ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 48
8 ta' Novembru 2005


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Tagħrif

 

Kunsill

2005/C /1

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 33/2005 adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Settembru 2005, bi qbil mal-proċeduri msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, bil-ħsieb li tiġi adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi

1

2005/C /2

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 34/2005 adottata mill-Kunsill fit-23 ta' Settembru 2005, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-użu finali u s-servizzi ta' l-enerġija u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE

19

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 275 E.

MT

 


I Tagħrif

Kunsill

8.11.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 33/2005

adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Settembru 2005,

bil-ħsieb li tiġi adottata Direttiva 2005/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-… li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi

(2005/C 275 E/01)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (4),

Billi:

(1)

L-eliminazzjoni ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn intrapriżi ta' trasport fl-Istati Membri, il-funzjonament kif suppost tas-suq intern u l-kompetittività mtejba jiddependu kollha fuq mekkaniżmi ġusti li jiġu stabbiliti biex it-trasportaturi jħallsu għall-ispejjeż għall-użu ta' l-infrastruttura. Diġà ntlaħaq grad ta' armonizzazzjoni permezz tad-Direttiva 1999/62/KE.

(2)

Sistema iżjed ġusta ta' ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura stradali hi kruċjali sabiex jiġi mħeġġeġ it-trasport sostenibbli fil-Komunità. L-objettiv li jsir l-aħjar użu mis-sistema stradali eżistenti u li jinkiseb tnaqqis sinifikanti fl-impatt negattiv tiegħu, għandu jintlaħaq bla ma jiġu imposti piżijiet addizzjonali fuq l-operaturi fl-interess ta' tkabbir ekonomiku sod u l-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(3)

Il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi direttiva dwar il-ħlas li jrid isir għall-użu ta' l-infrastruttura tat-toroq fil-White Paper “Il-politika Ewropea dwar it-trasport għall-2010: iż-żmien li niddeċiedu”. Il-Parlament Ewropew ikkonferma l-ħtieġa li jiġi impost ħlas għall-użu ta' infrastruttura meta adotta r-rapport dwar il-konklużjonijiet tal-White Paper fit-12 ta' Frar 2003. Wara l-Kunsill Ewropew ta' Göteborg tal-15 ta' Ġunju 2001, li ġibed attenzjoni partikolari fuq il-kwistjoni tat-trasport sostenibbli, il-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tat-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 u l-Kunsill Ewropew ta' Brussel ta' l-20 u l-21 ta' Marzu 2003 ukoll laqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta Direttiva ġdida ta' l-“Eurovignette”.

(4)

Għall-finijiet li jiġu stabbiliti tariffi għall-użu tat-triq, id-Direttiva 1999/62/KE tieħu f'kunsiderazzjoni spejjeż ta' kostruzzjoni, operazzjoni, manutenzjoni u żvilupp ta' l-infrastruttura. Hi meħtieġa dispożizzjoni speċifika biex tiġi żgurata ċ-ċarezza fir-rigward ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni li jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni.

(5)

Operazzjonijiet tat-trasport stradali internazzjonali huma konċentrati fuq is-sistema stradali trans-Ewropea. Barra minn hekk, it-tħaddim tajjeb tas-suq intern hu vitali għat-trasport kummerċjali. Konsegwentement, il-qafas Komunitarju jrid japplika għat-trasport kummerċjali fuq is-sistema stradali trans-Ewropea kif imfisser bid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tas-sistema stradali trans-Ewropea (5). L-Istati Membri jridu, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, ikunu ħielsa biex japplikaw tariffi għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet mill-utent f'toroq oħra minbarra dawk fuq is-sistema stradali trans-Ewropea, f'konformità mat-Trattat.

(6)

Għal raġunijiet ta' effiċjenza fl-infiq fl-implimentazzjoni ta' sistemi ta' tariffi għall-użu tat-triq, l-infrastruttura kollha li magħha hi relatata xi tariffa għall-użu tat-triq mhux neċessarjament tkun soġġetta għal restrizzjonijiet ta' aċċess li jikkontrollaw it-tariffi għall-użu tat-triq. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw din id-Direttiva permezz ta' l-użu ta' tariffi għall-użu tat-triq f'punt partikolari biss fuq l-infrastruttura li magħha hija relatata t-tariffa għall-użu tat-triq.

(7)

It-tariffi għall-użu tat-triq għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' rkupru ta' l-ispejjeż ta' l-infrastruttura. F'każi fejn tali infrastruttura tkun ġiet ko-finanzjata permezz tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, il-kontribut magħmul minn fondi tal-Komunità m'għandux jiġi rkuprat b'tariffi għall-użu tat-triq, ħlief jekk hemm dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti rilevanti tal-Komunità li jieħdu f'kunsiderazzjoni d-dħul futur mit-tariffi għall-użu tat-triq meta jiġi stabbilit l-ammont ta' ko-finanzjament mill-Komunità.

(8)

Il-fatt li l-utent jista' jieħu deċiżjonijiet li jinfluwenzaw il-piż tat-tariffi għall-użu tat-triq billi jagħżel il-vetturi li jniġġsu l-inqas u perijodi jew itinerarji b'konġestjoni iżjed baxxa huwa komponent importanti ta' sistema ta' tariffi. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu kapaċi jagħmlu distinzjoni bejn tariffi għall-użu tat-triq skond il-kategorija ta' emissjoni tal-vettura (klassifikazzjoni “EURO”) u l-livell ta' ħsara li tikkawża lit-toroq, il-post, il-ħin u l-ammont ta' konġestjoni. Tali distinzjoni fil-livell ta' tariffi għall-użu tat-triq għandha tkun proporzjonata għall-objettiv imfittex.

(9)

Aspetti ta' ipprezzar kummerċjali għall-użu ta' l-infrastruttura tat-toroq li m'humiex koperti minn din id-Direttiva għandhom jirrispettaw ir-regoli tat-Trattat.

(10)

Din id-Direttiva ma teffettwax il-libertà ta' l-Istati Membri li jintroduċu sistema ta' tariffi għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet mill-utent għall-infrastruttura biex jipprovdu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, kumpens xieraq għal dan il-ħlas. Tali kumpens m'għandux iwassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern u għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, b'mod partikolari r-rati minimi ta' taxxi tal-vetturi stabbiliti fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva 1999/62/KE u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 (6) li jirristrutturaw il-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni ta' prodotti ta' l-enerġija u l-elettriku.

(11)

Fejn l-Istati Membri jimponu tariffi għall-użu tat-triq jew ħlasijiet mill-utent fis-sistema stradali trans-Ewropea, it-toroq soġġetti għat-tariffi għandhom jingħataw prijorità xierqa fl-iskedi ta' manutenzjoni ta' l-Istati Membri.

(12)

Attenzjoni partikolari trid tingħata lil reġjuni muntanjużi bħall-Alpi jew il-Pirinej. It-tnedija ta' proġetti maġġuri ġodda ta' infrastruttura kemm-il darba falliet għaliex ir-riżorsi finanzjarji sostanzjali li dawn ikunu jeħtieġu ma kinux disponibbli. F'tali reġjuni, l-utenti jistgħu għalhekk jiġu mitluba jħallsu żieda biex jiffinanzjaw proġetti essenzjali ta' valur Ewropew għoli ħafna, inklużi dawk li jinvolvu mod ieħor ta' trasport fl-istess kuritur. Dan l-ammont għandu jkun marbut mal-ħtiġiet finanzjarji tal-proġett. Għandu jkun marbut ukoll mal-livell bażiku tat-tariffi għall-użu tat-triq biex jiġu evitati ħlasijiet artifiċjalment għolja fi kwalunkwe kuritur wieħed, li jistgħu jwasslu biex it-traffiku jiġi devjat lejn kurituri oħra, u b'hekk jinħolqu problemi ta' konġestjoni lokali u użu ineffiċjenti tas-sistema stradali.

(13)

Il-miżati m'għandhomx ikunu diskriminatorji u l-ġbir tagħhom m'għandux jinvolvi formalitajiet eċċessivi jew joħloq ostakoli fil-fruntieri interni. Miżuri xierqa għandhom għalhekk jittieħdu sabiex jiffaċilitaw il-pagament mill-utenti okkażjonali, b'mod partikolari fejn it-tariffi għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet mill-utent huma miġbura esklusivament permezz ta' sistema li teħtieġ l-użu ta' apparat ta' pagament elettroniku (unità abbord il-vettura).

(14)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti u armonizzata ta' sistemi ta' tariffi infrastrutturali, arranġamenti ġodda għal tariffi għall-użu tat-triq għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż skond sett ta' prinċipji ċentrali jew jiġu stabbiliti f'livell li ma jmurx lil hinn minn dak li kieku jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji. Dawn il-ħtiġiet m'għandhomx japplikaw għal arranġamenti eżistenti sakemm ma jiġux sostanzjalment modifikati fil-futur. Tali modifiki sostanzjali jkunu jinkludu kwalunkwe bidla sinjifikanti għall-pattijiet u l-kondizzjonijiet oriġinali ta' l-iskema ta' tariffi għall-użu tat-triq permezz ta' modifika ta' kuntratt ma' l-operatur tas-sistema ta' tariffi għall-użu tat-triq, imma jkunu jeskludu bidliet previsti fl-iskema oriġinali. Fil-każ ta' kuntratti ta' konċessjoni, modifika sostanzjali tista' tiġi implimentata skond proċedura ta' akkwist pubbliku. Sabiex tinkiseb it-trasparenza mingħajr ma jinħolqu ostakoli għall-funzjonament ta' l-ekonomija tas-suq u għal sħubijiet pubbliċi/privati, l-Istati Membri għandhom ukoll jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sabiex din tkun f'pożizzjoni li tagħti opinjoni, il-valuri ta' unità u parametri oħra li għandhom il-ħsieb japplikaw biex jikkalkulaw id-diversi elementi ta' spejjeż tal-ħlasijiet jew, fil-każ ta' kuntratti ta' konċessjoni, il-kuntratt rilevanti u l-każ li fuqu hu bbażat. Opinjonijiet adottati mill-Kummissjoni qabel l-introduzzjoni ta' arranġamenti ġodda ta' tariffi għall-użu tat-triq fl-Istati Membri huma għal kollox mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Kummissjoni taħt it-Trattat li tiżgura li l-liġi Komunitarja hija applikata.

(15)

Jeħtieġ iżjed progress tekniku biex tiġi żviluppata s-sistema ta' tariffi għall-użu ta' l-infrastruttura tat-toroq. Irid ikun hemm proċedura li tippermetti lill-Kummissjoni tadatta l-ħtiġiet tad-Direttiva 1992/62/KE għall-progress tekniku wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri għal dan il-għan.

(16)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (7).

(17)

Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu armonizzati l-kondizzjonijiet applikabbli għat-tariffi għall-użu ta' l-infrastruttura tat-triq u l-ħlasijiet mill-utent, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri waħedhom u jista' għalhekk, minħabba d-dimensjoni Ewropea tiegħu u bil-ħsieb li jiġi salvagwardjat is-suq intern tat-trasport, jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà miġbur fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(18)

Id-Direttiva 1999/62/KE għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 1999/62/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

“(a)

‘sistema stradali trans-Ewropea’ tfisser is-sistema tat-toroq imfissra fit-Taqsima 2 ta' l-Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp ta' sistema stradali trans-Ewropea (8) kif muri permezz ta' mapep. Il-mapep jirriferu għas-sezzjonijiet korrispondenti msemmija fil-parti operattiva ta' u/jew fl-Anness II li jinsab ma' dik id-Deċiżjoni;

(b)

għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(aa)

‘spejjeż ta' kostruzzjoni’ tfisser l-ispejjeż relatati mal-kostruzzjoni, inkluż, fejn xieraq, l-ispejjeż ta' finanzjament, ta':

infrastruttura ġdida jew titjib infrastrutturali ġdid (inklużi tiswijiet strutturali sinjifikanti); jew

infrastruttura jew titjib infrastrutturali (inklużi tiswijiet strutturali sinifikanti) li tlestew mhux aktar minn 30 sena qabel ... (9), fejn arranġamenti ta' tariffi għall-użu tat-triq diġà jeżistu fi ... (9), jew tlestew mhux aktar tard minn 30 sena qabel il-ħolqien ta' kwalunkwe arranġament ġdid ta' tariffa għall-użu tat-triq introdott wara... (9); spejjeż ta' l-infrastruttura jew titjib infrastrutturali li tlestew qabel dawn il-limiti ta' żmien jistgħu jiġu wkoll ikkunsidrati bħala spejjeż ta' kostruzzjoni fejn:

i.

Stat Membru stabbilixxa sistema ta' tariffa għall-użu tat-triq li tipprovdi għall-irkupru ta' dawn l-ispejjeż permezz ta' kuntratt ma' operatur tas-sistema ta' tariffa għall-użu tat-triq, jew atti ġuridiċi oħrajn li għandhom effett ekwivalenti, li jidħlu fis-seħħ qabel ... (9), jew

ii.

Stat Membru jista' juri li l-każ għall-bini ta' l-infrastruttura in kwistjoni kien jiddependi mill-fatt li hi pproġettata biex isservi għal aktar minn 30 sena.

Fi kwalunkwe każ il-proporzjon ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni m'għandux jaqbeż il-proporzjon tal-perijodu ta' ħajja mistennija attwali tal-komponenti ta' l-infrastruttura li jkun għad fadal ... (9) jew fid-data meta l-arranġamenti ġodda tal-tariffa għall-użu tat-triq jiġu introdotti, fejn din hi data aktar tard.

L-ispejjeż ta' l-infrastruttura jew titjib infrastrutturali jistgħu jinkludu kwalunkwe spiża speċifika fuq l-infrastruttura magħmula biex jitnaqqas l-inkonvenjent relatat ma' ħsejjes jew biex titjieb is-sigurtà fit-toroq u l-pagamenti attwali magħmula mill-operatur ta' l-infrastruttura li jikkorrispondu ma' elementi ambjentali oġġettivi bħal protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni tal-ħamrija.

(ab)

‘spejjeż ta' finanzjament’ tfisser interess fuq self u/jew ritorn fuq kwalunkwe finanzjament permezz ta' ishma kkontribwit mill-azzjonisti;

(aċ)

‘tiswijiet strutturali sinjifikanti’ tfisser tiswijiet strutturali minbarra dawk it-tiswijiet li m'humiex aktar ta' benefiċċju għal min juża t-toroq, eżempju fejn ix-xogħol tat-tiswija ġie sostitwit b'aktar kisi mill-ġdid tat-toroq jew xogħol ieħor ta' kostruzzjoni.”.

(ċ)

il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

‘tariffa għall-użu tat-triq’ tfisser ammont speċifiku pagabbli għal vettura li tivvjaġġa distanza partikolari fuq l-infrastrutturi msemmija fl-Artikolu 7(1); l-ammont għandu jkun ibbażat fuq id-distanza tal-vjaġġ li jkun sar u t-tip tal-vettura;”

(d)

għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

‘it- tariffi għall-użu tat-triq medji ppeżati għall-użu tat-triq’ tfisser id-dħul totali miġbur minn tariffi għall-użu tat-triq li saru fuq perijodu speċifiku diviż bin-numru ta' kilometri li jkunu saru minn vettura f'sistema stradali speċifika li jkun soġġett għat-tariffa għall-użu tat-triq matul dak il-perijodu, fejn kemm id-dħul kif ukoll il-kilometri tal-vettura jiġu kkalkulati għall-vetturi li għalihom tapplika t-tariffa għall-użu tat-triq.”

(e)

il-punti (ċ), (d) (e) u (f) għandhom jinbidlu b'li ġej:

“(ċ)

‘ħlasijiet mill-utent’ tfisser ammont speċifiku li l-pagament tiegħu jagħti d-dritt lil vettura li tuża għal perijodu speċifiku l-infrastrutturi msemmija fl-Artikolu 7(1);

(d)

‘vettura’ tfisser vettura bil-mutur jew taħlita ta' vetturi artikolati maħsuba […] jew użata esklusivament għat-trasport stradali ta' merkanzija u li għandha piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta' iżjed minn 3.5 tunnellati;

(e)

vettura tal-kategorija ‘EURO 0’, ‘EURO I’,‘EURO II’,‘EURO III’,‘EURO IV’,‘EURO V’,‘EEV’ tfisser vettura li tkun konformi mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness 0.

(f)

‘tip ta' vettura’ tfisser kategorija li vettura taqa' taħtha skond in-numru ta' fusien tagħha, il-qisien jew il-piż tagħha, jew fatturi oħra ta' klassifikazzjoni ta' vetturi li jirriflettu l-ħsara fit-triq, per eżempju s-sistema ta' klassifikazzjoni tal-ħsara fit-triq stabbilita fl-Anness IV, kemm-il darba s-sistema ta' klassifikazzjoni użata hija bbażata fuq karatteristiċi tal-vettura li jew jidhru fid-dokumentazzjoni tal-vettura użata fl-Istati Membri kollha jew ikunu viżibbli.”.

(f)

għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(ġ)

‘kuntratt ta' konċessjoni’ tfisser ‘konċessjoni ta' xogħlijiet pubbliċi’ jew ‘konċessjoni ta' servizz’ kif imfisser fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta' provvisti pubbliċi u kuntratti ta' servizzi pubbliċi (10);

(h)

‘Konċessjoni ta' tariffa għall-użu tat-triq’ tfisser tariffa għall-użu tat-triq imposta minn konċessjonarju taħt kuntratt ta' konċessjoni.

2)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom jinbidlu b'li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu tariffi għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet mill-utent fuq is-sistema stradali trans-Ewropea, jew fuq partijiet ta' dik is-sistema, skond il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 2 sa 12 biss. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istati Membri li japplikaw tariffi għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet mill-utent fuq toroq mhux inklużi fis-sistema stradali trans-Ewropea jew għal tipi oħra ta' vetturi bil-mutur mhux koperti bit-tifsira ta' ’vettura’ fis-sistema stradali trans-Ewropea tat-toroq, f'konformità mat-Trattat.

2.   Stat Membru jista' jagħżel li jżomm jew jintroduċi tariffi għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet mill-utent applikabbli biss għal vetturi li għandhom piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta' mhux inqas minn 12-il tunnellata. Fejn Stat Membru jagħżel li japplika tariffi għall-użu ta' triq u/jew ħlasijiet għall-utent għal vetturi taħt dan il-limitu ta' piż, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

3.   Tariffi għall-użu tat-triq u ħlasijiet mill-utent ma jistgħux jiġu imposti t-tnejn fl-istess ħin fuq kwalunkwe kategorija speċifika ta' vettura għall-użu ta' parti waħda tat-triq. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll tariffi għall-użu tat-triq fuq sistemi stradali fejn ħlasijiet mill-utent huma imposti għall-użu ta' pontijiet, mini u mogħdijiet fil-muntanji.

4.   Tariffi għall-użu tat-triq jew ħlasijiet mill-utent ma jistgħux jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, abbażi tan-nazzjonalità tat-trasportatur, tal-pajjiż jew tal-post fejn it-trasportatur huwa stabbilit jew fejn il-vettura hija reġistrata, jew ta' l-oriġini jew id-destinazzjoni ta' l-attività tat-trasport.”;

(b)

għandhom jiddaħħlu il-paragrafi 4a, 4b u 4ċ li ġejjin:

“4a.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal rati mnaqqsa ta' tariffi għall-użu tat-triq jew ħlasijiet mill-utent jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu tariffi għall-użu tat-triq jew ħlasijiet mill-utent għal vetturi eżentati mill-ħtieġa li jistallaw u jużaw tagħmir li jirrekordja skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar tagħmir li jirrekordja fit-trasport stradali (11), u fil-każi koperti minn, u soġġetti għall-kondizzjonijiet li hemm, fl-Artikolu 6(2)(a) u (b) ta' din id-Direttiva.

4b.   Minħabba li strutturi għall-ħlas li jinvolvu tnaqqis jew riduzzjonijiet fit-tariffi għall-użu tat-triq għal dawk li jużawhom spiss jistgħu jwasslu għal tfaddil fi spejjeż amministrattivi għall-operatur ta' l-infrastruttura, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal tali tnaqqis jew riduzzjonijiet bil-kondizzjoni li:

iwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 10(a);

ikunu konformi mat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikoli 12, 49, 86 u 87 tiegħu;

ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern;

l-istruttura għall-ħlas li tirriżulta għandha tkun lineari, proporzjonali, disponibbli għall-utenti kollha b'mod ugwali u ma twassalx għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħra fil-forma ta' tariffi ogħla għall-użu tat-triq.

Tnaqqis jew riduzzjonijiet bħal dawn m'għandhom fl-ebda każ jaqbżu t-13 % tat-tariffa għall-użu tat-triq imħallsa minn vetturi ekwivalenti li m'humiex eliġibbli għat-tnaqqis jew ir-riduzzjoni.

4ċ.   L-iskemi kollha ta' tnaqqis jew riduzzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4a u 4b u għandha tapprovahom skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9ċ(2).

(ċ)

il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“6.   L-arranġamenti għall-ġbir ta' tariffi għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet mill-utent m'għandhomx, finanzjarjament jew xort'oħra, iqiegħdu lil dawk li jużaw is-sistema stradali mhux b'mod regolari fi żvantaġġ mhux ġustifikat. B'mod partikolari, fejn Stat Membru jiġbor tariffi għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet mill-utent esklusivament permezz ta' sistema li teħtieġ l-użu ta' unità abbord tal-vettura, għandu jagħmel disponibbli l-unitajiet abbord xierqa taħt arranġamenti amministrattivi u ekonomiċi raġonevoli.”;

(d)

It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 7 għandhom jiġu mħassra;

(e)

il-paragrafi 9 u 10 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“9.   It-tariffi għall-użu tat-triq għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' l-irkupru ta' l-ispejjeż ta' infrastruttura biss. B'mod speċifiku t-tariffi medji ppeżati għall-użu tat-triq għandhom ikunu relatati ma' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni u ma' l-ispejjeż ta' l-operazzjoni, tal-manutenzjoni u ta' l-iżvilupp tas-sistema infrastrutturali kkonċernata. It-tariffi medji ppeżati għall-użu tat-triq jistgħu jinkludu wkoll qliegħ fuq il-kapital jew marġni ta' profitt ibbażati fuq il-kondizzjonijiet tas-suq.

10.

(a)

Bla preġudizzju għat-tariffi medji ppeżati għall-użu tat-triq imsemmija fil-paragrafu 9, l-Istati Membri jistgħu jvarjaw ir-rati ta' tariffa għall-użu tat-triq għal finijiet bħal ma huma l-ġlieda kontra l-ħsara ambjentali, it-trattament tal-konġestjoni, tiġi minimizzata l-ħsara infrastrutturali, l-ottimizzazzjoni ta' l-użu ta' l-infrastruttura kkonċernata u l-promozzjoni tas-sigurtà fit-toroq, kemm-il darba tali varjazzjoni:

hija proporzjonata ma' l-għan imfittex;

hija trasparenti u mhux diskriminatorja, partikolarment fir-rigwardtan-nazzjonalità tat-trasportatur, il-pajjiż jew il-post ta' fejn it-trasportatur ikun stabbilit jew fejn il-vettura tkun reġistrata, u l-oriġini jew id-destinazzjoni ta' l-attività ta' trasport;

m'hix maħsuba li tiġġenera dħul addizzjonali minn tariffi għall-użu tat-triq, u kwalunkwe żieda fid-dħul li ma tkunx intenzjonata (li twassal għal tariffi medji ppeżati għall-użu tat-triq li m'humiex konformi mal-paragrafu 9) tkun bilanċjata b'bidliet fl-istruttura tal-varjazzjoni li għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mit-tmiem tas-sena tal-kontabbiltà li fiha d-dħul addizzjonali ġie ġenerat;

tirrispetta l-limiti massimi ta' flessibbiltà mniżżla fil-punt (b).

(b)

Bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-punt (a), ir-rati ta' tariffa għall-użu tat-triq jistgħu jiġu varjati skond:

il-klassi ta' emissjoni EURO kif imniżżla fl-Anness 0, kemm-il darba l-ebda tariffa għall-użu tat-triq ma tkun iżjed minn 100 % ogħla mit-tariffa għall-użu tat-triq mitluba għal vetturi ekwivalenti li jilħqu l-iżjed standards stretti ta' emissjoni; u/jew

il-ħin tal-ġurnata, it-tip ta' ġurnata jew staġun, kemm-il darba:

(i)

l-ebda tariffa għall-użu tat-triq ma għandha tkun iżjed minn 100 % ogħla mit-tariffa għall-użu tat-triq mitluba matul l-iżjed perijodu rħis tal-ġurnata, tip ta' ġurnata jew staġun; jew

(ii)

fejn l-irħas perijodu huwa dak b'rata żero, il-penali għall-iżjed ħin għali tal-ġurnata, it-tip ta' ġurnata jew staġun ma jkunx iżjed minn 50 % tal-livell ta' tariffa għall-użu tat-triq li kieku tkun applikabbli għall-vettura in kwistjoni.

(ċ)

Bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-punt (a), ir-rati ta' tariffa għall-użu tat-triq jistgħu f'każi eċċezzjonali għal proġetti speċifiċi b'interess għoli Ewropew jkunu soġġetti għal forom oħra ta' varjazzjoni sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà kummerċjali ta' tali proġetti, meta jkunu esposti għal kompetizzjoni diretta ma' modi oħra ta' trasport għall-vetturi. L-istruttura ta' tariffi għall-użu tat-triq li tirriżulta għandha tkun lineari, proporzjonata, ippubblikata fil-miftuħ, disponibbli għall-utenti kollha b'mod ugwali u m'għandhiex twassal għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħra fil-forma ta' tariffi ogħla għall-użu tat-triq. Il-Kummissjoni għandha tivverifika konformità mal-kondizzjonijiet ta' dan il-punt qabel l-implimentazzjoni ta' l-istruttura ta' tariffi għall-użu tat-triq in kwistjoni.”;

(f)

għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“11.   F'każi eċċezzjonali li jikkonċernaw l-infrastruttura f'reġjuni muntanjużi u wara li tiġi informata l-Kummissjoni, tista' tiġi imposta żieda għat-tariffi għall-użu tat-triq ta' partijiet speċifiċi ta' toroq:

(a)

li huma s-suġġett ta' konġestjoni akuta li teffettwa l-moviment liberu ta' vetturi, jew

(b)

li l-użu tagħhom mill-vetturi jikkawża ħsara ambjentali sinifikattiva,

bil-kondizzjoni li:

id-dħul iġġenerat miż-żieda hjiġi investit fi proġetti prijoritarji ta' interess Ewropew identifikati fl-Anness III li tinsab mad-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE, li jikkontribwixxu direttament biex tittaffa l-konġestjoni jew il-ħsara ambjentali in kwistjoni u li jinsabu fl-istess kuritur bħall-parti tat-triq li fuqha hija applikata ż-żieda;

iż-żieda, li tista' tiġi applikata għal tariffi għall-użu tat-triq varjati skond il-paragrafu 10, ma taqbiżx il-15 % ta-tariffa medja ppeżata għall-użu tat-triq ikkalkulat skond il-paragrafu 9 ħlief fejn id-dħul iġġenerat huwa investit f'taqsimiet transfruntiera ta' proġetti prijoritarji ta' interess Ewropew li jinvolvu infrastruttura f'reġjuni muntanjużi, li f'dak il-każ iż-żieda m'għandhiex tkun iżjed minn 25 %;

l-applikazzjoni taż-żieda ma tirriżultax fi trattament inġust ta' traffiku kummerċjali meta mqabbel ma' utenti oħra tat-triq;

jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni qabel l-applikazzjoni taż-żieda pjani finanzjarji għall-infrastruttura li fuqhom hi applikata ż-żieda u analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-proġett ġdid ta' infrastruttura;

il-perijodu li għalih għandha tapplika ż-żieda huwa definit u limitat minn qabel u huwa konsistenti fir-rigward tad-dħul li mistenni jsir mal-pjani finanzjarji u l-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji ppreżentati.

L-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għal proġetti transfruntiera ġodda għandha tkun soġġetta għall-ftehim ta' l-Istati Membri konċernati.

Meta l-Kummissjoni tirċievi l-pjani finanzjarji minn Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika żieda, hija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9ċ(1). Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-żieda ppjanata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imniżżla f'dan il-paragrafu, jew jekk tikkunsidra li l-żieda ppjanata ser ikollha effetti negattivi sinjifikanti fuq l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjuni periferali, hija tista' tirrifjuta jew titlob modifika tal-pjani għal ħlasijiet ppreżentati mill-Istati Membri kkonċernati, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9ċ(2).

12.   Fejn xufier ma jkunx jista' jipproduċi d-dokumenti tal-vettura meħtieġa biex jikkonferma l-informazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 10(b), u t-tip ta' vettura f'każ ta' kontroll, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tariffi għall-użu tat-triq sa l-ogħla livell li jista' jitħallas.”;

3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

1.   Meta jiġu biex jiddeterminaw il-livelli ta' tariffi medji ppeżati għall-użu tat-triq li għandhom jiġu mitluba fis-sistema infrastrutturali kkonċernata jew f'parti tas-sistema definita b'mod ċar, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni d-diversi spejjeż imniżżla fl-Artikolu 7(9). L-ispejjeż li jittieħdu f'kunsiderazzjoni tagħhom għandhom jirrelataw mas-sistema infrastrutturali jew parti minnha li fuqha huma mposti t-tariffi għall-użu tat-triq i u mal-vetturi li huma soġġetti għat-tariffa għall-użu tat-triq. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirkuprawx dawn l-ispejjeż permezz ta' dħul minntariffi għall-użu tat-triq jew li jirkupraw biss perċentaġġ ta' l-ispejjeż.

2.   It-tariffi għall-użu tat-triq għandhom jiġu ddeterminati skond l-Artikolu 7 u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Fir-rigward ta' arranġamenti ġodda ta' tariffa għall-użu tat-triq, minbarra dawk li jinvolvu konċessjoni għat-tariffi għall-użu tat-triq introdotti mill-Istati Membri wara ... (12), l-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ċentrali ta' kalkolu mniżżla fl-Anness III.

Għal tariffi konċessjonarji ġodda għall-użu tat-triq li jiddaħħlu wara ... (12), il-livell massimu ta' tariffi għall-użu tat-triq għandu jkun ekwivalenti għal, jew anqas minn, il-livell li jkun irriżulta mill-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ċentrali ta' kalkolu mniżżla fl-Anness III. Il-valutazzjoni ta' tali ekwivalenza għandha ssir abbażi ta' perijodu ta' riferenza raġonevolment twil li jkun xieraq għan-natura tal-kuntratt ta' konċessjoni.

Arranġamenti ta' tariffi għall-użu tat-triq li jkunu diġà fis-seħħ fi ... (12) jew li għalihom ġew riċevuti offerti jew risposti għal stediniet ta' negozjar taħt il-proċedura nnegozjata b'segwitu għal proċedura ta' akkwist pubbliku qabel ... (12) m'għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi imniżżla f'dan il-paragrafu, sakemm dawn l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux modifikati sostanzjalment.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mill-anqas erba' xhur qabel l-implimentazzjoni ta' arranġament ġdid ta' tariffi għall-użu tat-triq:

(a)

fir-rigward ta' arranġamenti oħra ta' tariffi għall-użu tat-triq minbarra dawk li jinvolvu konċessjoni għal tariffi għall-użu tat-triq:

il-valuri ta' unità u parametri oħra li jużaw fil-kalkolu tad-diversi elementi ta' spejjeż; u

informazzjoni ċara dwar il-vetturi koperti mill-arranġament tagħhom ta' tariffa għall-użu tat-triq u d-daqs ġeografiku tas-sistema stradali, jew ta' parti mis-sistema stradali, użata għal kull kalkolu ta' l-ispejjeż u l-perċentaġġ ta' l-ispejjeż li qed ifittxu li jirkupraw;

(b)

fir-rigward ta' arranġamenti ta' tariffi għall-użu tat-triq li jinvolvu konċessjoni għal tariffi għall-użu tat-triq:

il-kuntratti ta' konċessjoni jew bidliet sinjifikanti għal tali kuntratti;

il- bażi li fuqha l-konċessjonarju bbaża n-notifika ta' konċessjoni, kif imsemmija fl-Anness VII B li jinsab mad-Direttiva 2004/18/KE; din il- bażi għandha tinkludi l-ispejjeż stmati kif definiti fl-Artikolu 7(9) previsti fl-ambitu tal-konċessjoni, it-traffiku previst diviż skond it-tip ta' vettura, il-livelli ta' tariffi għall-użu tat-triq previsti u d-daqs ġeografiku tas-sistema stradali koperta mill-kuntratt ta' konċessjoni.

5.   Fir-rigward ta' każi soġġetti għall-obbligi tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni skond il-paragrafu 4, tagħti opinjoni dwar jekk dawn l-obbligi jidhrux li ġew imwettqa.

L-opinjonijiet tal-Kummissjoni għandhom isiru disponibbli lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9ċ (1).

6.   Fejn Stat Membru jixtieq japplika d-dispożizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 7(11) fir-rigward ta' arranġamenti ta' tariffi għall-użu tat-triq diġà fis-seħħ fi ... (12), l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi informazzjoni li turi li t-tariffa medja ppeżata għall-użu tat-triq li qed tiġi applikata għall-infrastruttura kkonċernata hija konformi ma' l-Artikoli 2(aa), 7(9) u 7(10).”;

4)

L-Artikolu 8(2) (b) għandu jinbidel bl-Artikolu li ġej:

“(b)

il-pagament tal-ħlas komuni mill-utent għandu jagħti aċċess għas-sistema stradali kif definit mill-Istati Membri parteċipanti skond l-Artikolu 7(1);”;

5)

Għandu jiiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Kull Stat Membru għandu jagħmel monitoraġġ tas-sistema ta' tariffi għall-użu tat-triq u/jew ta' ħlasijiet mill-utenti oħra fuq l-utent biex jiġi żgurat li din taħdem b'mod trasparenti u bla ma tkun diskriminatorja.”

6)

L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

“(d)

taxxi fuq l-assigurazzjoni.”

(b)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   B'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul minn ħlasijiet- għall-użu ta' l-infrastruttura tat-toroq. Biex is-sistema stradali tat-trasport tkun tista' tiġi żviluppata b'mod sħiħ, id-dħul mill-ħlasijiet irid jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport u biex ikun jista' jsir l-aħjar użu mis-sistema kollha tat-trasport.”;

7)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 9a

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kontrolli xierqa u jiddeterminaw is-sistema ta' penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva; huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stabbiliti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 9b

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta' kapaċitajiet tekniċi bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-Anness III. Il-Kummissjoni għandha taġġorna u tiċċara l-Annessi 0, III u IV fid-dawl tal-progress tekniku u l-Annessi I u II fid-dawl ta' l-inflazzjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9ċ(3).

Artikolu 9ċ

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

4.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.”;

(8)

L-Artikolu 11 għandu jinbidel bl-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11

Mhux iktar tard minn ... (13), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva, fejn tittieħed kunsiderazzjoni ta' żviluppi fit-teknonoloġija u t-tendenza fid-densità tat-traffiku, u li tivvaluta l-impatt tagħha fuq is-suq intern, inkluż fuq reġjuni gżejjer, reġjuni mingħajr kosta u reġjuni periferali tal-Komunità, il-livelli ta' investiment fis-settur u l-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-politika ta' trasport sostenibbli.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn (14).”;

9)

It-Tabella fl-Anness II li tindika l-ammont ta' ħlasijiet annwali għandha tinbidel bit-Tabella li ġejja:

 

“massimu ta' tliet fusien

minimu ta' erba' fusien

EURO 0 u EURO I

1020

1648

EURO II u EURO III

904

1488

EURO IV, EURO V u EEV

797

1329”

10)

L-aħħar sentenza ta' l-Anness II għandha tinbidel bis-sentenza li ġejja:

“Il-ħlas mill-utent bil-ġurnata huwa l-istess għall-kategoriji kollha tal-vetturi u jammonta għal EUR 11.”;

11)

Għandu jiddaħħal l-Anness 0, li t-test tiegħu jidher fl-Anness I ma' din id-Direttiva;

12)

Għandu jiżdied l-Anness III, li t-test tiegħu jidher fl-Anness II li jinsab ma' din id-Direttiva.

13)

Għandu jiżdied l-Anness IV, li t-test tiegħu jidher fl-Anness III li jinsab ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard minn ... (9). Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw tali miżuri, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, flimkien ma' skeda li turi kif id-dispożizzjonjiet ta' din id-Direttiva jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

...

Għall-Kunsill

Il-President

...


(1)  ĠU L 187, ta' l-20.7.1999, p. 42. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' 2003.

(2)  ĠU C 241, tat-28/09/2004, p. 58.

(3)  ĠU C 109, tat-30.4.2004, p.14.

(4)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta’ April 2004 (ĠU C 141 E, tat-30.4.2004, p.372) u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2005 kif ukoll il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-…. (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU).

(5)  ĠU L 228, tad-9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 884/2004/KE (ĠU L 167, tat-30.4.2004, p. 1).

(6)  ĠU L 283, tal-31.10.2003, p. 51. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 100).

(7)  ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

(8)  ĠU L 228, tad-9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 884/2004/KE (ĠU L 167, tat-30.4.2004, p. 1).”;

(9)  24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(10)  ĠU L 134, tat-30.4.2004, p. 114. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2004 (ĠU L 326, tad-29.10.2004, p. 17).”;

(11)  ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 432/2004 (ĠU L 71, ta' l-10.3.2004, p. 3).”;

(12)  24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(13)  Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(14)  54 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

“ANNESS 0

LIMITI TA' EMISSJONI

1.

Vettura ‘EURO 0’

Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) g/kWh

Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh

12.3

2.6

15.8

2.

Vetturi ‘EURO I’/‘EURO II’

 

Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) g/kWh

Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh

Massa ta' partikulati (PT) g/kWh

Vettura ‘EURO’ I

4.9

1.23

9.0

0.4 (1)

Vettura ‘EURO II’

4.0

1.1

7.0

0.15

3.

Vetturi ‘EURO III’/‘EURO IV’/‘EURO V’/‘EEV’

Il-mases speċifiċi ta' monossidu tal-karbonju, it-total ta' idrokarboni, l-ossidi tan-nitroġenu u l-partikulati, determinati bit-test ta' l-ESC u l-opaċità tal-gass ta' skariku, determinat mit-test ta' l-ERL, m'għandhomx jeċċedu l-valuri li ġejjin (2):

 

Massa ta' monossidi tal-karbonju (CO) g/kWh

Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh

Massa ta' partikulati (PT) g/kWh

Gass ta' skariku m-1

Vettura ‘EURO III’

2.1

0.66

5.0

0.10 (3)

0.8

Vettura ‘EURO IV’

1.5

0.46

3.5

0.02

0.5

Vettura ‘EURO V’

1.5

0.46

2.0

0.02

0.5

Vettura ‘EEV’

1.5

0.25

2.0

0.02

0.15


(1)  Koeffiċjent ta' 1.7 huwa applikat għall-valur ta' limitu ta' emissjoni ta' partikulati fil-każ ta' magni b'rata ta' potenza ta' 85 kW jew inqas.

(2)  Ċiklu ta' prova jikkonsisti f'sekwenza ta' punti ta' prova, kull punt definit minn veloċità u torque li l-magna trid tirrispetta fi steady state (test ta' l-ESC) jew f'kondizzjonijiet ta' operazzjoni transitorja (prova ta' l-ETC u l-ELR).

(3)  0.13 għal magni li ċ-ċilindrata unitorja tagħhom hi inqas minn 0.7 dm3 u l-veloċità nominali hi iktar minn 3 000 min-1.”


ANNESS II

“ANNESS III

PRINĊIPJI ĊENTRALI GĦALL-ALLOKAZZJONI TA' L-ISPEJJEŻ U L-KALKOLU TAT-TARIFFI GĦALL-UŻU TAT-TRIQ

Dan l-Anness jistipula l-prinċipji ċentrali għall-kalkolu ta' tariffi medji ppeżati għall-użu tat-triq li jirriflettu l-Artikolu 7(9). L-obbligu li tariffi għall-użu tat-triq ikunu relatati ma' l-ispejjeż għandu jkun bla preġudizzju għal-libertà ta' l-Istati Membri li jagħżlu, skond l-Artikolu 7a(1), li ma jirkuprawx l-ispejjeż kollha minn dħul mit-tariffi għall-użu tat-triq, jew għal-libertà, skond l-Artikolu 7(10), li jvarjaw l-ammonti ta' tariffi speċifiċi għall-użu tat-triq lil hinn mill-medja (1).

L-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji għandha tkun għal kollox konsistenti ma' obbligi eżistenti oħra taħt il-liġi Komunitarja, b'mod partikolari l-ħtieġa li kuntratti ta' konċessjoni jingħataw skond id-Direttiva tal-Kunsill 2004/18/KE u strumenti Komunitarji oħra fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku.

Fejn Stat Membru jidħol f'negozjati ma' parti terza waħda jew iktar bil-ħsieb li jiġi stabbilit kuntratt ta' konċessjoni fir-rigward tal-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta' parti mill-infrastruttura tiegħu, jew bil-ħsieb ta' dan il-għan, jidħol f'arranġament simili bbażat fuq leġiżlazzjoni nazzjonali jew fuq ftehim li jidħol fih il-Gvern ta' Stat Membru, il-konformità ma' dawn il-prinċipji għandha tiġi ġġudikata abbażi ta' l-eżitu ta' dawn in-negozjati.

1.   Tifsira tas-Sistema Stradali u tal-vetturi koperti

Fejn ma jkunx ser jiġi applikat arranġament uniku ta' tariffa għall-użu tat-triq għas-sistema stradali kollha tat-TEN, Stat Membru għandu jispeċifika b'mod preċiż il-parti jew il-partijiet tas-sistema stradali li għandhom ikunu soġġetti għal arranġament ta' tariffi għall-użu tat-triq kif ukoll is-sistema li huwa juża biex jikklassifika l-vetturi għall-finijiet ta' varjazzjoni fit-tariffa għall-użu tat-triq. L-Istati Membri għandhom ukoll jispeċifikaw jekk humiex qed jestendu l-firxa tal-vetturi koperti mill-arranġament ta' tariffa għall-użu tat-triq taħt il-limitu ta' 12-il tunnellata.

Fejn Stat Membru jagħżel li jadotta linji politiċi differenti fir-rigward ta' kif jirkupra l-ispejjeż għal partijiet differenti tas-sistema stradali tiegħu (kif permess taħt l-Artikolu 7a(1)), kull parti definita b'mod ċar tas-sistema stradali għandha tkun soġġetta għal kalkolu separat ta' l-ispejjeż. Stat Membru jista' jagħżel li jaqsam is-sistema stradali tiegħu f'numru ta' partijiet definiti b'mod ċar sabiex jistabbilixxi arranġamenti ta' konċessjoni separati jew simili għal kull parti.

2.   Spejjeż ta' infrastruttura

2.1   Spejjeż ta' l-investiment

L-ispejjeż ta' l-investiment għandhom jinkludu l-ispejjeż tal-kostruzzjoni (inkluż l-ispejjeż finanzjarji) u l-ispejjeż ta' l-iżvilupp ta' l-infrastruttura biż-żieda, fejn xieraq, ta' dħul fuq l-investiment kapitali jew marġni ta' profitt. Għandhom ukoll ikunu inklużi l-ispejjeż ta' l-akkwist ta' l-art, l-ippjanar, id-disinn, is-superviżjoni ta' kuntratti ta' kostruzzjoni u l-amministrazzjoni tal-proġett, u ta' investigazzjonijiet arkeoloġiċi u ta' l-art, kif ukoll spejjeż inċidentali rilevanti oħra.

L-irkupru ta' l-ispejjeż tal-kostruzzjoni għandu jkun ibbażat jew fuq il-perijodu ta' ħajja mistennija ta' l-infrastruttura jew fuq perijodu ieħor ta' ammortizzazzjoni (li ma jkunx anqas minn 20 sena) li jista' jitqies xieraq għal raġunijiet ta' finanzjament permezz ta' kuntratt ta' konċessjoni jew b'mod ieħor. It-tul tal-perijodu ta' ammortizzazzjoni jista' jkun fattur varjabbli importanti fin-negozjati dwar l-istabbiliment ta' kuntratti ta' konċessjoni, b'mod partikolari jekk l-Istat Membru kkonċernat jixtieq, bħala parti mill-kuntratt, jistabbilixxi limitu massimu fir-rigward tat-tariffa medja ppeżata għall-użu tat-triq applikabbli.

Bla preġudizzju għall-kalkolu ta' l-ispejjeż ta' investiment, l-irkuprar ta' l-ispejjeż jista'

jitqassam indaqs tul il-perijodu ta' ammortizzazzjoni jew jiġi kkonċentrat fuq is-snin tal-bidu, tan-nofs jew lejn l-aħħar, dment li tali konċentrazzjoni titwettaq b'mod trasparenti;

jipprovdi għall-indiċjar tat-tariffi għall-użu tat-triq tul il-perijodu ta' ammortizzazzjoni.

L-ispejjeż kollha ta' l-imgħoddi għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti mħallsa. L-ispejjeż futuri jkunu bbażati fuq previżjonijiet raġonevoli ta' l-ispejjeż .

L-investiment tal-gvern jista' jitqies li huwa self finanzjarju. Ir-rata ta' interess li tiġi applikata lill-ispejjeż ta' l-imgħoddi għandha tkun ir-rati li applikaw għas-self tal-gvern matul dak il-perijodu.

L-ispejjeż għandhom jitqassmu bejn il-vetturi għall-merkanzija tqila (HGVs) fuq bażi oġġettiva u trasparenti billi tingħata kunsiderazzjoni għall-proporzjon ta' traffiku ta' HGVs li jkun hemm fuq is-sistema stradali u l-ispejjeż marbuta ma' dan. In-numru ta' kilometri tal-vettura mwettqa mill-HGVs jista' għal dan il-għan jiġi aġġustat b'‘fatturi ta' ekwivalenza’ oġġettivament ġustifikati bħal dawk stabbiliti fil-punt 4 (2).

Provvediment għal stima tad-dħul fuq il-kapital jew il-marġni ta' profitt għandu jkun raġonevoli fid-dawl tal-kondizzjonijiet tas-suq u jista' jiġi varjat bl-iskop li jipprovdi inċentivi ta' rendiment għal parti terza kontraenti fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi mogħtija. Id-dħul fuq il-kapital għandu jiġi stmat bl-użu ta' indikaturi ekonomiċi bħall-IRR (rata ta' dħul intern fuq l-investiment) jew il-WACC (spejjeż medji ppeżati tal-kapital).

2.2   Spejjeż annwali ta' manutenzjoni u spejjeż ta' tiswija strutturali

Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu kemm l-ispejjeż annwali tal-manutenzjoni tas-sistema stradali kif ukoll l-ispejjeż perjodiċi relatati mat-tiswija, it-tisħiħ u l-kisi mill-ġdid, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-livell tal-funzjonalità operattiva tas-sistema stradali tinżamm matul iż-żmien.

Dawn l-ispejjeż għandhom jitqassmu bejn l-HGV u traffiku ieħor abbażi tal-kwoti reali u mbassra ta' kilometri tal-vettura u jistgħu jiġu aġġustati b'fatturi ta' ekwivalenza ġustifikati b'mod objettiv bħal dawk imniżżla fil-punt 4.

3.   Spejjeż operattivi, ta' ġestjoni u ta' tariffi għall-użu tat-triq

Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludi l-ispejjeż kollha li saru mill-operatur ta' l-infrastruttura li m'humiex koperti taħt is-Sezzjoni 2 u li huma relatati ma' l-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-infrastruttura u tas-sistema ta' tariffa għall-użu tat-triq. B'mod partikolari dawn għandhom jinkludu:

l-ispejjeż ta' kostruzzjoni, l-istabbiliment u ż-żamma ta' kabini għall-ħlas ta' tariffi għall-użu tat-triq u sistemi ta' pagament oħra;

l-ispejjeż ta' kuljum ta' l-operazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tas-sistema ta' ġbir tal-ħlas għall-użu tat-triq;

miżati u ħlasijiet amministrattivi relatati ma' kuntratti ta' konċessjoni;

spejjeż ta' ġestjoni, amminstrazzjoni u servizz relatati ma' l-operazzjoni ta' l-infrastruttura.

L-ispejjeż jistgħu jinkludu ritorn fuq kapital jew marġni ta' profitt li jirriflettu l-grad ta' riskju trasferit.

Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu diviżi skond bażi ġusta u trasparenti bejn il-klassijiet kollha ta' vetturi li huma soġġetti għas-sistema ta' tariffi għall-użu tat-triq.

4.   Il-kwota tal-HGV fit-traffiku, il-fatturi ta' ekwivalenza u l-mekkaniżmu ta' korrezzjoni

Il-kalkolu tat-tariffi għall-użu tat-triq għandu jkun ibbażat fuq kwoti reali jew imbassra f'kilometri mill-HGVs aġustati, jekk mixtieq, minn fatturi ta' ekwivalenza, biex tittieħed f'kunsiderazzjoni ż-żieda fl-ispejjeż tal-kostruzzjoni u t-tiswija ta' infrastruttura għall-użu ta' vetturi għall-ġarr ta' merkanzija tqila.

It-tabella li ġejja tagħti sett ta' fatturi ta' ekwivalenza indikattivi. Fejn Stat Membru juża fatturi ta' ekwivalenza bi proporzjonijiet li huma differenti minn dawk fit-tabella, huma għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ġustifikabbli b'mod oġġettiv u għandhom isiru pubbliċi.

Klassi tal-vettura (3)

Fatturi ta' ekwivalenza

Tiswija strutturali (4)

Investimenti

Manutenzjoni annwali

Bejn 3.5t u 7.5t, Klassi 0

1

1

1

> 7.5 t, Klassi I

1.96

1

1

> 7.5 t, Klassi II

3.47

1

1

> 7.5 t, Klassi III

5.72

1

1

Arranġamenti ta' tariffi għall-użu tat-triq li huma bbażati fuq livelli ta' traffiku mbassra għandhom jipprovdu għal mekkaniżmu ta' korrezzjoni li permezz tiegħu tariffi għall-użu tat-triq huma aġġustati perjodikament biex jitranġa kwalunkwe rkupru nieqes jew żejjed ta' spejjeż minħabba żbalji ta' tbassir.”


(1)  Dawn id-dispożizzjonijiet, flimkien mal-flessibbiltà offruta fil-mod li bih l-ispejjeż jiġu rkuprati maż-żmien (ara t-tielet inċiż tal-punt 2.1,), jagħtu marġni konsiderevoli biex il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jiġu stabbiliti f'livelli li jkunu aċċettabbli għall-utenti u adattati għall-objettivi speċifiċi tal-politika tat-trasport ta' l-Istat Membru.

(2)  L-applikazzjoni ta' fatturi ta' ekwivalenza mill-Istati Membri tista' tieħu f'kunsiderazzjoni l-bini tat-toroq żviluppata fuq bażi ta' fażijiet jew bl-użu ta' approċċ ta' ċiklu ta' ħajja twil.

(3)  Ara l-Anness IV li jindika l-klassijiet tal-vetturi.

(4)  Il-klassijiet tal-vetturi jikkorrispondu mat-toqol tal-fusien ta' 5.5; 6.5; 7.5 u 8.5 tunnellati rispettivament.


ANNESS III

“ANNESS IV

Indikazzjoni tal-klassijiet tal-vetturi

Il-klassijiet tal-vetturi huma definiti bit-tabella hawn taħt.

Il-vetturi huma klassifikati f'subkategoriji 0, I, II u III skond il-ħsara li jagħmlu lill-wiċċ tat-triq, f'ordni axxendenti (il-Klassi III hi għalhekk il-kategorija li tagħmel l-aktar ħsara lill-infrastruttura tat-triq). Il-ħsara tiżdied b'mod esponenzjali biż-żieda fil-piż tal-fus.

Il-vetturi bil-mutur kollha u t-taħlitiet tal-vetturi b'piż massimu permissibbli meta mgħobbija taħt is-7.5 tunnellati jagħmlu part mill-klassi ta' ħsara 0.

Vetturi bil-mutur

Fusien tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut (1)

Fusien tas-sewqan mgħammra b'sistemi oħra ta' sospensjoni

Klassi ta' ħsara

Numru ta' fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija

(f'tunnellati)

Numru ta' fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija

(f'tunnellati)

 

Mhux anqas minn

Anqas minn

Mhux anqas minn

Anqas minn

 

Żewġ Fusien

 

7.5

12

13

14

15

12

13

14

15

18

7.5

12

13

14

15

12

13

14

15

18

I

Tliet Fusien

 

15

17

19

21

23

25

17

19

21

23

25

26

15

17

19

21

17

19

21

23

 

 

 

23

25

25

26

II

Erba' Fusien

 

23

25

27

25

27

29

23

25

25

27

I

 

 

27

29

31

29

31

32

II

29

31

31

32

 

 

 

Taħlitiet ta' vetturi (vetturi artikolati u ferroviji tat-triq)

Fusien tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut

Fusien tas-sewqan mgħammra b'sistemi oħra ta' sospensjoni

Klassi ta' ħsara

Numru ta' fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija

(f'tunnellati)

Numru ta' fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija

(f'tunnellati)

 

Mhux anqas minn

Anqas minn

Mhux anqas minn

Anqas minn

 

2 +1 Fusien

 

7.5

12

14

16

18

20

22

23

25

12

14

16

18

20

22

23

25

28

7.5

12

14

16

18

20

22

23

25

12

14

16

18

20

22

23

25

28

I

2 +2 Fusien

 

23

25

26

28

25

26

28

29

23

25

26

28

25

26

28

29

 

29

31

29

31

II

31

33

31

33

 

33

36

36

38

33

36

III

2 + 3 Fusien

II

36

38

38

40

36

38

 

 

 

38

40

III

3 +2 Fusien

II

36

38

38

40

36

38

 

 

 

38

40

40

44

III

40

44

 

 

 

3 + 3 Fusien

 

36

38

38

40

36

38

I

 

 

38

40

II

40

44

40

44”

 


(1)  Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skond it-tifsira fl-Anness II li tinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fil-Komunità l-qisien massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha fit-23 ta' Lulju 2003.

Fl-20 ta' April 2004, il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari.

Fis-6 ta' Settembru 2005 il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.

Fit-twettiq tal-ħidma tiegħu, il-Kunsill ħa kont ukoll ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1)u tal-Kumitat tar-Reġjuni (2).

II.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

Kien fir-raba' tentattiv tiegħu, fil-21 ta' April 2005, li l-Kunsill kien finalment kapaċi jasal għal ftehim politiku biex iwitti t-triq għall-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni tiegħu, u b'hekk jagħlaq proċess ta' negozjar intern li kien ilu għaddej iżjed minn 18-il xahar. Id-diffikultà biex jintlaħaq dan il-ftehim hija riflessjoni ta' l-interessi u l-attitudnijiet differenti ta' l-Istati Membri li jiddependu kemm fuq il-pożizzjoni ġeografika tagħhom (fiċ-ċentru jew fil-periferija tas-suq intern), kif ukoll fuq fatturi oħrajn, bħall-istat ta' żvilupp tar-rettikolat tat-toroq eżistenti tagħhom u l-metodu li huma jippreferu għall-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura.

In-negozjati seħħew f'kuntest ta' politika msawwra mill-White Paper tal-Kummissjoni ta' l-2001 dwar politika Ewropea tat-trasport għall-2010 (3), li enfasizzat ir-rwol kruċjali ta' ħlas effettiv għall-infrastruttura tat-trasport bħala għodda biex jiġi bbilanċjat mill-ġdid it-tkabbir tal-modi differenti ta' trasport, u b'hekk jiġu indirizzati l-problemi dejjem jiżdiedu ta' konġestjoni u ħsara ambjentali.

1.   Indirizzar ta' l-għanijiet ewlenin ta' politika

Fil-pożizzjoni komuni tiegħu l-Kunsill iffoka fuq il-kisba ta' titjib speċifiku b'valur miżjud għad-Direttiva eżistenti, sabiex il-qafas legali ġdid jirrifletti l-ħtiġijiet ta' politika tat-trasport Komunitarja moderna, tas-seklu 21. B' mod partikolari, il-pożizzjoni komuni:

Tindirizza l-problemi ta' konġestjoni u ħsara ambjentali

Tipprovdi mezz ta' finanzjament addizzjonali għal investiment f'infrastruttura alternattiva (bidla modali)

Tagħti aktar trasparenza u oġġettività fl-istabbiliment ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq, flimkien ma' “għodda” addizzjonali biex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel monitoraġġ aħjar tal-konformità

Tadatta l-qafas legali għall-mudell sħubija privata pubblika ta' finanzjament għall-kostruzzjoni ta' infrastruttura.

Bidliet li jikkorrispondu ma' dawn l-erba' objettivi huma mniżżla hawn taħt.

(i)   l-Ġlieda kontra l-Konġestjoni u l-Ħsara Ambjentali

Varjazzjonijiet tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq (l-Artikolu 7(10))

Il-kapaċità li jiġu varjati l-ħlasijiet għall-użu tat-triq skond il-klassi EURO u l-ħin tal-ġurnata hija l-mekkaniżmu prinċipali maħsub biex jiġu trattati l-konġestjoni u l-ħsara ambjentali. Il-Kunsill ispira ruħu mill-Parlament Ewropew (l-emenda 29) fl-introduzzjoni tal-possibbiltà li l-ħlasijiet għall-użu tat-triq jiġu varjati fi tmiem il-ġimgħa jew fil-festi pubbliċi. Iżda l-varjazzjoni li t-test tal-Kunsill jippermetti tmur sew lil hinn minn dik ta' l-emenda 29. Differenza ċentrali hija li l-Parlament jiffavorixxi limitu globali, sabiex l-ogħla ħlasijiet għall-użu tat-triq ma jkunux jistgħu jkunu iżjed mid-doppju ta' l-irħas. B'kuntrast, għal varjazzjoni konnessa ma ħsarat tat-toroq (eż. piż, numru ta' fusijiet), il-Kunsill ma jagħmel assolutament ebda limitu fuq il-varjazzjoni, u għall-klassi ta' emissjoni u varjazzjonijiet ta' ħin il-limiti ta' 100 % huma kumulattivi. L-effett ta' dan huwa li trakk tqil li jniġġes, li jkun qiegħed jivvjaġġa f'ħin attiv tal-ġurnata jista' jispiċċa jħallas erba' darbiet aktar minn vettura eħfef u aktar nadifa li tkun qed tivvjaġġa f'ħin aktar kwiet. Dan l-effett jissaħħaħ aktar bl-introduzzjoni ta' possibbiltà għal “rata żero” f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata.

Is-salvagwardja biex jiġi evitat l-abbuż ta' dawn il-possibbilitajiet ġodda hija l-introduzzjoni ta' ħtieġa ċara u inekwivokabbli għal skemi ta' varjazzjoni li jibqgħu newtrali fir-rigward ta' qliegħ, u għal kwalunkwe qliegħ f'eċċess mhux intenzjonat li għandu jiġi kkumpensat permezz ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq imnaqqsa fis-snin futuri. Dan il-prinċipju ta' newtralità fir-rigward ta' qliegħ jinsab ukoll fl-emenda 12 tal-Parlament.

It-tieni element tal-pożizzjoni komuni rilevanti għal kwistjonijiet ambjentali u ta' konġestjoni huwa ż-“żieda” diskussa fit-taqsima li jmiss.

(ii)   inanzjament għal infrastruttura alternattiva

Iż-Żieda (l-Artikolu 7(11))

Il-Kunsill aċċetta l-proposta tal-Kummissjoni biex f'każijiet eċċezzjonali jkun possibbli li tiġi imposta żieda fuq ħlasijiet għall-użu tat-triq f'żoni muntanjużi fuq toroq soġġetti għal konġestjoni jew ħsara ambjentali. Għal każijiet trans-konfini l-livell ta' 25 % jinżamm ukoll, waqt li l-massimu għal każijiet li mhumiex trans-konfini huwa 15 %. Is-suġġeriment tal-Parlament (l-emenda 30) li ż-żieda tiġi estiża għal żoni urbani mniġġsa ma kienx aċċettat. Il-ħtieġa li qliegħ miż-żieda jintuża għal trans-finanzjament ta' proġett prijoritarju TEN fl-istess qasam tat-trasport hija miżmuma u msaħħa fit-test ta' pożizzjoni komuni.

Iż-żieda hija sinifikanti għax tirrappreżenta qliegħ nett addizzjonali ('l fuq sewwa mill-ispejjeż tal-bini tat-triq li qed tintuża) li huwa speċifikament assenjat biex jiffinanzja infrastruttura (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, tal-ferroviji) alternattiva.

(iii)   lasijiet għall-użu tat-triq trasparenti u oġġettivi, issorveljati mill-Kummissjoni

Definizzjoni ta' “Spejjeż ta' Kostruzzjoni” (l-Artikolu 2(aa))

Il-pożizzjoni komuni tinkludi din id-definizzjoni ġdida, proposta mill-Kummissjoni bħala mezz ta' definizzjoni ta' l-ispejjeż storiċi li jistgħu jitqiesu meta jiġu kkalkulati l-livelli ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq. It-test tal-Kunsill jaċċetta s-suġġeriment tal-Parlament (l-emenda 21) biex tiġi permessa porzjoni biss minn dawn l-ispejjeż, iżda bħala referenza għal dan it-tqassim, jagħmel użu minn disinn ta' ħajja minflok id-daqs ta' l-ammortizzazzjoni (L-ammortizzazzjoni hija iżjed diffiċli biex tiġi applikata bħala kunċett jekk il-kostruzzjoni ta' l-infrastruttura ma tiġix finanzjata permezz ta' self).

Spejjeż permissibbli (l-Artikolu 7(9))

Il-pożizzjoni komuni tieħu l-proposta tal-Kummissjoni li tiżviluppa f'aktar dettall l-ispejjeż li fuqhom jistgħu jkunu bbażati l-ħlasijiet għall-użu tat-triq. Elementi mill-emenda 28 tal-Parlament, bħat-tħassir ta' spejjeż għal inċidenti mhux assigurati, l-inklużjoni ta' qliegħ fuq kapital u kjarifika li dawn huma livelli massimi (din il-kjarifika tinsab fl-Artikolu 7a(1) tat-test tal-Kunsill) ġew aċċettati.

Roħs għal utenti frekwenti (l-Artikolu 7(4b) u (4ċ))

L-Artikolu 8b propost mill-Kummissjoni ġie mħassar u sostitwit bid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq li fihom limitu perċentwali għal roħs għal utenti frekwenti. Dan huwa kontribut sinifikanti biex tiġi żgurata ċarezza u oġġettività akbar fil-livelli ta' roħs permessi taħt il-liġi Komunitarja.

Metodoloġija/Prinċipji ta' kalkoku (l-Anness III)

Il-metodoloġija qasira proposta mill-Kummissjoni ġiet imkabbra u żviluppata f'sett ta' prinċipji komprensivi għall-kalkolu u l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż. Huma jorbtu fuq is-sistemi futuri kollha li jiġu introdotti għall-ħlasijiet għall-użu tat-triq, għalkemm b'mod indirett għal sistemi bbażati fuq konċessjonijiet. Il-Kummissjoni tista' taġġorna u tikkjarifika dawn il-prinċipji permezz ta' komitoloġija.

Sorveljanza tas-sistema (l-Artikolu 7a)

Waqt li jaċċetta s-suġġeriment tal-Parlament li jiġu mħassra d-dispożizzjonijiet li jfittxu l-istabbiliment ta' awtoritajiet ta' sorveljanza indipendenti ta' l-infrastruttura fl-Istati Membri (l-emendi 18 u 38), ir-rwol tal-Kummissjoni li tikkontrolla s-sistema u li tivverifika l-konformità ta' l-arranġamenti ġodda għall-ħlasijiet għall-użu tat-triq mar-regoli li hemm huwa żviluppat aktar fl-Artikolu 7a.

(iv)   ompatibilità ma' sħubiji privati pubbliċi (PPP)

Arranġamenti speċifiċi għal kuntratti ta' konċessjoni

Minħabba li sħubiji privati-pubbliċi bbażati fuq konċessjonijiet qed isiru l-aktar mezz komuni għall-finanzjament u l-bini ta' infrastrutturi ġodda, il-Kunsill introduċa numru ta' elementi fit-test ta' pożizzjoni komuni li jfittxu li jiżguraw li d-Direttiva tiġi adattata għar-realtajiet tal-PPP. Dawn il-bidliet, li effettivament huma r-risposta tal-Kunsill għat-tħassib espress fl-emendi 9, 33 u 52 tal-Parlament, huma:

trattament speċjali għal kuntratti fid-definizzjoni ta' “spejjeż ta' kostruzzjoni” fl-Artikolu 2(aa);

il-possibbiltà għal ħlasijiet għall-użu tat-triq biex jinkludu marġni ta' profitt fl-Artikolu 7(9);

“applikazzjoni indiretta” għal kuntratti ta' konċessjoni tas-sistema ta' sorveljanza stabbilita fl-Artikolu 7a.

2.   Kwistjonijiet sinifikanti oħrajn

Ipotekar/Assenjazzjoni tal-qliegħ mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq (l-Artikolu 9(2))

Il-Kunsill aċċetta fl-intier tiegħu l-kompromess delikat issuġġerit mill-Parlament Ewropew dwar din il-kwistjoni fl-emenda 48. Tinżamm assenjazzjoni stretta tal-qliegħ miż-żieda (l-Artikolu 7(11)) għal investiment mill-ġdid fil-proġett TEN adegwat.

Spejjeż ambjentali esterni

Wara l-eżami ta' l-emendi 2, 17, 25, 28, 41 u 50 tal-Parlament, il-Kunsill għażel li jsegwi l-proposta tal-Kummissjoni u li jżomm is-sistema attwali bbażata fuq -irkuprar ta' l-ispejjeż ta' l-infrastruttura.

Kamp ta' Applikazzjoni (l-Artikolu 7(1) u (2))

Il-proposta tal-Kummissjoni tkun teħtieġ li l-Istati Membri japplikaw sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq ta' “kollox jew xejn”, li tkun tapplika għar-rotot kollha tat-TEN u l-vetturi li ma jaqbżux it-3.5 tunnellata. Il-Kunsill ikkunsidra li tali kamp ta' applikazzjoni joħloq diżinċentiv maġġuri għall-introduzzjoni tas-sistemi ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq f'bosta Stati Membri, fejn ma nistgħux nassumu l-aċċettazzjoni pubblika tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq. Fil-verità, il-proposta tal-Kummissjoni tista' timmina serjament l-objettiv ċentrali li nersqu lejn sistema fejn l-utenti jikkontribwixxu aktar għall-ispejjeż ta' l-infrastruttura tat-trasport li huma jużaw. Minflok, il-Kunsill għażel qafas fejn ir-regoli Komunitarji japplikaw kull meta hemm ħlasijiet għall-użu tat-triq fuq rotta TEN għal vettura ta' 3.5 tunnellata jew aktar, iżda l-Istati Membri jżommu l-kapaċità li jagħżlu għal-liema partijiet tar-rettikolat tat-TEN tagħhom jiġu applikati ħlasijiet għall-użu tat-triq u jekk jillimitawx il-ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-vetturi itqal.

F'postijiet oħra fid-Direttiva l-Kunsill fittex li jillimita l-flessibbiltà ssuġġerita mill-Kummissjoni għal Stati Membri biex jitolbu ħlasijiet għall-użu tat-triq għoljin ħafna fuq ċerti rotot (per eżempju rotot bi proporzjon għoli ta' traffiku transitu). Per eżempju, l-Artikolu 7(10)(ċ) propost mill-Kummissjoni, li jawtorizza varjazzjonijiet fi ħlasijiet għall-użu tat-triq għal toroq partikolari fir-rettikolat, ġie mħassar.

Kumpens għall-utenti tat-triq

Bħall-Parlament Ewropew (ara l-emenda 36), il-Kunsill kien imħasseb li l-mezzi preferuti mill-proposta tal-Kummissjoni li t-trasportaturi jiġu kkumpensati għal kwalunkwe spejjeż ġodda kkawżati mill-iskemi ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq, jiġifieri tnaqqis fit-tassazzjoni fuq il-vetturi, jista' jkollhom effett diskriminatorju. Il-Kunsill ma ra ukoll l-ebda raġuni li “jħoll” l-armonizzazzjoni ta' tassazzjoni fuq il-vetturi miksuba bid-Direttiva eżistenti. L-Artikolu 7b kif propost mill-Kummissjoni huwa għalhekk imħassar mit-test tal-Kunsill u sostitwit bil-premessa 10 li tirreferi ukoll għal mezzi oħrajn li bihom jiġi provdut kumpens bħal tnaqqis fit-tassazzjoni fuq karburanti, biex b'hekk tieħu ukoll mill-idea li hemm fl-emenda 13 tal-Parlament.

3.   Emendi tal-Parlament Ewropew

Ir-risposta tal-Kunsill għall-emendi 2, 9, 12, 13, 17, 18, 21, 25, 28, 29, 30, 33, 36, 38, 41, 48, 50 u 52 tidher hawn fuq fir-rigward tal-kwistjonijiet ċentrali.

Barra minn hekk il-Kunsill aċċetta għal kollox, parzjalment jew fil-prinċipju l-emendi 3, 4,10, 22, 24, 34, 39, 42 u 43.

III.   KONKLUŻJONI

L-isforzi intensi u sostnuti magħmula fi ħdan il-Kunsill biex jintlaħaq ftehim dwar din il-pożizzjoni komuni jirriflettu l-koxjenza akuta ta' l-importanza ta' dan is-suġġett għall-politika usa' tat-trasport tal-Komunità. Il-pożizzjoni komuni tistabbilixxi qafas legali għal ħlas li huwa aktar ċar u aktar faċli biex jiġi implimentat b'mod trasparenti, oġġettiv u ġust, iżda li fl-istess ħin jagħti possibbiltajiet ġodda biex il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jintużaw bħala għodda biex jiġu indirizzati l-problemi ambjentali u ta' konġestjoni li l-Komunità tiffaċċja. It-test jikseb titjib reali, identifikabbli u tanġibbli għad-Direttiva ta' l-1999, billi jibbilanċja bir-reqqa l-ħtieġa li nersqu lejn politika tat-trasport sostenibbli ma' l-importanza ta' suq intern li jiffunzjona sew.


(1)  ĠU C 241, tat-28/09/2004, p. 58.

(2)  ĠU C 109, tat-30/04/2004 p. 14.

(3)  COM(2001) 370, tat-12/9/2001


8.11.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/19


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 34/2005

adottata mill-Kunsill fit-23 ta' Settembru 2005

bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2005/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… dwar l-effiċjenza fl-użu finali u s-servizzi ta' l-enerġija u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE

(2005/C 275 E/02)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Fil-Komunità Ewropea jinħtieġ li tittejjeb l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija, id-domanda mmaniġjata għall-enerġija u l-promozzjoni ta' l-produzzjoni ta' l-enerġija rinovabbli, peress li hemm marġni ta' manuvra relattivament limitat għal kwalunkwe influenza oħra fuq il-kondizzjonijiet ta' provvista u distribuzzjoni ta' l-enerġija fiż-żmien qasir jew medju, kemm permezz tal-bini ta' kapaċitajiet ġodda kif ukoll permezz tat-titjib fit-trasmissjoni u fid-distribuzzjoni. Għaldaqstant din id-Direttiva tikkontribwixxi għal titjib fis-sigurtà tal-provvista.

(2)

Titjib fl-effiċjenza ta' l-użu finali ta' l-enerġija jikkontribwixxi wkoll għal tnaqqis fil-konsum ta' l-enerġija primarja u għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 u ta' gassijiet serra oħra. Dawn l-emissjonijiet qed ikomplu jiżdiedu, u qed jagħmluha iktar u iktar diffiċli li jitwettqu l-impenji ta' Kyoto. L-attivitajiet umani attribwiti lis-settur ta' l-enerġija jikkawżaw sa 78 % ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Komunità. Is-Sitt Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent tal-Komunità, stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprevedi li hemm bżonn ta' iktar tnaqqis sabiex jintlaħaq l-għan fuq iż-żmien medju tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla Klimatika li jiġu stabilizzati l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera fuq livell li jimpedixxi interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema klimatika.

(3)

L-effiċjenza mtejba fl-użu finali ta' l-enerġija se tagħmilha possibbli li jiġi sfruttat l-iffrankar potenzjali fl-ispejjeż ta' l-enerġija b'mod li jkun ekonomikament effiċjenti. Miżuri għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija jistgħu jwasslu għal dan l-iffrankar ta' l-enerġija u b'hekk jgħinu lill-Komunità Ewropea biex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni ta' l-enerġija. Barra minn hekk, pass lejn teknoloġiji aktar effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija jista' jqawwi l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-Komunità Ewropea kif enfasizzat fl-istrateġija ta' Liżbona.

(4)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-ewwel fażi tal-Program Ewropew dwar il-Bidla Klimatika elenkat Direttiva dwar l-immaniġġar tad-domanda għall-enerġija bħala waħda mill-miżuri prijoritarji tal-bidla klimatika li għandhom jittieħdu fuq livell Komunitarju.

(5)

Din id-Direttiva hija konsistenti mad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku li tirrevoka d-Direttiva 96/92/KE (5), u d-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali li tirrevoka d-Direttiva 98/30/KE (6), li jipprovdu l-possibilità li l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-immaniġġjar tad-domanda jintużaw bħala alternattivi għal provvista ġdida u għall-protezzjoni ambjentali, filwaqt li jippermettu lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, fost affarijiet oħra, li jagħmlu sejħa għall-offerti ta' kapaċità ġdida jew li jagħżlu miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri li jagħtu każ tad-domanda, inklużi sistemi għal ċertifikati bojod.

(6)

Din id-Direttiva hija bla preġudizzju għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/54/KE li tesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi domestiċi kollha, u fejn l-Istati Membri jqisu xieraq, l-intrapriżi żgħar, igawdu minn servizz universali, jiġifieri d-dritt li jiġu provduti b'elettriku ta' kwalità speċifikata fit-territorju tagħhom bi prezzijiet raġonevoli, faċilment komparabbli, ċari u trasparenti.

(7)

Il-liberalizzazzjoni tas-swieq bl-imnut għall-konsumaturi finali għall-elettriku, il-gass naturali, il-faħam u l-lignite, it-tisħin, u f'xi każi anke t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, wassal kważi esklussivament għal titjib fl-effiċjenza u għal inqas spejjeż fil-ġenerazzjoni, fit-trasformazzjoni u fid-distribuzzjoni ta' l-enerġija. Din il-liberalizzazzjoni ma waslitx għal kompetizzjoni sinifikanti ta' prodotti u servizzi li setgħet irriżultat f'effiċjenza mtejba min-naħa tad-domanda.

(8)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Diċembru, 1998, dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-Komunità Ewropea, il-Kunsill approva mira għall-Komunità b'mod ġenerali biex tittejjeb l-intensità ta' l-enerġija tal-konsum finali b'żieda ta' wieħed fil-mija sas-sena 2010.

(9)

L-Istati Membri għalhekk għandhom jiffissaw miri indikattivi nazzjonali, biex jippromovu l-effiċjenza ta' l-enerġija fl-użu finali u biex jiżguraw li s-suq tas-servizzi ta' l-enerġija jkompli jikber u jkun vijabbli u b'hekk jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Liżbona. L-adozzjoni ta' miri indikattivi nazzjonali għall-promozzjoni ta' l-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija tipprovdi sinerġija effettiva ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità li, meta tkun applikata, se tikkontribwixxi għall-kisba ta' dawn il-miri nazzjonali.

(10)

Din id-Direttiva tirrikjedi li tittieħed azzjoni mill-Istati Membri, fejn it-twettiq ta' l-għanijiet jiddependi mill-effetti li tali azzjonijiet ikollhom fuq il-konsumaturi finali ta' l-enerġija. Ir-riżultat finali ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri huwa għalhekk dipendenti minn ħafna fatturi esterni li jinfluwenzaw l-imġieba tal-konsumaturi fir-rigward ta' l-użu tagħhom ta' l-enerġija u d-disponibilità tagħhom li jimplimentaw u jużaw metodi għall-iffrankar ta' l-enerġija. Għalhekk, għalkemm l-Istati Membri jintrabtu li jagħmlu sforz sabiex tinkiseb il-mira ta' 6 %, il-mira ta' l-iffrankar ta' l-enerġija nazzjonali hija minnha nnifisha indikattiva u ma tinvolvi l-ebda obbligu legali esegwibbli li l-Istati Membri jiksbuha.

(11)

Waqt li jsir l-għalmu għall-kisba ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija permezz ta' bidliet teknoloġiċi, fl-imġieba u/jew ekonomiċi, għandu jkun evitat li jkun hemm impatt negattiv sostanzjali fuq l-ambjent, u l-prioritajiet soċjali jridu jkunu rispettati.

(12)

Effiċjenza mtejba ta' l-użu finali ta' l-enerġija tista' tinkiseb billi tiżdied id-disponibbiltà u d-domanda jew permezz ta' miżuri oħra ta' titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija.

(13)

Sabiex jintlaħaq il-potenzjal fl-iffrankar ta' l-enerġija f'ċerti partijiet tas-suq fejn l-audits ta' l-enerġija ġeneralment mhumiex mibjugħa kummerċjalment, bħal fid-djar, l-Istati Membri jridu jiżguraw id-disponibbiltà ta' audits ta' l-enerġija.

(14)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2000 jelenkaw il-promozzjoni ta' servizzi ta' l-enerġija permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġija Komunitarja bħala qasam ta' prijorità għal azzjoni biex tittejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija.

(15)

Distributuri ta' l-enerġija, operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u kumpanniji li jbiegħu l-enerġija bl-imnut jistgħu jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-Komunità Ewropea jekk jippromwovu servizzi ta' l-enerġija li jinkludu użu finali effiċjenti, bħall-kumdità tat-temperatura ġewwa, l-ilma sħun domestiku, ir-refriġerazzjoni, il-fabbrikazzjoni ta' prodotti, id-dawl u l-motive power. Iż-żieda fil-profitti għal distributuri ta' l-enerġija, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni u kumpanniji li jbiegħu l-enerġija bl-imnut ikun b'hekk marbut aktar mill-qrib mal-bejgħ ta' servizzi ta' l-enerġija lil kemm jista' jkun konsumaturi minflok il-bejgħ ta' kemm jista' jkun enerġija lil kull konsumatur.

(16)

Sabiex tiġi kkunsidrata bi sħiħ l-organizzazzjoni nazzjonali ta' l-atturi tas-suq fis-settur ta' l-enerġija u sabiex tiffavorixxi l-implimentazzjoni tas-servizzi ta' l-enerġija u l-miżuri għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija previsti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jrid ikollhom l-għażla li jobbligaw lil distributuri ta' l-enerġija, operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni jew kumpanniji li jbiegħu l-enerġija bl-imnut jew, fejn meħtieġ, tnejn jew kollha minn dawn il-kategoriji ta' atturi tas-suq, li jipprovdu dawn is-servizzi u jipparteċipaw f'dawn il-miżuri.

(17)

Prattika innovattiva li trid tiġi stimulata hija l-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament minn partijiet terzi. F'dawn, il-benefiċjarju jevita l-ispejjeż ta' l-investiment billi juża parti mill-valur finanzjarju ta' l-iffrankar ta' l-enerġija li jirriżulta mill-investiment tal-parti terza biex iħallas lura l-investiment u l-ispejjeż ta' l-imgħax lill-parti terza.

(18)

Sabiex it-tariffi u regolamenti oħra għall-enerġija fir-rettikolat iwasslu għal użu finali effiċjenti fl-enerġija, inċentivi li jwasslu għal żieda fil-volum ta' l-enerġija u li ma jistgħux jiġu ġustifikati jridu jitneħħew.

(19)

Eżempju tajjeb rigward l-investimenti, il-manteniment u nfiq ieħor għal tagħmir li juża l-enerġija, servizzi ta' l-enerġija u miżuri oħra ta' effiċjenza ta' l-enerġija jrid jingħata mis-settur pubbliku f'kull Stat Membru. Għalhekk, is-settur pubbliku jrid ikun imħeġġeġ biex jintegra konsiderazzjonijiet ta' titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija fl-investimenti tagħhom, fil-provvedimenti għad-deprezzament u fil-baġit tat-tħaddim. Minħabba li l-istrutturi amministrattivi jvarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor, it-tipi differenti ta' miżuri li jista' jieħu s-settur pubbliku jridu jittieħdu fil-livell nazzjonali, reġjonali u/jew lokali xieraq.

(20)

Is-servizzi ta' l-enerġija, il-programmi ta' titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri oħra li jiddaħħlu fis-seħħ sabiex tintlaħaq il-mira ta' l-iffrankar ta' l-enerġija jistgħu jiġu sostnuti u/jew implimentati permezz ta' ftehimiet voluntarji bejn il-partijiet konċernati u l-korpi fis-settur pubbliku maħtura mill-Istati Membri.

(21)

Fid-definizzjoni ta' mekkaniżmi biex tittejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, għandu jittieħed kont ta' żidiet fl-effiċjenza miksuba permezz ta' l-użu ġenerali ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi li huma effettivi fin-nefqa, per eżempju l-kejl elettroniku.

(22)

Sabiex il-konsumaturi finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet abbażi ta' informazzjoni aħjar rigward il-konsum individwali tagħhom ta' l-enerġija, iridu jingħataw ammont raġonevoli ta' informazzjoni dwaru u informazzjoni relevanti oħra, bħal informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, deskrizzjonijiet komparattivi tal-konsumatur finali jew speċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija li jista' jinkludi tagħmir ibbażat fuq il-Factor Four jew tagħmir simili.

(23)

Bl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, kull dispożizzjoni sostantiva tad-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 biex jiġu limitati l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju bit-titjib ta' l-effiċjenza (SAVE) (7) ta' l-enerġija, hija koperta minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra u għalhekk id-Direttiva 93/76/KEE għandha titħassar.

(24)

Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-promozzjoni ta' effiċjenza ta' l-enerġija fl-użu finali u l-iżvilupp ta' suq għas-servizzi ta' l-enerġija ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjaretà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilitf'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(25)

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (8).

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

L-Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva hu li tixpruna t-titjib effettiv meta mqabbel man-nefqa ta' l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija fl-Istati Membri billi:

(a)

tipprovdi l-miri indikattivi neċessarji kif ukoll il-mekkaniżmi, l-inċentivi u l-oqfsa istituzzjonali, finanzjarji u legali biex jitneħħew ostakoli tas-suq u imperfezzjonijiet eżistenti li jimpedixxi l-użu finali effiċjenti ta' l-enerġija;

(b)

toħloq il-kondizzjonijiet għall-iżvilupp ta' suq għas-servizzi ta' l-enerġija u għall-fornitura ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija lill-konsumaturi finali.

L-Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(a)

fornituri ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, inklużi distributuri ta' l-enerġija, operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni u kumpanniji li jbiegħu l-enerġija bl-imnut. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu lil distributuri żgħar, operaturi żgħar tas-sistemi tad-distribuzzjoni u kumpanniji żgħar li jbiegħu l-enerġija bl-imnut mill-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 13;

(b)

konsumaturi finali. Madankollu din id-Direttiva ma tapplikax għal dawk l-impriżi involuti fil-kategoriji ta' attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (9) u għal dawk il-partijiet ta' l-impriżi tat-trasport ibbażati prinċipalment fuq l-użu ta' karburant għall-avjazzjoni u karburant marittimu tal-banker;

(ċ)

il-forzi armati, biss safejn l-applikazzjoni tagħha ma tikkawżax kunflitt man-natura u l-għan prinċipali ta' l-attivitajiet tal-forzi armati u bl-eċċezzjoni ta' materjal użat esklużivament għall-finijiet militari.

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“enerġija”: il-forom kollha ta' l-enerġija disponibbli kummerċjalment, inklużi l-elettriku, il-gass naturali (inkluż gass naturali f'forma likwida u gass likwidu tal-petroljum, kwalunkwe karburant għat-tisħin u tkessiħ (inklużi it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali), faħam u lignite, peat, karburant għat-trasport (minbarra karburant għall-avjazzjoni u karburant marittimu tal-banker) u l-biomassa kif definita fid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta' l-elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinovabbli fis-suq intern ta' l-elettriku (10);

(b)

“effiċjenza ta' l-enerġija”: il-proporzjon bejn l-output tal-prestazzjoni, servizz, merkanzija jew enerġija u l-input ta' enerġija;

(ċ)

“titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija”: żieda fl-effiċjenza ta' l-enerġija fl-użu finali, b'riżultat ta' bidliet teknoloġiċi, fl-imġieba u/jew ekonomiċi;

(d)

“iffrankar ta' l-enerġija”: ammont ta' enerġija ffrankata stabbilita billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum ta' l-enerġija qabel u wara l-implimentazzjoni ta' miżura waħda jew aktar li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum ta' l-enerġija;

(e)

“servizz ta' l-enerġija”: il-benefiċċu fiżiku, l-użu jew il-vantaġġ li jirriżultaw minn taħlita ta' enerġija u teknoloġija effiċjenti fl-enerġija, li jistgħu jinkludu l-operazzjonijiet, il-manteniment u l-kontroll neċessarju għall-fornitura tas-servizz, li jkun fornut abbażi ta' kuntratt u li normalment iwassal għal titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija li jista' jiġi verifikat u mkejjel jew stmat;

(f)

“mekkaniżmi ta' effiċjenza ta' enerġija”: strumenti ġenerali applikati minn gvernijiet jew minn organi tal-gvern sabiex jinħoloq qafas ta' sostenn jew inċentivi sabiex l-atturi fis-suq jipprovdu u jixtru servizzi ta' l-enerġija u miżuri oħrajn għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija;

(g)

“programmi għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija”: attivitajiet li jiffokaw fuq gruppi ta' konsumaturi finali u li normalment iwasslu għal titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija li jista' jiġi verifikat u mkejjel jew stmat;

(h)

“miżuri għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija”: l-azzjonijiet kollha li normalment iwasslu għal titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija li jista' jiġi verifikat u mkejjel jew stmat;

(i)

“kumpannija ta' servizz ta' l-enerġija” (ESCO): persuna fiżika jew ġuridika li tforni servizzi ta' l-enerġija u jew miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-faċilità jew fuq is-sit ta' utent, u taċċetta xi grad ta' riskju finanzjarju meta tagħmel dan. Il-ħlas għas-servizzi forniti jkun ibbażat (jew għal kollox jew ftit ftit) fuq il-kisba tat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija u fuq it-twettiq tal-kriterji l-oħra miftiehma dwar il-prestazzjoni;

(j)

“ikkuntrattar għall-prestazzjoni ta' l-enerġija (EPC)”: arranġament kuntrattwali bejn il-benefiċjarju u l-fornitur (normalment ikun ESCO) ta' miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, fejn il-ħlas għall-investimenti f'dawk il-miżuri isir b'relazzjoni għal livell ta' titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija miftiehem kuntrattwalment;

(k)

“finanzjar minn parti terza”: arranġament kuntrattwali li jinvolvi lil parti terza — minbarra l-fornitur ta' l-enerġija u l-benefiċjarju tal-miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija — li jipprovdi l-kapital għall-miżura u jitlob miżata mingħand il-benefiċjarju ekwivalenti għal parti mill-iffrankar ta' l-enerġija miksuba bħala riżultat tal-miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija. Din il-parti terza tista' tkun ESCO jew le;

(l)

audit ta' l-enerġija”: proċedura sistematika biex tikseb għarfien adegwat tal-profil tal-konsum eżistenti ta' enerġija ta' bini jew grupp ta' binja, ta' operazzjoni industrijali u/jew ta' stallazzjoni jew ta' servizz privat jew pubbliku, li tidentifika u jikkwantifika l-opportunitajiet effettivi fl-infiq għall-iffrankar ta' enerġija, u li tirrapporta s-sejbiet;

(m)

“strumenti finanzjarji għall-iffrankar ta' l-enerġija”: l-istrumenti finanzjarji kollha bħal fondi, sussidji, tnaqqis ta' taxxa, self, finanzjar minn persuni terzi, ikkuntrattar għall-prestazzjoni ta' l-enerġija, garanzija ta' kuntratti ta' iffrankar, outsourcing ta' l-enerġija u kuntratti oħra relatati li jiġu disponibbli għas-suq minn organi pubbliċi jew privati sabiex ikopru biċċa jew għal kollox l-ispiża tal-bidu tal-proġett għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija;

(n)

“konsumatur finali”: persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu finali tagħha;

(o)

“distributur ta' l-enerġija”: persuna fiżika jew ġuridika li hija responsabbli għat-trasport ta' l-enerġija, bil-għan li titwassal lil konsumaturi finali jew lil stazzjonijiet tad-distribuzzjoni li jbiegħu l-enerġija lil konsumaturi finali. Din id-definizzjoni teskludi l-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni ta' l-elettriku u l-gass naturali, koperti minn punt (p);

(p)

“operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni”: persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-manteniment, u jekk ikun hemm bżonn, l-iżvilupp ta' sistema ta' distribuzzjoni ta' l-elettriku jew il-gass naturali f'qasam speċifiku, u fejn ikun applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħrajn, u responsabbli għall-kapaċità fit-tul tas-sistema li tissodisfa d-domandi raġonevoli għad-distribuzzjoni ta' l-elettriku jew tal-gass naturali;

(q)

“kumpannija tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut”: persuna fiżika jew ġuridika li tbiegħ l-enerġija lil konsumaturi finali;

(r)

“distributur żgħir, operatur żgħir ta' sistema ta' distribuzzjoni u kumpannija żgħira tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut”: persuna fiżika jew ġuridika li tiddistribwixxi jew tbiegħ l-enerġija lil konsumaturi finali, u li tiddistribixxi jew tbiegħ inqas mill-ekwivalenti ta' 100 GWh ta' enerġija fis-sena jew li timpjega inqas minn 10 persuni u li l-valur tal-bejgħ annwali u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali ma jaqbiżx iż-2 miljun EUR. Id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' karburant għat-trasport għandha tkun ikkunsidrata separatament minn forom oħra ta' enerġija fl-applikazzjoni ta' dawn il-limiti massimi;

(s)

“ċertifikati bojod”: ċertifikati maħruġa minn organi indipendenti ta' ċertifikazzjoni li jikkonfermaw id-dikjarazzjonijiet dwar l-iffrankar ta' l-enerġija ta' l-atturi fuq is-suq, bħala konsegwenza ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija;

KAPITOLU II

MIRI TA' L-IFFRANKAR TA' L-ENERĠIJA

L-Artikolu 4

Mira ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jipprovaw jiksbu mira indikattiva nazzjonali ta' iffrankar ta' l-enerġija ta' 6 % għas-sitt sena ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li tinkiseb permezz ta' servizzi ta' l-enerġija u miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri li huma effettivi fl-infiq, pratikabbli u raġonevoli intiżi sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta' din il-mira.

Din il-mira indikattiva nazzjonali ta' frankar għandha tiġi kkalkulata skond id-dispożizzjonijiet u l-metodoloġija li jinsabu fl-Anness I. Għall-finijiet ta' tqabbil ta' l-iffrankar ta' l-enerġija u għal konversjoni għal unità komparabbli, il-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw għajr jekk l-użu ta' fatturi oħra ta' konverżjoni jista' jkun ġustifikat. Eżempji ta' miżuri eliġibbli li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jingħataw fl-Anness III. Qafas ġenerali għall-kejl u l-verifika ta' l-iffrankar ta' l-enerġija jingħata fl-Anness IV.

2.   Għall-finijiet ta' l-ewwel rapport li għandu jkun preżentat bi qbil ma' l-Artikolu 14, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mira indikattiva nazzjonali intermedja ta' frankar għat-tielet sena ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Din il-mira għandha tkun realistika u konsistenti mal-mira indikattiva ġenerali ta' frankar nazzjonali imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jassenjaw lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet jew aġenziji eżistenti jew ġodda l-kontroll ġenerali u r-responsabiltà għall-monitoraġġ tal-qafas stabbilit fir-rigward tal-mira msemmija fil-paragrafu 1. Minn hemm 'il quddiem dawn l-organi għandhom jivverifikaw l-iffrankar ta' l-enerġija bħala riżultat tas-servizzi ta' l-enerġija u miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, inklużi miżuri nazzjonali eżistenti u jirrapportaw dwar ir-riżultati.

4.   Wara li tkun irrevediet u rrapportat dwar l-ewwel tliet snin ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk hux xieraq li tippreżenta proposta għal Direttiva sabiex tkompli tiżviluppa l-approċċ tas-suq fit-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija permezz ta' ċertifikati bojod.

L-Artikolu 5

Effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija fis-settur pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settur pubbliku jservi bħala eżempju fil-kuntest ta' din id-Direttiva.

Għal dak il-għan, għandhom jiżguraw li waħda jew aktar mill-miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jittieħdu mis-settur pubbliku, b'enfasi fuq miżuri effettivi fl-infiq li jiġġeneraw l-ogħla frankar ta' enerġija fl-inqas żmien. Tali miżuri għandhom jittieħdu fil-livell nazzjonali, reġjonali u/jew lokali xieraq, u jistgħu jikkonsistu f'inizjattivi leġiżlattivi u/jew ftehimiet volontarji jew skemi oħra b'effett ekwivalenti. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja dwar l-akkwist pubbliku, dawn il-miżuri jistgħu jintgħażlu minn lista indikattiva li tinstab fl-Anness V. Fir-rapporti msemmija fl-Artikoli 14, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-prestazzjoni tas-settur pubbliku fir-rigward tal-mira indikattiva ta' frankar nazzjonali.

(2)   L-Istati Membri għandhom jassenjaw lil organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet eżistenti jew ġodda ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni, it-tmexxija u l-implementazzjoni għall-integrazzjoni tal-ħtiġiet għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija li jinsabu fil-paragrafu 1. Dawn jistgħu jkunu l-istess awtoritajiet jew aġenziji deskritti fl-Artikolu 4(3).

KAPITOLU III

PROMOZZJONI TA' L-EFFIĊJENZA FL-UŻU FINALI TA' L-ENERĠIJA U SERVIZZI TA' L-ENERĠIJA

L-Artikolu 6

Distributuri ta' l-enerġija, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni u kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li distributuri ta' l-enerġija, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni u/jew kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut:

(a)

jipprovdu meta mitluba, imma mhux iktar minn darba kull sena, informazzjoni statistika aggregata dwar il-konsumaturi finali tagħhom lill-awtoritajiet jew l-aġenziji msemmija fl-Artikolu 4(3) jew lil organu magħżul ieħor, bil-kondizzjoni li ta' l-aħħar jitrasmetti l-informazzjoni li jirċievi lil ta' l-ewwel. Din l-informazzjoni għandha tkun biżżejjed biex programmi li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jkunu jistgħu jiġu ddisinnjati u implimentati, u biex servizzi ta' l-enerġija u miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jkunu promossi u mmonitorjati. Din tista' tinkludi informazzjoni storika u għandha tinkludi informazzjoni attwali dwar il-konsum mill-utent finali, inkluż, fejn ikun applikabbli, il-load profiles, is-segmentazzjoni tal-konsumaturi, il-post ġeografiku tal-konsumaturi, filwaqt li tippreserva l-integritàu l-konfidenzjalità ta' l-informazzjoni li tkun jew ta' natura privata jew kummerċjalment sensittiva, bi qbil mal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli;

(b)

ma jwettqux xi attività li tista' tfixkel id-domanda għal servizzi ta' l-enerġija u miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jew il-fornitura tagħhom, jew li jostakolaw l-iżvilupp ta' swieq għas-servizzi ta' l-enerġija u miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija. L-Istat Membru konċernati għandu jieħu miżuri xierqa biex iġibu fi tmiem attivitajiet ta' dan it-tip meta jseħħu.

2.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jagħżlu wieħed jew iktar mir-rekwiżiti li ġejjin li għandhom ikunu mħarsa mid-distributuri ta' l-enerġija, operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u/jew kumpanniji li jbiegħu l-enerġija bl-imnut, direttament u/jew indirettament permezz ta' fornituri oħra ta' servizzi ta' l-enerġija jew miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija:

(i)

jiżguraw l-offerta lill-konsumaturi finali tagħhom u l-promozzjoni ta' servizzi ta' l-enerġija bi prezz kompettitiv; jew

(ii)

jiżguraw id-disponibbiltà lill-konsumaturi finali tagħhom u l-promozzjoni ta' audits ta' l-enerġija bi prezz kompetittiv magħmula b'mod indipendenti u/jew miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, bi qbil ma' l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 12; jew

(iii)

jikkontribwixxu għall-fondi u l-mekkaniżmi għall-fondi msemmija fl-Artikolu 11. Il-livell ta' dawn il-kontributi għandhom mill-inqas jikkorrispondu għall-ispejjeż stmati għall-offerta ta' kwalunkwe mill-attivitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu u għandu jiġi miftiehem ma' l-awtoritajiet jew aġenziji msemmija fl-Artikolu 4(3); u/jew

(b)

jiżguraw li ftehim volontarji u skemi oħra orjentati lejn is-suq, bħal ċertifikati bojod, b'effett ekwivalenti għal wieħed jew iktar mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) jeżistu jew jiġu stabbiliti. Dawn il-ftehimiet volontarji għandhom ikunu sorveljati u segwiti mill-Istat Membru konċernat sabiex ikun żgurat li fil-prattika jkollhom effett ekwivalenti għal wieħed jew aktar mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (a).

3.   L-Istati Membri għandom jiggarantixxu li hemm inċentivi biżżejjed, kompetizzjoni ugwali u l-istess kundizzjonijiet ta' operazzjoni għal atturi tas-suq minbarra distributuri ta' l-enerġija, operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u/jew kumpanniji li jbiegħu l-enerġija bl-imnut, bħal ESCOs, stallaturi ta' tagħmir ta' l-enerġija, konsulenti u esperti dwar l-enerġija, biex dawn joffru u jimplimentaw indipendentement is-servizzi ta' l-enerġija, l-audits ta' l-enerġija u l-miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija deskritti f' paragrafu 2 (a) (ii).

4.   Taħt il-paragrafu 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jagħtu responsabbiltajiet lil operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni biss jekk dawn ir-responsabbiltajiet huma konsistenti mal-ħtiġijiet rigward iż-żamma ta' kontijiet separati stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/54/KE u l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2003/55/KE.

5.   L-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal derogi jew estenzjonijiet mogħtija taħt id-Direttivi 2003/54/KE u 2003/55/KE.

L-Artikolu 7

Disponibbiltà ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar mekkaniżmi għall-effiċjenza ta' l-enerġija u l-kwadri finanzjarji u legali adottati bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira indikattiva nazzjonali ta' l-iffrankar ta' l-enerġija hija trasparenti u mxerrda b'mod wiesa' lill-atturi tas-suq relevanti.

L-Artikolu 8

Disponibbiltà ta' skemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni

Bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' kompetenza teknika, oġġettività u affidabilità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn iqisu meħtieġ, ikunu disponibbli skemi xierqa ta' kwalifika, akkreditazzjoni u/jew skemi ta' ċertifikazzjoni għall-fornituri ta' servizzi ta' l-enerġija, audits ta' l-enerġija u miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija kif imsemmija fl-Artikolu 6 (2) (a) (ii).

L-Artikolu 9

Strumenti finanzjarji għall-iffrankar ta' l-enerġija

1.   L-Istati Membri għandhom iħassru jew jemendaw leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali, minbarra dawk li jkun ċar li huma ta' natura fiskali, li jimpedixxu jew jillimitaw mingħajr bżonn jew b'mod sproporzjonat l-użu ta' strumenti finanzjarji għall-iffrankar ta' l-enerġija fis-suq tas-servizzi ta' l-enerġija jew miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli mudelli ta' kuntratti ta' dawk l-istrumenti finanzjarji għal xerrejja eżistenti u potenzjali ta' servizzi ta' l-enerġija u ta' miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija fis-settur pubbliku u privat. Dawn jistgħu jinħarġu mill-awtorità jew aġenzija msemmija fl-Artikolu 4(3).

L-Artikolu 10

Tariffi għall-effiċjenza ta' l-enerġija u regolamenti oħra għall-enerġija destinata għar-rettikolat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitneħħew dawk l-inċentivi fit-tariffi ta'trażmissjoni u ta' distribuzzjoni li jżidu bla bżonn il-volum ta' enerġija distribwita jew trasmessa. F'dan ir-rigward, bi qbil ma' l-Artikolu 3(2) tad-Direttivi 2003/54/KE u ma' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/55/KE, l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi tas-servizz pubbliku rigward l-effiċjenza ta' l-enerġija fuq impriżi li joperaw fis-setturi tal-gass u ta' l-elettriku rispettivament.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu li komponenti ta' skemi u strutturi ta' tariffi b'mira soċjali, bil-kondizzjoni li kwalunkwe effett ta' tfixkil fuq is-sistema ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni jinżamm għall-minimu neċessarju u ma jkunx sproporzjonat għall-għan soċjali.

L-Artikolu 11

Fondi u mekkaniżmi ta' fondi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu joħolqu fond jew fondi biex jiġi ssussidjat it-twaqqif ta' programmi li jżidu l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-implementazzjoni ta' programmi ta' effiċjenza ta' l-enerġija u biex jippromwovu l-iżvilupp ta' suq ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-promozzjoni ta' auditing ta' l-enerġija, strumenti finanzjarji biex tiġi ffrankata l-enerġija u, jekk ikun il-każ, kejl imtejjeb u kontijiet informattivi. Il-fondi għandhom jindirizzaw ukoll setturi ta' konsum finali bi spejjeż ta' transazzjoni ogħla jew b'riskji akbar.

2   Jekk jiġu stabbiliti, il-fondi jistgħu jipprovdu għotjiet, self, garanziji finanzjarji u/jew tipi oħra ta' finanzjament li jiggarantixxu riżultati.

3.   Il-fondi għandhom ikunu aċċessibbli għall-fornituri kollha ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, bħal ESCOs, konsulenti indipendenti dwar l-enerġija, distributuri ta' l-enerġija, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni, kumpanniji li jbiegħu l-enerġija bl-imnut u stallaturi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu l-fondi aċċessibbli għall-konsumaturi finali kollha. Sejħiet għal offerti jew metodi ekwivalenti li jiżguraw trasparenza totali għandhom jitwettqu f'konformità sħiħa mar-regolamenti applikabbli għall-akkwist pubbliku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fondi jikkumplimentaw u mhux jikkompetu ma' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija ffinanzjati kummerċjalment.

L-Artikolu 12

Audits ta' l-enerġija

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' skemi ta' audits ta' l-enerġija effiċjenti u ta' kwalità għolja li huma ddisinnjati biex jidentifikaw miżuri potenzjali li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija u li jsiru b'mod indipendenti, lill-konsumaturi finali kollha, inklużi konsumaturi domestiċi u kummerċjali żgħar u dawk industrijali ta' daqs żgħir u medju.

2.   Partijiet tas-suq li għandhom spejjeż ta' transazzjoni ogħla u faċilitajiet mhux kumplessi jistgħu jintlaħqu permezz ta' miżuri oħra bħal kwistjonarji u programmi tal-kompjuter disponibbli fuq l-internet u/jew mibgħuta lill-konsumaturi bil-posta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' audits għall-partijiet tas-suq fejn mhumiex kummerċjalment disponibbli tenut kont ta' l-Artikolu 11(1).

3.   Iċ-ċertifikazzjoni skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini (11) għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal audit ta' l-enerġija li tilħaq il-ħtiġiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u bħala ekwivalenti għal miżura ta' titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija kif imsemmija fl-Anness V ta' din id-Direttiva. Minbarra dan, audits li jirriżultaw minn skemi bbażati fuq ftehimiet volontarji bejn organizzazzjonijiet ta' partijiet ikkonċernati u organu maħtur, sorveljat u segwit mill-Istat Membru konċernat għandhom ukoll ikunu kkunsidrati li jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

L-Artikolu 13

Kejl u kontijiet informattivi dwar il-konsum ta' l-enerġija

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, safejn huwa possibbli teknikament, raġonevoli mil-lat finanzjarju u proporzjonat fir-rigward ta' l-iffrankar potenzjali ta' l-enerġija, il-konsumatur finali ta' l-elettriku, il-gass naturali, it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-ilma sħun fid-djar ingħataw meters individwali bi prezz kompettitiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum reali ta' l-enerġija mill-konsumatur u li jagħtu informazzjoni dwar iż-żmien reali ta' l-użu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, l-kontijiet mid-distributuri ta' l-enerġija, mill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u mill-kumpanniji li jbiegħu l-enerġija bl-imnut ikunu bbażati fuq il-konsum reali ta' l-enerġija, u jkunu preżentati f'termini ċari u li jistgħu jinftiehmu. Informazzjoni xierqa għandha tkun disponibbli mal-kont biex tipprovdi lill-konsumatur finali b'rendikont komprensiv tal-kost attwali ta' l-enerġija. Fejn ikun xieraq, skond l-ammont ta' konsum ta' enerġija mill-konsumatur ikkonċernat, il-kontijiet għandhom jingħataw b'mod spiss biżżejjed biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom ta' l-enerġija.

3   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-informazzjoni li gejja ssir disponibbli lill-konsumaturi finali f'termini ċari u li jistgħu jinftiehmu mid-distributuri ta' l-enerġija, operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jew kumpanniji li jbiegħu l-enerġija bl-imnut fil-kontijiet, fil-kuntratti, fit-transazzjonijiet, u/jew fl-irċevuti fl-istazzjonijiet tad-distribuzzjoni:

(a)

il-prezzijiet kurrenti reali u, il-konsum reali ta' enerġija;

(b)

tqabbil tal-konsum ta' enerġija attwali mill-konsumatur mal-konsum tul l-istess perijodu fis-sena ta' qabel, preferibbilment f'forma grafika;

(ċ)

fejn ikun possibbli u utli, tqabbil ma' utent ta' l-enerġija medju normalizzat jew ta' referenza fl-istess kategorija ta' utent;

(d)

informazzjoni dwar kif jista' jsir kuntatt ma' organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, aġenziji ta' l-enerġija jew organi oħra simili, inkluż l-indirizz elettroniku tagħhom, minn fejn wieħed jista' jsib informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, profili ta' konsumaturi finali għall-paragun, u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 14

Rapporti

1.   L-Istati Membri li diġà jużaw, għal kwalunkwe fini, metodi ta' kalkolu għall-iffrankar ta' l-enerġija simili għat-tipi deskritti fl-Anness IV fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jistgħu jippreżentaw informazzjoni b' livell xieraq ta' dettalji lill-Kummissjoni. Dawn is-sottomissjonijiet għandhom isiru malajr kemm jista' jkun, preferibiliment mhux aktar tard minn... (12). Din l-informazzjoni għandha tgħin lill-Kummissjoni biex tieħu kont dovut tal-prattiċi eżistenti.

2.   Sa mhux aktar tard minn... (13), l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni b'rapport interim dwar l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni ġenerali ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda jew ippjanati. Rapport finali li juri l-progress fil-perijodu ta' sitt snin wara.... (14) għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn... (15). Ir-rapport interim għandu jkun ibbażat fuq data disponibbli, supplimentata b'estimi, u għandu jinkludi fost oħrajn il-progress stmat sa dak il-jum fir-rigward tal-mira intermedja indikattiva nazzjonali ta' l-iffrankar ta' l-enerġija stabbilita fl-Artikolu 4(2), u għall-għan stipulat fl-Artikolu 5(1). Ir-rapport finali għandu jinkludi riżultati definittivi li għandhom x'jaqsmu mat-twettiq tal-mira indikattiva nazzjonali ġenerali ta' l-iffrankar ta' l-enerġija kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) u mal-mira stabbilita fl-Artikolu 5(1).

3   Fuq il-bażi tar-rapporti interim u finali ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kemm l-Istati Membri jkunu għamlu progress biex jilħqu l-mira indikattiva nazzjonali tagħhom ta' l-iffrankar ta' l-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport bil-konklużjonijiet tagħha dwar l-ewwel rapporti interim, mhux aktar tard minn... (16). Mhux aktar tard minn sena wara li tirċievi r-rapporti finali mingħand l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-konklużjonijiet tagħha f'rapport finali. Ma' dawn il-konklużjonijiet għandu jkun hemm, jekk ikun xieraq u fejn ikun hemm bżonn, proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-miżuri addizzjonali inkluż il-possibiltà ta' estensjoni tal-perijodu tal-validità tal-miri stabbiliti f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 15

Reviżjoni u addattament tal-qafas

1.   Il-valuri u l-metodi ta' kalkolu msemmija fl-Annessi II, III u IV għandhom jiġu addottati għall-progress tekniku skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 16(2).

2.   Sa... (17), il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), għandha tkompli tirfina u tikkomplimenta kif meħtieġ il-punti 2-6 ta' l-Anness IV, filwaqt li tirrispetta l-qafas ġenerali stabbilitifl-Anness IV.

3.   Wara... (18), il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), tista' tiddeċiedi li tgħolli l-persentagg ta' kalkoli axxendenti armonizzati użati fil-mudell ta' kalkolu armonizzat imsemmi fil-punt 1 ta' l-Anness IV mingħajr preġudizzju għall-iskemi ta' l-Istati Membri li diġà għandhom persentaġġ ogħla. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-fatturi li ġejjin u tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha f'dan is-sens:

(a)

esperjenza bil-mudell ta' kalkolu armonizzat matul l-ewwel snin ta' applikazzjoni;

(b)

iż-żieda potenzjali mistennija fil-preċiżjoni bħala riżultat tas-sostituzzjoni ta' parti mill-kalkoli dixxendenti bil-kalkoli axxendenti;

(ċ)

il-prezz miżjud u/jew il-piż amministrattiv potenzjali stmati.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li żżid il-persentaġġ tal-kalkoli axxendenti armonizzati, il-mudell ġdid armonizzat ta' kalkolu għandu jintuża għall-ewwel darba minn... (19).

L-Artikolu 16

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont tenut ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

L-Artikolu 17

Imħassar

Id-Direttiva 93/76/KEE għandha tiġi mħassra.

L-Artikolu 18

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u l-provvedimenti amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn... (20). Huma għandhom jinformaw b' danlill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkompanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi ta' kif issir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-provvedimenti ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 20

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

...

Għall-Kunsill

Il-President

...


(1)  ĠU C 120, ta' l-20.5.2005, p. 115.

(2)  ĠU C 318, tat-22.12.2004, p. 19.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta'..... (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta'.... (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 242, ta' l-10.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 176, tal-15.7.2003, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/85/KE (ĠU L 236, tas-7.7.2004, p. 10).

(6)  ĠU L 176, tal-15.7.2003, p. 57.

(7)  ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 28.

(8)  ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU L 275, tal-25.10.2003, p. 32. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2004/101/CE (ĠU L 338, tat-13.11.2004, p. 18).

(10)  ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 33. Direttiva kif emendata bl-Att ta' Adeżjoni 2003.

(11)  ĠU L 1, ta' l-4.1.2003, p. 65.

(12)  Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(13)  Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(14)  Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(15)  Għaxar snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(16)  Sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(17)  18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(18)  Tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(19)  Erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(20)  Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


L-ANNESS I

Metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-mira indikattiva nazzjonali ta' l-iffrankar ta' l-enerġija

Il-metodoloġija użata biex tiġi kkalkulata l-mira indikattiva nazzjonali ta' l-iffrankar ta' l-enerġija msemmija fl-Artikoli 4 għandha tkun kif ġej:

1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-konsum interjuri finali annwali ta' l-enerġija għall-utenti kollha ta' l-enerġija koperti b'din id-Direttiva għall-perijodu tas-sitt snin l-iktar riċenti qabel l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva li għalih data uffiċjali huwa disponibbli, biex jikkalkulaw l-ammont medju annwali tal-konsum. Dan il-konsum finali ta' l-enerġija għandu jkun l-ammont ta' enerġija distribwita jew mibjugħa lill-konsumaturi finali matul il-perijodu ta' sitt snin, li ma jkunx aġġustat għal ġranet-gradi, bidliet strutturali jew bidliet ta' produzzjoni.

Abbażi ta' dan l-ammont medju ta' konsum annwali, il-mira indikattiva nazzjonali ta' l-iffrankar ta' l-enerġija għandha tkun ikkalkulata darba u l-ammont assolut ta' enerġija li trid tkun iffrankata li jirriżulta jkun applikat għad-dewmien sħiħ ta' din id-Direttiva.

Il-mira indikattiva nazzjonali ta' l-iffrankar ta' l-enerġija għandha:

(a)

tikkonsisti f'6 % ta' l-ammont medju annwali tal-konsum imsemmi iktar 'il fuq;

(b)

titkejjel mis-sitt sena ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(ċ)

tkun ir-riżultat ta' iffrankar annwali kumulattiv ta' l-enerġija miksub tul il-perijodu ta' applikazzjoni ta' sitt snin ta' din id-Direttiva;

(d)

tintlaħaq permezz ta' servizzi ta' l-enerġija u miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija.

Din il-metodoloġija għall-kejl ta' l-iffrankar ta' l-enerġija tiżgura li l-iffrankar totali ta' l-enerġija preskritta minn din id-Direttiva jkun ammont fiss, u għalhekk ikun indipendenti mit-tkabbir futur fil-GDP u minn kwalunkwe żieda futura fil-konsum ta' l-enerġija.

2.

Il-mira indikattiva nazzjonali ta' l-iffrankar ta' l-enerġija għandha tkun espressa f'termini assoluti f'GWh, jew ekwivalenti, ikkalkulati skond l-Anness II.

3.

Iffrankar ta' l-enerġija f'sena partikolari wara li tkun daħlet fis-seħħ din id-Direttiva li jirriżulta minn miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija li nbdew f'sena qabel mhux qabel l-1995 u li jkollhom effett li jkompli jista' jittieħed in konsiderazzjoni fil-kalkolu ta' l-iffrankar annwali ta' l-enerġija. Fejn iġġustifikat miċ-ċirkostanzi, f'ċerti każi il-miżuri li nbdew qabel l-1995 iżda mhux qabel l-1991 jistgħu jiġu kkunsidrati. Fil-każijiet kollha, l-iffrankar riżultanti ta' l-enerġija xorta għandu jkun verifikabbli u li jistà jkun imkejjel jew stmat, bi qbil mal-qafas ġenerali fl-Anness IV.


L-ANNESS II

KONTENUT TA' ENERĠIJA PRIMARJA TA' XI KARBURANTI MAGĦŻULA GĦALL-UŻU FINALI — TABELLA TA' KONVERŻJONI (1)

Prodott ta' enerġija

kJ (NCV)

kgoe (NCV)

kWh (NCV)

1 kg kokk

28 500

0,676

7,917

1 kg faħam iebes

17 200 — 30 700

0,411 — 0,733

4,778 — 8,528

1 kg maltunelli tal-faħam kannella

20 000

0,478

5,556

1 kg linjite iswed

10 500 — 21 000

0,251 — 0,502

2,917 — 5,833

1 kg faħam kannella

5 600 — 10 500

0,134 — 0,251

1,556 — 2,917

1 kg ’shale’ taż-żejt

8 000 — 9 000

0,191 — 0,215

2,222 — 2,500

1 kg peat

7 800 — 13 800

0,186 — 0,330

2,167 — 3,833

1 kg maltunelli tal-peat

16 000 — 16 800

0,382 — 0,401

4,444 — 4,667

1 kg karburant residwu (żejt tqil)

40 000

0,955

11,111

1 kg karburant ħafif

42 300

1,010

11,750

1 kg spirtu tal-magni (petrol

44 000

1,051

12,222

1 kg pitrolju

40 000

0,955

11,111

1 kg LPG

46 000

1,099

12,778

1 kg gass naturali (2)

47 200

1,126

13,10

1 kg (LNG)

45 190

1,079

12,553

1 kg injam (25 % umdità) (3)

13 800

0,330

3,833

1 kg gerbub/briks ta' l-injam

16 800

0,401

4,667

1 kg skart

7 400 — 10 700

0,177 — 0,256

2,056 — 2,972

1 MJ sħana derivata

1 000

0,024

0,278

1 kWh enerġija elettrika

3 600

0,086

1 (4)

Sors: Eurostat


(1)  L-Istati Membri jistgħu japplikaw fatturi ta' konverżjoni differenti jekk dawn jistgħu jiġu ġġustifikati

(2)  93.0 % metanu.

(3)  L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri oħra skond it-tip ta' injam li l-iktar jintuża fl-Istat Membru.

(4)  Għal-iffrankar fl-elettriku f'kWh l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent ta' 2.5 li jirriffletti l-medja mbassra ta' 40 % ta' l-effiċjenza tal-ġenerazzjoni ta' l-UE matul il-perjodu ta' mira. L-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent differenti bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh.

Sors: Eurostat


L-ANNESS III

Lista indikattiva ta' eżempji ta' miżuri eliġibbli li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija

Dan l-Anness jipprovdi eżempji ta' fejn jistgħu jiġu żviluppati u implimentati programmi li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-kuntest ta' l-Artikolu 4.

Sabiex jitqiesu, dawn il-miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jridu jirriżultaw fi ffrankar ta' l-enerġija li jista' jiġi mkejjel u verifikat jew stmat b'mod ċar skond il-linji gwida ta' l-Anness IV, u jeħtieġ li l-impatti tagħhom fuq l-iffrankar ma jkunx diġà qed jingħadd f'miżuri speċifiċi oħrajn. Il-listi li ġejjin mhumiex eżawrjenti iżda huma intiżi li jservu ta' gwida.

Eżempji ta' miżuri eliġibbli li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija:

Setturi residenzjali u terzjarji

(a)

tisħin u tkessiħ (per eżempju, pompi tat-tisħin, boilers ġodda effiċjenti, stallazzjoni/modernizzazzjoni effiċjenti ta' sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali);

(b)

insulazzjoni u ventilazzjoni (eż. ħajt dobblu u insulazzjoni tas-saqaf, twieqi bi ħġieġ doppju/tripplu);

(ċ)

ilma sħun (eż. stallazzjoni ta' mezzi ġodda, użu dirett u effiċjenti fit-tisħin ta' l-ispazju, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ);

(d)

dawl (eż. bozoz u ballasts ġodda effiċjenti, sistemi ta' kontroll diġitali, użu ta' motion detectors għas-sistemi tad-dawl f'bini kummerċjali);

(e)

tisjir u tkessiħ (eż. mezzi ġodda effiċjenti, sistemi li jirkupraw is-sħana);

(f)

tagħmir u appliances oħrajn (eż. appliances li jiġġeneraw l-enerġija u s-sħana flimkien, mezzi ġodda effiċjenti, kontroll skond il-ħin għall-użu aħjar ta' l-enerġija, tnaqqis fit-telf ta' l-enerġija permezz tal-faċilità 'stand-by', stallazzjoni ta' kapaċitaturi li jnaqqsu l-enerġija reattiva, transformaturi b'telf baxx);

(g)

ġenerazzjoni domestika ta' sorsi rinovabbli ta' l-enerġija, fejn l-ammont ta' enerġija mixtrija hija mnaqqsa (eż. applikazzjonijiet termali solari, ilma sħun domestiku, tisħin u tkessiħ ta' spazju b'għajnuna solari);

Settur industrijali

(h)

proċessi ta' l-immanifatturar ta' prodotti (eż. użu iktar effiċjenti ta' arja kkompressata, l-ikkondensat u switches u valvs, użu ta' sistemi awtomatiċi u integrati, modi effiċjenti ta' stand-by);

(i)

muturi u sistemi ta' trasmissjoni (eż. żieda fl-użu ta' kontrolli elettroniċi, sistemi ta' trasmissjoni b'veloċità varjabbli, ipprogrammar ta' l-applikazzjoni integrata, konverżjoni tal-frekwenza, mutur elettriku b'effiċjenza għolja);

(j)

fannijiet, sistemi ta' trasmissjoni b'veloċità varjabbli u ventilazzjoni (eż. mezzi/sistemi ġodda, użu ta ventilazzjoni naturali);

(k)

ġestjoni tar-reazzjoni tad-domanda (eż. ġestjoni tat-tagħbija, sistemi ta' kontroll għat-tnaqqis ta' domanda għolja);

(l)

Ko-ġenerazzjoni b'effiċjenza għolja (eż. appliances li jiġġeneraw l-enerġija u s-sħana flimkien);

Settur tat-trasport

(m)

mezz ta' vvjaġġar użat, eż. promozzjoni ta' vetturi effiċjenti fl-enerġija, l-użu effiċjenti fl-enerġija ta' vetturi inkluż skemi għall-aġġustament tal-pressjoni tat-tajer, mezzi għall-effiċjenza ta' l-enerġija u mezzi li jistgħu jiġu miżjuda għal vetturi, addittivi tal-karburant li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, żjut b'lubriċità għolja u tajers b'resistenza baxxa)

(n)

bidliet fil-mod tat-trasport (eż. sistemi ta' trasport mid-dar sa l-uffiċju mingħajr karozza, l-użu ta' vettura minn iktar minn persuna waħda, bidliet fil-mod tat-trasport minn modi ta' trasport li jikkonsumaw iktar enerġija għal dawk li jikkonsumaw inqas, għal kull passiġġier-kilometru jew tunnellaġġ-kilometru)

Miżuri li japplikaw għas-setturi kollha

(o)

livelli u normi li l-għan primarju tagħhom hu li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija ta' prodotti u servizzi, inkluż bini;

(p)

skemi ta' tikkettar ta' l-enerġija;

(q)

kejl, sistemi intelliġenti ta' kejl bħal strumenti ta' kejl individwali ġestiti mill-bogħod u kontijiet informattivi;

(r)

taħriġ u edukazzjoni li jwasslu għall-applikazzjoni ta' teknoloġija u/jew tekniki effiċjenti fl-enerġija;

Miżuri orizzontali

(s)

regolamenti, taxxi eċċ li jkollhom l-effet li jnaqqsu l-konsum finali ta' l-enerġija;

(t)

kampanji ta' informazzjoni iffukati li jippromwovu t-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija.


L-ANNESS IV

Qafas ġenerali għall-kejl u għall-verifikazzjoni ta' l-iffrankar ta' l-enerġija

1.   Miżuri u kalkoli ta' frankar ta' enerġija u n-normalizzazzjoni tagħhom

1.1   Kejl ta' l-Iffrankar ta' l-Enerġija

Ġenerali

Fil-kejl ta' l-iffrankar miksub ta' l-enerġija kif stipulat fl-Artikolu 4 bil-ħsieb li jinqabad it-titjib kollu fl-effiċjenza ta' l-enerġija u biex jiġi aċċertat l-impatt ta' miżuri individwali, mudell ta' kalkolu armonizzat li juża taħlita ta' metodi ta' kalkolu dixxendenti u axxendenti għandu jintuża biex jitkejjel it-titjib annwali fl-effiċjenza ta' l-enerġija għar-rapporti fl-Artikolu 14.

Meta jkun qed jiżviluppa l-mudell ta' kalkolu armonizzat bi qbil ma' l-Artikolu 15(2), il-Kumitat għandu jimmira li juża, sa fejn hu possibbli, data li diġà tingħata b'mod regolari mill-Eurostat u/jew mill-aġenziji nazzjonali ta' l-istatistika.

Kalkoli dixxendenti

Metodu ta' kalkolu dixxendenti jfisser li l-ammont ta' frankar ta' enerġija jiġi kkalkulat billi bħala l-punt tat-tluq jintużaw livelli ta' iffrankar ta' l-enerġija nazzjonali jew settorjali aggregati jew fuq skala ikbar. Isiru mbgħad aġġustamenti tad-data annwali għal fatturi estraneji bħal ġranet-grad, bidliet strutturali, taħlita tal-produzzjoni, eċċ. biex tkun derivata miżura li tagħti indikazzjoni ġusta tat-titjib totali fl-effiċjenza ta' l-enerġija, kif deskritt fil-punt 1.2. Dan il-metodu ma jipprovdix kejl eżatt fuq livell dettaljat u lanqas ma juri r-relazzjonijiet kawża-effett bejn il-miżuri u l-iffrankar ta' l-enerġija li jirriżulta minnhom. Madankollu, normalment huwa iktar sempliċi u orħos u huwa spiss imsejjaħ “indikaturi ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija” minħabba li jagħti indikazzjoni ta' l-iżviluppi.

Meta jkun qed jiżviluppa l-metodu ta' kalkolu dixxendenti użat fil-mudell ta' kalkolu armonizzat, il-Kumitat għandu jibbaża xogħlu, safejn possibbli, fuq metodoloġiji eżistenti bħal-mudell ODEX (1).

Kalkoli axxendenti

Parti mill-konsum intern finali annwali ta' l-enerġija għas-setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jkun kopert minn mudell armonizzat axxendenti. Meta jkun qed jiżviluppa dan il-mudell armonizzat axxendenti bi qbil ma' l-Artikolu 15(2), il-Kumitat għandu jimmira li juża metodi standardizzati li jinvolvu minimu ta' piż amministrattiv u ta' spejjeż, partikolarment billi juża metodi ta' kejl imsemmija fil-punti 2.1 u 2.2 ta' dan l-Anness, u billi jiffoka fuq dawk is-setturi fejn il-mudell armonizzat axxendenti jista' jkun applikat b'mod l-iktar effiċjenti fl-infiq.

L-Istati Membri li jixtiequ, jistgħu jużaw iktar miżuri axxendenti flimkien mal-parti preskritta mill-mudell armonizzat axxendenti suġġett għall-qbil tal-Kummissjoni, skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 16(2) abbażi ta' deskrizzjoni tal-metodoloġija ppreżentata mill-Istat Membru kkonċernat.

Metodu ta' kalkolu axxendenti jfisser li l-iffrankar ta' l-enerġija miksuba permezz ta' l-implimentazzjoni ta' miżura speċifika li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija jkun imkejjel f'kilowatt-sigħat (kWh), f'Joules (J) jew f'kilogrammi ta' żejt ekwivalenti (kgoe) u miżjud mar-riżultati ta' l-iffrankar ta' l-enerġija minn miżuri speċifiċi oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija. L-awtoritajiet jew aġenzija msemmija fl-Artikolu 4(3) jiżguraw li l-kalkolu doppju ta' l-iffrankar ta' l-enerġija, li jirriżulta minn taħlita ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija (inkluż mekkaniżmi), jkun evitat. Għall-metodu ta' kalkolu axxendenti, data u metodi msemmija fil-punti 2.1 u 2.2 jistgħu jintużaw.

Jekk il-kalkoli axxendenti mhumiex disponibbli għal ċerti setturi, indikaturi dixxendenti jew taħlita ta' kalkoli dixxendenti u axxendenti jistgħu jintużaw fir-rapporti lill-Kummissjoni, suġġett għall-qbil mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2). B'mod partikolari, meta tkun qed tivvaluta t-talbiet għal dan il-għan fil-kuntest tar-rapport interim deskritt fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha turi l-flessibilità xierqa. Xi kalkoli dixxendenti jistgħu jkunu neċessarji sabiex l-impatt tal-miżuri implimentati wara l-1995 (u f'ċerti każi l-1991) li għad għandhom impatt.

1.2   Kif il-miżuri ta' l-iffrankar ta' l-enerġija jridu jiġu normalizzati

L-iffrankar ta' l-enerġija għandu jiġi determinat billi jitkejjel jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni tal-miżura, filwaqt li jiġu żgurati l-aġġustament u n-normalizzazzjoni għal kondizzjonijiet esterni li komunament jaffettwaw l-użu ta' l-enerġija. Il-kondizzjonijiet li komunament jaffettwaw il-konsum ta' l-enerġija jistgħu wkoll jinbidlu matul iż-żmien. Dawk il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu l-impatt possibbli ta' wieħed jew bosta mill-fatturi possibbli li ġejjin bħal:

(a)

kondizzjonijiet tat-temp, bħal ġranet-grad;

(b)

livelli ta' okkupazzjoni;

(ċ)

ħinijiet tal-ftuħ għal bini mhux domestiku;

(d)

intensità tat-tagħmir installat (ammont ta' materjal li jkun ipproċessat mill-impjant); taħlita ta' prodotti

(e)

ammont ta' materjal li jkun ipproċessat mill-impjant, livell ta' produzzjoni, volum jew valur miżjud, inklużi bdil fil-livell ta' GDP;

(f)

skeda ta' l-użu għall-istallazzjoni u għall-vetturi;

(g)

relazzjonijiet ma' unitajiet oħra.

2.   Data u Metodi li jistgħu jintużaw (possibiltà li jittieħed kejl)

Jeżistu ħafna metodi biex tinġabar l-informazzjoni bil-għan li jitkejjel u/jew jiġi stmat l-iffrankar ta' l-enerġija. Waqt il-valutazzjoni ta' servizz ta' l-enerġija jew miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, ta' spiss ikun impossibbli li wieħed joqgħod biss fuq il-kejl. Allura ssir distinzjoni bejn il-metodi li jkejlu l-iffrankar ta' l-enerġija u l-metodi li jistmaw l-iffrankar ta' l-enerġija, u dan ta' l-aħħar huwa prattika iktar komuni.

2.1   Data u metodi bbażati fuq il-kejl

Kontijiet mingħand kumpanniji tad-distribuzzjoni jew bejjiegħa bl-imnut

Kontijiet ta' l-enerġija li jikkorrispondu għall-konsum imkejjel jistgħu jifformaw il-bażi għall-kejl għal perjodu rappreżentattiv qabel l-introduzzjoni tal-miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija. Dawn jistgħu mbagħad jitqabblu ma' kontijiet tal-konsum imkejjel għall-perjodu ta' wara l-introduzzjoni u l-użu tal-miżura, anke għal perjodu ta' żmien rappreżentattiv. Ir-riżultati jridu jitqabblu ma' grupp ta' kontroll (mhux grupp ta' parteċipazzjoni) jekk dan ikun possibbli, jew bħala alternattiva, innormalizzati kif deskritt fil-punt 1.2.

Data dwar il-Bejgħ ta' l-Enerġija

Il-konsum ta' tipi differenti ta' l-enerġija (eż. elettriku, gass, karburant għat-tisħin) jista' jitkejjel billi tiġi mqabbla d-data tal-bejgħ mingħand il-bejjiegħ bl-imnut jew id-distributur miksuba qabel l-introduzzjoni tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, mad-data dwar il-bejgħ tal-perjodu ta' wara l-miżura. Jista' jintuża grupp ta' kontroll jew l-informazzjoni tista' tiġi normalizzata.

Data dwar il-Bejgħ ta' Tagħmir u Appliances

Il-prestazzjoni ta' tagħmir u appliances jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' informazzjoni miksuba direttament mingħand il-fabbrikant. Id-data dwar il-bejgħ ta' tagħmir u appliances tista' tinkiseb ġeneralment mingħand il-bejjiegħa bl-imnut. Jista' wkoll isir stħarriġ u kejl speċjali. Id-data aċċessibbli tista' tiġi mqabbla mal-figuri tal-bejgħ biex ikun determinat id-daqs ta' l-iffrankar. Meta jintuża dan il-metodu, iridu jsiru aġġustamenti għal bdil fl-użu tat-tagħmir jew ta' l-appliance.

Data dwar it-Tagħbija ta' l-Użu Finali

L-użu ta' l-enerġija ta' bini jew ta' faċilità jista' jiġi mmonitorjat biex tkun irrekordjata t-talba għall-enerġija qabel u wara l-introduzzjoni ta' miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija. Fatturi relevanti importanti (eż. il-proċess tal-produzzjoni, tagħmir speċjali, stallazzjonijiet tat-tisħin) jistgħu jitkejlu b'iktar reqqa.

2.2   Data u metodi bbażati fuq stimi

Stimi tekniċi sempliċi dwar data: Nuqqas ta' spezzjoni

Il-kalkolu ta' data bl-użu ta' stimi tekniċi sempliċi, mingħajr ma jkun hemm spezzjoni fuq il-post huwa l-metodu l-iktar użat għall-ksib ta' data għall-kejl ta' iffrankar preżunt. Id-data tista' tiġi stmata bl-użu ta' prinċipji tekniċi, mingħajr ma tintuża data fuq il-post, iżda b'suppożizzjonijiet ibbażati fuq speċifikazzjonijiet tat-tagħmir, karatteristiċi tal-prestazzjoni, profili ta' kif jaħdmu l-miżuri installati u statistiċi eċċ.

Stimi tekniċi mtejba: Spezzjoni

Id-data dwar l-enerġija tista' tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' informazzjoni miksuba minn espert estern waqt audit ta', jew tip ieħor ta' żjara lil, post jew postijiet immirati. Fuq din il-bażi, mudelli ta' algoriżmi/simulazzjonijiet iktar sofistikati jistgħu jiġu żviluppati u applikati għal numru ikbar ta' postijiet (eż. bini, faċilitajiet, vetturi). Dan it-tip ta' metodu jista' jintuża ta' spiss biex jikkomplimenta u jikkalibra stimi ta' data teknika sempliċi.

3.   It-trattament ta' l-inċertezza

Il-metodi kollha mniżżla f'punt 2 ta' dan l-Anness jistgħu jinvolvu xi grad ta' inċertezza. L-inċertezza tista' tiġi minn: (2)

(a)

żbalji ta' strumentazzjoni: dawn tipikament isiru minħabba żbalji fl-ispeċifikazzjonijiet li jingħataw mill-fabbrikant tal-prodott;

(b)

żbalji tal-mudell: dawn tipikament jirreferu għal żbalji fil-mudell użat biex jiġu stmati parametri għad-data miġbura;

(ċ)

żbalji tal-kampjuni: dawn tipikament jirreferu għal żbalji li jirriżultaw mill-fatt li jiġi osservat kampjun ta' unitajiet u mhux is-sett kollu ta' l-unitajiet li qed jiġu studjati.

L-inċertezza tista' tinħoloq ukoll minn supposizzjonijiet ippjanati jew mhux ippjanati; dawn huma tipikament assoċjati ma' stimi, stipulazzjonijiet u/jew l-użu ta' data teknika. Il-fatt li jkun hemm żbalji hu relatat ukoll mas-sistema magħżula għall-ġbir tad-data li hi deskritta fil-qosor f' punti 2.1 u 2.2 ta' dan l-Anness. Jingħata l-parir li l-inċertezza tiġi speċifikata iktar.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw is-sistema ta' inċertezza kwantifikata meta jirrappurtaw dwar il-miri stipulati f'din id-Direttiva. L-inċertezza kwantifikata għandha mbagħad tkun espressa b'mod li jagħmel sens statistikament, filwaqt li jkun iddikjarat kemm il-livell ta' preċiżjoni kif ukoll il-livell ta' affidabilità. Per eżempju, “l-iżball kwantifikabbli hu ± 20 % b'affidabilità ta' 90 %”.

Jekk jintuża l-metodu ta' l-inċertezza kwantifikata, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-fatt li l-livell aċċettabbli ta' inċertezza meħtieġ għall-kalkoli ta' l-iffrankar ta' l-enerġija hu funzjoni tal-livell ta' frankar u ta' l-effettività fl-infiq li titnaqqas l-inċertezza.

4.   Armonizzazzjoni tat-tul ta' żmien ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija f'kalkoli axxendenti

Xi miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jdumu għexieren ta' snin filwaqt li miżuri oħra jdumu għal perijodu ta' żmien iqsar. Il-lista ta' hawn taħt tagħti xi eżempji tat-tul ta' żmien medju ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija:

Iżolazzjoni ta' loft f' abitazzjoni privata

30 sena

Iżolazzjoni ta' ħajt dobblu f'abitazzjoni privata

40 sena

Ħġieġ fi twieqi — bidla mill-kategorija E għall-kategorija C (f'm2)

20 sena

Boilers — bidla mill-kategorija B sal-kategorija A

15-il sena

Kontrolli tat-tisħin — modernizzazzjoni bil-bdil tal-boiler

15-il sena

(Lampi florexxenti żgħar) CFLs — bl-imnut

16-il sena

Sorsi: Impenn għall-Effiċjenza ta' l-Enerġija 2005-2008, UK

Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri kollha japplikaw l-istess tul ta' żmien għall-istess miżuri, dan it-tul ta' żmien ser ikun armonizzat fuq livell Ewropew. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat maħluq fl-Artikolu 16, għandha għalhekk tissostitwixxi l-lista ta' hawn fuq b'lista preliminarja miftiehma bit-tul ta' żmien medju għall-miżuri differenti li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija mhux aktar tard minn... (3).

5.   It-trattament ta' effetti multiplikaturi ta' iffrankar ta' l-enerġija u kif jista' jiġi evitat il-kalkolu doppju f'metodi ta' kalkolu dixxendenti u axxendenti mħallta

L-implimentazzjoni ta' miżura waħda li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, per eżempju, l-iżolazzjoni tat-tank ta' l-ilma sħun u tal-pajpijiet f'bini, jew miżura oħra b'effett ekwivalenti, jista' jkollha effetti multiplikaturi futuri fuq is-suq, li jfisser li s-suq jimplimenta miżura awtomatikament mingħajr ma jinvolvi iktar lill-awtoritajiet jew l-aġenziji msemmija fl-Artikolu 4(3) jew fornitur privat tas-servizzi ta' l-enerġija. Miżura b'potenzjal multiplikatur f'ħafna każijiet tkun irħas minn miżuri li jridu jiġu ripetuti fuq bażi regolari. L-Istati Membri jistgħu jistmaw il-potenzjal ta' frankar ta' l-enerġija ta' tali miżuri inklużi l-effetti multiplikaturi tagħhom u jivverifikaw l-effetti totali f'valutazzjoni ex-post bl-użu ta' indikaturi fejn dan ikun xieraq.

Korrezzjonijiet għandhom isiru għall-kalkolu doppju ta' iffrankar ta' l-enerġija. L-użu ta' grilji li jippermettu l-kalkolu totali ta' impatti ta' miżuri huwa mħeġġeġ.

Iffrankar potenzjali ta' l-enerġija li jirriżulta wara l-perijodu ta' mira m'għandux jitqies meta l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-mira totali stipulata fl-Artikolu 4. Miżuri li jippromwovu l-effett għal żmien twil fuq is-suq jridu fi kwalunkwe każ iridu jkunu mħeġġa u miżuri li diġà rriżultaw f'effetti multiplikaturi ta' iffrankar ta' l-enerġija jridu jitqiesu meta il-miri stipulati fl-Artikolu 4 jiġu rrappurtati, bil-kundizzjoni li dawn jistgħu jitkejjlu u jiġu verifikati bl-użu tal-gwida mogħtija f'dan l-Anness.

6.   Kif għandu jiġi vverifikat l-Iffrankar ta' l-Enerġija

Jekk jidher li jkun irħas u neċessarju, l-iffrankar ta' l-enerġija miksub minn servizz speċifiku ta' l-enerġija jew minn miżura oħra li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija għandu jiġi vverifikat minn terza parti. Dan jista' jsir minn konsulenti indipendenti, minn ESCOs jew minn atturi oħra tas-suq. L-awtoritajiet jew aġenziji adattati ta' l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 4(3) jistgħu jagħtu iktar istruzzjonijiet dwar din il-materja.

Sorsi: A European Ex-post Evaluation Guidebook for DSM and EE Service Programmes;IEA, INDEEP database; IPMVP, Volume 1 (Verżjoni Marzu 2002).


(1)  Proġett ODYSSEE-MURE, Programm SAVE. Il-Kummissjoni 2005.

(2)  Mudell kif tistabbilixxi livell ta' inċertezza li tista' tiġi kwantifikata, ibbażat fuq dawn it-tliet żbalji, hu msemmi fl-Appendiċi B fil-Protokoll Internazzjonali dwar il-Kejl u l-Verifikazzjoni tar-Rendiment (IPMVP).

(3)  Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


L-ANNESS V

Lista indikattiva ta' eżempji ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija għas-settur pubbliku

Mingħajr preġudizzju għal-legislazzjoni nazzjonali u Komunitarja dwar l-akkwist pubbliku, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li s-settur pubbliku japplika ħtiġiet mill-lista indikattiva li ġejja fil-kuntest tar-rwol eżemplarju tas-settur pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 5:

(a)

ħtiġiet għall-użu ta' strumenti finanzjarji għall-iffrankar ta' l-enerġija, inkluż l-ikkuntrattar għall-prestazzjoni ta' l-enerġija, li jistipulaw il-forniment ta' iffrankar ta' enerġija li jista jitkejjel u li huwa predeterminat (inkluż fejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi jkunu taw 'il barra r-responsabbiltajiet tagħhom);

(b)

ħtiġiet li jinxtara tagħmir u vetturi bbażati fuq listi ta' speċifikazzjonijiet tal-prodott li huma effiċjenti fl-enerġija ta' kategoriji differenti ta' tagħmir u vetturi li se jitħejjew mill-awtoritajiet jew l-aġenziji msemmija fl-Artikolu 4(3), bl-użu, fejn applikabbli, ta' analiżi tal-prezz taċ-ċiklu tal-ħajja minimizzat jew metodi komparabbli biex tkun żgurata l-effettività fl-infiq;

(ċ)

ħtiġiet li jinxtara tagħmir li għandu konsum effiċjenti fl-enerġija f'kull mod, inkluż il-mod stand-by, bl-użu, fejn applikabbli, ta' analiżi tal-prezz taċ-ċiklu tal-ħajja minimizzat jew metodi komparabbli biex tkun żgurata l-effettività fl-infiq;

(d)

ħtiġiet biex tagħmir u vetturi eżistenti jiġu sostitwiti jew mgħammra bit-tagħmir elenkat fil-punti (b) u (ċ);

(e)

ħtiġiet li jintużaw audits ta' l-enerġija u li r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw li jkunu irħas jiġu implimentati.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Fl-10 ta' Diċembru 2003 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu finali effiċjenti ta' l-enerġija u servizzi ta' l-enerġija (1) bbażata fuq l-Artikolu 175(1) tat-Trattat tal-KE.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fit-28 ta' Ottubru 2004 (2). Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta' Ġunju 2004 (3).

Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fis-7 ta' Ġunju 2005 (4), fejn approva 97 emenda.

Fit-23 ta'Settembtru. 2005 il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE.

II.   OBJETTIV TAL-PROPOSTA

Il-proposta għandha l-objettiv li tistimula l-effiċjenza ta' l-enerġija billi tintroduċi miri obbligatorji ta' tfaddil għall-Istati Membri, u billi jittieħdu miżuri li joħolqu suq għal servizzi ta' l-enerġija. Il-proposta tiffoka fuq in-naħa tad-domanda (jiġifieri l-utent aħħari u l-fornituri ta' l-imnut), u għalhekk tista' titqies bħala li tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni Komunitarja ta' qabel fil-qasam ta' l-enerġija li indirizzat in-naħa tal-provvista. Hi għandha l-objettiv li tikkontribwixxi sabiex tintlaħaq il-mira ta' tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' CO2 ta' l-UE, li ssaħħaħ iżjed ir-rwol ewlieni tal-Komunità fuq is-suq dinji għal prodotti u servizzi li huma effiċjenti fl-enerġija — b'hekk tikkontribwixxi għall-proċess ta' Lisbona — u jkollha effetti pożittivi fuq is-sigurtà tal-provvista.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Kummenti ġenerali

Il-Kunsill jikkondividi l-prijorità mogħtija mill-Kummissjoni għall-effiċjenza fl-enerġija u għalhekk jappoġġa b'mod wiesa' l-objettiv ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni. Bosta mill-bidliet magħmula mill-Kunsill fil-Pożizzjoni Komuni tiegħu jfittxu li jadattaw l-abbozz tad-Direttiva għal sitwazzjonijiet nazzjonali u prattiċi eżistenti differenti, biex titnaqqas in-nefqa u l-piż amministrattiv ta' l-applikazzjoni tagħha u ġenerlament biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħha.

(a)

Għal dak li jikkonċerna s-97 emenda adottati mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill aċċetta dawn is-37 emenda li ġejjin:

b'mod sħiħ (xi kultant b'xi tibdil): 1, 11, 12, 13 (fir-4 premessa), 21, 23 (5), 33 (Art. 4.3), 47, 48, 50 (Art. 6.3), 56 — 58, 76 (Art. 16), 82, 86, 90, 98 (Anness IV, punt 1.2);

parzjalment: 3, 7, 14 (Art. 2.2), 63, 69 (Art. 13.3(d) u premessa 13(b)), 74, 79, 80, 87 (anke fl-Anness III punt (q)) u 99;

fil-prinċipju: 16 (Art. 3(ċ)), 17 (Art. 3(d)), 22, 49 (Art. 6(a)), 64, 70, 88 (Anness III punt (r)), 83 u 92 (Anness III (m) u (n)).

Il-Kunsill irrifjuta s-60 emenda li ġejjin: 2, 4, 5 u 10 (li huma marbuta flimkien) 6, 8, 9, 15, 18, 101, 20, 24 — 32, 34, 104, 107, 108, 38 — 41, 43 — 46, 51 — 55, 59 — 62, 65 — 68, 71, 72, 75, 77, 78, 81, 84, 85, 89, 91, 93 — 96, 109, li minnhom l-emendi 4, 18, 20, 24-25, 53, 55, 59, 61-62, 67-68, 77, 81, 89, 91, 101 u 104 ma kienux aċċettabbli għall-Kummissjoni.

Bosta mill-emendi ewlenin li l-Kunsill m'aċċettax (l-iżjed importanti, l-emendi 29 u 39) imorru ferm lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. L-istess dispożizzjonijiet ġew mibdula mill-Kunsill fil-Pożizzjoni Komuni tiegħu: ir-raġunijiet ta' bażi għan-nuqqas ta' aċċettazzjoni ta' dawn l-emendi ewlenin huma mogħtija taħt il-punt (2) hawn taħt.

(b)

Għal dak li jikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill introduċa numru ta' bidliet li huma riflessi hawn taħt.

2.   Rimarki speċifiċi

(a)

Il-bidliet ewlenin li ddaħħlu mill-Kunsill jikkonċernaw il-miri fl-Artikolu 4 u 5:

Artikolu 4: il-Pożizzjoni Komuni tinkludi mira indikattiva ta' 6 % għas-sitt sena ta' applikazzjoni tad-Direttiva (Art. 4(1) u premessa 8a) miflok miri obbligatorji; l-Istati Membri huma obbligati jieħdu miżuri li jikkontribwixxu lejn il-kisba tal-mira indikattiva (Art. 4(1)) u għandhom ifasslu għalihom stess mira intermedjarja indikattiva għat-tielet sena ta' applikazzjoni (Art. 4(2)).

Artikolu 5: il-Pożizzjoni Komuni ma tinkludix iżjed mira separata ogħla għas-settur pubbliku (Art. 5(1)); madankollu, is-settur pubbliku għandu jwettaq rwol eżemplari, jieħu miżura waħda jew iżjed li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija (inizjattivi leġiżlattivi u/jew ftehim volontarji (6) jew skemi oħra b'effett ekwivalenti), u l-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ tal-prestazzjoni tiegħu fir-rigward tal-mira nazzjonali indikattiva ta' tfaddil.

Il-Kunsill għażel li jagħmel il-mira indikattiva (minflok obbligatorja kif propost mill-Kummissjoni) u li ma jkun hemm l-ebda mira speċifika għas-settur pubbliku, minħabba dawn ir-raġunijiet:

L-Istati Membri ħassew li ma kienx ikun xieraq li jittellgħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għas-sempliċi raġuni li ma jkunux laħqu l-livell preskritt ta' tfaddil: per eżempju, jekk Stat Membru jirnexxilu jfaddal 5 % “biss” wara sitt snin, minflok 6 % kif preskritt. Il-kisba fil-ġejjieni tal-miri hi direttament marbuta ma' l-“imġiba tal-konsum ta' l-enerġija” ta' ċittadini u impriżi individwali — imġiba li l-Istati Membri għandhom l-objettiv li jinfluwenzaw permezz tal-miżuri differenti proposti fl-abbozz tad-Direttiva. Madankollu, ir-riżultat nett finali ta' dawn il-miżuri ma jistax jiġi previst kompletament u għalhekk mhux kompletament fl-isfera ta' kontroll ta' l-Istati Membri.

Il-pożizzjoni tal-bidu għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, b'xi Stati Membri diġà għamlu sforzi konsiderevoli fil-passat — bi prezz — u ta' spiss fis-settur pubbliku. Bħala riżultat, il-potenzjal għal titjib ivarja minn Stat Membru għal ieħor.

Miżuri effikaċi fir-rigward tan-nefqa biss għandhom jittieħdu mill-Istati Membri (dan f'konformità ma' l-asserzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha, u għalhekk il-Kunsill żied dispożizzjoni għal dak l-iskop fl-Artikolu 4(1)). F'dan il-kuntest, l-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri fil-qasam fejn l-effikaċja fir-rigward tan-nefqa hi l-akbar — irrispettivament jekk dan huwiex fis-settur pubbliku jew privat.

Minbarra dan, proċedura tal-Komitoloġija hija issa inkluża (Artikolu 16, f'konformità ma' l-emendi 76 u 99): il-kompiti ewlenin tagħha ser ikunu li tiġi żviluppata iżjed il-metodoloġija ta' kalkulazzjoni stabbilita fl-Annessi (inkluż valutazzjoni tal-bilanċ xieraq li jrid jintlaħaq bejn kalkoli “top-down” u “bottom-up”) u li tadattaha għal żviluppi tekniċi. Iżjed minn hekk, iddaħħlu dispożizzjonijiet li ser jippermettu l-użu ta' ftehim volontarji bħala strumenti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri indikattivi.

(b)

Bidliet oħra

Il-Kunsill introduċa bosta premessi ġodda (8a, 8b, 9a, 11a, 11b, 11ċ, 13b), u espanda l-premessi eżistenti 8 u 12.

Artikolu 1, it-tieni inċiż: il-formulazzjoni nbidlet xi ftit sabiex twassal il-messaġġ li din id-Direttiva għandha l-għan li toħloq il-kondizzjonijiet għall-iżvilupp ta' suq għal servizzi ta' l-enerġija, minflok li tiżviluppa tali suq.

Artikolu 2: dan l-Artikolu ġie emendat sabiex jeskludi mill-kamp ta' applikazzjoni anke partijiet mill-impriżi tat-trasport ibbażati primarjament fuq l-użu ta' żejt karburant marittimu u ta' l-avjazzjoni (esklużjoni simili ġiet prevista wkoll fil-proposta tal-Kummissjoni permezz tad-definizzjoni ta' “Enerġija”), u ċerti partijiet tal-forzi armati.

Għal dak li jirrigwarda d-definizzjonijiet fl-Artikolu 3, il-Kunsill fittex li jagħmel dawn konċiżi, konsistenti u operazzjonali kemm jista' jkun, waqt li allinjahom ma' definizzjonijiet eżistenti f'leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, fejn xieraq.

Fl-Artikolu 5, iddaħħal element ta' flessibbiltà billi saret enfasì fuq l-iżjed miżuri effikaċi fir-rigward tan-nefqa u bl-introduzzjoni ta' referenza għal-livell xieraq ta' gvern li fih miżura partikolari għandha tiġi introdotta. B'żieda ma' dan, il-lista ta' linji gwida dwar xiri pubbliku fl-Artikolu 5(4) (li diġà ma kellhiex karattru obbligatorju fil-proposta tal-Kummissjoni: “L-Istati Membri jistgħu...”) ġiet imċaqalqa għall-Anness V: dan sar sabiex ma jiġux esklużi miżuri effikaċi fir-rigward tan-nefqa potenzjali oħra li s-settur pubbliku jista' jkun li jieħu. L-Artikolu 5(5) tħassar billi mhuwiex neċessarju fid-dawl tad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni.

L-Artikolu 6 ġie ristrutturat: il-punti (b) u (ċ) ġew inklużi fil-paragrafu 1, waqt li l-punt (a) ġie formulat mill-ġdid fil-paragrafu 2. Dan il-paragrafu 2 joffri lill-Istati Membri għażla bejn obbligi differenti li jridu jiġu imposti fuq il-kumpaniji koperti b'dan l-Artikolu.

Artikolu 7: dan l-Artikolu kellu firxa estremament wiesgħa u potenzjalment kien ser jiġi jiswa ħafna biex jiġi implimentat fil-forma oriġinali tiegħu, billi għamel lill-Istati Membri responsabbli biex jiżguraw li l-miżuri kollha ta' effiċjenza fl-enerġija jiġu offruti lill-konsumaturi kollha. Fil-Pożizzjoni Komuni, l-Artikolu għandu l-għan li jiżgura l-aħjar trasparenza u disseminazzjoni lil dawk involuti fis-suq fir-rigward ta' informazzjoni li għandha x'taqsam ma' mekkaniżmi ta' effiċjenza fl-enerġija u oqfsa finanzjarji u legali.

Artikolu 8: dan l-Artikolu, fil-forma oriġinali tiegħu, għamel lill-Istati Membri responsabbli biex jiżguraw li skemi ta' kwalifikazzjoni, akkreditazzjoni u/jew ċertifikazzjoni jkunu disponibbli għal dawk kollha involuti fis-suq li jfornu servizzi ta' enerġija. Dan l-Artikolu ġie adattat sabiex l-Istati Membri jkollhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' tali skemi fejn neċessarju — u b'mod effettiv jippermetti lill-Istati Membri jieħdu kont ta' fatturi rilevanti oħra (per eżempju, il-livell ta' maturità tas-suq in kwistjoni, in-numru ta' dawk involuti fis-suq u d-domanda) qabel jiżviluppaw dawk l-iskemi (li jiswew ħafna).

Fl-Artikolu 10 ġiet miżjuda dispożizzjoni li tippermetti, f'ċerti ċirkostanzi, skemi u strutturi ta' tariffi b'għan soċjali.

Fl-Artikolu 12 ġew miżjuda żewġ paragrafi:

Paragrafu 2 jiżgura li miżuri oħra ta' verifika, li jiswew anqas, jistgħu jintużaw f'ċerti każi.

Paragrafu 3 jispeċifika li postijiet ċertifikati taħt id-“Direttiva tal-Bini” ssodisfaw l-ħtiġiet ta' verifika, u barra minn hekk, jippermetti verifiki li jirriżultaw minn skemi bbażati fuq ftehim volontarji.

L-Artikolu 13 ġie adattat biex isir iżjed flessibbli u aktar ekonomiku, u biex jevita piż amministrattiv sproporzjonat.

Il-ħtiġiet ta' rappurtaġġ ta' l-Artikolu 14 ġew razzjonalizzati u emendati: il-paragrafu 1 jippermetti lill-Kummissjoni tieħu kont ta' meotdi ta' kalkulazzjoni eżistenti, il-paragrafu 2 issa jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport proviżorju wieħed u rapport finali wieħed.

Artikolu 15 ġdid ġie miżjud, li jispeċifika l-kompiti, kif ukoll l-iskeda tagħhom, tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' Komitoloġija. Jipprevedi wkoll (flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Annessi I u IV) li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija ta' kalkulazzjoni li tinkludi persentaġġ ta' kalkulazzjonijiet bottom-up, biex jintużaw mill-Istati Membri mid-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva (Art. 15(2)). Ladarba l-Kummissjoni tkun wettqet dan il-kompitu, hi għandha tibqa' għaddejja bix-xogħol tagħha sabiex tivvaluta jekk il-persentaġġ ta' kalkulazzjonijiet bottom-up jistax jiżdied, tqis il-fatturi li huma ta' rilevanza (Art. 15(3)); jekk il-Kummissjoni għalhekk tiddeċiedi li l-persentaġġ ta' kalkulazzjonijiet bottom-up jista' jiżdied, l-Istati Membri għandhom jużaw din il-metodoloġija ġdida sentejn wara d-data ta' applikazzjoni.

Fl-Artikolu 18, perijodu ta' traspożizzjoni ta' sentejn jissostitwixxi t-terminu perentorju mhux realistiku ta' l-1 ta' Ġunju 2006 propost mill-Kummissjoni. Tali perijodu min-naħa l-waħda jippermetti r-realizzazzjoni tal-proċeduri leġiżlattivi normali fuq livell nazzjonali, u min-naħa l-oħra jippermetti:

lill-Istati Membri jibgħatu informazzjoni dwar metodi ta' kalkulazzjoni eżistenti lill-Kummissjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu kont tagħhom (preferibbilment fi żmien sitt xhur, Art. 14(1));

lill-Kummissjoni tiżviluppa l-metodoloġija ta' kalkulazzjoni (fi żmien 18-il xahar, Art. 15(2));

lill-Istati Membri jikkalkulaw il-mira indikattiva nazzjonali ta' tfaddil u jħejju għall-applikazzjoni fil-prattika tal-metodoloġija ta' kalkulazzjoni.

L-Anness I issa jirrifletti l-metodoloġija emendata għall-kalkulazzjoni tal-mira nazzjonali ta' tfaddil. Fil-punt 3, il-Kunsill biddel id-data proposta mill-Kummissjoni bħala data cut-off li warajha, bħala regola ġenerali, jista' jittieħed kont ta' miżuri fil-kalkulazzjoni ta' tfaddil annwali, mill-1991 sa l-1995. Madankollu, żamm id-data ta' l-1991 għall-użu f'ċerti każijiet: din id-dispożizzjoni hi meħtieġa għal dawk l-Istati Membri li nedew ċerti strumenti ta' politika fil-perijodu 1991-1994 li għadhom qed jintużaw. Minbarra dan, hu jiżgura li Stati Membri li diġà għamlu sforzi konsiderevoli fil-qasam tat-titjib ta' effiċjenza fl-enerġija fil-passat mhumiex ittrattati inġustament meta mqabbla ma' Stati Membri li għadhom ma ħadu l-ebda azzjoni fuq skala simili.

Il-Pożizzjoni Komuni tagħmilha ċara fl-Anness III li l-lista fiha eżempji ta' miżuri eliġibbli, minflok ma hi ta' natura limitata. Apparti dan, saru bidliet għal bosta mill-eżempji li hemm fil-lista.

Fl-Anness IV, il-Kunsill żied dettalji li jiddeskrivu l-metodi ta' kalkulazzjoni minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq (punt 1.1), lista ta' perijodi armonizzati ta' miżuri mtejba ta' effiċjenza fl-enerġija f'kalkulazzjonijiet bottom-up (punt 4) u dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' effetti multiplikaturi u għadd doppju (punt 5).

IV.   KONKLUŻJONI

Iż-żewġ istituzzjonijiet esprimew l-appoġġ tagħhom għall-objettiv ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni; it-tnejn jaqblu li l-Unjoni għandha tibda tisfrutta l-possibbiltajiet offruti mit-tfaddil potenzjali fl-enerġija and għandha tiżviluppa iżjed, kemm jista' jkun malajr, is-suq għal servizzi u prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija. F'dan il-kuntest, il-Kunsill hu ta' l-opinjoni li l-pożizzjoni komuni tiegħu tagħmel ġustizzja lil dawn l-għanijiet essenzjali tal-propsota tal-Kummissjoni.


(1)  dok. 16261/03 ENER 362 CODEC 1858 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 120, ta' l-20.5.2005, p. 115.

(3)  ĠU C 318, tat-22.12.2004, p. 19.

(4)  dok. 9836/05 CODEC 472 ENER 93 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Tikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża.

(6)  L-użu ta' ftehim volontarji huwa msemmi fil-premessa 13 tal-proposta tal-Kummissjoni.