konġestjoni u li jadattaw l-metodi kif ikunu ppjanati u operati networks ta' l-elettriku:
|
NETWORKS TAL-GASS
6. |
L-introduzzjoni ta' gass naturali f'reġjuni ġodda, prinċipalment reġjuni gżejjer, reġjuni iżolati, periferiċi u ultraperiferiċi u l-iżvilupp ta' networks tal-gass naturali f'dawn ir-reġjuni:
|
7. |
Żvilupp ta' konnessjonijiet ta' gass naturali sabiex jintlaqgħu l-ħtiġiet tas-suq intern jew sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, inkluż konnessjoni ta' networks separati għal gass naturali u għal gass olefin:
|
8. |
Żvilupp ta' kapaċitajiet biex jiġi riċevut LNG u biex jinħażen gass naturali, meħtieġa sabiex tintlaqa' t-talba għalihom u sabiex ikunu kontrollati s-sistemi ta' provvista tal-gass, u sabiex ikunu diversifikati r-rotot ta' sorsi u ta' provvista.
|
9. |
Żvilupp ta' kapaċità ta' trasport ta' gass naturali (pipelines għall-provvista tal-gass) meħtieġa sabiex tintlaqa' d-domanda u sabiex ikunu diversifikati l-provvisti minn sorsi interni u esterni, kif ukoll ir-rotot tal-provvista.
|
10. |
Azzjonijiet li jtejbu l-operazzjoni tan-networks ta' gass naturali interkonnessi ma' xulxin fis-suq intern u f'pajjiżi ta' transitu, b'mod partikolari, li jidentifikaw il-postijiet fejn il-mixja ta' l-elettriku ssib ostakoli u dewmien u fejn hemm konnessjonijiet neqsin, li jiżviluppaw soluzzjonijiet sabiex tissolva l-konġestjoni u li jadattaw l-metodi kif ikunu ppjanati u operati networks ta' gass naturali b'mod effiċjenti u mingħajr periklu.
|
11. |
Żvilupp u integrazzjoni tal-kapaċità ta' trasport ta' gassijiet olefini sabiex tintlaqa' d-domanda fis-suq intern.
|
ANNESS III
NETWORKS TRANS-EWROPEJ TA' L-ENERĠIJA
Proġetti ta' interess komuni u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom, li preżentement huma identifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness II
NETWORKS TA' L-ELETTRIKU
1. Żvilupp ta' networks ta' l-elettriku f'reġjuni iżolati
1.1. |
Kejbil taħt l-ilma bejn l-Irlanda uWales (UK) |
1.2. |
Konnessjoni tas-Cyclades tan-Nofsinhar (EL)(mas-Sistema Interkonnessa) |
1.3. |
Konnessjoni ta' 30kV permezz ta' kejbil taħt l-ilma bejn il-gżejjer ta' Faial, Pico u S. Jorge (Azores, PT) |
1.4. |
Konnessjoni u tisħiħ tal-grilja f'Terceira, Faial u S Miguel (Ażores, PT) |
1.5. |
Konnessjoni u tisħiħ tal-grilja f'Madeira (PT) |
1.6. |
Kejbil taħt il-baħar bejn Sardenja (IT) u l-peninsula ta' l-Italja |
1.7. |
Kejbil taħt il-baħar bejn Korsika (FR) u l-Italja |
1.8. |
Konnessjoni bejn il-peninsula ta' l-Italja u Sqallija (IT): irduppjar tal-konnessjoni bejn Sorgente (IT) u Rizziconi (IT) |
1.9. |
Konnessjonijiet ġodda bejn il-Gżejjer Baleariċi u l-Kanari (ES) |
2. Żvilupp tal-konnessjonijiet ta' l-elettriku bejn l-Istati Membri
2.1. |
Il-linja Moulain (FR) — Aubange (BE) |
2.2. |
Il-linja Avelin (FR) — Avelgem (il-BE) |
2.3. |
Interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u l-Belġju |
2.4. |
Il-linja Vigy(FR) — Marlenheim (FR) |
2.5. |
Il-linja Vigy(FR) — Uchtelfangen (il-Ġermanja) |
2.6. |
“Phase transformer” La Praz (FR) |
2.7. |
Aktar żieda fil-kapaċità permezz ta' l-interkonnessjoni eżistenti bejn Franza u l-Italja |
2.8. |
Interkonnessjoni ġdida bejn Franza u l-Italja |
2.9. |
Interkonnessjoni ġdida fil-Pirinej bejn Franza u Spanja |
2.10. |
Interkonnessjoni fil-Lvant tal-Pirinej bejn Franza u Spanja |
2.11. |
Konnessjonijiet bejn it-tramuntana tal-Portugall tat-Tramuntana u l-Majjistral ta' Spanja |
2.12. |
Il-linja Sines (il-PT) — Alqueva (PT) — Balboa (ES) |
2.13. |
Konnessjoni bejn in-nofsinhar tal-Portugal u l-lbiċ ta' Spanja |
2.14. |
Il-linja Valdigem (PT) — Douro Internacional (PT) — Aldeadávila (ES) u l-faċilitajiet ta' “Douro Internacional” |
2.15. |
Konnessjonijiet fit-tramuntana tal-Golf ta' Bothnia u kejbil Fennoscan taħt il-baħar bejn il-Finlandja u l-Isvezja |
2.16. |
Il-linja Lienz (AT) — Cordignano (IT) |
2.17. |
Interkonnessjoni Somplago (IT) — Würmbach (AT) |
2.18. |
Interkonnessjoni Awstrija-Italja (Thaur-Brixen) li tgħaddi mill-mina tal-ferrovija ta' Brenner |
2.19. |
Konnessjoni bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq |
2.20. |
Il-linja St Peter (AT) — Isar (DE) |
2.21. |
Kejbil taħt il-baħar bejn ix-Xlokk ta' l-Ingilterra u l-Olanda ċentrali |
2.22. |
Tisħiħ tal-konnessjonijiet bejn id-Danimarka u l-Ġermanja, eż. il-linja Kasso-Hamburg |
2.23. |
Tisħiħ tal- konnessjonijiet bejn id-Danimarka u l-Isvezja |
2.24. |
Interkonnessjoni ġdida bejn is-Slovenja u l-Ungerija: Cirkovce (SI) — Hévíz (HU) |
2.25. |
Sajóivánka (HU) — Rimavská Sobota (SK) |
2.26. |
Moldava Sajóivánka (HU) |
2.27. |
Stupava (SK) — in-nofsinhar-lvant ta' Vienna (AT) |
2.28. |
Linja Polonja — Ġermanja (Neuenhagen (DE) — Vierraden (DE) — Krajnik (PL) |
2.29. |
Konnessjoni Polonja — Litwanja (Elk — Alytus) |
2.30. |
Kejbil taħt il-baħar biex jgħaqqad il-Finlandja ma' l-Estonja |
2.31. |
Installazzjoni ta' sistemi flessibbli ta' trasmissjoni ta' kurrent li jalterna biex jgħaqqdu l-Italja u l-Islovenja |
2.32. |
Konnessjonijiet ġodda biex jgħaqqdu s-sistemi UCTE u CENTREL |
2.33. |
Dürnrohr (AT) — Slavětice (CZ) |
2.34. |
Konnessjoni ta' l-elettriku taħt il-baħar biex tgħaqqad lill-Malta (MT) u Sqallija (IT) |
2.35. |
Interkonnessjonijiet ġodda bejn l-Italja u is-Slovenja |
2.36. |
Linja Udine Ovest (IT) — Okroglo (SI) |
3. Żvilupp tal-konnessjonijiet ta' l-elettriku fi ħdan l-Istati Membri
3.1. |
Konnessjonijiet fuq l-assi Daniża bejn il-Lvant u l-Punent: konnessjoni bejn in-networks tad-Danimarka tal-Punent (UCTE) u tal-Lvant (NORDEL) |
3.2. |
Konnessjoni fl-assi bejn tat-tramuntana u n-nofsinhar tad-Danimarka |
3.3. |
Konnessjonijiet ġodda fit-tramuntana ta' Franza |
3.4. |
Konnessjonijiet ġodda fil-lbiċ ta' Franza |
3.5. |
Il-linja Trino Vercellese (IT) — Lacchiarelle (IT) |
3.6. |
Il-linja Turbigo (IT) — Rho(IT) —Bovisio (IT) |
3.7. |
Il-linja Voghera (IT) — La Casella (l-Italja) |
3.8. |
Il-linja Fiorano (l-Italja) — Nave (IT) — Gorlago (IT) |
3.9. |
Il-linja Venezia Nord (IT) — Cordignano (IT) |
3.10. |
Il-linja Redipuglia (IT) — Udine Ovest (IT) |
3.11. |
Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi bejn il-lvant u l-punent ta' l-Italja |
3.12. |
Il-linja Tavarnuzze (IT) — Casellina (IT) |
3.13. |
Il-linja Tavarnuzze (IT) — S.Barbara (IT) |
3.14. |
Il-linja Rizziconi (IT) — Feroleto (l-Italja) — Laino (IT) |
3.15. |
Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi bejn it-tramuntana u n-nofsinhar ta' l-Italja |
3.16. |
Modifiki tan-network għall-iffaċilitar ta' konnessjonijiet ta' rinovabbli fl-Italja |
3.17. |
Konnessjonijiet ġodda għall-enerġija mir-riħ fl-Italja |
3.18. |
Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi tat-Tramuntana ta' Spanja |
3.19. |
Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi tan-naħa tal-Mediterran ta' Spanja |
3.20. |
Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi bejn Galicia (ES) u Centro (ES) |
3.21. |
Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi bejn Centro (ES) u Aragón (ES) |
3.22. |
Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi bejn Aragón (ES) u Levante (ES) |
3.23. |
Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi bejn in-nofsinhar u ċ-ċentru ta' Spanja (ES) |
3.24. |
Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi bejn il-Lvant u ċ-ċentru ta' Spanja (ES) |
3.25. |
Konnessjonijiet ġodda f'Andalucía (ES) |
3.26. |
Il-linja Pedralva (PT) — Riba d'Ave (PT) u l-faċilitajiet ta' Pedralva |
3.27. |
Il-linja Recarei (PT) — Valdigem (PT) |
3.28. |
Il-linja Picote (PT) — Pocinho (PT) (aġġornar) |
3.29. |
Modifika tal-linja preżenti Pego (PT) — Cedillo (ES)/Falagueira (PT) u tal-faċilitajiet ta' Falagueira |
3.30. |
Il-linja Pego (PT) — Batalha (PT) u l-faċilitajiet fil-Batalha |
3.31. |
Il-linja I Sines (PT) — Ferreira do Alentejo (PT) (aġġornar) |
3.32. |
Konnessjonijiet ġodda għall-enerġija mir-riħ fil-Portugall |
3.33. |
Il-linji Pereiros (PT) — Zêzere (PT) — Santarém (PT) u l- faċilitajiet ta' Zêzere |
3.34. |
Il-linji I u II Batalha (PT) — Rio Maior (PT) (aġġornar) |
3.35. |
Il-linja Carrapatelo (PT) — Mourisca (PT) (aġġornar) |
3.36. |
Il-linja Valdigem (PT) — Viseu (PT) — Anadia (PT) |
3.37. |
Devjazzjoni tal-linja preżenti Rio Maior (PT) — Palmela (PT) għal Ribatejo (PT) u għall-faċilitajiet ta' Ribatejo |
3.38. |
'ubstations u linji ta' konnessjoni ta' Thessaloniki (EL), ta' Lamia (EL) u ta' Patras (EL) |
3.39. |
Konnessjonijiet tar-reġjuni ta' Evia (EL), ta' Lakonia (EL) u ta' Thrace (EL) |
3.40. |
Tisħiħ tal-konnessjonijiet eżistenti ta' reġjuni periferiċi ma' l-art prinċipali fil-Greċja |
3.41. |
Il-linja Tynagh (IE) — Cashla (IE) |
3.42. |
Il-linja Flagford (IE) — East Sligo (IE) |
3.43. |
Konnessjonijiet fil-Grigal u fil-Punent ta' Spanja, b'mod partikulari sabiex ikun hemm konnessjoni man-network tal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija mir-riħ |
3.44. |
Konnessjonijiet fil-pajjiż Bask (ES), f'Aragón (ES) u f'Navarra (ES) |
3.45. |
Konnessjonijiet f'Galicia (ES) |
3.46. |
Konnessjonijiet fl-Isvezja Ċentrali |
3.47. |
Konnessjonijiet fin-Nofsinhar ta' l-Isvezja |
3.48. |
Linja Hamburg (DE) — reġjun ta' Schwerin (DE) |
3.49. |
Linja reġjun ta' Halle/Saale (DE) — reġjun ta' Scheinfurt (DE) |
3.50. |
Konnessjonijiet ġodda ta' enerġija ġġenerata mir-riħ f'impjanti fil-Ġermanja, kemm dawk fuq l-art u kemm dawk fuq il-baħar |
3.51. |
Aġġornar tal-grilja ta' 380kV fil-Ġermanja sabiex titqabbad ma' impjanti fuq il-baħar fejn tkun ġenerata l-enerġija mir-riħ |
3.52. |
Konnessjonijiet fl-Irlanda ta' Fuq, f'relazzjoni mal-konnessjonijiet ma' l-Irlanda |
3.53. |
Konnessjonijiet fil-Majjistral tar-Renju Unit |
3.54. |
Konnessjonijiet fl-Iskozja u fl-Ingilterra, bil-ħsieb ta' użu akbar ta' sorsi rinovabbli fil-produzzjoni ta' l-elettriku |
3.55. |
Konnessjonijiet ġodda għall-impjanti fuq il-baħar fejn tkun ġenerata l-enerġija mir-riħ fil-Belġju, inkluż aġġornar tal-grilja ta' 380kV |
3.56. |
Substation f'Borssele (NL) |
3.57. |
Implimentazzjoni ta' makkinarju għal kumpens ta' l-enerġija reattiva (NL) |
3.58. |
Installazzjoni ta' phase shifters u/jew batteriji capacitor fil-Belġju |
3.59. |
Aġġornar tal-grilja ta' 380kV fil-Belġju sabiex titjieb il-kapaċità għall-importazzjoni |
3.60. |
Il-linja St Peter (AT) — Tauern (AT) |
3.61. |
Linja Süd-Burgenland (AT) — Kainachtal (AT) |
3.62. |
Dunowo (PL) — Żydowo (PL) — Krzewina (PL) — Plewiska (PL) |
3.63. |
Pątnów (PL) — Grudziądz (PL) |
3.64. |
Ostrów (PL) — Plewiska (PL) |
3.65. |
Ostrów (PL) — Trębaczew (Rogowiec) (PL) |
3.66. |
Plewiska (PL) — Pątnów (PL) |
3.67. |
Tarnów (PL) — Krosno (PL) |
3.68. |
Elk (PL) — Olsztyn Matki (PL) |
3.69. |
Elk (PL) — Narew (PL |
3.70. |
Mikułowa (PL) — Świebodzice — Dobrzeń (Groszowice) (PL) |
3.71. |
Pątnów (PL) — Sochaczew (PL) — Warszawa (PL) |
3.72. |
Krsko (SI) — Bericevo (SI) |
3.73. |
Aġġornar tas-sistema ta' trasmissjoni Slovena minn 220 kV għal 400 kV |
3.74. |
Medzibrod (SK) — Liptovská Mara (SK) |
3.75. |
Lemešany (SK) — Moldava (SK) |
3.76. |
Lemešany (SK) — Veľké Kapušany (SK) |
3.77. |
Gabčíkovo (SK) — Veľký Ďur (SK) |
3.78. |
Konnessjonijiet fit-tramuntana ta' l-Isvezja |
3.79. |
Trasferiment tal-provvista f'Saaremaa għal 110 kV |
3.80. |
Titjib fil-provvista ta' enerġija f'Tartu |
3.81. |
Rinnovament tas-substation f'Eesti (300 kV) |
3.82. |
Rinnovament tas-substations f'Kiisa, Puessi, u Viljandi (110kV |
3.83. |
Nošovice (CZ) — Prosenice (CZ): bini mill-ġdid tal-linja waħda ta' 400 kV bħala linja b'ċirkuwitu doppju ta' 400 kV |
3.84. |
Krasikov (CZ) — Horní Životice (CZ): linja waħda ġdida ta' 400 kV |
3.85. |
Konnessjonijiet ġodda għall-ġenerazzjoni ta' enerġija mir-riħ f'Malta (MT) |
4. Żvilupp tal-konnessjonijiet ta' l-elettriku mal-pajjiżi li m'humiex Stati Membri
4.1. |
Interkonnessjoni ġdida bejn l-Italja u l-Isvizzera |
4.2. |
Il-linja Philippi (EL) — Maritsa 3 (il-Bulgarija) |
4.3. |
Il-linja Amintaio (EL) — Bitola (Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) |
4.4. |
Il-linja Kardia (EL) — Elbasan (l-Albanija) |
4.5. |
Il-linja Elbasan (l-Albanija) — Podgorica (is-Serbja u l-Montenegro) |
4.6. |
Is-substation ta' Mostar (Bożnija–Herzegovina) u l-linji ta' konnessjoni |
4.7. |
Is-substation ta' Ernestinovo (il-Kroazja) u l-linji ta' konnessjoni |
4.8. |
Konnessjonijiet ġodda bejn il-Greċja u l-Albanija, il-Bulgarija u Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
4.9. |
Il-linja Philippi (EL) — Hamidabad (TR) |
4.10. |
Kejbil taħt il-baħar bejn il-grigal u l-lvant ta' l-Ingilterra u n-Norveġja tan-Nofsinhar |
4.11. |
Il-ħolqa Eemshaven (NL) — Feda (NO) |
4.12. |
Kejbil taħt il-baħar bejn in-Nofsinhar ta' Spanja u l-Marokk (tisħiħ tal-konnessjoni eżistenti) |
4.13. |
Konnessjonijiet għaċ-Ċirkwit ta' l-Elettriku tal-Baltiku: Il-Ġermanja — il-Polonja — ir-Russja — l-Estonja — il-Latvja — il-Litwanja — l-Isvezja — il-Finlandja — id-Danimarka — il-Belarus |
4.14. |
Il-konnessjonijiet tal-Finlandja tan-Nofsinhar u tar-Russja |
4.15. |
Konnessjonijiet ġodda bejn l-Isvezja tat-Tramuntana u n-Norveġja tat-Tramuntana |
4.16. |
Konnessjonijiet ġodda bejn l-Isvezja Ċentrali u n-Norveġja Ċentrali |
4.17. |
Il-linja Borgvik (S) — Hoesle (NO) — ir-reġjun ta' Oslo (NO) |
4.18. |
Konnessjonijiet ġodda bejn is-sistema UCTE/CENTREL u l-pajjiżi tal-Balkani |
4.19. |
Konnessjonijiet u interface bejn is-sistema estiża ta' l-UCTE u l-Belarus, ir-Russja u l-Ukrajna, inkluż iċ-ċaqliq ta' l-istazzjonijiet ta' konverżjoni HVDC li kienu joperaw bejn l-Awstrija u l-Ungerija, bejn l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka, u bejn il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka |
4.20. |
Konnessjonijiet fiċ-Ċirkwit ta' l-Elettriku tal-Baħar l-Iswed: Ir-Russja — l-Ukrajna — ir-Rumanija — il-Bulgarija — it-Turkija — il-Ġeorġja |
4.21. |
Konnessjonijiet ġodda fiż-żona tal-Baħar l-Iswed bil-għan li s-sistema estiża UCTE tkun interoperabbli man-networks fil-pajjiżi koperti |
4.22. |
Konnessjonijiet ġodda fiċ-Ċirkwit ta' l-Elettriku tal-Mediterran: Franza — Spanja — il-Marokk — l-Alġerija — it-Tuneżija — il-Libja — l-Eġittu — il-Pajjiżi tal-Lvant Qarib — it-Turkija — il-Greċja — l-Italja |
4.23. |
Kejbil taħt il-baħar bejn Spanja tan-Nofsinhar u l-Majjistral ta' l-Alġerija |
4.24. |
Kejbil taħt il-baħar bejn l-Italja u l-Afrika ta' Fuq (Alġerija, Tuneżija, Libja) |
4.25. |
Konnessjoni ta' l-elettriku bejn it-Tuneżija u l-Italja |
4.26. |
Konnesjonijiet ġodda fiż-żona/fir-reġjun tal-Barents |
4.27. |
Aġġornar tal-konnessjonijiet bejn id-Danimarka u n-Norveġja |
4.28. |
Obermoorweiler (DE) — Meiningen (AT) — Bonaduz (CH): aktar żieda fil-kapaċità |
4.29. |
Békéscsaba (HU) — Oradea (RO) |
4.30. |
Pécs (HU) — Sombor (Serbja u Montenegro) |
4.31. |
Pécs (HU) — Ernestinovo (HR) |
4.32. |
Veĺ'ké Kapušany (SK) — fruntiera ta' l-Ukrajna |
4.33. |
Andrall (ES) — Encamp (AD): żieda fil-kapaċità għal 220 kV |
4.34. |
Spanja — Andorra –Franza: titjib tal-konnessjonijiet |
5. Azzjonijiet li jtejbu t-tħaddim tan-networks ta' l-elettriku interkonnessi fi ħdan is-suq intern
(L-ebda speċifikazzjonijiet s'issa)
NETWORKS TAL-GASS
6. Introduzzjoni tal-gass naturali f'reġjuni ġodda
6.1. |
Żvilupp tan-network tal-gass minn Belfast lejn ir-reġjun fil-Majjistral ta' l-Irlanada ta' Fuq (UK) u, jekk japplika, lejn il-kosta tal-punent ta' l-Irlanda |
6.2. |
LNG f'Santa Cruz de Tenerife, fil-Gżejjer Kanari (ES) |
6.3. |
LNG f'Las Palmas, fil-Gran Kanarja (ES) |
6.4. |
LNG f' Madeira (PT) |
6.5. |
Żvilupp ta' network għall-gass fl-Isvezja |
6.6. |
Konnessjoni bejn il-Gżejjer Baleariċi (ES) u l-art prinċipali ta' Spanja |
6.7. |
Fergħa ta' pressjoni għolja lejn Thrace (EL) |
6.8. |
Fergħa ta' pressjoni għolja lejn Korintu (EL) |
6.9. |
Fergħa ta' pressjoni għolja lejn il-Greċja tal-Majjistral (EL) |
6.10. |
Konnessjoni tal-gżejjer ta' Lolland (DK) u ta' Falster (DK) |
6.11. |
LNG fuq il-gżira ta' Ċipru, Ċentru ta' Enerġija ta' Vasilikos |
6.12. |
Konnessjoni bejn l-impjant ta' LNG f'Vasilikos (CY) u l-impjant li jiġġenera l-elettriku f'Moni (CY) |
6.13. |
LNG fuq il-gżira ta' Kreta (EL) |
6.14. |
Fergħa ta' pressjoni għolja lejn Patra (EL) |
6.15. |
LNG f'Malta |
7. L-iżvilupp ta' konnessjonijiet ta' gass sabiex ilaħħqu mad-domanda tas-suq intern jew biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-provvista, inkluża l-konnessjoni ta' networks separati ta' gass naturali.
7.1. |
Konnessjoni addizzjonali tal-gass għall-konnessjoni bejn l-Irlanda u l-Iskozja |
7.2. |
Konnessjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, inkluż il- pipeline Dublin-Belfast |
7.3. |
Stazzjoni ta' kompressjoni fuq il-pipeline ta' bejn Lacq (FR) u Calahorra (ES) |
7.4. |
Pipeline bejn Lussagnet (FR) u Bilbao (ES) |
7.5. |
Pipeline bejn Perpignan (FR) u Barċellona (ES) |
7.6. |
Żieda fil-kapaċità tat-trasport tal-pipelines tal-gass li jipprovdu l-gass lill-Portugall minn Spanja tan-Nofsinhar u l-Galicia u u l-Asturias mill-Portugall |
7.7. |
Pipeline bejn Puchkirchen (AT) u Burghausen (DE) |
7.8. |
Pipeline bejn Andorf (AT) u Simbach (DE) |
7.9. |
Pipeline bejn Wiener Neustadt (AT) u Sopron (HU) |
7.10. |
Pipeline bejn Bad Leonfelden (AT) u Linz (AT) |
7.11. |
Pipeline tal-Greċja tal-Majjistrall — Elbasan (AL) |
7.12. |
Pipeline ta' interkonnessjoni bejn il-Greċja u l-Italja |
7.13. |
Stazzjon ta' kompressjoni fil-pipeline prinċipali fil-Greċja |
7.14. |
Konnessjoni bejn in-networks ta' l-Awstrija u tar-Repubblika Ċeka |
7.15. |
Kuritur ta' trasport tal-gass fix-Xlokk ta' l-Ewropa li jgħaddi mill-Greċja, minn Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mis-Serbja u l-Montenegro, mill-Bożnija Herzegovina, mill-Kroazja, mis-Slovenja u mill-Awstrija |
7.16. |
Kuritur ta' trasport tal-gass bejn l-Awstrija u t-Turkija li jgħaddi mill-Ungerija, mir-Rumanija u mill-Bulgarija |
7.17. |
Pipelines interkonnessi li jgħaddu bejn ir-Renju Unit, l-Olanda u l-Ġermanja, li jgħaqqdu s-sorsi prinċipali u s-swieq ta' l-Ewropa tal-Majjistral |
7.18. |
Konnessjonijiet bejn il-Ġermanja tal-Grigal (iz-zona ta' Berlin) u l-Majjistral tal-Polonja (iz-zona ta' Szczecin) ma' fergħa minn Schmölln sa Lubmin (il-Ġermanja, iz-zona ta' Greifswald) |
7.19. |
Pipeline bejn Cieszyn (PL) u Ostrava (CZ) |
7.20. |
Görlitz (DE) — Zgorzelec (PL): estenzjoni u interkonnessjoni ta' networks ta' gass naturali |
7.21. |
Estenzjoni bejn Bernau (DE) u Szczecin (PL) |
7.22. |
Konnessjoni bejn faċilitajiet 'il barra mill-kosta fil-Baħar tat-Tramuntana, jew mill-faċilitajiet Daniżi 'il barra mill-kosta għal faċilitajiet tar-Renju Unit 'il ġewwa mill-kosta. |
7.23. |
Tisħiħ tal-kapaċità tat-trasport bejn Franza u l-Italja |
7.24. |
L-interkonnettur tal-gass Baltiku bejn id-Danimarka — il-Ġermanja — l-Isvezja |
7.25. |
Stazzjoni ta' taħlit f'Winksele (BE) fuq l-assi tramuntana-nofsinhar |
7.26. |
Zeebrugge (BE) — Eynatten (BE) titjib fil-kapaċità |
7.27. |
Aġġornar tal-kapaċità fuq l-assi mit-Tramuntana għall-Punent: Zelzate (BE) — Zeebrugge (BE) |
7.28. |
Bini ta' pipeline tal-gass bejn id-Danimarka u l-Olanda u li tgħaqqad faċilitajiet ta' produzzjoni eżistenti fil-Baħar tat-Tramuntana |
8. Żvilupp tal-kapaċitajiet ta' riċeviment tal-LNG u biex jinħażen il-gass naturali
8.1. |
LNG f'Le Verdon-sur-mer (Franza, terminal ġdid) u pipeline għal ħażna lejn Lussagnet (FR) |
8.2. |
LNG f'Fos-sur-mer (FR) |
8.3. |
LNG f'Huelva (ES), estensjoni tat-terminal eżistenti |
8.4. |
LNG f'Cartagena (ES), estensjoni tat-terminal eżistenti |
8.5. |
LNG f'Galicia (ES), terminal ġdid |
8.6. |
LNG f'Bilbao (ES), terminal ġdid |
8.7. |
LNG fir-reġjun ta' Valencia (ES), terminal ġdid |
8.8. |
LNG f'Barċellona (ES), estensjoni tat-terminal eżistenti |
8.9. |
LNG f'Sines (PT), terminal ġdid |
8.10. |
LNG f'Revithoussa (EL), estensjoni tat-terminal eżistenti |
8.11. |
LNG fil-Kosta ta' l-Adrijatiku tat-Tramuntana (IT) |
8.12. |
LNG 'il barra mill-kosta fil-Kosta ta' l-Adrijatiku tat-Tramuntana (IT) |
8.13. |
LNG fil-Kosta ta' l-Adrijatiku tan-Nofsinhar (IT) |
8.14. |
LNG fil-Kosta Jonja (IT) |
8.15. |
LNG fil-Kosta tat-Tirrenu (IT) |
8.16. |
LNG fil-Kosta tal-Ligurja (IT) |
8.17. |
LNG f'Zeebrugge (BE, it-tieni fażi tat-tkabbir tal-kapaċità) |
8.18. |
LNG fl-Isle of Grain, Kent (ir-Renju Unit) |
8.19. |
Kostruzzjoni tat-tieni terminal tal-LNG fil-Greċja kontinentali |
8.20. |
Żvilupp tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass taħt l-art fl-Irlanda |
8.21. |
Ħażna f'Kavala tan-Nofsinhar (EL), konverżjoni ta' faċilità tal-gass żvujtata 'il barra mill-kosta |
8.22. |
Ħażna f'Lussagnet (FR), estensjoni tas-sit preżenti) |
8.23. |
Ħażna f'Pecorade (FR), konverżjoni ta' faċilità taż-żejt żvujtata) |
8.24. |
Ħażna fir-reġjun ta' Alsace (FR), żvilupp ta' ħażniet tal-melħ) |
8.25. |
Ħażna fir-reġjun taċ-Ċentru (FR), żvilupp tal-'water table'). |
8.26. |
Ħażna fuq l-assi tat-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Spanja (siti ġodda) fil-Cantabria, Aragon, Castilla y León, Castilla — f'La Mancha u Andalucia |
8.27. |
Ħażna fiċ-ċentru tal-Mediterran ta' Spanja (siti ġodda) f'Catalonia, f'Valencia u f'Murcia |
8.28. |
Ħażna f'Carriço (PT), sit ġdid |
8.29. |
Ħażna f'Loenhout (BE), estensjoni tas-sit preżenti |
8.30. |
Ħażna f'Stenlille (DK) u f'Lille Torup (DK), estensjoni tas-sit preżenti |
8.31. |
Ħażna f'Tønder (DK), sit ġdid |
8.32. |
Ħażna f'Puchkirchen (AT), estensjoni tas-sit preżenti, inkluż il-pipeline lejn is-sistema Penta West qrib ta' Andorf (AT) |
8.33. |
Ħażna f'Baumgarten (AT), sit ġdid |
8.34. |
Ħażna f'Haidach (AT), sit ġdid, inkluż pipeline għall-grilja tal-gass Ewropea |
8.35. |
Żvilupp tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass taħt l-art fl-Italja |
8.36. |
Ħażna f' Wierzchowice (PL), tkabbir tas-sit eżistenti |
8.37. |
Ħażna f'Kossakowo (PL), żvilupp ta' maħżen taħt l-art |
8.38. |
Pipeline tal-gass bejn Malta (MT) u Sqallija (IT) |
8.39. |
Hażna fil-Litwanja (sit ġdid) |
9. Żvilupp tal-kapaċità tat-trasport tal-gass (pipelines tal-provvista tal-gass)
9.1. |
Il-ħolqien u l-iżvilupp ta' konnessjonijiet Grilja tal-Gass Nordika: in-Norveġja — id-Danimarka — il-Ġermanja — l-Isvezja — il-Finlandja — ir-Russja — l-Istati Baltiċi — il-Polonja |
9.2. |
Pipeline tal-gass taċ-Ċentru Nordiku: In-Norveġja, l-Isvezja, il-Finlandja |
9.3. |
Pipeline tal-gass ta' l-Ewropa tat-Tramuntana: Ir-Russja, il-Baħar Baltiku, il-Ġermanja |
9.4. |
Pipeline tal-gass bejn ir-Russja u l-Ġermanja li tgħaddi mil-Latvja, mil-Litwanja u mill-Polonja, inkluż l-iżvilupp ta' faċilitajiet għall-ħażna tal-gass taħt l-art (Proġett “Amber”) |
9.5. |
Il-pipeline tal-gass Finlandja — Estonja |
9.6. |
Pipelines tal-gass ġodda mill-Alġerija lejn Spanja u Franza u żieda fil-kapaċità relatata tan-networks interni f'dawn il-pajjiżi |
9.7. |
Żieda fil-kapaċità tat-trasport fil-pipeline l-Alġerija — il-Marokk — Spanja (lejn Córdoba) |
9.8. |
Il-pipeline Córdoba (ES) — Ciudad Real (ES) |
9.9. |
Il-pipeline Ciudad Real (ES) — Madrid (ES) |
9.10. |
Il-pipeline Ciudad Real (ES) — il-kosta tal-Mediterran (ES) |
9.11. |
Fergħat f'Castilla — La Mancha (Spanja) |
9.12. |
Estensjoni lejn il-Majjistral ta' Spanja |
9.13. |
Il-pipeline taħt il-baħar bejn l-Alġerija u Spanja u l-pipelines għall-konnessjoni ma' Franza |
9.14. |
Żieda fil-kapaċità tat-trasport tar-riżorsi Russi lejn l-Unjoni Ewropea li jgħaddi mill-Ukrajna, mis-Slovakkja u mir-Repubblika Ċeka |
9.15. |
Żieda fil-kapaċità tat-trasport tar-riżorsi Russi lejn l-Unjoni Ewropea li jgħaddi mill-Belarus u mill-Polonja |
9.16. |
Il-pipeline ta' gass naturali II bejn Yamal u l-Ewropa |
9.17. |
Il-pipeline tal-gass Yagal Sud (bejn il-pipeline STEGAL li jwassal għat-trijangolu DE, FR, CH) |
9.18. |
Il-pipeline tal-gass tal-Lvant SUDAL (bejn il-pipeline MIDAL qrib il-pipeline Heppenheim sa Burghausen mal-pipeline PENTA fl-Awstrija) |
9.19. |
Żieda fil-kapaċità ta' trasport tal-pipeline tal-gass STEGAL għat-trasport ta' aktar gass mill-fruntiera bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja u mill-fruntiera bejn il-Polonja u l-Ġermanja lejn Stati Membri oħra permezz tal-Ġermanja |
9.20. |
Pipeline tal-gass mir-riżorsi Libjani sa l-Italja |
9.21. |
Pipeline tal-gass mir-riżorsi fil-Pajjiżi tal-Baħar Kaspju sa l-Unjoni Ewropea |
9.22. |
Pipeline tal-gass bejn il-Greċja u t-Turkija |
9.23. |
Żieda fil-kapaċità tat-trasport mir-riżorsi Russi sal-Greċja u sa pajjiżi fil-Balkani oħra, li jgħaddi mill-Ukrajna, mill-Moldavja, mir-Rumanija u mill-Bulgarija |
9.24. |
Pipeline tal-gass St. Zagora (BG) — Ihtiman (BG) |
9.25. |
Pipeline li jaqsam il-Baħar Adrijatiku — pipeline ta' gass naturali biex jittrasporta l-gass naturali impurtat mir-reġjun tal-Baħar Kaspjan, mir-Russja, jew mil-Lvant Nofsani, li torbot l-Italjja u l-iswieq ta' enerġija fin-Nofsinhar u l-Lvant ta' l-Ewropa |
9.26. |
Pipelines ta' konnessjoni bejn in-networks tal-gass Ġermaniżi, Ċeki, Awstrijaċi u Taljani |
9.27. |
Pipeline tal-gass minn riżorsi Russi lejn l-Italja, li jgħaddi mill-Ukrajna, mis-Slovakkja, mill-Ungerija u mis-Slovenja |
9.28. |
Żieda fil-kapaċità tat-trasport tal-pipeline tal-gass TENP li jestendi mill-Olanda lejn l-Italja permezz tal-Ġermanja, |
9.29. |
Pipeline tal-gass Taisnieres (FR) — Oltingue (CH) |
9.30. |
Pipeline tal-gass li jgħaddi mid-Danimarka sal-Polonja, possibilment permezz ta' l-Isvezja |
9.31. |
Pipeline tal-gass Nybro (DK) — Dragør (DK), inkluż il-pipeline ta' konnessjoni mal-ħażna fi Stenlille (DK) |
9.32. |
Network tal-gass mir-riżorsi tal-Baħar Barents sa l-Unjoni Ewropea li jgħaddi mill-Isvezja u mill-Finlandja |
9.33. |
Pipeline tal-gass mill-faċilità ta' Corrib (IE) 'il barra mill-kosta |
9.34. |
Pipeline tal-gass mir-riżorsi ta' l-Alġerija sa l-Italja li jgħaddi minn Sardenja u b'fergħa li twassal sa Korsika |
9.35. |
Network tal-gass minn riżorsi fil-Lvant Nofsani sa l-Unjoni Ewropea |
9.36. |
Pipeline tal-gass min-Norveġja sar-Renju Unit |
9.37. |
Konnessjoni bejn Pécs (HU) u l-Kroazja |
9.38. |
Konnessjoni bejn Szeged (HU) u Oradea (RO) |
9.39. |
Konnessjoni bejn Vecsés (HU) u l-Islovakkja |
9.40. |
Żieda fil-kapaċita bejn Beregdaróc (HU) u l-Ukrajna |
10. Azzjonijiet li jtejbu l-ħidma tan-networks interkonnessi tal-gass fi ħdan is-suq intern
(L-ebda speċifikazzjonijiet s'issa)
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
Fl-10 ta' Diċembru 2003, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi linji gwida għal rettikolati ta' enerġija trans-Ewropej u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nri 96/391/KE u 1229/2003/KE (1).
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta' l-Opinjoni (2) tiegħu fit-2 ta' Ġunju 2004. Il-Kumitat tar-Reġjuni ddeċieda li ma jagħtix opinjoni.
Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni (3) tiegħu fl-ewwel qari fis-7 ta' Ġunju 2005.
Fl-1 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.
II. OBJETTIV TAL-PROPOSTA
l-għan ewlieni ta' din il-propsta hu li jiġu adattati l-linji gwida dwar l-enerġija trans-Ewropea adottati f'Ġunju 2003 (4), b'mod partikolari fir-rigward ta' l-Istati Membri ġodda, u biex ikun possibbli l-finanzjament (5) ta' proġetti ta' interess komuni għall-Unjoni mkabbra. Ir-reviżjoni tal-linji gwida tinkludi proġetti li ser jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta' Stati Membri ġodda fis-swieq interni ta' l-elettriku u l-gass. Hija tindirizza wkoll il-ħtieġa li jiġu inklużi proġetti li jinvolvu l-“pajjiżi ġirien”.
Barra minn hekk, fir-rigward tal-mekkaniżmi previsti għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti prijoritarji, il-Kummissjoni pproponiet żewġ disposizzjonijiet ġodda, li huma:
a) |
Dikjarazzjoni ta' Interess Ewropew għal proġetti prijoritarji trans-konfini b'impatt sinifikanti fuq l-integrazzjoni tar-rettikolati kkonċernati u |
b) |
il-possibbiltà għall-Kummissjoni li taħtar Koordinatur Ewropew għal assi prijoritarja speċifika jew għal proġett prijoritarju individwali. |
Fl-aħħar, il-proposta tinkludi wkoll “gassijiet olefin” fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni; madankollu, proġetti relatati ma' gassijiet olefin ma jkunux eliġibbli għal finanzjament Komunitarju taħt ir-Regolament 2236/95.
III. ANALIŻI TAL-POSIZZJONI KOMUNI
1. Rimarki ġenerali u bidliet ewlenin introdotti mill-Kunsill
B'mod ġenerali l-Kunsill stinka biex jissimplifika l-istruttura tad-Deċiżjoni (f'termini ta' livelli ta' prijoritajiet u numri ta' Annessi) u jżommha kemm jista' jkun viċin id-Deċiżjoni 1229/2003.
Il-Kunsill jappoġġa l-objettiv ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni: li jiġu adattati l-linji gwida dwar r-rettikolati ta' enerġija trans-Ewropej għall-konsegwenzi tat-tkabbir riċenti ta' l-Unjoni. Madankollu, il-Kunsill ma aċċettax l-elementi l-ġodda introdotti mill-Kummissjoni f'din il-proposta (kif imqabbel mad-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE) jiġifieri l-ħolqien ta' kategorija ġdida u adizzjonali ta' “proġetti ta' interess Ewropew” (Art. 8), flimkien mad-disposizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta' tali proġetti (Art. 9) u l-koordinatur Ewropew (Art. 10).
Ġie nnotat li dawn id-disposizzjonijiet ġodda ġew aċċettati mill-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' rettikolati ta' trasport trans-Ewropej. Madankollu, żewġ differenzi sinifikanti jiddistingwu r-rettikolati ta' enerġija trans-Ewropej mir-rettikolati ta' trasport trans-Ewropej: il-budget limitat ħafna disponibbli għar-rettikolati ta' enerġija trans-Ewropej u l-fatt li proġetti ta' infrastruttura ta' l-enerġija huma normalment imwettqa minn investituri privati. B'hekk, l-effett li jista' jkollu fil-prattika l-ħolqien ta' kategorija addizzjonali ta' “proġetti ta' interess Ewropew” hu li effettivament jeskludi il-finanzjament tat-TEN għal kollox għal “proġett prijoritarju normali” li investitur privat ikun lest jikkonsidra. Fir-rigward tad-disposizzjonijiet dwar “Koordinatur Ewropew” possibbli, il-Kunsill hu ta' l-opinjoni li disposizzjonijiet ħafna inqas burokratiċi jistgħu jiġu adottati għall-istess għan kif ġie nnotat mill-PE innifsu fl-emenda 21 tiegħu.
Il-Kunsill jinnota f'dan ir-rigward il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tad-disposizzjoni li tawtorizza stabbilita fl-Artikolu 8(2). B'kont meħud taż-żewġ differenzi msemmija hawn fuq, u l-effett negattiv li l-ħolqien ta' kategorija addizzjonali jista' jkollu fuq it-twettiq ta' proġetti vijabbli oħra, il-Kunsill wasal għall-konklużjoni li l-ispiża u l-piż amministrattiv żejda, imposti fuq l-Istati Membri bħala riżultat tad-disposizzjonijiet fl-Artikoli 8 — 10 tal-proposta tal-Kummissjoni, huma sproporzjonati fir-rigward tal-benefiċċju potenzjali tagħhom.
Waqt trialogue informali mal-PE li nżamm matul it-tħejjija tal-posizzjoni komuni, intlaħqu kompromessi dwar il-kwistjonijiet ta' referenzi xierqa għal gassijiet olefin u sorsi ta' enerġija li jistgħu jiġġeddu; dawn il-kompromessi huma inklużi fil-posizzjoni komuni.
2. Emendi tal-Parlament Ewropew
Fir-rigward tat-30 emenda adottati mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill aċċetta l-20 emenda li ġejjin:
— |
b'mod sħiħ (xi kultant b'xi tibdil): 1, 2, 4, 5 (premessa 6), 6 (premessa 11), 8 (premessa 14a), 11, 16, 22 (Art. 8(1), 23 (Art. 9), 30; |
— |
parzjalment: 7 (premessa 14), 12, 17, 24 — 29 (6). |
Il-Kunsill irrifjuta l-10 emendi li ġejjin: 3, 9, 10, 13, 14, 15, 18, 19, 38, 21.
3. Bidliet oħrajn introdotti mill-Kunsill
Fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill introduċa numru ta' bidliet li huma riflessi hawn taħt.
— |
B'konformità mat-tħassir ta' l-Artikolu 8, 9 u 10, il-Kunsill ħassar ukoll mill-premessi r-referenzi għad-Dikjarazzjoni ta' interess Ewropew (Premessa 6, it-tieni sentenza) u l-koordinatur Ewropew (premessa 9). Madankollu, sabiex iżomm ċerti elementi li hemm f'dawn l-Artikoli u premessi, il-Kunsill daħħal premessi ġodda 9, 10, 12 u 13 fil-posizzjoni komuni tiegħu. Premessa 5 ġdida dwar olefini ġiet miżjuda wkoll. |
— |
Fl-Artikolu 4(2)(b), referenza għal “pajjiżi kandidati” ġiet imdaħħla wkoll; ir-referenza għal gassijiet olefin ġiet imħassra (Artikolu 4(3)(ċ) fil-proposta tal-Kummissjoni). |
— |
Ir-referenza għal “proġetti prijoritarji” ġiet imħassra fl-Artikolu 5(a). |
— |
Fl-Artikolu 6(6), “wara konsultazzjoni” [ta' l-Istati Membri] ġiet sostitwita bi “bi ftehim ma'”, u referenza għal ftehim multilaterali ġiet miżjuda. |
— |
Referenza għal “kumpanniji responsabbli” ġiet miżjuda għall-Artikolu 7(2). |
— |
Fl-Artikolu 12 (L-Artikolu 9 tal-posizzjoni komuni), ġie speċifikat li l-finanzjament privat jew il-finanzjament minn operaturi ekonomiċi għandu jkun “is-sors ewlieni ta' finanzjament”. |
— |
Fir-rigward ta' l-Annessi, huwa mfakkar li l-Annessi I u IV inġabru flimkien, u li xi bidliet u korrezzjonijiet addizzjonali saru għall-proġetti bil-qbil tal-Kummissjoni; dawn il-bidliet huma riflessi fl-emendi 24 — 30 tal-Parlament. |
IV. KONKLUŻJONI
Il-Kunsill jappoġġa l-objettiv ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni, li hu li jiġu adattati l-linji gwida dwar r-rettikolati ta' enerġija trans-Ewropej għall-konsegwenzi tat-tkabbir riċenti ta' l-Unjoni. Hu aċċetta, fil-qafas ta' trialogue informali, soluzzjonijiet ta' kompromess dwar bosta kwistjonijiet. Minħabba l-importanza li l-adattament tal-linji gwida dwar r-rettikolati ta' enerġija trans-Ewropej għandu għall-Unjoni kollha u b'mod partikolari għall-Istati Membri ġodda, il-Kunsill huwa favur l-adozzjoni malajr ta' Deċiżjoni li hija faċli biex tiġi implimentata.
(1) Dok. 6218/04 ENER 49 RELEX 62 CODEC 198, mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 241, 28.9.2004, p. 17
(3) dok. 9835/05 CODEC 471 ENER 92 RELEX 295, mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Deċiżjoni 1229/2003/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi serje ta' linji gwida għal rettikolati ta' enerġija trans-Ewropej u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1254/96/KE (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 11).
(5) Huwa mfakkar li l-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tar-rettikolati trans-Ewropej huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru 2236/95 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 807/2004 tal-21 ta’ April 2004.
Nota: fl-emendi 24 – 29 li jikkonċernaw l-Annessi, il-Kunsill ma aċċettax r-referenzi għal “proġetti ta' interess Ewropew” kif ukoll il-bidliet li saru għall-Anness I, Rettikolati ta' l-elettriku, EL. 7.
4.4.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/27 |
POSIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 2/2006
adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2005
bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (KE) Nru …/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel
(2006/C 80 E/02)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Hemm varjetà kbira ta' nutrijenti u ingredjenti oħra li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' l-ikel, inklużi, imma mhux biss, vitamini, minerali inklużi elementi ta' traċċa, amino aċidi, aċidi mxaħħma essenzjali, fibra, diversi estratti ta' pjanti u ħwawar. Iż-żieda tagħhom ma' l-ikel hija regolata fl-Istati Membri minn regoli nazzjonali differenti li jfixklu l-moviment liberu ta' dawn il-prodotti, joħolqu kondizzjonijiet ta' żbilanċ fil-kompetizzjoni u b'hekk ikollhom impatt dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern. Huwa għalhekk meħtieġ li jkunu adottati regoli Komunitarji li jarmonizzaw id-disposizzjonijiet nazzjonali li jirrelataw maż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel. |
(2) |
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jirregola ż-żieda ta' vitamini u minerali ma' l-ikel u l-użu ta' ċerti sustanzi jew ingredjenti oħra li fihom sustanzi oħra barra vitamini jew minerali li huma miżjuda ma' l-ikel jew użati fil-manifattura ta' ikel taħt kondizzjonijiet li jirriżultaw fl-inġestjoni ta' ammonti li jaqbżu b'ħafna dawk raġonevolment mistennija li jiġu inġestiti taħt kondizzjonijiet normali ta' konsum ta' dieta bilanċjata u varjata u/jew kieku jirrappreżentaw riskju identifikat għall-konsumaturi. Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar projbizzjoni jew restrizzjoni ta' l-użu ta' sustanzi jew ingredjenti li fihom sustanzi li mhumiex vitamini jew minerali taħt dan ir-Regolament jew taħt disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi oħra, regoli nazzjonali rilevanti jistgħu japplikaw mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattat. |
(3) |
Xi Stati Membri jeħtieġu ż-żieda obbligatorja ta' xi vitamini u minerali ma' ċertu ikel ordinarju, għal raġunijiet dettati minn konsiderazzjonijiet ta' saħħa pubblika. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jkunu rilevanti fuq livell nazzjonali u anke reġjonali, iżda preżentement ma jiġġustifikawx l-armonizzazzjoni taż-żieda obbligatorja ta' nutrijenti fil-Komunità. Madankollu, jekk u meta dan isir xieraq, tali disposizzjonijiet jistgħu jiġu adottati fuq livell Komunitarju. Sadanittant, ikun utli li tinġabar informazzjoni dwar tali miżuri nazzjonali. |
(4) |
Vitamini u minerali jistgħu jiżdiedu ma' l-ikel volontarjament mill-manifatturi ta' l-ikel jew għandhom jiżdiedu bħala sustanzi nutrittivi kif previst mil-leġislazzjoni Komunitarja speċifika. Dawn jistgħu jiżdiedu ukoll għal skopijiet teknoloġiċi bħala addittivi, sustanzi koloranti, ħwawar jew tali użi oħra inklużi prattiċi u proċessi enoloġiċi awtorizzati previsti mil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti. Jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji speċifiċi dwar iż-żieda jew l-użu ta' vitamini u minerali fi prodotti jew gruppi ta' prodotti speċifiċi jew iż-żieda tagħhom għal skopijiet għajr dawk li huma koperti b'dan ir-Regolament. |
(5) |
Peress li ġew adottati regoli dettaljati dwar supplimenti ta' ikel li fihom vitamini u minerali permezz tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-supplimenti ta' ikel (3), id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward vitamini u minerali m'għandhomx japplikaw għas-supplimenti ta' ikel. |
(6) |
Vitamini u minerali jiġu miżjuda ma' l-ikel mill-manifatturi għal numru ta' skopijiet inkluż għar-restawr tal-kontenut tagħhom fejn dan ikun ġie mnaqqas matul il-proċeduri ta' manifattura, ħażna jew trattament jew sabiex ikun provdut valur nutrittiv simili għall-ikel li għalih huma maħsuba bħala alternattivi. |
(7) |
F'ċirkustanzi normali, dieta adegwata u varjata tista' tipprovdi n-nutrijenti kollha meħtieġa għall-iżvilupp u ż-żamma normali ta' ħajja b'saħħitha fi kwantitajiet bħal dawk stabbiliti u rakkomandati minn data xjentifika ġeneralment aċċettabbli. Madankollu, stħarriġ juri li din is-sitwazzjoni ideali mhix qed tintlaħaq la għall-vitamini u l-minerali kollha u lanqas mill-gruppi kollha tal-popolazzjoni fil-Komunità. L-ikel li ġie miżjud b'vitamini u minerali jidher li jagħmel kontribut apprezzabbli għall-inġestjoni ta' dawn in-nutrijenti u bħala tali jista' jitqies li jagħmel kontribut pożittiv fl-inġestjoni ġenerali. |
(8) |
Jista' jintwera li fil-preżent jeżistu, għalkemm mhux b'mod frekwenti, xi nuqqasijiet ta' nutrijenti. Tibdil fis-sitwazzjoni soċjo-ekonomika prevalenti fil-Komunità u fl-istili ta' ħajja ta' gruppi differenti tal-popolazzjoni wasslu għal ħtiġiet nutrittivi differenti u għal tibdil fid-drawwiet li jikkonċernaw id-dieta. Dan imbagħad wassal għal tibdil fil-ħtiġiet ta' enerġija u nutrijenti ta' gruppi varji tal-popolazzjoni u għal inġestjoni ta' ċerti vitamini u minerali minn dawn il-gruppi li tkun inqas minn dik rakkomandata fl-Istati Membri differenti. Minbarra dan, progress fit-tagħrif xjentifiku jindika li l-inġestjoni ta' xi nutrijenti għaż-żamma ta' l-aħjar kondizzjoni ta' saħħa u tal-benessri tista' tkun ogħla minn dik rakkomandata fil-preżent. |
(9) |
Dawk il-vitamini u minerali biss li normalment jinstabu fid-dieta u li jiġu kkunsmati bħala parti minnha u li jitqiesu bħala nutrijenti essenzjali għandhom ikunu permessi li jiżdiedu ma' l-ikel, għalkemm dan ma jfissirx li ż-żieda tagħhom hi meħtieġa. Il-kontroversja, li pontenzjalment tista' tqum, rigward l-identità ta' dawn in-nutrijenti essenzjali għandha tiġi evitata. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita lista pożittiva ta' dawn il-vitamini u minerali. |
(10) |
Is-sustanzi kimiċi użati bħala sorsi ta' vitamini u minerali li jistgħu jiżdiedu ma' l-ikel għandhom ikunu mingħajr periklu u għandhom ikunu wkoll bio-disponibbli, jiġifieri disponibbli għall-użu mill-ġisem. Għal din ir-raġuni għandha tiġi stabbilita wkoll lista pożittiva ta' dawn is-sustanzi. Dawk is-sustanzi li ġew approvati mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel f'Opinjoni espressa fit-12 ta' Mejju 1999, abbażi tal-kriterji ta' sigurtà u ta' biodisponibbiltà msemmija hawn fuq, u li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' l-ikel intenzjonat għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel ieħor għal użu nutrittiv partikolari jew supplimenti ta' ikel għandhom jidhru f'din il-lista pożittiva. Għalkemm il-klorur tas-sodju (melħ komuni) ma jidhirx fost is-sustanzi elenkati fl-Anness II, jista' jibqa' jintuża bħala ingredjent fit-tħejjija ta' l-ikel. |
(11) |
Sabiex wieħed iżżomm ruħu aġġornat ma' l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, huwa importanti li, meta jkun meħtieġ, il-listi msemmija hawn fuq jiġu riveduti mill-ewwel. Tali reviżjonijiet huma miżuri implimentattivi ta' natura teknika u l-adozzjoni tagħhom għandha tiġi fdata lill-Kummissjoni sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata u mħaffa. |
(12) |
L-ikel li jiżdiedu miegħu vitamini u minerali fin-numru l-kbir ta' każijiet jiġi promoss minn dawk li jimmanifatturawh u jista' jitqies mill-konsumaturi bħala prodott li għandu vantaġġ nutrittiv, fiżjoloġiku jew vantaġġ ieħor għas-saħħa fuq prodotti simili jew oħra li m'għandhomx tali nutrijenti miżjuda. Dan jista' jħajjar lill-konsumatur jagħmel għażliet li fil-fatt jistgħu ma jkunux mixtieqa. Sabiex jiġi miġġieled dan l-effett potenzjali mhux mixtieq, hu meqjus xieraq li jiġu mposti xi restrizzjonijiet fuq il-prodotti li jistgħu jiżdiedu magħhom vitamini u minerali, minbarra dawk li jirriżultaw b'mod naturali minn konsiderazzjonijiet teknoloġiċi jew li jsiru meħtieġa għal raġunijiet ta' sigurtà meta jiġu stabbiliti l-livelli massimi ta' vitamini u minerali f'tali prodotti. Il-kontenut fil-prodott ta' ċerti sustanzi, bħall-alkoħol, ikun, f'dan il-kuntest, kriterju xieraq sabiex ma jiġix permess li jiżdiedu miegħu vitamini u minerali. Kwalunkwe deroga mill-projbizzjoni taż-żieda ta' vitamini u minerali ma' xorb alkoħoliku għandha tkun limitata għall-protezzjoni ta' riċetti ta' l-inbid tradizzjonali, filwaqt li l-prodotti rilevanti jkunu notifikati lill-Kummissjoni. M'għandha ssir l-ebda pretensjoni dwar kwalunkwe benefiċċju nutrittiv jew għas-saħħa taż-żidiet. Barra dan sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni għall-konsumatur rigward il-valur nutrittiv naturali ta' ikel frisk, lanqas għandu jiġi permess li jiżdied magħhom vitamini u minerali. |
(13) |
Dan ir-Regolament mhuwiex maħsub li jkopri l-użu ta' vitamini u minerali fi kwantitajiet ta' traċċa bħala indikaturi ta' awtentiċità wżati bil-għan li tkun miġġielda l-frodi. |
(14) |
Inġestjoni eċċessiva ta' vitamini u minerali tista' tirriżulta f'effetti negattivi u għalhekk hu neċessarju li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' sigurtà għalihom meta jkunu miżjuda ma' l-ikel, skond kif ikun il-każ. Dawn il-livelli jridu jiżguraw li l-użu normali tal-prodotti, skond l-istruzzjonijiet għall-użu pprovduti mill-manifattur u fil-kuntest ta' dieta diversifikata, ma jkunx ta' ħsara għall-konsumatur. Għalhekk dawk il-livelli għandhom ikunu livelli massimi totali ta' sigurtà għall-vitamini u l-minerali preżenti fl-ikel b'mod naturali u/jew miżjuda ma' l-ikel għal kwalunkwe skop, inkluż għal użu teknoloġiku. |
(15) |
Għal dik ir-raġuni dawk il-livelli massimi u kwalunkwe kondizzjoni oħra li tirrestrinġi ż-żieda tagħhom ma' l-ikel, fejn ikun meħtieġ, għandhom ikunu adottati waqt li jitqiesu l-livelli massimi ta' sigurtà tagħhom stabbiliti b'valutazzjoni xjentifika tar-riskju bbażata fuq data xjentifika ġeneralment aċċettabbli u l-inġestjoni potenzjali tagħhom minn ikel ieħor. Għandha ukoll titqies b'mod xieraq l-inġestjoni ta' referenza ta' vitamini u minerali mill-popolazzjoni. Fejn hu meħtieġ, għal ċerti vitamini u minerali, li jkunu stabbiliti restrizzjonijiet dwar l-ikel li miegħu jistgħu jiġu miżjuda, għandha tingħata prijorità lill-għanijiet tar-restawr tal-kontenut tagħhom fejn dan ġie mnaqqas matul il-proċessi ta' manifattura, ħażna jew trattament u tal-forniment ta' valur nutrittiv simili għall-ikel li għalih dan l-ikel huwa maħsub bħala alternattiv. |
(16) |
Il-vitamini u minerali miżjuda ma' l-ikel għandhom jirriżultaw f'ammont minimu li jkun preżenti fl-ikel. Inkella l-preżenza ta' ammonti żgħar wisq u insinifikanti f'dan l-ikel imsaħħaħ ma tkun toffri ebda benefiċċju għal konsumaturi u tkun qed tqarraq. L-istess prinċipju huwa l-bażi tal-ħtieġa li dawn in-nutrijenti għandhom ikunu preżenti f'ammont sinifikanti fl-ikel sabiex ikun permess li jiġu ddikjarati fit-tikkettar tan-nutrizzjoni. Għalhekk ikun xieraq li l-ammonti minimi ta' vitamini u minerali fl-ikel li miegħu żdiedu l-vitamini u minerali għandhom ikunu l-istess bħal dawk l-ammonti sinifikanti li għandhom ikunu preżenti sabiex dawk in-nutrijenti jkunu ddikjarati fit-tikkettar tan-nutrizzjoni sakemm ma jkunx previst mod ieħor minn derogi xierqa. |
(17) |
L-adozzjoni ta' livelli massimi u ta' kwalunkwe kondizzjoni ta' użu bbażati fuq l-applikazzjoni tal-prinċipji u l-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament u l-adozzjoni ta' livelli minimi jkunu miżuri implimentattivi ta' natura teknika u l-adozzjoni tagħhom għandha tiġi fdata lill-Kummissjoni sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata u mħaffa. |
(18) |
Id-disposizzjonijiet u d-definizzjonijiet ġenerali dwar it-tikkettar jinsabu fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-tikkettar, tal-preżentazzjoni u tar-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (4). Għalhekk dan ir-Regolament għandu jkun limitat għad-disposizzjonijiet addizzjonali meħtieġa. Dawk id-disposizzjonijiet addizzjonali għandhom japplikaw ukoll mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru …/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …… dwar stqarrijiet fuq l-ikel dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa (5). |
(19) |
Meta titqies l-importanza nutrittiva tal-prodotti li magħhom żdiedu vitamini u minerali u l-impatt potenzjali tagħhom fuq id-drawwiet li jikkonċernaw id-dieta u l-inġestjoni ġenerali ta' nutrijenti, il-konsumatur għandu jkun jista' jevalwa l-kwalità nutrittiva ġenerali ta' dawk il-prodotti. Għalhekk, b'deroga mill-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta' l-24 ta' Settembru 1990 dwar it-tikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel (6), it-tikkettar tan-nutrizzjoni għandu jkun obbligatorju. |
(20) |
Dieta normali u varjata fiha ħafna ingredjenti li minn naħa tagħhom fihom ħafna sustanzi. L-inġestjoni ta' dawn is-sustanzi jew ingredjenti li tirriżulta mill-użu normali u tradizzjonali tagħhom fid-dieti attwali ma tikkawżax tħassib u m'hemmx bżonn li tkun regolata. Xi sustanzi barra mill-vitamini u minerali jew ingredjenti li fihom dawn ikunu, jiġu miżjuda ma' l-ikel bħala estratti jew konċentrati u jistgħu jirriżultaw f'inġestjoni li hija ogħla b'mod sinifikanti minn dawk li jistgħu jiġu inġeriti meta wieħed jiekol dieta adegwata u varjata. Is-sigurtà ta' tali prattiċi hija, f'ċerti każi, kontestata serjament u l-benefiċċji m'humiex ċari; għalhekk għandhom jiġu regolati. Huwa xieraq, f'tali każijiet, li l-operaturi ta' l-industrija ta' l-ikel, responsabbli mis-sigurtà ta' l-ikel li huma jpoġġu fis-suq, jassumu l-piż tal-prova fir-rigward tas-sigurtà tagħhom. |
(21) |
Meta titqies in-natura partikolari ta' l-ikel li jiġi miżjud b'vitamini u minerali, għandhom ikunu disponibbli mezzi addizzjonali għal dawk li s-soltu jkunu disponibbli għall-korpi ta' monitoraġġ sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ effiċjenti ta' dawk il-prodotti. |
(22) |
Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat il-funzjonament effettiva tas-suq intern fir-rigward taż-żieda ma' l-ikel ta' vitamini u minerali u ċerti sustanzi oħra, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għaldaqstant jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Komunità filwaqt li jkun ipprovdut livell għoli ta' protezzjoni għal-konsumatur, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' l-proporzjonalità, kif stabbilit f' dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(23) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (7). |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jarmonizza d-disposizzjonijiet imniżżla permezz ta' liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu maż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel, bil-għan li jkun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern, filwaqt li jkun provdut livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.
2. Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar vitamini u minerali m'għandhomx japplikaw għal supplimenti ta' l-ikel koperti bid-Direttiva 2002/46/KE.
3. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet speċifiċi mniżżla fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar:
(a) |
ikel għal użi nutrittivi partikolari u, fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet speċifiċi, rekwiżiti kompożizzjonali ta' tali prodotti magħmula neċessarji mill-ħtiġiet nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsuba; |
(b) |
ikel ġdid u ingredjenti ta' l-ikel ġodda; |
(ċ) |
ikel modifikat ġenetikament; |
(d) |
additivi u aromatizzanti ta' l-ikel; |
(e) |
prattiċi u proċessi enoloġiċi awtorizzati. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsira li ġejja għandha tapplika: “Awtorità” tfisser l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel u jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (8).
KAPITOLU II
ŻIEDA TA' VITAMINI U MINERALI
Artikolu 3
Rekwiżiti għaż-żieda ta' vitamini u minerali
1. Il-vitamini u/jew il-minerali elenkati fl-Anness I biss, fil-forom elenkati fl-Anness II, jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel, soġġett għar-regoli mniżżla f'dan ir-Regolament.
2. Vitamini u minerali jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel, kemm jekk is-soltu jkun fih minnhom u kemm jekk le, sabiex jittieħed kont ta':
(a) |
defiċjenza ta' vitamina u/jew mineral wieħed jew aktar fil-popolazzjoni jew fi gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni li tista' tintwera permezz ta' evidenza klinika jew sub-klinika ta' defiċjenza jew indikata permezz ta' livelli baxxi stmati ta' inġestjoni ta' nutrijenti; jew |
(b) |
il-potenzjal li jittejjeb l-istatus nutrittiv tal-popolazzjoni jew ta' gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni u/jew jiġu korretti defiċjenzi possibbli fl-inġestjoni djetetika ta' vitamini jew minerali minħabba bidliet fid-drawwiet djetetiċi; jew |
(ċ) |
għarfien xjentifiku li qed jevolvi u li hu aċċettabbli b'mod ġenerali dwar ir-rwol tal-vitamini u l-minerali fin-nutrizzjoni u l-effetti fuq is-saħħa b'riżultat ta' dan. |
3. Modifiki fil-listi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2), b'kont meħud ta' l-opinjoni ta' l-Awtorità.
Artikolu 4
Restrizzjonijiet fuq iż-żieda ta' vitamini u minerali
Vitamini u minerali ma jistgħux jiġu miżjuda ma':
(a) |
oġġetti ta' l-ikel mhux proċessati, inklużi, imma mhux biss, frott, ħaxix, laħam, laħam tat-tjur u ħut; |
(b) |
xorb li fih aktar minn 1.2 % b'volum ta' alkoħol, ħlief u b'deroga mill-Artikolu 3(2), għall-prodotti:
u kemm-il darba ma ssir l-ebda pretensjoni nutrittiva jew tas-saħħa. |
Ikel jew kategoriji ta' ikel addizzjonali li magħhom ma jistgħux jiġu miżjuda vitamini u minerali jistgħu jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) fid-dawl ta' evidenza xjentifika u b'kont meħud tal-valur nutrittiv tagħhom.
Artikolu 5
Kriterji ta' purità
1. Il-kriterji ta' purità għal formulazzjonijiet ta' vitamini u sustanzi ta' minerali elenkati fl-Anness II għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2), ħlief fejn japplikaw skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2. Il-kriterji ta' purità għal formulazzjonijiet ta' vitamini u sustanzi ta' minerali elenkati fl-Anness II, speċifikati b'leġislazzjoni Komunitarja għall-użu tagħhom fil-manifattura ta' oġġetti ta' l-ikel għal finijiet għajr dawk koperti minn dan ir-Regolament, għandhom japplikaw.
3. Għal dawk il-formulazzjonijiet ta' vitamini u sustanzi ta' minerali elenkati fl-Anness II li għalihom il-kriterji ta' purità mhumiex speċifikati mil-leġislazzjoni Komunitarja, u sakemm tali speċifikazzjonijiet jiġu adottati, kriterji ta' purità aċċettati b'mod ġenerali rakkomandati minn korpi internazzjonali għandhom ikunu applikabbli u regoli nazzjonali li jistabbilixxu kriterji ta' purità aktar stretti jistgħu jinżammu.
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għaż-żieda ta' vitamini u minerali
1. Meta xi vitamina jew mineral jiżdiedu ma' l-ikel, l-ammont totali tal-vitamina jew tal-mineral preżenti, ikun x'ikun il-għan, fl-ikel kif mibjugħ m'għandux jaqbeż l-ammonti massimi li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2). Għal prodotti konċentrati u deidrati, l-ammonti massimi stabbiliti għandhom ikunu dawk preżenti fl-ikel meta mħejji għall-konsum skond l-istruzzjonijiet tal-manifatturi.
2. Kwalunkwe kondizzjonijiet li jimponu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq iż-żieda ta' xi vitamina jew mineral speċifiċi ma' xi ikel jew kategorija ta' ikel għandha tkun adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
3. L-ammonti massimi msemmija fil-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti b'kont meħud ta' dan li ġej:
(a) |
livelli massimi ta' sigurtà ta' vitamini u minerali stabbiliti b'valutazzjoni tar-riskju xjentifika bbażata fuq data xjentifika aċċettabbli b'mod ġenerali, b'kont meħud, skond il-każ, tad-diversi livelli ta' sensittività ta' gruppi differenti ta' konsumaturi; |
(b) |
inġestjoni ta' vitamini u minerali minn sorsi djetetiċi oħra. |
4. Meta l-ammonti massimi msemmija fil-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jiġu stabbiliti, għandu jittieħed kont dovut ta' l-inġestjoni ta' referenza ta' vitamini u minerali għall-popolazzjoni.
5. Meta l-ammonti massimi msemmija fil-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti għall-vitamini u l-minerali li l-inġestjoni ta' referenza tagħhom għall-popolazzjoni hija qrib il-livelli massimu ta' sigurtà, għandu jitqies ukoll dan li ġej, kif meħtieġ:
(a) |
il-kontribut ta' prodotti individwali għad-dieta globali tal-popolazzjoni in ġenerali jew ta' sub-gruppi tal-popolazzjoni; |
(b) |
il-profil nutrittiv tal-prodott stabbilit kif previst mir-Regolament (KE) Nru …/2006 (10). |
6. Iż-żieda ta' vitamina jew mineral ma' xi ikel għandha tirriżulta fil-preżenza ta' dik il-vitamina jew mineral fl-ikel mill-inqas f'ammont sinifikattiv fejn dan hu definit skond l-Anness għad-Direttiva 90/496/KEE. L-ammonti minimi, inkluż kwalunkwe ammont aktar baxx, b'deroga mill-ammonti sinifikattivi msemmija hawn fuq, għal ikel jew kategoriji ta' ikel speċifiċi għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 7
Ittikettar, preżentazzjoni u reklamar
1. L-ittikettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' ikel li miegħu ġew miżjuda vitamini u minerali m'għandhomx jinkludu kwalunkwe kitba li tiddikjara jew li timplika li dieta bilanċjata u varjata ma tistax tipprovdi kwantitajiet adattati ta' nutrijenti. Fejn ikun il-każ tista' tiġi adottata deroga dwar nutrijent speċifiku skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
2. L-ittikettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' ikel li miegħu ġew miżjuda vitamini u minerali m'għandhomx jiggwidaw ħażin lill-konsumatur jew iqarrqu bih fir-rigward tal-mertu nutrittiv ta' xi ikel li jista' jirriżulta miż-żieda ta' dawn in-nutrijenti.
3. L-ittikettar nutrittiv ta' prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali u li huma koperti minn dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tikkonsisti minn dik speċifikata fl-Artikolu 4(1), Grupp 2 tad-Direttiva 90/496/KEE u mill-ammonti totali preżenti tal-vitamini u l-minerali meta miżjuda ma' l-ikel.
4. L-ittikettar ta' prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali jista' jkollhom dikjarazzjoni li tindika tali żieda taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru …/2006 (10).
5. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħra ta' liġi dwar l-ikel applikabbli għal kategoriji speċifiċi ta' ikel.
6. Regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu speċifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
KAPITOLU III
ŻIEDA TA' ĊERTI SUSTANZI OĦRA
Artikolu 8
Sustanzi projbiti, ristretti, jew taħt skrutinju Komunitarju
1. Il-proċedura prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun segwita fejn sustanza li mhix vitamina jew mineral, jew ingredjent li fih sustanza li mhix vitamina jew mineral, hija miżjuda ma' l-ikel jew użata fil-manifattura ta' l-ikel taħt kundizzjonijiet li kieku jirriżultaw fl-inġestjoni ta' ammonti ta' din is-sustanza li jaqbżu sew dawk raġonevolment mistennija li jkunu inġeriti taħt kondizzjonijiet normali ta' konsum ta' dieta bilanċjata u varjata u/jew kieku jirrapreżentaw riskju potenzjali għall-konsumaturi.
2. Fuq l-inizjattiva tagħha stess jew abbażi ta' informazzjoni provduta mill-Istati Membri, l-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni, f'kull każ wara valutazzjoni ta' informazzjoni disponibbli mill-Awtorità u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2), sabiex tinkludi, jekk ikun meħtieġ, is-sustanza jew l-ingredjent fl-Anness III. B'mod partikolari:
(a) |
jekk ġie identifikat effett dannuż għas-saħħa, is-sustanza u/jew l-ingredjent li fih is-sustanza għandhom:
|
(b) |
jekk tkun identifikata l-possibbiltà ta' effetti dannużi għas-saħħa imma tippersisti inċertezza xjentifika, is-sustanza għandha titqiegħed fil-Parti Ċ ta' l-Anness II. |
3. Id-disposizzjonijiet Komunitarji applikabbli għal ikel speċifikat jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti sustanzi barra dawk imniżżla f'dan ir-Regolament.
4. Operaturi ta' l-industrija ta' l-ikel, jew kwalunkwe parti oħra interessata, jistgħu fi kwalunkwe mument jippreżentaw għal valutazzjoni lill-Awtorità fajl li jkun fih data xjentifika li turi n-nuqqas ta' periklu ta' sustanza elenkata fl-Anness III, Parti Ċ taħt il-kondizzjonijiet għall-użu tagħha f'ikel jew f'kategorija ta' ikel u jispjegaw l-għan ta' dak l-użu. L-Awtorità għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar il-preżentazzjoni u għandha tqiegħed il-fajl għad-disposizzjoni tagħhom.
5. Fi żmien erba' snin mid-data li fiha sustanza tkun ġiet elenkata fl-Anness III, Parti Ċ, għandha tittieħed deċiżjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) u b'kont meħud ta' l-opinjoni ta' l-Awtorità dwar kwalunkwe fajl ippreżentat għal valutazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, sabiex b'mod ġenerali jkun permess l-użu ta' sustanza elenkata fl-Anness III, Parti Ċ jew tiġi elenkata fl-Anness III, Parti A jew B, skond il-każ.
6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2), regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi regoli dwar il-preżentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 9
Reġistru Komunitarju
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm Reġistru Komunitarju dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel, minn hawn 'l quddiem imsejjaħ “ir-Reġistru”.
2. Ir-Reġistru għandu jinkludi dan li ġej:
(a) |
il-vitamini u l-minerali li jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel kif elenkat fl-Anness I; |
(b) |
il-formulazzjonijiet ta' vitamini u sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel kif elenkat fl-Anness II; |
(ċ) |
l-ammonti massimi u minimi ta' vitamini u minerali li jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel u kwalunkwe kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti skond l-Artikolu 6; |
(d) |
l-informazzjoni fir-rigward ta' disposizzjonijiet nazzjonali dwar iż-żieda obbligatorja ta' vitamini u minerali msemmija fl-Artikolu 11; |
(e) |
kwalunkwe restrizzjoni fuq iż-żieda ta' vitamini u minerali kif stabbilit fl-Artikolu 4; |
(f) |
is-sustanzi li għalihom ġew preżentati inkartamenti kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(b); |
(g) |
informazzjoni dwar is-sustanzi msemmija fl-Anness III u r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom hemmhekk. |
3. Ir-Reġistru għandu jitqiegħed għad-disposizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 10
Moviment liberu ta' merkanzija
Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikoli 28 u 30 tiegħu, l-Istati Membri ma jistgħux joħolqu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-ikel li huwa konformi ma' dan ir-Regolament u atti Komunitarji adottati għall-implimentazzjoni tiegħu bl-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw iż-żieda ta' vitamini u minerali ma' l-ikel.
Artikolu 11
Disposizzjonijiet nazzjonali
1. Sa … (11), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar disposizzjonijiet nazzjonali eżistenti dwar iż-żieda obbligatorja ta' vitamini u minerali u ta' prodotti koperti mid-deroga imsemmija fl-Artikolu 4(b).
2. Jekk Stat Membru, fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet Komunitarji, jikkunsidra li huwa meħtieġ li tiġi adottata leġislazzjoni ġdida:
(a) |
dwar iż-żieda obbligatorja ta' vitamini u minerali ma' ikel jew kategoriji ta' ikel speċifikati; jew |
(b) |
dwar il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' ċerti sustanzi oħra fil-manifattura ta' ikel speċifikat, |
hu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.
Artikolu 12
Proċedura ta' notifika
1. Jekk Stat Membru jikkonsidra li hu meħtieġ li tiġi adottata leġislazzjoni ġdida, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri maħsuba u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14, jekk tikkunsidra li tali konsultazzjoni hija utli jew jekk Stat Membru jitlob hekk, u għandha tagħti opinjoni dwar il-miżuri maħsuba.
3. L-Istat Membru konċernat jista' jieħu l-miżuri maħsuba biss sitt xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, u sakemm l-opinjoni tal-Kummissjoni ma tkunx waħda negattiva.
Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun waħda negattiva, għandha tiddetermina, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jekk il-miżuri maħsuba jistgħux jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tista' titlob li jsiru ċerti emendi għall-miżuri maħsuba.
Artikolu 13
Miżuri ta' salvagwardja
1. Meta Stat Membru għandu raġunijiet serji sabiex iqis li prodott iqiegħed f'periklu s-saħħa tal-bniedem għalkemm jikkonforma ma' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru jista' jissospendi temporanjament jew joħloq restrizzjonijiet fuq l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet in kwistjoni fit-territorju tiegħu.
Huwa għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2), għandha tittieħed deċiżjoni, fejn xieraq wara li tinkiseb opinjoni mill-Awtorità.
Il-Kummissjoni tista' tibda din il-proċedura fuq l-inizjattiva tagħha stess.
3. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 jista' jżomm is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni sakemm id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkun ġiet notifikata lilu.
Artikolu 14
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58 (1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċizjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
Artikolu 15
Monitoraġġ
Sabiex ikun faċilitat il-monitoraġġ effiċjenti ta' ikel li miegħu ġew miżjuda vitamini u minerali, u ta' l-ikel li fih is-sustanzi elenkati fl-Anness III, Partijiet B u Ċ, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-manifattur jew il-persuna li jqiegħdu tali ikel fuq is-suq fit-territorju tagħhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dak it-tqegħid fuq is-suq billi jipprovdu mudell tat-tikketta użata għall-prodott. F'tali każijiet, tista' tkun meħtieġa wkoll informazzjoni dwar l-irtirar tal-prodott mis-suq.
Artikolu 16
Valutazzjoni
Sa … (12), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effetti ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-evoluzzjoni tas-suq fl-ikel li miegħu ġew miżjuda vitamini u minerali, il-konsum tagħhom, l-inġestjoni ta' sustanzi nutrittivi mill-popolazzjoni u t-tibdil fid-drawwiet ta' dieta, iż-żieda ta ċerti sustanzi oħra, flimkien ma' kwalunkwe proposta għal emenda għal dan ir-Regolament li l-Kummissjoni tqis meħtieġa. F'dan il-kuntest l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti meħtieġa lill-Kummissjoni sa … (13). Regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu speċifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 17
Miżuri transitorji
1. B'deroga mill-Artikolu 3(1) u sa … (14), l-Istati Membri jistgħu jippermettu fit-territorju tagħhom l-użu ta' vitamini u minerali li mhumiex elenkati fl-Anness I, jew f'forom li mhumiex elenkati fl-Anness II, kemm-il darba:
(a) |
is-sustanza in kwistjoni hija wżata għal żieda ma' ikel kummerċjalizzat fil-Komunità fi … (15), u |
(b) |
l-Awtorità ma tatx opinjoni mhux favorevoli fir-rigward ta' l-użu ta' dik is-sustanza, jew l-użu tagħha f'dik il-forma, fil-manifattura ta' l-ikel, abbażi ta' inkartament li jsostni l-użu tas-sustanza in kwistjoni li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Istat Membru sa mhux aktar tard minn … (16) |
2. Sa … (14), l-Istati Membri jistgħu, f'konformità mar-regoli tat-Trattat, ikomplu japplikaw ir-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet nazzjonali eżistenti fuq il-kummerċ f'ikel li miegħu ġew miżjuda vitamini u minerali li mhumiex inklużi fil-lista fl-Anness I jew fil-forom mhux elenkati fl-Anness II.
3. L-Istati Membri jistgħu, f'konformità mar-regoli tat-Trattat, ikomplu japplikaw disposizzjonijiet nazzjonali eżistenti fuq ammonti massimi u minimi ta' vitamini u minerali elenkati fl-Anness I miżjuda ma' l-ikel u taħt il-kondizzjonijiet applikabbli għal din iż-żieda sakemm jiġu adottati l-miżuri Komunitarji korrispondenti skond l-Artikolu 6 jew taħt disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi oħra.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika minn … (17).
Ikel imqiegħed fuq is-suq jew li ġie tikkettat qabel … (17) li ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament jista' jiġi kummerċjalizzat sa … (18).
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 112, 30.4.2004, p. 44.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Mejju 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2005 u l-Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.
(4) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).
(5) Posizzjoni Komuni (KE) Nru 3/2006 (Paġna… ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)
(6) ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(8) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).
(9) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).
(10) Ir-Regolament imsemmi fil-Premessa 18.
(11) Sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(12) L-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + 6 snin.
(13) L-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + 5 snin.
(14) Seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(15) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(16) Tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(17) L-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(18) L-aħħar jum tad-disgħa u għoxrin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
ANNESS I
VITAMINI U MINERALI LI JISTGĦU JIĠU MIŻJUDA MA' L-IKEL
1. Vitamini
Vitamina A
Vitamina D
Vitamina E
Vitamina K
Vitamina B1
Vitamina B2
Niaċina
Aċidu Pantoteniku
Vitamina B6
Aċidu Foliku
Vitamina B12
Bijotina
Vitamina Ċ
2. Minerali
Kalċju
Manjesju
Ħadid
Ram
Jodju
Zingu
Manganiż
Sodju
Potassju
Silenju
Kromju
Molibdenu
Fluworidu
Klorur
Fosforu
ANNESS II
FORMULAZZJONIJIET TA' VITAMINI U SUSTANZI MINERALI LI JISTGĦU JIĠU MIŻJUDA MA' L-IKEL
1. Formulazzjonijiet ta' Vitamini
VITAMINA A
retinol
aċetat tar-retinil
palmitat tar-retinil
beta-karoten
VITAMINA D
kolekaċiferol
ergokalċiferol
VITAMINA E
D-alfa-tokoferol
DL-alfa-tokoferol
aċetat ta' D-alfa-tokoferil
aċetat ta' DL-alfa-tokoferil
suċċinat aċidu ta' D-alfa-tokoferil
VITAMINA K
fillokinona (fitomenadjona)
VITAMINA B1
idroklorur tat-tijamina
mononitrat tat-tijamina
VITAMINA B2
riboflavin
riboflavin 5'-fosfat, sodju
NIAĊINA
aċidu nikotiniku
nicotinamide
AĊIDU PANTOTENIKU
D-pantotenat, kalċju
D-pantotenat, sodju
dexpantenol
VITAMINA B6
idroklorur tal-piridossina
piridossina 5'-fosfat
dipalmitat tal-piridossina
AĊIDU FOLIKU
aċidu pterojlmonoglutamiku
VITAMINA B12
ċjanokobalamina
idrossokobalamina
BIJOTINA
D-bijotina
VITAMINA Ċ
aċidu L-assorbiku
L-assorbat tas-sodju
L-assorbat tal-kalċju
L-assorbat tal-potassju
L-assorbil 6-palmitat
2. SUSTANZI MINERALI
karbunat tal-kalċju
klorur tal-kalċju
melħ tal-kalċju ta' l-aċidu ċitriku
glukonat tal-kalċju
gliċerofosfat tal-kalċju
laktat tal-kalċju
melħ tal-kalċju ta' l-aċidu ortofosforiku
idrossidu tal-kalċju
ossidu tal-kalċju
sulfat tal-kalċju
aċetat tal-manjesju
karbunat tal-manjesju
klorur tal-manjesju
melħ tal-manjesju ta' l-aċidu ċitriku
glukonat tal-manjesju
gliċerofosfat tal-manjesju
melħ tal-manjesju ta' l-aċidu ortofosforiku
laktat tal-manjesju
idrossidu tal-manjesju
ossidu tal-manjesju
sulfat tal-manjesju
karbunat ferruż
ċitrat ferruż
ċitrat ferriku ta' l-ammonju
glukonat ferruż
fumarat ferruż
difosfat ferriku tas-sodju
laktat ferruż
sulfat ferruż
difosfat ferriku (pirofosfat ferriku)
sakkarat ferriku
ħadid elementari (karbonil+elettrolitiku+idroġenu mnaqqas)
karbunat tar-ram
ċitrat tar-ram
glukonat tar-ram
sulfat tar-ram
kumpless ram-lisin
jodur tas-sodju
jodat tas-sodju
jodur tal-potassju
jodat tal-potassju
aċetat taż-żingu
klorur taż-żingu
ċitrat taż-żingu
glukonat taż-żingu
laktat taż-żingu
ossidu taż-żingu
karbunat taż-żingu
sulfat taż-żingu
karbunat tal-manganiż
klorur tal-manganiż
ċitrat tal-manganiż
glukonat tal-manganiż
gliċerofosfat tal-manganiż
sulfat tal-manganiż
bikarbonat tas-sodju
karbonat tas-sodju
ċitrat tas-sodju
glukonat tas-sodju
laktat tas-sodju
idrossidu tas-sodju
melħ tas-sodju ta' l-aċidu ortofosforiku
selenat tas-sodju
idroġenu selenit tas-sodju
selenit tas-sodju
fluworidu tas-sodju
fluworidu tal-potassju
bikarbunat tal-potassju
karbunat tal-potassju
klorur tal-potassju
ċitrat tal-potassju
glukonat tal-potassju
gliċerofosfat tal-potassju
laktat tal-potassju
idrossidu tal-potassju
melħ tal-potassju ta' l-aċidu ortofosforiku
klorur tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu
sulfat tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu
molibdat ta' l-ammonju (molibdenu (VI))
molibdat tas-sodju (molibdenu (VI))
ANNESS III
SUSTANZI LI L-UŻU TAGĦHOM FL-IKEL HUWA PROJBIT, RISTRETT JEW TAĦT SKRUTINJU KOMUNITARJU
Parti A — Sustanzi projbiti
Parti B — Sustanzi ristretti
Parti Ċ — Sustanzi taħt skrutinju Komunitarju
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
1. |
Il-Kummissjoni għaddiet proposta lill-Kunsill fl-14 ta' Novembru 2003 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' oġġetti ta' l-ikel. Il-proposta hi bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat. |
2. |
Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni ta' l-ewwel qari tiegħu fis-26 ta' Mejju 2005 (1). Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-opinjoni tiegħu fil-31 ta' Marzu 2004 (2). |
3. |
Fit-8 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat. |
II. OBJETTIV
L-objettiv tar-Regolament propost huwa li jarmonizza r-regoli dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali ma' oġġetti ta' l-ikel. Dan bil-ħsieb li jiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawn il-prodotti fi ħdan il-Komunità minħabba li r-regoli rilevanti nazzjonali eżistenti dwar tali żieda ivarjaw ħafna u spiss jirriżultaw fi xkiel għall-kummerċ intra-komunitarju.
Tali armonizzazzjoni ser tiżgura wkoll livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur madwar il-Komunità u tiggarantixxi li l-prodotti konċernati ma jippreżentaw l-ebda riskju għas-saħħa pubblika.
Ir-Regolament propost:
— |
jelenka l-vitamini u l-minerali li jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel (l-Anness I) u l-forom li fihom jistgħu jiġu miżjuda (l-Anness II). |
— |
jipprovdi għal ċerti restrizzjonijiet rigward l-ikel li magħhom jistgħu jiżdiedu vitamini u minerali, jiffissa kriterji għall-istabbiliment ta' livelli massimi u jipprovdi għall-iffissar ta' livelli minimi ta' vitamini u minerali li għandhom jinsabu fil-prodott finali, |
— |
jiffissa r-regoli dwar l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-prodotti konċernati, |
— |
jipprovdi l-bażi għal skrutinju u, fejn meħtieġ, jipprojbixxi ż-żieda ma' l-ikel ta' ċerti sustanzi oħra li m'humiex vitamini u minerali. |
— |
jippermetti miżuri nazzjonali dwar iż-żieda obbligatorja ta' vitamini u minerali ma' l-ikel sakemm l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri ma tkunx fin-negattiv. |
III. ANALIŻI TAL-POSIZZJONI KOMUNI
1. Kummenti ġenerali
Il-posizzjoni komuni tal-Kunsill tikkonforma ma' l-objettivi tal-proposta tal-Kummissjoni filwaqt li tintroduċi numru limitat ta' modifiki. Dawn jinkludu:
— |
it-tneħħija tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 dwar l-għanijiet taż-żieda ta' vitamini u minerali ma' l-ikel u minflok tinsab spjegazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom vitamini u minerali jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel fl-Artikolu 3 (Ħtiġiet); |
— |
deskrizzjoni aktar preċiża ta' derogi applikabbli fl-Artikolu 4 (li jniżżel il-każijiet meta ż-żieda ta' vitamini u minerali ma tistax issir) fir-rigward ta' xorb alkoħoliku, |
— |
titjib tad-disposizzjonijiet applikabbli għas-sustanzi għajr vitamini u minerali (l-għaqda ta' l-Artikoli 10 u 11 tal-proposta oriġinali), |
— |
kjarifika tal-proċeduri għan-notifika ta' disposizzjonijiet eżistenti u dawk nazzjonali ġodda (l-Artikolu 11 il-ġdid u t-tħassir ta' l-Artikolu 9 tat-test oriġinali). |
Il-Kummissjoni aċċettat il-posizzjoni komuni miftehma mill-Kunsill.
2. Emendi tal-Parlament Ewropew
Fil-vot Plenarju tiegħu fis-26 ta' Mejju 2005, il-Parlament Ewropew adotta 46 Emenda għall-proposta (l-Emenda 8 hija lingwistika u ma taffettwax il-verżjoni Ingliża).
Il-Kunsill:
(a) |
introduċa fil-posizzjoni komuni 20 Emenda b'mod sħiħ, parzjali jew fil-prinċipju, kif ġej: Premessi: Emenda 1 (għall-Premessa 10) u Emenda 2 (għall-Premessa 12): ġew aċċettati parzjalment, bit-tħassir ta' l-aħħar sentenza tal-Premessa 8 u modifika fil-Premessa 10. Emenda 4 (għall-Premessa 20a): ġiet aċċettata fil-prinċipju u parzjalment fil-Premessa 3 (it-tieni sentenza) u fl-Artikolu 11 paragrafu 2. Emenda 5 (għall-Premessa 20b): ġiet aċċettata fil-prinċipju permezz ta' formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 6 paragrafu 6. Artikoli Emenda 13 (għall-Artikolu 3, paragrafu 3): ġiet aċċettata parzjalment, fir-rigward ta' l-opinjoni ta' l-Awtorità, filwaqt li r-referenza oriġinali għall-implimentazzjoni tar-regoli tħassret (ladarba m'għadx hemm referenza għal restorazzjoni, ekwivalenza nutrittiva u ikel ta' sostituzzjoni fl-Artikoli 2 u 3). Emenda 16 (għall-Artikolu 4, paragrafu 1 (ġdid)): inżammet fis-sustanza fl-Artikolu 17, paragrafu 1(b) u l-Artikolu 9 paragrafu 2(d). Emenda 17 (għall-Artikolu 4, paragrafu 2): ġiet introdotta parzjalment fl-Artikolu 17 paragrafu 2. Emenda 49/rev u 54/rev (għall-Artikolu 5, paragrafu 1, punt (b)): ġiet aċċettata b'mod sħiħ fl-Artikolu 4. Emenda 25 (għall-Artikolu 7, paragrafu 5): ġiet aċċettata parzjalment (fir-rigward tat-tħassir suġġerit) fl-Artikolu 6 paragrafu 6. F'dan il-kuntest, il-Kunsill jinnota wkoll li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tirrevedi u taġġorna l-valuri tar-referenza inklużi fl-Anness għad-Direttiva 90/496/KEE dwar l-ittikkettjar nutrittiv tal-prodotti ta' l-ikel. Emenda 31 (għall-Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 2): l-għan ta' l-Emenda ġie aċċettat fl-Arikolu 9 paragrafu 2(d) (cf. anke fl-Artikolu 11). Emenda 34 (għall-Artikolu 10), Emenda 55 (għall-Artikolu 10 a (ġdid) u Emenda 35 (għall-Artikolu 11): ġew aċċettati fl-Artikolu 8. Il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 10a il-ġdid suġġerit jinsab fl-Artikolu 11 paragrafu 2(b). Emenda 38 (għall-Artikolu 12, paragrafu 2, punti (fa) u (fb) (ġodda)): l-intenzjoni ta' l-Emenda ġiet ikkunsidrata parzjalment fl-Artikolu 9, paragrafu 2, punt d). Emenda 39 (għall-Artikolu 13): it-tħassib abbażi ta' l-Emenda ġie aċċettat parzjalment fl-Artikolu 11, paragrafu 2 (b) (rigward l-introduzzjoni ta' disposizzjonijiet ġodda). Emenda 41 (għall-Artikolu 16, paragrafu 1): il-prinċipju ġie meħud kont tiegħu fl-Artikolu 3, paragrafu 3, filwaqt li l-Kunsill ma jikkunsidrax li l-Awtorità għandha tkun involuta awtomatikament kull meta il-proċedura tal-Kumitat tkun invokata. Emenda 44 (għall-Anness I) Emenda 45 (għall-Anness II) u Emenda 46 (għall-Anness II) ġew integrati b'mod sħiħ fl-Annessi (b'formulazzjoni ġdida għall-Emenda 45 u bidla tal-posizzjoni għall-Emenda 46). |
(b) |
ma inkludiex 26 Emenda fil-posizzjoni komuni. Fir-rigward ta' l-Emendi 3, 6, 9, 10, 14, 15, 19, 20, 21, 23, 24, 26, 27, 29, 30, 32, 36, 37, 40 u 43, il-Kunsill segwa l-posizzjoni espressa mill-Kummissjoni. |
Fir-rigward ta' l-Emendi 21, 26, u 30, iżda, il-Kunsill jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li:
— |
tikkunsidra, fil-qafas tar-riflessjoni tagħha dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 90/496/KEE dwar l-ittikkettjar nutrittiv ta' l-oġġetti ta' l-ikel, l-elementi li ġejjin fir-rigward tal-vitamini u l-minerali:
|
— |
li tirrifletti kwalunkwe modifika għall-elementi obbligatorji ta' l-ittikkettjar nutrittiv li jistgħu jiġu adottati fir-reviżjoni futura tad-Direttiva dwar l-ittikkettjar nutrittiv fl-Artikolu 7 paragrafu 3 tar-Regolament dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel; |
— |
li tippreżenta kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tar-Regolament proposta għall-istabbiliment ta' ammonti massimi/minimi ta' vitamini u minerali u kwalunkwe kondizzjoni għaż-żieda tagħhom ma' l-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 6 paragrafu 2. |
Fir-rigward ta' l-Emenda 36, l-introduzzjoni ta' l-Artikolu 11a l-ġdid dwar l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' sustanzi oħra, għandu jiġi nnotat li r-regoli ta' l-ittikkettjar jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' l-Artikolu 8 paragrafu 6, dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8.
Fir-rigward ta' l-Emendi 11, 12, 22, 28, 40 u 42, li ġew aċċettati parzjalment mill-Kummissjoni imma ma' ġewx inklużi fil-posizzjoni komuni:
Emenda 11 (għall-Artikolu 3, paragrafu 2, il-parti ta' l-introduzzjoni): jista' jiġi nnotat li l-prinċipju ta' l-Emenda, dwar il-ħtieġa għaż-żieda ta' vitamini u minerali f'forma li hija bijodisponibbli għall-ġisem uman, huwa diġà msemmi fl-ewwel sentenza tal-Premessa 11.
Emenda 12 (għall-Artikolu 3, paragrafu a (ġdid)): u Emenda 28 (għall-Artikolu 8 paragrafu 2) is-sustanza ta' dawn l-emendi inżammet fl-Artikolu 7 paragrafu 2 peress li huma l-ittikkettjar (inkluż il-lista ta' l-ingredjenti), il-preżentazzjoni u r-reklamar li jistgħu jiżgwidaw jew iqarrqu bil-konsumatur.
Emenda 22 (għall-Artikolu 7, paragrafu 2, punt (b)): supplimenti ta' l-ikel huma kkunsidrati li ġew koperti impliċitament mill-paragrafu konċernat skond liema għandu jittieħed kont ta' “sorsi oħra ta' dieta” filwaqt li jiġu ffissati l-ammonti massimi u l-kundizzjonijiet għaż-żieda ta' vitamini u minerali ma' l-ikel.
Emenda 40 (għall-Artikolu 14 paragrafu 3) tinsab, parzjalment u impliċitament, fl-Artikolu 12 paragrafu 4 it-tieni inċiż, meta wieħed iqis li l-konsultazzjoni tal-Kumitat issir obbligatorja kull meta l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżura prevista tkun negattiva.
Emenda 42 (għall-Artikolu 17): il-Kunsill jikkunsidra li, għall-kompiti ta' monitoraġġ imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi notifikata dwar kwalunkwe tqegħid fis-suq ta' prodotti ta' l-ikel li jkollhom vitamini u minerali ma tkunx kompatibbli mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità.
3. Innovazzjonijiet oħrajn introdotti mill-Kunsill
Innovazzjonijiet oħrajn introdotti fil-posizzjoni komuni jinkludu:
— |
il-ġabra tal-miżuri transitorji applikabbli kollha fl-Artikolu 17 il-ġdid, u t-tħassir ta' l-Artikolu 4 tal-proposta oriġinali; |
— |
reviżjoni ta' l-Artikoli 6 (dwar kundizzjonijiet għaż-żieda ta' vitamini u minerali) u 7 (dwar l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar) wara t-tħassir tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2; |
— |
modifika ta' l-Artikolu 15 dwar monitoraġġ, sabiex meta notifika ta' tqegħid fis-suq tkun meħtieġa, l-informazzjoni dwar l-irtirar tal-prodott mis-suq tkun tista' tintalab ukoll; |
— |
referenza għar-regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 16; |
— |
it-tħassir tal-klorur tas-sodju mill-Anness II u modifika korrespondenti tal-Premessa 11 li tispjega din il-bidla. |
IV. KONKLUŻJONI
Il-Kunsill jikkunsidra li l-posizzjoni komuni tiegħu, li tinkorpora l-Emendi msemmija fis-Sezzjonijiet III.2.(a), tieħu kont tajjeb ta' l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari u tirrappreżenta soluzzjoni bilanċata biex tiżgura li l-objettivi tar-Regolament jintlaħqu.
(1) Dok. 9200/05.
4.4.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/43 |
POSIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 3/2006
adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2005
bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (KE) Nru …/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… dwar stqarrijiet fuq l-ikel dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa
(2006/C 80 E/03)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Numru dejjem jikber ta' ikel li qed jiġi ttikkettat u rriklamat fil-Komunità qed ikollu stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u biex tiġi ffaċilitata l-għażla tagħhom, il-prodotti li jitqiegħdu fis-suq iridu jkunu siguri u ttikkettati b'mod xieraq. |
(2) |
Id-differenzi bejn id-disposizzjonijiet nazzjonali dwar tali stqarrijiet jistgħu jxekklu l-moviment liberu ta' l-ikel u joħolqu kondizzjonijiet mhux ugwali ta' kompetizzjoni. Għalhekk huma għandhom impatt dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern. Għaldaqstant hemm bżonn li jiġu adottati regoli Komunitarji dwar l-użu ta' stqarrijiet fuq l-ikel dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa. |
(3) |
Disposizzjonijiet ġenerali għall-ittikkettar jinsabu fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (3). B'mod ġenerali, id-Direttiva 200/13/KE tipprojbixxi l-użu ta' informazzjoni li tista' tqarraq lix-xerrej jew li tista' tattribwixxi kwalitajiet mediċinali lill-ikel. Dan ir-Regolament għandu jikkomplementa l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE u għandu jistabbilixxi disposizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu ta' stqarrijiet fuq l-ikel dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa li jitwassal bħala tali lill-konsumatur. |
(4) |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal stqarrijiet kollha dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa f'komunikazzjonijiet kummerċjali, inklużi inter alia, reklamar ġeneriku ta' l-ikel u kampanji promozzjonali, bħal dawk appoġġati totalment jew parzjalment mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa m'għandux japplika għall-istqarrijiet li jsiru f'komunikazzjonijiet mhux kummerċjali, bħal linji gwida dwar dieta jew pariri maħruġa mill-awtoritajiet u l-korpi tas-saħħa pubblika, jew komunikazzjonijiet u informazzjoni mhux kummerċjali fil-ġurnali u f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal trade-marks u marki oħrajn tad-ditta li jistgħu jinftiehmu bħala stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa. |
(5) |
Stqarrijiet li ma jkunux ta' benefiċċju m'humiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; l-Istati Membri li għandhom il-ħsieb jintroduċu skemi nazzjonali relatati ma' stqarrijiet li mhumiex ta' benefiċċju għandhom jinnotifikaw tali skemi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni (4). |
(6) |
Fuq livell internazzjonali l-Codex Alimentarius adotta Linji Gwida Ġenerali dwar Stqarrijiet fl-1991 u Linji Gwida għall-Użu ta' Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv fl-1997. Emenda għal dan ta' l-aħħar ġiet adottata mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius fl-2004. Dik l-emenda tittratta l-inklużjoni ta' stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa fil-Linji Gwida ta' l-1997. Id-definizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida tal-Codex jingħataw konsiderazzjoni xierqa. |
(7) |
Il-possibbiltà li tintuża l-istqarrija “kontenut baxx ta' xaħam” għax-xaħmijiet li jindilku previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 tal-5 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi standards għal xaħmijiet li jindilku (5) għandha tiġi adattata għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kemm jista' jkun malajr. Sadattant, ir-Regolament (KE) Nru 2991/94 japplika għall-prodotti koperti minnu. |
(8) |
Hemm firxa kbira ta' nutrijenti u sustanzi oħrajn li jinkludu, iżda mhux limitati għal, vitamini, minerali li jinkludu oligo-elementi, aċidi amino, aċidi tax-xaħam essenzjali, fibra, pjanti diversi u estratti ta' ħxejjex b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku li jistgħu jkunu preżenti f'ikel u jkunu s-suġġett ta' stqarrija. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali li japplikaw għall-istqarrijiet kollha magħmula fuq l-ikel sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, sabiex lill-konsumatur tingħatalu l-informazzjoni meħtieġa biex l-għażliet tiegħu jagħmilhom b'għarfien sħiħ tal-fatti, kif ukoll biex jinħolqu kondizzjonijiet indaqs għall-kompetizzjoni fl-industrija ta' l-ikel. |
(9) |
F'għajnejn il-konsumatur, ikel li jiġi promoss permezz ta' stqarrijiet jista' jidher li għandu vantaġġ nutrittiv, fiżjoloġiku jew vantaġġ ieħor ta' saħħa fuq prodotti simili jew prodotti oħrajn li m'għandhomx dawn in-nutrijenti u sustanzi oħra miżjuda. Dan jista' jħeġġeġ lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet li jinfluwenzaw direttament il-konsum totali tagħhom ta' nutrijenti individwali jew ta' sustanzi oħra b'mod li jmur kontra l-parir xjentifiku. Sabiex wieħed jilqa' għal dan l-effett potenzjali mhux mixtieq, huwa xieraq li jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet fir-rigward ta' prodotti li juru l-istqarrijiet. F'dan il-kuntest, fatturi bħall-preżenza ta' ċerti sustanzi, bħal m'huma l-kontenut ta' alkoħol fil-prodott jew il-profil nutrittiv tal-prodott, huma kriterji adatti biex wieħed jistabbilixxi jekk il-prodott jistax juri l-istqarrijiet. L-użu ta' dawn il-kriterji fuq il-livell nazzjonali, filwaqt li ġġustifikat għall-għan li jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet nutrittivi infurmati, x'aktarx jirriżulta f'ostakoli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għalhekk għandu jiġi armonizzat fuq livell Komunitarju. |
(10) |
L-applikazzjoni tal-profili nutrittivi bħala kriterju timmira li tevita sitwazzjoni fejn stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa jaħbu l-istatus nutrittiv ġenerali ta' prodott ta' ikel, li jista' jqarraq lill-konsumatur meta dan ikun qed jipprova jagħmel għażliet sani fil-kuntest ta' dieta bilanċjata. Profili nutrittivi kif previsti f'dan ir-Regolament ikunu maħsuba għall-għan uniku li jirregolaw iċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jsiru l-istqarrijiet. Hemm bżonn li jkunu bbażati fuq data xjentifika ġeneralment aċċettata relatata mar-relazzjoni bejn id-dieta u għas-saħħa. Madankollu l-profili wkoll iħallu spazju għall-innovazzjoni tal-prodott u jieħdu kont tal-varjabbiltà tad-drawwiet u t-tradizzjonijiet tad-dieta, u l-fatt li prodotti individwali jistgħu jkollhom rwol importanti fil-kuntest ta' dieta ġenerali. |
(11) |
Il-ħolqien ta' profili nutrittivi għandu jikkunsidra l-kontenut tad-diversi nutrijenti u sustanzi li għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, b'mod partikolari dawk bħal m'huma x-xaħam, ix-xaħam saturat, l-aċidi tax-xaħam trans, il-melħ/sodju u z-zokkor, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhux rakkomandat u kif ukoll xaħmijiet poly-unsaturates jew mono-unsaturates, il-karboidrati disponibbli apparti z-zokkor, il-vitamini, il-minerali, il-proteini u l-fibri. Meta jiġu stabbiliti l-profili nutrittivi, il-kategoriji differenti ta' prodotti ta' l-ikel u l-post u r-rwol ta' dawn il-prodotti ta' l-ikel fid-dieta ġenerali għandhom jiġu kkunsidrati. Jista' jkun hemm bżonn xi eżenzjonijiet biex jiġu rrispettati profili nutrittivi stabbiliti fil-każ ta' ċertu ikel jew kategoriji ta' ikel, skond r-rwol u l-importanza tagħhom fid-dieta tal-popolazzjoni. Dan ikun xogħol tekniku kkumplikat u l-adozzjoni tal-miżuri rilevanti għandhom jitħallew f'idejn il-Kummissjoni, meħud kont tal-parir ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel. |
(12) |
Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel (6) ippreżentati f'forma likwida u b'kontenut ta' aktar minn 1,2 % fil-volum ta' alkoħol m'humiex ikkunsidrati bħala xarbiet taħt dan ir-Regolament. |
(13) |
Hemm varjetà kbira ta' stqarrijiet li bħalissa qed jintużaw fl-it-tikkettjar u fir-reklamar ta' l-ikel f'xi Stati Membri relatati ma' sustanzi li ma ġewx ippruvati li huma ta' benefiċċju jew li bħalissa m'hemmx biżżejjed qbil xjentifiku dwarhom. Hu meħtieġ li jiġi żgurat li s-sustanzi li dwarhom issir stqarrija jkunu ġew ippruvati li għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku li huwa ta' benefiċċju. |
(14) |
Sabiex jiġi żgurat l-verità ta' l-istqarrijiet, hu meħtieġ li s-sustanza li hija s-suġġett ta' l-istqarrija tkun preżenti fil-prodott finali fi kwantitajiet li huma suffiċjenti, jew li s-sustanza ma tkunx preżenti jew li tkun preżenti fi kwantitajiet imnaqqsa biżżejjed, biex jiġi prodott l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr. Is-sustanza għandha wkoll tkun f'forma li tista' tintuża mill-ġisem. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut ammont sinifikanti tas-sustanza li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr minn kwantità ta' l-ikel li wieħed jista' raġonevolment jistenna li se jiġi kkunsmat. |
(15) |
Huwa importanti li l-istqarrijiet fuq l-ikel ikunu jistgħu jinftiehmu mill-konsumatur u huwa xieraq li-konsumaturi kollha jkunu mħarsa minn stqarrijiet qarrieqa. Madankollu, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 84/450/KEE ta' l-10 ta' Settembru 1984 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (7), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, sabet li hu meħtieġ meta tkun qed tiġġudika każijiet dwar riklamar li teżamina l-effett fuq konsumatur konċettwali tipiku. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, u sabiex tkun tista' sseħħ l-applikazzjoni effettiva tal-protezzjoni kontenuta fih, dan ir-Regolament jieħu bħala standard il-konsumatur medju, li hu infurmat raġonevolment tajjeb u raġonevolment osservanti u attent, u meħud kont tal-fatturi soċjali, kulturali u lingwistiċi, skond l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, iżda fih disposizzjonijiet sabiex jipprevjeni l-esplojtazzjoni tal-konsumaturi li l-karatteristiċi tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għal stqarrijiet li jqarrqu. Fejn xi stqarrija tkun immirata speċifikament lejn grupp partikolari ta' konsumaturi, bħat-tfal, hu mixtieq li l-impatt ta' l-istqarrija jiġi valutat mill-perspettiva tal-membru medju ta' dak il-grupp. L-eżami tal-konsumatur medju mhuwiex eżami statistiku. Il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali ser ikollhom jeżerċitaw il-fakoltà tagħhom ta' ġudizzju, wara li jikkunsidraw il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, biex jiddeterminaw ir-reazzjoni tipika tal-konsumatur medju f'każ partikolari. |
(16) |
L-evidenza xjentifika għandha tkun l-aspett ewlieni li jrid jitqies fl-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u dwar vantaġġ għas-saħħa u l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jużaw l-istqarrijiet għandhom jiġġustifikawhom. |
(17) |
Stqarrija ta' vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa m'għandhiex issir jekk tkun inkonsistenti mal-prinċipji ta' nutriment u saħħa ġeneralment aċċettati jew jekk tinkoraġġixxi jew tittollera konsum eċċessiv ta' kwalunkwe ikel jew tmaqdar il-prattika ta' dieta tajba. |
(18) |
Minħabba l-immaġini pożittiva li tingħata lill-ikel li juri stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa u l-impatt potenzjali li dan l-ikel jista' jkollu fuq id-drawwiet ta' dieta u fuq il-konsum totali ta' nutrijenti, il-konsumatur għandu jkun kapaċi jagħmel valutazzjoni tal-kwalità nutrittivi globali tagħhom. Għalhekk, it-tikketti nutrittivi għandhom ikunu obbligatorji u għandhom ikunu estensivi fuq l-ikel kollu li juri stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa. |
(19) |
Disposizzjonijiet ġenerali dwar tikketti nutrittivi jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE dwar l-ittikkettjar tan-nutriment għall-oġġetti ta' l-ikel (8). Skond dik id-Direttiva, fejn tidher stqarrija ta' vantaġġ nutrittiv fuq it-tikketti, fil-preżentazzjoni jew fir-reklamar, ħlief fir-reklamar ġeneriku, l-ittikkettar b'tagħrif nutrittiv għandu jkun obbligatorju. Fejn issir stqarrija ta' vantaġġ nutrittiv għaz-zokkor, saturati, fibri jew sodju, l-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun dik tal-Grupp 2 kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/496/KEE. Sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur, dan l-obbligu biex tiġi fornita l-informazzjoni fil-Grupp 2 għandu japplika mutatis mutandis fejn issir kwalunkwe stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa, ħlief fil-każ ta' reklamar ġeneriku. |
(20) |
Għandha wkoll tinħoloq lista ta' stqarrijiet ta' vantaġġ nutrittiv li huma permessi u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu tagħhom, abbażi tal-kondizzjonijiet għall-użu ta' tali stqarrijiet li dwarhom intlaħaq ftehim fuq livell nazzjonali jew internazzjonali u stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja. Kwalunkwe stqarrija li tkun ikkunsidrata li jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur bħal stqarrija ta' vantaġġ nutrittiv inkluża fil-lista hawn fuq imsemmija għandha tkun soġġetta għall-istess kondizzjonijiet ta' użu indikati hemmhekk. Per eżempju, stqarrijiet relatati maż-żieda ta' vitamini u minerali bħal “bi…”, “re-integrat…”, “miżjud…”, jew “arrikkit…” għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti għall-istqarrija “sors ta'…”. Il-lista għandha tiġi regolarment aġġornata sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi. Barra minn dan, għal stqarrijiet komparattivi hu meħtieġ li l-prodotti li qegħdin jitqabblu jkunu identifikati b'mod ċar lill-konsumatur finali. |
(21) |
Kondizzjonijiet għall-istqarrijiet bħal “mingħajr lattosju” jew “mingħajr glutina”, indirizzati lil grupp ta' konsumaturi b'disturbi speċifiċi għandhom jiġu ttrattati fid-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal użu nutrittiv partikolari (9). Barra minn hekk, dik id-Direttiva tipprovdi l-possibbiltà li l-oġġetti ta' ikel għal konsum normali jistgħu jindikaw l-adattabbiltà tagħhom għall-użu minn dawn il-gruppi ta' konsumaturi jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal tali dikjarazzjoni. Sakemm il-kondizzjonijiet għal tali dikjarazzjoni jiġu stabbiliti f'livell Komunitarju, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw miżuri nazzjonali rilevanti. |
(22) |
Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa għandhom jiġu awtorizzati għall-użu fil-Komunità biss wara valutazzjoni xjentifika ta' l-ogħla standard possibbli. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika armonizzata ta' dawn l-istqarrijiet, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel għandha twettaq tali valutazzjonijiet. |
(23) |
Hemm ħafna fatturi, barra minn dawk ta' dieta, li jistgħu jinfluwenzaw il-funzjonijiet psikoloġiċi u tal-komportament. Il-komunikazzjoni dwar dawn il-funzjonijiet għalhekk hija komplessa ħafna u huwa diffiċli twassal messaġġ komprensiv, veritier u li jagħmel sens fi stqarrija qasira biex tintuża fit-tikketta u r-reklamar ta' l-ikel. Għalhekk, huwa xieraq, meta jintużaw stqarrijiet psikoloġiċi u ta' komportament, li tiġi mitluba prova xjentifika. |
(24) |
Fid-dawl tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta' Frar 1996 dwar prodotti ta' l-ikel maħsuba għall-użu f'dieti b'energija ristretta għal tnaqqis fil-piż (10), li tipprojbixxi fit-tikketta, fil-preżentazzjoni u fir-riklamar ta' prodotti koperti minn dik id-Direttiva, kull referenza għar-rata jew għall-ammont ta' tnaqqis fil-piż li jista' jirriżulta mill-użu tagħhom, hija kkunsidrata xierqa li din ir-restrizzjoni tiġi estiża għall-ikel kollu. |
(25) |
Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqqis fir-riskju ta' mard, abbażi tad-data xjentifika ġeneralment aċċettata, għandu jkollhom tip differenti ta' valutazzjoni u awtorizzazzjoni. Ghalhekk hu meħtieġ li tiġi adottata lista Komunitarja ta' tali stqarrijiet li huma permessi wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel. |
(26) |
Sabiex tibqa' aġġornata ma' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi riveduta mill-ewwel kull meta jkun meħtieġ. Tali reviżjonijiet huma miżuri ta' implimentazzjoni ta' natura teknika u l-adozzjoni tagħhom għandha tiġi fdata lill-Kummissjoni sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata u mgħaġġla. |
(27) |
Dieta varjata u bbilanċjata hija prerekwiżit għas-saħħa u prodotti individwali għandhom importanza relattiva fil-kuntest tad-dieta totali. Barra minn hekk, din id-dieta hija waħda mill-ħafna fatturi li jinfluwenzaw il-bidu ta' ċertu mard fil-bniedem. Fatturi oħra, bħal m'huma l-età, il-predisposizzjoni ġenetika, il-livell ta' attività fiżika, il-konsum tat-tabakk u ta' drogi oħra, l-esposizzjoni ambjentali u l-istress jistgħu kollha jinfluwenzaw il-bidu ta' mard fil-bniedem. Għalhekk, għandhom japplikaw rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettjar fir-rigward ta' stqarrijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta' mard. |
(28) |
Sabiex jiġi żgurat li l-istqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa jkunu veri, ċari, affidabbli u utli għall-konsumatur fl-għażla ta' dieta sana, il-kliem u l-preżentazzjoni ta' stqarrijiet tas-saħħa, għandhom jiġu kkunsidrati fl-opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel u fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni sussegwenti. |
(29) |
F'ċerti każi, l-valutazzjoni xjentifika tar-riskju waħidha ma tistax tipprovdi l-informazzjoni kollha li fuqha għandha tkun ibbażata deċiżjoni dwar l-immaniġġar tar-riskju. Għalhekk għandhom jitqiesu wkoll fatturi leġittimi oħra relevanti għall-kwistjoni li qed tiġi kkunsidrata. |
(30) |
Għal raġunijiet ta' trasparenza u biex jiġu evitati applikazzjonijiet multipli fir-rigward ta' stqarrijiet li diġà ġew valutati, Reġistru pubbliku li jkun fih il-listi ta' tali stqarrijiet għandu jiġi stabbilit u aġġornat regolarment mill-Kummissjoni. |
(31) |
Sabiex jiġu stimulati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, huwa xieraq li jitħares l-investiment magħmul minn innovaturi fil-ġbir ta' tagħrif u ta' data li jappoġġjaw applikazzjoni taħt dan ir-Regolament. Madankollu, din il-protezzjoni għandha tkun għal żmien limitat biex tiġi evitata r-ripetizzjoni bla bżonn ta' studji u ta' provi. |
(32) |
Minħabba n-natura partikulari ta' l-ikel li juri stqarrijiet, mezzi addizzjonali għal dawk li s-soltu jkunu disponibbli għall-entitajiet responsabbli mill-monitoraġġ għandhom ikunu disponibbli biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ effikaċi ta' dawk il-prodotti. |
(33) |
Miżuri ta' transizzjoni adegwati huma meħtieġa biex l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jadattaw għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
(34) |
Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern fir-rigward ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa filwaqt li jkun ipprovdut livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-għan. |
(35) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (11), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jarmonizza d-disposizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern filwaqt li jkun provdut livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa magħmula f'komunikazzjonijiet kummerċjali, kemm fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar ta' ikel li għandu jkun imwassal bħala tali lill-konsumatur aħħari, inkluż ikel li hu mqiegħed fis-suq mhux f'pakketti jew fornut bl-ingrossa.
Għandu japplika wkoll fir-rigward ta' ikel maħsub għal forniment ta' ristoranti, sptarijiet, skejjel, canteens u fornituri simili ta' l-ikel tal-massa.
3. Trademark, marka ta' ditta jew isem ornamentali li jidher fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-riklamar ta' xi ikel li jistgħu jinftiehmu bħala stqarrija dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa jistgħu jintużaw mingħajr ma jgħaddu mill-proċeduri ta' awtorizzazzjoni previsti minn dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li jkunu akkumpanjati minn stqarrija relatata dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa f'dik it-tikketta, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
4. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet Komunitarji li ġejjin:
(a) |
Id-Direttiva 89/398/KEE u Direttivi adottati abbażi tagħha; |
(b) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' l-ilma minerali naturali (12); |
(ċ) |
Id-Direttiva 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (13). |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) |
id-definizzjonijiet ta' “ikel”, “operatur ta' negozju ta' l-ikel”, “tqegħid fis-suq”, u “konsumatur finali” stabbilita fl-Artikoli 2, 3(3), 3(8) u 3(18) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (14) għandhom japplikaw; |
(b) |
id-definizzjoni ta' “suppliment ta' l-ikel” stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/46/KE għandha tapplika; |
(ċ) |
id-definizzjonijiet ta' “tikketta b'tagħrif nutrittiv”, “proteina”, “carboidrat”, “zokkor”, “xaħam”, “saturati”, “mono-unsaturates”, “poly-unsaturates”, “fibra” stabbiliti fid-Direttiva 90/496/KEE għandhom japplikaw; |
(d) |
id-definizzjoni ta' “ittikkettar” stabbilita fl-Artikolu 1(3) punt (a) tad-Direttiva 2000/13/KE għandha tapplika. |
2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(1) |
“stqarrija” tfisser kull messaġġ jew rappreżentazzjoni, li mhix obbligatorja skond il-leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali, inklużi rappreżentazzjonijiet bi stampi, grafiċi jew simboliċi, f'kull forma, li jiddikjaraw, jissuġġerixxu jew jimplikaw li xi ikel għandu karetteristiċi partikolari; |
(2) |
“nutrijent” tfisser proteina, karboidrat, xaħam, fibra, sodju, vitamini jew minerali elenkati fl-Anness għad-Direttiva 90/496/KEE, u sustanzi li jappartjenu għal jew huma komponenti ta' waħda minn dawk il-kategoriji; |
(3) |
“sustanza oħra” tfisser sustanza għajr nutrijent li għandu effett nutrittiv jew fiżjoloġiku; |
(4) |
“stqarrija dwar vantaġġ nutrittiv” tfisser kull stqarrija li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li xi ikel għandu propjetajiet ta' nutriment partikolari ta' benefiċċju minħabba:
|
(5) |
“stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa” tfisser kull stqarrija li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li teżisti relazzjoni bejn kategorija ta' ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa; |
(6) |
“stqarrija ta' tnaqqis ta' riskju ta' mard” tfisser stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li l-konsum ta' kategorija ta' ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu jnaqqsu b'mod sinifikanti fattur ta' riskju fl-iżvilupp ta' xi marda tal-bniedem; |
(7) |
“Awtorità” tfisser l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel kif stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 178/2002. |
KAPITOLU II
PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali għall-istqarrijiet kollha
Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa jistgħu jintużaw fit-tikketti, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' ikel mqiegħed fis-suq fil-Komunità biss jekk ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2000/13/KE u 84/450/KEE, l-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa ma għandux:
(a) |
ikun falz, ambigwu jew qarrieqi; |
(b) |
iqajjem dubji dwar is-sigurtà u/jew l-adegwatezza nutrittiva ta' ikel ieħor; |
(ċ) |
iħeġġeġ jew jittollera l-konsum eċċessiv ta' xi ikel; |
(d) |
jiddikjara, jissuġġerixxi jew jimplika li dieta bilanċjata jew varjata ma tistax tipprovdi kwantitajiet approprjati ta' nutrijenti in ġenerali. Derogi fil-każ ta' nutrijenti li ma jistgħux ikunu pprovduti fi kwantitajiet suffiċjenti b'dieta bilanċjata u varjata, inklużi l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom, jistgħu ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), b'kont meħud tal-kondizzjonijiet speċjali fl-Istati Membri; |
(e) |
jirreferi għal tibdil fil-funzjonament tal-ġisem li jista' jqajjem jew jisfrutta biża fil-konsumatur, kemm bit-test jew permezz ta' rappreżentazzjonijiet bi stampi, grafiċi jew simboliċi; |
Artikolu 4
Kondizzjonijiet għall-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa
1. Sa … (15), il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), tistabbilixxi profili nutrittivi speċifiċi u l-kondizzjonijiet, inklużi l-eżenzjonijiet, li għandhom ikunu rispettati għall-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa fuq ikel u/jew kategoriji ta ikel.
Dawn il-profili nutrittivi stabbiliti għal xi ikel u/jew xi kategoriji ta' ikel, u l-kondizzjonijiet għall-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa fir-rigward tal-profili nutrittivi, għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed kont b'mod partikolari ta':
(a) |
il-kwantitajiet ta' ċerti nutrijenti u sustanzi oħra li jinsabu fl-ikel, bħal xaħam, aċidi tax-xaħam saturati, aċidi tax-xaħam trans, zokkor u melħ/sodju; |
(b) |
ir-rwol u l-importanza ta' l-ikel (jew ta' kategoriji ta' ikel) fid-dieta tal-popolazzjoni in ġenerali jew, jekk ikun il-każ, ta' ċerti gruppi f'riskju inklużi t-tfal; |
(ċ) |
il-kompożizzjoni nutrittiva globali ta' l-ikel u l-preżenza ta' nutrijenti li jkun ġew rikonoxxuti b'mod xjentifiku bħala li għandhom effett fuq is-saħħa. |
Il-profili nutrittivi għandhom ikunu bażati fuq l-għarfien xjentifiku dwar id-dieta u n-nutriment, u r-rabta tagħhom mas-saħħa.
Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtorità biex tagħti pariri xjentifiċi rilevanti fi żmien 12-il xahar, filwaqt li tiffoka b'mod partikolari fuq:
(i) |
jekk il-profili għandhomx ikunu stabbiliti għall-ikel in ġenerali u/jew kategoriji ta' ikel |
(ii) |
l-għażla u l-bilanċ tan-nutrijenti li ser jitqiesu |
(iii) |
l-għażla tal-kwantità/bażi ta' referenza għall-profili |
(iv) |
l-approċċ għall-kalkolu tal-profili, u |
(v) |
l-ittestjar tas-sistema proposta. |
Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati, b'mod partikolari lil operaturi tan-negozju ta' l-ikel u gruppi ta' konsumaturi.
Il-profili nutrittivi u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom għandhom ikunu aġġornati sabiex jieħdu kont ta' l-iżviluppi xjentifiċi rilevanti skoond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv li jirreferu għat-tnaqqis tax-xaħam, aċidi tax-xaħam saturati, aċidi tax-xaħam trans, zokkor u melħ/sodju għandhom jitħallew mingħajr referenza għal xi profil għan-nutrijent/i speċifiċi li għalihom issir l-istqarrija, bil-kondizzjoni li huma jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
3. Ix-xorb li jkun fih iktar minn 1.2 % fil-volum ta' alkoħol ma għandux juri:
(a) |
stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa; |
(b) |
stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv, apparti dawk li jirreferu għal tnaqqis fil-kontenut ta' l-akoħol jew l-enerġija. |
4 Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar l-istqarrijajiet dwar vantaġġ nutrittiv li jirreferu għat-tnaqqis jew l-assenza ta' alkoħol jew enerġija f'xorb li normalment ikun fih l-alkoħol, jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali rilevanti f'konformità mad-disposizzjonijiet tat-Trattat.
5. Ikel jew kategoriji ta' ikel għajr dawk imsemmijin fil-paragrafu 3, li għalihom l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa għandhom ikunu ristretti jew ipprojbiti, jistgħu jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) fid-dawl ta' evidenza xjentifika.
Artikolu 5
Kondizzjonijiet ġenerali
1. L-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa għandhom ikunu permessi biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
ikun muri li l-preżenza, in-nuqqas jew il-kontenut imnaqqas f'ikel jew f'kategorija ta' ikel ta' nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku ta' benefiċċju, kif stabbilit minn data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali; |
(b) |
in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija:
|
(ċ) |
fejn ikun il-każ, in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija jkunu f'forma li tkun tista' tintuża mill-ġisem; |
(d) |
il-kwantità tal-prodott li tista' tkun mistennija b'mod raġonevoli li tkun ikkonsmata tipprovdi kwantità sinifikanti tan-nutrijent jew sustanza oħra li għalihom tirrelata l-istqarrija, kif definit fil-leġislazzjoni Komunitarja, jew fejn tali regoli ma jeżistux, kwantità sinifikanti li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali; |
(e) |
konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-Kapitolu III jew Kapitolu IV skond il-każ. |
2. L-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa għandu jkun permess biss jekk il-konsumatur medju jista' jkun mistenni li jifhem l-effetti ta' benefiċċju kif espressi fl-istqarrija.
3. Il-stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa għandhom jirreferu għall-ikel li jkun lest għall-konsum f'konformità ma' l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
Artikolu 6
Prova xjentifika għall-istqarrijiet
1. Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa għandhom ikunu bbażati u ssostanzjati minn data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali.
2. Operaturi ta' negozju ta' l-ikel li jagħmel stqarrija dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa għandu jiġġustifika l-użu ta' l-istqarrija.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-operaturi ta' negozji ta' l-ikel jew lill-persuna li tqiegħed prodott fis-suq biex jipproduċu l-elementi rilevanti u d-data kollha li jistabbilixxu l-konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Informazzjoni dwar nutriment
L-obbligu u l-modalitajiet biex tkun provduta l-informazzjoni skond id-Direttiva 90/496/KEE meta ssir stqarrija ta' vantaġġ nutrittiv għandhom japplikaw mutatis mutandis meta ssir stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa, bl-eċċezzjoni ta' reklamar ġeneriku. Madankollu, l-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tikkonsisti f'informazzjoni fil-Grupp 2 kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/496/KEE.
Minbarra dan u skond il-każ, l-ammont(i) tas-sustanza jew sustanzi li għalihom tirrelata l-istqarrija dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa li ma jidhrux fuq l-ittikkettjar b'tagħrif nutrittiv għandhom ukoll ikunu ddikjarati fl-istess kamp ta' viżjoni ta' l-informazzjoni dwar vantaġġ nutrittiv u espress skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 90/496/KEE.
Fil-każ ta' supplimenti ta' l-ikel, l-informazzjoni dwar vantaġġ nutrittiv għandha tkun provduta skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/46/KE.
KAPITOLU III
STQARRIJIET DWAR VANTAĠĠ NUTRITTIV
Artikolu 8
Kondizzjonijiet speċifiċi
1. Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv għandhom ikunu permessi biss jekk huma elenkati fl-Anness u jekk huma f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2. Emendi għall-Anness għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) u, fejn ikun xieraq, wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata.
Artikolu 9
Stqarrijiet komparattivi
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 84/450/KEE, paragun jista' jsir biss bejn ikel ta' l-istess kategorija, filwaqt li tittieħed konsiderazzjoni tal-firxa ta' l-ikel ta' dik il-kategorija. Id-differenza fil-kwantità ta' nutrijent u/jew il-valur ta' enerġija għandha tkun iddikjarata u l-paragun għandu jirrelata għall-istess kwantità ta' ikel.
2. Stqarrijiet komparattivi dwar vantaġġ nutrittiv għandhom jipparagunaw il-kompożizzjoni ta' l-ikel in kwistjoni ma' firxa ta' ikel ta' l-istess kategorija, li ma jkollhomx kompożizzjoni li tippermettilhom li juru stqarrija, inkluż ikel ta' ditti oħrajn.
KAPITOLU IV
STQARRIJIET DWAR VANTAĠĠ GĦAS-SAĦĦA
Artikolu 10
Kondizzjonijiet speċifiċi
1. Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa għandhom ikunu projbiti sakemm ma jkunux konformi mal-ħtiġijiet ġenerali tal-Kapitolu II u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' dan il-Kapitolu u jkunu awtorizzati skond dan ir-Regolament u inklużi fil-listi ta' stqarrijiet awtorizzati previsti fl-Artikoli 13 u 14.
2. Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa għandhom ikunu permessi biss jekk l-informazzjoni li ġejja tkun inkluża fuq it-tikketta, jew jekk tali tikketta ma teżistix, fil-preżentazzjoni u r-reklamar:
(a) |
dikjarazzjoni li tindika l-importanza ta' dieta varjata u bilanċjata u stil ta' ħajja san; |
(b) |
il-kwantità ta' l-ikel u l-mod tal-konsum meħtieġa biex jinkiseb l-effett ta' benefiċċju indikat; |
(ċ) |
fejn xieraq, dikjarazzjoni indirizzata lejn persuni li għandhom jevitaw l-użu ta' dak l-ikel; u |
(d) |
twissija adegwata għal prodotti li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa jekk ikkunsmati eċċessivament. |
3. Referenza għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi tan-nutrijent jew ikel għal saħħa tajba globali jew benesseri relatat mas-saħħa tista' ssir biss jekk tkun akkumpanjata minn stqarrija speċifika dwar vantaġġ għas-saħħa mniżżla fil-listi previsti fl-Artikolu 13 jew 14.
4. Fejn ikun xieraq, linji gwida dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) u, jekk ikun meħtieġ, f'konsultazzjoni ma' partijiet interessati, b'mod partikolari operaturi tan-negozju ta' ikel u gruppi tal-konsumaturi.
Artikolu 11
Assoċjazzjonijiet mediċi nazzjonali u karitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa
Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar ir-rakkomandazzjonijiet jew endorsjar minn assoċjazzjonijiet mediċi nazzjonali u karitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa nazzjonali, ir-regoli nazzjonali rilevanti jistgħu japplikaw f'konformità mad-disposizzjonijiet tat-Trattat.
Artikolu 12
Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa
L-istqarrijiet li ġejjin dwar vantaġġ għas-saħħa ma għandhomx ikunu permessi:
(a) |
stqarrijiet li jissuġġerixxu li s-saħħa tista' tiġi affettwata jekk l-ikel ma jkunx ikkunsmat; |
(b) |
stqarrijiet li jirrefeu għar-rata jew l-ammont ta' tnaqqis fil-piż. |
(ċ) |
stqarrijiet li jirreferu għal rakkomandazzjonijiet ta' tobba jew professjonisti individwali fil-qasam tas-saħħa u assoċjazzjonijiet oħra li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 11. |
Artikolu 13
Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa apparti dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju ta' mard
1. Stqarrijiet li jiddeskrivu jew jirreferu għal:
(a) |
ir-rwol ta' nutrijent jew ta' sustanza oħra fit-tkabbir, l-iżvilupp u l-funzjonijiet tal-ġisem, jew |
(b) |
il-funzjonijiet psikoloġiċi u ta' komportament, jew |
(ċ) |
mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/8/KE, dieta jew kontroll tal-piż jew tnaqqis fis-sens ta' ġuħ jew żieda fis-sens ta' xaba' jew għat-tnaqqis ta' l-enerġija disponibbli mid-dieta, |
li huma inklużi fil-lista prevista fil-paragrafu 3 jistgħu jsiru mingħajr ma jgħaddu mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikoli 15 sa 18, jekk ikunu:
(i) |
ibbażati fuq data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali, u |
(ii) |
miftiehma sew mill-konsumatur medju. |
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'listi ta' stqarrijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn … (16) akkumpanjati mill-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom u b'referenzi għall-ġustifikazzjoni xjentifika rilevanti.
3. Wara li tikkonsulta lill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), lista Komunitarja ta' stqarrijiet permessi kif imsemmi fil-paragrafu 1, u l-kondizzjonijiet neċessarji kollha għall-użu ta' dawn l-istqarrijiet sa mhux aktar tard minn … (17).
4. Kull tibdil fil-lista msemmija fil-paragrafu 3, ibbażat fuq data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali, għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jew wara xi talba minn Stat Membru.
5. Kull żieda ta' stqarrijiet mal-lista msemmija fil-paragrafu 3 ibbażata fuq data xjentifika żviluppata riċentement u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni ta' data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15 sa 18.
Artikolu 14
Stqarrijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta' mard
1. Minkejja l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE, stqarrijiet għal tnaqqis fir-riskju ta' mard jistgħu jsiru meta jkunu awtorizzati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15 sa 18 ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu nklużi fil-lista Komunitarja ta' tali stqarrijiet permessi flimkien mal-kondizzjonijiet meħtieġa kollha għall-użu ta' dawn l-istqarrijiet.
2. Minbarra l-ħtiġijiet ġenerali stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-ħtiġiet speċifiċi tal-paragrafu 1, għall-istqarrijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta' mard l-ittikettjar jew, jekk tikketta ma teżistix, il-preżentazzjoni jew l-irreklamar għandu jkun fihom dikjarazzjoni li turi li l-marda, li għaliha tirreferi l-istqarrija, għandha fatturi multipliċi ta' riskju u li meta wieħed minn dawn il-fatturi ta' riskju jkun mibdul jista' jkollu jew ma jkollux effett ta' benefiċċju.
Artikolu 15
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
1. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, għandha tkun sottomessa applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skond il-paragrafi li ġejjin.
2. L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru.
(a) |
L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha:
|
(b) |
L-Awtorità għandha:
|
3. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
l-isem u l-indirizz ta' l-applikant; |
(b) |
in-nutrijent jew sustanza oħra, jew l-ikel jew kategorija ta' ikel, li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa u l-karatteristiċi partikolari tagħhom; |
(ċ) |
kopja ta' l-istudji, inklużi, fejn ikun hemm, studji indipendenti rivisti mill-pari, li jkunu ġew imwettqa b'rigward għall-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa u kull materjal ieħor li jkun disponibbli biex jintwera li l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa tikkonforma mal-kriterji previsti f'dan ir-Regolament; |
(d) |
fejn ikun xieraq, indikazzjoni ta' l-informazzjoni li għandha tkun meqjusa bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali akkumpanjata minn ġustifikazzjoni li tista' tiġi vverifikata; |
(e) |
kopja ta' studji xjentifiċi oħra li huma rilevanti għal dik l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa; |
(f) |
proposta dwar il-kliem li għandu jintuża fl-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa li għaliha tkun qed tiġi mitluba l-awtorizzazzjoni, inklużi, skond il-każ, il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu; |
(g) |
sommarju ta' l-applikazzjoni. |
4. Il-Kummissjoni, wara li l-ewwel tkun ikkonsultat lill-Awtorità, għandha tistabbilixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi regoli dwar it-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni.
5. Qabel … (18), l-Awtorità għandha tippubblika gwida dettaljata biex tgħin lill-applikanti fit-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni.
Artikolu 16
Opinjoni ta' l-Awtorità
1. Meta tagħti l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha tipprova tirrispetta l-limitu ta' żmien ta' sitt xhur mid-data ta' meta tkun irċevuta applikazzjoni valida. Dan il-limitu ta' żmien għandu jkun estiż kulmeta l-Awtorità tfittex li tikseb informazzjoni supplimentari mingħand l-applikant kif previst fil-paragrafu 2.
2 L-Awtorità jew l-awtorità kompetenti nazzjonali permezz ta' l-Awtorità jistgħu, fejn ikun xieraq, jitolbu lill-applikant biex jissupplimenta d-dettalji li jakkumpanjaw l-applikazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat.
3. Sabiex tħejji l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha:
(a) |
tivverifika li l-kliem propost ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa ikun sostnut minn data xjentifika; |
(b) |
tqis jekk il-kliem ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa jikkonformax mal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament; |
(ċ) |
tagħti pariri dwar jekk il-kliem propost ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa jinftiehemx u għandux tifsira għall-konsumatur medju. |
4. F'każ ta' opinjoni favur li tkun awtorizzata l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa, l-opinjoni għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:
(a) |
l-isem u l-indirizz ta' l-applikant; |
(b) |
in-nutrijent jew sustanza oħra jew l-ikel jew il-kategorija ta' ikel li fir-rigward tagħhom għandha ssir l-istqarrija u l-karatteristiċi partikolari tagħhom; |
(ċ) |
il-kliem rakkomandat ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa proposta, inklużi, jekk ikun il-każ, il-kondizzjoni speċifiċi ta' l-użu; |
(d) |
meta jkun japplika, il-kondizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' l-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali li għandha takkumpanja l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa fuq it-tikketta jew fir-reklamar. |
5. L-Awtorità għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-applikant, inkluż rapport li jiddeskrivi l-valutazzjoni tagħha ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa u tiddikjara r-raġunijiet għall-opinjoni tagħha u l-informazzjoni li fuqha kienet ibbażata l-opinjoni tagħha.
6. L-Awtorità, skond l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tagħmel pubblika l-opinjoni tagħha.
L-applikant jew membri tal-pubbliku jistgħu jibgħatu kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn din il-pubblikazzjoni.
Artikolu 17
Awtorizzazzjoni Komunitarja
1. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-opinjoni ta' l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(2) abbozz ta' deċiżjoni dwar il-listi ta' stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa permessi, filwaqt li tieħu kont ta' l-opinjoni ta' l-Awtorità, ta' kwalunkwe disposizzjoni tal-liġi Komunitarja u ta' fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata. Meta l-abbozz tad-Deċiżjoni ma jkunx konformi ma' l-opinjoni ta' l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni għad-diverġenzi.
2. Kull abbozz ta' deċiżjoni biex ikunu emendati l-listi ta' stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa permessi għandhom jinkludu d-dettalji msemmija fl-Artikolu 16(4).
3. Deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għandha tkun adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).
4. Il-Kummissjoni għandha mingħajr telf ta' żmien tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda u tippubblika d-dettalji tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
5. Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa inklużi fil-listi previsti fl-Artikoli 13 u 14 jistgħu jintużaw, f'konfomità mal-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom, minn kull operatur ta' negozju ta' l-ikel, jekk l-użu tagħhom ma jkunx ristrett skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20.
6. L-għoti ta' awtorizzazzjoni ma għandux inaqqas ir-responsabbiltà ġenerali ċivili u kriminali ta' xi operatur ta' negozju ta' l-ikel fir-rigward ta' l-ikel ikkonċernat.
Artikolu 18
Modifika, sospensjoni u revoka ta' awtorizzazzjonijiet
1. L-applikant/utent ta' stqarrija inkluża f'waħda mil-listi previsti fl-Artikoli 13 u 14 jista' japplika għal modifika tal-lista relevanti. Il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15 sa 17 għandha tapplika mutatis mutandis.
2. Fuq inizjattiva tagħha stess jew wara xi talba minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjoni dwar jekk stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa inkluża fil-listi previsti fl-Artikoli 13 u 14 tkunx għadha qed tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Hija għandha minnufih tittrasmetti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u, fejn ikun rilevanti, lill-applikant oriġinali ta' l-istqarrija in kwistjoni. L-Awtorità, f'konformità ma' l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tagħmel pubblika l-opinjoni tagħha.
L-applikant/utent jew xi membru tal-pubbliku jistgħu jibgħatu kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn tali il-pubblikazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-opinjoni ta' l-Awtorità u kwalunkwe kumment li tirċievi kemm jista' jkun malajr. Jekk ikun il-każ, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi modifikata, sospiża jew revokata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.
KAPITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 19
Reġistru Komunitarju
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm Reġistru Komunitarju dwar l-istqarrijajiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa li jsiru fuq l-ikel, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Reġistru”.
2. Ir-Reġistru għandu jinkludi dan li ġej:
(a) |
l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom kif imniżżel fl-Anness; |
(b) |
restrizzjonijiet adottati skond l-Artikolu 4(5). |
(ċ) |
l-istqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa awtorizzati u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom previsti fl-Artikoli 13(3), 14(1), 18(2), 20, 23(2) u 27(6) u l-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22(3); |
(d) |
lista ta l-istqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa li ġew rifjutati u r-raġuni għal dan. |
Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa awtorizzati abbażi ta' data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali għandhom jiġu reġistrati f'Anness separat għar-Reġistru flimkien ma' l-informazzjoni li ġejja:
(1) |
id-data li fiha l-Kummissjoni awtorizzat l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa u l-isem ta' l-applikant oriġinali li ngħatatlu l-awtorizzazzjoni; |
(2) |
il-fatt li l-Kummissjoni awtorizzat l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa abbażi ta' data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali; |
(3) |
il-fatt li l-użu ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa huwa ristrett ħlief jekk applikant sussegwenti jikseb awtorizzazzjoni għall-istqarrija mingħajr referenza għad-data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali ta' l-applikant oriġinali. |
3. Ir-Reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 20
Protezzjoni ta' data
1. Id-data xjentifika u informazzjoni oħra fl-applikazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 14(2) ma tistax tiġi użata għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għall-perijodu ta' seba' snin mid-data ta' l-awtorizzazzjoni, sakemm l-applikant sussegwenti ma jkunx ftiehem ma' l-applikant ta' qabel li tali data u informazzjoni jistgħu jintużaw, fejn:
(a) |
id-data xjentifika u informazzjoni oħra ġew klassifikati bħala kopert mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel fil-ħin meta saret l-applikazzjoni ta' qabel; u |
(b) |
l-applikant ta' qabel kellu d-dritt esklużiv ta' referenza għad-data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali fil-ħin meta saret l-applikazzjoni ta' qabel; u |
(ċ) |
l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa ma setgħetx tiġi awtorizzata mingħajr il-preżentazzjoni tad-data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel. |
2. Sa ma jgħaddi l-perijodu ta' seba' snin speċifikat fil-paragrafu 1, ebda applikant sussegwenti m'għandu jkollu d-dritt li jirreferi għal data li ġiet klassifikata bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali minn applikant ta' qabel ħlief jekk u sa meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni dwar jekk stqarrija tistax tkun jew setgħetx tkun tiġi nkluża fil-lista prevista fl-Artikolu 14 jew, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 13 mingħajr is-sottomissjoni tad-data klassifikata bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel.
Artikolu 21
Disposizzjonijiet Nazzjonali
Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, partikolarment l-Artikoli 28 u 30 tiegħu, l-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kummerċ fl-ikel jew l-irreklamar tiegħu li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament billi japplikaw disposizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw l-istqarrijajiet fuq ċertu ikel jew fuq ikel in ġenerali.
Artikolu 22
Proċedura ta' notifika
1. Jekk Stat Membru jqis li jkun meħtieġ li jadotta leġislazzjoni ġdida, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri previsti u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw dan.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali istitwit bis-saħħa ta' l-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”) jekk tikkunsidra li tali konsultazzjoni hija utli jew jekk Stat Membru jitlob dan, u għandha tagħti opinjoni dwar il-miżuri previsti.
3. L-Istat Membru kkonċernat jista' jadotta l-miżuri previsti sitt xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, bil-kundizzjoni li l-opinjoni tal-Kummissjoni ma tkunx waħda negattiva.
Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, hi għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jekk il-miżuri previsti jistgħux jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tista' teħtieġ li jsiru ċerti emendi lill-miżura prevista.
Artikolu 23
Miżuri ta' salvagwardja
1. Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet serji biex jikkunsidra li stqarrija ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, jew li l-provi xjentifiċi previsti fl-Artikolu 6 m'humiex biżżejjed, dak l-Istat Membru jista' temporanjament jissospendi l-użu ta' dik l-istqarrija fit-territorju tiegħu.
Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet għas-sospensjoni.
2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), għandha tittieħed deċiżjoni, jekk ikun il-każ wara li tinkiseb opinjoni mill-Awtorità.
Il-Kummissjoni tista' tibda din il-proċedura fuq inizjattiva tagħha stess.
3. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 jista' jżomm is-sospensjoni fis-seħħ sakemm id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx ġiet notifikata lilu.
Artikolu 24
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċizjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 25
Kontroll
Sabiex jiġi faċilitat il-monitoraġġ effiċjenti ta' ikel li jkollu fuqu stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-fabbrikant jew lill-persuna li tqiegħed tali ikel fuq is-suq fit-territorju tagħhom sabiex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dan billi jibgħatulha mudell tat-tikketta użata għal prodott.
Artikolu 26
Evalwazzjoni
Sa … (19) l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-evoluzzjoni tas-suq ta' l-ikel li fir-rigward tiegħu jsiru l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa u dwar l-għarfien mill-konsumatur ta' dawn l-istqarrijajiet, flimkien ma' proposta għal emendi jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 27
Miżuri transitorji
1. Ikel li jitqiegħed fuq is-suq jew li jiġi ttikkettjat qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament 28 li ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq sad-data ta' l-iskadenza tiegħu u mhux aktar tard minn … (20). Fir-rigward tad-disposizzjonijiet fl-Artikolu 4(1), l-ikel jista' jitqiegħed fis-suq sa tnax-il xahar wara l-adozzjoni tal-profili nutrittivi rilevanti u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.
2. Prodotti li jġibu trademarks jew marki tad-ditta li jkunu diġà jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2005 u li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sa … (21), wara liema terminu ta' żmien għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
3 Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv li jkunu ntużaw fi Stat Membru qabel l-1 ta' Jannar 2005 b'mod konformi mad-disposizzjonijiet nazzjonali applikabbli għalihom u li mhumiex inklużi fl-Anness, jistgħu jibqgħu jintużaw sa … (22) taħt ir-responsabbiltà ta' l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja kif imsemmijin fl-Artikolu 23.
4. Stqarrijiet ta' vantaġġ nutrittiv f'forma ta' rappreżentazzjonijiet fi stampi, grafiċi jew simboliċi, li huma konformi mal-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament, li mhumiex inklużi fl-Anness u li huma wżati skond kondizzjonijiet u kriterji speċifiċi elaborati permezz ta' regoli jew disposizzjonijiet nazzjonali, għandhom ikunu soġġetti għal li ġej:
(a) |
l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn … (16), dawk l-istqarrijiet ta' vantaġġ nutrittiv u r-regoli jew disposizzjonijiet nazzjonali applikabbli, flimkien mad-data xjentifika bħala sostenn għal dawn ir-regoli jew disposizzjonijiet; |
(b) |
il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), tadotta Deċiżjoni dwar l-użu ta' tali stqarrijiet. |
Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv li mhumiex awtorizzati taħt din il-proċedura jistgħu jibqgħu jintużaw għal tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
5. Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(a) jistgħu jsiru mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sa l-adozzjoni tal-lista msemmija fl-Artikolu 13(3), taħt ir-responsabbiltà tan-negozju bil-kondizzjoni li dawn ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u ma' disposizzjonijiet nazzjonali eżistenti applikabbli għalihom, u mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja kif imsemmi fl-Artikolu 23.
6. Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa barra dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2) u 14, li ntużaw f'mod konformi ma' disposizzjonijiet nazzjonali qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal li ġej:
(a) |
stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa li ġew issoġġettati għal evalwazzjoni u awtorizzazzjoni fi Stat Membru għandhom jiġu awtorizzati kif ġej:
Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa mhux awtorizzati taħt din il-proċedura jistgħu jibqgħu jintużaw sa sitt xhur wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni; |
(b) |
stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa li ma ġewx issoġġettati għal evalwazzjoni u awtorizzazzjoni fi Stat Membru: tali stqarrijiet jistgħu jibqgħu jintużaw bil-kondizzjoni li ssir applikazzjoni skond dan ir-Regolament sa … (23), stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa mhux awtorizzati taħt din il-proċedura jistgħu jibqgħu jintużaw għal sitt xhur wara li tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 17(3). |
Artikolu 28
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn … (24).
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 110, 30.4.2004, p. 18.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Mejju 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali …), il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2005 u l-Posizzjoni tal-Parliament Ewropew ta' … (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).
(4) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(5) ĠU L 316, 9.12.1994, p. 2.
(6) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.
(7) ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(8) ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/120/KE (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 51.)
(9) ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(10) ĠU L 55, 6.3.1996, p. 22.
(11) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(12) ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(13) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(14) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).
(15) 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(16) L-aħħar jum tax-xahar tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' sena.
(17) L-aħħar jum tax-xahar tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' 3 snin.
(18) L-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(19) L-aħħar jum tal-ħames xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' 6 snin.
(20) L-aħħar jum tat-tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(21) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' għaxar snin.
(22) Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(23) Tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(24) L-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
ANNESS
STQARRIJIET TA' VANTAĠĠ NUTRITTIV U KONDIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW GĦALIHOM
VALUR ENERĠETIKU BAXX
Stqarrija li ikel għandu valur enerġetiku baxx, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 40 kcal (170 kJ)/100 g għal solidi jew aktar minn 20 kcal (80 kJ)/100 ml għal likwidi. Għal sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ta' fuq il-mejda japplika l-limitu ta' 4 kcal (17 kJ)/porzjon, b'karatteristiċi ta' ħlewwa ekwivalenti għal 6 g ta' sukrosju (madwar kuċċarina sukrosju).
VALUR ENERĠETIKU MNAQQAS
Stqarrija li ikel għandu valur enerġetiku mnaqqas, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-valur enerġetiku hu mnaqqas b'ta' l-inqas 30 %, flimkien ma' speċifikazzjoni dwar il-karatteristika/ċi li tagħmel/jagħmlu l-ikel imnaqqas fil-valur enerġetiku totali tiegħu.
BLA VALUR ENERĠETIKU
Stqarrija li ikel ma jkollux valur enerġetiku, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 4 kcal (17 kJ)/100 ml. Għal sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ta' fuq il-mejda japplika l-limitu ta' 0.4 kcal (1.7 kJ)/porzjon, b'karatteristiċi ta' ħlewwa ekwivalenti għal 6g ta' sukrosju (madwar kuċċarina ta' sukrosju).
BI FTIT XAĦAM
Stqarrija li ikel ikollu ftit xaħam, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mhux aktar minn 3 g ta' xaħam f'kull 100 g għal solidi jew 1.5 g ta' xaħam f'kull 100 ml għal likwidi (1.8 g ta' xaħam f'kull 100 ml għal ħalib parzjalment xkumat).
BLA XAĦAM
Stqarrija li ikel hu bla xaħam, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0.5 g ta' xaħam f'kull 100 g jew 100 ml. Madankollu, stqarrijiet espressi bħala “X % bla xaħam” għandhom ikunu projbiti.
KONTENUT BAXX TA' XAĦAM SATURAT
Stqarrija li ikel ikollu kontenut baxx ta' xaħam saturat, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss jekk it-total ta' l-aċidi tax-xaħam saturati u l-aċidi tax-xaħam trans fil-prodott ma jaqbiżx il-1.5 g f'kull 100 g għas-solidi jew 0.75 g/100 ml għal-likwidi u f'kull każ it-total ta' l-aċidi tax-xaħam saturati u l-aċidi tax-xaħam trans ma jipprovdix aktar minn 10 % ta' enerġija.
BLA XAĦAM SATURAT
Stqarrija li ikel ma jkunx fih xaħam saturati, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn it-total ta' xaħam saturat u l-aċidi tax-xaħam trans ma jaqbiżx il-0.1 g ta' xaħam saturat f'kull 100 g jew 100 ml.
BAXX FIZ-ZOKKOR
Stqarrija li ikel hu baxx fiz-zokkor, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 5 g ta' zokkor f'kull 100 g għal solidi jew 2.5 g ta' zokkor f'kull 100 ml għal likwidi.
BLA ZOKKOR
Stqarrija li ikel hu bla zokkor, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0.5 g zokkor f'kull 100 g jew 100 ml.
BLA ZOKKOR MIŻJUD
Stqarrija li ma ġiex miżjud ebda zokkor f'ikel, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih ebda mono- jew disacchirides miżjuda jew kwalunkwe ikel ieħor użat għall-karatteristiċi ta' ħlewwa tiegħu. Jekk iz-zokkor hu preżenti b'mod naturali fl-ikel, l-istqarrija li ġejja għandha tidher ukoll fuq it-tikketta: “FIH ZOKKOR NATURALI”.
BAXX FIS-SODJU/MELĦ
Stqarrija li ikel hu baxx fis-sodju/melħ, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0.12 g ta' sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, f'kull 100 g jew 100 ml. Għall-ilma, barra mill-ilma minerali naturali li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 80/777/KEE, dan il-valur m'għandux jaqbeż 2 mg ta' sodju f'kull 100 ml.
BAXX ĦAFNA FIS-SODJU/MELĦ
Stqarrija li ikel hu baxx ħafna fis-sodju/melħ, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0.04 g ta' sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, f'kull 100 g jew 100 ml. Din l-istqarrija m'għandhiex tintuża għal ilma minerali naturali jew ilma ieħor.
BLA SODJU jew BLA MELĦ
Stqarrija li ikel hu bla sodju jew bla melħ, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0.005 g ta' sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, f'kull 100 g.
SORS TA' FIBRA
Stqarrija li ikel hu sors ta' fibra, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas 3g ta' fibra f'kull 100 g jew mill-inqas 1.5 g ta' fibra f'kull 100 kcal.
GĦOLI FIL-FIBRA
Stqarrija li ikel hu għoli fil-fibra, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas 6 g ta' fibra f'kull 100 g jew mill-inqas 3g ta' fibra f'kull 100 kcal.
SORS TA' PROTEINA
Stqarrija li ikel ikun sors ta' proteina, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn mill-inqas 12 % tal-valur enerġetiku ta' l-ikel hu provdut mill-proteina.
GĦOLI FIL-PROTEINA
Stqarrija li ikel ikun għoli fil-proteina, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn mill-inqas 20 % tal-valur enerġetiku ta' l-ikel hu provdut mill-proteina.
SORS TA' [ISEM TAL-VITAMINA/I] U/JEW [ISEM TAL-MINERALI]
Stqarrija li ikel hu sors ta' vitamini u/jew minerali, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas ammont sinifikanti kif definit fl-Anness mad-Direttiva 90/496/KEE jew ammont previst b'derogi mogħtija skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru …/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra fl-ikel (1).
GĦOLI FI [ISEM TAL-VITAMINA/I] U/JEW [ISEM TAL-MINERALI]
Stqarrija li ikel għandu kontenut għoli ta' vitamini u/jew minerali, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas il-valur doppju ta' “sors ta' [ISEM TAL-VITAMINA/I] u/jew [ISEM TAL-MINERALI]”.
FIH [ISEM TAN-NUTRIJENT JEW SUSTANZA OĦRA]
Stqarrija li ikel ikun fih nutrijent jew sustanza oħra, li għaliha mhumiex stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi f'dan ir-Regolament, jew kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott jikkonforma mad-disposizzjonijiet kollha applikabbli ta' dan ir-Regolament, u partikolarment l-Artikolu 5. Għall-vitamini u l-minerali l-kondizzjonijiet ta' l-istqarrija “sors ta'”. għandhom japplikaw.
MIŻJUD [ISEM TAN-NUTRIJENT]
Stqarrija li tiddikjara li l-kontenut f'nutrijent wieħed jew aktar, barra mill-vitamini u minerali, ġie miżjud, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-istqarrija “sors ta'” u ż-żieda fil-kontenut hi mill-inqas 30 % meta mqabbla ma' prodott simili.
MNAQQAS [ISEM TAN-NUTRIJENT]
Stqarrija li tiddikjara li l-kontenut f'nutrijent wieħed jew aktar ġie mnaqqas, u kwalunkwe stqarrija li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn it-tnaqqis fil-kontenut hu mill-inqas 30 % meta mqabbel ma' prodott simili, ħlief għal mikro-nutrijenti fejn differenza ta' 10 % fil-valuri ta' referenza kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE għandha tkun aċċettabbli u għas-sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, fejn differenza ta' 25 % għandha tkun aċċettabbli.
ĦAFIF/LIGHT
Stqarrija li prodott huwa “ħafif” jew “light”, u kwalunkwe stqarrija li jista' jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, għandha ssegwi l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti għat-terminu “mnaqqas”; l-istqarrija għandha wkoll tkun akkumpanjata b'indikazzjoni tal-karatteristika/karatteristiċi li tagħmel/jagħmlu l-ikel “light” jew “lite”.
B'MOD NATURALI/NATURALI
Fejn ikel jissodisfa b'mod naturali l-kondizzjoni/jiet stabbiliti f'dan l-Anness għall-użu fi stqarrija ta' vantaġġ nutrittiv, it-terminu “b'mod naturali/naturali” jista' jintuża bħala prefiss għall-pretenzjoni.
(1) ĠU L …
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
1. |
Fis-17 ta' Lulju 2003 l-Kummissjoni bagħtet lill-Kunsill proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stqarrijiet fuq l-ikel dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa (1) Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat. |
2. |
Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni ta' l-ewwel qari tiegħu fis-26 ta' Mejju 2005 (2). Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fid-29 ta' Frar 2004 (3). |
3. |
Fit-8 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat. |
II. OBJETTIVI
Ir-Regolament propost ikopri stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa użati fit-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklami ta' ikel u jimmira li jistabbilixxi kondizzjonijiet għall-użu ta' tali stqarrijiet.
L-objettivi prinċipali ta' din il-proposta huma:
— |
li jittejjeb il-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern, waqt li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fil-qasam ta' ikel u tiżdied is-sigurtà legali għal operaturi ekonomiċi, |
— |
li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur billi jiġi żgurat li tiġi riċevuta informazzjoni xierqa tiġi riċevuta u li l-istqarrijiet huma valutati b'mod dovut, |
— |
li tiġi promossa u protetta l-innovazzjoni fil-qasam ta' l-ikel. |
III. ANALIŻI TAL-POSIZZJONI KOMUNI
1. Kummenti ġenerali
Il-posizzjoni komuni tal-Kunsill hija konformi ma' l-objettivi tal-proposta tal-Kummissjoni waqt li tintroduċi numru ta' modifiki fosthom:
1. |
Il-profili ta' nutriment (Premessi 9, 10 u 11, l-Artikolu 4(1)) Il-Kunsill żamm il-kunċett ta' profili ta' nutriment bħala element importanti biex jiżgura l-applikazzjoni effiċjenti tar-Regolament fir-rigward ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa. Il-proposta oriġinali ġiet żviluppata b'mod konsiderevoli biex tiffoka aktar mill-qrib fuq il-fini u l-kamp ta' applikazzjoni tal-profili ta' nutriment, u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex jiġu elaborati. Salvagwardji adegwati ġew introdotti biex jakkomodaw it-tħassib rigward l-oġġettività xjentifika tagħhom, il-preservazzjoni ta' drawwiet fil-qasam tad-dieta u tradizzjonijiet nazzjonali differenti, u l-involviment ta' partijiet interessati fil-proċess. |
2. |
Stqarrijiet dwar is-saħħa (l-Artikoli 10, 11, 12 u 13) Il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni tipprevedi l-projbizzjoni ta' diversi kategoriji ta' stqarrijiet dwar is-saħħa. Il-Kunsill kompla jżomm il-projbizzjoni ta' xi wħud minn dawn l-istqarrijiet (l-Artikolu 12), u, għal oħrajn, stipola li jkunu jistgħu jintużaw taħt ċerti kondizzjonijiet (imsemmija fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 10 u fil-punti b) u ċ) tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 13). L-Artikolu 13 tal-posizzjoni komuni jipprevedi li lista ta' ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa (li ma jirreferux għal tnaqqis fil-mard) se jiġi adottat mill-Kummissjoni fi żmien 3 snin mill-adozzjoni tar-Regolament, abbażi ta' suġġerimenti mill-Istati Membri. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu ġie mwessa' u issa jinkludi stqarrijiet li jirreferu għal funzjonijiet psikoloġiċi u ta' mġiba (il-paragrafu 1 (b)) u t-tnaqqis tal-ħxuna u l-kontroll tal-piż (il-paragrafu 1 (ċ)). Barra minn hekk, proċedura ta' awtorizzazzjoni tista' tintuża biex jiżdiedu mal-lista stqarrijiet dwar is-saħħa li huma bbażati fuq data xjentifika li għadha kemm ġiet żviluppata u/jew jinkludu għall-protezzjoni ta' data riżervata. Fir-rigward ta' rakkomandazzjonijiet ta' jew approvazzjonijiet minn assoċjazzjonijiet mediċi nazzjonali u istituzzjonijiet tal-karità relatati mas-saħħa, Artikolu 11 ġdid hu previst li jgħid li l-leġislazzjoni nazzjonali tista' tibqa' tapplika b'konformità mad-disposizzjonijiet tat-Trattat sa tali żmien li r-regoli Komunitarji jiġu adottati. |
3. |
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni (il-Premessa 5, l-Artikolu 2 punt 4, l-Artikolu 27(4)) Waqt li l-proposta oriġinali ma kinitx tipprevedi l-użu ta' simboli/sinjali bħala stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni, il-Kunsill eżamina din il-kwistjoni fid-detall, billi qed jiltaqa' ma' domanda dejjem tikber fir-rigward ta' l-użu ta' sinjali kemm pożittivi kif ukoll negattivi dwar l-istatus nutrizzjonali ta' ikel (li għandu jitpoġġa, per eżempju, fuq l-ixkafef tal-ħwienet). Bħala riżultat ta' dan, il-posizzjoni komuni tikkjarifika li r-Regolament propost japplika biss għal stqarrijiet dwar benefiċċji, waqt li stqarrijiet li jirreferu għal effett li mhux ta' benefiċċju ta' l-ikel mhux se jkunu koperti. F'dan ir-rigward, huwa ddikjarat li l-Istati Membri li għandhom il-ħsieb jintroduċu skemi nazzjonali li jirrelataw ma' stqarrijiet dwar effetti li m'humiex ta' benefiċċju għandhom jinnotifikaw dawn l-iskemi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri skond id-Direttiva 98/34/KE (il-Premessa 5). Barra minn hekk, sabiex jittieħed kont ta' ċerti stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni f'forma ta' stampi, grafika jew simboli użati f'diversi Stati Membri, arranġament transitorju ġie introdott fl-Artikolu 27(4), li jipprovdi li r-regoli nazzjonali u l-kriterji għall-użu ta' logos u simboli għandhom jiġu awtorizzati, jekk jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali tar-Regolament. |
Il-Kummissjoni aċċettat il-posizzjoni komuni miftiehma mill-Kunsill.
2. Emendi tal-Parlament Ewropew
Fil-vot Plenarju tiegħu fis-26 ta' Mejju 2005, il-Parlament Ewropew adotta 75 Emenda għall-proposta (l-Emendi 22 u 23 huma lingwistiċi u ma jaffetwawx il-verżjoni Ingliża).
Il-Kunsill:
(a) |
introduċa fil-posizzjoni komuni 35 Emenda b'mod sħiħ, parzjali jew fil-prinċipju, kif ġej: Premessi: L-Emenda 1 (il-premessa 1 (ġdida)) u l-Emenda 10 (il-premessa 19): huma parzjalment integrati fil-premessa 10, l-aħħar sentenza, li tiffoka fuq profili ta' nutrizzjoni u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom. Il-premessa tirreferi b'mod speċifiku għall-varjabilità ta' drawwiet fil-qasam tad-dieta u t-tradizzjonijiet, u għall-fatt li prodotti individwali jista' jkollhom rwol importanti fil-kuntest ta' dieta ġenerali. L-Emenda 2 (il-premessa 3a (ġdida)): hija aċċettata b'mod parzjali fil-premessa 4, fejn huwa kkjarifikat li r-Regolament m'għandux japplika għal stqarrijiet magħmula f'komunikazzjonijiet mhux kummerċjali bħal linji gwida dwar id-dieta jew konsulenza maħruġa mill-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi, jew komunikazzjoni u informazzjoni mhux kummerċjali fl-istampa u f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi. L-Emenda 4 (il-premessa 7): hija aċċettata fis-sustanza u b'mod parzjali fil-premessa 11. B'mod partikolari, huwa speċifikat li l-Kummissjoni se tieħu kont tal-konsulenza ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel, meta tkun qed tfassal il-profili ta' nutrizzjoni u l-miżuri applikabbli relatati. L-Emenda 6 (il-premessa 13) u l-Emenda 7 (il-premessa 15): sarilhom xi tibdil żgħir fil-kitba u ġew imdaħħla fil-premessi 20 u 23 rispettivament. L-Emenda 8 (il-premessa 16): il-posizzjoni komuni tintegra parti minn din l-emenda, fis-sustanza, fil-premessa 24 u fl-Artikolu 13. Fil-prattika, huwa kkunsidrat li waqt li r-referenza għar-rata jew l-ammont ta' telf ta' piż għandhom tiġi pprojbita, kif previst fil-proposta oriġinali, l-istqarrijiet li jagħmlu referenza għat-tnaqqis fil-ħxuna, il-kontroll tal-piż jew it-tnaqqis ta' l-enerġija disponibbli mid-dieta jkunu jistgħu jsiru jekk ikunu bbażati fuq data xjentifika ġeneralment aċċettata u jekk jiġu mifhuma sew mill-konsumatur medju. L-Emenda 9 (il-premessa 17): hija aċċettabbli b'mod parzjali u ġiet integrata fil-premessa 25. L-Emenda 12 (il-premessa 22): hija mdaħħla, b'xi ftit tibdil fil-kitba, fil-premessa 30. L-Emenda 14 (il-premessa 26): hija aċċettabbli b'mod parzjali, u introdotta fil-premessa 33. Artikoli L-Emenda 16 (Artikolu 1(2)): ġiet integrata b'mod parzjali fl-Artikolu 1(2) waqt li l-eżenzjoni proposta ta' prodotti mibjugħa bl-ingrossa u ta' frott u ħaxix mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ma tistax tiġi appoġġata mill-Kunsill. L-Emenda 17 (Artikolu 1(3a) ġdid): integrata b'mod parzjali fl-Artikolu 1(4). L-Emendi 20 u 21 (l-Artikolu 2(1)): integrati b'mod sħiħ fl-Artikolu 2. L-Emendi 26 u 27 (l-Artikolu 3(2)(a) u (ċ)): integrati b'mod sħiħ fl-Artikolu 3. L-Emenda 28 (Artikolu 3(2) (da ġdid)): l-ewwel parti hija rifless fil-punt (ċ) tat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 3, waqt li t-tieni parti hija koperta fis-sustanza mill-punt (d) li ġej. L-Emenda 30 (Artikolu 5(1)(a)): l-ewwel parti hija issa integrata fl-Artikolu 5(1)(a). L-Emendi 31, 32 u 33(l-Artikolu 5(1)(b), (ċ) u (d)): integrati b'mod sħiħ kif suġġerit. L-Emenda 36 (l-Artikolu 7): l-ewwel parti ta' din l-Emenda ġiet imdaħħla fil-Premessa 10. Ir-referenza għal supplimenti ta' ikel u d-Direttiva 2002/46/KE (li teħtieġ, fost affarijiet oħra, li l-ammonti ta' nutrijenti jew ta' sustanzi oħra ddikjarati għandhom ikunu dawk għal kull porzjon tal-prodott kif irakkomandat għall-konsum ta' kuljum fuq it-tikketta) tista' tinsab fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 7. L-Emendi 41 u 91(l-Artikolu 11, Titolu): huma inkorporati b'mod sħiħ kif propost. L-Emenda 42 (Artikolu 11(1)): din l-emenda ġiet integrata, b'mod parzjali u fil-prinċipju, fil-posizzjoni komuni. Fil-prattika, xi wħud mill-istqarrijiet dwar is-saħħa oriġinarjament proposti għal restrizzjoni taħt l-Artikolu 11 (b'mod partikolari fil-paragrafu 1(a), (b), parti minn (ċ), u parti minn (d) tal-proposta oriġinali) ġew imneħħija minn dak l-Artikolu u huma issa msemmija jew fl-Artikolu 10(3) fejn jistgħu jiġu użati taħt kondizzjonijiet speċifiċi, fl-Artikolu 11 (fejn regoli nazzjonali jistgħu japplikaw fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji rilevanti) jew fil-punti (b) u (ċ) ta' l-Artikolu 13(1) fejn huma eliġibbli għall-inklużjoni fil-lista ta' stqarrijiet dwar is-saħħa jekk huma bbażati fuq data xjentifika ġeneralment aċċettata u mifhuma sew mill-konsumatur medju. L-Emendi 43 u 93 (l-Artikolu 11(2)): dawn l-emendi hemm qbil dwarhom miftehma fis-sustanza u jistgħu jinstabu fl-Artikolu 10(4). L-Emenda 44 (l-Artikolu 12(1)): integrati b'mod parzjali, fir-rigward tat-tneħħija tat-terminu “normali” fl-Artikolu 13(1) u fir-rigward tal-ħtieġa li stqarrija tiġi sostanzjata sew fl-Artikolu 13(2) fejn issa tissemma l-ħtieġa li ssir referenza għall-ġustifikazzjoni xjentifika rilevanti. L-Emenda 45 (is-subparagrafu 1 ta' l-Artikolu 12(2)): integrata b'mod parzjali u fil-prinċipju fl-Artikolu 13(5), li bih huwa possibbli li jiġu inklużi stqarrijiet dwar is-saħħa fil-lista approvata wara applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn partijiet interessati. L-Emenda 50 (Artikolu 14(2)(b)): inkorportata b'mod sħiħ fl-Artikolu 15(3)(b). L-Emenda 51 (Artikolu 14(2)(e)): qbil b'mod parzjali, b'mod partikolari fir-rigward tat-tneħijja ta' l-obbligu li jiġu provdut kliem propost fil-lingwi Komunitarji kollha. Fir-rigward tal-miżuri illustrattivi għall-SMEs, l-attenzjoni hija miġbuda għall-fatt li r-regoli implimentattivi għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 15, inklużi dawk dwar it-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni huma previsti fil-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu. Barra minn hekk, l-Artikolu 15(5) jipprevedi li linji gwida dettaljati biex jgħinu lill-applikanti se jiġu maħruġa mill-Awtorità qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament. L-Emenda 57 (l-Artikolu 15(1)): integrata b'mod parzjali fir-rigward tal-limitu ta' żmien previst għall-Awtorità biex tagħti l-opinjoni tagħha, li ġie estiż għal sitt xhur. L-Emenda 61 (l-Artikolu 15(4)(ċ)): qbil fil-prinċipju — ir-referenza għal-lingwi Komunitarji kollha ġiet imħassra, kif previst mill-Emenda. L-Emenda 62 (l-Artikolu 15(4a) ġdid): qbil parzjali u fil-prinċipju. L-Artikolu 16(6) tal-posizzjoni komuni jipprevedi b'mod speċifiku li l-applikant jista' jagħmel kummenti lill-Kummissjoni dwar l-opinjoni ta' l-Awtorità fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni tagħha. L-Artikolu 17(1) jipprevedi li l-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni tagħha se tieħu kont ta' l-opinjoni ta' l-Awtorità u ta' fatturi leġittimi oħra li huma rilevanti għall-kwistjoni. L-Emenda 72 (l-Artikolu 26): rigward miżuri transitorji għal prodotti li diġà jinsabu fis-suq u għal stqarrijiet dwar is-saħħa li diġà qed jintużaw, ġiet fil-parti l-kbira integrata fis-sustanza. Artikolu 27 ġdid huwa issa ddedikat kollu għall-miżuri transitorji applikabbli, inkluż fil-każ ta' ikel li diġà qiegħed fuq is-suq, prodotti li għandhom trademarks jew ismijiet tad-ditta li kienu jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2005, u stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni u stqarrijiet dwar is-saħħa. |
(b) |
38 emenda ma ġewx inklużi fil-posizzjoni komuni. Rigward l-Emendi 3, 5, 11, 85, 24, 25, 29, 34, 35, 39,40, 46, 47, 48, 49, 53, 55, 56, 58, 60, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 96, 70, il-Kunsill segwa l-posizzjoni espressa mill-Kummissjoni. Fir-rigward ta' l-Emenda 85 (l-Artikolu 1(1a ġdid)), li teżenta t-trademarks mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, tista' tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li perijodu transitorju ta' għaxar snin huwa previst fl-Artikolu 27(2) għal prodotti eżistenti li għandhom trademarks jew ismijiet tad-ditta li m'humiex konformi mar-Regolament. Fir-rigward ta' l-Emendi 13, 15, 18, 37, 38, 52, 54, 59, 67 u 71, aċċettati b'mod parzjali jew fil-prinċipju mill-Kummissjoni iżda mhux inklużi fil-posizzjoni komuni, jistgħu jsiru l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: Emenda 13 Il-Kunsill jinnota li t-test tal-posizzjoni komuni diġà jipprevedi l-konsultazzjoni ta' partijiet interessati fil-proċess ta' implimentazzjoni tal-Regolement propost bħal (fl-ewwel paragrafu, il-ħames sub-paragrafu ta' l-Artikolu 4 jew fl-Artikolu 10(4)) u jieħu kont dovut tal-ħtiġijiet ta' l-industrija Ewropea ta' l-ikel. Il-promozzjoni ta' l-innovazzjoni, per eżempju, hija sottolinjata fost oħrajn fil-premessi 10, 31, fl-Artikolu 13(5) (dwar stqarrijiet dwar is-saħħa barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis ta' riskju ta' mard fejn tkun meħtieġa protezzjoni ta' data). L-Artikolu 27 (ġdid) jelabora miżuri transitorji dettaljati għal prodotti eżistenti u stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li diġà qed jintużaw. L-Emenda 15 Il-premessa suġġerita m'hijiex ikkunsidrata xierqa billi ma tikkorrispondi ma' ebda disposizzjoni sostanzjali fit-test tar-Regolament propost. Il-fatt li kampanji ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' nutrizzjoni u ta' drawwiet ta' ikel tajjeb għas-saħħa jista' jkollhom rwol importanti biex jipprevjenu l-obeżità u l-mard relatat magħha m'huwiex jiġi ddubitat mill-Kunsill. L-Emenda 18 Il-Kunsill jikkunsidra li supplimenti ta' ikel jaqgħu kompletament fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament propost u għalhekk ma jappoġġax din l-Emenda. Ħtiġiet speċifiċi ta' tikkettar fil-każ ta' supplimenti ta' l-ikel huma msemmija fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 7. L-Emenda 37 L-involviment obbligatorju ta' kumitati ta' konsumaturi kull meta l-lista ta' stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni, fl-Anness għar-Regolament, tiġi emendata, x'aktarx tinvolvi piż addizzjonali, f'termini ta' ħin u spejjeż, fuq il-proċess ta' adattazzjoni ta' l-Anness. Huwa kkunsidrat li l-Artikolu 5(2) tal-posizzjoni komuni, li jelenka l-kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-istqarrijiet kollha, huwa ċar biżżejjed f'dan ir-rigward billi jistipula li “l-użu ta' stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa għandhom ikunu permessi biss jekk il-konsumatur medju jista' jkun mistenni li jifhem l-effetti benefiċi kif espressi fl-istqarrija”. L-Emenda 38 Is-suġġeriment biex ikunu permessi stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni komparattivi bejn ikel ta' kategoriji differenti ma ġiex integrat fil-posizzjoni komuni billi ġew imqajma kwistjonijiet fir-rigward tal-konsegwenzi possibbli fuq il-kjarezza u l-oġġettività xjentifika ta' informazzjoni diretta lejn il-konsumaturi. L-Emenda 52 Fl-opinjoni tal-Kunsill, il-ħtieġa addizzjonali proposta għal kampjun ta' l-imballaġġ ta' l-ikel propost li fuqu għandha ssir l-istqarrija, fi stadju kmieni tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni, ikun jimplika spiża addizzjonali għall-applikant mingħajr benefiċċju proporzjonat. Huwa nnotat ukoll li l-Artikolu 25 jipprevedi li mudell tat-tikketta użata għall-prodott jista' jiġi mitlub mill-Istati Membri lill-manifattur jew lill-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq, għall-finijiet ta' monitoraġġ. L-Emenda 54 Il-Kunsill jikkunsidra li, sabiex jiġi simplifikat il-proċess ġenerali ta' awtorizzazzjoni, diversi ħtiġiet diġà ġew razzjonalizzati (eż ħtiġiet ta' lingwa). Madankollu, il-paragrafi 4 u 5 ta' l-Artikolu 15 jipprevedu li, fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni, il-Kummissjoni u l-Awtorità se jistabbilixxu rispettivament regoli implimentattivi u gwida dettaljata biex jgħinu lill-applikanti. L-Emenda 59 Il-Kunsill ipprefera li jżomm it-test oriġinali tal-proposta, b'xi ftit tibdil, billi huwa iktar preċiż fid-deskrizzjoni tar-rwol u l-kompetenzi ta' l-Awtorità fl-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet. L-Emenda 67 Il-Kunsill jikkunsidra li l-perijodu suġġerit ta' tliet xhur għall-Kummissjoni biex teżamina l-opinjoni ta' l-Awtorità ma jżidx kjarezza lit-test. Huwa nnota li, skond l-Artikolu 18(2) tal-posizzjoni komuni, l-opinjoni ta' l-Awtorità għandha tiġi eżaminata flimkien ma' kwalunkwe kumment irċevut mill-applikanti jew mill-membri tal-pubbliku, li għalih huwa previst perijodu ta' 30 jum wara l-opinjoni ta' l-Awtorità. Madankollu l-Artikolu 17(1) dwar il-proċedura li għandha tintuża diġà jistabbilixxi termini perentorji dettaljati f'dan ir-rigward. L-Emenda 71 Il-Kunsill jikkunsidra li l-perijodu suġġerit ta' tliet snin biex il-Kummissjoni tippreżenta Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament propost m'huwiex adegwat, billi diversi mill-aspetti bażiċi (bħall-profili ta' nutrizzjoni jew il-lista ta' stqarrijiet dwar is-saħħa permessi) m'humiex se jkunu għadhom ġew implimentati f'dak il-ħin. Fir-rigward tat-tieni parti ta' l-Emenda, fejn hemm talba għal eżami, b'mod partikolari, tal-problemi li nstabu fl-applikazzjoni tal-paragrafu 4a (ġdid) ta' l-Artikolu 1 (l-Emenda 85) dwar l-eżenzjoni ta' prodotti li għandhom trademarks, huwa mfakkar li, skond l-Artikolu 27 tal-posizzjoni komuni, tali prodotti jistgħu jkomplu jiġu kummerċjalizzati, anki jekk ma jkunux konformi mar-Regolament, għal perijodu ta' 10 snin. Il-kliem kif inhu bħalissa ta' l-Artikolu 26 iħalli l-possibbiltà, għall-Kummissjoni, li teżamina din il-kwistjoni fl-evalwazzjoni tagħha ta' l-applikazzjoni tar-Regolament ta' l-evoluzzjoni tas-suq għall-prodotti konċernati u l-fehim ta' l-istqarrijiet mill-konsumatur. |
3. Innovazzjonijiet oħrajn introdotti mill-Kunsill
L-innovazzjonijiet l-oħrajn introdotti fil-posizzjoni komuni jinkludu:
— |
xorb alkoħoliku: il-projbizzjoni ġenerali fl-użu ta' stqarrijiet fil-każ ta' xorb alkoħoliku, bl-eċċezzjoni ta' stqarrijiet li jirreferu għal tnaqqis fl-alkoħol jew fil-kontenut ta' l-enerġija, kompliet tinżamm fl-Artikolu 4(3). Barra minn hekk, ġie kkjarifikat fl-Artikolu 4(4) li, fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi rigward tali stqarrijiet użati f'xorb li normalment fih l-alkoħol, regoli nazzjonali rilevanti jistgħu japplikaw skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat. |
— |
ismijiet tad-ditta jew trademarks kummerċjali: l-użu ta' ismijiet tad-ditta jew trademarks kummerċjali li jkunu jistgħu fl-istess ħin jiġu kkunsidrati bħala stqarrijiet u jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament propost minħabba r-rappreżentazzjoni jew il-kliem tagħhom, ġie indirizzat fl-Artikolu 1(3). Din id-disposizzjoni ġdida tippermetti li tali ismijiet tad-ditta jew trade marks jintużaw mingħajr ma jgħaddu minn proċedura ta' awtorizzazzjoni, bil-kondizzjoni li jkunu akkumpanjati minn stqarrija dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fit-tikketta, il-preżentazzjoni jew ir-riklam, li hija konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
— |
Sabiex jittieħed kont tat-tħassib dwar l-applikazzjoni tar-Regolament għal trademarks jew ismijiet tad-ditta eżistenti, perijodu transitorju ta' għaxar snin ġie introdott għal ismijiet tad-ditta jew trademarks li kienu qed jintużaw qabel l-1 ta' Jannar 2005, wara liema għandhom jikkonformaw mar-Regolament (l-Artikolu 27(2)). |
Anness
Il-kondizzjonijiet għall-użu ta' stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni li jinsabu fl-Anness għar-Regolament ġew modifikati biex jieħdu kont, b'mod partikolari, ta' żviluppi tekniċi u xjentifiċi reċenti f'dan il-qasam.
(1) Dok. COM/2003/ 0424 finali – COD 2003/0165.
(2) Dok. 9200/05.