ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 48
18 ta' Frar 2005


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Atti Preparatorji

 

Kumitat tar-reġjuni

 

Sessjoni Plenarja Tiegħu Nru 56 tad-29 u t-30 ta' Settembru 2004

2005/C 043/1

Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni Dwar Ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' l-Istrateġija ta' Lisbona:

1

2005/C 043/2

Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri: Stima tas-sitwazzjoni wara għaxar snin tas-Suq Intern: Problemi u Perspettivi

3

2005/C 043/3

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni It-tkabbir tar-rata ta' impjiegi tal-ħaddiema anzjani u t-tibdil tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol

7

2005/C 043/4

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew Il-Prevenzjoni tal-Kriminalità fl-Unjoni Ewropea

10

2005/C 043/5

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 86 tat-trattat KE għall-għajnuniet ta' l-Istat taħt forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku kif ukoll dwar l-abbozz tad-direttiva li timmodifika d-direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni rigward it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati membri u l-intrapriżi pubbliċi u l-proġett ta' ħolqien tal-qafas komunitarju ta' għajnuniet ta' l-Istat taħt forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku

13

2005/C 043/6

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Servizzi Fis-Suq Intern

18

2005/C 043/7

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Segwitu għall-proċess ta' riflessjoni fuq livell għoli dwar il-mobilità tal-pazjenti u żviluppi fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: L-immodernizzar tal-ħarsien soċjali għall-iżvilupp ta' livell għoli fil-kura fis-saħħa, għal kura tas-saħħa aċċessibbli u sostenibbli u għal kura fit-tul: appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali li jużaw il-metodu miftuħ ta' koordinament

22

2005/C 043/8

Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib fis-sigurtà tal-portijiet

26

2005/C 043/9

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn strateġija tematika dwar l-ambjent urban

35

2005/C 043/0

Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-protezzjoni ċivili ta' l-Unjoni Ewropea

38

2005/C 043/1

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat- dwar il- Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-White Paper dwar Impetu Ġdid għaż-Żgħażagħ Ewropej. Għanijiet komuni proposti għall-Attivitajiet volontarji minn żgħażagħ bħala tweġiba għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-qafas ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-White Paper dwar Impetu Ġdid għaż-Żgħażagħ Ewropej. Għanijiet komuni proposti għall-ftehim u għarfien aħjar taż-żgħażagħ bħala tweġiba għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-qafas ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ

42

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi Uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 43.

MT

 


II Atti Preparatorji

Kumitat tar-reġjuni

Sessjoni Plenarja Tiegħu Nru 56 tad-29 u t-30 ta' Settembru 2004

18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/1


Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni Dwar Ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' l-Istrateġija ta' Lisbona:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Tisħiħ ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Ewropea dwar l-Impjieg

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-policies ta' l-Istati Membri dwar l-impjieg

Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-policies ta' l-Istati Membri dwar l-impjieg

(2005/C 43/01)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra r-Reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' l-Istrateġija ta' Lisbona; Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Tisħiħ ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Ewropea dwar l-Impjieg; Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji ta' gwida għal-linji politiċi ta' l-Istati Membri dwar l-impjieg; Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-linji politiċi ta' l-Istati Membri dwar l-impjieg (COM(2004) 239 final-2004/0082 (CNS)

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta' April 2004 u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2004, taħt l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 u Artikolu 128 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jiġi kkonsultat f'dan il-qasam;

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President tiegħu tal-5 ta' April 2004 li tqabbad lill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali sabiex tagħti opinjoni dwar dan is-suġġett;

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' l-opinjoni tagħha (CdR 152/2004 rev. 1) adottata fis-6 ta' Lulju 2004 mill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali (rapporteur is-Sinjorina Pauliina Haijanen, Membru tal-Bord tal-Kunsill Reġjonali tal-Finlandja tal-Lbiċ (FI/EPP);

adotta l-opinjoni li ġejja fis- sessjoni plenarja tiegħu Nru 56 tad-29 u t-30 ta' Settembru 2004 (sessjoni tad-29 ta' Settembru 2004)

1.   Il-fehmiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-prioritajiet ġenerali ta' l-istrateġija ta' Lisbona

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1

jemmen li l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona għandha tiffoka primarjament fuq it-titjib ta' l-impjieg u l-kompetittività. M'għandhom jimbdew l-ebda proċessi ġodda u m'għandhomx jiġu stipulati għanijiet ġodda; minnflok, l-emfasi għandha tkun fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' deċiżjonijiet aktar bikrin;

1.2

jidhirlu li huwa importanti li l-punt ewleni ta' l-istrateġija ta' Lisbona jkun ambjent makro-ekonomiku bbażat fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u fuq policies ekonomiċi li jimmiraw lejn it-tkabbir sostenibbli;

1.3

iħoss li huwa importanti li l-politika ekonomika, ta' l-impjieg u dik soċjali, il-politika ambjentali u ta' l-edukjazzjoni u l-politika dwar ir-riċerka jitqiesu bħala elementi kumplimentari fl-Istrateġija ta' Lisbona, bħala elementi integrati li jsaħħu l-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċali. L-interazzjoni bejn is-sistemi ta' protezzjoni soċjali, il-linji-gwida dwar il-politika ekonomika u l-proċess ta' l-impjieg għandha tiġi żviluppata aktar fil-fond.

1.4

jaħseb illi r-riformi strutturali, l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-promozzjoni ta' l-intraprenditorija u l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ huma fatturi ewlenin għat-titjib tal-kompetittività ta' l-UE, it-trawwim ta' l-investiment u l-ħolqien ta' xogħol ġdid;

1.5

jemmen illi l-anzjanità tal-popolazzjoni toħloq sfidi kbar għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u l-iżvilupp ta' servizzi u li din toħloq il-ħtieġa ta' miżuri effettivi għall-iżvilupp tax-xogħol u sabiex in-nies jiġu mħeġġa jibqgħu jaħdmu;

1.6

iħoss illi għalkemm l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom sehem kruċjali x'jagħtu u xogħol prattiku importanti xi jwettqu sabiex tinkiseb l-istrateġija ta' Lisbona u tissaħħaħ l-implimentazzjoni tagħha, dan il-potenzjal għadu ma ġiex sfruttat biżżejjed.

2.   Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' l-istrateġija ta' Lisbona

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.1

jikkunsidra bħala essenzjali li matul l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona, għandha tingħata attenzjoni akbar għall-interazzjoni bejn id-diversi livelli involuti fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' mekkaniżmi amministrattivi li jippermettu li jinbnew partnerships u parteċipazzjoni effettiva mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta' l-istrateġija;

2.2

jafferma l-għanijiet stabbiliti mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' l-istrateġija ta' Lisbona u jipproponi li r-reviżjoni tinkludi evalwazzjoni kritika ta' l-implimentazzjoni tal-kontroll u tal-valur miżjud li d-deċentralzzazzjoni ta' l-amminstrazzjoni iġġib għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija;

2.3

iħoss li għandha tiġi adottata strateġija deċentralizzata sabiex jiġi applikat il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni b'mod illi l-atturi lokali u reġjonali jingħataw opportunitajiet reali biex jiżviluppaw strateġiji lokali u reġjonali.Dawn l-istrateġiji għandhom jiffurmaw parti minn strateġija nazzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri għandhom jinkludu stampa fattwali ta' kif l-awtoritajiet lokali u reġonali pparteċipaw fit-tfassil tal-pjanijiet u kif dawn ser ikunu involuti fl-implimentazzjoni tagħhom

2.4

jisħaq li l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni għandu jiġi simplifikat sabiex, minflok għanijiet ddettaljati u indikaturi tal-prestazzjoni, tingħata enfasi akbar lill-policies strateġiċi maħsuba biex itejbu s-sitwazzjoni u lill-metodu li bih dawn se jkunu mwettqa b'mod konkret u effettiv.

2.5

jemmen li huwa importanti li l-qafas finanzjarju ġdid ta' l-Unjoni u l-attivitajiet tal-Fond Strutturali jkunu marbuta aktar mill-qrib milli huma bħalissa ma' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona.

It-tisħiħ ta' l-istrateġija dwar l-impjieg

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.6

jaqbel mal-Kummissjoni li ebda tibdiliet m'għandhom isiru għal-linji-gwida, u li minflok għandha tingħata aktar enfasi lill-implimentazzjoni effettiva tal-linji-gwida eżistenti;

2.7

jemmen illi jista' jkun xieraq li, f'ċerti każi, minbarra r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż, l-Istati Membri għandhom jingħataw rakkomandazzjonijiet komuni skond ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Wim Kok. F'dan il-każ, huwa meħtieġ illi tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn ir-rakkomandazzjonijiet komuni u l-għanijiet prijoritarji stabbiliti fl-2003

2.8

iħoss li ma kienx hemm biżżejjed konformità mar-rekwiżit li jinsab fil-linji-gwida tal-2003 dwar il-ħtieġa li jingħata appoġġ lill-parteċipazzjoni ta' l-atturi fuq livell lokali u reġjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-linji-gwida;

2.9

jidhirlu li huwa essenzjali li tingħata aktar importanza lill-kontroll fl-istrateġija dwar l-impjieg u li l-implimentazzjoni tal-kontroll għandha tiġi evalwata b'mod kritiku fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjieg ta' l-2005;

2.10

jafferma r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar strateġiji attivi ta' l-anzjanità iżda jemmen li l-politika dwar l-impjieg għandha tiffoka aktar fuq it-tijib tal-provvista ta' ħaddiema billi tingħata attenzjoni partikolari lil, fost oħrajn, in-nisa, l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-peruni bi bżonnijiet speċjali u l-immigrati billi tiġi promossa l-kapaċità funzjonali u s-saħħa tal-popolazzjoni kollha;

2.11

iħoss illi r-riformi strutturali fis-suq tax-xogħol u l-bidliet fis-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji għandhom jkunu ddisinjati sabiex jagħmlu x-xogħol irendi u sabiex in-nies jiġu mħeġġa jibqgħu fis-suq tax-xogħol;

2.12

jaħseb illi huwa importanti li l-Istati Membri l-ġodda jingħataw l-għajnuna sabiex jiżiluppaw is-swieq tax-xogħol tagħhom anke billi tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali u jingħata appoġġ għall-kooperazzjoni u l-bdil ta' esperjenza bejn il-livell lokali u reġjonali fl-Istati Membri qodma u ġodda.

Brussel, 29 ta' Settembru 2004

Il-President

tal- Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/3


Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri: Stima tas-sitwazzjoni wara għaxar snin tas-Suq Intern: Problemi u Perspettivi

(2005/C 43/02)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

WARA LI KKUNSIDRA d-Deċiżjoni tal-Bureau tiegħu ta' l-10 ta' Frar 2004, bi qbil ma' l-Artikolu 26(5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, biex jgħarraf lill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika Soċjali tiegħu sabiex tħejji din l-opinjoni, “Ħaddiema li jaqsmu l-Fruntieri: Stima tas-sitwazzjoni wara għaxar snin tas-Suq Intern: Problemi u Perspettivi”;

WARA LI KKUNSIDRA l-verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' Marzu 1957, u b'mod partikolari t-Titlu III: Moviment Ħieles tal-Persuni, Servizzi u Kapital, Kapitolu 1: Ħaddiema, Artikoli 39 u 42, Kapitolu 2: Id-Dritt ta' l-Istabbiliment, Artikolu 43;

WARA LI KKUNSIDRA r-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali, li huma parti mill-moviment ħieles tal-persuni u li huma maħsuba biex jikkontribwixxu fit-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol;

WARA LI KKUNSIDRA r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta' Diċembru 1996 li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema impjegati, għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu minn post għall-ieħor fil-Komunità, u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) 1408/71, hekk kif għandu jiġi emendat;

WARA LI KKUNSIDRA r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment fi ħdan il-Komunità;

WARA LI KKUNSIDRA d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri, prodotti jew servizzi mediċi li jaqsmu l-fruntieri u dwar il-liġi tax-xogħol u l-impjieg mill-ġdid;

WARA LI KKUNSIDRA l-laqgħa tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (Impjieg, Politika Soċjali, Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur) ta' l-1 ta' Diċembru 2003, punt nru. 3 fuq l-Aġenda, fejn saret proposta għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkoordina s-sistemi tas-sigurtà soċjali (riforma tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71);

WARA LI KKUNSIDRA l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2004 bil-għan li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkoordina s-sistemi tas-sigurtà soċjali;

WARA LI KKUNSIDRA d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen tat-13 ta' Diċembru 2002 dwar is-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea, nhar l-1 ta' Mejju 2004, ta' l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u Ċipru u dwar il-Kunsill Ewropew informali ta' Ateni tas-16/17 ta' April 2003 dwar l-iffirmar tat-Trattat ta' Sħubija u l-Konferenza Ewropea;

WARA LI KKUNSIDRA l-Ftehim Ewropew mal-Pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant: il-Ftehim ta' Diċembru 1991 milħuq ma' l-Ungerija u mal-Polonja, dak ta' Frar 1995 mar-Rumanija u mal-Bulgarija, mar-Repubblika Ċeka u mas-Slovakkja, dak ta' Frar 1998 ma' l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, u dak ta' Frar 1999 mas-Slovenja, kif ukoll il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li ilhom jeżistu sa' mill-1964 mat-Turkija, mill-1971 ma' Malta u mill-1973 ma' Ċipru.

WARA LI KKUNSIDRA l-perspettivi tas-sħubija stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen f'Ġunju 1993, kif stipulati fil-“kriterji ta' Kopenhagen”;

WARA LI KKUNSIDRA t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea iffirmat f'Maastricht fis-7 ta' Frar 1992 (“Trattat ta' Maastricht”), li jgħid li kull stat Ewropew jista' japplika għas-sħubija ma' l-UE;

WARA LI KKUNSIDRA l-abbozz ta' opinjoni adottat mill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali fit-30 ta' April 2004 (CdR rev.1) (rapporteur: Is-Sur Karl-Heinz Lambertz, Prim Ministru tal-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż, (BE/PES));

Filwaqt:

1.

Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jiddefinixxi l-“ħaddiem tal-fruntiera” bħala kull persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li twettaq l-okkupazzjoni tagħha fit-territorju ta' Stat Membru u li tgħix fit-territorju ta' Stat Membru li fih tirritorna, bħala regola, kuljum, jew mill-anqas darba fil-ġimgħa.

2.

Ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 jitkellem b'mod partikolari dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema impjegati u t-trattament ugwali tagħhom fis-sens ta' kondizzjonijiet ta' xogħol u impjieg (pagi, ħarsien kontra t-tkeċċija mix-xogħol, dħul lura fl-impjieg, taxxi u benefiċċji soċjali).

3.

Il-prinċipju tat-trattament ugwali jgħodd għall-ħaddiema kollha tal-fruntiera (u migranti) li jgħixu u jaħdmu fi ħdan l-UE.

4.

Il-ħarsien soċjali hu rregolat mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 574/72 marbut miegħu. L-għan tagħhom hu li s-sistemi ta' sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri jiġu koordinati.

5.

Skond dawn ir-regolamenti, il-ħaddiem tal-fruntiera hu, fil-prinċipju, kopert mir-regoli u r-regolamenti tal-pajjiż li fih jaħdem.

6.

Is-sħubija fl-UE ta' għaxar pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant probabbilment se ġġib magħha sitwazzjoni ġdida fir-rigward tal-migrazzjoni (ħaddiema migranti) u tal-fenomenu tal-ħaddiem tal-fruntiera, kif ukoll rigward l-effetti fuq is-suq tax-xogħol Ewropew..

7.

Iz-zoni fruntalieri tal-Lvant ta' l-Istati Membri ta' l-UE bħall-Awstrija u l-Ġermanja huma ġeografikament esposti b'mod partikolari fil-kuntest tat-tkabbir. Huma għandhom fruntieri mas-Slovenja, is-Slovakkja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka u għandhom, għall-ewwel, jistennew żieda fil-movimenti tal-qsim tal-fruntieri. L-effetti tat-tkabbir jistgħu, madankollu, joffru wkoll opportunitajiet, bħall-possibilità li tkun regolata l-immigrazzjoni li preċedentement keinet illegali u l-fatt li issa l-immigrazzjoni mhux se tkun restritta għar-reġjuni tal-fruntiera biss, iżda se timxi wkoll f'żoni fejn hemm nuqqas ta' ħaddiema.

8.

It-tkabbir ta' l-UE probabilment se joħloq ostakli amministrattivi, legali jew fiskali fuq il-mobilità barra minn dawk li diġà jiltaqa' magħhom kull ħaddiem tal-fruntiera fl-UE.

adotta l-opinjoni li ġejja matul is-sessjoni plenarja nru 56 tad-29/30 ta' Settembru 2004 (laqgħa tad-29 ta' Settembru):

1.   Fehmiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1   jinnota li:

1.1.1

il-kunċett ta' ħaddiem tal-fruntiera ivarja minn reġjun tal-fruntiera għall-ieħor skond il-kriterji tal-liġi tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali applikati fil-pajjiż ta' residenza jew ta' xogħol u skond l-istat attiv jew inattiv (bla xogħol) tal-persuna li taqsam il-fruntiera spiss; li m'hemm l-ebda definizzjoni applikabbli b'mod ġenerali tal-kunċett li jinkludi l-komponenti tas-sigurtà soċjali, dawk tat-taxxa u dawk legali;

1.1.2

m'hemm l-ebda koordinazzjoni fuq livell Komunitarju tal-ftehim tat-taxxa jew koordinazzjoni bejn il-ftehim tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali għall-attività bejn il-frutnieri;

1.1.3

m'hemmx metodu fuq livell Komunitarju għall-kondizzjonijiet ta' aċċess għas-servizzi, fin-nuqqas, per eżempju, ta' definizzjoni komuni ta' l-invalidità, jew metodu komuni għall-istima tal-grad ta' invalidità, jew, minħabba d-differenzi kontinwi fis-sistemi, għall-kalkolu tal-perjodi ta' assigurazzjoni;

1.1.4

il-prinċipju li l-ħaddiema kollha li jaqsmu l-fruntiera li jgħixu u jaħdmu fl-UE għandhom jirċievu trattament ugwali qiegħed ikun irrispettat, iżda mhux dejjem applikat b'mod korrett; madankollu, teżisti definizzjoni tal-prinċipju, fir-rigward ta' l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, f'Regolament (KEE) Nru 1612/68.

1.1.5

jeżistu prattiċi nazzjonali li jimpedixxu l-moviment ħieles għall-ħaddiema tal-fruntiera u migranti, u li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja- b'mod partikolari fuq il-bażi ta' l-Artikolu 39, 42 u 43 tat-Trattat tal-KE- qiegħda tgħin lill-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri u li jiltaqgħu ma' diskriminazzjoni fir-rispett tad-drittijiet tagħhom kontra regoli u deċiżjonijiet nazzjonali, u għalhekk qiegħda toħloq liġi soċjali Ewropea;

1.1.6

wara ħafna snin ta' żiedet maħsuba biex jikkunsidraw il-bidliet fir-regoli nazzjonali, biex itejbu xi dispożizzjonijiet, ineħħu l-lakuni u jistipulaw regoli dwar il-pożizzjoni assigurattiva ta' ċerti gruppi ta' persuni, ir-Regolament 1408/71 sar wiesa', ikkumplikat u m'għadux ċar;

1.1.7

fin-nuqqas ta' informazzjoni nazzjonali uniformi, m'hemm l-ebda tagħrif statistiku ta' min joqgħod fuqu li jagħti ħarsa fuq livell Ewropew lejn is-sitwazzjoni tal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri;

1.1.8

hu maħsub li anqas minn 0.5 % tal-ħaddiema impjegati fl-Unjoni Ewropea huma ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri;

1.1.9

hu maħsub li l-Komunità mhix taħdem kif jixraq dwar il-problemi speċifiċi u miżjuda li jolqtu lill-ħaddiema tal-fruntieri mill-Istati Membri ġodda u dan jeħtieġ aktar informazzjoni mqassma mill-uffiċċji ta' l-EURES.

1.2   jikkunsidra li

1.2.1

l-progress ta' l-integrazzjoni Ewropea għandu jimxi id f'id mal-progress tal-moviment ħieles tal-persuni u dan għandu jkun dmir ta' priorità għall-Istati Membri kollha u l-Unjoni Ewropea.

1.2.2

il-kwistjoni dwar għaliex- wara t-tlestija tas-suq intern u l-introduzzjoni tal-munita unika- in-numru tal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri għadu baxx, hija rilevanti. Wieħed mill-aspetti li għandu jsir titjib fuqu, għalhekk, hu dak ta' l-aċċess għal min qed ifittex xogħol u għal min iħaddem għall-informazzjoni u servizz ta' konsulenza biex tkun faċilitata l-mobilità tal-ħaddiema u t-trasparenza fis-suq tax-xogħol Ewropew.

1.2.3

il-viżjoni ta' Ewropa magħquda, b'mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntiera- li għandha tkun il-benniena u l-mutur tal-proċess ta' integrazzjoni- b'dan il-mod qiegħda titlef il-kredibilità;

1.2.4

il-kwistjoni tal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri se titpoġġa f'perspettiva differenti bis-sħubija ta' l-għaxar Stati Membri ġodda li ġejjin mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, b'mod partikolari fir-reġjuni li bħalissa jinsabu fuq il-fruntiera tal-Lvant, u li mmanniġġjar xieraq ta' dak li hu mistenni li jiġri għandu jitħaffef mill-aktar fis possibli;

1.3   jilqa'

1.3.1

l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea maħsuba biex tnaqqas l-ostakoli għall-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea u biex tiżgura li d-drittijiet għas-sigurtà soċjali huma rrispettati għal kulħadd; kif ukoll ir-riforma ta' Regolament 1408/71, li issa kienet adottata, u Regolament 883/04, li għandu jwassal titjib għall-ħaddiema tal-fruntieri fir-rigward tal-kopertura għal mard u benefiċċji familjari;

1.3.2

l-għan tal-Kummissjoni li tikkoordina s-sistemi tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri, li għandu jdaħħal fis-seħħ l-interess ta' l-Ewropej u l-bini ta' Ewropa Soċjali;

1.3.3

d-Deċiżjoni Nru 189 tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti, tat-18 ta' Ġunju 2003, kienet maħsuba biex tintroduċi karta ta' assigurazzjoni tas-saħħa Ewropea minflok il-forom neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 rigward l-aċċess għall-kura tas-saħħa matul waqfa temporanja fi Stat Membru ieħor;

1.3.4

l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2004 bil-għan li jiġi adottat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkoordina s-sistemi tas-sigurtà soċjali;

1.4   jikkunsidra li

1.4.1

anke meta dan it-titjib propost ikun implimentat, bl-ebda mod m'hu se jkopri l-ostakoli kollha f'din iz-zona;

1.4.2

problemi oħra iżda anke opportunitajiet marbuta mal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri jistgħu jitqajmu bħala riżultat tat-tkabbir ta' l-UE;

1.4.3

l-iżvilupp ta' liġi soċjali mifruxa fuq il-Komunità m'għandux jitħalla b'mod partikolari f'idejn il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, iżda l-liġi fiha nnifisha għandha tikkontribwixxi b'mod attiv sabiex il-problemi tal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri jiġu solvuti;

1.4.4

l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni tal-fruntiera s-soltu jiddependi fuq il-komponenti tas-suq tal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri, u dan żgur se jkun il-każ għar-reġjuni tal-fruntieri l-ġodda wara t-tkabbir.

2.   Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.1

jirrakomanda li l-Kummissjoni Ewropea tibgħat l-inforamzzjoni kollha dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema tal-frunteiri lil wieħed mill-organi eżistenti, bħall-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti, imwaqqfa mir-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, jew il-Kumitat Tekniku li jippromwovi u javvanza l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-moviment ħieles tal-persuni u l-impjiegi tagħhom, imwaqqaf mir-Regolament (KEE) Nru. 1612/68;

2.2

jipproponi li l-organu li jassumi dan ir-rwol:

2.2.1

jiġbor din l-informazzjoni mill-organi u istituzzjonijiet politiċi rilevanti kollha u min għand dawk il-persuni u organizzazzjonijiet, eż. tagħrif dwar:

2.2.1.1

il-kompetenza mogħtija lill-Istati Membri ta' l-UE, l-Istati EFTA-ŻEE u l-Istati li magħhom l- UE laħqet ftehim bilaterali li jolqtu wkoll il-moviment ħieles tal-persuni,

2.2.1.2

ftehim multilaterali eżistenti bħat-Trattat Benelux,

2.2.1.3

sforzi ta' koordinazzjoni konġunta magħmula mill-Istati Membri,

2.2.1.4

ftehim u regoli tal-Komunità, l-esperjenza tal-Kummissjoni Ewropea (DGV),

2.2.1.5

l-esperjenza ta' l-AEBR,

2.2.1.6

l-esperjenza tal-partijiet involuti fil-problemi tal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri u l- organizzazzjonijiet konċernati mit-tneħħija tal-barrieri li jostakolaw il-moviment ħieles tal- persuni;

2.2.2

jikkunsidra kif, fuq il-bażi tal-ftehim multilaterali eżistenti, bħat-Trattat Benelux, l-isforzi ta' koordinazzjoni konġunti li jeżistu fost l-Istati Membri, il-ftehim u r-regoli Komunitarji, l- esperjenza tal-Kummissjoni Ewropea (DGV) u dik ta' l-AEBR, jista' jkun stabbilit kuntatt mal-partijiet involuti mal-problemi tal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri. L-għan hu li tintuża din l-esperjenza biex jitnaqqsu l-ostakoli għall-mobilità intra-Ewropea tal-persuni u jitjiebu s- sistemi ta' sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri, u għalhekk, inter alia fid-dawl tat-tkabbir, tkun imħeġġa il-bini ta' Ewropa Soċjali b'mod aktar effettiv;

2.2.3

Fl-istess ħin, sabiex jevita li jagħmel l-istess xogħol bħall-organi eżistenti, bħall-aġenzija għall-affarijiet migratorji jew l-uffiċċju Schengen:

2.2.3.1

jikkoordina u jippromwovi sa kemm hu possibbli t-tixtrid ta' l-informazzjoni u l-koperazzjoni bejn dawk kollha involuti;

2.2.3.2

iħejji statistiċi Komunitarji dwar in-numru ta' ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri;

2.2.3.3

iħejji proposti dwar is-sigurtà soċjali tal-Komunità u d-definizzjoni tal- ħaddiema attivi u inattivi u migranti;

2.2.3.4

iħejji proposti biex jitjieb il-livell ta' informazzjoni u taħriġ ta' l-awtorititajiet amministrattivi responsabbli mill-problemi tal-ħaddiema tal-fruntieri;

2.2.3.5

iħejji proposti sabiex ir-regolamenti relevanti jiġu ssimplifikati u żviluppati;

2.2.3.6

jipproponi li jitwaqqfu uffiċċji tal-qsim tal-fruntieri biex jieħdu ħsieb il-problemi tal- ħaddiema tal-fruntiera; huma għandu jkollhom is-setgħa li jistabbilixxu, fuq inizjattiva tagħhom stess, gruppi ta' xogħol temporanji biex jaħdmu dwar problemi speċifiċi marbuta mat-tneħħija ta' l-ostakoli għall-moviment ħieles tal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri Ewropej.

2.3

jipproponi li l-uffiċċji reġjonali u tal-fruntiera li jittrattaw il-problemi tal-ħaddiema tal-fruntiera:

2.3.1

ikunu jistgħu jitwaqqfu fi ħdan l-awtoritajiet lokali involuti fl-attivitajiet bejn il-fruntieri jew f'uffiċċji eżistenti ta' l-EURES;

2.3.2

jiġbru informazzjoni dwar is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni tal-fruntiera individwali u jelenkaw il-problemi speċifiċi tagħhom;

2.3.3

jivverifiakw l-abbozz ta' regolamenti, ftehim u liġijiet nazzjonali u internazzjonali biex jaraw jekk dawn jaqblux mad-drittijiet tal-ħaddiema tal-fruntieri;

2.3.4

jinnotifikaw, fejn meħtieġ, lill-awtoritjaiet kompetenzi nazzjonali jew supranazjonali ta' kull effett negattiv fuq il-moviment ħieles tal-ħaddiema migranti ta' l-implimentazzjoni ta' abbozz ta' regolamenti, ftehim u liġijiet nazzjonali u internazzjonali u jipproponu soluzzjonijiet lill- imsieħba involuti.

2.3.5

bilateralment jinvolvu l-esperti responsabbli mid-dipartimenti tal-Gvern nazzjonali responsabbli fil-każ ta' problemi speċifiċi bejn l-Istati Membri konċernati (eż. Fir-rigward ta' ftehim ta' tassazzjoni doppja, assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa, benefiċċji tat-tfal; għall- familji tal-ħaddiema tal-fruntiera, eċċ), u jieħdu ħsieb li dawn ikunu mgħejuna minn esperti lokali u/jew reġjonali;

2.3.6

jibgħatu proposti għal soluzzjonijiet bilaterali amministrativi jew leġislattivi lid-dipartimenti kompetenti tal-Gvern f'perijodu ta' żmien qasir u jgħinu fl-implimentazzjoni tagħhom;

2.3.7

ikollhom personal u amministrazzjoni professjonali.

2.4

jipproponi li, b'konsiderazzjoni tar-rwol estiż ta' l-awtoritajiet lokali jew uffiċji ta' l- EURES eżistenti li jospitaw l-uffiċċji reġjonali li jittrattaw il-problemi tal-ħaddiema tal- fruntieri, il-finanzjament meħtieġ ikun provdut mill-UE

Brussel, 29 ta' Settembru 2004

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/7


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “It-tkabbir tar-rata ta' impjiegi tal-ħaddiema anzjani u t-tibdil tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol ”

(2005/C 43/03)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Ra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “It-tkabbir tar-rata ta' impjiegi tal-ħaddiema anzjani u t-tibdil tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol” (Increasing the employment of older workers and delaying the exit from the labour market) (COM(2004)146 def)

Ra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2004 biex tikkonsultah dwar tali suġġett, skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 265, l-ewwel inċiż, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Ra d-deċiżjoni tal-President, fis-27 ta' Jannar 2004 biex jafda t-tħejjija ta' l-opinjoni dwar dan is-suġġett f'idejn il-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali

Ra l-opinjoni tiegħu rigward ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport imħejji fuq talba tal-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma “ It-tkabbir tar-rata ta' attività u ż-żieda tat-tul tal-ħajja attiva”( Increasing labour force participation and promoting active ageing) (CdR 94/2002 fin) (1)

Ra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport imħejji fuq talba tal-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma “ It-tkabbir tar-rata ta' attività u ż-żieda tat-tul tal-ħajja attiva” ( Increasing labour force participation and promoting active ageing) (COM(2002) 9 def)

Ra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-suġġett “Appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali maħsuba biex jiggarantixxu pensjonijiet siguri u sostenibbli permezz ta' approċ integrat” (Supporting national strategies for safe and sustainable pensions through an integrated approach) (COM(2001) 362 def)

Ra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma, 2001

Ra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona, 2002

Ra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill “It-twassil tar-Riformi ta' Lisbona fl-Unjoni wara t-tkabbir” (Delivering Lisbon - Reforms for the enlarged Union )(COM(2004)29)

Ra d-dokument ta' xogħol tal-Kummissjoni dwar is-suġġett “L-għanijiet ta' Stokkolma u Barċellona: It-tkabbir ta' l-impjiegi għal ħaddiema aktar anzjani u l-ittardjar tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol” (The Stockholm e Barcelona targets: Increasing Employment of older workers and delayng the exit from the labour market) (SEC(2003) 429)

Ra r-rapport tal-grupp ta' xogħol dwar l-impjiegi preseduta minn Wim Kok, “Ix-xogħol, ix-xogħol, ix-xogħol: il-ħolqien ta' aktar postijiet tax-xogħol fl-Ewropa” (Jobs, jobs, jobs: creating more employment in Europe), Novembru 2003

Ra r-rapport Konġunt 2003-2004 Policies ta' tħaddim fl-UE u l-Istati Membri, 2004 ( Employment policies in the UE and in the Member States, 2004)

Ra l-abbozz ta' opinjoni (CdR 151/2004 rev 1) adottata mill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali fis-6 ta' Lulju 2004 (rapporteur: is-Sur Alvaro Ancisi, Kunsillier Lokali ta' Ravenna (IT/PPE),

Jikkunsidra li

1.

l-fatt li l-anzjani jgħixu l-età avvanzata b'mod attiv u jieħdu sehem fis-suq tax-xogħol jidħol fil-qafas ta' azzjoni prioritarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli u ta' koeżjoni soċjali stipulati mill-istrateġija ta' Lisbona fis-sena 2000

2.

l-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma fl-2001 stipula bħala għan komunitarju li sa l-2010 ir-rata medja ta' impjiegi fl-età bejn il-55 u l-64 sena titla' sa' 50 %

3.

li fl-2002 il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona ikkonkluda li hemm bżonn li l-età medja li fiha l-ħaddiema jiefqu jaħdmu fl-Unjoni Ewropea tiżdied b'mod progressiv b'madwar 5 snin

4.

li minkejja l-evoluzzjoni pożittiva ta' dawn l-aħħar snin, l-UE għada 'l bogħod wisq milli twettaq iż-żewġ għanijiet stipulati, u li l-UE qiegħda tirriskja li tfalli fl-għan tar-rata ta' impjiegi ta' 70 % definit f' Lisbona

5

li għad hemm differenzi kbar bejn Pajjiż u ieħor, minkejja n-numru dejjem akbar ta' Stati Membri li qiegħdin jimplimentaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari f'termini ta' riforma fil-pensjonijiet

6.

li d-differenza tas-sess fil-qasam tas-sehem fis-suq hi kritika u li r-rata ta' impjiegi fl-età bejn il-55 u l-64 sena s'issa għada ta' madwar 30 %

7.

li l-età dejjem akbar tal-popolazzjoni Ewropea twassal għall-fatt li dawk li għandhom aktar minn 50 sena jiffurmaw l-ogħla persentaġġ tal-ħaddiema potenzjali u li persentaġġ inferjuri ta' żgħażagħ jidħol fis-suq tax-xogħol

8.

li t-tkabbir tas-sehem fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema anzjani hu fundamentali biex jiġi appoġġjat it-tkabbir ekonomiku u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali

9.

li t-tul tal-ħajja joffri opportunitajiet dejjem akbar biex wieħed juża d-doni tiegħu u li t-tul tal-ħajja attiva jista' joffri lok għal żvilupp dejjem akbar tad-doni umani.

adotta l-Opinjoni segwenti waqt il-56 Sessjoni Plenarja tad-29 u t-30 ta' Settembru 2004 (laqgħa tat-30 ta' Settembru).

1.   Osservazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1

jikkondividi l-ħsieb tal-Kummissjoni dwar il-fatt li mingħajr azzjonijiet drastiċi fil-qasam tax-xogħol tal-popolazzjoni anzjana hemm riskju li l-għanijiet dwar l-impjiegi ta' l-UE jfallu

1.2

jikkondividi l-analiżi tal-kondizzjonijiet speċifiċi li għandhom ikunu minn ta' quddiem fis-suq tax-xogħol sabiex jagħtu lok għal tul tal-ħajja professjonali, bħal inċentivi finanzjarji xierqa, kondizzjonijiet ta' saħħa tajbin u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, metodi ta' tqassim tax-xogħol flessibli, aċċess kontinwu għat-tagħlim, policies attivi u effikaċi tas-suq tax-xogħol, titjib tal-kwalità tax-xogħol.

1.3

japprezza l-fatt li l-Kummissjoni tqis li l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri radikali u jiddefinixxu, fil-qasam ta' ħajja twila attiva, politika globali li ma tiffaċċjax biss ir-riforma tal-pensjonijiet, iżda li tippromwovi l-aċċess għat-tagħlim għal kulħadd u għall-policies attivi tas-suq tax-xogħol indipendentement mill-età, kif ukoll li tintroduċi dejjem aktar kondizzjonijiet ta' xogħol għal matul il-ħajja professjonali kollha, sabiex jgħinu biex persuna tibqa' taħdem

1.4

iqis bħala importanti l-attenzjoni iddedikata għall-bżonn li, grazzi għal strateġiji speċifiċi tikber ir-rata ta' impjiegi tan-nisa ta' età bejn il-55 u l-64 sena

1.5

jinsab ċert li l-partijiet soċjali għandhom rwol determinanti fl-adozzjoni ta' l-istrateġiji ta' ħajja twila attiva u fil-kontribut għal kwalità ta' ħajja professjonali aħjar

1.6

jinsab ċert li l-policies u l-azzjonijiet fuq livell komunitarju jistgħu jagħtu sehem għall-appoġġ u d-diffużjoni ta' ħajja twila attiva.

2.   Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.1

jisħaq li l-impjiegi għall-anzjani għandhom ikunu meqjusa bħala parti normali mid-dinja tax-xogħol. Għalhekk, fi tmexxija tar-riżorsi umani strateġika, jaqbel li wieħed jitkellem dwar it-tmexxija ta' gruppi ta' etajiet differenti aktar milli ssir distinzjoni tal-ħaddiema anzjani bħala grupp speċjali. In-nies kollha fl-impjiegi għandhom jingħataw l-opportunità li jikkonċiljaw id-dmirijiet tax-xogħol ma' dawk tal-familja fil-livelli kollha tal-ħajja lavorattiva tagħhom;

2.2

jikkondividi l-istrateġiji prioritarji proposti mill-Kummissjoni sabiex tiġi favorita bidla kulturali profonda li tagħti valur lill-kapital uman matul il-ħajja kollha, li tippromwovi ħajja twila attiva, li tevita t-twarrib ta' l-anzjani u li tgħolli r-rata ta' impjiegi għall-ħaddiema anzjani, li huma parti essenzjali ta' l-offerta ta' ħaddiema quddiem it-tnaqqis previst ta' popolazzjoni fl-età attiva

2.3

iqis madankollu li dan mhux biżżejjed biex il-potenzjalità tal-popolazzjoni anzjana tingħata valur, iżda hemm bżonn ukoll ta' l-għarfien tal-kontribut ta' l-anzjani fl-attivitajiet ta' natura informali, soċjalment utli li hu sinjifikattiv; għalhekk jaqbel li tingħaraf l-importanza li l-attivitajiet ta' xogħol, kemm ta' tip ekonomiku kif ukoll soċjali, għandhom għall-ekonomija, għall-ġid individwali u għall-koeżjoni soċjali fuq livell lokali

2.4

jisħaq, bi qbil mal-Kummissjoni, li sabiex issir ħidma favur l-impjiegi tal-ħaddiema anzjani hemm il-bżonn fundamentali ta' promozzjoni matul il-ħajja attiva ta' strateġiji biex jiġu promossi kondizzjonijiet tajba ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, forom flessibli ta' organizzazjoni tax-xogħol, aċċess kontinwu għat-tagħlim, titjib tal-kwalità tax-xogħol, policies attivi tas-suq tax-xogħol sabiex tiġi żgurata l-okkupabilità f'kull fażi tal-ħajja attiva

2.5

iqis, madankollu, li sabiex issir ħidma favur il-permanenza, sabiex jitbiddel il-ħruġ, jiġi ffaċilitat id-dħul mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tan-nisa anzjani u sabiex tikber ir-rata ta' l-impjiegi femminili, l-azzjonijiet imsemmija mhumiex biżżejjed, iżda hemm bżonn li jiġu attivati strateġiji li jagħtu ċans lin-nisa biex matul il-ħajja attiva tagħhom ikunu jistgħu jikkonċiljaw il-ħin tax-xogħol mal-ħin li jiddedikaw għall-kura tal-familja

2.6

jittama, wara li kkunsidra l-kwistjoni mressqa mill-Kummissjoni rigward l-informazzjoni li tgħid li ma teżisti l-ebda prova prattika li l-ħaddiema żgħażagħ u dawk anzjani jistgħu jieħdu post xuxlin, li fil-qafas ta' l-istrateġiji msemmija jiġu sperimentati patti ta' solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet fil-qafas ta' organizzazjoni flessibli tax-xogħol li jiffavorixxi l-ħruġ gradwali ta' l-anzjani mid-dinja tax-xogħol u jagħti valur lill-esperjenza u l-kompetenza professjonali għall-aħjar taż-żgħażagħ

2.7

jikkonferma l-punt tal-Kummissjoni li ħaddiema anzjani wkoll jistgħu jibbenefikaw mir-re-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol permezz ta' proġetti ta' Fondi ta' l-ESF. L-esperjenza wriet li ex-maniġers imdaħħla fiż-żmien għandhom iċ-ċans li jiżviluppaw u jtejbu l-għarfien tagħhom biex jiżguraw l-impjiegi f'organizzazzjonijiet li jkunu għaddejjin minn nuqqas ta' abbiltà ta' mmaniġġjar fis-suq tax-xogħol lokali.

2.8

jisħaq dwar l-importanza ta' l-attivazzjoni tal-pjani territorjali għax-xogħol li jinvolvu l-partijiet soċjali fl-appoġġ ta' l-opportunitajiet ta' aċċess għat-tagħlim u t-taħriġ matul il-ħajja kollha; fit-tisħiħ tal-policies attivi tas-suq tax-xogħol b'mod partikolari rigward l-orjentazzjoni u l-għoti ta' impjieg mill-ġdid lid-disokkupati anzjani; fis-sejbien ta' azzjonijiet li kapaċi jintegraw il-policies tax-xogħol, fis-sens tal-ġid u l-koeżjoni soċjali; fil-promozzjoni tas-sehem ta' l-anzjani f'ħajja soċjalment attiva.

2.9

Fil-qafas ta' strateġiji tali, il-Kumitat tar-Reġjuni jisħaq iċ-ċentralità tar-rwol ta' l-organizzazjonijiet lokali u reġjonali, u jinnota, b'mod partikolari, il-bżonn li tingħata aktar attenzjoni għal attivitajiet u programmi li huma ta' kompetenza tagħhom jew ta' interess għalihom, li jagħtu lok biex ma ssirx il-qasma perikoluża: ħaddiema anzjani attivi u ekonomikament produttivi/anzjani soċjalment esklużi;

2.9.1

jisħaq, b'mod partikolari, li hemm bżonn fundamentali tar-rikonoxximent tal-funzjonijiet tal-gvernijiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni ta' inizjattivi soċjalment utli ta' l-anzjani (xogħol volontarju b'xejn jew imħallas parzjalment magħmul minn anzjani għall-komunità li jgħixu fiha, servizz ċivili għall-anzjani…) Tali tipoloġija ta' xogħol ta' natura soċjali, mhux biss iġġorr importanza solidali kbira, issaħħaħ l-inklużjoni, tistimola ċ-ċittadinanza attiva ta' l-anzjani u taħdem favur relazzjonijiet interġenerazzjonali eċċ, iżda tista' wkoll timxi id f'id ma' metodi ta' ħruġ gradwali mis-suq tax-xogħol jew tiggarantixxi forom ta' tħaddim mill-ġdid għal min diġà jkun ħareġ;

2.9.2

jinnota li l-għan tat-tkabbir tar-rata tax-xogħol tan-nisa f'età bejn il-55 u l-64 sena għandu neċessarjament jipprevedi rwol ċentrali tal-gvernijiet lokali u reġjonali fl-għoti ta' servizzi ta' kura u għajnuna għall-membri dipendenti mill-familja (minuri jew adulti mhux awtosuffiċjenti), bil-konsiderazzjoni li anke l-età imsemmija għandha, skond it-tendenzi demografiċi attwali, responsabilità familjari kbira. Barra minn hekk, bħalma l-Kummissjoni tesprimi x-xewqa, fid-dokument, ta' programmi ta' tagħlim li jtul u ta' xogħol flessibli matul il-ħajja ta' xogħol tal-ħaddiema, tirrikmanda li l-istess attenzjoni għandha tingħata għall-istrateġiji formattivi, organizzattivi u għas-servizzi edukattivi, soċjali u ta' għajnuna li jistgħu jagħtu l-possibilità lin-nisa biex jikkonċiljaw, matul il-ħajja attiva tagħhom, id-dmirjiet tax-xogħol professjonali ma' dawk tal-kura familjari;

2.9.3

iqis bħala fundamentali l-promozzjoni, mhux biss ta' strateġiji nazzjonali ta' sigurtà soċjali u dwar il-pensjonijiet, iżda anke ta' pjanijiet territorjali għax-xogħol li jirresponsabilizzaw l-għaqdiet lokali u reġjonali u li jippermettu l-adozzjoni ta' strateġiji li jużaw is-sehem tal-partijiet soċjali. Pjani bħal dawn għandhom ikunu jistgħu jisperimentaw policies innovattivi li bħala għanijiet ikollhom l-inklużjoni ta' l-anzjani, it-tkabbir tar-rata ta' xogħol tagħhom, il-valur ekonomiku u soċjali tal-potenzjalità tagħhom. Fuq livell tal-pjani territorjali biss, li għandhom ikunu megħjuna wkoll minn linji ta' sperimentazzjoni u finanzjament ta' l-UE, hemm il-possibilità li jiġu integrati d-diversi aspetti soċjali u ekonomiċi maħluqha mill-fatt li l-popolazzjoni qiegħda dejjem tikber fl-età, minn naħa, u mill-fatt li l-popolazzjoni attiva qiegħda tonqos, minn naħa l-oħra.

FL-AĦĦAR, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

2.10

jisħaq dwar l-importanza ta' skambju ta' prattiċi tajba fost l-Istati Membri, b'mod partikolari l-iskambju ta' esperjenzi lokali u reġjonali, u tat-tkabbir tan-numru ta' inizjattivi u tal-pjani ta' azzjoni komunitarji maħsuba mhux biss biex joħolqu policies ta' l-Istati Membri fil-qasam tar-riforma tas-sistemi dwar il-pensjonijiet u s-sigurtà soċjali, iżda wkoll biex jagħtu appoġġ lill-policies soċjali u ekonomiċi fuq livell lokali maħsuba biex ikabbru x-xogħol għall-ħaddiema anzjani.

Brussel, 29 ta' Settembru 2004.

Il-President tal-

Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 287 ta' 22.11.2002, p. 1


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/10


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew “Il-Prevenzjoni tal-Kriminalità fl-Unjoni Ewropea”

(2005/C 43/04)

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

WARA LI KKUNSIDRA l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-Prevenzjoni tal-Kriminalità fl-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Marzu 2004 (COM(2004) 165 final),

WARA LI KKUNSIDRA d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2003, li tikkonsultah dwar is-suġġett skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

WARA LI KKUNSIDRA d-Deċiżjoni tal-Bureau tiegħu ta' l-1 ta' Lulju 2003 biex jitlob lill-Kummissjoni għall-Affarijiet Kostituzzjonali u Governance Ewropea ħalli tħejji opinjoni fuq is-suġġett,

WARA LI KKUNSIDRA r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Jannar 1994, dwar kriminalità fuq skala żgħira f'żoni urbani u r-rabtiet tagħha mal-kriminalità organizzata (1) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 1998 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (2),

WARA LI KKUNSIDRA l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata  (3), ta' l-1997

WARA LI KKUNSIDRA l-Pjan ta' Azzjoni ta' Vjenna tat-3 ta' Diċembru 1998, dwar kif id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam dwar l-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (4) jistgħu jiġu implimentati bl-aħjar mod,

WARA LI KKUNSIDRA r-rakkomandazzjoni 1531(2001) ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar is-Sigurtà u l-Prevenzjoni tal-Kriminalità fl-Ibliet: Ħolqien ta' Osservatorju Ewropew, kif ukoll ir-Riżoluzzjoni 180(2004) tal-Kungress tal-poteri lokali u reġjonali tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Pulizija lokali fl-Ewropa;

WARA LI KKUNSIDRA l-Komunikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew– Il-Prevenzjoni tal-Kriminalità fl-Unjoni Ewropea- Riflessjonijiet fuq linji ta' gwida komuni u proposti għal għajnuna finanzjarja  (5) tal-Komunità,

WARA LI KKUNSIDRA l-opinjoni tiegħu ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar “Id-dimensjoni lokali u reġjonali ta' l-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja” (CdR 61/2003 fin (6)),

WARA LI KKUNSIDRA l-abbozz ta' l-opinjoni (CdR 355/2003 rev. 2) adottat fit-2 ta' Lulju mill-Kummissjoni għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Governance Ewropea (rapporteur: Is-Sur Michel DELEBARRE, Ex-Ministru ta' l-Istat- Sindku ta' Dunkerque (FR-PSE);

JIKKUNSIDRA DAN LI ĠEJ:

1)

fl-24 ta' Jannar 1994, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-kriminalità ta' skala żgħira f'żoni urbani u r-rabtiet tagħhom mal-kriminalità organizzata u fis-17 ta' Novembru 1998 ir-riżoluzzjoni fuq linji ta' gwida u miżuri għall-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata b'riferenza għall-istabbiliment ta' strateġija komprensiva biex tikkumbattiha;

2)

il-qafas ta' referenza għall-miżuri ta' prevenzjoni tal-kriminalità stabbiliti bit-Trattat li jistabbilixxi l-oqsma tal-libertà, sigurtà, u ġustizzja, li sawwru l-bażi ta' sistema ta' liġi u ordni Ewropea ġenwina li t-tlett għanijiet tagħha huma relatati mill-qrib u għandhom ikunu marbutin mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

3)

l-Artikolu 29 tat-Trattat jistipula li l-għan ta' l-Unjoni f'dan il-qasam għandu jinkiseb billi tiġi impeduta u miġġielda l-kriminalità, kemm dik organizzata kif ukoll dik li mhix;

4)

il-Pjan ta' Azzjoni ta' Vjenna ta' l-1998 talab għal miżuri ta' prevenzjoni tal-kriminalità li għandhom jiġu adottati matul il-ħames snin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam;

5)

Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u tas-16 ta' Ottubru 1999 ikkonkluda li għandhom jiġu żviluppati miżuri ta' prevenzjoni tal-kriminalità kif ukoll ta' skambju ta' l-aħjar prattiċi, li n-network ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-prevenzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta' prevenzjoni tal-kriminalità nazzjonali jiġi msaħħaħ u li l-ewwel prijoritatjiet ta' din il-kooperazzjoni jistgħu jkunu l-kriminalità ġuvenili, dik urbana, u kriminalità li hija assoċjata ma' l-użu tad-drogi. Din il-konklużjoni titlob li tiġi mistħarrġa l-possibiltà li jkun hemm programm iffinanzjat mill-Komunità għal dawn l-għanijiet;

6)

Numru ta' seminars u konferenzi fuq il-prevenzjoni tad-delitti, b'mod partikolari dawk li saru fi Stokkolma, Żaragoza, u Brussel fl-1996, f'Nordwijk f'1997, f'Londra fl-1998, u f'Algarve fl-2000, urew ix-xewqa li jiġi żviluppat network ta' l-UE li jsaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità;

7)

Fost id-diversi konferenzi li ġew sponsorjati mill-Unjoni Ewropea, il-konferenza ta' livell għoli li saret f'Algarve fl-4 u l-5 ta' Mejju 2000, kellha funzjoni sinifikanti: nidiet il-programm HIPPOKRATES, u aktar minn hekk, stabbilixxiet il-bażi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2000;

8)

Din il-Komunikazzjoni iddefinixxiet l-għanjiet ta' strateġija Ewropea għall-prevenzjoni tal- kriminalità: li jitnaqqsu l-fatturi li jiffaċilitaw li wieħed jagħżel it-triq tal-kriminalità u jibqa' jwettaq delitti, li tkun evitata l-vittimizzazzjoni, li jitnaqqas is-sens ta' nuqqas ta' sigurtà, li tiġi promossa u mifruxa l-kultura tal-ħarsien tal-liġi u l-kultura ta' amministrazzjoni mfassla sabiex tevita konflitti, kif ukoll li jiġu implimentati miżuri governattivi li jimpedixxu l-korruzzjoni;

9)

Il-politika stabbilita trid tkun waħda multi-dixxiplinarja: il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-miżuri ta' sigurtà jridu jimxu id f'id mal-politika soċjali u edukattiva, kif ukoll ma' l-isħubiji ma' min jaħdem f'dan il-qasam, bl-awtorità lokali tkun mogħtija r-rwol ewlieni;

10)

Barra minn hekk, dawn il-prinċipji u miri jagħmluha possibbli li wieħed jitkellem dwar “mudell Ewropew” tal-prevenzjoni tal-kriminalità, li taħtu, azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, mingħajr ma' tissostitwixxi l-inizjattivi lokali, reġjonali, jew nazzjonali, tkompli tibni l-“piramida tar-responsabbiltajiet”;

11)

Bejn l-1996 u u l-2002, fl-Ewropa żdiedet bil-mod iżda b'ċertezza sensazzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà;

12)

Huwa neċessarju li s-soċjeta kollha tkun involuta fit-twaqqif ta' sħubija bejn l-awtoritajiet nazzjonali, lokali, u reġjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, is-settur privat, u ċ-ċittadini: hemm diversi kawżi ta' kriminalità, u għalhekk dawn jinħtieġu li jiġu indirizzati b'miżuri adottati fuq livelli differenti minn gruppi differenti tas-soċjetà, b'kooperazzjoni mal-partijiet involuti, bl-esperjenzi u l-ħiliet differenti tagħhom;

13)

Il-parti l-kbira ta' l-offiżi mwettqa kontra ċittadini Ewropej iseħħu f'postijiet urbani; għaldaqstant għandha tingħata prijorità għal politika urbana integrata xierqa;

waqt is-sessjoni plenarja tad-29 u t-30 ta' Settembru (laqgħa tad-29 ta' Settembru) adotta l-opinjoni li ġejja, b'maġġoranza tal-voti:

1.   Il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1

jirrikonoxxi l-fatt li għandu jinbeda proċess għall-monitoraġġ ta' l-attivitajiet tan-network imsemmi, bil-għan li tissaħħaħ il-politika ta' prevenzjoni tal-kriminalità fuq livell Ewropew li hija immirata kontra kriminalità mhux organizzata - magħrufa bħala kriminalità ta' volum - u bil-għan li jiġu identifikati bħala prijorità; il-kriminalità ġuvenili, il-kriminalità f'postijiet urbani, u l-kriminalità li għandha x'taqsam mad-droga kif ukoll dik li ssir kontra n-nisa u kontra kategoriji vulnerabbli oħra bħat-tfal, l-anzjani u l-immigrati;

1.2

ifakkar li l-politika ta' prevenzjoni tal-kriminalità hija qasam fejn l-Unjoni Ewropea tista' tikkontribwixxi effettivament billi verament toħloq “il-valur miżjud Ewropew” għall-miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali;

1.3

jenfasizza l-ħtieġa li miżuri ta' prevenzjoni tal-kriminalità jitqiesu bħala inizjattivi u mhux sempliċiment li jindirizzaw biss il-kriminalità, jiġifieri li jfittxu wkoll li jimpedixxu mġieba anti-soċjali, ineħħu l-kawżi ta' din l-imġieba u jnaqqsu is-sensazzjoni ta' biża u nuqqas ta' sigurtà fil-pubbliku;

1.4

madankollu josserva, bi tħassib, li l-komunikazzjoni hija limitata sabiex titratta biss każijiet minuri bħal eżempju tikklassifika b'mod aktar ċar it-tipi ta' delitti li jinħtieġu jitpoġġew fil-mira, iżda ma tippromwovix rakkomandazzjonijiet jew proposti li jindirizzaw il-prevenzjoni tal-kriminalità f'dimensjoni soċjali;

1.5

jiġbed l-attenzjoni li prevenzjoni tal-kriminalità - fis-sens ta' sett ta' miżuri li jfittxu li jimpedixxu mġieba anti-soċjali, biex jitneħħew il-kawżi ta' din l-imġieba u sabiex jitnaqqsu sensazzjonijiet ta' biża u ta' nuqqas ta' sigurtà fost iċ-ċittadini - hija kwistjoni orizzontali b'mod li tolqot ħafna aspetti tal-politika pubblika bħala eżempju il-politika soċjali, edukattiva, u urbana, l-integrazzjoni ta' l-immigranti u t-tkattir fis-sehem taċ-ċittadini;

1.6

jaħseb li l-Kummissjoni trid tirrikonoxxi r-rabta mill-qrib bejn il-kriminalità u l-imġieba anti-soċjali u proċessi li jaqtgħu barra lil xi wħud mis-soċjetà minħabba tibdil ekonomiku u teknoloġiku fis-soċjetà kontemporanja; iżda dikjarazzjonijiet oħra b'dan l-effett għandhom jiġu segwiti b'impenni koerenti fil-qasam tal-koordinazzjoni tal-politika;

1.7

jixtieq li r-rwol ewlieni ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-għajnuna għall-politika tal-prevenzjoni tal-kriminalità ta' l-Istati Membri jiġi enfasizzat. Flimkien ma' dan, il-Kummissjoni tħoss il-bżonn li jiġu nvoluti l-parteċipanti soċjali differenti kollha; iżda, dikjarazzjonijiet ta' din ix-xorta jridu jkunu riflessi fil-mod ta' kif jaħdem n-Network Ewropew tal-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) fil-prattika, b'dawk il-parteċipanti li bħalissa huma esklużi milli jkunu involuti u dawn ikunu mogħtija rwol;

1.8

bi tħassib jinnota l-inadekwatezza strutturali ta' l-EUCPN u l-fatt li hija faċilità għal skambju ta' esperjenzi, bla parametri jew għanijiet ta' xogħol.

2.   Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.1

jiġbed l-attenzjoni għad-dettalji dwar il-perċezzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà, li huma b'mod jew ieħor marbuta ma' fatturi li għandhom x' jaqsmu mal-kriminalità (ir-riskju attwali li tkun vittma ta' xi att kriminali), kif ukoll minħabba fatturi oħra bħal dawk soċjali, psikoloġiċi, u kulturali bħala eżempju: l-età, is-sess, nuqqas ta' fiduċja fl-awtoritajiet, status soċjali mhux sikur u marġinali, is-sensazzjoni ta' kriżi fis-soċjetà u tal-valuri tagħha, il-funzjoni tal-media, u l-kwalità ħażina ta' l-ambjent urban;

2.2

jitlob lill-Kummissjoni biex tipprevedi, fil-qafas tal-programmi eżistenti u, jekk ikun il-każ, fil-programmi l-ġodda, miżuri li jipprovdu strateġija ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' politika ta' sigurtà mfassla sabiex tintegra inizzjattivi soċjali, ippjannar urban, u edukazzjoni u ttejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u s-sens ta' komunità, filwaqt li wieħed għandu jiftakar li biex jitkattar is-sens ta' sigurtà għandu jkun hemm investiment fil-prevenzjoni tad-delitti, paċi soċjali, kif ukoll jiġu indirizzati s-sensazzjonijiet ta' biża' tal-pubbliku;

2.3

jisħaq l-importanza tar-rwol ta' l-Unjoni Ewropea fl-osservazzjoni ta' l-attività kriminali fuq livell Ewropew, fl-istima tal-policies u ta' l-esperjenzi nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll fil-promozzjoni ta' l-iskambju, fost l-Istati Membri, ta' l-għarfien u tal-prattiċi tajba fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità u tas-sigurtà urbana;

2.4

jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-implimentazzjoni prattika tal-mezzi tagħha tiġi tradotta f'azzjoni rappreżentattiva u inter-dixxiplinarja ħalli tipprovdi strateġija ġenwina ta' prevenzjoni għall-kriminalità urbana: kwistjonijiet bħal amministrazzjoni ta' spazji pubbliċi, trasport, jew żoni urbani żvantaġġjati, għandhom ikunu fil-qalba tal-leġislazzjoni;

2.5

jitlob lill-Kummissjoni biex tqis l-implimentazzjoni tal-policies lokali u reġjonali fil-budget ta' l-2005 bħala prijorità, kif ukoll li tressaq il-każ għall-inklużjoni tal-komuni u r-reġjuni fuq livell istituzzjonali;;

2.6

jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-funzjoni tal-Forum Ewropew għas-Sigurtà Urbana (EFUS) fil-promozzjoni ta' l-għarfien fil-livell Ewropew tal-prevenzjoni tad-delitti u sigurtà urbana, b'referenza partikolari għall-valutazzjoni tal-politika pubblika kif ukoll għat-tixrid ta' prattiċi tajba;

2.7

jaħdem biex jistabbilixxi Osservatorju Ewropew għas-sigurtà urbana- struttura delikata- ħalli l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jkunu attrezzati b'tagħmir komuni għall-ġbir, organizzazzjoni, u pproċessar ta' informazzjoni li jkollha x'taqsam mal-vittmi tad-delitti u sensazzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà; tippromovi u tikkoordina riċerka; issawwar politika ta' sigurtà għal żoni ta' kompetenza ta' l-UE, u biex tibni sħubiji reġjonali u lokali;

2.8

u fl-aħħar, jitlob lill-Kummissjoni, meta tkun qed issawwar politika ta' prevenzjoni, biex dejjem iżżomm kont sabiex dawn ta' l-aħħar ma jissarfux, fil-prattika, fi ksur tad-drittijiet fundamentali, sabiex is-sigurtà taċ-ċittadini tibqa' priorità.

Brussel, 29 ta' Settembru 2004.

Il-President

tal- Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 20 ta' l-24.1.1994

(2)  ĠU C 379 tas-7.12.1998

(3)  ĠU C 379 tas-7.12.1998

(4)  ĠU C 19 tat-23.1.1999

(5)  COM (2000) 786 final tad-29.11.2000

(6)  ĠU C 73 tat- 23.3.2004, p. 41


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/13


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 86 tat-trattat KE għall-għajnuniet ta' l-Istat taħt forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku kif ukoll dwar l-abbozz tad-direttiva li timmodifika d-direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni rigward it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati membri u l-intrapriżi pubbliċi u l-proġett ta' ħolqien tal-qafas komunitarju ta' għajnuniet ta' l-Istat taħt forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku”

(2005/C 43/05)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Ra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 86 tat-Trattat KE għall-għajnuniet ta' l-Istat taħt forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku kif ukoll dwar l-abbozz tad-direttiva li jemenda d-direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni rigward it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati membri u l-intrapriżi pubbliċi u l-proġett ta' ħolqien ta' qafas komunitarju ta' għajnuniet ta' l-Istat taħt forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku,

Ra l-ittra bid-data tad-19 ta' Marzu 2004 ta' Mario Monti, membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-politika dwar il-kompetizzjoni, li tiddiskuti l-opinjoni tiegħu rigward l-Artikolu 265, paragrafu 1, tar-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Ra d-deċiżjoni tal-President tiegħu tas-26 ta' Mejju 2004, li jqabbad lill-Kummissjoni għall-Politika ekonomika u soċjali biex tħejji opinjoni f'dan il-qasam,

Ra l-Artikolu 16 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea rigward is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, kif ukoll l-Artikoli 2, 5, 73, 81, 86, 87, 88 u 295 KE;

Ra l-Artikolu 36 tal-Lista Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali rigward l-aċċess għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali;

Ra l-Artikolu III-6 ta' l-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea;

Ra l-White Paper dwar is-servizzi ta' interess ġenerali (COM(2004) 374 final);

Ra d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa 'l quddiem imsejħa CJCE) ta' l-24 ta' Lulju 2003, C-280/00 (“Altmark Trans”);

Ra l-opinjoni tiegħu ta' l-20 ta' Diċembru 2003 dwar il-Green paper dwar is-servizzi ta' interess ġenerali (COM (2003) 270 final, CdR 149/2003 fin) (1),

Ra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizzi ta' interess ġenerali fl-Ewropa (COM (2000) 580 final – CdR 470/2000 fin) (2),

Ra l-opinjoni (CdR 155/2004 rev 1) adottata mill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u soċjali tas-6 ta' Lulju 2004 (rapporteur: Is-Sur Claudio MARTINI, President tar-Reġjun Toskana (IT-PSE);

Jikkunsidra li skond id-deċiżjoni Altmark Trans, il-kumpens mogħti għall-provvista tas-servizzi ta' interess ġenerali ma jiffurmawx għajnuniet ta' l-Istat u b'hekk mhumiex sottomessi għall-obbligu ta' notifika minn qabel u għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni dejjem jekk erba' kondizzjonijiet ikunu rispettati:

Il-benefiċjarju għandu jkun imqabbad iwettaq missjoni ta' servizz pubbliku definiti b'mod ċar;

Il-parametri li fuq il-bażi tagħhom isir il-kalkolu tal-ħlas kompensatorju għandhom ikunu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti;

Il-kumpens ma jistax jaqbeż l-ispiża maħluqha mis-self tas-servizz pubbliku meta jitnaqqsu l-benefiċċji meħuda mill-għoti tas-servizz imsemmi (madankollu l-kumpens jista' jinkludi benefiċċju raġonevoli);

Ir-raba' fatt hu li meta l-intrapriża li se tkun inkarigata mill-provvediment ta' servizzi pubbliċi ma ntagħżlitx permezz ta' sejħa għall-offerta li tippermetti li jkun assigurat li l-kandidat joffri dawn is-servizzi bl-inqas spejjeż għall-kollettività, il-livell ta' kumpens meħtieġ għandu jirriżulta minn analiżi ta' l-ispejjeż li tiltaqa' magħhom kumpanija medja adegwata biex tissodisfa l-esiġenzi tal-provvediment ta' dan is-servizz pubbliku. Għandha tingħata konsiderazzjoni tal-qligħ iġġenerat minn dan il-proveddiment ta' servizz kif ukoll profitt raġonevoli;

Jikkunsidra b'mod partikolari li l-KESE jqis li, minkejja l-kriterji msemmija fid-deċiżjoni Altmark Trans, kumpens mogħti f'isem il-provvista ta' servizz pubbliku mhux forma notifikabbli ta' għajnuna ta' l-Istat jekk il-benefiċjarju jkun magħżul fil-qafas ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti biss. Fin-nuqqas ta' dan, jaqbel li jintwera li dan il-kumpens ma jiffurmax l-għajnuna ta' l-Istat jekk il-benefiċjarju jista' juri li l-benefiċjarju tal-kumpens pubbliku ma jirċevix minn qabel ħlief l-ispiża supplimentari netta wara t-tnaqqis tal-benefiċċji li l-provvista tas-servizz bi prezz raġonevoli tagħti lil kull intrapriża mmexxija tajjeb u mgħammra tajjeb b'numru biżżejjed ta' ħaddiema.

Jikkunsidra li skond id-deċiżjoni “Altmark Trans”, il-forom l-oħra kollha ta' kumpens ġejjin mill-għajnuna ta' l-Istat u b'hekk huma sottomessi għar-regoli ta' notifika minn qabel.

Adotta b'unanimità, l-opinjoni segwenti matul is-sessjoni plenarja numru 56 tad-29 u t-30 ta' Settembru (laqgħa tad-29 ta' Settembru).

1.   Osservazzjonijiet ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni

Dwar id-deċiżjoni Altmark Trans

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1.

Iqis li l-intervent ta' l-imħallef komunitarju hu aktar bżonnjuż u ta' impatt kbir tant li l-leġislatur komunitarju ma kellux għalfejn jiddefinixxi r-regoli suxxettibli għall-għoti ta' sigurtà ġuridika adegwata rigward is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali;

1.2.

Jifraħ bil-fatt li l-ewwel żewġ kriterji tad-deċiżjoni Altmark Trans, jiġifieri l-obbligu li l-missjoni tas-servizz pubbliku li minnha l-benefiċjarju tas-servizz pubbliku hu inkarigat tkun definita sew u li jiġi stabbilit minn qabel u b'mod oġġettiv u trasparenti l-parametri li fuq il-bażi tagħhom jiġu kkalkulati l-ħlasijiet kompensatorji, jobbligaw lill-gruppi territorjali għal sforz ta' definizzjoni tal-kuntratti tas-servizz pubbliku. Dan l-isforz jikkontribwixxi għal aktar trasparenza u responsabilizzazjoni demokratika fil-ġestjoni tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali;

1.3.

Jinnota li l-intrapriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jistgħu jsibu xi diffikultajiet biex jifhmu s-sens tar-raba' kriterju tar-raba' kriterju tad-deċiżjoni Altmark Trans, u li jipprevedi li: “fejn l-għażla ta' l-intrapriża inkarigata mit-twettiq ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku mhux ma tkunx magħżula minn sejħa għall-offerti, il-livell tal-kumpens meħtieġ kien determinat fuq bażi ta' analiżi ta' l-ispejjeż ta' intrapriża tipika li hi mmexxija tajjeb u għandha l-mezzi adegwati biex toffri s-servizz pubbliku, b'kunsiderazzjoni tar-riċevuti rilevanti u profitt raġonevoli biex jitwettqu dawn l-obbligi”.

1.4.

Jistaqsi dwar id-definizzjoni ekonomika tan-nozzjoni “ta' intrapriża mmexxija tajjeb u mgħammra b'mezzi adegwati biex tforni s-servizz pubbliku”. Din l-integrazzjoni tant hi importanti li fid-deċiżjoni tagħha tat-3 ta' Lulju 2003 fl-affarijiet konġunti C-83/01, C-93/01 u 94/01 (“Chronopost SA”), il-CJCE qieset li intrapriża inkarigata mill-ġestjoni ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali tista' “ssib ruħha f'sitwazzjoni differenti ħafna minn dik ta' intrapriża privata li taħdem fil-kondizzjonijiet normali tas-suq” (punt 33).

1.5.

Barra minn hekk jikkonsidra li d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet u r-raba' kriterji, jeħtieġu azzjoni normativa komunitarja urġenti sabiex jiġu misħuq li l-intrapriżi involuti f'missjoni ta' servizz ta' interess ġenerali għandhom ikunu konformi ma' l-esiġenzi tad-deċiżjoni Altmark Trans; Jifraħ lill-Kummissjoni talli ħadet l-inizjattiva biex tipproponi tali azzjonijiet normattivi malajr.

1.6.

Hu inkwetat dwar il-fatt li l- Qorti Ewropea adottat interpretazzjoni wiesa' ħafna tan-nozzjoni ta' effett potenzjali ta' skambji intra-komunitarji li anke l-intrapriżi involuti f'missjoni ta' servizz pubbliku fuq livell lokali strettament definit huma suxxettibli għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 87.1.

1.7.

Jaħseb li n-nuqqas ta' notifika ta' kumpens kompatibbli mal-kriterji “Altmark Trans” jirrapreżentaw fuq medda ta' żmien- u ġaladarba ssir id-definizzjoni ta' l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku- tnaqqis fuq il-piż pubbliku amministrattiv li jserraħ fuq il-gruppi territorjali, iżda li dan it-tnaqqis mhux garanzija ta' sigurtà ġuridika sħiħa: fil-fatt hem bżonn li jiġi antiċipat il-każ tal-figura fejn awtorità pubblika tkun, bona fide, ikkunsidrat li m'għandhiex tinnotifika bl-għajnuna, peress li tissodisfa l-kriterji Altmark Trans, iżda fejn aktar 'il quddiem intrapriża tal-kompetizzjoni tirrikorri għall-ġustizzja u tikseb il-kwalifika ta' l-għajnuna involuta bħala illegali. Imbgħad xi jkunu l-mekkaniżmi tar-rimbors?

Dwar il-metodoloġija tal-Kummissjoni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.8

Jinnota li fil-Green Paper intlaqgħu numru kbir ta' kontribuzzjonijiet evalwati skond id-dokument SEC(2004) 326 tad-29 ta' Marzu 2004, li enfassizaw it-talba kbira ħafna ta' sigurtà u stabilità fil-qafas ġuridiku li fih joperaw is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (minn issa 'l quddiem magħrufa bħala SIEG);

1.9

iħoss li, fix-xogħol preparatorju li jmiss, il-Kummissjoni għandha tistima b'mod aħjar l-interazzjonijiet bejn il-kompetizzjoni, il-ksib pubbliku u l-leġislazzjoni dwar l-għajnuna ta' l-istat mill-ottika ta' l-implimentazzjoni, sabiex il-ftuħ-jekk mixtieq-ta' provvista ta' servizz lill-fornituri ta' servizzi privati, jista' jsir b'mod kalm u effettiv;

1.10

Josserva li l-KtR għandu jibqa' jinvolvi ruħu biex jiggarantixxi kunsiderazzjoni aktar wiesa' ta' l-interess pubbliku fl-organizzazzjoni tas-servizzi ta' interess ġenerali (minn hawn 'il quddiem SIĠ), fl-ispeċifikazzjoni tagħhom u fir-responsabilitajiet tal-kunsilli lokali f'dan il-qasam. Is-SIĠ huma parti mill-mudell soċjali Ewropew u għandu jinstab bilanċ bejn id-dritt tal-livell lokali li jamministra s-servizzi s-servizzi u l-esiġenzi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-UE, partikolarment fir-rigward tat-trasparenza u r-rikors lejn proċeduri kompetittivi;

1.11

Jifraħ għall-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni li teżenta l-finanzjament pubbliku ta' skala baxxa u l-abbozz ta' direttiva li temenda d-Direttiva 80/723/CEE tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza fir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u intrapriżi pubbliċi li jingħataw għajnuna;

1.12.

Jirrimarka li din il-konsultazzjoni toħloq preċedent peress li din hi l-ewwel darba li l-Kummissjoni qed tikkonsulta lill-KTR f'qasam marbut mal-Kapitlu tal-KE dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni (Artikoli 81 sa 93);

1.13.

Jassumi li din il-konsulazzjoni hi waħda mill-ewwel implimentazzjonijiet tal-prinċipji tal-Kummissjoni mħabbra fid-dokumenti tagħha li segwew il- White Paper dwar il-Governance Ewropea  (3) u torbot mal-ħtieġa ta' involviment akbar ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħaddim tas-sistema ta' teħid ta' deċiżjonijiet u partikolarment f'dokumenti li huma ekwivalenti għal deċiżjoni;

1.14.

Jikkunsidra li d-djalogu li nbeda għandu jitkompla fil-qafas tad-dibattitu dwar l-inklużjoni tal-Kummissjoni ta' qafas ta' finanzjament tas-servizz pubbliku fuq skala kbira.

1.15.

Jistaqsi dwar is-simultanjetà tad-dibattitu li nbeda fi Frar 2004 dwar il-proposti tal-Kummissjoni li saru immedjament wara d-deċiżjoni fil-każ 'Altmark Trans' u dawk li jinsabu fil-White Paper dwar is-servizzi ta' interess ġenerali (4), pubblikata fit-12 ta' Mejju 2004. Fil-fatt, il-White Paper tindika li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tibda serje ta' miżuri li għandhom l-għan li jikkjarifikaw u jissimplifikaw il-qafas ġuridiku marbut mal-finanzjament ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku minn Lulju 2005, wara li numru ta' elementi ta' dan il-pakkett diġà tpoġġa għall-konsultazzjoni fil-forma ta' abbozzi.

Dwar ix-xogħlijiet tal-Konferenza Intergovernattiva

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.16.

Jifraħ għall-fatt li Artikolu III-6 (5) tal-Proġett għall-Trattat Kostituzzjonali li jistipula li l-liġi Ewropea tideffinixxi l-prinċipji u kondizzjonijiet (marbuta mal-post u r-rwol tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali) mingħajr preġudizzju għas-saħħa ta' l-Istati Membru, skond il-Kostituzzjoni, li jipprovdu, jeżegwixxu u jiffinanzjaw dawn is-servizzi. (6) Barra minn hekk, il-Kumitat tar-Reġjuni jifraħ li t-trattat seta' jagħti l-possibilità li jiġu adottati atti normativi komuni rigward is-servizzi ta' interess ġenerali; kif ukoll, wieħed ma kienx isib ruħu aktar fis-sitwazzjoni fejn l-unika possibilità li jiġu adottati tali regoli tkun dik li jintuża kapitlu mis-suq intern; grazzi għal bażi ġuridika awtonoma, Artikoli III-6 għandu klawżola ta' applikazzjoni ġenerali, li mhix marbuta mal-qafas limitat tas-suq intern u l-kompetizzjoni.

2.   Osservazzjonijiet dwar l-abbozz għal Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 86 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna statali bħala forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.1.

Jinnota li l-proposta għal deċiżjoni għandha l-għan li tiddetermina bilanċ bejn ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-eżerċizzju ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Il-proposta tiddetermina l-ipoteżi ta' kumpens li ma jilħqux il-kriterji ta' Altmark Trans iżda li jistgħu jkunu eżentati mir-regoli tal-kompetizzjoni (Artikoli 87 u 88 TKE) b'mod li l-għajnuna statali tkun parti mill-obbligi tas-servizz pubbliku u ma toħloqx danni għall-kompetizzjoni.

2.2.

Jinnota li, sal-miżura fejn l-għan tad-deċiżjoni hu d-determinazzjoni ta' l-għajnuna statali mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 88 tat-TKE, l-għażla ta' l-Artikolu 86.3 bħala bażi ġuridika komuni minflok id-deċiżjoni bħala att normattiv hi xierqa. L-intrapriżi konċernati huma dawk li se jibbenefikaw mill-għajnuna statali iżda li m'għandhomx id-dmir li jaqgħu taħt ir-regoli tal-kompetizzjoni bħala provdituri ta' servizz ekonomiku ta' interess ġenerali li ma jħallix effett fuq is-suq.

2.3.

Japprova l-eżenzjoni tan-notifika għall-finanzjament tas-servizz pubbliċi għall-isptarijiet u l-abitazzjonijiet soċjali għar-raġunijiet segwenti:

l-ispejjeż għoljin minħabba n-natura ta' l-investimenti fl-infrastruttura u art u l-fatt li l-għajnuna tirrispondi għall-għanijiet ta' tqassim tad-dħul u s-solidarjetà mingħajr intervent fil-kuntest tal-kompetizzjoni;

l-impossibilità amministrattiva tas-servizzi tal-Kummissjoni li jittrattaw n-numru ta' notifiki lokali li jkollhom jiltaqgħu magħhom mingħajr provvediment ta' eżenzjoni;

2.4.

Jikkalkula li l-esklużjoni mill-qafas ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, u b'konsegwenza l-eżenzjoni tal-bżonn ta' notifika, għandha tkun estiża għas-servizzi ta' interess ġenerali marbuta mal-funzjonijiet essenzjali ta' l-awtoritajiet pubbliċi, u partikolament għad-djar tal-Gven u l-isptarijiet pubbliċi, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, fil-miżura fejn dawn jassumu l-funzjonijiet ta' sigurtà soċjali u ta' inklużjoni soċjali u li l-missjoni ta' interess ġenerali għall-popolazzjoni ma tistax tintlaħaq mis-suq. Il-kontroll tal-Kummissjoni għandu jkun limitat għal każi ta' abbuż evidenti tal-poter ta' diskrezzjoni fil-kuntest tad-definizzjoni tas-servizzi;

2.5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreċiża, wara l-proposti li ġew sottomessi għall-konsultazzjoni u speċjalment b'kunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mhux biss liema huma s-servizzi kkunsidrati bħala dawk ta' mingħajr karattru ekonomiku u għalhekk jiġu esklużi mill-obbligu tan-notifika, iżda wkoll il-kamp ta' l-attivitajiet li, minkejja li għandhom sa ċertu punt karattru ekonomiku, għandhom speċifikzzjonijiet partikolari bħala espressjoni ta' l-interess ġenerali u jistgħu għalhekk jitolbu adattament tar-regoli permezz ta' l-applikazzjoni ta' Artikolu 86, paragrafu 2. Il-Komunikazzjoni dwar is-servizzi soċjali u tas-saħħa mħabbra mill-Kummissjoni għas-Sajf 2005 tista' tkun l-okkażjoni biex tingħata bidu għal riflessjoni ġenerali dwar dawn l-ispeċifikazzjonijiet ta' interess ġenerali fl-istess qafas ta' l-attivitajiet ekonomiċi.

2.6.

Jirrimarka li r-rati massimi għandhom ikunu stipulati b'tali mod li l-Kummissjoni tista' fil-futur tikkonċentra l-verifiki tagħha każ b'każ fil-każi mhux tipiċi li jirrappreżentaw saħħa ekonomika eċċezzjonali. Għalhekk, jeħtieġ li r-rati jieħdu kunsiderazzjoni ta' l-istituzzjonijiet li tradizzjonalment iwettqu missjonijiet ta' servizz pubbliku fl-Istati Membri u ta' l-ispejjeż li ġeneralment ikunu marbuta ma' dawn l-attivitajiet. Ilqafas ta' l-applikazzjoni tad-deċiżjoni preżenti għandha fil-prinċipju tkun miftuħa għall-intrapriżi li d-dħul annwali totali nett mit-taxxi mill-attivitajiet kollha ma jaqbiżx il-50miljun Ewro u fejn l-ammont annwali tal-kumpens għas-servizz pubbliku mhux aktar minn ma jkunx aktar minn 15-il miljun Ewro. Dan ifisser li jeħtieġ li tkun mibdula d-direttiva dwar it-trasparenza bħala konsegwenza.

2.7.

Jistaqsi dwar l-eżenzjoni proposta fl-Artikolu 1 (iv), għal kumpens għat-trasport marittimu lejn gżejjer koperti minn regolamenti settorjali, jekk it-trasport annwali ma jaqbiżx il-100,000 passiġġier:

fir-rigward ta' l-ispeċifiċità tat-trasport marittimu intern ta' l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), ma jkunx aktar xieraq li jkun adottat att differenti fuq bażi ta' l-Artikolu 73 tat-Trattat ?

meta l-prinċipju ta' l-eżenzjoni propost fl-Artikolu 1 iv) ikun aċċettat, il-volum tat-traffiku annwali se jkun marbut mal-konnessjoni jew fuq il-volum operat mill-intrapriża li tkun investiet f'missjoni ta' servizz pubbliku ?

2.8.

Jikkalkula li fil-każ fejn il-kompens josserva l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' l-abbozz għal Deċiżjoni, il-ħtieġa ta' notifika preliminari mhix evidenti.

2.9.

Jirrimarka li n-nozzjoni ta' kumpens kif definit fl-Artikolu 5 hu suxxettibbli għal interpretazzjonijiet żbaljati minħabba li t-terminu kumpens jirreferi esklussivament għal trasferimenti ben l-awtorità pubblika u l-intrapriża inkarigata millli provvista tas-servizz bl-għan li dan ikopri d-defiċits strutturali jew tas-sitwazzjoni ekonomika. Għalhekk għandu jkun inkluż ukoll l-ispejjeż finanzjarju marbuta ma' l-art u t-telf fil-valur tat-tariffi.

2.10.

Jikkalkula li l-Artikolu 6, bl-obbligu ta' akkontabilità (accountancy) separata, jista' joħloq spejjeż żejda għall-intrapirżi żgħar u medji li jidħlu fil-qafas ta' eżenzjoni ta' din id-deċiżjoni.

2.11.

Jinnota li l-Artikolu 7 jipprevedi dispożizzjoni bl-informazzjoni bl-intenzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-modalitajiet ta' definizzjoni tal-kumpens. Din id-dispożizzjoni tidher eċċessivament iebsa fir-rigward taż-żminijiet. Barra minn hekk, il-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiksbu r-regoli bid-definizzjoni tal-kumpens jew database bil-kumpens kollu li sar, jidher bħala miżura eċċessivament burokratika.

3.   Osservazzjoni dwar l-abbozz ta' direttiva li temenda d-Direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza fir-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi li jiġu megħjuna

IL-KUMITAT TAR-REĠUNI

3.1.

Jikkonkludi li d-deċiżjoni tal-każ Altmark Trans ħolqot xi effetti fir-rigward ta' l-obbligi ta' trasparenza li prattikament xejjnet l-effiċjenza tad-direttiva attwali, għaliex issa m'għadux possibbli li jiġi verifikat jekk il-kumpens intużax verament biex jintlaħqu l-obbligi tas-servizz pubbliku u mhux biex ikunu kopruti spejjeż ta' attivitajiet li jħallu profitt. Fil-mument fejn il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ppermettiet li dan il-kumpens ma jkunx meqjus bħala għajnuna Statali, id-direttiva tilfet il-possibilità li tivverifika t-trasparenza għall-intrapriżi kollha li jipprovdu servizz ekonomiku interess ġenerali li jibbenefikaw minn kumpens li ma jaqax taħt għajnuna. Minn hawn toħroġ il-ħtieġa ta' riforma fid-direttiva fejn jiġi mibdul il-kunċett ta' għajnuna statali għal dak ta' kumpens għall-obbligu tas-servizz pubbliku.

3.2.

Ma jaqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni li tħassar l-Artikolu 4, 2 ċ), għaliex din il-miżura twassal biex jikber il-kamp ta' applikazzjoni tal-ħtieġa ta' akkontabilità seperata anke għall-intrapriżi li jibbenefikaw mill-kumpens li josserva l-kriterji ta' Altmark Trans jew l-eżenzjonijiet proposti mill-Kummissjoni.

4.   Proġett ta' dixxiplina komunitarja ta' Għajnuna Statali taħt forma ta' kumpens għall-obbligi tas-servizz pubbliku

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

4.1.

jagħraf li l-proġett ta' dixxiplina f'punt 5 jistabbilixxi li 'id-dispożizzjoni tad-dixxiplina preżenti japplikaw ħlief għad-dispożizzjonijiet komunitarji li japplikaw fil-qasam tas-sejħiet għall-offerti pubbliċi. Riferiment analogu hu preżenti fit-22 premessa ta' l-abbozz ta' deċiżjoni.

Fir-rigward ta' l-għażla ta' l-intrapriża li se tingħata l-obbligu ta' servizz pubbliku, tali riferimenti għandhom ikunu interpretati fis-sens li meta l-għażla ta' l-intrapriża ssir permezz ta' kompetizzjoni trasparenti u mhux diskriminatorja, teżisti suppożizzjoni li m'hemmx kumpens eċċessiv, u b'hekk, b'konsegwenza, li l-għajnuna hi legali.

Madankollu, l-użu ta' proċedura ta' kompetizzjoni għall-għażla ta' l-intrapriża li se tkun responsabbli mis-servizz pubbliku hi biss possibilità waħda u mhix obbligatorju biex l-għajnuna tkun legali.

4.2.

jesprimi d-dubji tiegħu dwar il-proposta biex il-parametri ta' kalkolazzjoni (punt 10, nru. 5) ikunuu jistgħu 'jikkunsidraw l-ispejjeż speċifiċi li saru effettivament mill-intrapriżi fir-reġjuni li jaqgħu taħt l-ex-Artikolu 87, paragrafu 3, a) u ċ) tat-Trattat tal-KE .

Jidher li proposta ta' dan it-tip tista' twassal għal sitwazzjoni konfuża għaliex l-għan tal-proġett ta' dixxiplina għandu jkun dak li jkunu kkunsidrati 'l-ispejjeż spefiċfi li effettivament saru' minn intrapriża responsabbli mit-twettiq ta' obbligu ta' servizz pubbliku, li jfisser li f'dan il-kuntest il-lok ta' l-intrapriża m'għandux ikun rilevanti.

Wara kollox, il-formulazzjoni proposta tista' twassal biex tinftiehem li l-kumpens mogħti għal obbligu ta' servizz pubbliku jingħata biex jingħaqad flimkien ma' għajnuniet statali bi skopijiet reġjonali.

Brussel, 29 ta' Settembru 2004.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  GU C 73 tat-23.3.2004, p. 7

(2)  GU C 19 tat-22.1.2002, p. 8

(3)  Ara: Opinjoni tal-KtR tat-2 ta' Lulju 2003 dwar is-segwitu tal-White Paper dwar il-Governance Ewropea (rapporteur Michel Delebarre (PSE/F): COM (2001) 428 final, COM (2002) 704 final, COM (2002) 705 final, COM (2002) 709 final, COM (2002) 713 final, COM (2002) 718 final, COM (2002) 719 final, COM (2002) 725 final2

(4)  COM (2004) 374 final

(5)  Fil-qafas tan-numerazzjoni ġdida ta' l-Abbozz ta' Trattat Kostituzzjonali ppreżentat mill-Konferenza Intergovernattiva fid-dokument CIG 87/1/04 fit-13 ta' Ottubru 2004, Artikolu III-6 sar Artikolu III-122

(6)  Cf.Dokument tal-Presidenza 76/04 tat-13 ta' Mejju 2004


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/18


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Servizzi Fis-Suq Intern

(2005/C 43/06)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li ra l- proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (COM(2004) 2 final- 2004/0001 (COD));

Wara li ra d- Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-20 ta' Frar 2004 biex ikun konsultat dwar dan is-suġġett, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu (265) u l-Artikoli (71) u (80) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li ra d- Deċiżjoni tal-President tiegħu tal-5 ta' April 2004 li permezz tagħha ta istruzzjonijiet lill-Kummissjoni tiegħu dwar il-Politika Ekonomika u Soċjali biex tħejji opinjoni dwar dan is-suġġett;

Wara li ra l- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bl-isem Strateġija għal Suq intern tas-Servizzi (COM(2000) 888 finali);

Wara li ra l- Opinjoni tiegħu CdR 134/2001 fin tat-13.6.2001 (1) dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem Strateġija għal Suq intern tas-Servizzi;

Wara li ra r- rapport magħmul mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bl-isem L-Istat tas-Suq Intern tas-Servizzi (COM(2002) 441 finali);

Wara li ra l- abbozz ta' l-Opinjoni CdR 154/2004 rev.1 adottat fis-6 ta' Lulju 2004 mill-Kummissjoni tiegħu dwar il-Politika Ekonomika u Soċjali (rapporteur: is-Sur Schrõter, Chairman tal-Kumitat Parlamentari dwar Affarijiet Ewropej u Federali ta' Thüringen (DE/EPP).

U peress illi:

1)

s-servizzi għandhom rwol importanti fl-ekonomija ta' l-UE;

2)

l-potenzjal konsiderevoli li għandu s-settur tas-servizzi biex jikber u jżid l-impjiegi sa issa ma setax ikun sfruttat bl-aħjar mod possibbli minħabba n-numru ta' ostakli li jfixklu l-iżvilupp tas-servizzi;

adotta l-Opinjoni li ġejja fil-sessjoni plenarja Nru 56 li saret fid-29 u t-30 ta' Settembru (laqgħa tat-30 ta' Settembru):

Kummenti u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Il-fehmiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1

jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern, imfassla biex tnaqqas il-ostakoli li għadhom ifixklu l-ħolqien ta' suq intern reali tas-servizzi fl-UE;

1.2

jenfasizza li sabiex jintlaħaq l-għan stipulat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f'Lisbona biex sa' l-2010 l-ekonomija ta' l-UE ssir l-iktar ekonomija ta' l-għarfien kompetittiva fid-dinja, hu wkoll importanti li jitkompla l-ħolqien ta' suq reali intern tas-servizzi;

1.3

jirreferi għar-rapport dwar l-Istat tas-Suq Intern tas-Servizzi, li jgħid li wara għaxar snin minn meta kien maħsub li s-suq intern ikun imwaqqaf kompletament, għad baqa' differenza bejn il-viżjoni ta' ekonomija integrata fl-UE u r-realtà esperjenzata miċ-ċittadini Ewropej u persuni Ewropej li jipprovdu s-servizzi;

1.4

jagħti l-appoġġ tiegħu biex tinħoloq struttura legali li permezz tagħha jkunu eliminati l-ostakli u l-ostakoli li għadhom ifixklu l-libertà għat-twaqqif ta' persuni li jipprovdu s-servizzi u l-moviment ħieles tas-servizzi bejn l-Istati Membri. Kemm dawk li jipprovdu s-servizzi kif ukoll dawk li jirċevuhom għandhom jingħataw iċ-ċertezza legali li jeħtieġu biex ikun żgurat li l-libertà għat-twaqqif ta' persuni li jipprovdu servizz u l-moviment ħieles tas-servizzi jkunu eżerċitati bħala drittijiet fundamentali;

1.5

jaqbel illi d-Direttiva għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-pajjiż ta' l-oriġini. Dan ifisser li fil-bidu dawk li jipprovdu servizz ikunu suġġetti biss għal-liġijiet ta' l-Istat Membru li fih ikunu mwaqqfa. Dan il-prinċipju jassumi li jkun hemm livell komparabbli ta' protezzjoni f'kull Stat Membru, jiġifieri, li d-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa, dwar il-konsumatur u livelli oħra ta' sigurtà huma ġeneralment komparabbli. Essenzjalment il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, li hu l-bażi tas-suq intern għall-moviment ħieles tal-prodotti, se jkun estiż għas-settur tas-servizzi;

1.6

iqis bħala importanti li l-persuni li jipprovdu servizz jingħataw l-opportunità li jidħlu fi swieq ta' Stati Membri oħra b'termini li huma familjari magħhom;

1.7

madankollu jirrimarka li l-kontenut u l-iskop ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini mhux definit b'mod ċar fid-Direttiva proposta. L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini jista' jqajjem xi problemi, b'mod partikolari fis-servizzi soċjali u tas-saħħa. Superviżjoni ta' dawn is-servizzi għandha ssir dejjem mill-awtoritajiet ta' dak l-Istati Membru, skond il-liġijiet ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni

1.8

jikkunsidra bħala sensibbli l-proposti għas-simplifikazzjoni fil-prinċipju fl-amministrazzjoni. Il-proposta għas-simplifikazzjoni ta' l-amministrazzjoni u l-użu ta' mezzi elettroniċi biex jitlestew il-proċeduri, huma vitali għat-twaqqif ta' suq ħieles tas-servizzi;

1.9

jikkunsidra bħala importanti li d-Direttiva tistabilixxi regoli għall-għoti reċiproku ta' informazzjoni u komunikazzjoni biex, mill-banda waħda dawk li jipprovdu s-servizzi jingħataw aċċess reali għas-suq komuni, u mill-banda l-oħra, biex il-persuni li jirċievu s-servizzi jkunu jistgħu jużawhom mingħajr riskju fil-komunità kollha;

1.10

jilqa' l-fatt li d-Direttiva proposta hi bbażata fuq il-fiduċja u l-appoġġ reċiproku ta' l-Istati Membri u tipprovdi fost l-oħrajn għal kontrolli konġunti dwar dispożizzjonijiet eżistenti biex ikun żgurat li dawn ikunu kompatibbli ma' l-għan tat-twaqqif ta' suq ħieles tas-servizzi.

2.   Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.1

jagħti l-appoġġ tiegħu għal-livell orizzontali adottat fl-istruttura tad-Direttiva. Dan jagħmilha possibbli li tgħaddi mingħajr dispożizzjonijiet dettaljati u mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha relevanti fl-Istati Membri;

2.2

jenfasizza, però, l-periklu li l-livell orizzontali jista' jikkoinċidi ma' dispożizzjonijiet tal-Komunità li diġà jeżistu dwar setturi speċifiċi;

2.3

jilqa' għalhekk b'mod pożittiv il-fatt li d-Direttiva tagħmel numru ta' derogi ġenerali biex timpedixxi koinċidenzi simili. Dawn id-derogi jikkonċernaw is-servizzi finanzjarji, servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u network ta' komunikazzjoni relatati ma' telecom package, u servizzi fis-settur tat-trasport;

2.4

jiġbed l-attenzjoni, li madankollu, mill-banda l-oħra, fil-prinċipju l-intenzjoni hi li d-Direttiva tapplika b'mod kumulattiv flimkien ma' liġijiet oħra tal-Komunità li diġà jeżistu;

2.5

juri l-biża' tiegħu għalhekk, li b'mod partikolari dispożizzjonijiet li diġà jeżistu f'setturi speċifiċi jistgħu jiddgħajfu b'riżultat ta' dan. Dan għaliex fil-prattika, id-Direttiva proposta se tintuża dejjem f'każijiet li m'humiex koperti b'dispożizzjonijiet speċjali. F'każ ta' dubju wieħed għandu jassumi li d-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu għal setturi speċifiċi diġà jirregolaw dawn l-oqsma b'mod definittiv u/ jew xi punti ta' dettall individwali ma ġewx regolati apposta;

2.6

iħeġġeġ għalhekk biex l-applikazzjoni tad-Direttiva b'mod kumulattiv tkun espressament eskluża f'oqsma li fihom diġà jeżistu dispożizzjonijiet definittivi għal setturi speċjali u speċifiċi. Hu meħtieġ li f'dawn il-każijiet id-Direttiva ma toħloqx dispożizzjonijiet ġodda supplimentari;

2.7

jirrikonoxxi li l-għan ta' l-ippjanar tad-derogi ġenerali mill-prinċipju tal-pajjiż ta' l-oriġni kien biex tkun żgurata l-konsistenza ma' liġijiet diġà eżistenti. Il-prinċipju tal-pajjiż ta' l-oriġni mhux se jkun applikabbli f'setturi tas-servizzi li fihom diġà jeżistu jew qed jiġu ippjanati dispożizzjonijiet speċifiċi għal dak is-settur. Eżempji ta' dawn jinkludu: servizzi postali, provvisti ta' elettriku, gass u ilma, it-tqassim tal-ħaddiema, trasport ta' l-iskart, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, u skemi ta' awtorizzazzjoni dwar ir-rimborżta' spejjeż ta' kura mogħtija fi sptar;

2.8

jinnota li l-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini jista' jippenalizza lil negozjanti onesti u konsumaturi, peress li jagħti lok għall-manipolazzjoni tal-livelli nazzjonali għoljin marbuta mal-kwalifiki professjonali jew mal-kwalità ta' l-għoti tas-servizz. Għalhekk hemm bżonn li l-prinċipju tal-pajjiżi ta' oriġin ma jibqax jintuża sabiex id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkontrollaw l-attività ekonomika jibqgħu jiġu manipulati;

2.9

jinnota wkoll li l-abbozz tad-Direttiva bl-ebda mod ma jirreferi għall-abbozz ta' Direttiva li bħalissa qiegħed jiġi diskuss dwar il-kondizzjonijiet ta' xogħol għall-ħaddiema temporanji (COM(2002) 149);

2.10

jinnota, madankollu, li għalkemm id-Direttiva mhix se tkun applikabbli f'dawn l-oqsma, xorta tistipula dispożizzjonijiet supplimentari li jistgħu jikkonkorru f'uħud minn dawn l-oqsma. Dawn jikkonċernaw b'mod partikolari l-oqsma li ġejjin: ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali li se jkunu miżjuda b'dispożizzjonijiet dwar l-assikurazzjoni professjonali u l-kommunikazzjoni kummerċjali, it-tqassim tal-ħaddiema li se jkun miżjud b'dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn minn affarijet amministrattivi biss, u d-dispożizzjonijiet supplimentari li jkopru r-rimborż tal-ħlasijiet tat-trattament;

2.11

juri l-biża' tiegħu li dan jista' jwassal għal numru ta' dispożizzjonijiet li jikkonkorru ma' xulxin u nuqqas ta' trasparenza;

2.12

iħeġġeġ għalhekk biex ir-regoli tad-Direttiva li jistgħu jitniżżlu wkoll fid-dispożizzjonijiet speċjali eżistenti jew li qed jiġu ippjanati, jiġu inklużi wkoll f'dawn id-dispożizzjonijiet speċjali. B'hekk tiġi evitata l-ħtieġa ta' diskussjoni ta' settur speċifiku matul aktar deliberazzjonijiet dwar din id-Direttiva. Kif urew s'issa n-negozjati dwar din id-Direttiva, il-periklu li jiġri dan diġà ġie innotat f'numru ta' oqsma;

2.13

jara din il-problema ta' konkorrenza ma' dispożizzjonijiet speċjali b'mod partikolari in konnessjoni mad-dispożizzjonijiet proposta dwar it-tqassim tal-ħaddiema;

2.14

jinnota li apparti r-regoli tal-proċedura u r-regoli dwar il-kompetenzi - jekk nitilqu mill-prinċipju tal-pajjiż ta' l-oriġni, l-Istat Membru li jqassam ix-xogħol lill-ħaddiema hu ddikjarat bħala kompetenti - id-Direttiva għandha wkoll aktar dispożizzjonijiet sostantivi li jimxu direttament fuq id-Direttiva preżenti dwar it-tqassim tal-ħaddiema fil-kwadru ta' l-għoti tas-servizzi, u għalhekk iżżid jew tikkonkorri ma' dik id-Direttiva. Il-miżuri li l-Istati Memri jistgħu jieħdu biex jagħmlu l-kontrolli tagħhom huma speċifikati u b'hekk limitati. L-Artikolu 17(5) tad-Direttiva jistpula deroga mill-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini għad-Direttiva dwar l-impjiegi tal-ħaddiema, iżda l-Kumitat jemmen bis-sħiħ bil-projbizzjoni ta' l-impożizzjoni ta' l-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 ta' l-abbozz tad-Direttiva, id-deroga ta' l-Artikolu 17(5) tiġi assurda, dwar il-kwistjoni kif l-Istat Membru ta' oriġini għandu jsir jaf b'xi ksur tar-regoli fl-Istat Membru ta' destinazzjoni. Anke jekk dan ikun possibli, tibqa' l-kwistjoni dwar kif l-Istat Membru ta' oriġini jista' jieħu azzjoni f'pajjiż ieħor li fih ma jkolli l-ebda jedd legali;

2.15

juri li b'riżultat ta' hekk il-periklu li l-kontrolli jkunu inqas effettivi hu b'xi mod rikonoxxut u għalhekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva proposta definittivament għandhom impatt fuq id-Direttiva dwar it-tqassim tal-ħaddiema fil-kwadru ta' l-għoti tas-servizzi;

2.16

jikkunsidra għalhekk bħala importanti l-fatt li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli taħt id-Direttiva dwar it-tqassim tal-ħaddiema fil-kwadru ta' l-għoti tas-servizzi għandhom ukoll jitniżżlu f'dik id-Direttiva sakemm dawn il-kontrolli huma meħtieġa fil-prattika;

2.17

jaħseb li d-Direttiva ma jirnexxilhiex tikkjarafika sa liema punt għandha tapplika fl-oqsma ta' servizzi estremament sensittivi u ta' interess ekonomiku ġenerali. Hu rikonoxxut li servizzi ta' interess ġenerali għandhom ikunu definiti, organizzati, iffinanzjatati u sorveljati mill-awtoritarjiet reġjonali u lokali;

2.18

jinnota li l-inklużjoni tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fil-qasam tas-servizzi ta' applikazzjoni tad-Direttiva u l-għan li jiġu żviluppat aħjar suq uniku u l-garanzija ta' zona ħielsa minn fruntieri interni għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali wkoll jistgħu inqassu l-libertà ta' azzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, reġjonali u lokali;

2.19

jilqa' għalhekk espressament b'mod pożittiv il-fatt li f'diskussjonijiet li saru s'issa dwar id-Direttiva, il-Kummissjoni spjegat li d-Direttiva bl-ebda mod m'hi immirata lejn il-karatteristiċi speċjali ta' servizzi ta' interess ġenerali u lanqas hi intenzjonata li tilliberalizza jew tneħħi l-monopolji;

2.20

jinnota li s'issa, madankollu, dan il-punt m'hux imsemmi fid-Direttiva innifisha;

2.21

jitlob għalhekk li dan il-punt ikun rettifikat u bħala prinċipju s-servizzi ta' interess ġenerali għandhom ikunu esklużi mill-iskop tad-Direttiva (u mhux biss parzjalment mill-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta' l-oriġni), sabiex jitwarrbu kull diskussjonijiet meta jasal iż-żmien ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva. B'hekk tkun evitata wkoll il-ħtieġa ta' l-armonizzazzjoni f'dan is-settur fil-futur qrib bl-għajnuna ta' dispożizzjonijiet applikabbli fil-Komunità kollha. Dan jaqbel ukoll mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni kif imfissra fil-Proposta ta' Liġi li saret reċentement dwar servizzi ta' interess ġenerali;

2.22

jenfasizza li f'dan ir-rigward jeħtieġ tingħata attenzjoni speċjali għall-qasam sensittiv tas-saħħa u s-sigurtà soċjali;

2.23

jipproponi li dan il-qasam ta' servizzi ta' interess ġenerali jkun eskluż espressament mill-għan tad-Direttiva. Dan ikun jaqbel ukoll ma' l-intenzjoni tal-Kummissjoni- kif imsemmija fil-White Paper riċenti dwar is-servizzi ta' interess ġenerali- li tippreżenta komunikazzjoni, fl-2005, dwar is-servizzi soċjali u tas-saħħa, minħabba l-importanza speċjali u l-importanza speċjali ta' dawn ta' l-aħħar;

2.24

jinnota li anke f'dan is-settur l-abbozz tad-Direttiva qiegħed joħloq dispożizzjonijiet ġodda li jikkompetu ma' dispożizzjonijiet li diġà jeżistu

2.25

jipproponi, għalhekk, li jekk ikun hemm il-bżonn ta' xi tibdil leġislattiv biex ikunu implimentati każijiet ta' l-ECJ, dawn għandhom jitniżżlu fid-dispożizzjonijiet speċjali; Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 għandhom ikunu mħassra mid-Direttiva;

2.26

jikkunsidra li hu mixtieq li meta ssir referenza għal dispożizzjonijiet oħra, l-isem ta' dik id-dispożizzjoni l-oħra ikun mogħti espressament biex id-Direttiva tkun eħfef għal min jaqraha;

2.27

jenfasizza r-rwol partikolarment importanti ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta. Dawn l-awtoritajiet se jkunu mitluba jagħmlu xogħol konsiderevoli;

2.28

jaħseb li s'issa ma ngħatax każ biżżejjed dwar l-effetti li l-implimentazzjoni tad-Direttiva se jkollha fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Id-Direttiva hi indirizzata għall-Istati Membri, iżda tikkonċerna b'mod partikolari lill-gvernijiet reġjonali u lokali, li se jingħataw l-inkarigu li jimplimentwaha fil-prattika bħala parti mill-proċess amministrattiv;

2.29

jinnota li f'dan ir-rigward jista' jkun hemm problemi fil-bidu dwar il-kompetenzi, fejn l-implimentazzjoni tad-Direttiva fuq livell reġjonali jew lokali tkun teħtieġ strutturi ġodda, proċedura amministrattiva uniformi u kooperazzjoni bejn kulħadd; Regoli bħal dik li tistipula li “l-awtorizzazzjoni għandha tagħti lok lill-provvditur biex ikollu aċċess għall-attività tas-servizz, jew li jagħmel dik l-attività, fuq it-territorju nazzjonali” (Artikolu 10(4)) jew l-istabbiliment ta' punti singolari ta' kuntatt għall-immaniġġjar tal-proċeduri u l-formalitajiet bżonnjużi għall-aċċess ta' attivitajiet ta' servizz (Artikolu 6) huma, per eżempju, f'kunflitt mal-fundamenti kostituzzjonali ta' l-istati federali. Il-Kumitat jinnota li skond it-Trattat kostituzzjonali, l-Unjoni għandha tirrispetta l-identitajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri skond l-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali tagħhom;

2.30

jibża' li l-proċeduri nazzjonali ta' awtorizzazzjoni jaqgħu taħt l-għan tad-Direttiva u għalhekk għandhom ikunu ikkontrollati sabiex ikun żgurat jekk għandhomx jinżammu, jekk għandhomx jiġu eliminati jew jekk hemm bżonn jekk għandhomx ikunu adattati. Madankollu huma żgur għandhom ikunu simplifikati. Tali interferenza kbira mal-liġijiet proċedurali ta' l-Istati Membri mhix proporzjonali. Għalhekk għandu jingħad b'mod ċar li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni assoċjati direttament mal-bidu ta' attività ekonomika jaqgħu taħt l-għan tad-Direttiva. Il-proċeduri kollha stipulati mil-liġi għal raġunijiet kunflittwali ma' l-interess pubbliku-kemm jekk ikunu jikkonċernaw attivitajiet ekonomiċi, kemm jekk le- għandhom ikunu esklużi mill-għan tad-Direttiva;

2.31

juri l-biża' li l-implimentazzjoni tad-Direttiva fuq livell reġjonali u lokali tmur kontra l-miżuri li jitnaqqsu r-regolamenti u l-introduzzjoni ta' amministrazzjoni aktar sempliċi;

2.32

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-implimentazzjoni tad-Direttiva fuq livell reġjonali u lokali ikollha bżonn, iżda f'ammont mhux previst, ta' aktar ħaddiema, kif ukoll, ta' aktar finanzi. Dan japplika b'mod partikolari għall-kooperazzjoni bejn il-fruntieri, għall-bdil ta' informazzjoni elettronika, għat-twaqqif u l-koordinazzjoni ta' punti ta' kuntatt individwali, għall-kontrolli dwar jekk id-dispożizzjonijiet eżistenti humiex kompatibbli ma' l-għanijiet tad-Direttiva, u l-evalwazzjoni reċiproka li ssir aktar tard mill-Istati Membri;

2.33

jinnota li l-Kummissjoni s'issa għadha ma qalet xejn dwar l-investiment totali - u partikolarment dwar in-nefqa finanzjarja. S'issa ngħatat biss ċifra dwar kemm se jkun l-impatt finanzjarju fuq il-Kummissjoni nnifisha (madwar EUR 3.4 miljun);

2.34

jitlob li jsiru l-kalkoli meħtieġa dwar l-impatt rispettiv fuq kull Stat Membru;

2.35

jikkunsidra bħala vitali li jingħata sostenn jew kumpens għall-perjodu transizzjonali. Mingħajr din l-assistenza lill-gvern reġjonali jew lokali, il-pjan tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri transnazzjonali ma jkunx jista' jiġi introdott malajr. Hu ferm importanti li l-awtoritajiet reġjonali u lokali ma jkollhomx iġorru piż żejjed;

2.36

hu konxju mill-problemi ta' kuljum li jistgħu jinqalgħu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali f'dan ir-rigward. Eżempju wieħed hu l-problema tal-lingwa meta wieħed jikkomunika ma' awtoritajiet jew ma' dawk li jipprovdu servizz minn Stati Membri oħra, jew għar-rikonoxximent ta' ċertifikati jew dokumenti oħra maħruġa minn min jipprovdi servizz fi Stat Membru ieħor u għalhekk b'lingwa oħra. L-istess jista' jingħad fil-każ ta' l-użu ta' l-elettronika biex jitlestew il-proċeduri;

2.37

jikkunsidra li hu meħtieġ li tingħata konċessjoni għal problemi prattiċi bħal dawn ukoll, ta' lanqas matul il-perjodu ta' transizzjoni. Per eżempju, jiġu permessi traduzzjonijiet mhux ċertifikati;

2.38

jikkunsidra li fil-futur ikun hemm problemi wkoll marbuta mal-miżuri ippjanati għall-ħarsien tal-kwalità tas-servizzi, u b'mod partikolari ghas-superviżjoni ta' min jipprovdi s-servizzi. Minħabba l-prinċipju tal-pajjiż ta' l-oriġni, tinħass il-biża' li l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-awtoritajiet se tkun l-unika triq biex tittieħed azzjoni kontra persuni li jipprovdu servizzi u li jaqilgħu l-inkwiet, meta jkunu stabbiliti fi Stat Membru ieħor. Dan jista' jwassal għal dewmien żejjed;

2.39

jilqa' b'mod pożittiv id-dispożizzjoni estensiva li saret fid-Direttiva għall-assistenza reċiproka biex jiġu miġġielda dawn il-perikli;

2.40

jitlob il-Kummissjoni biex tagħmel konċessjoni fl-interessi ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali meta flimkien mal-kumitat li għad irid ikun iffurmat, tħejji l-miżuri żejda meħtieġa għall-kontrolli. Jekk jinqalgħu problemi ġodda u li sa issa m'humiex previsti marbuta mal-kontrolli li għandhom isiru meta jasal iż-żmien għall-implimentazzjoni tad-Direttiva, dawn għandhom ikunu solvuti wkoll b'mod prattiku u adegwat;

2.41

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li organizzazzjonijiet professjonali jistgħu jsibu quddiemhom problemi simili bħal organizzazzjonijiet amministrati mill-Istat. Dan japplika b'mod partikolari fil-każ ta' kontrolli ta' dawk li jipprovdu servizz li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom iżda jaħdmu wkoll fi Stat Membru ieħor. Jekk organizzazzjonijiet professjonali jaqdu dmirijiet ta' l-Istat, se jiltaqgħu wkoll ma' problemi li jistgħu jinqalgħu għal awtoritajiet fl-Istati Membri meta tkun implimentata d-Direttiva proposta;

2.42

jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li meta d-Direttiva tkun implimentata l-organizzazzjonijiet professjonali jkunu jistgħu ikomplu jaqdu d-dmirijiet tagħhom mingħajr restrizzjonijiet fil-futur. L-eżistenza preżenti ta' skemi ta' sħubija obbligatorji tfisser li jekk dawk li jipprovdu servizz għandhom l-intenzjoni li jiftħu negozju fi Stat Membru ieħor, huma għandhom jikkuntattjaw direttament lill-organizzazzjonijiet professjonali kompetenti f'dak il-pajjiż. Għalhekk hu importanti, b'rabta mal-ħolqien u t-twaqqif ta' punti ta' kuntatt individwali, li jiġu kkunsidrati r-responsabbilitajiet preżenti u l-allokazzjoni tax-xogħol;

2.43

hu konxju wkoll ta' l-isfidi u ħidmiet ġodda li l-organizzazzjonijiet professjonali se jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom, b'mod partikolari bħala punti ta' kuntatt individwali jew b'rabta mat-tħejjija ta' kodiċi ta' etika ġodda għall-Komunità;

2.44

jitlob, għal din ir-raġuni, lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u kull parti oħra konċernata biex jippreparaw irwieħhom għall-isfidi li se ġġib magħha d-Direttiva l-ġdida;

2.45

iħeġġeġ biex ma jittieħdux passi imnebbħa minn miżuri ta' difiża iżda għandhom jinħatfu l-opportunitajiet li qed jingħataw lil dawk li jipprovdu servizz u liċ-ċittadini ta' kull Stat Membru kif ukoll lis-suq intern in ġenerali.

Brussel, 30 ta' Settembru 2004

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 357 ta' l-14.12.2001, p.65


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/22


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Segwitu għall-proċess ta' riflessjoni fuq livell għoli dwar il-mobilità tal-pazjenti u żviluppi fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: L-immodernizzar tal-ħarsien soċjali għall-iżvilupp ta' livell għoli fil-kura fis-saħħa, għal kura tas-saħħa aċċessibbli u sostenibbli u għal kura fit-tul: appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali li jużaw il-“metodu miftuħ ta' koordinament”

(2005/C 43/07)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Segwitu tal-proċess ta' riflessjoni fuq livell għoli dwar il-mobilità tal-pazjenti u żviluppi fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-immodernizzar tal-ħarsien soċjali għall-iżvilupp ta' kwalità għolja, aċċessibbiltà u sostenibbiltà għal kura tas-saħħa u kura fit-tul: appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali permezz tal-“metodu miftuħ ta' koordinament” (COM(2004) 301 finali u COM(2004) 304 finali),

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta' l-20 t'April 2004, taħt l-Artikolu 265(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, sabiex il-Kumitat jiġi kkonsultat fuq is-suġġett,

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 t'April 2004 sabiex jagħti struzzjonijiet lill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali sabiex tieħu pożizzjoni fuq is-suġġett,

Wara li kkunnsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq l-istrateġija tas-saħħa tal-Komunità Ewropea u l-Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadottaw programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2001-2006) (COM (2000) 285 finali),

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Li jqawwi d-dimensjoni soċjali ta' l-istrateġija ta' Lisbona: li tikkonferma l-koordinazzjoni miftuħa fil-qasam tal-ħarsien soċjali (COM(2003) 261 finali),

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-futur tal-kura tas-saħħa u l-kura għall-anzjani: li tiggarantixxi aċċessibilità, kwalità u vijabilità finanzjarja (COM(2001) 723 finali),

Wara li kkunsidra l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal servizzi fis-suq intern tal-Kummissjoni (COM(2004) 2 finali),

Wara li kkunsidra r-rapport mogħti fid-9 ta' Diċembru 2003 intitolat Proċess ta' riflessjoni ta' livell għoli dwar il-mobilità tal-pazjenti u żviluppi fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' l-opinjoni tiegħu (KtR 153/2004 rev. 1) adottata fis-6 ta' Lulju 2004 mill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali (rapporteur: Sinjura Bente Nielsen, Membru ta' Århus County Council (DK, PES);

ADOTTA L-OPINJONI SEGWENTI

Unanimament waqt il-56 Sessjoni Plenarja tad-29 u t-30 ta' Settembru 2004 (laqgħa tat-30 ta' Settembru).

1.   Ġabra ta' l-opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1

jikkonsidra li, bejnithom, iż-żewġ komunikazzjonijiet dwar Segwitu għal proċess ta' riflessjoni fuq livell għoli dwar il-mobilità tal-pazjenti u żviluppi tal-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea u L-immodernizzar tal-ħarsien soċjali għall-iżvilupp ta' livell għoli fil-kura fis-saħħa, għal kura tas-saħħa aċċessibbli u sostennibbli u għal kura fit-tul: sostenn għall-istrateġiji permezz ta' “metodi miftuħa ta' koordinament” jikkostitwixxu qafas ta' ħidma li jippreżentaw strateġija ġenerali għall-iżvilupp ta' viżjoni maqsuma għall-kura tas-saħħa Ewropea u sistemi ta' ħarsien soċjali. Iż-żewġ komunikazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati flimkien u l-Kumitat tar-Reġjuni isejjaħ għal koordinament parallel ta' aktar xogħol fuq l-inizjattivi u proċessi proposti hemmhekk;

1.2

jenfasizza li strateġija Ewropea konġunta li tistabbilixxi viżjoni maqsuma ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u ta' saħħa Ewropea m'għandiex twassal għal xi estensjoni tal-kompetenza ta' l-UE dwar il-kura tas-saħħa. Viżjoni Ewropea maqsuma għas-sistemi tas-sigurtà soċjali u tas-saħħa ma għandiex twassal għal xi ċaqliq lejn l-armonizzazzjoni jew inizjattivi regolatorji li m'humiex ċari. Il-kura tas-saħħa – u l-organizzazzjoni u l-fondi għaliha – huwa qasam f'idejn u taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri u dan għandu jiġi rispettat. Huwa essenzjali li l-affarijiet jsiru b'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarità;

1.3

jinnota li, f'ċertu Stati Membri, huma l-awtoritajiet reġjonali u lokali li huma responsabbli għas-settur tas-saħħa u l-kura tas-saħħa. Il-Kumitat tar-Reġjuni, u r-reġjuni responsabbli f'dawn iż-żoni, jixtiequ li jkunu involuti fi u jikkontribwixxu għat-twaqqif ta' strateġija Ewropea komuni dwar is-saħħa u għandhom ikunu ta' influwenza fuq l-istrateġija dwar is-saħħa globali fil-Komunità fir-rigward ta' deċiżjonijiet u inizjattivi li jmissu mal-kompetenza u r-responsabbiltajiet ta' awtoritajiet lokali u reġjonali fis-setturi tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa;

1.4

jafda li l-awtoritajiet reġjonali u lokali ser ikunu involuti fl-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi biex tiġi stabbilita strateġija Ewropea maqsuma dwar is-saħħa globali, eżempju fl-iżvilupp ta' indikaturi tas-saħħa u punti ta' referenza. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk iħoss li rappreżentanti ta' awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom joqgħodu fuq il-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Servizzi tas-Saħħa u Kura Medika li għandu jassisti lill-Kummissjoni f'firxa ta' oqsma importanti, li jinkludu l-iżvilupp tad-drittijiet u doveri ta' pazjenti; tqassim ta' kapaċità żejda bejn is-sistemi varji tal-kura tas-saħħa u kooperazzjoni bejn il-fruntieri; identifikazzjoni ta' ċentri Ewropej ta' referenza; u tal-koordinament ta' valutazzjoni ta' teknoloġiji ġodda dwar is-saħħa. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu rrappreżentati f'dan il-grupp;

1.5

iħoss li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-Istati Membri l-ġodda sabiex jilħqu sfidi li jistgħu jinqasmu u prospettivi fil-kura tas-saħħa. Għandha tingħata prijorità ċara għal-appoġġ ta' Stati Membri ġodda għall-iżvilupp ta' miżuri tas-saħħa u titjib fl-istat ta' saħħa tan-nies, sabiex jitnaqqsu d-diskrepanzi u l-iżbilanċ fil-qasam tas-saħħa fl-Unjoni, sabiex, b'mod gradwali jilħqu l-għola livell ta' referenza ta' l-UE.

Mobilità tal-pazjenti u żviluppi fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea (COM(2004) 301 finali)

2.   L-opinjonijiet u rakkomandazzjoniiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.1

bi pjaċir jara li l-Kummissjoni tagħraf li, sabiex tilħaq il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien fis-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni tal-politika u ta' l-attivitajiet Ewropej kollha (Artikolu 152(1) tat-Trattat), huwa meħtieġ li jiżdied l-involviment ta' l-awtoritajiet politiċi responsabbli għas-saħħa, sistemi ta' saħħa u kura tas-saħħa. Huwa importanti ħafna li jiġi assigurat li l-impatt ta' l-inizjattivi tal-Komunità għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni ta' impatt ġenerali ta' politika ġdida u li valutazzjoni ta' dan it-tip għandha tikkunsidra r-relazzjoni bejn ir-regoli tal-Komunità u l-implikazzjonijiet fuq is-sistemi tas-saħħa ta' l-Istati Membri u l-għanijiet ta' politika dwar saħħa nazzjonali. Billi s-saħħa, is-sistemi ta' saħħa u l-kura tas-saħħa f'ħafna Stati Membri jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda li għandhom ikunu nvoluti l-livelli reġjonali u lokali;

2.2

jikkonsidra – għalhekk – li hu ta' importanza vitali li jiġi ċċarat l-impatt tad-drittijiet taċ-ċittadini taħt il-liġi tal-Komunità sabiex isir tfittix tal-kura tas-saħħa fi Stati Membri oħra u li jiġu rimborsati għal dik il-kura mogħtija fi Stat Membru ieħor kif stabbilit fil-proposta għal Direttiva fuq servizzi fis-suq intern, u fir-Regolament 1408/71 fuq il-koordinament ta' skemi soċjali;

2.3

jistaqsi jekk, meta titqabbel il-kura tas-saħħa u l-forniment tas-servizz kif stabbilit fid-direttiva tas-servizzi proposti, il-Kummissjoni għandha taċċerta li l-kura tas-saħħa ma ssirx prodott tas-suq immexxi bil-prospett ta' qliegħ ekonomiku imma, b'kuntrast, li tkun msejjsa fuq kriterji mfassla biex jikkunsidraw is-saħħa ta' l-individwu, mod ta' trattament u l-kwalità ta' ħajja;

2.4

jirrakkomanda li, fix-xogħol tiegħu biex iwassal u jtejjeb it-tagħrif dwar id-drittijiet taċ-ċittadini taħt il-liġi tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tilqa' d-dritt ta' Stati Membri individwali li jistabbilixxu drittijiet u obbligi rigward is-sistema għall-kura tas-saħħa li jaqgħu taħt l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom u l-kondizzjoniiet varji li japplikaw għal servizzi differenti taħt sistemi ta' assigurazzjoni tas-saħħa ta' l-Istati Membri;

2.5

jikkonsidra wkoll li hija biss kwistjoni li jiġu assigurati d-drittijiet taċ-ċittadini taħt il-liġi tal-Komunità u li jiġi pprovdut tagħrif pubbliku fuq is-suġġett. Aktar konsiderazzjoni għandha tingħata għal possibilità li tiġi żgurata sistema responsiva u aċċessibli ta' forniment li tippermetti l-gruppi kollha ta' pazjenti sabiex jagħmlu użu tad-drittijiet u għażliet disponibbli. Dan jiżgura li gruppi ta' pazjenti vulnerabbli bħalma huma anzjani mingħajr ebda konnessjonijiet soċjali u dawk li huma mentalment morda huma f'pożizzjoni li jitolbu ħarsien għad-drittijiet tagħhom taħt il-liġi tal-Komunità. Sabiex dan isseħħ, huwa essenzjali, pereżempju, li tagħrif għandu jkun disponibbli kull meta l-pubbliku jkollu bżonnu u li dan it-tagħrif għandu jkun segwit b'parir kompetenti fl-Istati Membri individwali;

2.6

jistaqsi li, fl-iżvilupp ta' inizjattivi magħmula biex jassiguraw it-tqassim bejn il-fruntieri ta' kapaċità żejda u kura tas-saħħa – kif ukoll fir-regoli Ewropej fuq l-għarfien ta' kwalifiċi professjonali u fil-proċess dejjem għaddej ta' simplifikazzjoni – għandu jingħata kas f'dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li l-inizjattivi ma jkollhomx impatt negattiv fuq id-distribuzzjoni xierqa ta' personal mediku u tal-kura tas-saħħa bejn l-Istati Membri għad-detriment, pereżempju, ta' l-Istati Membri ġodda;

2.7

huwa kuntent illi l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza ta' valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa ġenerali strutturali li tista' tagħti bażi soda għall-evalwazzjoni u dokumentazzjoni ta' tagħmir relatat mas-saħħa, prodotti u tekniki;

2.8

iħoss f'dan ir-rigward li kooperazzjoni fil-livell Ewropew bil-għan ta' skambju ta' esperjenza, tibdil ta' konoxxenza u arranġamenti simplifikati relatati ma' żviluppi fit-teknoloġija tas-saħħa jistgħu jagħtu valur miżjud ċar lill-Istati;

2.9

jikkonsidra li aċċess għal standards għolja ta' data u tagħrif affidabbli huwa kruċjali għal xi ċaqliq li Stati Membri jistgħu jagħmlu biex jistabbilixxu l-aħjar prattika u standards paragunabbli, u għalhekk huwa wkoll kondizzjoni għall-implimentazzjoni ta' ħafna mill-inizjattivi proposti. Il-qafas ta' ħidma meħtieġa għal sistema ta' data u tagħrif Ewropew għandu, kif tafferma l-Kummissjoni, jiġi stabbilit b'kooperazzjoni ma' partijiet oħra fil-qasam u għandu jiġi kkoordinat ma' l-inizjattivi ta' l-OECD u tal-WHO u ħidma f'dan is-settur. Jiddependi mill-Istati Membri individwali li jimplimentaw miżuri u li jdaħħlu fis-seħħ skemi ġodda fid-dawl ta' data u tagħrif paragunabbli;

2.10

jaħseb li l-Kummissjoni għandha tagħmel iżjed biex tiżgura li l-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli għal sistemi tas-saħħa u ta' kura tas-saħħa jkunu nvoluti aktar fil-grupp stabbilit għal din il-kwistjoni.

L-immodernizzar tal-ħarsien soċjali għall-iżvilupp ta' livell għoli fil-kura fis-saħħa, għal kura tas-saħħa aċċessibbli u sostennibbli u għal kura fit-tul: appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali li jużaw il-“metodu miftuħ ta' koordinament”. (COM(2004) 304 finali)

3.   L-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

3.1

jilqa' l-għan globali tal-Kummissjoni f'din il-komunikazzjoni, iġifieri li tiddefinixxi qafas ta' ħidma komuni li jsostni lill-Istati Membri fir-riforma u żvilupp fil-kura tas-saħħa u kura fuq perjodu ta' żmien twil, li għaliha tagħmel tajjeb is-sistema ta' ħarsien soċjali, permezz tal-“metodu miftuħ ta' koordinament”;

3.2

jista' jagħti appoġġ għat-tliet għanijiet ġenerali: aċċessibbiltà għall-kura minn kulħadd, fuq il-bażi ta' sens ta' ġustizzja u solidarjetà, forniment ta' kura ta' saħħa ta' livell għoli u assigurazzjoni tas-sostenibbiltà ta' din il-kura;

3.3

isib li fit-twaqqif ta' qafas ta' ħidma komuni ġenerali u l-assigurazzjoni ta' l-għanijiet ġenerali jkun jista' jgħin biex jilqa' għall-isfidi futuri bħalma huma tixjiħ demografiku, problemi persistenti ta' aċċessibbiltà kif karatterizzati b'aċċess inugwali għall-kura u għas-servizzi tas-saħħa, żbilanċ bejn il-forniment ta' servizzi ta' kwalità u ħtiġjiet pubbliċi, u żbilanċ finanzjarju f'ċertu sistemi;

3.4

jenfasizza li l-proċess għat-tfassil ta' kriterji ta' indikaturi u punti ta' referenza għandhom jitwettqu fir-rispett sħiħ tar-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri għall-forniment u għall-organizzazzjoni ta' kura tas-saħħa u għandu jingħata kas tal-kondizzjonijiet varji u diverġenti fl-Istati Membri individwali; Hu ferm importanti li dawn l-indikaturi jużaw kemm jista' jkun tagħrif li diġà hu aċċessibbli. Hemm ir-riskju li numru eċċessiv ta' indikaturi jistgħu joħolqu livelli mhux aċċettabbli ta' xogħol żejjed fuq livell lokali u reġjonali;

3.5

jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-kura tas-saħħa u servizzi f'ħafna Stati Membri jiġu amministrati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, li, iktar minn hekk, spiss ikollhom responsabilitajiet kbar fl-oqsma ta' l-edukazzjoni dwar is-saħħa u l-kura tas-saħħa preventiva u tas-servizzi ta' kura fid-djar, li jservu biex jevitaw jew inaqqsu l-bżonn ta' faċilitajiet ta' kura residenzjali, bħala parteċipanti essenzjali u b'mod konformi mal-prinċipji ta' mod miftuħ ta' koordinament, għandhom jiġu involuti fit-tfassil ta' pjanijiet t'azzjoni nazzjonali u t-twaqqif ta' indikaturi u ta' kriterji ta' referenza;

3.6

jenfasizza li xi wħud mill-indikaturi mfassla għandhom jirrelataw mal-kwalità, billi huwa diffiċli għal indikaturi strettament kwantitattivi li jkopru 'l hekk imsejħa valuri “femminili”, bħall-kura għal anzjani u l-forniment ta' kwalità għolja ta' ħajja. Il-kwalità tal-kura tas-saħħa m'għandiex għalhekk tidher biss f'termini ta' spejjeż-benefiċċji imma wkoll f'termini tal-firxa ta' servizzi differenti li toffri;

3.7

jixtieq, barra minn hekk, li jqajjem il-punt li t-twaqqif ta' dawn l-indikaturi u l-implimentazzjoni ta' kriterji ta' referenza b'mod konformi ma' l-użu tal-metodu miftuħ ta' koordinament għandu wkoll jagħti kas tal-punti differenti ta' tluq ta' l-Istati Membri varji;

3.8

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja l-iżvilupp ta' firxa għal skambju ta' esperjenzi u t-tixrid ta' l-aħjar prattika, li hija parti importanti tal-mod miftuħ ta' koordinament;

3.9

tilqa' l-mira fuq is-sinifikat ta' politika oħra għas-saħħa u kura tas-saħħa u tikkonsidra li koordinament aktar fil-qrib ma' proċessi politiċi oħra, bħall-istrateġija ta' l-impjieg, ser tkun importanti biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa għalhekk kuntent bl-enfażi fuq il-bżonn ta' investimenti f'taħriġ bażiku u addizzjonali għal professjonisti tal-kura tas-saħħa msejjes fuq il-prinċipju ta' tagħlim tul-il ħajja u t-tiswir ta' politika dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-ħolqien ta' xogħol ta' kwalità ogħla. Maż-żmien dan jista' jgħin lill-ħaddiema fis-settur tal-kura tas-saħħa u, forsi, jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ li hu essenzjali sabiex jikkumbattu l-isfidi komuni ta' tixjiħ demografiku u nuqqas ta' ħaddiema.

3.10

jikkonsidra li attenzjoni akbar fuq gruppi emarġinati, bħal persuni anzjani li jinsabu barra l-livelli minimi ta' ħarsien (safety net), minoritajiet etniċi u gruppi bi dħul baxx, huwa ta' importanza ewlenija sabiex jintlaħaq l-għan ġenerali ta' aċċess b'ġustizzja għal kulħadd fil-kura tas-saħħa. F'dan il-kuntest għandhom jittieħdu passi, bħala miżuri ta' salvagwardja għall-isforzi ta' l-Istati Membri stess biex ibiddlu l-affarijiet, billi jiżviluppaw makkinarju t'appoġġ għal dawn il-gruppi emarġinati sabiex inugwaljanzi fis-saħħa jistgħu jiġu mnaqqsa. L-iżvilupp ta' dan il-makkinarju t'appoġġ jinħtieġ l-involviment u l-mobilità ta' kull parti rilevanti.

Brussel, 30 ta' Settembru 2004.

Il-President

tal- Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/26


Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib fis-sigurtà tal-portijiet

(2005/C 43/08)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib ta' sigurtà fil-portijiet (COM(2004) 76 finali – 2004/0031 (COD);

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 2004 sabiex jikkonsultah fuq dan is-suġġett, skond l-ewwel Premessa ta' l-Artikolu 265 u ta' l-Artikolu 80 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-president tiegħu tal-27 ta' Jannar 2004 sabiex jagħti struzzjonijiet lill-Kummissjoni tiegħu għall-Politika ta' Koeżjoni Territorjali sabiex tfassal opinjoni fuq dan is-suġġett;

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' l-opinjoni tiegħu (CdR 163/2004 rev.1) adottata fis-7 ta' Lulju 2004 mill-Kummissjoni għall-Politika dwar il-Koeżjoni Territorjali (rapporteur: Is-Sur Anders Knape, Kummissarju Muniċipali, SE/EPP)

Billi:

(1)

Atti kontra l-liġi u t-terroriżmu huma fost l-akbar theddid għall-ideali tad-demokrazija u tal-libertà u għal valuri tal-paċi, li huma l-qalba ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Is-sigurtà tan-nies, infrastruttura u tagħmir, inklużi l-mezzi tat-trasport, f'portijiet kif ukoll f'żoni ta' madwarhom rilevanti għandhom jiġu protetti kontra atti li jmorru kontra l-liġi u l-effetti devastanti tagħhom. Protezzjoni bħal din jibbenefikaw minnha kemm l-utenti tat-trasport, kif ukoll l-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali.

(3)

Nhar [Jum/Xahar/2003], il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea adottaw ir-Regolament (KE) Nru. 725/2004 dwar is-sigurtà marittima. Il-miżuri mtejjba ta' sigurtà marittima imposti b'dan ir-Regolament jikkostitwixxu parti biss mill-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħaq livell adekwat ta' sigurtà matul il-ktajjen tat-trasport konnessi ma' xulxin b'mod marittimu. Ir-Regolament huwa limitat fl-iskop għal miżuri ta' sigurtà abbord bastimenti u l-madwar tal-bastiment/port.

(4)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' l-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali u miżuri li jistgħu jittieħdu fuq il-bażi ta' Titlu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għan tas-sigurtà deskritt fil-Premessa 2 għandu jintlaħaq billi jiġu adotatti miżuri addattati fil-qasam tal-politika tal-port li tistabbilixxi standards konġunti għall-istabbiliment ta' livell ta' sigurtà tal-port suffiċjenti madwar il-portijiet kollha tal-Komunità.

(5)

Stati Membri għandhom jiddependu fuq valutazzjoniijiet ta' sigurtà dettaljati sabiex jidentifikaw il-limiti eżatti taż-żona tal-port rilevanti għas-sigurtà, u jiddeċiedu l-miżuri differenti meħtieġa sabiex tiġi żgurata sigurtà addattata tal-port b'kunsiderazzjoni ta' l-opinjoni ta' l-organi lokali u reġjonali involuti. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu differenti skond il-livell ta' sigurtà fis-seħħ u għandhom jirriflettu differenzi fil-profil tar-riskju ta' sub-żoni differenti fil-port.

(6)

L-Istati Membri, jew jekk jixraq, l-awtoritajiet lokali jew reġjonali, għandhom jistabbilixxu pjanijet ta' sigurtà tal-port li jimplimentaw sewwa r-riżultati tal-valutazzjoni ta' sigurtà tal-port. It-tħaddim b'mod effiċjenti tal-miżuri ta' sigurtà jeħtieġ ukoll tħaddim regolari tal-miżuri. Iż-żamma ta' diviżjoni ta' dmirijiet u proċeduri ta' tħaddim fil-formatt tal-pjan ta' sigurtà tal-port huwa meqjus li jikkontribwixxi b'mod qawwi għall-effettività ta' kemm il-miżuri ta' prevenzjoni kif ukoll ta' miżuri rimedjali ta' sigurtà tal-port.

(7)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li punt fokali nazzjonali jaġixxi bħala punt ta' kuntatt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(8)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni. Għandha tiġi definita proċedura għall-addattament tad-Direttiva sabiex tagħti kas ta' l-iżviluppi fi strumenti internazzjonali u, fid-dawl ta' l-esperjenza, sabiex taddatta jew tikkumplimenta d-dispożizzjoniet dettaljati ta' l-Annessi għad-Direttiva, mingħajr ma jitwessa' l-iskop tagħha.

(10)

Minħabba li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, iġifieri l-introduzzjoni bbilanċjata u l-applikazzjoni ta' miżuri xierqa fil-qasam tat-trasport marittimu u tal-politika tal-port, ma jistgħux jintlaħqu tajjeb mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, għal raġunijiet ta' l-iskala Ewropea ta' din id-Direttiva, jintlaqħu aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-priniċipju tal-proporzjonalità stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-istandards konġunti bażiċi meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-sigurtà tal-port u ma tmurx 'l hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak il-għan,

adotta l-opinjoni segwenti waqt il-56 Sessjoni Plenarja tad-29 u t-30 ta' Settembru 2004 (laqgħa tat-30 ta' Settembru).

1.   Opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jaqsam l-opinjoni li l-atti kontra l-liġi u t-terroriżmu huma fost l-akbar theddid għall-ideali tad-demokrazija u l-libertà u għall-valuri tal-paċi, li huma l-qalba ta' l-Unjoni Ewropea;

jinnota li t-terroriżmu u l-atti kriminali simili huma transnazzjonali fin-natura u, bħala tali, għandhom jiġu indirizzati billi jiġu wżati miżuri transnazzjonali. Ġeneralment mhuwiex possibbli li jiġi kkwantifikat jew stmat it-theddid terroristiku kontra l-portijet jew infrastrutturi oħra biss minn perspettiva lokali jew reġjonali;

jikkunsidra li l-protezzjoni kontra attakki terroristiċi u attivitajiet kriminali oħra hija b'mod ewlieni l-kompetenza nazzjonali u li l-Istati Membri għandhom għalhekk iġarrbu kemm ir-responsabbiltà finanzjarja u totali għall-miżuri meħuda deċiżi fuq livell nazzjonali u tal-Komunità. Kwalunkwe miżuri adottati sabiex titjieb is-sigurtà kontra atti kriminali għandhom jiġu mkejjla kontra t-theddid li jista' jseħħ fuq portijiet individwali. Iżda, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom jiġu mfassla pjanijiet ta' protezzjoni tal-port fuq livell lokali u reġjonali;

jinnota li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-titjib tas-sigurtà tat-trasport marittimu (COM(2003) 229 finali) fiha proposta għall-potezzjoni ta' bastimenti u tal-madwar tal-bastiment/port, u li fil-preżent, il-proposta għaddejja minn proċedura leġislattiva;

jemmen li s-sigurtà tal-port sejra titjieb ukoll bil-miżuri ta' sigurtà għall-bastimenti u l-portijiet li għalihom hemm provdut fil-Konvenzjoni SOLAS emendata, il-Kodiċi ISPS u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 725/2004. Iżda, r-Regolament japplika biss għal dik il-parti tal-port li tirrapreżenta l-madwar tal-bastiment/port, iġifieri t-terminal;

jirrikonoxxi li għal xi portijiet jista' jkun hemm bżonn ta' aktar sigurtà, kemm għall-portijiet kif ukoll għall-koordinazzjoni bejniethom, ladarba jkun ġie implimentat u evalwat ir-Regolament (KE) Nru. 725/2004. Il-ħtieġa għal protezzjoni testendi għal nies li jaħdmu jew li jgħaddu mill-portijiet, infrastruttura u tagħmir, inkluż il-mezz tat-trasport. Il-Kumitat tar-Reġjuni jinnota li l-IMO u l-ILO fil-preżent qegħdin jistabbilixxu Kodiċi tal-Prattika għas-sigurtà tal-port;

jikkunsidra li l-miżuri mtejjba ta' sigurtà u ta' tbaħħir li għalihom hemm provdut fir-regolamenti u fid-Direttivi għandhom ikunu effettivi mingħajr ma jkunu jeħtieġu ebda riżorsi finanzjarji jew ta' personal addizzjonali milli ggarantiti mil-lat ta' sigurtà u ta' protezzjoni, u jingħata kas partikolari għad-daqs, post ġeografiku u għall-attivitajiet tal-portijiet;

jikkunsidra li kwalunkwe regolament ta' l-attività, miżuri u monitoraġġ għandhom ikunu jaqblu mat-theddida mirċieva u li l-ħtieġa għal network ta' trasport effiċjenti, kompetittiv, li jirriżulta f'attività akbar tat-tbaħħir u li teħles modi oħra ta' trasport;

jikkunsidra li l-awtorizzazzjoni ta' l-istima tal-pjanijiet taħt id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu ggarantiti permezz ta' spezzjonijiet immonitorjati mill-Istat Membru individwali;

jikkunsidra li d-definizzjoni ta' port jew tal-madwar ta' bastiment/port għandha tiġi estiża sabiex tkopri t-terminal, u żoni bħal ankoraġġ, rmiġġ u kanali li jagħqdu mal-baħar, u kwalunkwe żoni ta' ħżin tal-merkanżija li għandhom ikunu inklużi fiż-żona tal-port;

jikkunsidra li l-portijiet interni għandhom jitqiesu bħala eċċezzjoni

iħaddan l-opinjoni li, minħabba l-attivitajiet varji tal-portijiet tal-Komunità, Direttiva tipprovdi l-aħjar mezz sabiex tinkiseb il-flessibbiltà meħtieġa u livell komuni ta' sigurtà fil-port;

jaf li diġà qegħdin jitħaddmu numru ta' sistemi ta' sigurtà tal-portijiet fl-Istati Membri u li huwa possibbli li jinżammu miżuri u strutturi ta' sigurtà eżistenti sakemm ikunu jikkonformaw mar-regoli tad-Direttiva.

1.1   Kontenut tad-Direttiva ta' sigurtà tal-port

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1.1

li hemm bżonn li l-proċeduri ta' sigurtà kontra t-terroriżmu jiżdiedu permezz ta' miżuri ta' sigurtà meħuda mill-intrapriżi tal-qafas portwarju li jistgħu jkunu mira ta' attentati terroristiċi, per eżempju, l-imħażen taż-żejt, il-fabbriki ta' prodotti komiċi u l-fabbriki ta' fertilizzanti.

1.1.2

jikkunsidra li l-Istati Membri individwali, f'konsultazzjoni ma' l-entitajiet lokali u reġjonali u mar-rappreżentanti tal-port involuti, għandhom jistabbilixxu l-ħtieġa għal u l-iskop ta' xi miżuri;

1.1.3

jikkunsidra li l-għażla bejn il-livelli varji ta' sigurtà bbażati fuq theddid normali, għoli jew imminenti mhiex kwistjoni għall-awtoritajiet tal-port iżda hija orizzontali fin-natura.

1.2   Prinċipji ġenerali

1.2.1

jenfasizza l-importanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni tat-Trattat Kostituzzjonali li għadu kif ġie adottat u l-protokoll ta' sussidjarjetà.

1.2.2

jikkunsidra pożittiva li l-proposta tibni fuq l-istess struttura ta' sigurtà bħal ma hemm fir-Regolament (KE) Nru 725/2004, li biha tista' tiġi stabbilita sistema ta' sigurtà, fejn ikun hemm bżonn, li tinkludi l-katina sħiħa tat-trasport marittimu, mill-bastimenti, il-madwar tal-bastiment/port u tal-portijiet għall-madwar/viċinità taż-żona tal-port;

1.2.3

jilqa' l-fatt li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-fruntieri li fihom għandha tapplika d-Direttiva fir-rigward tal-portijiet tagħhom. Dan għandu jiġi deċiż f'konsultazzjoni mal-korpi reġjonali u lokali konċernati. Għandha ssir valutazzjoni tar-riskju/ħtieġa sabiex jiġi stabbilit liema portijiet jeħtieġu titjib fil-miżuri ta' sigurtà;

1.2.4

jilqa' wkoll il-fatt li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu żvilppati valutazzjonijet ta' sigurtà tal-port u pjanijiet ta' sigurtà tal-port proprji u kwalunkwe tibdil għalihom, u għandhom jaħtru awtorità ta' sigurtà tal-port. Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jitħalla f'idejn l-Istati Membri individwali, f'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet u korpi lokali u reġjonali involuti, sabiex jistabbilixxu l-ħtieġa għal stimi, pjanijiet u awtoritajiet, li jagħtu kas tal-valutazzjoni ta' l-Istat Membru individwali tat-theddida u s-sitwazzjoni lokali u reġjonali;

1.2.5

jilqa' l-proposta li jinħatar uffiċjal tas-sigurtà għal kull port individwali sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa għall-istabbiliment, aġġornament u segwiment ta' l-istimi u pjanijiet ta' sigurtà tal-port kif ukoll ta' pjanijiet tas-sigurtà maħsuba għall-intrapriżi li jinsabu fil-qrib li l-Istati Membri individwali, f'konsultazzjoni ma' l-uffiċjal tas-sigurtà, iqisu neċessarji, u għall-ħatra ta' punti fokali fl-Istati Membri sabiex tiġi pprovduta l-komunikazzjoni neċessarja kemm għal Stati Membri oħra u għall-Kummissjoni;

1.2.6

ma jarax il-ħtieġa għal ħtieġa ġenerali ta' kumitat ta' sigurtà għal kull port, minħabba li dawn għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-ħtieġa attwali;

1.2.7

jikkunsidra li l-ħtiġijiet minimi proposti għall-valutazzjoni u pjanijiet ta' sigurtà u għall-proċeduri ta' spezzjoni sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà tal-port għandha tkun fil-forma ta' parir ġenerali u rakkomandazzjonijiet milli fil-forma ta' regolamenti;

1.3   Konsiderazzjonijiet legali

1.3.1

jikkunsidra li l-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adotatti skond id-Direttiva għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri individwali. Minħabba li bosta mill-Istati Membri diġà għandhom leġislazzjoni adekwata, ma hemm, b'mod ġenerali, ebda ħtieġa għal aktar dispożizzjonijiet legali kriminali.

1.4   Valutazzjoni ta' l-impatt

1.4.1

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tistma b'mod attent l-implikazzjonijiet ta' infiq tal-proposta ta' titjib ta' sigurtà tal-port. L-ispejjeż miżjuda mġarrba bħala konsegwenza tad-Direttiva proposta f'termini ta' pjanijiet ta' stabbiliment, tipi varji ta' miżuri, proċeduri ta' monitoraġġ u ta' kontroll eċċ., ħafna minnhom għandhom jiġġarrbu mill-Istati Membri, sabiex jiġi evitat li l-ispejjeż tat-trasport marittimu tal-passiġġieri u tal-merkanzija jsiru tant għoljin li jinkoraġġixxu qlib għal mezzi ta' trasport li jibżgħu inqas għall-ambjent jew li jkunu inqas sikuri.

2.   Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Emenda

Rakkomandazzjoni 1

Premessa (1) a (ġdid)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(1a)

It-terroriżmu u atti oħra kriminali huma transnazzjonali fin-natura tagħhom u, bħala tali għandhom jiġu essenzjalment indirizzati billi jiġu wżati miżuri transnazzjonali. Mhuwiex normalment possibbli li t-theddid kontra portijiet jew infrastrutturi oħra jiġi kkwantifikat u valutat mill-perspettiva lokali u reġjonali.

Konsegwentament, il-protezzjoni kontra l-attakki terroristiċi u attivitajiet kriminali oħra hija b'mod ewlieni, l-kompetenza nazzjonali u l-Istati Membri għandhom għalhekk iġarrbu kemm ir-responsabbiltà finanzjarja u totali għall-miżuri ta' sigurtà deċiżi fuq livell nazzjonali u tal-Komunità.

Raġuni

Il-preambolu għandu jiddikkjara b'mod espliċitu li t-terroriżmu u atti kriminali simili huma transnazzjonali fin-natura u bħala tali għandhom jiġu essenzjalment indirizzati billi jiġu wżati miżuri transnazzjonali li għalihom, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà totali. Huwa importanti li l-livell ta' responsabbiltà sabiex tittieħed deċiżjoni regolatorja għandu jkun ukoll responsabbli sabiex jiffinanzjha, sabiex inaqqas ir-riskju ta' regolamentazzjoni żejda u kwalunkwe riperkussjonijiet soċjo-ekonomiċi negattivi. Konsegwentament, jidher li jkun naturali li l-Istat għandu jerfa' wkoll ir-responsabbiltà finanzjarja għal miżuri li jimpedixxu u li jżommu 'l bogħod azzjoni bħal din.

Rakkomandazzjoni 2

Premessa (4)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jinkiseb l-ogħla livell ta' protezzjoni possibbli għall-industriji marittimi u tal-port, għandhom jiġu introdotti miżuri ta' sigurtà tal-post. Dawn għandhom imorru 'l hinn mill-madwar tal-bastiment/port u għandhom ikopru l-port kollu b'hekk jipproteġu kemm iż-żoni tal-port kif ukoll jiżguraw bil-miżuri ta' sigurtà meħudin fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 725/2004, iż-żoni tal-madwar ukoll jibbenefikaw minn sigurtà mtejjba. Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għal dawk il-portijiet kollha li fihom tinsab faċilità waħda tal-port jew aktar li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru. 725/2004.

Sabiex jinkiseb l-ogħla livell ta' protezzjoni possibbli għall-industriji marittimi u tal-port, għandhom jiġu introdotti jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri ta' sigurtà tal-post. Huma Miżuri bħal dawn għandhom imorru 'l hinn mill-madwar tal-bastiment/port u għandhom ikopru l-port kollu b'hekk jipproteġu kemm iż-żoni tal-port kif ukoll bil-miżuri ta' sigurtà meħudin fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 725/2004, iż-żoni tal-madwar ukoll jibbenefikaw minn sigurtà mtejjba. Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għal dawk il-portijiet kollha li fihom tinsab faċilità waħda tal-port jew aktar li L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema faċilitajiet tal-port huma koperti bir-Regolament (KE) Nru. 725/2004 jeħtieġu aktar miżuri.

Raġuni

Jista' jkun hemm bżonn li fit-tieni fażi jiġu introdotti miżuri flimkien mar-Regolament (KE) Nru 725/2004, meta l-impatt ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament ikun jista' jiġi stmat. Bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, Stati Membri individwali għandhom jistabbilixxu liema portijiet sejrin jiġu effettwati. Mhux bilfors li jkun hemm bżonn ta' miżuri ta' sigurtà addizzjonali mill-portijiet kollha koperti bir-Regolament.

Rakkomandazzjoni 3

Premessa (5) a (ġdid)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Il-miżuri mtejjba ta' sigurtà u ta' tbaħħir li għalihom hemm provdut fir-regolamenti u fid-Direttivi għandhom ikunu effettivi mingħajr ma jkunu jeħtieġu ebda riżorsi finanzjarji jew ta' personal addizzjonali milli ggarantiti mil-lat ta' sigurtà u ta' protezzjoni, u għandu jingħata kas partikolari għad-daqs, post ġejografiku u għall-attivitajiet tal-portijiet.

Raġuni

Sabiex l-inibizzjoni ta' ċirkolazzjonijiet marittimi ta' merkanziji u passiġġieri jiġi evitat, huwa importanti li l-miżuri ta' sigurtà deċiżi jkunu relevanti u bi prezz tajjeb. Inkella, hemm ir-riskju li l-miżuri jista' jkollhom riperkussjonijiet soċjo-ekonomiċi negattivi. Huwa importanti li d-Direttiva għandha tiddikjara b'mod ċar li l-miżuri ta' sigurtà għandhom ikunu bi prezz tajjeb minn perspettiva soċjo-ekonomika.

Rakkomandazzjoni 4

Premessa (8)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(8)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltajiet fis-sigurtà tal-port jiġu rikonoxxuti b'mod ċar mill-partijiet kollha involuti. L-Istati Membri għandhom jimmonitoraw il-konformità mar-regoli ta' sigurtà u għandhom jistabbilixxu awtorità responsabbli ċara għall-portijiet kollha tagħhom, jiffissaw livelli ta' sigurtà, jiżguraw li l-miżuri jiġu kkomunikati, implimentati u kkoordinati tajjeb, u jipprovdu għat-titjib ta' l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà u viġilanza permezz ta' pjattaforma għal parir fi ħdan il-port tal-Komunità.

(8)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltajiet fis-sigurtà tal-port jiġu rikonoxxuti b'mod ċar mill-partijiet kollha involuti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali xierqa. L-Istati Membri għandhom jimmonitoraw il-konformità mar-regoli ta' sigurtà u għandhom jistabbilixxu awtorità responsabbli ċara għall-portijiet kollha tagħhom, jiffissaw livelli ta' sigurtà, jiżguraw li l-miżuri jiġu kkomunikati, implimentati u kkoordinati tajjeb, u jipprovdu għat-titjib ta' l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà u viġilanza permezz ta' pjattaforma għal parir fi ħdan il-port tal-Komunità

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkollhom ir-responsabilità għal xi aspetti tas-sigurtà portwali bħas-saħħa tal-port, l-eżaminazzjoni tal-merkanzija tal-vapur minn uffiċjali tas-saħħa ambjentali u responsabilitajiet ta' kontinġenza ċivili oħra.

Rakkomandazzjoni 5

Premessa (8)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom japprovaw valutazzjonijet u pjanijiet u għandhom jimmonitoraw implimentazzjoni fil-portijiet tagħhom. L-effettività tal-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni għandha tkun is-suġġett ta' spezzjonijiet sorveljati mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom japprovaw valutazzjonijet u pjanijiet u għandhom jimmonitoraw implimentazzjoni fil-portijiet tagħhom. L-effettività tal-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni għandha tkun is-suġġett ta' spezzjonijiet sorveljati mill-Kummissjoni Istat Membru rilevanti u rapportat lill-Kummissjoni.

Raġuni

Il-proposti ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni huma aktar komprensivi milli huwa ggarantit mis-sitwazzjoni preżenti. Miżuri, monitoraġġ u arranġamenti ta' segwiment għandhom ikunu jaqblu mal-ħtiġijiet ta' sigurtà u ta' protezzjoni, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu, b'mod partikolari, id-daqs, il-post ġeografiku u l-attivitajiet tal-portijiet imsemmija. Għandu jkun possibbli li jsir monitoraġġ u spezzjoni fil-livell ta' l-Istat Membru.

Rakkomandazzjoni 6

Artikolu 2(2)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kwalunkwe port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li fih tinsab faċilità waħda tal-port jew aktar li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru. 725/2004.

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kwalunkwe port dawk il-portijiet li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li fih tinsab faċilità waħda tal-port jew aktar li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru. 725/2004 u li l-Istat Membru jikkunsidra li jeħtieġ titjib fis-sigurtà tal-port.

Raġuni

L-emenda hija l-konsegwenza ta' l-emenda għall-Premessa 4. Il-proposta tal-Kummissjoni tkopri kwalunkwe port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li fih tinsab faċilità waħda tal-port jew aktar li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru. 725/2004. Il-Kumitat tar-Reġjuni mhuwiex konvint li hemm bżonn li jiġu adottati miżuri addizzjonali għall-portijiet kollha.

Rakkomandazzjoni 7

Artikolu 3(1)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“Port” jew “port tal-baħar” tfisser żona ta' art u ta' ilma magħmula minn tali xogħlijiet u tagħmir li jippermettu b'mod ewlieni, l-ilqugħ tal-bastimenti, it-tagħbija u l-ħatt tagħhom, il-ħżin tal-merkanzija, ir-riċeviment u l-kunsinna ta' din il-merkanzija, u l-embarkazzjoni u d-disembarkazzjoni tal-passiġġieri.

“Port” jew “port tal-baħar” tfisser żona ta' art u ta' ilma definita u mmarkata mill-Istat Membru u magħmula minn tali xogħlijiet u tagħmir li jippermettu b'mod ewlieni, it-trasport marittimu kummerċjali, u marbut b'mod dirett ma' faċilità tal-port. l-ilqugħ tal-bastimenti, it-tagħbija u l-ħatt tagħhom, il-ħżin tal-merkanzija, ir-riċeviment u l-kunsinna ta' din il-merkanzija, u l-embarkazzjoni u d-disembarkazzjoni tal-passiġġieri.

Raġuni

X'jikkwalifika bħala “żona tal-port” għandu jiġi deċiż fuq bażi ta' każ b'każ u d-definizzjoni ta' “port” ma għandhiex tkun ta' limitazzjoni żejda. L-emenda msemmija fuq tipprovdi lill-Istati Membri bil-flessibblità li huma jeħtieġu sabiex jiddefinixxu u jimmarkaw dawn iż-żoni, mingħajr ma jippermettu li żoni tal-port jiġu estiżi 'l hinn minn proporzjonijiet raġonevoli.

Rakkomandazzjoni 8

Artikolu 5(1)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Stati Membri għandhom jaħtru awtorità ta' sigurtà tal-port għal kull port kopert b'din id-Direttiva. Awtorità ta' sigurtà tal-port tista' tiġi maħtura għal aktar minn port wieħed.

Stati Membri għandhom jiżguraw li jaħtru tinħatar awtorità ta' sigurtà tal-port għal kull port kopert b'din id-Direttiva fuq bażi ta' kriterji uniformi. Tista' tinħatar Awtorità ta' sigurtà tal-port għal aktar minn port wieħed.

Raġuni

Bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandu jkun possibbli għal-livell reġjonali u lokali li jaħtru awtorità ta' sigurtà tal-port. Iżda, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jkollhom ir-responsabbiltà finanzjarja u totali għas-sigurtà tal-port, kif argumentat fir-Rakkomandazzjoni 1.

Rakkomandazzjoni 9

Artikolu 5(3)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-CoR

Stati Membri jistgħu jaħtru 'awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima' taħt ir-Regolament (KE) Nru. 725/2004 bħala awtorità ta' sigurtà tal-port.

Stati Membri jistgħu jaħtru Tista' tiġi maħtura “Awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima”bħala awtorità ta' sigurtà tal-port taħt ir-Regolament (KE) Nru. 725/2004 bħala awtorità ta' sigurtà tal-port.

Raġuni

Bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandu jkun possibbli għal-livell reġjonali u lokali li jaħtru awtorità ta' sigurtà tal-port. L-emenda hija konsegwenza ta' l-emenda għall-Artikolu 5(1).

Rakkomandazzjoni 10

Artikolu 9(1)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għandu jinħatar uffiċjal ta' sigurtà tal-port għal kull port. Kull port għandu jkollu uffiċjal ta' sigurtà tal-port differenti. Portijiet żgħar li jmissu ma' xulxin jistgħu jaqsmu uffiċjal ta' sigurtà.

Għandu jinħatar uffiċjal ta' sigurtà tal-port għal kull port. Kull port għandu jkollu uffiċjal ta' sigurtà tal-port differenti. Portijiet żgħar li jmissu ma' xulxin jistgħu jaqsmu uffiċjal ta' sigurtà.

Xi drabi, l-istess persuna tista' tinħatar bħala uffiċjal għal aktar minn port wieħed anke fil-każ li l-portijiet ma jkunux fejn xulxin, meta, minħabba l-volum baxx ta' attività tagħhom, ma jkunx xieraq li jkollhom uffiċjal tas-sigurtà għalihom. Dan isir bil-garanzija li jintlaħaq livell xieraq ta' sigurtà

Raġuni

B'mod ġenerali, portijiet li jmissu ma' xulxin għandhom ikunu jistgħu jkollhom uffiċjal ta' sigurtà li jkun jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu għat-tnejn li huma, minkejja d-daqs tal-port.

Rakkomandazzjoni 11

Artikolu 10(1)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti kumitati ta' sigurtà tal-port sabiex jipprovdu pariri prattiċi fil-portijiet koperti b'din id-Direttiva, sakemm l-ispeċifiċità tal-port ma trendix il-kumitati żejda.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu, fejn ikun meħtieġ, jistabbilixxu jiġu stabbiliti kumitati ta' sigurtà tal-port sabiex jipprovdu pariri prattiċi fil-portijiet koperti b'din id-Direttiva, sakemm l-ispeċifiċità tal-port ma trendix il-kumitati żejda.

Raġuni

Mhuwiex mistenni li l-portijiet kollha koperti b'din id-Direttiva jkunu jeħtieġu kumitat ta' sigurtà. Probabbli jkunu l-portijiet il-kbar li jkunu jeħtieġu wieħed. Konsegwentament, ir-regola ġenerali għandha tkun dik li ma jkunx meħtieġ kumitat ta' sigurtà u li wieħed jista' jiġi stabbilit biss fejn ikun hemm bżonn.

Rakkomandazzjoni 12

Artikolu 14(2)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sitt xhur wara d-data li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 19, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-punti fokali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13, għandha tagħti bidu għal serje ta' spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet ta' kampjun addattat ta' portijiet, sabiex tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Direttiva. Dawn l-ispezzjonjiet għandhom jagħtu każ tad-data fornuta mill-punti fokali, inkluż ir-rapporti tal-monitoraġġ. Il-proċeduri sabiex ikunu jistgħu jsiru spezzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16 (2).

Sitt xhur wara d-data li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 19, l-Istat Membru Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-punti fokali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13, għandha tagħti għandu jagħti bidu għal serje ta' spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet ta' kampjun addattat ta' portijiet, sabiex tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Direttiva. Dawn l-ispezzjonjiet għandhom jagħtu każ tad-data fornuta mill-punti fokali, inkluż ir-rapporti tal-monitoraġġ. Il-proċeduri sabiex ikunu jistgħu jsiru spezzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16 (2).

Raġuni

L-emenda hija konsegwenza ta' l-emendi għall-Premessa 9.

Rakkomandazzjoni 13

Artikolu 14(3)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-uffiċjali maħtura mill-Kummissjoni sabiex jagħmlu spezzjonijiet bħal dawn bi qbil mal-Premessa 2 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom filwaqt illi juru awtorizzazzjoni bil-miktub maħruġa mill-Kummissjoni u li tispeċifika s-suġġett, l-għan ta' l-ispezzjoni u d-data meta għandha tibda. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf bl-ispezzjonijiet lill-Istati Membri kkonċernati minn żmien qabel.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jaċċetta spezzjonijiet bħal dawn u jiżgura illi l-korpi jew persuni kkonċernati wkoll joqgħodu għal dawn l-ispezzjonijiet.

L-uffiċjali maħtura mill-Kummissjoni sabiex jagħmlu spezzjonijiet bħal dawn bi qbil mal-Premessa 2 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom filwaqt illi juru awtorizzazzjoni bil-miktub maħruġa mill-Kummissjoni u li tispeċifika s-suġġett, l-għan ta' l-ispezzjoni u d-data meta għandha tibda. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf bl-ispezzjonijiet lill-Istati Membri kkonċernati minn żmien qabel.

L-awtorità ta' sigurtà tal-port L-Istat Membru ikkonċernata għandha taċċetta spezzjonijiet bħal dawn u tiżgura illi l-korpi jew persuni kkonċernati wkoll joqgħodu għal dawn l-ispezzjonijiet.

Raġuni

L-emenda hija konsegwenza ta' l-emendi għall-Artikoli 14(2), 14(3) u għall-Premessa 9.

Rakkomandazzjoni 14

Artikolu 14(4)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat, li fi żmien tlett xhur minn meta jirċievi r-rapport, għandu jindika biżżejjed dettalji dwar il-miżuri li ttieħdu sabiex jitranġaw kwalunkwe nuqqasijiet. Ir-rapport u t-tweġibiet għandhom jitwasslu għand il-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 16.

Il-Kummissjoni L-Istat Membru għandu jikkomunika r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet lill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat, li tista' teħtieġ mill-Istat Membru illi jindika, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi jibgħat ir-rapporti, għandu jindika biżżejjed dettalji dwar il-miżuri li ttieħdu sabiex jitranġaw kwalunkwe nuqqasijiet. Ir-rapport u t-tweġibiet għandhom jitwasslu għand il-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 16.

Raġuni

L-emenda hija konsegwenza ta' l-emendi għall-Artikoli 14(2), 14(3) u għall-Premessa 9.

Rakkomandazzjoni 15

Artikolu 17(2)

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kwalukwe personal li jagħmel spezzjonijiet, jew imiss informazzjoni kunfidenzjali fir-rigward ta' din id-direttiva, għandu jkun mistħarreġ għas-sigurtà fuq livell xieraq mill-Istat Membru li tiegħu għandu n-nazzjonalità l-personal konċernat.

Kwalukwe personal li jagħmel spezzjonijiet, jew imiss informazzjoni kunfidenzjali fir-rigward ta' din id-direttiva, għandu jkun mistħarreġ għas-sigurtà fuq livell xieraq mill-Istat Membru li tiegħu għandu n-nazzjonalità l-personal konċernat.

Raġuni

L-emenda hija konsegwenza ta' l-emendi għall-Artikoli 14(2), 14(3), 14(4) u għall-Premessa 9.

Rakkomandazzjoni 16

Test tal-proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Il-Kumitat jipproponi li r-rappreżentanti tas-sigurtà minn portijiet individwali magħżula mill-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna għall-esperjenza ta' skambju.

Raġuni

Il-proposti u l-argumenti mressqa mill-KtR fir-raġunijiet tiegħu għall-emendi għad-direttiva jagħmluha ċara li l-koordinazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà li jestendu lil hinn miż-żona tal-port fejn jidħlu l-vapuri għandha tkun kemm jista' jkun immaniġġjata mill-Istati Membri individwali.

Brussel, 30 ta' Settembru 2004.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/35


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn strateġija tematika dwar l-ambjent urban

(2005/C 43/09)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Lejn strateġija tematika dwar l-iżvilupp urban (COM(2004) 60 finali);

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta' Frar 2004 li tikkonsultah dwar dan is-suġġett, taħt l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau ta' l-10 ta' Frar 2004 li jinkariga lill-Kummissjoni tiegħu għall-Iżvilupp Sostenibbli sabiex tfassal opinjoni dwar dan is-suġġett;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: L-Iżvilupp Urban Sostenibbli fl-Unjoni Ewropea: Qafas ta' l-Azzjoni: (COM(1998) 605 - KtR 115/99 (1));

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Lejn aġenda urbana fl-Unjoni Ewropea (COM(1997)197 - KtR 319/97 (2));

Wara li kkunsidra l-Komunika tal-Kummissjoni dwar Kontroll fuq livell Ewropew (COM(2001) 428 finali);

Wara li kkunsidra il-Protokoll dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tas-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità, mehmuż mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-definizzjoni ta' “żvilupp sostenibbli” fit-Trattat ta' Amsterdam,

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Ewropa Sostenibbli għal Dinja Aħjar: Strateġija ta' l-Unjoni Ewropea għal Żvilupp Sostenibbli (proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew ta' Goteborg) (COM(2001) 264 finali);

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Lejn partnership globali għal żvilupp sostenibbli” (COM(2002) 82 finali);

Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sitt programm ta' azzjoni ambjentali tal-Komunità Ewropea “Ambjent 2010: il-ġejjieni tagħna, l-għażla tagħna – Is-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali”, u l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità 2001 - 2010 (COM(2001) 31 finali – KtR 36/2001 fin (3));

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lil-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ambjent Ewropew u strateġija għas-saħħa” (COM(2003) 338 finali)

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Strateġija dwar il-Biodiversità (COM(1998) 42 finali) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Pjan ta' Azzjoni dwar il-Biodiversità (COM(2001) 162 finali);

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni tiegħu (CdR 93/2004 rev.1) adottata fit-8 ta' Lulju mill-Kummissjoni tiegħu għall-iżvilupp sostenibbli (rapporteur: SinjuraTarras-Wahlberg, membru tal-Kunsill tal-Belt ta' Stokkolma, SE/PES);

BILLI

1)

Madwar 80 % taċ-ċittadini Ewropej jgħixu f'żoni urbani u huwa ċar li ħafna minn dawn għandhom problemi ambjentali serji. Il-problemi ambjentali urbani jolqtu prinċipalment lin- nies li joqgħodu fl-ibliet, imma għandhom ukoll effetti reġjonali negattivi f'dal li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.

2)

Sabiex tittejjeb il-qagħda ambjentali fl-ibliet ta' l-Unjoni Ewropea, huma meħtieġa aktar riżorsi, kif ukoll strateġija flessibli li tqis il-karatteristiċi diversi tal-bliet Ewropej. Din għandha tkun strateġija fit-tul, u kompattibli mal-politika ta' żvilupp sostenibbli ta' l-UE.

3)

Sabiex l-istrateġija tkun effettiva, huwa essenzjali li din tistabilixxi rabta bejn it-titjib ta' l-ambjent urban u opportunitajiet ta' benefiċċju mill-appoġġ ta' l-Unjoni Ewropea f'diversi oqsma politiċi.

4)

L-istrateġija għandha twassal għal integrazzjoni soċjali u kundizzjonijiet ambjentali ġusti fi ħdan l-UE, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet ta' riżorsi tal-pajjiżi u l-ħolqien ta' ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet.

5)

Fid-dawl tal-bidliet fil-kondizzjonijiet urbani u l-prinċipju tas-sussidjarità, l-awtoritajiet lokali għandhom jieħdu r-responsabbiltà ewlenija għat-tfassil tal-miżuri li jridu jiġu adottati f'żona urbana speċifika.

adotta l-opinjoni li ġejja fil- … sessjoni plenarja ta' … (laqgħa ta' …):

1.   Il-fehmiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ġenerali

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1

jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bħala l-ewwel pass lejn strateġija tematika dwar l-ambjent urban, kif kien ġie mitlub fis-Sitt programm ta' azzjoni ambjentali ta' l-UE. L-istrateġija tematika futura se tilgħab rwol importanti fit-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent urban. Għalhekk, huwa kruċjali li jiġi rikonoxxuti s-sehem u r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-istrateġija ta' l-iżvilupp sostenibbli ta' l-UE.

1.2

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ambjent urban huwa settur kumpless. Huwa meħtieġ li l-aspetti ambjentali jiġu mgħaġuna ma' l-aspetti ekonomiċi, eż. il-kompetittività u reġjuni ta' impjieg, u l-aspetti soċjali, eż. is-segregazzjoni u l-integrazzjoni, sabiex jintlaħaq żvilupp sostenibbli f'żoni urbani u fl-agglomerazzjonijiet. L-aspetti kulturali għandhom jiġu inklużi wkoll.

1.3

japprezza d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' ħidma “lejn avviċinament aktar integrat”. Kemm l-istrateġija orizzontali/minn settur għal ieħor (bejn oqsma ta' politika u bejn partijiet differenti) u l-istrateġija vertikali (bejn livelli differenti ta' amministrazzjoni) jinħtieġ li jiġu żviluppati sabiex ikun hemm opinjoni globali ta' żvilupp urban sostenibbli.

1.4

japprezza l-fatt li l-Kummissjoni qed tgħin billi tfassal għanijiet komuni u indikaturi biex jingħata segwitu għall-ambjent urban. Madankollu, huwa importanti li dawn jiswew bħala gwida aktar milli preskrittivi.

1.5

jikkunsidra li hu importanti li l-bliet u l-periferija immedjata u distanti tagħhom ikunu jidhru li huma dipendenti fuq xulxin b'mod reċiproku, jiġifieri skond il-ħsieb tal-ESDP (Perspettiva għall-Iżvilupp Spazjali Ewropew).

1.6

japprezza l-fatt li l-Kummissjoni fi ħsiebha tippromwovi l-edukazzjoni ekoloġikament orjentata u l-iskambji ta' esperjenza u riċerka fil-qasam ta' l-iżvilupp urban.

1.7

jixtieq ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-Karta Urbana Ewropea, adottata mill-Kungress ta' l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali (CLRAE), organu konsultativ tal-Kunsill Ewropew. Il-Karta Urbana tiddeskrivi l-kumplessità taż-żoni urbani.

Ġestjoni urbana sostenibbli

1.8

japprezza l-fatt li l-Kummissjoni qed timmira fl-għoli sabiex tenfasizza l-bżonn għal strateġija strutturata ta' ġestjoni urbana, bil-għan li jiżdied ix-xogħol minn settur għal ieħor, u jiġi ffaċċilitat l-insegwiment u l-istudji komparattivi sabiex jittejjeb l-ambjent urban u ż-żoni fil-qrib.

1.9

jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa għal sistemi ġodda ta' ġestjoni urbana li jkunu strateġiċi u operattivi bejn il-fruntieri amministrattivi f'żona urbana.

Sistemi ta' transport urban

1.10

jesprimi d-dubji tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal żvilupp ta' pjan separat għal sistemi ta' transport urban. Wieħed mill-aktar aspetti importanti ta' l-ambjent urban sostenibbli huwa preċiżament il-fatt li jgħaqqad is-sistemi ta' transport ma' l-iżvilupp ta' l-art, u l-aħjar mod kif dan jista' jinkiseb huwa fuq livell reġjonali u lokali.

1.11

jixtieq iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex ixxerred l-aħjar prattika dwar it-trasport għal dak li għandu x'jaqsam mal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni kemm bejn id-diversi awtoritajiet kif ukoll il-modi differenti ta' transport sabiex it-trasport isir aktar effiċjenti u jnaqqas l-impatt ambjentali.

Bini sostenibbli

1.12

jilqa' il-fatt li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tas-sostenibbiltà ġenerali tal-bini u l-ambjent żviluppat, bħala għodda għall-bini ġdid u r-rinovazzjoni sinifikanti.

1.13

jikkunsidra li l-Kummissjoni m'għandhiex tissupplimenta d-Direttiva 2002/91/KE b'rekwiżiti li m'humiex marbuta mal-prestazzjoni ambjentali relatata ma' l-enerġija. Id-direttiva għandha tiġi implimentata bis-sħiħ fil-leġislazzjoni nazzjonali u għandha tiġi evalwata qabel ma tiġi abbozzata xi proposta oħra.

1.14

japprezza l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu abbozzati programmi ta' bini sostenibbli nazzjonali u jaqbel li x-xerrejja pubbliċi għandhom jinkludu kundizzjoni ta' sostenibbilità fil-proċeduri ta' l-offerti tagħhom għal proġetti komuni.

Disinn urban sostenibbli

1.15

japprezza l-fatt li l-Kummissjoni tħeġġeġ il-ħolqien ta' komunitajiet urbani sostenibbli u l-użu ta' art brownfield fuq l-użu ta' l-art greenfield, sabiex jinkiseb żvilupp urban sostenibbli msejjes fuq belt b'densità għolja.

1.16

ma jirrakkomandax li l-Kummissjoni tfassal linji ta' gwida għall-ippjanar spazjali ta' densità għolja u użu mħallat. Lanqas ma jaqbel mal-proposta li l-Kummissjoni tiddefinixxi l-art brownfield u greenfield jew li tiżviluppa linji ta' gwida oħrajn dwar kwistjonijiet speċifiċi tad-disinn urban. Il-Kumitat tar-Reġjuni jidhirlu li l-ippjanar spazjali jaqa' taħt il-kompetenza nazzjonali, reġjonali u lokali, u li kull pajjiż għandu l-karatteristiċi kulturali u topografiċi tiegħu, tradizzjonijiet ta' kostruzzjoni, eċċ.

2.   Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

2.1

jaċċetta li l-Kummissjoni għandha raġun f'li tipproponi għanijiet ambizzjużi għal ambjent urban aktar sostenibbli. Madankollu, huwa jemmen li r-rwol tal-Kummissjoni hu li tipproponi qafas ta' politika u tiftiehem dwar il-miri li għandhom jintlaħqu iżda m'għandiex tipproponi qafas leġislattiv dwar kif dan għanu jinkiseb.

2.2

jidhirlu li hu importanti, skond il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li l-miżuri kollha ta' l-UE dwar l-ambjent urban huma integrati u bbażati fuq pjanijiet u sistemi ta' immaniġġjar ambjentali eżistenti u jagħtu appoġġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-isforzi tagħhom biex jersqu aktar lejn l-iżvilupp sostenibbli.

2.3

jikkunsidra li s-sistemi ta' immaniġġjar ambjentali għandhom ikunu analizzati b'mod ulterjuri għall-benefiċċji ambjentali tagħhom, u eventwalment jiġu żviluppati għas-settur pubbliku, b'attenzjoni fuq l-iżvilupp sostenibbli f'żoni urbani.

2.4

jidhirlu li hu importanti, skond il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li l-miżuri kollha ta' l-UE dwar it-trasport u/jew mobilità huma integrati u bbażati fuq pjanijiet u sistemi ta' immaniġġjar ambjentali eżistenti u jagħtu appoġġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-isforzi tagħhom biex jersqu aktar lejn l-iżvilupp sostenibbli.

2.5

jidhirlu li pjan ta' trasport urban sostenibbli għadu jkun ibbażat fuq metodu integrat li hu konsistenti mal-politika soċjali, ambjentali u ekonomika fuq livell lokali u reġjonali. Il-livell reġjonali u lokali huwa l-aktar livell approprjat għall-iżvilupp ta' bliet u żoni urbani sostenibbli, u sabiex jiġu kkoordinati l-kwistjonijiet u l-atturi fi strateġija olistika;

2.6

iħeġġeġ l-iżvilupp ta' metodi li jiffaċilitaw l-bidla għal mezzi ta' transport aktar sostenibbli; eżempji ta' oqsma li jeħtieġu li jiġu żviluppati huma l-għodda ta' ġestjoni ekonomiċi, il-ġestjoni tal-mobilità u sistemi ta' transport intelliġenti (STI).

2.7

jirrakkomanda, bħala alternattiva għal-leġislazzjoni, li jiġu żviluppati għodda u metodi li jibnu fuq il-ftehim li jistgħu jħajjru lill-Istati Membri sabiex jaqilbu għall-iżvilupp urban sostenibbli. Il-Kumitat tar-Reġjuni isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tfassal ftehim ta' l-iżvilupp urban, fuq il-bażi ta' l-istess prinċipji, per eżempju, tal-metodu ta' koordinazzjoni miftuħa u l-Karta ta' Ålborg, jew ftehim bejn tlett partijiet. Huwa essenzjali, f'dan ir-rigward, li l-livell reġjonali u lokali jingħata l-influwenza u r-riżorsi meħtieġa sabiex ikun jista' jieħu sehem.

2.8

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa riżorsi għat-tpartit ta' esperjenza u kompetenza permezz ta' netwerks. Ix-xogħol ta' netwerks li sar taħt Interreg IIIC jista' jipprovdi mudell li wieħed jista' jibni fuqu fil-programmi Life u Urban, per eżempju.

2.9

iħares b'mod favorevoli lejn il-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa sabiex jiżviluppaw strateġiji nazzjonali jew reġjonali għall-użvilupp urban sostenibbli. Dawn jistgħu jiġu żviluppati fi strateġiji għall-iżvilupp sostenibbli tal-bliet u l-agglomerazzjonijiet.

2.10

iħares b'mod favorevoli lejn il-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa sabiex jistabbilixxu Punti Fokali nazzjonali jew reġjonali li jipprovdu appoġġ lill-bliet fil-forma ta' informazzjoni, kompetenza u pariri. Dawn il-Punti Fokali għandhom iħarsu l-iżvilupp sostenibbli tal-bliet u l-agglomerazzjonijiet.

2.11

jidhirlu li l-isforzi nazzjonali komprensivi li bosta Stati Membri qegħdin jagħmlu sabiex jippromwovu l-iżvilupp urban sostenibbli f'oqsma bħal ma huma t-tikkettjar ambjentali tal-materjali tal-kostruzzjoni, jew ir-rinnovazzjoni ta' bini qadim li fih materjal li jagħmel il-ħsara lill-ambjent, għandhom jiġu meqjusa qabel ma jiġu mfassla sistemi ġodda. Barra minn hekk, il-Kumitat jidhirlu li l-miżuri ta' armonizzazzjoni meħtieġa sabiex isir adattament għal sistemi ġodda m'għandhomx jinvolvu sforzi doppji, aktar burokrazija jew spejjeż.

2.12

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna mill-proposti tal-Kummissjoni għandhom l-għan li joħolqu standards, sistemi, indikaturi u metodi sabiex ikunu jistgħu jsiru paraguni bejn il-pajjiżi. Il-Kumitat jemmen li huwa ferm importanti li jiġu żviluppati sistemi li ma joħolqux pressjoni fuq ir-riżorsi, u lanqas ma jżidu l-ispejjeż u l-burokrazija għall-awtoritajiet reġjonali u lokali.

2.13

jidhirlu li huwa ferm importanti li l-proposti kollha jkunu flessibbli u sempliċi, meta wieħed iqis il-qagħdiet u l-ħtiġiet tad-diversi pajjiżi.

2.14

jidhirlu li huwa importanti li l-proposti tal-Kummissjoni jippromwovu strateġija li timxi pass b'pass, u ma joħolqu ebda tensjoni bejn il-bliet li jirnexxilhom jimplimentaw il-proposti mal-ewwel u dawk li m'humiex kapaċi jikkonformaw magħhom minnufih.

2.15

jidhirlu li l-Kummissjoni għandha tiċċara xi jfissru “bliet” u “żoni urbani”. Id-definizzjonijiet jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jinħadmu għal kull Stat Membru.

2.16

jenfasizza l-bżonn ta' strateġija tematika li b'mod konsistenti tieħu konsiderazzjoni tar-rabtiet bejn l-ambjent urban u l-intern tal-belt, u li tagħmel dispożizzjoni, fejn meħtieġ, għal ftehim u koperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti taż-żoni konċernati tal-madwar.

Brussel, 30 ta' Settembru 2004.

Il-President

tal- Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 293, 13.10.1999, p.58

(2)  ĠU C 251, 10.08.1998, p.11

(3)  ĠU C 357, 14.12.2001, p. 44.


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/38


Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-protezzjoni ċivili ta' l-Unjoni Ewropea

(2005/C 43/10)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar It-tisħiħ tal-Kapaċità tal-protezzjoni ċivili ta' l-Unjoni Ewropea (COM (2004) 200 final);

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta' Marzu 2004 li tikkonsultah dwar dan is-suġġett, skond l-ewwel paragrafu ta' Artikolu 265 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta' Ġunju 2003 li tawtorizza lill-Kummissjoni ta' Żvilupp Sostenibbli sabiex tħejji opinjoni dwar dan is-suġġett;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar L-immaniġġar u l-konsegwenzi ta' diżastri naturali: ir-rwol tal-politika strutturali Ewropea tat-3 ta' Lulju 2003 (CdR 104/2003 fin) (1);

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/847/KE tad-9 ta' Diċembru 1999li stabbiliet programm ta' azzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili (2000-2004)  (2) ;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Ewratom tat-23 ta' Ottubru 2001li stabbiliet mekkaniżmu komunitarju sabiex jiffaċilità kooperazzjoni msaħħa fl-assistenza tal-protezzjoni ċivili  (3);

Wara li kkunsidra l-inizjattivi tal-Kummissjoni lejn l-aħħar ta' l-2003 biex tadotta l-istrumenti li jimplimentaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792;

Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2003 (PE T5-0373/2003) dwar l-effetti tal-mewġa ta' sħana (2003) u r-rapport tal-Parlament Ewropew (PE-A5-0278/2003) dwar it-titjib tas-sigurtà fuq il-baħar bħala azzjoni wara l-aċċident tal- Prestige;

Wara li kkunsidra l-Artikolu III-184 u Artikolu I-42 ta' l-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kostituzzjoni Ewropea, fejn jinstabu miktubin il-prinċipji fundamentali li jsejsu l-kooperazzjoni u s-solidarjetà fil-qasam tal-protezzjoni ċivili;

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni tiegħu (CdR 241/2003 rev. 1) adottata fit-8 ta' Lulju 2004 mill-Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli (rapporteur: Is-Sur Isidoro Gottardo, Membru tal-Kunsill Reġjonali tal-Friuli Venezia Giulia (IT/EPP);

Billi:

1)

L-prinċipju ta' solidarjetà u ta' assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri f'każ ta' diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea huwa obbligazzjoni fundamentali u morali u prinċipju li fuqu titwaqqaf u tiddefinixxi ruħha komunità internazzjonali;

2)

L-għola prinċipji ta' solidarjetà għandhom ikunu estiżi mill-Unjoni Ewropea lejn il-Pajjiżi Terzi milquta mid-diżastri msemmija hawn fuq, fi struttura ta' kooperazzjoni internazzjonali;

3)

F'dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda f'daqqa ta' vulnerabbiltà għal perikli ta' diżastri kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha. Għalhekk, hu vitali għall-Unjoni Ewropea li tieħu l-passi meħtieġa biex jissaħħu l-koordinazzjoni u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni rapida tal-Kummissjoni;

4)

Sistema ta' protezzjoni ċivili moderna u effettiva hija bbażata fuq żewġ pilastri fundamentali, jiġifieri livell għoli ta' koordinazzjoni u network kumpless mifrux mal-Komunità kollha ta' riżorsi operazzjonali u ta' unitajiet li għandhom il-ħila li jaġixxu b'mod rapidu u speċjalizzati ħafna;

5)

Network wiesa' ta' riżorsi ta' nies u materjal ta' protezzjoni ċivili mifruxa ma' l-Ewropa kollha għas-servizz ta' l-Istati Membri u tar-reġjuni hu essenzjali sabiex ikunu assigurati fuq quddiemnett operazzjonijiet ta' salvataġġ fil-ħin għall-vittmi ta' diżastru, u sabiex riżorsi operattivi ikunu mobilizzati u kkoordinati ma' għajnuna li tasal minn barra z-zona milquta;

6)

Meta l-kapaċità ta' protezzjoni ċivili ta' l-Unjoni Ewropea tkun imsaħħa, il-Komunità għandha tindirizza problemi ta' prevenzjoni b'impenn u determinazzjoni sabiex tillimita, sakemm dan hu possibbli, l-inċidenza ta' diżastri u tnaqqas l-effetti negattivi ta' dawn id-disastri li jisfidaw il-prevenzjoni;

Adotta din l-Opinjoni segwenti b'mod unanimu waqt il-56 sessjoni plenarja miżmuma fid-29 u t-30 ta' Settembru fi Brussel (laqgħa ta' 30 ta' Settembru):

1.   Il-fehmiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1

japprova l-pjan ta' azzjoni stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni sabiex il-kapaċità operattiva ta' l-Unjoni Ewropea tkun imsaħħa fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, bi spirtu ta' solidarjetà u kooperazzjoni; li l-Parlament Ewropew jappoġġa bħala prinċipju li fuqu titwaqqaf komunità internazzjonali;

1.2

hu tal-parir li hemm bżonn li x-xogħol isir minn aspett globali, li jikkunsidra l-ġabra ta' aspetti li jħarsu lis-soċjetà minn inċidenti, bħall-miżuri ta' prevenzjoni, is-servizzi tal-protezzjoni ċivili, u l-miżuri ta' intervent a posteriori

1.3

iqis li l-gvernijiet lokali u reġjonali jiffurmaw qafas strutturali u organizzattiv importanti għall-ħarsien ċivili modern u effettiv fl-Ewropa, minħabba l-poteri leġislattivi u amministrattivi tagħhom, il-kuntatt dirett maċ-ċittadini u r-responsabilità tagħhom għas-sigurtà ta' l-istess ċittadini u għall-wirt reġjonali;

1.4

iqis li l-kapaċità organizzattiva murija mir-reġjuni f'dawn l-aħħar snin meta jkunu involuti f'diżastri naturali, ħruq ta' foresti, aċċidenti fl-industrija jew fit-trasport tista' tipprovdi mudell importanti ta' struttura għall-iżvilupp ta' sistema effiċjenti ta' protezzjoni ċivili moderna Ewropea, bl-abbiltà li tikkoordina l-wasla minn barra ta' riżorsi umani u materjali;

1.5

jemmen li kultura ta' protezzjoni ċivili attiva rabbiet l-għeruq fl-Istati Membri, reġjuni u bliet u żviluppat f'network kumpless mifrux madwar l-Unjoni Ewropea. Hi tinbetf'livell lokali u hija kkondsolidata fl-għola livell istituzzjonali. L-awtoritajiet, u r-reġjuni b'mod partikulari, għandu jkollhom kapċità ta' sejħa ta' allarm effiċjenti u rapida u kkoordinata, jiġifieri aċċess immedjat għal riżorsi ta' emerġenza mifruxa fuq medda wiesa' u skjerati f'kull parti tat-territorju, ir-riżorsi umani u materjali tagħhom għandu jkollhom kapaċità ta' teħid ta' azzjoni pronta għal li jista' jinqala' lejn iż-żona ta' diżastru, u l-abbilta' li jikkoordinaw l-wasla minn barra ta' riżorsi umani u materjali;

1.6

jisħaq li informazzjoni rapida ta' kwalità u sistemi ta' komunikazzjoni biex jimmonitorjaw u jimmaniġġaw sitwazzjonijiet ta' emerġenza huma vitali għall-mekkaniżmu ġdid tal-protezzjoni ċivili tal-Komunità għaliex mingħajrhom koordinazzjoni effiċjenti ta' l-isforzi ta' salvataġġ sabiex ikunu megħjunin il-vittmi tad-diżastru ma tistax tkun imwettqa;

1.7

iqis li hu indispensabbli li ċ-ċentru ta' monitoraġġ Ewropew jaħdem flimkien ma' l-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili reġjonali u nazzjonali permezz ta' sistema waħda u fissa ta' network ta' komunikazzjoni ta' emerġenza;

1.8

jispera li l-implimentazzjoni tal-linji ta' gwida tal-Komunikazzjoni jkunu akkumpanjati b'ċertifikazzjoni Ewropea rigward il-livelli tal-kapaċità tal-komunikazzjoni, tal-kmand u ta' l-immaniġġar ta' l-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili reġjonali u nazzjonali sabiex ikunu assigurati l-effiċjenza u l-kredibilità ta' forzi ta' emerġenza hekk fundamentali;

1.9

iqis li ċ-ċentri reġjonali u nazzjonali, sabiex iżommu databses aġġornati ta' protezzjoni ċivili Ewropea, u sabiex jassiguraw reazzjoni ta' emerġenza rapida, għandhom ikunu s-sors primarju ta' informazzjoni dwar ir-riżorsi umani u materjali u ta' esperjenza waqt sitwazzjonijiet ta' reazzjoni ta' emerġenza; Hemm bżonn ta' sinkronizazzjoni tad-databases attwali ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali ma' dik ta' l-UE;

1.10

iqis li, fil-kuntest ta' l-esperjenza twila ta' l-Istati Membri u tar-reġjuni fl-immaniġġar ta' diżastri komuni jew rikorrenti, l-għan essenzjali ta' strateġija pan-Ewropea għandu jkun li jiġu kollegati u koordinati r-riżorsi umani u ta' materjal li jeżistu diġa' fl-Unjoni Ewropea;

1.11

iqis li grupp ta' esperti għandu jkun maħtur biex jiżviluppa xenarji realistiċi ta' emerġenzi rari u li ftit huma mifhuma, u biex jidentifikaw ir-riżorsi umani u ta' materjal li huma l-aktar adatti għal operazzjonijiet ta' reazzjoni rapida ta' salvataġġ.

1.12

iqis li operazzjonijiet ta' protezzjoni ċivili konġunti f'dan il-qasam huma indikatur importanti tal-kapaċitajiet umani u materjali ta' Istati Membri differenti. Operazzjonijiet konġunti jistabbilixxu jekk Stati li jkunu qed jipparteċipaw humiex kapaċi jintegraw mill-qrib fl-operazzjonijiet rispettivi tagħhom ma' l-awtoritajiet ċivili, fuq il-post, li r-responsabbiltà lokali tagħhom fil-komunikazzjoni, fil-kmand u fin-network ta' mmaniġġar ta' kriżi hija ta' importanza primarja;

1.13

jisħaq li l-proċess li joħloq u jiffinalizza forza ta' reazzjoni ta' emerġenza rapida għandu kemm jista' jkun jipprovdi għan ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri u, b'mod partikulari, għal eżerċizzji ta' protezzjoni ċivili konġunti bejn reġjuni ġirien jew li għandhom fruntieri komuni.

2.   Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Database

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.1

jirrakkomanda li d-database tar-riżorsi umani u ta' materjal għal sitwazzjonijiet diversi ta' emerġenza, b'koordinazzjoni ta' l-għanijiet li diġà jkunu jinsabu fid-databases ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali tkun aġġornata minn operaturi li għandhom l-għarfien rilevanti għall-iskopijiet istituzzjonali tagħhom, u li jimmaniġġaw ċentri ta' protezzjoni ċivili li jkunu operttivi fi żmien 24 siegħa fit-territorju li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom;

2.2

jipproponi li s-sorsi ta' informazzjoni tad-database jinkludu ċ-ċentri operattivi ta' protezzjoni ċivili billi tinġabar flimkien l-informazzjoni dwar materjal prinċipali u riżorsi umani u speċjalisti li huma kwalifikati. Id-database għandha tinkludi wkoll ċentri operattivi ta' protezzjoni reġjonali billi tinġabar flimkien informazzjoni li tinkludi r-riżorsi kollha u l-unitajiet speċjali li għandhom il-ħila jieħdu azzjoni ta' malajr u li jagħmlu parti mill-awtoritajiet lokali;

2.3

jirrakkomanda li, ma' l-informazzjoni dwar il-finanzjament u r-riżorsi operattivi allokati għal diversi emerġenzi, il-parteċipanti fil-livelli kollha tan-network ta' informazzjoni msemmija hawn fuq għandhom iqassmu lista ta' l-emerġenzi speċifiċi, li fihom ikunu ħadmu permezz ta' unitajiet operattivi speċifiċi, kemm fit-territorju tagħhom kif ukoll barra;

2.4

jirrakkomanda li d-database tinkludi lista aktar eżawrjenti ta' l-operazzjonijiet ta' protezzjoni ċivili kkoordinati miċ-ċentru operazzjonali fit-territorju tiegħu li għandhom karattru internazzjonali;

2.5

jirrakkomanda li d-database tkun aġġornata kull sitt xhur, fi ħdan struttura ta' ħin stabbilita minn qabel;

Eżerċizzji Konġunti

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.6

jirrakkomanda li eżerċizzji konġunti ta' protezzjoni ċivili għandhom jibbilanċjaw tajjeb bejn ir-riżorsi l-kbar tal-forzi nazzjonali speċjalizzati u r-riżorsi ta' reazzjoni tar-reġjuni, li huma mħarrġa b'mod speċjali biex jipprovdu għajnuna diretta lill-popolazzjoni b'koordinazzjoni mill-viċin mal-kunsill lokali u ma' forzi reġjonali u nazzjonali oħra;

2.7

jinsisti sabiex il-Kummissjoni timpenja ruħha fl-ippjanar u fl-iżvilupp ta' operazzjonijiet bejn il-fruntieri li jinvlovu s-sehem attiv tar-reġjuni li jmissu mal-fruntieri. Dan jippermetti lir-reġjuni li jiġbru flimkien l-esperjenzi tagħhom fil-protezzjoni ċivili u b'hekk jipprovdu bażi operazzjonali soda li fuqha tkun tista' tinbena forza ta' emerġenza ta' reazzjoni Ewropea;

2.8

jirrakkomanda li l-aħjar prattiki ta' reazzjoni ta' emerġenza jkunu definiti għal diżastri rikorrenti, u b'mod partikulari, għal diżastri li jinfirxu b'mod rapidu bħalma huma n-nirien tal-foresti. Dan jista' jitwettaq billi jitqabblu s-sinjali ta' twissija bikrin u tattiki ta' reazzjoni ta' emerġenza użati mir-reġjuni differenti;

2.9

jirrakomanda li jittieħdu passi sabiex jittejjeb it-tħaddim flimkien tar-riżorsi ċivili u militari sabiex ikun assigurat skjerament ta' riżorsi speċjali li l-forzi armati biss jistgħu jkollhom aċċess għalihom, jew li jissejħu riżorsi speċjali addizzjonali, bħalma huma helicopters, biex jikkomplementaw ir-riżorsi tal-protezzjoni ċivili f'diżastri kumplessi u mifruxa fuq medda wiesa';

Komunikazzjoni u koordinazzjoni mtejba

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.10

jirrakkomanda li problemi marbuta ma' komunikazzjoni ta' informazzjoni jkunu solvuti fil-ħin, sabiex ikun issir stima tas-sitwazzjoni ta' emerġenza u ta' assistenza mwassla fil-pront b'mod effettiv minn ċentri ta' emerġenza li jaħdmu fuq bażi ta' 24 siegħa li għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw direttament, f'ħin reali, ma' ċentri ta' emerġenza, kemm nazzjonali kif ukoll ta' l-UE, biex b'hekk jevitaw kanali ta' informazzjoni indiretti li jnaqqsu mill-ħeffa jew jagħwġu l-informazzjoni.

2.11

jirrakkomanda t-twaqqif ta' network dedikat għal komunikazzjoni tal-protezzjoni ċivili Ewropea li jgħaqqad iċ-ċentri ta' emerġenza reġjonali u nazzjonali kollha maċ-ċentru Ewropew ta' sorveljanza;

2.12

jipproponi li jkun obbligatoru li ċ-ċentru Ewropew ta' sorveljanza jkun mgħarraf b'sitwazzjoni ta' emerġenza kull meta ċentru ta' protezzjoni ċivili reġjonali jagħmel appell għal riżorsi barranin lejn żona ta' diżastru. Iċ-ċentru reġjonali għandu wkoll jinforma liċ-Ċentru Ewropew hekk kif il-kriżi tkun għaddiet.

Riżorsi Finanzjarji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.13

jirrakkomanda li l-appoġġ finanzjarju għal intervenzjonijiet ta' emerġenza u l-kreazzjoni ta' sistema ta' protezzjoni ċivili Ewropea għandhom ikunu msaħħa. Dawn il-fondi mhux biss huma essenzjali għas-solidarjetà bejn l-Istati Membri ta' komunità internazzjonali bħalma hi l-Unjoni Ewropea, iżda biex barra minn dan huma jipprovdu l-mezzi biex l-integrazzjoni u l-koordinazzjoni ta' forzi u unitajiet speċjalizzati ikunu ffaċilitati minn Stati Membri ta' l-UE u reġjuni li jkunu msejħa biex jikkoordinaw l-operazzjonijiet tagħhom b'mod integrat.

Brussel, 30 ta' Settembru 2004.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 256, ta' l-24.10.2003, p. 74

(2)  ĠU L 327 tal-21.12.1999, p53

(3)  ĠU L 297 tal-15.11.2001, p 7


18.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 43/42


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat- dwar il- Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal- White Paper dwar Impetu Ġdid għaż-Żgħażagħ Ewropej. Għanijiet komuni proposti għall- Attivitajiet volontarji minn żgħażagħ bħala tweġiba għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-qafas ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal- White Paper dwar Impetu Ġdid għaż-Żgħażagħ Ewropej. Għanijiet komuni proposti għall- ftehim u għarfien aħjar taż-żgħażagħ bħala tweġiba għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-qafas ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ

(2005/C 43/11)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill – Segwitu għall-White Paper dwar Impetu Ġdid għaż-Żgħażagħ Ewropej: Għanijiet komuni proposti għal ftehim u għarfien aħjar taż-żgħażagħ, bħala tweġiba għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-qafas ta' ħidma ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (COM(2004) 336 finali);

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill – Tkomplija għall-White Paper dwar Impetu Ġdid għaż-Żgħażagħ Ewropej: Għanijiet komuni proposti għal attivitajiet volontarji fost iż-żgħażagħ bħala risposta għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-qafas ta' koperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (COM (2004) 337 finali);

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta' April 2004 biex tikkonsultah dwar dan is-suġġett, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-President tiegħu tal-5 ta' April 2004 li jgħarraf lill-Kummissjoni għall-Kultura u l-Edukazzjoni biex tħejji Opinjoni dwar dan is-suġġett,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess dwar id-Dokument ta' Xogħol tal-Kummissjoni “Linji gwida għal servizz volontarju Ewropew għaż-żgħażagħ” (CdR 191/96 fin) (1);

Wara li kkunsidra l-Opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess dwar il-“Programm ta' azzjoni- Servizz volontarju Ewropew għaż-żgħażagħ” (CdR 86/97 fin) (2)

Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati membri, miġbura fi ħdan il-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 rigward il-qafas ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (3)

Wara li kkunsidra l-Opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess rigward il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea “Impetu ġdid għaż-żgħażagħ Ewropej” (CdR 389/2001 fin) (4);

Wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kumissjoni lill-Kunsill “Is-segwitu tal-White Paper- ‘Impetu ġdid għaż-żgħażagħ Ewropej’- Proposta ta' għanijiet komuni fil-qasam tas-sehem u t-tagħrif li għandhom iż-żgħażagħ wara r-riżoluzzjoni tas-27 ta' Ġunju 2002 rigward il-qafas ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ” (COM(2003) 184 fin)

Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2003 fil-qasam ta' l-għanijiet komuni dwar is-sehem u t-tagħrif li għandhom iż-żgħażagħ (5);

Wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Rapport dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-10 ta' Lulju 2001, dwar il-moviment, fil-Komunità, ta' studenti, persuni li qegħdin jitgħatallmu, persuni involuti fil-volontarjat, għalliema u persuni li jħarrġu” (COM(2004) 21 final);

Wara li kkunsidr l-opinjoni fuq inizzjattiva tiegħu stess dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, “Is-segwitu tal-White PaperImpetu ġdid għaż-żgħażagħ Ewropej’- Proposta ta' għanijiet komuni fil-qasam tas-sehem u t-tagħrif li għandhom iż-żgħażagħ wara r-riżoluzzjoni tas-27 ta' Ġunju 2002 rigward il-qafas ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ” (CdR 309/2003 fin);

Wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Opinjoni (KtR 192/2004 rev.1 adottata fid-9 ta' Lulju 2004 mill-Kummissjoni għall-Kultura u l-Edukazzjoni, (Rapporteur: Is-Sur Roberto Pella, President tal-Kunsill Provinċjali ta' Biella (IT/EPP);

Billi

1)

l-awtoritajiet lokali u reġjonali minn dejjem laqgħu l-attenzjoni mogħtija għal kull politika dwar iż-żgħażagħ, fit-twemmin sod li ż-żgħażagħ mhux biss għandhom jiġi megħjuna biex ikunu ċittadini attivi fil-livell nazzjonali, imma wkoll li tingħatalhom il-ħila sabiex jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ħolqien ta' Ewropa bbażata fuq is-solidarjetà u taċ-ċittadini.

2)

fid-dawl tat-tkabbir riċenti ta' l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jħarsu lejn id-Dikjarazzjoni ta' Laeken, mehmuża mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2001, bħala essenzjali u topika ħafna, billi tiddeskrivi l-isfidi ewlenin li qed tiltaqa' magħhom l-Unjoni Ewropea ta' “kif iċ-ċittadini, u prinċipalment iż-żgħażagħ, jitqarrbu lejn it-tfassil tal-politika Ewropea u l-istituzzjonijiet Ewropej”; Madankollu, ikun mixtieq li din il-proposta tkun impoġġija b'mod differenti, fis-sens li jkollha l-iskop li tqarreb il-proġett Ewropew u l-istituzzjonijiet Ewropej lejn iċ-ċittadini, b'mod partikolari lejn iż-żgħażagħ, b'mod li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-ġenerazzjoni żagħżugħa u l-istrutturi politiċi eżistenti.

3)

l-awtoritajiet lokali u reġjonali jqisu li hemm bżonn kbir li titwettaq l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet strateġiċi stabbiliti fil-Kunsilli Ewropej ta' Lisbona u Barċellona, li kienu maħsubin biex jagħmlu l-Ewropa “l-aktar ekonomija msejsa fuq it-tagħrif, kompetittività u dinamika fid-dinja”, u huma konvinti li l-mobilità taż-żgħażagħ fi ħdan l-Ewropa hija prerekwiżit sabiex jintlaħaq dan il-għan; madankollu hemm bżonn ta' politika Ewropea taż-żgħażagħ li tevita li tkun 'strumentali' żżejjed fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa. Hemm bżonn li l-politika għaż-żgħażagħ tkun ibbażata fuq il-kunċett li ż-żgħażagħ huma ċittadini Ewropej daqs l-oħrajn, u għandhom il-possibilità u s-saħħa li huma jiddeċiedu l-futur ta' l-Ewropa, li f'sens ġenerali jħalli konsegwenzi fuq il-kompetittività u l-iżvilupp ekonomiku ta' l-Ewropa;

adotta l-opinjoni segwenti waqt il-56 Sessjoni Plenarja tat-29-30 ta' Settembru 2004 (laqgħa tat-30 ta' Settembru 2004).

1.   Il-fehmiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.1

jaqbel mal-Kummissjoni fl-enfasi tal-bżonn li jiġi applikat il-metodu miftuħ ta' kooperazzjoni għal problemi taż-żgħażagħ u azzjoni għaż-żgħażagħ, kif imsejjaħ mill-Kunsill, minħabba s-sitwazzjoni dejjem tinbidel tal-ġenerazzjonijiet iż-żgħar fl-Ewropa;

1.2

jilqa' l-metodu użat mill-Kummissjoni, ummarkat b'konsultazzjoni mifruxa ħafna tal-parteċipanti rilevanti;

1.3

jikkonsidra li għandu jkun ikkonsultat b'mod regolari u li għandu jinżamm aġġornat bil-punti prinċipali fuq materji li jikkonċernaw l-erba' temi prinċipali ppreżentati bil-White Paper tal-Kummissjoni dwar Impetu Ġdid għaż-Żgħażagħ Ewropej, speċjalment peress li awtoritajiet lokali u reġjonali, minħabba r-responsabbiltajiet tagħhom, minn dejjem kienu involuti fit-tnedija ta' inizjattivi ġodda li jinkoraġixxu parteċipazzjoni attiva ta' żgħażagħ fil-komunitajiet li fihom jgħixu;

1.4

jaqbel ma' l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li hemm nuqqas ta' interess inkwetanti fil-politika fost iż-żgħażagħ, imma b'kuntrast huma involuti ta' spiss f'oqsma oħra ta' attività soċjali bħal xogħol volontarju, u li dan jirrappreżenta forma ta' ċittadinanza attiva. Għalhekk jemmen li l-politikanti għandhom jieħdu l-ewwel pass u jaraw kif jippreżentaw lilhom infushom maż-żgħażagħ, kif ukoll li joħolqu metodi ta' xogħol li jsaħħu l-leġittimità demokratika fil-konfront taż-żgħażagħ. Dan jikkonċerna b'mod partikolari lill-Kumitat tar-Reġjuni li jista' jiffavorixxi r-reklutaġġ aktar attiv ta' membri żgħażagħ, kemm irġiel u nisa, b'mod li ż-żgħażagħ, b'kunsiderazzjoni tar-rwol tagħhom fuq il-livell lokali u reġjonali jagħtu kontribut għat-titjib fix-xogħol tal-Komunità.

1.5

hu konvint, fuq il-bażi tad-dokument attwali, u kif diskuss fl-Opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat tar-Reġjuni fuq is-suġġett, li “il-politika taż-żgħażagħ fl-Ewropa għandha tkun viżibbli f'kull livell u f'kull pajjiż, u għandha tiġi kkomunikata permezz tal-kanali li jużaw iż-żgħażagħ ta' l-Ewropa” (CdR 309/2003 finali). Marbut ma' dan, il-Kumitat japprezza l-ħolqien ta' sit Ewropew għaż-żgħażagħ fuq http://www.europa.eu.int/youth/index_en.html.

2.   Rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni rigward ftehim u għarfien aħjar taż-żgħażagħ

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

2.1

jikkonsidra li, biex il-politika titqarreb lejn iż-żgħażagħ, għandu l-ewwel nett jiġi identifikat l-aktar metodu xieraq u siex dan isir, kif il-Kummissjoni b'mod preċiż turi fl-ispjegazzjoni ta' l-għan ġenerali tal-komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, hu essenzjali li jiġi żviluppat qasam ta' għarfien kwalitattiv, koerenti u rilevanti fis-settur taż-żgħażagħ fl-Ewropa u jantiċipa ħtiġijiet futuri permezz ta' skambji, djalogi u networks għall-ħolqien ta' politika fil-ħin, effiċjenti u sostenibbli;

2.2

jaqbel ma' l-għanijiet sussidjarji stabbiliti mill-Kummissjoni taħt l-għan ġenerali, u jilqa' l-ftuħ tal-Kummissjoni f'oqsma ta' prijorità rilevanti għaż-żgħażagħ, flimkien ma' dawk inizjalment indikati mill-Istati Membri fir-risposti għall-kwestjonarju ppreżentat lilhom. Dan hu fattur essenzjali ta' metodu xieraq għal studju ta' qasam li jkun qed jesperjenza bidla kbira bħal ma hu s-settur taż-żgħażagħ;

2.3

jenfasizza li awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkollhom rwoli kruċjali fis-sejbien ta' tagħrif eżistenti fl-oqsma li għandhom x'jaqsmu maż-żgħażagħ u jsejjaħ lill-Kunsill biex iżomm dan f'moħħu fir-rigward ta' linji ta' azzjoni identifikati fuq il-livell nazzjonali: il-bżonn li “jsiru aktar studji, jinġabar tagħrif statistiku u prattiku ta' NGOs, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ stess fuq it-temi identifikati biex jimtlew nuqqasijiet u jiġi aġġornat l-għarfien fuq tali temi identifikati b'mod konsistenti” hu indikat, imma ma hemm l-ebda referenza għal awtoritajiet lokali u reġjonali. Jekk dan it-tagħrif irid jkun sħiħ u aġġornat, għandu jsir ukoll tiftix fil-livell lokali, għalkemm b'koordinazzjoni nazzjonali, biex jintlaħaq l-għan ġenerali fil-qasam ta' tagħrif koerenti;

2.4

jikkonsidra li l-aktar mezz effiċjenti biex jintlaħaq il-bżonn ta' dan il-koordinament fil-livell nazzjonali ikun permezz ta' proġetti ta' ġbir ta' tagħrif li jinvolvu b'mod dirett lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, billi dawn ikunu jistgħu jiġu f'kuntatt ma' żgħażagħ fiż-żoni tagħhom b'mod aktar mgħaġġel, u sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan, ikunu jistgħu jagħmlu użu mir-riżorsi finanzjarji Ewropej;

2.5

jisħaq mal-Kummissjoni biex tagħti każ tar-rwol kruċjali ta' l-iskejjel meta jitfasslu dokumenti relatati ma' l-erba' temi prinċipali tal-White Paper dwar iż-żgħażagħ, billi dawn jistgħu jipprovdu kanal ideali għaż-żgħażagħ biex jitfasslu kwestjonarji fuq l-oqsma varji ta' riċerka. Organi ta' għajnuna soċjali ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jilħqu dawk iż-żgħażagħ li m'għadhomx jattendu aktar l-iskola minħabba żvantaġġi soċjali;

2.6

Is-sehem taż-żgħażagħ u l-lobby groups fuq livelli lokali, bħal pereżempju kunsilli taż-żgħażagħ, għandhom jingħataw poteri ta' teħid ta' deċiżjonijiet f'ċertu oqsma, flimkien ma' riżorsi adegwati. Dan ifisser li ż-żgħażagħ stess ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar u jimplentaw proġetti li jinteressawhom u jikkonċernawhom. Jekk il-kunsilli taż-żgħażagħ ikollhom saħħa ta' vera li jieħdu deċiżjonijiet, dan jipproġetta stampa poż;ittiva tad-demokrazija fost iż-żgħażagħ u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni fost iż-żgħażagħ

2.7

jemmenli l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ifittxu kooperazzjoni attiva tal-ħafna organi konsultattivi taż-żgħażagħ jew kunsilli taż-żgħażagħ stabbiliti fiż-żona tagħhom. Dawn l-organi konsultattivi diġà taw prova tagħhom infushom bħala mezz eċċellenti għall-bini ta' tagħrif sod, u b'mod partikolari aġġornat fuq iż-żgħażagħ fil-livell lokali waqt li fl-istess ħin titrawwem fihom ċittadinanza attiva;

2.8

jitlob lill-Kummissjoni biex tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-Istati Membri ġodda b'mod dirett u biex tiffaċilita t-tixtrid ta' l-aħjar prattika fosthom, pereżempju b'eżerċizzji ta' ġemellaġġ bejn il-kunsilli taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa;

2.9

jenfasizza l-importanza għal tiftix ta' qasam ta' tagħrif kwalitattiv, koerenti u rileventi fis-settur taż-żgħażagħ li jirrifletti l-minoritajiet etniċi u lingwistiċi;

2.10

jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Network ta' l-Unjoni Ewropea ta' Għarfien dwar iż-Żgħażagħ li jintegra rappreżentanti tal-parteċipanti kollha fil-qasam biex jiġu diskussi metodi u temi futuri kif ukoll għal skambju fuq prattika tajba;

2.11

isejjaħ għall-aktar tħejjija bikrija possibli tal-passi prattiċi għat-twaqqif tan- Network ta' Għarfien dwar iż-Żgħażagħ, li l-Kummissjoni tirreferi għalih fid-diskussjoni ta' Objective 4 tal-komunikazzjoni rigward aktar fehim u għerf fuq żgħażagħ, u jitlob li ssir dispożizzjoni speċifika għal parteċipazzjoni ta' rappreżentanti fil-Kumitat tar-Reġjuni;

2.12

jinnota li fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kumissjoni, l-Istati Membri ma talbux għal strutturi ġodda biex jiġi ffaċilitat u mħeġġeġ l-iskambju, djalogu u networks biex tiġi żgurata t-turija tat-tagħrif fil-qasam taż-żgħażagħ u jiġu antiċipati l-bżonnijiet futuri, imma jixtiequ jibnu fuq networks u relazzjonijiet eżistenti, jużawhom u jamministrawhom b'aktar effiċjenza. Il-punti ta' kuntatt taż-żgħażagħ fl-awtorità lokali għandhom għalhekk jiġu msaħħa u jistgħu jservu bħala kanal ideali għal tagħrif li jkun ġej miż-żgħażagħ infushom;

2.13

jaqbel ma' l-enfasi tal-Komunità fuq l-importanza tal-mobilità fil-promozzjoni ta' edukazzjoni u taħriġ għal riċerkaturi u esperti – speċjalment iż-żgħar – li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ, kif ukoll ta' parteċipanti oħra li qed jiżviluppaw għarfien fil-qasam taż-żgħażagħ, u jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal strateġiji fuq il-livell Ewropew li jistgħu jkabbru l-għarfien fost il-korpi tar-riċerkaturi u l-esperti, u speċjalment fi skejjel u universitajiet, billi – kif il-Kummissjoni tisħaq fir-Rapport dwar is-segwitu tar-Rapport tagħha għar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Lulju 2001 dwar il-mobilità fi ħdan il-Komunità ta' studenti, persuni li qed jitħarrġu, voluntiera u għalliema u persuni li jħarrġu (COM(2001) 21 finali) – minkejja l-istrateġiji diġà implimentati, “in-numru ta' persuni fis-sistemi ta' l-edukazzjoni u taħriġ li jipparteċipaw fil-mobilità għadu limitat ħafna”.

2.14

L-għalliema fl-iskejjel għandhom jingħataw tagħrif dwar il-kapaċitajiet u l-għarfien meħtieġ biex iqajjmu t-temi ta' parteċipazzjoni u involviment fil-komunità kemm fil-klassi kif ukoll waqt l-attivitajiet extra-kurrikulari ma' l-istudenti. Iktar minn hekk, il-parteċipazzjoni taż- żgħażagħ u l-lobby groups ibbażati fl-iskejjel għandhom jitħallew jieħdu sehem fid- deċiżjonijiet dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' kwistjonijiet marbuta ma' l-iskola u pereżempju ma' faċilitajiet extra-kurrikulari.

3.   Rakkomandazzjonijiet speċfiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar attivitajiet volontarji fost iż-żgħażagħ.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

3.1

jilqa' l-analiżi dettaljata tal-Kummissjoni fuq kwistjoni li dejjem kienet importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali minħabba l-importanza kbira, l-aktar fil-livell lokali ta' assoċjazzjonijiet volontarji, li jirrapreżentaw il-ħajja, il-qalb attiva ta' kull soċjetà umana;

3.2

jilqa' l-aħbar li ħafna żgħażagħ jinsabu involuti f'attivitajiet volontarji u jinnota li dan jikkontradixxi l-preżunzzjoni li ż-żgħażagħ m'humiex interessati f'ċittadinanza attiva. Jikkonsidra li jkun aktar preċiż li ż-żgħażagħ jiġu deskritti bħala “depolitiċizzati” aktar milli disinteressati, billi l-attivitajiet volontarji – kif tiddikjara l-Kummissjoni stess - huma forma oħra ta' parteċipazzjoni, esperjenza edukattiva u fattur ta' impjieg u integrazzjoni;

3.3

jissuġerixxi li ż-żgħażagħ jevitaw il-politika minħabba li din tidher għalihom `il bogħod mill-problemi veri. Ifakkar l-Opinjoni riċenti dwar il-Komunikazzjoni lill-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni u tagħrif fuq iż-żgħażagħ, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol deċiżiv fil-politika taż-żgħażagħ Ewropej, billi dawn huma l-assoċjazzjonijiet li għandhom l-eqreb kuntatt ma' ġenerazzjonijiet iżgħar;

3.4

jilqa' r-rikonoxximent tal-Kummissjoni fuq ir-rwol ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-passi sabiex jiġu mtejjba l-attivitajiet volontarji diġà eżistenti għaż-żgħażagħ, u jisħaq ir-relazzjoni speċjali li l-organi lokali u reġjonali jistgħu jistabbilixxu ma' żgħażagħ fiż-żoni tagħhom;

3.5

jaqbel mar-rikonoxximent tal-Kummissjoni li attivitajiet volontarji għaż-żgħażagħ ivarjaw b'mod sinifikanti minn pajjiż għal ieħor, u li s-sitwazzjoni żgur mhix identika fi Stati Membri differenti;

3.6

jittama li l-Istati Membri kollha jieħdu azzjoni għall-ħtieġa li jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ volontarju min-naħa taż-żgħażagħ billi jiġu mwarba ostakoli eżistenti. Aktar speċifiku minn hekk, huwa essenzjali li kull Stat Membru jagħti rikonoxximent legali għal stat ta' volontarjat billi meta jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal impjieg, kif fil-fatt qed jiġri f'diversi Stati Membri, ta' spiss jinvolvi żvantaġġi konsiderevoli;

3.7

japprezza l-fatt li fil-komunikazzjoni, il-Kummissjoni terġa' tenfasizza l-bżonn li tiġi inkoraġġuta l-mobilità tal-voluntiera, kif ilha targumenta b'mod estensiv fir-Rapport tas-segwitu tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-mobilità fi ħdan il-Komunità ta' studenti, persuni li qed jitħarrġu, voluntiera u għalliema u persuni li jħarrġu (6);

3.8

jisħaq li biex jiġu żviluppati attivitajiet ta' volontarjat miż-żgħażagħ, sabiex ikun hemm titjib fit-trasparenza ta' possibiltajiet eżistenti, twessiegħ ta' l-iskop u titjib fil-kwalità, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti. Jistgħu, per eżempju, iwaqqfu “ċentri ta' servizz volontarju” biex jiggwidaw liż-żgħażagħ lejn il-forma ta' attività voluntiera li l-aktar taqbel ma' l-aspettattivi tagħhom;

3.9

jitlob lill-Kunsill biex iħejji linja speċifika ta' azzjoni li tħaddan it-twaqqif fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali ta' “reġistru ta' organizzazzjoni volontarja” fuq skala kbira f'dawk il-pajjiżi li għad m'għandhomx wieħed. Fejn jeżistu dawn ir-reġistri, instab li huma għodda tassew siewja, li jipprovdu ritratt aġġornat b'mod kostanti ta' assoċjazzjonijiet volontarji ġewwa territorju partikolari. L-aġġornament kostanti ta' dawn ir-reġistri jfisser li persuni żgħażagħ interessati jistgħu dejjem jiksbu tagħrif speċifiku dwar l-attivitajiet tagħhom f'dan il-qasam;

3.10

jirrimarka, madankollu, li fejn m'hemm l-ebda għarfien familjari, iż-żgħażagħ ta' spiss jiġu f'kuntatt mal-moviment volontarju b'kumbinazzjoni, u bħala konsegwenza għandhom jiġu inkoraġġiti linji ta' azzjoni biex jinġieb it-tagħrif rilevanti fl-iskejjel mill-aktar età bikrija. Dan jista' jseħħ, per eżempju, permezz ta' laqgħat, umfassla skond l-etajiet partikolari, ma' individwi li huma involuti b'mod sħiħ f'assoċjazzjonijiet volontarji. Dan jista' jkun eżempju tajjeb ħafna ta' edukazzjoni ċivika moderna maħluqa għall-eżerċizzju ta' ċittadinanza attiva minn persuni żgħażagħ. Għalhekk jenfasizza mal-Kummissjoni biex din tirrikonoxxi r-rwol ta' l-iskejjel u l-bżonn li jikber l-għarfien fost l-għalliema;

3.11

jaqsam l-enfasi mal-Kummissjoni, imfissra fil-Għan Numru 3 (inkoraġġiment ta' attivitajiet volontarji mill-lat li tiġi rinforzata s-solidarjetà u l-involviment bħala ċittadini), fil-ħolqien ta' kondizzjonijiet aħjar għal aktar parteċipazzjoni minn żgħażagħ b'inqas opportunitajiet f'attivitajiet volontarji; ix-xogħol volontarju jista' fil-fatt jipprovdi mezz li jiffaċilita l-integrazzoni taż-żgħażagħ;

3.12

minħabba li l-qofol tax-xogħol volontarju hu bla ħlas (ħlief ir-rimborż, xi drabi, ta' l-ispejjeż), dan jinvolvi l-investiment ta' ħin u enerġija konsiderevoli, u spiss jinvolvi mobilità u s-sostituzzjoni ta' xogħol bil-ħlas għal xogħol volontarju għandha tkun evitata, jemmen li l-ħarsien legali u soċjali tax-xogħol volontarju hu kruċjali. Ir-responsabiltà primarja ta' din il-ħarsien tinsab fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, iżda fuq bażi ta' Artikoli 137 u 140, il-Kummissjoni tista' tħejji Karta Ewropea dwar ix-xogħol volontarju bħala strument ta' koperazzjoni u koordinazzjonil

3.13

hu kuntent li l-Kummissjoni saħqet il-bżonn li tiżgura rikonoxxenza ta' attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ bil-għan li jiġu rikonoxxuti l-ħiliet u l-involviment tagħhom fis-soċjetà. Jispera li l-aħjar prattika għandha tinfirex malajr f'kull livell biex kull rikonoxximent bħal dan jiġi minn awtoritajiet pubbliċi, negozji privati, imsieħba soċjali, soċjetà ċivili u żgħażagħ oħra nfushom, kif ġie diskuss korrettament mill-Kummissjoni fil-linji ta' azzjoni għal Obejctive 4;

3.14

jaqbel ma' l-appoġġ tal-Kummissjoniabiex jiġi żgurat rikonoxximent aħjar, fuq livell Ewropew, ta' l-esperjenza volontarja ta' żgħażagħ fil-qafas ta' ħidma ta' proċessi għaddejjin u b'mezzi eżistenti f'oqsma ta' politika oħra, speċjalment miżuri bħal Europass, diġà implimentat fil-qasam ta' l-edukazzjoni. Jistgħu jiġu applikati wkoll l-istess forom ta' inċentivi għall-mobilità ta' studenti sabiex jiffaċilitaw esperjenzi volontarji għal żgħażagħ fl-Istati Membri għajr dawk ta' l-oriġini tagħhom;

3.15

jitlob lill-Kummissjoni biex minnufih tfassal proposti biex testendi s-Servizz Volontarju Ewropew (EVS) għal firxa aktar wiesa' ta' attivitajiet, u fl-istess ħin jiġi inkoraġġit il-preparament mill-Istati Membri ta' proġetti bħal dawn fuq livell nazzjonali biex inizjattivi tal-Komunità jiġu inkorporati u msaħħa;

3.16

jilqa' l-proposta magħmula fl-Artikolu III-223(5) ta' l-abbozz ta' Trattat ta' Kostituzzjoni Ewropea biex joħloq “Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja” u l-liġi Ewropea għandha tistipula r-regoli u l-operat ta' dan il-Korp; jikkunsidra li korpi volontarji jistgħu jipprovdu qafas għall-kontribuzzjoni konġunta minn żgħażagħ Ewropej għall-azzjonijiet umanitarji ta' l-Unjoni Ewropea

3.17

jisħaq, kif għamel ukoll f'opinjonijiet riċenti dwar l-inkoraġġiment ta' attività volontarja, il-bżonn ta' involvement ugwali ta' żgħażagħ irġiel u nisa u ta' gruppi ta' żgħażagħ li jkollhom diffikultajiet partikolari fit-twettiq ta' ċittadinanza attiva minħabba fatturi etniċi jew soċjali jew disabbiltajiet fiżiċi jew mentali.

4.   Rakkomandazzjonijiet ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

4.1

jieħu stampa pożittiva taż-żewġ komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni diskussi f'din l-opinjoni;

4.2

jinkoraġġixxi b'mod speċifiku lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Kumitat tar-Reġjuni infurmat regolarment bil-progress ta' programm ta' azzjoni implimentat mill-Istati Membri, li jifrex kemm jista' jkun tagħrif, kemm jista' jkun malajr fuq prattika tajba. Minħabba l-mod rapidu li bih jinbidlu l-affarijiet fil-qasam taż-żgħażagħ, għandu jiġi mfakkar li prattiċi tajbin qed jinbidlu malajr ukoll;

4.3

jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, biex jikkonsultaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ġara f'oqsma oħra, li jinkludu l-erba' prijoritajiet fil-White Paper, meta jitfasslu r-rapporti nazzjonali dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rigward “ftehim aħjar u tagħrif dwar iż- żgħażagħ” u “attivitajiet volontarji fost iż-żgħażagħ” skedati għall-aħħar ta' l-2005.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

4.4

iħoss li hemm bżonn li tkun introdotta aktar flessibilità fl-attivitajiet politiċi konkreti u; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkonsidra jekk hux rakkomandabbli u possibli li jiġu mnedija inizjattivi li jiġbdu l-attenzjoni tal-politikanti għall-bżonn li jissawru kuntatti aktar mill-qrib maż-żgħażagħ kollha b'mod ġenerali fil-kumplessità diversa kollha tagħhom, biex ikun hemm tagħrif aħjar tagħhom u tiġi mobilizzata l-kontribuzzjoni essenzjali li huma jistgħu jagħtu biex joħolqu Unjoni aktar b'saħħitha u bbażata fuq is-solidarjetà, u jemmen li l-Kumitat tar-Reġjuni jista' jgħin biex iqajjem kuxjenza fost il-politiċi billi joħloq skema ta' ġemellaġġ bejn rappreżentanti żgħażagħ eletti bejn l-awtoritajiet rapprżentati fi ħdanu.

4.5

jirrepeti l-appoġġ qawwi tal-Kumitat, mogħti fl-opinjoni riċenti tiegħu dwar il-parteċipazzjoni u t-tagħrif ta' żgħażagħ, għall-konvinzjoni li l-Artiklolu III-182 ta' l-abbbozz tat-Trattat għal kostituzzjoni ta' l-Ewropa għandu jipproponi biex jissuplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattati attwalment fis-seħħ fis-settur taż-żgħażagħ biex jiġi misħuq li l-Unjoni timmira biex tinkoraġġixxi s-sehem taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa.

Brussel, 30 ta' Settembru 2004.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 42 ta' l-10.2.1997, p.1

(2)  ĠU C 244 tal-11.8.1997, p.47

(3)  ĠU C 168 /2002

(4)  ĠU C 287 tat- 22.11.2002, p. 6

(5)  ĠU C 295 2003

(6)  COM(2004) 21 finali.