ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 47
22 ta' Diċembru 2004


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Atti Preparatorji

 

Kumitat tar-reġjuni

 

fis-sessjoni plenarja Nru 55 tas-16 u s-17 ta' Ġunju 2004

2004/C 318/1

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-Tielet Rapport fuq il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

1

2004/C 318/2

Opinjoni inizjattiva tiegħu stess tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar Linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi u l-iżvilupp territorjali

7

2004/C 318/3

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Immodernizzar tal-Ħarsien Soċjali għal Aktar Impjiegi ta' Kwalità Tajba - metodu komprensiv li jwassal biex ix-xogħol ikun vantaġġuż

12

2004/C 318/4

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twaqqif ta' linji ta' gwida għat-tieni edizzjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar i l-koperazzjoni transnazzjonali fil-promozzjoni ta' mezzi ġodda biex tintemm kull forma ta' diskriminazzjoni u nuqqas ta' ugwaljanza f'dak li hu s-suq tax-xogħol Tixrid ħieles ta' l-ideat tajbin

15

2004/C 318/5

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-promozzjoni tal-kooperattivi fl-Ewropa

17

2004/C 318/6

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija u s-servizzi ta' l-enerġija

19

2004/C 318/7

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, Parlament Ewropew, Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, dwar ir-rwol tal-Gvern elettroniku fil-futur ta' l-Ewropa

22

2004/C 318/8

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq messaġġi kommerċjali mhux mitluba jew spam

24

2004/C 318/9

Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Ġejjieni tal-Politika Regolatorja Awdjoviżiva Ewropea

27

2004/C 318/0

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2005-2010

30

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi Uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unijoni Ewropea fil-ĠU L 378.

MT

 


II Atti Preparatorji

Kumitat tar-reġjuni

fis-sessjoni plenarja Nru 55 tas-16 u s-17 ta' Ġunju 2004

22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/1


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-Tielet Rapport fuq il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

(2004/C 318/01)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni – It-Tielet Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2004) 107 final);

Wara li kkunsidra t-talba tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta' Frar 2004 għall-opinjoni tal-Kumitat dwar dan is-suġġett taħt l-Artikolu 265(1) tat-Trattat li jistabilixxi Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-President tal-Kumitat tas-27 ta' Jannar 2004, biex jaħtar lill-Kummissjoni għall-Politika ta' Koeżjoni Territorjali biex tħejji din l-opinjoni;

Wara li kkunsidra l-opinjoni dwar “l-Istruttura u l-Għanijiet tal-Politika Reġjonali Ewropea fil-kuntest tat-tkabbir u l-globaliżżazzjoni: ftuħ tad-dibattitu” (CdR 157/2000 finali); (1)

Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni – it-Tieni Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (CdR 74/2001 finali); (2)

Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni – l-Ewwel Rapport ta' Progress dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (CdR 101/2002 fin); (3)

Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni – it-Tieni Rapport ta' Progress dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (CdR 391/2002); (4)

Wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizzjattiva tiegħu stess dwar il-Koeżjoni Territorjali ta' l-10 t'April 2003 (CdR 388/2002 finali); (5)

Wara li kkunsidra ir-rapport prospettiv dwar “il-Governanza u s-Simplifikazzjoni tal-Fondi Strutturali wara l-2006” (CdR 389/2002 finali); (6)

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni (CdR 120/2004 rev.1) adottat fil-5 ta' Mejju 2004 mill-Kummissjoni għall-Politika ta' Koeżjoni Territorjali (relaturi: Vito D'Ambrosio, President tar-Reġjun tal-Marche (IT, PSE) u Michael Schneider, Segretarju ta' l-Istat, rappreżentant tar-Reġjun Saxony-Anhalt għall-Gvern Federali (DE, EPP);

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 2004 imsemmija Karta ta' Strateġija dwar il-Politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-Ġirien tagħha (European neighbourhood policy- Strategy paper)

Adotta din l-opinjoni fis-sessjoni plenarja Nru 55 tas-16 u s-17 ta' Ġunju 2004 (laqgħa tas-16 ta' Ġunju).

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Aspetti Ġenerali

1.

jilqa' b'sodisfazzjon it-Tielet Rapport dwar Koeżjoni Ekonomika u Soċjali. Dan, bħalma kien it-Tieni Rapport, huwa dokument komplet illi fiħ informazzjoni fid-dettal dwar il-politika segwita mill-UE;

2.

jiġġudika bħala pożittivi r-riżultati miksuba fis-snin li għaddew fil-qasam tal-koeżjoni u fl-impatt pożittiv tal-politika reġjonali ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mat-tisħiħ tal- koeżjoni ekonomika u soċjali fil-Komunità kollha; il-Kumitat jerġa jsostni li l-politika ta' koeżjoni approvata mit-Trattati hija l-għodda l-aktar b'saħħitha u mportanti biex jiġu mplimentati l-prinċipji ta' solidarjetà u koperazzjoni, u għalhekk hija waħda mill-ġebliet tax-xewka fl-integrazzjoni bejn il-popli u t-territorji ta' l-Unjoni;

3.

jieħu konjizzjoni tal-fatt li t-tkabbir fl-Unjoni Ewropea ser iwassal għal żieda fil-popolazzjoni tagħha minn 380 miljun (UE-15) għal 454 miljun (UE-25) jew 485 miljun (UE-27). Iżda fil-waqt li l-popolazzjoni ser tiżdied b'madwar 20 %, il-PGN (Prodott Gross Nazzjonali – “GNP”) ser jiżdied biss b'5 %! Il-PGD (Prodott Gross Domestiku – “GDP”) medju per capita ser jonqos bi 12.5 %. Minflok l-84 miljun abitant li hemm bħalissa, fil-futur 123 miljun ċittadin ta' l-UE ser ikunu jgħixu f'reġjuni li għadhom lura;

4.

jilqa' b'sodisfazzjon li l-politika ta' koeżjoni Ewropea hija mogħtija priorità fl-Istati membri l-ġodda, u dan jikkonferma li l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel l-almu tagħha biex tnaqqas id-disparità soċjo-ekonomika fl-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir. Il-Kumitat tar-Reġjuni kien dejjem favur dan il-metodu li jikostitwixxi turija ta' solidarjetà ma' l-iStati Membri ġodda;

5.

jinnota l-fatt li minkejja l-progress miksub, ser jifdal ħafna problemi soċjo-ekonomiċi fir-reġjuni ta' dik li qabel kienet l-UE-15, kif muri biċ-ċar fit-Tielet Rapport dwar il-Koeżjoni. Dawn għandhom x'jaqsmu mad-distakk f'termini ta' PGD/per capita, livell ogħli ta' qgħad, tkabbir ekonomiku baxx, nuqqas ta' infiq fl-R&D (“research and development” - Riċerka u Żvilupp) u nuqqas ta' investment barrani dirett;

6.

jippreċiża li f'Ewropa ta' 25 jew anké 27 Stat Membru l-iżbilanċ soċjo-ekonomiku ser ikun akbar, u joħloq il-bżonn ta' l-osservanza ta' politika territorjali ta' Koeżjoni Ekonomika u Soċjali li tagħti każ ta' l-effetti tal-globaliżżazzjoni fuq l-ekonomija u l-konsegwenzi tagħha fit-termini tal-liberaliżżazzjoni progressiva tal-kummerċ internazzjonali;

7.

jsostni li d-dimensjoni reġjonali tal-politika ta' koeżjoni, f'termini ta' l-iżvilupp armonjuż ta' l-Unjoni bħala entità waħda bit-tisħiħ tal-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali kif jinsab provdut fl-Artikolu 158 tat-Trattat dwar il-Komunità Ewropea, hija illum valida u f'lokha aktar minn qatt qabel; Inoltre, il-KtR jisħaq fuq l-importanza ta' konċessjoni sistematika għad-dimensjoni reġjonali fil-Komunità u għat-tifsil tal-policies nazzjonali;

8.

huwa favur il-proposti għat-tisħiħ ta' l-isħubija u koperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarji fil-proċess sħiħ tal-programmazzjoni, implimentazzjoni u evalwazzjoni tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni; u jssejjaħ lill-Kummissjoni biex tħajjar lill-iStati Membri biex jagħmlu użu mill-possibilitajiet ta' ftehim triangolari, fejn neċessarju;

9.

jinnota wkoll li x-xogħol sabiex tintlaħaq l-istrateġija ta' Lisbona qiegħed jaqa' lura;

Riżorsi għall-politika ta' koeżjoni tal-futur

10.

jikkonsidra li l-proposta finanzjarja tal-Kummissjoni biex talloka 0.41 mid-Dħul Gross Nazzjonali (li jista' jiżdied għal 0.46 jekk tiżdied l-għajnuna għall-iżvilupp rurali u s-sajd) u l-allokazzjoni ta' EUR 336.3 biljun biex jiffinanzjaw tlett Objectivei (78 % Objective tal-Konvergenza; 18 % għall-Kompetittività Reġjonali u l-Objective ta' l-Impiegi u 4 % Koperazzjoni Territorjali) huwa kompromess aċċettabbli għall-politika tal-koeżjoni tal-futur;

11.

jemmen, inoltre, li jekk għandha tinkiseb politika ta' koeżjoni li taqbel ma' l-ambizzjonijiet ta' l-Unjoni għall-iStrateġija ta' Lisbona, mhux anqas minn 0.46 % tad-DGN jista' jiġi allokat għal dan il-għan, kif ġara fl-1999 bl-UE tal-15;

12.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-baġit propost minnha huwa biżżejjed biex titkompla l-għajnuna għar-reġjuni fl-Unjoni Ewropea ta' bħalissa u fl-istess waqt biex tassisti l-iStati Membri ġodda fuq bażi ugwali, jekk jista' jkun garantit li r-riżorsi jitqassmu ġustament u jiġu konċentrati fuq l-aktar problemi serji;

13.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li fit-trasferimenti finanzjarji lill-iStati Membri ġodda jinżamm limitu massimu ta' assorbenza ta' 4 % tal-PGD nazzjonali u li r-riżorsi trasferiti bħala parti mill-politika ta' l-iżvilupp rurali u l-politika tas-sajd jiġu rikonoxxuti f'dak il-kalkolu;

Objective ta' Konvergenza (1) biex jgħin it-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fl-iStati Membri u r-reġjuni li l-aktar qegħdin lura

14.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta fir-Rapport tal-Koeżjoni li l-Objective ta' Konvergenza ġdid għandu jinkludi mhux biss ir-reġjuni (fil-livell NUTS II) bi PGD/per capita taħt 75 % tal-medja ta' l-UE (UE-25), iżda wkoll ir-reġjuni milqutamill-hekk imsejjaħ effett statistiku;

15.

jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li r-regolamenti għall-Objective 1 kurrenti ser jinżammu u ser jiġu applikati fl-Unjoni wara t-tkabbir;

16.

jaqbel mal-proposta biex jiżdied il-Fond tal-Koeżjoni fl-Objective ta' Konvergenza l-ġdid. Dan jgħodd kemm għall-applikazzjoni tal-kriterju ta' 90 % biex jintgħażlu l-iStati Membri milquta mill-effett statistiku għall-għajnuna mingħand il-Fond tal-Koeżjoni kif ukoll li jingħaqdu flimkien l-programmi ta' l-Objective mal-miżuri tal-Fond tal-Koeżjoni fil-qasam ta' l-infrastruttura. Peress li l-Fond tal-Koeżjoni huwa finanzjat minn fondi ta' l-Objective, irid jittieħed kont tal-ħlasijiet minn dan il-Fond meta jitqassmu l-bqija tar-riżorsi ta' l-Objective 1 għal dawk l-Istati Membri li fil-futur mhux se jibqgħu eliġibbli bħala riżultat tat-tkabbir biex b'hekk tinstab soluzzjoni politika bejn l-Istati Membri.

17.

jitlob sabiex it-tqassim tar-riżorsi fl-Objective 1 il-ġdid jitkompla billi jittieħed kont ta' kriterji oġġettivi u trasparenti bażati fuq il-problemi u l-bżonnijiet tar-reġjuni li jirċievu l-assistenza. Il-formuli definiti f'Berlin u Copenhagen għall-perjodu ta' finanzjament kurrenti għandhom fil-prinċipju jkomplu jintużaw. Madanakollu għandha tingħata aktar importanza lill-ġid reġjonali u l-qgħad;

Effett statistiku

18.

jieħu nota ta' l-informazzjoni li hemm bħalissa mingħand il-Kummissjoni Ewropea, skond liema 17 ir-reġjun b'popolazzjoni ta' madwar 19 il-miljun sejrin jitilfu l-għajnuna “tradizzjonali” ta' l-Objective 1 sempliċiment għaliex il-PGD/per capita medju ta' l-UE ser jaqa' minħabba t-tkabbir (l-hekk imsejjaħ effett statistiku);

19.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li ssib soluzzjoni għal dawn ir-reġjuni fil-parametri ta' l-Objective ta' Konverġenza ġdid.

20.

jinnota l-proposta tal-Kummissjoni biex l-arranġament transitorju għar-reġjuni li qiegħdin lura u huma milquta mill-effett statistiku ser jiġi fi tmiemu fl-2013. Il-Kumitat però jixtieq isostni li fuq bażi ta' trattament ugwali ir-reġjuni milquta m'għandhomx ikunu awtomatikament esklużi mill-possibilità ta' l-għajnuna li ser tiġi introdotta taħt l-Objective il-ġdid tal-Kompetittività u x-Xogħol fil-perjodu ta' finanzjament li jiġi wara l-2013. Kwalunkwe għajnuna li ser tiġi introdotta fil-futur għandha tkun determinata mis-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta' dawn ir-reġjuni fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament li jmiss;

21.

jqis bħala kompromess aċċettabbli l-proposta tal-Kummissarju Barnier li dawn ir-reġjuni jkunu ntitolati, fil-bidu tal-perjodu ta' finanzjament li jmiss, għal 85 % mill-allokazzjoni għar-reġjuni “klassiċi” ta' l-Objective 1, li jonqos għal 60 % sa tmiem il-perjodu jekk dan ifisser l-allokazzjoni ta' rizorsi baġitarji adegwati, skond il-proposti tal-Kummissjoni għall-perspettiva finanzjarja 2007-2013. Fl-istess ħin japprova wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li fil-proposta għal-regolament futur tagħha tinkludi dispożizzjoni li permezz tagħha dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jiksbu 100 % f'fondi jekk dawk imqiegħda għad-dispożizzjoni minn Objective 1 ma jkunux intużaw kollha; tali fondi mhux użati jinżammu bħala riserva li tkun tista' titqassam f'kull Stat Membru f'nofs il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013.

Kontroll ta' l-Għajnuna Statali

22.

jsemmi l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li dawk ir-reġjuni fl-iStati Membri antiki u ġodda li jaqgħu taħt l-Objective ta' Konverġenza l-ġdid ser ikomplu jkunu eliġibbli għall-għajnuna statali skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat UE;

23.

isejjaħ biex ir-reġjuni kollha milquta mill-effett statistiku jkunu koperti mill-Artikolu 87(3)(a) għall-perjodu kollu ta' assistenza;

24.

isejjaħ biex ir-reġjuni kollha milquta mill-effett naturali (ir-reġjuni 'phasing-in') jkollhom perjodu ta' transizzjoni mill-Artikolu 87(3)(a) sal-Artikolu 87(3)(c) matul iż-żmien li jkunu qed jirċievu l-assistenza.

Kompetittività reġjonali u l-Employment Objective (2)

25.

japprova l-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq Objective għar-reġjuni kollha li ma jaqgħux taħt it-tipoloġiji ta' l-Objective ta' Konvergenza u li tista' tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li għandhom problemi soċjo-ekonomiċi importanti u kondizzjonijiet ta' tranġar u strutturali maġġuri li għandhom jiġu definiti għal-bażi ta' kriterji uniformi; japprova wkoll il-fatt li dan l-għan il-ġdid għandu japplika fuq il-livell reġjonali kollu;

26.

jaqbel ma' l-għażla tal-Kummissjoni li ssejjes l-intervent ta' l-Objective tal-Kompetittività u tax-Xogħol ġodda fuq metodu li jinvolvi it-territorju kollu reġjonali u fuq kwistjonijiet relatati ma' l-istrateġiji ta' Lisbona u Gothenburg, mingħajr ma jintesew is-servizzi ta' interess ġenerali; madankollu, il-varjetà ta' miżuri possibli għandha tkun wiesa' biżżejjed biex tilqa' l-varjetà u d-diversità tar-reġjuni Ewropew f'approċ integrat għall-politika reġjonali;

27.

isejjaħ lill-Kummissjoni, fil-ħidma lejn l-istrateġiji ta' Lisbona, biex tidentifika u tapplika prattiċi tajba mitgħallma fil-programmi ta' Azzjoni Innovattiva preċedenti bħala gwida għall-“innovazzjoni u l-ekonomija bażata fuq l-għerf” u dan sabiex jiġu evitati spejjeż inutili biex isir xogħol li diġà sar;

28.

japprova l-fatt li r-reġjuni li ma jibqgħux eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Objective ta' Konvergenza l-ġdid minħabba l-iżvilupp pożittiv tagħhom, għandhom jiġu issa nkorporati fl-Objective tal-Kompetittività u x-Xogħol il-ġdid taħt it-titolu “phasing in”; il-Kumitat jitlob li tiġi applikata proċedura simili għal dik stabbilita fl-istess ċirkostanza għall-perjodu 2000-2006 għar-reġjuni li naturalment jaqbżu l-limitu ta' 75 % tal-PGD medju per capita ta' l-UE tal-15. Dan jagħti lok għal użu aktar flessibli tal-fondi, b'tali mod li l-iżvilupp ekonomiku milħuq mir-reġjuni b'mod naturali jkun jista' jiġi msaħħaħ.

29.

japprova n-ness bejn l-istrateġija Ewropea dwar ix-xogħol u l-miżuri ta' l-ESF; jafferma, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-bżonn ta' involviment akbar u aħjar tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali fil-programmazzjoni u implimentazzjoni ta' miżuri ta' l-ESF. Dawn l-interventi għandhom ikunu konsistenti ma' l-iStrateġija Ewropea tax-Xogħol u l-parti nazzjonali tagħha, il-Pjan Nazzjonali tax-Xogħol. Għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-pjanijiet reġjonali l-oħra li għandhom impatt fuq is-swieq tax-xogħol nazzjonali u jinkludu inizzjattivi li bħalissa qed jiġu mplimentati taħt il-programm “Equal”.

30.

jitlob sabiex ir-riżorsi allokati għal-klassi l-ġdida ta' kompetittività jkunu mqassma bejn l-iStati Membri skond kriterji oġġettivi u trasparenti soċjali, ekonomiċi u territorjali, skond il-problemi u l-bżonnijiet tar-reġjuni assistiti; isejjaħ għat-tqassim tar-riżorsi ta' kompetittività ta' l-Istati Membri u l-pjaga ta' l-impjiegi fost ir-reġjuni tagħhom sabiex jiġi kkunisdrat l-iżvilupp territorjali, il-kompetittività reġjonali u l-indikaturi ekonomiċi u soċjali ta' l-UE.

Kontroll ta' l-Għajnuna ta' l-Istat

31.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex b'urġenza tissottometti proposti dwar il-futur ta' l-għajnuna ta' l-istat prevista fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u biex tikkunsidra kif id-differenzazzjoni territorjali tista' tintegra ruħha fir-regoli u regolamenti permeżż ta' l-użu ta' indikaturi ta' min jafda fuqhom, għaliex huwa neċessarju li d-differenzazzjoni territorjali tinżamm bħala parti mill-politika ta' l-għajnuna statali, illi tippermetti investiment pubbliku ffukat fejn dan jista' jikkoregi l-iżbalji tas-suq u dan sabiex jintlaħaq l-għan tal-koeżjoni terrirtorjali. Għalhekk għandha ssir attenzjoni biex jiġu evitati diskrepanzi kbar bejn il-limitu ta' għajnuna permissibli stipulati għar-reġjuni tal-qrib;

32.

isejjaħ sabiex jiġu stabbiliti, għar-reġjuni li ma jinkwadrawx ruħhom fl-Objective tal-Konverġenza, regoli dwar dan is-suġġett li jirregolaw l-għajnuna, sabiex anke huma, bis-saħħa tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ikunu jistgħu jiżviluppaw strutturalment aktar u jnaqssu d-differenzi reġjonali. Dan jippresupponi li jinżammu d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 87(3)(ċ) għar-reġjuni li għandhom bżonn għajnuna strutturali, definit skond kriterja uniformi;

33.

jisħaq li, fil-każ ta' reġjuni bi żvantaġġi strutturali li jitqajjmu mis-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom, dawn għandhom jibbenefikaw minn dispożizzjoni skond l-Artikolu 87(3) c tat-Trattat ta' l-UE.

Koperazzjoni Territorjali Ewropea (3)

34.

jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-ħolqien ta' Objective speċifiku għall-koperazzjoni transnazzjonali, bejn fruntiera u oħra u interreġjonali u għat-tqassim ta' l-approprazzjonijiet proposti għall-kooperazzjoni territorjali;

35.

huwa favur ir-rikonoxximent tal-fruntieri marittimi fi ħdan il-qafas ta' koperazzjoni bejn fruntiera u oħra u jqis li r-reġjuni għandhom jipparteċipaw, flimkien ma' l-Istati Membri, fil-proċess ta' definizzjoni u għażla tal-limiti marittimi eliġibbli għall-għajnuna;

36.

jitlob li l-koperazzjoni interreġjonali tkompli tkun fil-mira ta' l-UE. Huwa ta' tħassib li r-Rapport tal-Koeżjoni jipprevedi l-għajnuna għall-koperazzjoni interreġjonali biss fil-qafas tal-programmi reġjonali. Ir-referenza għall-possibilità t'għajnuna taħt il-programmi reġjonali m'hix t'għajnuna kbira u l-promozzjoni ta' programmi ta' koperazzjoni kumplessi jiddependi mid-definizzjoni ta' l-istrateġiji interni tal-politika reġjonali. Barra minn hekk iru jittieħdu passi biex jiżguraw li l-koperazzjoni bejn fruntiera u oħra tkun possibbli wkoll fil-fruntieri esterni w interni, inklużi l-fruntierí“il-qodma”;

37.

jitlob li, minkejja l-punt 36, r-reġjuni jkunu jistgħu, jekk jixtiequ, jintegraw l-immaniġjar tal-programmi li jaqdu l-għan tal-koperazzjoni mal-programmi regolari tagħhom.

38.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tat-tfassil ta' “strument legali ġdid” dwar il-koperazzjoni bejn fruntiera u oħra, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiddefinixxi b'mod aħjar l-kompiti u l-importanza tagħha u wkoll sabiex jiġi żgurat li dan ma jwassalx għal dewmien fit-tnedija u l-implimentazzjoni ta' programmi ġodda u li l-isforzi ta' kooperazzjoni eżistenti jkomplu jsiru;

39.

iqis il-ħolqien ta' “istrument ġdid dwar il-konvivenza tal-ġirien” bħala ħaġa pożittiva u jenfasizza l-importanza li dan l-istrument ġdid jiġi attivat malajr kemm jista' jkun sabiex jintuża fil-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, ibbażat fuq l-esperjenza li qiegħda tinġemgħa taħt il-programm INTERREG;

40.

isejjaħ il-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi istrument legali ġdid biex jiffaċilita koperazzjoni deċentraliżżata u interreġjonali li tiġi deċiża fuq bażi reġjonali u lokali;

41.

jirrakkomanda li d-diversi strumenti ta' koperazzjoni territorjali jippromwovu l-ħolqien u t-tisħiħ tan-networks ta' bliet u l-estensjoni ta' inizzjattivi li jistabilixxu koperazzjoni deċentraliżżata bejn l-awtoritajiet lokali

Miżuri għal karatteristiċi speċifiċi territorjali

42.

jilqa' l-fatt li kif ġara fil-passat il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tipproponi, skond l-Artikolu 299(2) tat-Trattat (a) inklużjoni fil-Convergence Objective il-ġdid ta' programm speċifiku biex jikkumpensa għan-nuqqasijiet tar-reġjuni li jinsabu fuq barra u (b) il-ħolqien ta' dak li hu magħruf bħala “Grand Voisinage Action” għal dawn ir-reġjuni fil-programmi tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” ġodda, bil-għan li jingħatawlhom ir-riżorsi ekonomiċi bżonnjużi sabiex jaqdu kif xieraq id-dmir tagħhom bħala fruntieri attivi ta' l-UE u b'hekk jgħinu fil-kontribuzzjoni ta' l-integrazzjoni Ewropea. Madanakollu jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel proposti ċari fuq il-kordinazzjoni ta' dawn il-provvedimenti mal-proposta l-ġdida ta' l-Inizzjattiva “l-Qraba l-Kbar” u l-Objective tal-koperazzjoni territorjali;

43.

jesprimi l-apprezzament għall-isforzi li saru biex jiġu kkunsidratu l-problemi urbani fil-qafas ta' strateġija reġjonali u nazzjonali aktar wiesa', iżda tistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiddefinixxi aħjar il-kriterji li bihom wieħed ikun eliġibbli bħala żona urbana, fil-waqt li wieħed iżomm f'moħħu r-rwol li jilgħabu l-ibliet tat-tieni u t-tielet kategorija biex jassiguraw żvilupp bilanċjat fir-reġjuni;

44.

jemmen li d-dimensjoni urbana tal-politika reġjonali m'għandhiex tindirizza biss ir-reġenerazzjoni urbana iżda wkoll ir-rwol taż-żoni urbani bħala muturi ekonomiċi għar-reġjun, flimkien mar-relazzjoni urbana-rurali;

45.

huwa favur il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li tiżdied il-parteċipazzjoni ta' l-ibliet fl-implimentazzjoni tad-dimensjoni urbana, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

46.

jilqa' b'approvazzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġjuni b'nuqqasijiet strutturali, marbuta mas-sitwazzjoni ġeografika u demografika tagħhom, bħal reġjuni li jinsabu fuq muntanji, li għandhom popolazzjoni baxxa ħafna u gżejjer. Il-Kumitat iħajjar ukoll li, fejn hu ġustifikat u b'attenzjoni xierqa għas-serjetà tal-kondizzjonijiet partikolari, miżuri speċifiċi għandhom ikunu adottati bil-għan li dawn ir-reġjuni jiġi integrati fis-suq intern b'kondizzjonijiet tajba. In-nefqa kbira tal-garanzija ta' servizzi essenzjali lill-popolazzjoni ta' ċerti reġjuni, minħabba l-karatteristiċi territorjali u demografiċi tagħhom, għandha tkun ikkunsidrata bħala kriterja;

Nessi mal-politika oħra bbażata fuq settur

47.

jafferma li l-politika ta' koeżjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala politika oriżżontali li tgħin it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fuq il-bażi ta' l-iżvilupp sostenibbli u li għandha rwol essenzjali fil-proċess ta' integrazzjoni bejn il-popli u t-territorji ta' l-Unjoni. Il-politika kollha Komunitarja għandha tagħmel il-parti tagħha biex jinkiseb l-għan tal-koeżjoni.

48.

jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tintegra l-inizzjattiva “Leader +” fl-iskop prinċipali, iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-inklużjoni ta' l-iżvilupp rurali fit-tieni pilastru tal-Politika ta' l-Agrikoltura Komuni (PAK) minħabba l-livell modest tar-reġjonaliżżazzjoni u r-rwol predominanti tal-produzzjoni agrikola u jinsisti mal-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li firxa usa' ta' żoni rurali jingħataw l-ogħla inkoraġġiment biex jieħdu sehem fil-miżuri maħsuba fil-qafas ta' l-Aċċessibilità u Servizzi ta' Interess Ġenerali fil-qasam tal-kompetittività.

49.

hu tal-fehma li l-programmazzjoni għanda tkun kordinata bejn l-infiq għall-iżvilupp rurali taħt it-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u l-infiq taħt l-Objective 2 il-ġdid (kompetittività reġjonali u x-xogħol), u li din il-kordinazzjoni għandha sseħħ fuq livell reġjonali;

50.

jilqa' b'approvazzjoni il-fatt li strument wieħed ser jintiseġ għall-iżvilupp rurali u z-zoni ta' sajd; l-Kumitat isejjaħ lill-Kummissjoni biex tikkjarifika kif dan l-istrument ser jopera barra mill-Objective ta' Konvergenza u jemmen li dan l-istrument għandu jagħti priorità lill-miżuri li jieħdu ħsieb l-aspetti l-aktar milquta ħażin taż-żoni rurali, bħalma huma d-depopolazzjoni, iż-żieda fl-età tal-popolazzjoni, u n-nuqqas ta' potenzjal għall-iżvilupp ġenerat lokalment

51.

jitlob sabiex il-miżuri previsti fil-qafas tar-Regolamenti Ewropej dwar l-iżvilupp tal-qasam rurali jitwessgħu lil hinn miż-żamma tal-produzzjoni agrikola sabiex jinkludu magħhom is-setturi agrikoli u dawk viċin ta' l-agrikoltura. Meta jitqassmu r-riżorsi, għandhom jittieħdu passi biex jiżguraw li jittieħed kont ta' l-Objective ta' Konvergenza u l-bżonn li r-riżorsi jħallsu għall-miżuri li joħorġu minn xogħol assenjat taħt ir-riforma tal-PAK;

Simplikazzjoni ta' l-immaniġjar tal-Fondi Strutturali

52.

jilqa' b'approvazzjoni l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li żżomm l-elementi ċentrali tas-sistema ta' programmazzjoni u mmaniġjar fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali tal-futur, bħalma huma l-qafas multi-annwali, metodu strateġiku f'qafas koerenti uniku u l-promozzjoni ta' sħubija pubblika-privata fuq livell reġjonali u t-tisħiħ ta' l-isħubija bejn l-isferi differenti tal-gvern: lokali, reġjonali, nazzjonali u ta' l-Ewropa;

53.

jitlob sabiex ir-reġjuni jkunu nvoluti aktar mill-viċin f'sistema effettiva u trasparenti biex tissorvelja l-għoti, it-tqassim u l-użu tal-flejjes tal-Fondi Strutturali;

54.

jinnota li l-Kummissjoni addottat diversi proposti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex l-amministrazzjoni tal-Fondi tiġi ssimplifikata billi:

tillimita d-definizzjoni tal-programmi għal-livell prioritarju biss, biex b'hekk il-bqija tal-programm jiġi abbandunat,

fil-futur tħaddem il-programmi bħala programmi ta' fond wieħed (“mono-fund programmes”) u tippermetti lill-FERŻ (Fond Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-iŻvilupp – “ERDF”) u l-FSE (Fond Soċjali Ewropew – “ESF”) biex jiffinanzjaw attivitajiet residwi li għandhom x'jaqsmu mal-kapital uman u fiżiku;

tosserva sistema unika ta' programmazzjoni għall-Fond tal-Koeżjoni u għall-proġetti dwar trasport u infrastruttura tal-FERŻ;

jiġi deċentraliżżat il-kontroll finanzjarju fl-interess tas-simplifikazzjoni u skond il-prinċipju tal-proporzjonalità;

55.

isostni li s-simplifikazzjoni tal-proċedura ta' programmazzjoni għall-Kummissjoni m'għandiex twassal għal diffikultajiet għall-awtoritajiet reġjonali u lokali jew għas-sidien ta' proġett. Għalhekk il-ħolqien ta' programmi b'fond uniku fl-Objective 1 il-ġdid jistgħu, per eżempju, iwasslu għat-tfassil ta' aktar programmi, li ma jagħmiliex aktar faċli għar-reġjuni. Ikun aħjar jekk jinżammu r-regoli attwali għall-programi operazzjonali u li jitneħħa biss ir-rekwiżit ta' l-integrazzjoni tal-Fondi fil-każ ta' temi prioritarji u miżuri tal-programmi. Barra minn hekk, programmi operazzjonali għandhom ikomplu jkunu permessi biex ikopru reġjuni qraba, inkluż l-ippjanar finanzjarju konġunt;

56.

jinsisti mal-Kummissjoni biex tieħu kont tal-“veduta ta' l-utent” fis-simplifikazzjoni tal-politika reġjonali;

57.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkjarfika xi rwol ser ikollu d-dokument ta' qafas politiku li qed jiġi propost f'dak li għandu x'jaqsam mal-fażi ta' programmazzjoni fil-livell nazzjonali/reġjonali, u x'konsegwenzi ser ikollu l-abbozzar annwali tar-rapporti nazzjonali ta' progress; il-KtR jassumi li ser tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni kostituzzjonali ta' l-iStati Membri u jitlob għal assigurazzjoni li t-tħejjija ta' dawn id-dokumenti ta' qafas politiku jkunu bbażati fuq sħubija ugwali skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà;

58.

jikkunsidra li huwa biżżejjedgħall-istituzzjonijiet Ewropej li jindirizzaw il-prioritajiet u r-riżultati mhux aktar minn darba kull sentejn. Din l-eżaminazzjoni tista' ssir fis-Summit Ewropew tar-Rebbiegħa, li għandu jiffoka fuq l-Aġenda ta' Lisbona u Gothenburg. B'dan il-mod l-implimentazzjoni tal-programmi fuq livell reġjonali ma jaqax lura u ma titbiddilx l-istruttura tagħhom;

59.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea ma adottatx il-proposta tal-KtR biex timmodifika r-regola n+2 b'regola n+3 peress li dan inaqqas il-problemi marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' proġetti fuq skala kbira u jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra dawn il-proposti (ta' awtoritajiet lokali u reġjoanli) u fil-każ li hi tiddeċiedi li tirrifjuthom, hu jipprevi għal spjegazzjoni sħiħa:

Brussel, 16 ta' Ġunju 2004

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 148 tat-18.5.2001, p. 25.

(2)  ĠU C 107 tat-03.5.2002, p. 27.

(3)  ĠU C 66 tad-19.3.2003, p. 11.

(4)  ĠU C 256 ta' l-24.10.2003, p. 13.

(5)  ĠU C 244 ta' l-10.10.2003, p. 23.

(6)  ĠU C 256 ta' l-24.10.2003, p. 1.


22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/7


Opinjoni inizjattiva tiegħu stess tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar Linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi u l-iżvilupp territorjali

(2004/C 318/02)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tiegħu tad-19 ta' Marzu 2004, u l-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea biex iħejji opinjoni fuq ir-rwol tal-linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi fuq l-iżvilupp territorjali, u li jitlob lill-Kummissjoni għal Politika dwar il-Koeżjoni Territorjali biex twettaq ix-xogħol preparatorju;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu (CdR 388/2002 fin) tad-9 ta' April 2003 dwar Koeżjoni Territojali (rapporteur: Is-Sur Ramón Luis Valcárcel Siso, President tal-Komunità Awtonoma ta' Murcia (Spanja/EPP));

Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2002 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għat-titjib tar-rendiment ambjentali tas-sistema ta' trasport tal-merkanzija (COM(2002) 54 finali – 2002/0038 COD) (CdR 103/2002 fin) (1);

Wara li kkunsidra l-opinjoni esploratorja tiegħu dwar Il-kapaċità ta' l-ajruporti reġjonali (2)(CdR 393/2002) adottata fit-2 ta' Lulju 2003 (rapporteur: Mr Bob Verburg, Viċi Gvernatur tal-Provinċja ta' Noord-Holland, Olanda, EPP);

Wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-Applikazzjoni ta' l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE fuq Għajnuniet Statali fis-settur ta' l-avjazzjoni COM(1994) 350 final;

Wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet C-159/91 u C-160/91 tas-17 ta' Frar 1993 dwar “Christian Poucet v Assurances Générales de France u Caisse Mutuelle Régionale du Languedoc-Roussillon” u C-82/01 tal-24 ta' Ottubru 2002 dwar “Aéroports de Paris v Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej”;

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni (CdR 63/2004 rev.1) adottata fil-5 ta' Mejju mill-Kummissjoni għall-Politika dwar il-Koeżjoni Territorjali (rapporteur: Is-Sur Keymer, Leader tal-Kunsill tad-Distrett ta' Tandridge (Renju Unit/EPP));

Ikkunsidra li:

1)

L-iżvilupp esponenzjali ta' linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi fl-Ewropa ppermetta l-iżvilupp ta' network ta' servizzi li jipprovdu konnessjonijiet inter-reġjonali bl-ajru minn punt għal punt, kif ukoll konnessjonijiet minn ajruporti reġjonali għal dawk internazzjonali ewlenin.

2)

L-iżvilupp kontinwu ta' dan in-network għandu dimensjoni reġjonali ċara li ma tħallix lok għal nuqqas ta' qbil; dan jiffaċilita l-konnessjonijiet minn reġjun għal reġjun, jgħin il-mobilità taċ-ċittadini, iħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku u t-tkabbir ta' l-impjiegi, iħeġġeġ it-turiżmu, jgħin fir-riġenerazzjoni, b'mod partikolari tar-reġjuni periferiċi u anqas żviluppati, u b'hekk għandu impatt pożittiv fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Ewropa.

3)

Id-deċiżjoni reċenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-każ Ryanair/Charleroi (Belġju) jikkonferma l-appoġġ tal-Kummissjoni favur żvilupp ulterjuri tas-settur tal-linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi; madankollu, din uriet id-dubji li jeżistu fir-rigward ta' l-iżvilupp futur tal-konessjonijiet bl-ajru bejn ir-reġjuni, l-ajruporti tagħhom u l-linji ta' l-ajru li jipprovdu servizzi rħas, kif ukoll għall-komunità tan-negozju u ċ-ċittadin ordinarju.

4)

Is-saħħa ta' l-investimenti magħmula mir-reġjuni fl-infrastruttura ta' l-ajruport tagħhom u mil-linji ta' l-ajru fis-servizzi ta' l-ajru bi spejjeż baxxi kienu s-suġġett ta' dubji mqajjma mill-applikazzjoni tal-Kummissjoni tar-regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna statali.

5)

Din is-sitwazzjoni tnaqqas notevolment l-opportunità għall-awtoritajiet pubbliċi biex jallokaw investiment tas-settur pubbliku fl-infrastuttura ta' l-ajruporti u s-servizzi ta' l-ajru minkejja li dan hu konsistenti mal-bżonn li tittejjeb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali madwar l-Unjoni Ewropea..

Adotta l-opinjoni li ġejja matul is-sessjoni plenarja Nru 55 tas-16 u s-17 ta' Ġunju 2004 ( laqgħa tas-17 ta' Ġunju).

L-Opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Introduzzjoni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

1.

jisħaq li l-preparazzjoni ta' Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-ajruporti reġjonali u l-preparazzjoni ta' linji ta' gwida riveduti dwar ir-rwol ta' Għajnuna Statali li jingħata f'appoġġ ta' l-iżvilupp ta' ajruporti reġjonali u servizzi ta' l-ajru, tippreżenta opportunità biex tkun provduta l-kjarezza meħtieġa biex ikun assigurat li jintlaħaq bi sħiħ ir-rwol pożittiv tas-servizzi bi spejjeż fl-istimulazzjoni ta' l-iżvilupp reġjonali;

2.

jilqa' l-opportunità li jieħu pożizzjoni qabel it-tħejjija tax-xogħol tal-Kummissjoni biex l-opinjonijiet tal-Kumitat jistgħu jinfurmaw lid-dokumenti tal-Kummissjoni;

3.

jikkonferma li l-opinjoni esploratorja tal-Kumitat dwar il-Kapaċità ta' l-ajruporti reġjonali (CdR 393/2002), adottata fit-2 ta' Lulju 2003, tirrapreżenta bażi fundamentali għal dawn l-opinjonijiet;

4.

iġġedded l-affermazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu li l-ajruporti reġjonali għandhom jitqiesu bħala element kruċjali, element li hu ta' importanza partikolari għall-iżvilupp ta' l-ekonomiji reġjonali u lokali;

5.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li l-importanza soċjali u ekonomika tat-trasport bl-ajru se tikber bit-tkabbir ta' l-Unjoni u li s-servizzi ta' l-ajru li joperaw minn ajruporti reġjonali, inklużi dawk provduti minn linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi, jippermettu lil reġjun biex ikollu aċċess aktar rapidu u faċli għaċ-ċentri prinċipali fl-UE u l-bqija tad-dinja.

6.

jisħaq li l-ajruporti reġjonali huma element ieħor ta' l-infrastruttura ta' aċċess għal reġjun, li tinkludi wkoll it-toroq, il-ferroviji eċċ. u hekk kif l-investiment tas-settur pubbliku f'dawn il-modi ta' aċċess hu appoġġjat, l-investiment tas-settur pubbliku fl-infrastruttura ta' l-ajruporti reġjonali wkoll għandu jkun iffaċilitat u inkoraġġit; il-Kumitat jilqa' wkoll l-aċċettazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-investiment tas-settur pubbliku li jagħti appoġġ għas-servizzi reġjonali ta' l-ajru li joperaw minnhom, inklużi dawk provduti minn linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi;

7.

jenfasizza mal-Kummissjoni Ewropea li t-temi prinċipali li għandhom jiġu kkunsidrati huma:

l-importanza ta' identifikazzjoni ta' ajruporti reġjonali u s-servizzi ta' l-ajru reġjonali bħala għodda essenzjali fl-iżvilupp ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jippromwovu l-koeżjoni u l-iżvilupp territorjali;

il-kontribuzzjoni li l-iżvilupp ta' ajruporti reġjonali u servizzi ta' l-ajru reġjonali għall-ħolqien usa' ta' impjiegi, għar-riġenerazzjoni, għall-inklużjoni soċjali u għall-programmi ta' żvilupp ekonomiku reġjonali u lokali;

ir-rwol sinifikanti li s-servizzi ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi jistgħu jagħtu fl-appoġġ għal żvilupp sostenibbli ta' ajruporti reġjonali żgħar u medji;

il-bżonn li l-Kummissjoni tipprovdi linji ta' gwida ċari li jistgħu jintużaw fil-futur waqt konsiderazzjonijiet dwar jekk għandhomx jintużaw fondi mis-settur pubbliku bħala għajnuna għall-iżvilupp tan-network tas-servizzi ta' l-ajru reġjonali.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

KOEŻJONI U ŻVILUPP TERRITORJALI

1.

It-trasport huwa fattur kruċjali fl-integrazzjoni ekonomika u soċjali ta' l-Ewropa. Bit-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea se jkun hemm aktar mobilità tal-ħaddiema, li jwassal għal skambju soċjali akbar. Dan, min-naħa tiegħu, se jerġa' jżid l-importanza tan-network tas-servizzi reġjonali ta' l-ajru, inklużi dawk offruti minn linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi li jipprovdu titjiriet bejn reġjuni. L-importanza ta' l-ivvjaġġar bl-ajru għall-iżvilupp tat-tessut soċjali ta' l-UE se jiżdied. L-eżistenza ta' ajruporti reġjonali u servizzi reġjonali ta' l-ajru hi għalhekk marbuta intrinsikament ma' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni.

2.

Ajruporti reġjonali jippermettu aċċess aktar faċli u aktar ħafif għal reġjun. Servizzi ta' l-ajru li joperaw minn ajruporti reġjonali jipprovdu konnessjonijiet minn punt għal punt bejn reġjuni, kif ukoll konnessjonijiet minn reġjuni lejn ajruporti internazzjonali ewlenin. Dawn is-servizzi jippermettu liċ-ċittadini li jgħixu fi gżejjer, f'reġjuni fiċ-Ċentru u l-Lvant ta' l-Ewropa u f'pajjiżi fil-periferija ta' l-UE biex jieħdu sehem aktar attiv fl-Ewropa, u b'hekk jippromwovu l-inklużjoni soċjali.

3.

Żvilupp ulterjuri tan-network tas-servizzi reġjonali ta' l-ajru jippermettu lil ċittadin biex jagħmel vjaġġ minn kull reġjun fl-UE, lejn, u lura minn, ċentri politiċi u ta' riċerka fi ħdan Stat Membru u l-Unjoni Ewropea fl-istess ġurnata ta' ivvjaġġar.

4.

L-iżvilupp ta' l-ajruporti u servizzi ta' l-ajru reġjonali, inklużi dawk provduti minn linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi, għandhom jieħdu post bħala parti mill-iżvilupp ta' sistema ta' trasport li tgħaqqad metodi differenti li sservi l-għanijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-qafas reġjonali tal-Kummissjoni għall-koeżjoni territorjali.

5.

L-iżvilupp ta' l-ajruporti u servizzi ta' l-ajru reġjonali għandu jkun ippjanat skond il-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli fejn l-iżvilupp jiltaqa' mal-bżonnijiet tal-preżent mingħajr ma tiġi kompromessa l-abilità tal-ġenerazzjonijiet futuri biex jilħqu l-bżonnijiet tagħhom.

6.

Il-kapaċità ta' l-ajruporti reġjonali fir-rigward ta' spazju għat-terminal u r-runways li jistgħu jintużaw għandhom jipprovdu servizzi ta' l-ajru reġjonali minn punt għall-punt li huma żieda fuq, u jikkumplimentaw, servizzi ta' l-ajru ewlenin li joperaw minn ajruporti reġjonali għal dawk internazzjonali prinċipali. Il-pressjoni f'tali ċentri tista' titnaqqas ukoll permezz ta' l-iżvilupp ta' diversi ajruporti reġjonali li jservu bħala ajruporti ta' dħul, ibbażati fuq il-post fejn ikunu jinsabu, fuq il-kapaċità, il-faċilitajiet u l-operazzjonijiet kurrenti. Il-provvista ta' servizzi ta' l-ajru bi spejjeż baxxi bejn ir-reġjuni għandu rwol sinifikanti x'jilgħab fl-iżvilupp ta' dan in-network usa' tas-servizzi ta' l-ajru reġjonali.

7.

Fil-provvista ta' qafas li fih jista' jsir l-iżvilupp ta' l-ajruporti u s-servizzi ta' l-ajru reġjonali, l-awtoritajiet tas-settur pubbliku għandhom ifittxu bilanċ xieraq bejn servizzi ta' l-ajru inter-reġjonali u minn dawk reġjonali għal ajruporti ewlenin. Dan il-bilanċ għandu jkun parti mill-funzjoni ta' l-għanijiet ekonomiċi u soċjali tar-reġjuni individwali.

8.

Il-formulazzjoni ta' ftehim ta' l-UE dwar l-ivvjaġġar bl-ajru (bħal Open Skies) m'għandhiex taqa' fuq l-ajruporti reġjonali. Tali ftehim jew policies għandhom jikkunsidraw fatti reġjonali u territorjali akbar u għandhom ikunu bbilanċjati sabiex jiżguraw li l-kompetittività reġjonali tinżamm.

KONKLUŻJONI

9.

L-ajruporti reġjonali huma punti ta' aċċess kritiku għar-reġjuni. Is-servizzi ta' l-ajru li joperaw minn ajruporti reġjonali, inklużi dawk provduti minn linji ta' l-ajru bi spejjeż baxxi għandhom il-potenzjal biex jilgħabu rwol kruċjali fil-kontribuzzjoni lejn il-koeżjoni territorjali. B'mod li dan il-potenzjal jintlaħaq hemm bżonn ta' livell akbar ta' kjarezza dwar liema investiment jista' jsir mis-settur pubbliku u dak privat. Dan hu partikolarment il-każ fir-rigward ta' investiment marbut ma' l-infrastruttura ta' l-ajurporti, investiment li jsir fuq medda itwal ta' żmien. Il-Kummissjoni għandha tagħti prominenza akbar lir-rwol sinifikanti ta' l-ajruporti u s-servizzi reġjonali ta' l-ajru bħala parti mill-iżvilupp ta' metodi differenti ta' trasport fi ħdan in-Networks Trans-Ewropej ta' Trasport. B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-potenzjal għal investiment f'servizzi ta' l-ajru inter-reġjonali minn punt għal punt biex tikkumplimenta l-iżvilupp ta' networks tal-ferrovija ta' veloċità qawwija.

KOMPETITTIVITÀ EKONOMIKA

10.

Id-disponibilità ta' servizzi ta' l-ajru, u b'mod partikolari servizzi ta' l-ajru bi spejjeż baxxi, li joperaw minn ajruporti reġjonali ttejjeb l-aċċess għall-ekonomija globali. Dan, flimkien ma' spejjeż aktar baxxi fuq ħaddiema, u faċilitajiet marbuta ma' reġjuni aktar remoti, jista' jħeġġeġ lill-komunità tan-negozju biex twettaq investimenti ekonomiċi ġodda fir-reġjun. Negozji eżistenti fir-reġjun ikunu jistgħu jiżviluppaw il-parti tagħhom mis-suq billi jkunu jistgħu jilħqu partijiet oħra minn dak l-Istati Membru, l-UE u l-bqija tad-dinja.

11.

L-impatt ekonomiku ġenerali li jista' jitwettaq permezz ta' l-iżvilupp tas-servizzi ta' l-ajru reġjonali li joperaw minn ajruporti reġjonali għandu jkun ikkunsidrat taħt dawn l-erba' titli:

Impatt dirett: xogħol u dħul li hu kompletament jew primarjament marbut ma' l-operat ta' l-ajruport;

Impatt indirett: xogħol u dħul ġenerat mill-ekonomija fil-qasam tal-katina ta' provdituri ta' prodotti u servizzi;

Impatt iġġenerat: xogħol u dħul ġenerat mill-ekonomija ta' reġjun bl-infieq tad-dħul ta' dawk l-impjegati diretti u indiretti;

Impatt katalista: xogħol u dħul ġenerat mill-ekonomija reġjonali mir-rwol usa' ta;' l-ajruport fit-titjib tal-produttività fin-negozju u fl-attrazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi, bħal investiment u turiżmu lejn iż-żona.

12.

It-titjib fl-aċċess lejn swieq Ewropej u internazzjonali li kapaċi jipprovdi ajruport reġjonali kapaċi jgħin iż-żamma ta' forza tax-xogħol imħarrġa fir-reġjun. L-iżvilupp ta' servizzi ta' l-ajru bi spejjeż baxxi inter-reġjonali meta bbażati f'ajruport reġjonali jistgħu jipprovdu impjiegi u opportunitajiet tax-xogħol addizzjonali lokalment u fir-reġjun kollu. B'mod partikolari, il-fatt li l-inġinierija u s-servizzi ta' l-appoġġ ikunu bbażati f'ajruport reġjonali jżidu l-ħtieġa fir-reġjun ta' inġiniera u tekniċi mħarrġa sew kapaċi li jaħdmu fl-industrija ta' l-avjazzjoni. Iż-żieda fl-opportunitajiet ta' impjiegi li tirriżulta fir-reġjun tnaqqas il-bżonn ta' għajnuna soċjali filwaqt li fl-istess ħin iżżid il-ħolqien tal-ġid. Barra minn hekk, il-linji ta' l-ajru bi spejjeż baxxi jgħin biex issir diversifikazzjoni, biex jitneħħew it-tendenzi staġonali u biex jitjiebu l-prodotti turistiċi, li jistgħu itejbu l-kwalità ta' dawn il-prodotti u b'hekk ikabbru l-attrattività ta' reġjun għat-turisti.

KONKLUŻJONI

13.

L-iżvilupp ta' servizzi ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi fil-provvista ta' servizzi ta' l-ajru minn punt għal punt minn ajruporti reġjonali jistgħu jaħdmu bħala katalisti effettivi għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali skond l-għanijiet ekonomiċi u soċjali tal-qafas reġjonali tal-Kummissjoni għall-koeżjoni territorjali. L-iżvilupp ta' network ta' servizzi ta' l-ajru bi spejjeż baxxi minn punt għal punt li joperaw minn ajruporti reġjonali jistgħu jkunu fattur importanti fiż-żieda tal-kompetittività ekonomika tar-reġjuni, u għalhekk ta' l-UE.

GĦAJNUNA STATALI

14.

L-ajruporti reġjonali ż-żgħar aktarx se jeħtieġu fondi mis-settur pubbliku biex ikopru l-ispejjeż operattivi u l-investiment f'infrastruttura ġdida. Minflok huma joffru l-potenzjal li jservu bħala bażi għas-servizzi reġjonali ta' l-ajru li jtejjbu l-livelli ġenerali ta' aċċessibilità lejn reġjuni l-aktar remoti li jwassal għal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti fir-reġjun fejn jinsabu.

15.

Hemm bżonn ta' aktar piż għall-funzjoni tas-servizz pubbliku tas-servizzi ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi inter-reġjonali minn punt għal punt li joperaw minn dawn l-ajruporti li jipprovdu konnessjoni għar-reġjun mal-bqija ta' l-UE u tad-dinja.

16.

L-investiment tas-settur pubbliku għandu jintuża b'metodu mmirat biex jipprovdi infrastruttura u servizzi li jipprovdu liċ-ċittadini l-opportunità li jilħqu l-kapaċitajiet billi jtejjbu l-kompetittività tar-reġjuni.

17.

L-użu ta' l-investiment tas-settur pubbliku biex tkun assigurata attività ekonomika madwar l-UE hu konsistenti ma' l-għanijiet tal-politika reġjonali tal-Kummissjoni favur żvilupp aktar sostenibbli billi titnaqqas il-pressjoni fuq konċentrazzjoni żejda, konġestjoni u problemi ta' konġestjoni fis-sistemi tat-trasport.

18.

Kull konsiderazzjoni tar-rwol ta' l-investiment għas-settur pubbliku għandu jkun suffiċjentement flessibbli biex jirrifletti l-ammont differenti ta' żvilupp f'reġjuni individwali madwar l-UE, u l-prioritajiet ekonomiċi u ġeografiċi għal reġjun individwali kif indentifikat mill-awtoritajiet reġjonali u lokali.

KONKLUŻJONI

19.

Hemm bżonn li jingħaraf il-fatt li hemm interess pubbliku fil-manteniment u żvilupp ta' networks ta' servizzi reġjonali ta' l-ajru, inklużi dawk provduti minn linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi, li joperaw minn ajruporti reġjonali. Investiment mis-settur pubbliku mmirat sew jista' jipprovdi investiment motivanti li jwassal għal benefiċċji sostanzjali għall-ekonomija lokali u reġjonali. It-tneħħija ta' l-investiment tas-settur pubbliku f'dawn iċ-ċirkostanzi tista' twassal biex jintilfu opportunitajiet għas-servizzi ta' l-ajru inter-reġjonali biex jaġixxu bħala katalisti għall-iżvilupp tal-koeżjoni territorjali u jtejjbu l-kompetittività ekonomika. Il-qafas għall-użu ta' l-investiment mis-settur pubbliku għandu jkun kapaċi jikkunsidra l-ħolqien aktar wiesa' ta' impjiegi, ir-riġenerazzjoni, inklużjoni soċjali u programmi ta' żviluppp ekonomiku, ambjentali, reġjonali u lokali f'reġjun.

IL-ĦTIEĠA TA' LINJA GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA STATALI

20.

Il-linji gwida għandhom jiċċaraw kif il-Kummissjoni se tinterpreta r-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna statali f'mod li tipprovdi lill-awtoritajiet reġjonali u lokali bil-gwida neċessarja biex l-investiment pubbliku bħala għajnuna għar-realizzazzjoni ta' ajruporti reġjonali u servizzi ta' l-ajru bi prezz baxx potenzjali jistgħu jintużaw b'mod pożittiv biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika reġjonali tal-Kummissjoni.

21.

Il-linji gwida għandhom ikunu żviluppati mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni sħiħa mar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali.

22.

Il-linji gwida għandhom jagħrfu r-rispett tal-prinċipju ta' diversità reġjonali. Għandhom jirriflettu d-differenza fil-livell ta' żvilupp bejn reġjuni differenti madwar l-Unjoni Ewropea. Għandhom jikkunsidraw l-eżistenza ta' problemi naturali fir-reġjun partikolari u l-livell ta' żvilupp ta' mezzi oħra ta' trasport fir-reġjun u n-natura periferika u dipendenti ta' ajruporti ewlenin. Għandhom jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jidentifikaw ċertu infrastruttura ta' l-ajruporti u servizzi ta' l-ajru reġjonali bħala ta' sinifikat reġjonali, fejn dawn huma konsistenti mal-prioritajiet ġeografiċi u ekonomiċi identifikati mill-awtoritajiet konċernati.

23.

Il-linji gwida m'għandhomx ikunu stretti jew b'limiti riġidi, iżda għandhom jagħtu ċans lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jikkunsidraw il-merti ta' l-investiment tas-settur pubbliku fuq bażi ta' każ b'każ.

24.

Għandhom jgħidu biċ-ċar li l-investiment fis-settur pubbliku hu permess sabiex ikunu appoġġjati s-servizzi ta' l-ajru reġjonali, ikkundizzjonat biss mill-aċċess miftuħ għall-investiment mill-ajruplani tal-passiġġieri kollha u allokati minn kriterji msemmija qabel.. Dawn il-kriterji għandhom jinkludu b'mod partikolari l-benefiċċju partikolari għall-ekonomiji reġjonali li joħorġu mill-iżvilupp ta' servizzi ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi li jwasslu għall-aktar investiment fir-reġjun.

25.

Dawn għandhom jippermettu lill-investiment mis-settur pubbliku biex jagħmel konribut sostanzjali għall-ispejjeż tal-bidu, speċjalment għal kampanji informattivi marbuta mat-twaqqif ta' dawn is-setturi b'mira reġjonali finanzjati permezz ta' dħul fiskali lokali, marbut.

26.

Il-linji gwida għandhom jippermettu konsiderazzjoni ta' investiment mis-settur pubbliku fl-iżvilupp ta' infrastruttura ta' ajruporti addizzjonali fejn dan hu meħtieġ biex ikun megħjun l-iżvilupp ta' servizzi ta' l-ajru reġjonali ġodda.

27.

Il-linji gwida m'għandhomx ikunu limitati fl-applikazzjoni tagħhom għall-prinċipji puri ta' l-ekonomija tas-suq iżda għandhom jikkunsidraw ukoll aspetti ta' żvilupp soċjali, ambjentali u territorjali marbuta ma' l-iżvilupp ta' servizzi reġjonali ta' l-ajru ġodda, inklużi dawk provduti minn linji ta' l-ajru bi prezzijiet baxxi.

28.

Il-linji gwida għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' ajruporti reġjonali u servizzi ta' l-ajru inter-reġjonali bħala parti min-Networks ta' Trasport Trans-Ewropej.

29.

Il-linji gwida għandhom jinkludu l-ħtieġa li l-investiment ikun ippjanat skond il-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli fejn l-iżvilupp jissodisfa l-bżonnijiet tal-preżent mingħajr ma jipperikola l-abilità tal-ġenerazzjonijiet futuri li jilħqu l-bżonnijiet tagħhom.

Brussel, 17 ta' Ġunju 2004

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 278 ta' l- 14.11.2002, p. 15.

(2)  ĠU 256 ta' l- 24.10.2003, p. 47.


22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/12


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Immodernizzar tal-Ħarsien Soċjali għal Aktar Impjiegi ta' Kwalità Tajba - metodu komprensiv li jwassal biex ix-xogħol ikun vantaġġuż

(2004/C 318/03)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Immodernizzar tal-Ħarsien Soċjali għal Aktar Impjiegi ta' Kwalità Aħjar –metodu komprensiv li jwassal biex ix-xogħol ikun vantaġġjuż. (KOM(2003) 842 finali);

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta' Jannar 2004 li tikkonsulta l-Kumitat dwar dan it-test skond l-Artikolu 265(1) tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni mill-President tal-KtR fis-26 ta' Settembru 2003 li jitlob lill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali biex tħejji Opinjoni dwar dan is-suġġett;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (CdR 15/2003 fin (1)) dwar il-Ħarsa mill-Ġdid lejn l-Istrateġija Ewropea ta' l-Impieg u l-Linji ta' Gwida għall-2003 ibbażati fuq il-Komunikazzjoni dwar Evalwazzjoni ta' ħames snin ta' l-Istrateġija Ewropea ta' l-Impjieg (COM(2002) 416 finali) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-ġejjieni ta' l-Istrateġija Ewropea ta' l-Impjieg (SEI/EES): Strateġija għal xogħol għal kullħadd u impiegi aħjar għal kullħadd (KOM(2003) 6 finali);

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (CdR 167/2002 fin (2)) dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Scoreboard dwar it-Tħaddim ta' l-Aġenda ta' Politika Soċjali”;

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' Opinjoni (CdR 94/2004 rev. 1) adottata mill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Socjali fit-30 ta' April 2004 (rapporteur: Is-Sur Roberto Pella, President tal-Kunsill Provinċjali ta' Biella (Italja –PPE);

Adotta l-Opinjoni li ġejja fis-sessjoni plenarja Nru 55 nhar is-16 u s-17 ta' Ġunju 2004 (sessjoni tas-16 ta' Ġunju)

1.   Il-Fehmiet tar-Kumitat tar-Reġjuni

Billi:

1.1

il-Kumitat tar-Reġjuni konsistentement, inkluż f'Opinjonijiet eċenti, approva l-proċess varat f'Lisbona, li għaraf ir-rabtiet mill-qrib bejn il-politika ekonomika, il-politika ta' impjieg u l-politika soċjali;

1.2

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jffisser żvilupp ewlieni fil-proċess varat bis-Summit ta' Lisbona ta' salvagwardja tad-dimensjoni soċjali tal-politika Ewropea;

1.3

id-dokument juri l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tfittex li tikseb l-għanijiet imħejjija fl-Aġenda ta' Politika Soċjali, li l-Kumitat diġà approva, mhux l-inqas fil-kuntest ta' l-Iscoreboard annwali dwar it-Tħaddim ta' l-Aġenda ta' Politika Soċjali;

1.4

il-KtR jilqa' in-natura dettaljata tad-dokument tal-Kummissjoni, li jersaq b'mod komprensiv lejn il-kwistjoni;

1.5

il-KtR jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tindirizza l-bosta aspetti tal-politika soċjali u tħejji proposti li jittrattaw dwar l-għadd bla tmiem ta' l-aspetti kollha taż-żoni differenti; dawn huma miżuri li għandhom jitħaddnu fil-livelli kollha – dak Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali – biex iċ-ċittadini Ewropej kollha jingħataw kwalità tajba ta' ħajja;

1.6

il-KtR huwa konvint mill-ħtieġa – li tidher ukoll f'ħafna dokumenti tal-Kummissjoni – li jiġu żviluppati l-aktar strutturi xierqa biex tisfrutta u twettaq il-potenzjal Ewropew ta' impieg, li huwa għoli ħafna;

1.7

il-KtR jagħraf u jenfasizza l-valur miżjud fil-kwalità tal-ħajja ta' kull persuna mill-opportunità li ssib xogħol sodisfaċenti sew mill-punt finanzjarju sew minn dak professjonali;

1.8

il-KtR jilqa', partikolarment, il-kunċett ta' ħarsien soċjali tal-Komunikazzjoni mhux bħala sistema li tissostitwixxi l-ħila ta' kull persuna li jieħu r-responsabbiltà għall-kwalità ta' ħajtu iżda bħala miżura li tista' tagħti appoġġ lill-individwi billi tagħtihom fiduċja ġdida fihom infushom u toħloq il-kundizzjonijiet soċjali meħtiega biex ikunu jistgħu jidħlu għar-rwoli sħaħ tagħhom bħala Ewropej, biex ma jkollhomx għalfejn jibqgħu fi stat ta' faqar u eskluzjoni soċjali;

1.9

il-KtR jingħaqad mal-Kummissjoni biex jenfasizza l-ħtieġa li jiddaħħlu miżuri effettivi ta' prevenzjoni u ta' riabilitazzjoni biex ma tħallix faqar u esklużjoni soċjali fil-gruppi ta' popolazzjoni l-aktar vulnerabbli;

1.10

il-KtR jingħaqad mal-Kummissjoni biex juri li s-servizzi pubbliċi pprovduti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, partikolarment, bħall-kura tat-tfal u t-taħriġ għalihom soċjo-edukattiv, u kura u ħarsien soċjali għall-anzjani u nies b'diżabbiltà, eċċ., huma meħtieġa jekk iċ-ċittadini Ewropej għandhom jingħataw il-possibbiltà ta' impieg sodisfaċenti;

1.11

il-KtR jilqa', partikolarment, l-enfasi mogħtija lill-ħtieġa li ġġib 'il quddiem is-servizzi għall-anzjani, u jixtieq ukoll jenfasizza li dawn is-servizzi m'għandhomx biss jiġu maħsuba bħala faċilitajiet ta' kura għall-anzjani barra mill-familja, iżda li, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba fuq livell lokali u reġjonali, l-aktar servizzi ta' valur, kapaċi li jikkombinaw ir-risq sew tal-persuna anzjana sew tal-familja tagħha, jidhru li huma dawk mogħtija fid-dar stess tal-persuna, fejn dan hu possibbli;

1.12

il-KtR jinnota r-raġjuni għaliex m'hemmx ebda tagħrif marbut mal-pajjiżi l-ġodda fid-dokument, jiġifieri li l-Kummissjoni wżat kwestjonarji speċjali biex tkun tista' tħejji dokument, li ntbagħtu wkoll lill-pajjiżi l-ġodda, iżda ma rċievietx tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarji minn dawn il-pajjiżi u għalhekk ma setgħetx tinkludihom fl-assessjar tal-bosta strateġiji mħaddna biex tkattar l-impiegi.

2.   Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

2.1

b'riferiment għall-miżuri ta' riabilitazzjoni msemmija mill-Kummissjoni bil-ħsieb li tħeġġeg li jidħlu lura fl-impjieg gruppi soċjali ta' riskju bħal nies b'diżabbiltajiet, jinnota li jeħtieġu miżuri soċjali ġenwini, mhux biss miżuri mediċi kif il-Kummissjoni tidher li qed isostni fil-Komunikat tagħha. Tabilħaqq, f'ħafna każijiet, ir-ritorn lura lejn ix-xogħol huwa mfixkel mhux biss minn fatturi mediċi, minn impedimenti fisiċi fil-prattika, iżda wkoll minn fatturi materjali, psikoloġiċi, soċjali u ta' komportament; il-Kummissjoni għandha għalhekk tqiegħed aktar enfasi, u mhux biss fil-konklużjonijiet tagħha, fuq ir-rwol ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twettiq ta' medda aktar komprensiva ta' miżuri soċjali u ta' welfare f'dawn il-każijiet. Dawn il-miżuri għandhom, naturalment, jimxu id f'id ma' miżuri ta' riabilitazzjoni fis-sens mediku tal-kelma, biex jitħaddmu, l-ewwel u qabel kollox, permezz ta' skemi ta' livell nazzjonali;

2.2

jlissen il-ħtieġa, kif diġà ntwera f'fehmiet oħrajn, li jitħaffu l-miżuri li għalihom hemm provvdut fil-qasam tal-protezzjoni soċjali u jiġu sinkronizzati mal-miżuri ta' politika ekonomika u ta' impjieg; għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li qegħdin fl-aqwa pożizzjoni biex jintervjenu ma' l-aktar sezzjonijiet vulnerabbli tas-soċjetà jiġu kkonsultati u, qabel xejn, jiġu nvoluti fil-każijiet kollha;

2.3

jagħmel sejħa lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar enfasi fuq ir-rwol tal-OMG (NGOs), li ma jissemmewx fil-Komunikat iżda li xogħolhom flimkien ma' dak ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa essenzjali peress li jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi ta' kwistjonijiet soċjali, l-aktar billi jagħtu lin-nies fir-riskju li jibqgħu barra l-opportunitajiet li jidħlu f'kuntatt mad-dinja tax-xogħol, mhux l-inqas ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

2.4

jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli iżżomm dejjem f'moħħa, kif tagħmel fid-dokument li din l-Opinjoni tirreferi għalih, il-punti ewlenija li diġa saru fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali, li huma għanijiet li għandhom l-għarfien tal-Kunsill Ewropew ta' Lisbona: impieg ta' kwalità għolja, skemi ta' pensjoni fis-sod, integrazzjoni soċjali u ħarsien tas-saħħa;

2.5

Billi jżomm f'moħħu t-Tielet Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, imressaq mill-Kummissjoni Ewropea fit-18 ta' Frar 2004 fejn hu jgħid li “nuqqasijiet ġeografiċi jew naturali partikolari jistgħu jintensifikaw il-problemi ta' żvilupp, b'mod partikolari fir-reġjuni li jinsabu fuq in-naħa ta' barra ta' l-Unjoni u f'ħafna gżejjer”, il-Kummissjoni għandha tindirizza dawn in-nuqqasijiet billi tappoġġja jew toħloq miżuri bħall-edukazzjoni u inċentivi għal gżejjer fir-reġjuni li jinsabu fuq in-naħa ta' barra ta' l-Unjoni sabiex timmodernizza l-ħarsien soċjali għal aktar xogħlijiet u ta' kwalità aħjar liċ-ċittadini tagħom speċjalment għal dawk li għandhom diffikultà biex isibu xogħol lil hinn mil-lokalità li fiha jkunu trabbew.

2.6

jtenni l-opinjoni tiegħu li jekk l-Ewropa, kif għandha tagħmel, ser tersaq aktar qrib il-pubbliku tagħha u ssir aktar demokratika u aktar trasparenti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili għandu jkunu involuti aktar mill-qrib, mhux l-anqas permezz ta' l-NGOs, fit-tħejjija, tħaddim u assessjar tal-politika ekonomika, soċjali u ta' impieg;

2.7

itenni, fir-rigward tal-komunikazzjoni imsemmi, il-punti li l-Kumitat tar-Reġjuni diġà għamel fl-Opinjoni tiegħu (CdR 15/2003) dwar il-Ħarsa mill-ġdid lejn l-Istrateġija Ewropea ta' l-Impieg u l-Linji ta' Gwida għall-2003 ibbażati fuq il-Komunikazzjoni dwar Analiżi ta' ħames snin ta' Strateġija Ewropea ta' l-Impjieg (KOM(2002) 416 finali) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-ġejjieni ta' l-Istrateġija Ewropea ta' l-Impieg (SEI/EES): Strateġija għall-Impieg sħih u xogħol aħjar għal kullħadd (KOM(2003) 6 finali), jiġifieri li:

dawk li jaġixxu fil-lokal u fir-reġjun għandhom rwol importanti bħala nies li jipprovdu servizzi ta' ħarsien soċjali, ta' taħriġ u edukattivi li jagħtu appoġġ lill-impieg, billi jiżviluppaw is-swieq lokali tax-xogħol u opportunitajiet ġodda ta' xogħol, barra milli huma nies li jagħtu x-xogħol huma stess;

għandhom influwenza wiesa' fuq il-kondizzjonijiet ta' aċċess fis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ, nisa, immigranti u popolazzjoni ta' anzjani u fuq il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza tas-suq tax-xogħol;

ir-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom fl-integrazzjoni tal-gruppi barra mis-suq tax-xogħol huwa ta' sikwit kruċjali;

livell għoli ta' impieg huwa wkoll għan ewlieni tal-politika ta' żvilupp lokali u kundizzjoni meħtieġa minn qabel fiż-żamma tal-livell tas-serizzi;

partnerships bejn is-settur pubbliku, l-impriżi, dawk li jaġixxu fis-settur ta' l-ekonomija soċjali u l-NGOs huma ta' importanza partikolari biex iżżid il-koeżjoni soċjali u toħloq kapital soċjali ġdid, impriżi u xogħol u b'hekk tagħmel mis-suq tax-xogħol post stimulanti anki għal dawk iċ-ċittadini li qegħdin fil-periklu li jitħallew barra;

2.8

jagħmel sejħa lill-Kummissjoni biex tisħaq, f'kull komunikazzjoni li tindirizza kwistjonijiet marbuta mal-ħtieġa ta' suq tax-xogħol aktar flessibbli, dwar il-ħtieġa ta' appoġġ tal-ħaddiema li jiddeċiedu jieħdu direzzjoni ġdida fil-karriera tagħhom; in-nuqqas ta' miżuri xierqa ta' ħarsien soċjali huwa theddida għall-flessibilità tas-suq tax-xogħol, li hija issa vitali minħabba n-natura tas-suq globali;

2.9

jemmen li s-sigurtà ekonomika bażika hija importanti sew għall-ħaddiema b'paga baxxa kemm għall-ħaddiema li għandhom pożizzjoni ta' responsabbiltà medja jew għolja. Barra minn hekk, l-appoġġ għandu jkun iffukat fuq it-taħriġ u l-aġġornament ta' kompetenzi;

2.10

jinnota li l-skemi ta' ħarsien soċjali, partikolarment dawk ta' natura finanzjarja, għandhom jinvolvu lil min jagħti x-xogħol li jista' jkun f'qagħda aħjar biex iżomm taħt għajnejh sitwazzjonijiet individwali u għalhekk f'qagħda aħjar biex iħaddem miżuri li jħeġġu r-ritorn lura lejn ix-xogħol ta' nies bħall-ħaddiema b'diżabilità u x'aktarx ukoll jgħinhom biex isibu pożizzjoni professjonali ġdida fl-istess ditta jew ditta oħra;

2.11

jirrakkomanda li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li, mingħajr ħsara għall-awtonomija sħiħa leġislattiva ta' kull Stat Membru fil-qasam tal-politika soċjali, l-Istati Membri ta' l-UE jgħarfu l-importanza tal-linji ta' gwida proposti mill-Kummissjoni fil-konkluzjonijiet tal-Komunikazzjoni u tar-rwol ewlieni ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Brussel, is-16 ta' Ġunju 2004

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 244 ta' l- 10.10.2003, p. 46.

(2)  ĠU C 66 tad-19.3.2003, p. 1.


22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/15


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twaqqif ta' linji ta' gwida għat-tieni edizzjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar i l-koperazzjoni transnazzjonali fil-promozzjoni ta' mezzi ġodda biex tintemm kull forma ta' diskriminazzjoni u nuqqas ta' ugwaljanza f'dak li hu s-suq tax-xogħol “Tixrid ħieles ta' l-ideat tajbin”

(2004/C 318/04)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twaqqif ta' linji ta' gwida għat-tieni edizzjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar i l-koperazzjoni transnazzjonali fil-promozzjoni ta' mezzi ġodda biex tintemm kull forma ta' diskriminazzjoni u nuqqas ta' ugwaljanza f'dak li hu s-suq tax-xogħol “Tixrid ħieles ta' l-ideat tajbin” KOM(2003) 840 finali,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta' Jannar 2004 li tikkonsultah dwar dan is-suġġett, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-President tas-6 ta' Novembru 2003 li titlob lill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali biex tħejji Opinjoni dwar dan is-suġġett,

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni (KtR 96/2004 rev 1) adottat fit-30 ta' April 2004 mill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali (rapporteur: Kllr Peter Moore, Kunsill ta' Sheffield City (UK/ELDR)),

adotta l-Opinjoni segwenti b'mod unanimu fil-55 sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta' Ġunju (Laqgħa tas-16 ta' Ġunju).

1.   Kummenti

Il-Kumitat tar-Reġjuni

1.1

jqis li EQUAL hija għodda fost l-aktar importanti biex tnissel u xxerred it-tiġdid fil-qasam ta' l-impiegi u l-politika soċjali;

1.2

jisħaq li l-awtoritajiet lokali taw l-appoġġ tagħhom bis-sħiħ lill-EQUAL mill-bidu nett, peress li tipprovdi opportunità sinifikanti fit-titjib u aktar żvilupp tal-politika soċjali u ta' l-impjiegi fl-livelli lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali japprovaw ukoll l-kunċett ta' partnership f'EQUAL, skond il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba;

1.3

jqis li l-integrazzjoni tat-teknoloġija innovattiva u l-iżvilupp ta' metodu prattiku u kompetenzi fuq medda twila ta' żmien għandhom ikunu għanijiet ewlenin. Jemmen li dak li jinkiseb m'għandux ikun maqtugħ mill-prassi prinċipali, iżda għandu jkun biċċa waħda biex jiżdiedu dimensjonijiet ġodda u tiżdied l-effiċjenza. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu sehemhom biex tissawwar prassi ġdida fis-sistemi lokali ta' provvista ta' servizzi u n-networks ta' politika lokali;

1.4

jisħaq li l-kwistjoni tal-komunità Roma hija ta' rilevanza u importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Bit-tkabbir ser ikunu l-akbar grupp ta' minoranza etnika li jiddistingwi ruħu fl-Unjoni Ewropea. Minkejja passat ta' 700 sena ta' għejxien fi ħdan it-truf ta' l-UE l-komunità Roma tibqa' x'aktarx wieħed mill-aktar gruppi diskriminati fost iċ-ċittadini Ewropej. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom dmir kruċjali x'jaqdu huma u jindirizzaw il-kwistjonijiet li għandha quddiemha l-komunità Roma, fatt li huwa magħruf mir-rappreżentanti nfushom ta' l-għaqdiet Ewropej Roma;

1.5

jisħaq ukoll il-fenomenu importanti tat-traffikar tat-tfal u n-nisa; jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ir-rwol kruċjali li jġibu 'l quddiem il-ġid tal-komunità u għandhom jindirizzaw il-konsegwenzi personali (eż. appoġġ lill-vittma) u soċjali (eż. prevenzjoni tal-kriminalità) tat-traffikar tal-persuni u dan l-aspett ta' l-industrija tas-sess, f'dan ir-rigward, jisħaq il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom il-fondi u r-riżorsi meħtieġa kif xieraq;

1.6

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitqiesu bħala sħab ewlenin fit-twettiq ta' EQUAL u fl-integrazzjoni ta' dak li tikseb.

2.   Rakkomandazzjonijiet

Il-Kumitat tar-Reġjuni

2.1

jilqa' l-introduzzjoni ta' stadju ta' konferma għal Azzjoni 2; jirrakkomanda li l-attività ta' Azzjoni 3 (tixrid u integrazzjoni) tista' tkun intergrata bl-istess mod biex tgħin li jiġu indirizzati problemi ta' fondi biex jinstabu l-imsieħba peress li Azzjoni 3 fiha nnifisha m'għandiex ħafna minn dawk it-tipi ta' outputs li ġeneralment il-persuni li joffru l-fondi jkunu qiegħdin iffittxu; (i.e.benefiċjarji ta' appoġġ b'attività diretta);

2.2

jilqa' l-opportunità li titwessa' s-sħubija biex ssir ħidma ma' l-istati li se jissieħbu – xi regolamenti finanzjarji xekklu xi daqsxejn il-potenzjal ta' dan fl-ewwel edizzjoni;

2.3

jqis li fl-esperimentazzjoni dwar il-ħarsien mill-qgħad, il-kwalità ta' l-impjiegi, u l-ħolqien dirett ta' impjiegi, l-Partnerships għall-Iżvilupp għandhom jiġu mħeġġa jħarsu lejn l-esperjenza u kull prassi tajba minn l-ewwel edizzjoni – b'mod partikolari xi tagħlima li wieħed ikun ħa, meta xi mod kif wieħed iħares lejn problema ma jkunx ħadem;

2.4

jisħaq l-importanza li l-ħaddiema jinżammu għal aktar żmien fix-xogħol– l-għarfien ta' dan mill-Kummissjoni huwa milqugħ tajjeb minħabba t-tendenza ġenerali tal-popolazzjoni li qed issir anzjana, iżda wkoll fir-rigward ta' żoni bi tradizzjoni ta' industrija kbira fejn ħafna mill-ħaddiema l-aktar anzjani kellhom, jew għad għandhom il-ħtieġa li, jitħarrġu mill-ġdid biex iżommu posthom fis-settur tas-servizzi u industriji oħra;

2.5

jqis li huwa importanti li wieħed jgħaraf id-diffikultà li jimpenja lil min iħaddem biex iġib 'il quddiem id-diversità, iżda jħeġġeġ it-tagħlim mill-aqwa prassi żviluppata skond l-ewwel edizzjoni mal-medda ta' l-Istati Membri;

2.6

jilqa' l-appoġġ li ser jingħata biex jiġu indirizzati l-isfidi emerġenti tal-problemi li għandha l-komunità Roma u l-vittmi tat-traffikar; jqis li dawn u sfidi oħra li qed jitfaċċaw ma' l-UE kollha għandhom jiġu indirizzati fi ħdan kuntest xieraq fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali, u ma jkollhomx impatt negattiv fejn gruppi oħra jeħtieġu li jiġu kkunsidrati;

2.7

jemmen li jeħtieġ li l-pajjiżi kollha jżommu ma' l-istess skeda ta' xogħol biex jitħaffef it-twaqqif ta' sħubija trans-nazzjonali f'ħin xieraq, b'perijodi ta' rendiment li jibdew fl-istess waqt biex wieħed jiżgura li tkun sħubija effettiva. Dan ma seħħx fl-ewwel edizzjoni. Nilqgħu l-istqarrija mtennija tal-Kummissjoni dwar l-importanza ta' dan;

2.8

jilqa' l-opportunità li jibni fuq in-network tematiku b'ħidma fi gruppi fuq livell nazzjonali u Ewropew fit-tieni edizzjoni, u jistenna li l-Kummissjoni tara aktar benefiċċji minn dan fit-tieni edizzjoni u impatt akbar. Il-kunċett ta' network tematiku b'ħidma fi gruppi żviluppa kemmxejn bil-mod matul l-ewwel edizzjoni. Il-KtR jemmen li l-Awtoritajiet Amministrattivi għandhom rwol ewlieni fl-appoġġ tagħhom tal-Partnerships għall-Iżvilupp biex jieħdu sehem u jkunu proattivi fl-identifikazzjoni tan-nies u l-politika ewlenin biex wieħed jieħu kull ma jista' mill-impatt tal-ħidma li ngħatat bidu mill-Għaqdiet. Aktar integrazzjoni tkun ta' siwi bejn il-gruppi ta' ħidma fin-Network temariku, dawk li huma responsabbli mit-tħejjija ta' dokumenti ta' l-Istati Membri u ta' l-Ewropa marbuta mal-politika Ewropea ta' Strateġija għall-Impieg u l-Inklużjoni Soċjali. Dan jiffaċilita l-integrazzjoni, li hija identifikata bħala sfida.

2.9

jilqa' l-proposti dwar l-integrazzjoni, li jiżguraw l-input minn EQUAL għal dawk li jfasslu l-politika u l-programmi ta' Objectives 1, 2 u 3; jirrikomanda li l-gruppi fin-networks tematiċi għandhom isiru formalment parti minn dan.

2.10

jqis bħala importanti li ma jintilfux il-benefiċċji tax-xogħol transnazzjonali wara l-2006 fil-qasam ta' l-impjiegi, u għalhekk jirrikomanda l-inklużjoni ta' element trans-nazzjonali fil-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għall-programmi FSE minflok il-programmi t'issa (kif ukoll fi ħdan il-programm reġjonali ERDF).

Brussel, 16 ta' Ġunju, 2004.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/17


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-promozzjoni tal-kooperattivi fl-Ewropa

(2004/C 318/05)

IL- KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-promozzjoni tal-kooperattivi fl-Ewropa (COM(2004) 18 finali);

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta' Frar 2004 li tikkonsultah dwar dan is-suġġett, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President tad-19 ta' Ġunju 2003 li titlob lill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali li tħejji fehma dwar dan is-suġġett;

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' fehma tiegħu (CdR 97/2004 rev 1) mħaddan fit-30 ta' April 2004 mill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali (rapporteur: Is-Sinjura Irma Pellinen, President tal-Kunsill Muniċipali ta' Haukipudas u Membru tal-Kunsill Reġjonali tan-North East Bothnia (FIN/PES)),

Adotta l-Opinjoni li ġejja fis-sessjoni plenarja tiegħu Nru 55, li saret fis-16 u s-17 ta' Ġunju 2004 (sessjoni tas-16 ta' Ġunju 2004):

1.   L-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

1.1

jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tal-kooperattivi fl-Ewropa, li għandha l-għan li tkattar l-użu tal-kooperattivi ma' l-Ewropa kollha billi tgħollilhom il-profil u tagħmel li jiġu mifmuma iżjed il-karatteristiċi tagħhom. Li wieħed ikun jaf kif jaħdmu l-kooperattivi, li jiżviluppa aktar il-leġislazzjoni dwar il-kooperattivi, li jżomm u jtejjeb il-qagħda u l-'input' tal-kooperattivi, dan kollu jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tal-Komunità;

1.2

japprova l-fehmiet tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi bħala mezz għall-SMEs biex jidħlu għal negozju flimkien u jtejbu l-qagħda tas-suq tagħhom u bħala mezz biex jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja lill-konsumaturi-membri, speċjalment “servizzi ta' prossimità” bħas-saħħa, l-protezzjoni soċjali u l-welfare. Il-kooperattivi tal-ħaddiema jistgħu jagħtu sehem pożittiv fil-bini ta' soċjetà bbażata fuq l-għarfien.

1.3

jenfasizza l-importanza ta' l-għan tal-Kummissjoni li ssib toroq kif żżid ir-rieda u l-ħila tal-SMEs li jinqdew bil-kooperattiva bħala forma ta' intrapriża biex b'hekk jitwaqqfu attivitajiet konġunti ta' negozju jew gruppi ta' intrapriżi;

1.4

jagħraf l-importanza li jiġi organizzat skambju strutturat ta' informazzjoni, l-identifikazzjoni ta' l-aqwa prassi u r-reklamar ta' proġetti ta' kooperattiva li jinvolvu l-SMEs;

1.5

jappoġġja sforzi biex jiġu eżaminati modi kif tista' tinġabar statistika aktar eżatta dwar il-kooperattivi;

1.6

juri l-importanza tas-sehem tal-kooperattivi fi programmi ta' edukazzjoni, taħriġ, tagħlim tul il-ħajja kollha u tagħlim fuq l-elettronika u li tħeġġeġ l-universitajiet u l-iskejjel sekondarji biex jorganizzaw taħriġ ta' tmexxija ta' kooperattivi;

1.7

jqis li hija ta' importanza kbira li wieħed jidentifika u jxerred prassi tajba fil-qasam tal-provvista pubblika ta' servizzi t'appoġġ fin-negozju għall-kooperattivi;

1.8

jisħaq dwar l-importanza ta' l-iffinanzjar tal-kooperattivi. Jeħtieġ li tiġi evalwata l-possibiltà li tinkludi referenza speċifika għall-kooperattivi fl-għodda finanzjarja amministrata mill-Fond Ewropew ta' l-Investiment, b'mod partikolari dawk il-fondi li jiffurmaw parti mill-Programm Multi-Annwali għall-Intrapriża u l-Imprenditorjalità b'mod partikolari għall-Intrapriżi Żgħar u Medji. Għandhom isiru ukoll sforzi biex jiġi żgurat li l-kooperattivi jkollhom aċċess sħiħ għall-programmi tal-Komunità u t-tagħrif dwar dawn il-programmi;

1.9

jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li tistudja l-politika, il-prassi tajba u r-regolamenti li jirrigwardaw l-intrapriżi kooperattivi soċjali;

1.10

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ikollha diskussjonijiet ma' l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u d-Direttiva dwar Statut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SKE);

1.11

jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri biex titjieb il-leġislazzjoni dwar il-kooperattivi;

1.12

japprova sforzi biex jiġu abbozzati “liġijiet mudell” għal-leġislazzjoni dwar il-kooperattivi;

1.13

iħoss li huwa importanti fil-kuntest tal-ħarsa mill-ġdid lejn ir-Regolament SKE li titqies il-possibbiltà li jitħaffef ir-Regolament billi wieħed jissuġġerixxi t-tħaddin ta' regoli komuni fl-Ewropa kollha, fejn hu possibbli;

1.14

jinnota s-sehem importanti li għandhom il-kooperattivi fl-iżvilupp tal-biedja fl-Istati Membri l-ġodda billi jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-irziezet għal dak li hu xiri, tfittxija tas-swieq tal-prodotti u t-titjib fil-produzzjoni;

2.   Ir-rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

2.1

iħeġġeż lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu eżami ta' malajr dwar l-għan fit-twettiq u l-appoġġ ta' l-inizjattivi minn dawk involuti bit-tir li fost l-awtoritajiet pubbliċi u l-operaturi ekonomiċi privati jkun hemm aktar għarfien dwar il-possibbiltà li tintuża l-forma kooperattiva bħala mezz ta' twaqqif ta' negozju jew grupp ta' intrapriżi żgħar;

2.2

jemmen li huwa importanti li l-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li wieħed jorganizza skambju strutturat ta' tagħrif u esperjenzi u jidentifika prassi tajba fil-qasam tan-negozju permezz tal-kooperattivi. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll flimkien ma' l-Istati Membri u ma' dawk kollha involuti l-ħtieġa ta' għodda ta' kejl tal-politika u l-prassi nazzjonali;

2.3

jħeġġeġ it-tkixxif b'teknika satellitari u metodi oħra ta' teħid ta' kampjuni fil-ġbir ta' l-istatistika meħtieġa dwar il-kooperattivi fl-Ewropa;

2.4

jqis li huwa importanti li l-programmi ta' edukazzjoni, taħriġ, tagħlim tul il-ħajja u tagħlim elettroniku jqisu s-sehem tal-kooperattivi, b'mod partikolari fi programmi internazzjonali u networks ta' speċjalisti li jwasslu għall-iżvilupp ta' l-aqwa prassi f'oqsma innovattivi;

2.5

juri l-importanza ta' l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-prassi tajba fil-provvista pubblika tas-servizzi ta' appoġġ għan-negozju;

2.6

jqis li hu importanti li wieħed jeżamina ta' malajr il-possibbiltà li tiġi nkluża referenza speċifika għall-kooperattivi fl-għodda finanzjarja amministrata mill-Fond Ewropew ta' l-Investiment li tifforma parti mill-Programm Multi-Annwali għall-Intrapriża u l-Imprenditorjalità u b'mod partikolari għall-Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju u biex tiżgura li l-kooperattivi huma eliġibbli li jieħdu sehem fi programmi tal-Komunità u li għandhom aċċess sħiħ għal tagħrif dwar dawn il-programmi;

2.7

jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistudja l-politika, il-prassi tajba u r-regolamenti li jirrigwardaw l-intrapriżi ta' kooperattivi soċjali u l-impatt soċjali u ta' ħolqien ta' impjiegi tal-kooperattivi fl-Ewropa b'mod aktar wiesa' u biex tibgħat rapport ta' dak li ssib lill-istituzzjonijiet tal-Komunità;

2.8

jagħti l-parir li l-Kummissjoni tniedi b'mod urġenti diskussjonijiet ma' uffiċjali fl-Istati Membri li huma responsabbli mit-twettiq ta' regoli dwar il-kooperattivi ma' l-Ewropa kollha. Id-diskussjonijiet għandhom jiffukaw, qabel kollox, fuq kwistjonijiet fejn jeħtieġu miżuri nazzjonali jew fejn huma applikabbli liġijiet nazzjonali;

2.9

jenfasizza l-ħtieġa ta' ħidma attiva flimkien ma' l-awtoritajiet pubbliċi, speċjalment fl-Istati Membri ġodda, biex tiżgura li l-leġislazzjoni dwar il-kooperattivi titjib. Barra minnhekk, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Kummissjoni u lil xulxin bil-fehma tagħhom li jemendaw il-leġislazzjoni dwar il-kooperattivi fl-istadju ta' abbozz u qabel ma titħaddan leġislazzjoni ġdida;

2.10

jirrimarka l-importanza tat-talba tal-Kummissjoni lill-għaqdiet nazzjonali u Ewropej ta' dawk kollha involuti biex iħejju abbozzi ta' “liġijiet mudell” u r-rieda tal-Kummissjoni li tgħinhom fix-xogħol ta' l-abbozzi;

2.11

jirrakkomanda li l-Kummissjoni b'mod attiv żżomm taħt għajnejha t-tħaddim tar-Regolament SKE u tiġbor reġistru ta' l-oqsma li jeħtieġu emendi sabiex ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament dan jista' jiġi simplifikat u msaħħaħ, fejn ikun meħtieġ;

2.12

tilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ser tfittex li tiżgura li s-sehem tal-kooperattivi u intrapriżi oħra ta' ekonomija soċjali fl-iżvilupp tal-biedja jiġi sfruttat permezz ta' l-inizjattivi tal-Komunità;

2.13

jenfasizza li l-Kummissjoni u l-gvernijiet ta' l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-possibbiltà li jagħtu konċessjonijiet ta' taxxa lill-kooperattivi fuq skond kemm huma meħtieġa fuq livell reġjonali jew soċjali u fuq kemm essenzjalment iħarsu l-prinċipji ewlenija ta' fondazzjoni tal-kooperattivi: id-demokrazija, is-solidarjetà tal-membri, sew il-ħaddiema sew il-konsumaturi, u l-immaniġġjar dirett tagħhom ta' l-attivitajiet ta' imprenditorjalità;

2.14

jiġbed l-attenzjoni lejn l-opportunitajiet li l-kooperattivi joffru fir-rigward ta' l-iżvilupp ta' l-ekonomija lokali u forom ġodda innovattivi ta' impjieg fuq livell lokali u reġjonali;

2.15

iħajjar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu b'mod attiv l-istabbiliment ta' Ko-operattivi (b'mod partikolari Ko-operattivi tas-suq) fil-forom ġodda ta' l-agrikoltura u attivitajiet rurali, bħal biedja organika, akwakultura eċċ. Azzjonijiet jistgħu jinkludu taħriġ, faċilitazzjoni, parir legali, identifikazzjoni tal-parteċipanti, eċċ.

2.16

jinsisti mal-kunsilli lokali u r-reġjuni biex jagħtu konsiderazzjoni akbar lill-intrapriża b'forma ta' kooperattiva fil-politika industrijali tagħhom;

2.17

ifakkar li l-kooperattivi joffru opportunitajiet ġodda biex jitjib l-impieg, il-provvista tas-servizzi u r-riġenerazzjoni ekonomika f'zoni maqtugħa li jsofru min nuqqas ta' kapital.

Brussel, 16 ta' Ġunju 2004

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/19


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija u s-servizzi ta' l-enerġija

(2004/C 318/06)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija u s-servizzi ta' l-enerġija (COM(2003) 739 finali – 2003/0300 (COD));

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Jannar 2004 li jikkonsultaħ dwar dan is-suġġett, skond l-Artikolu 175 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President tal-Kumitat tal-4 ta' Novembru 2002 biex jinkariga lill-Kummissjoni dwar l-iŻvilupp Sostenibbli biex tabbozza opinjoni dwar dan is-suġġett;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 t'April 2002 dwar l-approvazzjoni, għan-nom tal-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto anness mal-Framework Convention tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla Klimatika u l-osservanza konġunta tad-dmirijiet li saru taħtha (2002/358/KE) (1);

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar mekkaniżmu ta' sorveljanza ta' l-emissjonijiet tal-gass tas-serer u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kyoto (280/2004/KE) (2)

Wara li kkunsidra d-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (3);

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 1997 dwar il-bidla klimatika u l-enerġija – KtR 104/1997 finali (4) - u l-Opinjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2002 dwar Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, għan-nom tal-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto anness mal-Framework Convention tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla Klimatika u l-osservanza konġunta tad-dmirijiet assunti taħtha – CdR 458/2001 finali (5);

Wara li kkunsidra l-Opinjoni dwar il-Kominikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità Ewropea “Ambjent 2010, il-futur tagħna, l-għażla tagħna” – is-sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali – Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi il-Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità 2001-2010, COM(2001) 31 finali – CdR 36/2001 finali (6);

BILLI:

1.

żieda fl-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija hi essenzjali għall-ħarsien ta' l-ambjent, għat-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija u sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fi Kyoto; l-iżvilupp ta' suq għall-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija u s-servizzi ta' l-enerġija tista' tagħti kontribuzzjoni importanti biex jintlaħaq dan l-għan;

2.

l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Ewropa ilhom snin fir-rwol ta' pijunieri fil-kisba tat-tfaddil ta' l-enerġija, eż. permezz ta' l-użu ta' sorsi ta' l-enerġija li tiġġedded u bl-ittestjar ta' sistemi ta' l-enerġija intelliġenti;

3.

bosta awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Ewropa kkommettew infushom biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Protokoll ta' Kyoto;

4.

għandu l-ewwel jkun hemm għarfien popolari tal-kunċett tat-tfaddil ta' l-enerġija; l-awtoritajiet reġjonali u lokali, bħala l-korpi politiċi l-aktar qrib tal-poplu, jistgħu jagħtu kontribut biex jintlaħaq dan l-għan u l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi l-libertà ta' azzjoni neċessarja f'dan ir-rigward;

WARA LI KKUNSIDRA l-abbozz ta' Opinjoni (CdR 92/2004 rev 1), adottat mill-Kummissjoni għall-iŻvilupp Sostenibbli tat-3 ta' Mejju 2004 (relatur: Is-Sur Sinner, Ministru tal-Bavarja għall-Affarijiet Ewropej u Relazzjonijiet Reġjonali (DE, EPP));

Adotta din l-opinjoni fis-sessjoni plenarja numru 55 tas-16 u s-17 ta' Ġunju ( sessjoni tas-17 ta' Ġunju)

1.   X'jaħseb il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

1.1

jikkondividi l-veduta tal-Kummissjoni tal-Komuntajiet Ewropej li ż-żieda fl-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija huwa għan ewlieni. Jilqa' b'approvazzjoni l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tgħin l-iżvilupp ta' suq fl-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija u s-servizzi ta' l-enerġija. Il-KtR ukoll jemmen li għandha tingħata spinta lil dan is-suq u b'hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli;

1.2

jikkunsidra l-proposta għal direttiva bħala l-ewwel pass xieraq biex jinkisbu dawn l-għanijiet;

1.3

jagħti l-appoġġ mingħajr riservi għall-għan stabbilit tal-protezzjoni tal-klima u r-rispett għall-obligazzjoni li sserraħ magħha biex jitnaqqas il-konsum ta' l-enerġija. Fl-iStati Membri ta' l-UE, fir-reġjuni u fil-muniċipji, ġew introdotti varjetà ta' miżuri sabiex tintlaħaq din l-obbligazzjoni (ara, fost l-oħrajn, il-Liġi tat-Tfaddil ta' l-Enerġija adottata mill-Bunderstag Ġermaniż fl-1 t'April 2004). Dawn il-miżuri jinkludu l-isforzi li saru biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija fl-oqsma kollha tal-konsum ta' l-enerġija;

1.4

jadotta l-veduta li l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija, miżuri biex jinkiseb it-tfaddil fl-enerġija mill-utent aħħari u t-twassil tas-servizzi ta' l-enerġija għandha taqbel mal-kuntest tas-swieq orjentati lejn il-kompetizzjoni; fl-istess waqt jisħaq il-priorità li għandha tingħata lit-titjib tas-servizz pubbliku sabiex ikun jista' jkompli jassumi r-responsabilitajiet tiegħu fil-qasam tal-kwalità, tas-sigurtà u ta' l-aċċessibilità;

1.5

mhux kontra il-veduta li huwa meħtieġ qafas ta' kondizzjonijiet xieraq biex iwassal għal żieda sostanzjali fl-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija. L-aħjar mod biex jinkiseb dan il-għan huwa permezz ta' l-istimulazzjoni u ż-żieda fid-domanda għal teknoloġiji u proċeduri xierqa. Il-proposta li l-intrapriżi messhom, minflok, ikunu obbligati jipprovdu dawn is-servizzi, hija problematika. Intrapriżi ser ikollhom għalhekk jimplimentaw dawk it-teknoloġiji u proċeduri li jeżistu bħalissa li ħadd ma jkun obbligat jixtrihom u dan iwassal għal prezzijiet ogħla għall-utenti finali;

1.6

jikkonsidra li l-proposta għal direttiva jmur kontra l-prattika stabbilita f'dawk il-każijiet li fihom ma tagħtix każ ta' l-istrutturi fundamentali tas-suq intern ta' l-enerġija. Il-proposta għal Direttiva tobbliga lill-iStati Membri biex jiżguraw li l-bejjiegħa ta' l-enerġija u l-fornituri joffru lill-klijenti tagħhom, fis-setturi kollha ta' l-użu finali, is-servizzi ta' l-enerġija u l-miżuri ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, b'xejn f'ċerti każijiet. F'suq miftuħ madanakollu hemm ftit ċans li tiġi kkontrollata l-fornitura. Barra minn hekk, l-operaturi tas-suq affetwati, bħalma huma l-kumpanniji ta' distribuzzjoni ta' l-enerġija unbundled u dawk li jbiegħu l-enerġija ġdida lis-suq, huma wisq differenti biex ikunu kollha suġġetti għal miżuri li huma l-istess jew komparabbli;

1.7

iqis l-obbligazzjoni imposta fuq l-operaturi ta' networks biex joffru u jipprovdu s-servizzi ta' l-enerġija lill-klijent finali bħala ksur tad-direttiva dwar is-suq intern;

1.8

iqis it-twettiq ta' struttura uffiċjali ġdida b'xogħol ta' sorveljanza u verifika – li żgur ser jinvolvi spejjeż konsiderevoli – bħala li mhix adegwata biex tkun mezz biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija u biex jiġi żviluppat suq għall-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija u l-miżuri u s-servizzi ta' l-enerġija. L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw l-organizzazzjonijiet li diġà jeżistu biex jaqdu dawn id-dmirijiet. Skond il-proposta għal Direttiva, l-ispejjeż tal-miżuri meħuda biex jinkiseb il-livell meħtieġ tat-tfaddil ta' l-enerġija “m'għandux” jeċċedi l-benefiċċji tagħhom. Madanakollu, kif inhuma l-affarijiet, peress li mhux ċar kif ser titwettaq din l-analiżi bejn spiża u benefiċċju, din l-obbligazzjoni m'hi xejn aktar minn proposta, nieqsa minn kull tifsira prattika, bil-konsegwenza li l-ispejjeż jistgħu jogħlew sproporzjonatament meta mqabbla mal-benefiċċji. Jeżisti għalhekk il-periklu li l-provvedimenti ta' l-Artikolu 10b tal-proposta għal Direttiva, li permezz tagħhom ċertu spejjeż partikolari jistgħu jiġu nklużi fit-tariffi ta' distribuzzjoni, ser ipoġġu l-piż fuq l-utenti finali;

1.9

jinsab konvint li l-istipular ta' rata uniformi għal effiċjenza akbar b'1 % għall-Istati Membri m'għandux iwassal għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, peress li Stati Membri li jkunu diġà laħqu livell għoli ta' effiċjenza jkunu jistgħu jiksbu aktar effiċjenza bi spiża relattivament għolja. Għandu jkun hemm garanzija li l-isforzi magħmluha mill-Istati Membri fil-passat ikunu kkunsidrati kif xieraq. Il-konsiderazzjoni ta' miżuri biex titfaddal l-enerġija, magħmulha mill-Istati Membri mill-1991 'l hawn u stipulata fl-Anness 1 tal-proposta għandha ssir b'tali mod li t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jkun eskluż; barra minn hekk il-KtR jirrifjuta t-tqegħid ta' piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet pubbliċi u jitlob għal trattament ugwali fis-settur privat u pubbliku.

1.10

iqis li l-miżuri proposti, bħalma huma t-twettiq ta' għan uniformi tat-tfaddil ta' l-enerġija, il-ħolqien ta' burokraziji ġodda ta' ispezzjoni u t-twettiq ta' swieq mandatorji għas-servizzi ta' l-enerġija, jikostitwixxu, minħabba l-iskop u l-intensità tagħhom, invażjoni b'dimensjonijiet wiesa' fuq il-policies ta' l-enerġija ta' l-iStati Membri.

2.   Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

2.1

jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-punti prinċipali f'din il-proposta għal Direttiva, li l-għan tagħha huwa tassew apprezzat. L-iskop tar-reviżjoni għandu fuq kollox ikun li d-domanda għas-servizzi ta' l-enerġija jiġi żviluppat u msaħħaħ aktar bl-għoti ta' informazzjoni, pariri u għajnuna. Dwar dan jagħti parir dwar kampanja Ewropea fuq skala kbira sabiex jikber l-għarfien dwar il-benefiċċji ambjentali ta' nuqqas ta' ħela ta' l-enerġija.

2.2

jitlob lill-Kummissjoni biex tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà billi tkompli tħalli f'idejn l-iStati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipji, biex jawtorizzaw, jiċċertifikaw u jakkreditaw l-intrapriżi tas-servizzi ta' l-enerġija, jissorveljaw l-iskemi ta' verifika ta' l-enerġija u s-suq għas-servizzi ta' l-enerġija, iħejju programmi ta' effiċjenza ta' l-enerġija u jistabilixxu arranġamenti finanzjarji soġġetti għal sorveljanza pubblika;

2.3

jipproponi li l-grad ta' detall tal-provvedimenti jkun limitat għal dak il-livell li jkun kompatibbli ma' dak li kkomettiet ruħha l-Kummissjoni fejn jidħol it-tnaqqis tar-regolamentazzjoni, anqas burokrazija u simplifikazzjoni tal-proċeduri;

2.4

jistieden lill-Kummissjoni biex ma tpoġġix piż sproporzjonat fuq is-settur pubbliku rigward l-għan ta' tfaddil ta' l-enerġija. Kemm is-settur pubbliku kif ukoll dak privat għandhom ikunu responsabbli t-tnejn li huma bl-istess mod għall-kontribuzzjoni fl-għan aħħari biex titjieb l-effiċjenza ta' l-enerġija;

2.5

josserva, li sabiex jinkiseb ir-rispett ta' l-obbligi stabbiliti fil-proposta għal Direttiva, tkun neċessarja l-introduzzjoni ta' miżuri ta' superviżjoni, ġbir ta' informazzjoni u tħejjija ta' rapport għall-Kummissjoni. Dan iwassal biex l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-intrapriżi ser ikollhom jingaġġaw impjegati ġodda – li ma kienux s'issa meħtieġa - eż. Għall-iskop ta' (a) ġbir u sottomissjoni ta' informazzjoni dwar konsumaturi finali li qabel ma kienitx relevanti (eż. Dwar iż-żejt li jintuża biex isaħħan) u (b) għall-marketing tas-servizzi ta' l-enerġija. Għandu jingħata kont ta' dawn il-kwistjonijiet u dawn għandhom jiġu imdaħħla fil-proposta;

2.6

ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-bżonn li l-proposta l-ġdida għal Direttiva tkun alineata ma' l-għanijiet tad-disposizzjonijiet legali kollha fil-qasam ta' l-enerġija u, b'mod partikolari ma' l-għanijiet tad-Direttiva dwar is-suq intern fl-enerġija.

Brussel, 17 ta' Ġunju 2004

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STAUB


(1)  ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1

(2)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1

(3)  ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20

(4)  ĠU C 379, 15.12.1997, p. 11

(5)  ĠU C 192, 12.8.2002, p. 59

(6)  ĠU C 357, 14.12.2001, p. 44


22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/22


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, Parlament Ewropew, Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, dwar ir-rwol tal-Gvern elettroniku fil-futur ta' l-Ewropa

(2004/C 318/07)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, Parlament Ewropew, Kumitat Ekonomiku u Soċjali u Kumitat tar-Reġjuni dwar Ir-Rwol tal-Gvern Elettroniku għall-Futur ta' l-Ewropa (COM(2003) 567 final),

Wara li kkunsidra id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta' Settemrbu 2003 li tikkonsultah dwar dan is-suġġett, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara l-kkunsidra d-deċiżjoni tal-President tiegħu tas-6 ta' Novembru 2003 li jitlob lill-Kummissjoni għall-Kultura u l-Edukazzjoni biex tħejji opinjoni dwar dan is-suġġett,

Wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali mill-Konferenza dwar il-Gvern Elettroniku tat-8 ta' Lulju 2003, f'Como, fl-Italja,

Wara l-ikkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar eEurope 2005: An information society for all (CdR 136/2002 fin) (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar Interoperable Delivery of pan-European eGovernment Services to Public Administrations, Business and Citizens (IDABC) (CdR 247/2003 fin) (2),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar eEurope 2002: creating a EU framework for the exploitation of public sector information (CdR 134/2002 fin) (3),

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni tiegħu (CdR 392/2003 Rev.2) adottata fil-5 t'April 2004 mill-Kummissjoni għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tiegħu (Rapporteur: Is-Sur Keith Brown, Membru tal-Kunsill ta' Clackmannanshire, Skozja, UK/EA),

Jikkunsidra:

1)

li l-Gvern Elettroniku jagħti kontribut mhux biss għall-effiċjenza ta' l-amministrazzjoni pubblika iżda wkoll għad-demokrazija billi jtejjeb is-sistema ta' tmexxija (governance) u s-sehem taċ-ċittadini fil-ħajja pubblika,

2)

li hemm bżonn ta' impenn ta' l-ogħla awtoritajiet politiċi biex l-istrutturi u s-servizzi tal-Gvern Elettroniku jibdew jaħdmu u minħabba li l-parti l-kbira ta' l-ostakli legali mhumiex fuq livell Ewropew iżda fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali,

3)

it-tradizzjonijiet differenti u l-bażijiet legali fl-Istati Membri preżenti u dawk futuri, li jagħmluha diffiċli biex tiddefinixxi stàndards komuni fil-provvista ta' servizzi pubbliċi.

adotta b'mod unanimu l-Opinjoni li ġejja fis-Sessjoni Plenarja Nru 55, tas-16 u s-17 ta' Ġunju 2004 (laqgħa tas-16 ta' Ġunju)

1.   L-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

1.1

jilqa' l-importanza li l-Kummissjoni qed tagħti lir-rwol tal-Gvern elettroniku fil-kisba ta' l-għanijiet ta' Lisbona, u jpoġġi enfasi partikolari fuq ir-rwol u l-kontribut tal-gvern reġjonali u lokali fil-promozzjoni u l-esplojtazzjoni tal-potenzjal tiegħu, minħabba l-firxa u l-importanza tas-servizzi u r-regolamentazzjoni li dawn jagħtu kemm liċ-ċittadini u lill-intrapriżi;

1.2

jirrimarka l-karatteristiċi essenzjali tal-gvern lokali u reġjonali, fir-rispett tad-daqs u l-fatt li jinsab tant viċin tal-komunitajiet li jippermetti b'mod aktar rapidu l-innovazzjoni, l-għarfien u l-esperjenza fis-servizzi li huma meħtieġa u fl-utenti tagħhom, li huma fatturi kruċjali, u l-involviment dirett fuq livell individwali u tal-Komunità li jippermettilhom jippromwovu l-akwiżizzjoni ta' kapaċitajiet ġodda u biex iwassal għal bidla fl-attitudni li hi meħtieġa biex il-Gvern Elettroniku jsir realtà prattika u ta' benefiċċju;

1.3

jappoġġja d-deskrizzjoni tal-Gvern Elettroniku bħala taħlita ta' ICT fil-qasam governattiv u amministrattiv u bidla fl-organizzazzjoni flimkien ma' l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ġodda;

1.4

jisħaq l-importanza kbira tal-ħolqien ta' u l-investiment f'opportunitajiet ta' taħriġ u żvilupp biex l-akbar firxa possibbli ta' individwi tkun tista' tieħu sehem fl-iżviluppi tal-Gvern Elettroniku;

1.5

jenfasizza li l-valur tal-Gvern Elettroniku se jidher bil-mod ta' kif ikun offrut is-servizz pubbliku, u t-titjib ta' l-involviment taċ-ċittadini fil-proċessi demokratiċi u fl-iżvilupp tal-politika pubblika, fi kliem ieħor modernizzazzjoni komprensiva tal-mod ta' kif jiġu offruti s-servizzi tal-gvern u l-interazzjoni maċ-ċittadini;

1.6

jitlob attenzjoni li din il-bidla fuq il-livelli kollha tal-gvern mhix irħisa iżda se jkollha bżonn ta' impenn sinifikanti u sostnut ta' riżorsi, irduppjati mill-bżonn li jinżammu s-sistemi eżistenti matul perjodu ta' transizzjoni li hi ħtieġa distintiva fuq il-gvern li ma jkunx preżenti f'ambjenti kummerċjali;

1.7

jinnota li biex ikun possibbli livell ogħli ta' adozzjoni u interattività, it-transizzjoni għall-broadband hi essenzjali u għalhekk jilqa' s-sejħa tal-Kummissjoni għall-konnessjoni ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha sal-2005, u jemmen li hemm bżonn ta' għajnuna permezz ta' fondi bħala appoġġ għall-finanzjament ta' din it-trasforamazzjoni, speċjalment għal dawk iż-żoni fejn il-livell preżenti u r-rata ta' żvilupp ta' l-aċċess hi relattivament baxxa;

1.8

japprezza d-distinzjoni li l-Komunikazzjoni tagħmel bejn il-Governance Elettronika u l-Gvern Elettroniku, u tikkunsidra li l-kunċett aktar wiesa' ta' l-ewwel waħda li tiġbor fiha servizzi soċjali ewlenin hi mill-aktar rilevanti għall-interessi tal-gvern lokali u reġjonali;

1.9

jagħti parir li jkun applikat qafas komuni ta' stàndards fir-riċerka biex tkun assigurata l-pubblikazzjoni ta' analiżi kwalitattitiva u kwantitattiva tal-programmi u proġetti biex b'hekk ikun hemm għarfien reċiproku kemm ta' suċċess li għandu jiġi segwit kif ukoll ta' analiżi xierqa ta' fallimenti fit-titjib tat-tagħlim u l-prattika futura;

1.10

jemmen li l-ħidma f'forma ta' parternarjat, il-ħolqien ta' konsorzji u żviluppi f' joint ventures fil-livelli kollha fost l-aġenziji pubbliċi, u fejn hu fattibbli anke organizzazzjonijiet privati, kemm fuq livell nazzjonali u madwar l-UE, hi fundamentali fl-esplojtazzjoni ta' l-innovazzjoni u biex ikun evitat it-telf ta' tagħrif u għall-prattika tajba fil-futur, u biex jinkiseb l-aqwa valur mill-infieq pubbliku;

1.11

jagħraf il-potenzjal tal-Gvern Elettroniku biex isostni u jħeġġeġ distinzjonijiet kulturali u ugwaljanza fl-aċċess għas-servizzi u l-kontribut tiegħu fil-politika u l-proċess fost il-popolazzjonijiet differenti tar-Reġjuni, u f'dan ir-rispett jagħraf ir-rwoli uniċi ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dan kollu jagħti importanza lil xogħol ta' riċerka ta' kwalità fil-ħolqien ta' prattiċi inklussivi.

1.12

hu konxju mill-importanza tat-teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza u s-sigurtà biex jagħtu aktar kunfidenza fost utenti tas-servizzi, iżda jqis li għandu jkun hemm bilanċ kontra l-adozzjoni ta' protokolli li mingħajr raġuni jxekklu t-trasferiment elettroniku ta' informazzjoni li tikkonċerna individwi identifikati;

1.13

josserva li din il-Kommunikazzjoni hi parti minn sensiela usa' ta' innovazzjonijiet ta' modernizzazzjoni, li l-impatt kollettiv tagħhom għandu l-ħila jibdel l-interazzjoni ċittadin/gvern għall-aħjar fir-rispett ta' l-inklużjoni soċjali, iżda xorta waħda jqis li hemm perikli potenzjali għall-koeżjoni soċjali minħabba l-iżolament li jista' jkun ikkawżat mill-fatt li se tonqos l-interazzjoni interpersonali bejn il-persuni, u għandha tingħata attenzjoni għalihom.

2.   Ir-rakkomandazzjonijiet tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

2.1

jirrakomanda li l-Kummissjoni Ewropea, fil-promozzjoni tal-Gvern Elettroniku, tagħti priorità lill-assigurazzjoni ta' stàndards komuni, sistemi għall-iskambju ta' informazzjoni u l-interoperabilità effettiva, li tħeġġeġ l-għarfien ta' servizzi pan-Ewropej, u l-faċilitazzjoni fl-aċċess għall-informazzjoni għas-servizzi nazzjonali u reġjonali għaċ-ċittadini kollha madwar l-UE; Għandha tingħata priorità wkoll għas-sigurtà tat-transazzjonijiet kollha u ta' l-informazzjoni. Il-kunfidenza tal-pubbliku u l-użu huma marbuta direttament mas-sigurtà;

2.1a)

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tirdoppja l-isforzi tagħha għal koordinazzjoni ta' azzjoni reali u effettiva permezz ta' programmi marbuta mal-Gvern Elettroniku, speċjalment attivitajiet ta' riċerka IDA, eTEN u eGOV skond is-Sixth Framework Programme, sabiex ittejjeb ir riżultati u tagħmel l-aħjar użu ta' l-isforzi u r-riżorsi li l-Unjoni Ewropea qiegħda tinvesti sabiex tiżviluppa l-Gvern Elettroniku;

2.1 b)

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea teżamina b'mod dettaljat id-dimensjoni lokali u reġjonali ta' l-azzjonijiet taħt il-programmi marbuta mal-Gvern Elettroniku;

2.2

jirrakomanda dispożizzjoni għall-finanzjament mill-Gvernijiet u l-allokazzjonijiet għall-Fondi Strutturali ta' l-UE għall-proveddiment ta' teknoloġija broadband, f'żoni fejn dan mhux kummerċjalment viabbli, biex b'hekk tkun assigurata d-disponibilità tal-Gvern elettroniku fil-partijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea b'enfasi partikolari fuq dawk iż-żoni fejn l-aċċess u/jew rata ta' żvilupp hu baxx; Il-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni, speċjalment il-qies u l-popolazzjoni tagħhom, għandhom jiġu kkunisdrati meta jiġu determinati l-fondi infrastratturali bżonnjużi biex jiġi żgurat l-aċċess fl-UE kollha;

2.3

jinsisti li għall-anqas fl-istadju transizzjonali għandhom jingħataw korsijiet ta' taħriġ fir-rigward ta' l-aċċess għall-Gvern Elettroniku, permezz ta' faċilitajiet għal dawk b'diżabilità, anzjani u dawk li huma mħarrġa l-anqas, sabiex tiġi inkoraġġita l-inklużjoni elettronika u jiġi eliminat ir-riskju ta' diskriminazzjoni;

2.4

jilqa' l-osservazzjoni li l-fatt li jiġu offruti servizzi elettroniċi mhux garanzija li dawn se jintużaw u għalhekk iħeġġeġ bis-sħiħ ir-riċerka fil-preferenzi u l-ostakli għall-użu, kemm fil-konfront tat-tip tas-servizz u l-metodi ta' aċċess, kif ukoll f'innovazzjoni tal-provvista, biex ikunu identifikati metodi li jattiraw l-akbar numru possibbli ta' utenti, minn żoni ġeografiċi differenti u fost etajiet, sessi u gruppi soċjo-ekonomiċi differenti.

2.5

jisħaq li l-potenzjal ta' l-IT għandu jintuża bis-sħiħ fit-titjib tal-kwalità u l-produttività tas-servizzi pubbliċi pprovduti permezz tal-metodi tradizzjonali;

2.6

jirrakkomanda l-adozzjoni ta' protokoll li l-programmi u proġetti megħjuna minn fondi pubbliċi huma obbligati li jaqsmu r-riżultati ma' xulxin, u li jirrapurtaw il-benefiċċji miksuba mill-inizzjattivi meħuda u lezzjonijiet għat-titjib;

2.7

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkun ta' inkorraġiment għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jipprovdu l-Gvern Elettroniku f'lingwi differenti b'attenzjoni speċjali għal-lingwi reġjonali u dawk inqas użati;

2.8

jagħraf il-kumplessità ta' l-evalwazzjoni ta' inizjattivi ewlenin f'oqsma ġodda ta' din l-attività iżda jħeġġeġ l-istipular ta' miri ċari mill-bidu nett u l-analizzar sħiħ, miftuħ u kritiku tar-riżultati (kemm fejn sar suċċess kif ukoll falliment) fuq kriterji li jinkludu r-rilevanza, effettività, effiċjenza u funzjonalità b'mod li jkun hemm titjib fil-futur.

Brussel, 16 ta' Ġunju 2004

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 128, 29.5.2003, p. 14.

(2)  ĠU C 73, 23.3.2004, p. 72.

(3)  ĠU C 73, 26.3.2003, p. 38.


22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/24


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq messaġġi kommerċjali mhux mitluba jew “spam”

(2004/C 318/08)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni fuq Il-messaġġi kummerċjali mhux mitluba jew “spam” (KOM(2004) 28 finali)

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-22 ta' Jannar 2004 li tikkonsultah dwar dan is-suġġett, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar It-tħaddin ta' programm multi-annwali (2003-2005) għall-monitoraġġ ta' l-Ewropa elettronika, it-tixrid ta' prassi tajba u t-titjib tas-sigurtà tan-network u l-informazzjoni (MODINIS) (CdR 252/2002 fin) (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar e-Europe 2002, Benchmarking Report ta' l-Ewropa elettronika KOM(2002) 62 finali u e-Europe 2005: Is-Soċjetà ta' l-Informazzjoni għal kullħadd (CdR 136/2002 fin) (2),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar Qafas komuni għall-firem elettroniċi (CdR 332/98 fin) (3)

Wara li kkunsidra l- Opinjoni tiegħu dwar Is-Sitt Rapport dwar it-Twettiq tal-Pakkett Regolatorju tat-Telekomunikazzjoni (CdR 52/2001 fin) (4)

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar Azzjoni supplementari għall-Green Paper dwar il-ħarsien tal-minuri u d-dinjità tal-bniedem fis-servizzi awdjoviżivi u ta' tagħrif inkluża proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill u t-tħaddin ta' pjan ta' azzjoni dwar il-promozzjoni ta' l-użu b'aktar sigurtà ta' l-internet (CdR 54/98 fin) (5)

Wara li kkunsidra l-Fehma tiegħu dwar Inizjattiva Ewropea fil-kummerċ elettroniku (CdR 350/97 fin) (6)

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar In-Network tar-Reġjuni u s-sigurta ta' l-informazzjoni: Proposta għal Approċċ ta' Politika Ewropea (CdR 257/2001 fin) (7)

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar: Il-Ħolqien ta' Soċjetà b'aktar Sigurtà bit-Titjib tas-Sigurtà ta' l-Infrastrutturi ta' l-Informazzjoni u l-ġlieda kontra l-Kriminalità marbuta mal-Kompjuter: eEurope 2002 (KOM(2000) 890 finali - CdR 88/2001 fin) (8)

Wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Opinjoni tiegħu (CdR 69/2004 Rev.1.) adottata fil-5 ta' April 2004 mill-Kummissjoni għall-Kultura u l-Edukazzjoni, (Rapporteur: Is-Sinjura Susie Kemp, Membru tal-Kunsill Unitarju ta' West Berkshire (RU/PPE))

Billi:

1)

Il-messaġġi kummerċjali mhux mixtieqa bil-posta elettronika, magħrufa wkoll bħala “spam”, laħqu proporzjonijiet ta' tħassib, billi minn stima ta' 7 % tat-traffiku globali ta' l-e-mails fl-2001 telgħu sa 50 % bħalissa.

2)

L-ispam hija problema mhux biss ta' riservatezza, qerq tal-konsumatur, ħarsien ta' minuri u d-dinjità tal-bniedem, hija wkoll theddida kummerċjali. Tfisser aktar spejjeż għall-intrapriżi u produttività mitlufa u thedded li theżżeż il-fiduċja tal-konsumatur.

3)

L-UE adottat f'Lulju 2002 id-Direttiva 2002/58/KE dwar ir-Riservatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika, billi daħħlet il-prinċipju ta' “opt-in” għall-posta elettronika, u l-iskadenza għat-twettiq tagħha kienet fil-31 ta' Ottubru 2003.

4)

Filwaqt li hi l-ewwel pass, il-leġislazzjoni waħedha mhux ser tkun biżżejjed fil-ġlieda kontra l-problema ta' l-ispam. Tinħtieġ aktar azzjoni biex tiżgura li d-Direttiva jkollha l-effett mixtieq.

Unanimament adotta l-Opinjoni segwenti matul il-55 sessioni plenarja tiegħu, li saret fil-15 u 16 ta' Ġunju 2004 (laqgħa tas-16 ta' Ġunju).

1.   Il-Fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

1.1

jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-ispam hija waħda mill-isfidi l-aktar sinifikanti li hemm fl-Internet illum, li teħtieġ mhux biss infurzar effettiv u kooperazzjoni internazzjonali, iżda wkoll soluzzjonijiet awto-regolatorji u tekniċi mill-industrija, u għarfien mill-komunità;

1.2

jilqa' l-isforzi bla waqfien tal-Kummissjoni li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva 2002/58/KE dwar ir-Riservatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika u l-għajnuna mogħtija lill-Istati Membri mill-Kummissjoni u jittama li din l-għajnuna se tikber u tingħata lill-Pajjiżi Kandidati wara it-tkabbir ta' Mejju 2004;

1.3

jinnota li l-emails mhux mixtieqa qed iġibu nuqqas ta' fiduċja fin-networks ta' l-informazzjoni u l-volum ta' traffiku ta' e-mails qed iġib dewmien fis-sistemi. Din hija kwistjoni internazzjonali u tinvolvi l-fruntieri u l-KtR huwa mħasseb li l-politika tal-Komunità tista' tirnexxi biss bil-ftehim u l-kooperazzjoni ta' għaqdiet internazzjonali u setgħat oħra dinjija;

1.4

jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tagħrafx il-ħila ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali li jikkordinaw b'armonija mal-komunitajiet tagħhom u l-pubbliku ġenerali u jħeġġeġ b'urġenza lill-Kummissjoni biex iżżomm kont xieraq ta' kemm jistgħu jagħtu għajnuna l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-ġlieda kontra l-posta mhux mixtieqa;

1.5

jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistgħu jkollhom sehem fil-mod kif tinstab soluzzjoni għall-ispam b'għadd ta' modi differenti. Għandhom rwol billi jqajjmu għarfien u jxerrdu l-informazzjoni, u f'sens aktar ġenerali minħabba li huma aktar qrib iċ-ċittadini, organizzazzjonijiet u intrapriżi;

1.6

jinnota wkoll li hu diġa ppropona li għandhom jittieħdu miżuri biex jinfurmaw lit-tfal ta' l-iskola sew dwar l-aspetti ta' sigurtà tas-soċjetà ta' l-informazzjoni sew dwar il-konsegwenzi tal-kriminalità marbuta mal-kompjuter;

1.7

jinnota li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom ir-rwol tal-ħarsien pubbliku fl-aktar sens wiesa';

1.8

jagħraf li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom rwol importanti huma u jiżguraw żvilupp bilanċjat tas-soċjetà ta' l-għarfien u l-informazzjoni fl-Unjoni Ewropea, partikolarment wara it-tkabbir, sabiex tikber l-koeżjoni soċjali u ekonomika f'reġjuni, bliet u distretti ma' l-Ewropa kollha. L-awtoritajiet reġjonali u lokali qegħdin f'qagħda ewlenija biex jiżguraw li jinkiseb l-usa' aċċess possibbli għall-azzjonijiet tal-Komunità, b'konċentrazzjoni partikolari fuq il-gruppi żvantaġġati;

1.9

jagħraf li l-gvern lokali u reġjonali għandu r-responsabbiltà li jiżviluppa mhux biss servizzi pubbliċi online, iżda wkoll it-teknloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TIK/ICT) fit-tagħlim tul il-ħajja (peress li l-edukazzjoni diġitali hija meqjusa ħila bażika ġdida) u l-kura tas-saħħa. Il-gvern lokali u reġjoanli huwa wkoll attiv fil-promozzjoni tas-sigurtà ta' l-informazzjoni, fl-iżvilupp tas-servizzi elettroniċi ta' kontenut kulturali u turistiku, fit-titjib ta' l-aċċess għas-servizzi online u, naturalment, fl-iżvilupp ta' l-interoperabilità ta' proċessi sew fi ħdan il-gvern sew bejn l-organizzazzjonijiet b'mod ġenerali. Jemmen għalhekk li hu vitali li tinkiseb il-komunikazzjoni effettiva u mingħajr xkiel.

2.   Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-reġjuni

2.1

isejjaħ biex is-sehem tal-pajjiżi kandidati jkun enfasizzat. L-Internet m'għandux fruntieri tradizzjonali bejn l-Istati u għalhekk l-azzjonijiet meħuda fuq il-livell Ewropew m'għandhomx ikunu limitati għas-sehem ta' l-Istati Membri ta' l-UE. L-effetti tan-nuqqas ta' sigurtà fin-network u fis-sistema ta' informazzjoni fir-reġjuni anqas żviluppati ta' l-Ewropa jistgħu jwessgħu l-firda diġitali bejnhom u l-aktar reġjuni żviluppati u mħarsa;

2.2

jipproponi li għandhom isiru aktar sforzi biex tiżgura impenn akbar tal-produtturi dinjija ewlenin tas-software biex jidħlu għal riċerka fuq is-sigurtà tan-network u l-informazzjoni u l-applikazzjoni immedjata tagħha. Is-sigurtà għandha tkun kwistjoni ta' priorità fost dawk li jipprovdu servizz u aċċess għat-telekomunikazzjoni li joperaw fl-Ewropa, u għandhom jiġu żviluppati aktar rabtiet ma' attivitajiet u organizzazzjonijiet barra mill-UE;

2.3

iħeġġeg b'urġenza lill-Kummissjoni biex tuża l-ħila ta' l-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali li jikkomunikaw maċ-ċittadini fuq livell lokali. Pereżempju, il-Libreriji, iċ-ċentri tal-Komunità u bini ieħor Muniċipali joffru opportunitajiet kbar biex jiżdid l-għarfien u joffru aċċess pubbliku għall-informazzjoni. Dawn il-faċilitajiet joffru kuntatt dirett mal-pubbliku inklużi l-gruppi żvantaġġjati;

2.4

jipproponi li ħafna mill-problemi marbuta ma' l-użu b'sigurtà ta' l-internet tista' tinstab soluzzjoni għalihom fuq livell lokali, b'mod partikolari b'kampanja edukattiva intensiva maħsuba biex tqajjem għarfien dwar dan is-suġġett. L-Awtoritajiet reġjonali u lokali jistgħu jiggwidaw b'informazzjoni li tirrigwarda l-ġlieda kontra l-posta mhix mixtieqa;

2.5

jipproponi li l-iskejjel, minħabba r-responsabbiltà tagħhom għall-edukazzjoni, għandhom jadottaw miżuri biex jinfurmaw liż-żgħażagħ dwar l-aspetti marbuta mas-sigurtà tas-soċjetà ta' l-informatika.

2.6

jipproponi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jużaw r-relazzjoni li għandhom ma' organizzazzjonijiet kummerjali biex iħeġġuhom jieħdu azzjoni pożittiva kontra l-ispam;

2.7

jixtieq ukoll jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni fi ħdan l-UE, u b'mod partikolari r-rwol tal-gvern lokali u reġjonali biex jiżgura din il-kooperazzjoni.

Brussel, 16 ta' Ġunju 2004.

Il-President

tal- Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 128 tad-29.5.2003, p.19

(2)  ĠU C 128 tad-29.5.2003, p.14

(3)  ĠU C 93 tas- 6.4.1999, p. 33

(4)  ĠU C 19 tat- 22.1.2002, p. 1

(5)  ĠU C 251 ta' l- 10.8.1998, p. 51

(6)  ĠU C 180 ta' l- 11.6.1998, p. 19

(7)  ĠU C 107 tat- 3.5.2002, p. 89

(8)  ĠU C 107 tat- 3.5.2002, p. 85


22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/27


Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Ġejjieni tal-Politika Regolatorja Awdjoviżiva Ewropea

(2004/C 318/09)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Ġejjieni tal-Politika Regolatorja Awdjoviżiva Ewropea (COM (2003) 784 finali);

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta' Diċembru 2004 li tikkonsultaħ dwar dan is-suġġett, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-President tiegħu tal-5 ta' April 2004 li jitlob lill-Kummissjoni għall-Kultura u l-Edukazzjoni biex tħejji Opinjoni dwar dan is-suġġett;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar Ċerti aspetti legali marbuta ma' xogħolijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi oħra (Certain legal aspects relating to cinematographic and other audiovisual works) (CdR 387/2001 fin) (1);

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar Ir-Raba' Rapport mill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tad-Direttiva 89/553/KEE “It-Televiżjoni mingħajr Fruntieri” (Fourth Report from the Commission on the application of Directive 89/553/EEC “Television Without Frontiers”)(CdR 90/2003 fin) (2);

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar Il-Komunikat dwar l-Ostakli għal aċċess b'firxa wiesa' għas-servizzi ġodda u applikazzjonijiet tas-soċjetà ta' l-informazzjoni permezz ta' pjattaformi miftuħa fit-televiżjoni diġitali u t-trasmissjonijiet mobbli tat-tielet ġenerazzjoni u l-Komunikat dwar l-qlib mix-xandir analoġiku għal dak diġitali: (mill-qlib lejn id-diġitali għat-tifi analoġiku) ( Barriers to widespread access to new services and applications of the information society through open platforms in digital television and third generation mobile communications and the Communication on the transition from analogue to digital broadcasting: (from digital “switchover” to analogue “switch-off”)) (CdR 308/2003 fin);

Wara li kkunsidra l-abbozz ta' Opinjoni (CdR 67/2004 Rev.1) mħaddan mill-Kummissjoni għall-Kultura u l-Edukazzjoni tal-KtR fil-5 ta'April 2004 (rapporteur: Is-Sur Dieter Schiffmann, Membru, Rheinland-Palatinate Landtag (DE-PES));

adotta b'mod unanimu l-Opinjoni li ġejja fis-sessjoni plenarja Nru 55, tas-16 u s-17 ta' Ġunju 2004 (laqgħa tas-17 ta' Ġunju):

1.   Il-fehmiet tal-Kumitat tar-Reguni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

1.1

jagħraf ir-rwol ċentrali tal-mezzi awdjoviżivi fl-iżvilupp ta' soċjetà pluralistika fl-Europa, il-ħarsien ta' l-identità reġjonali u lokali u l-iżvilupp tad-drittijiet ċivili mgħożża demokratikament;

1.2

jisħaq l-għan li jiġi adattat il-qafas legali għall-mezzi audjoviżivi b'mod illi jwassal lejn – u jħeġġeġ – l-iżvilupp pożittiv tagħhom, kif inhu xieraq minħabba d-dmir prinċipali tagħhom;

1.3

jagħraf il-ħtieġa wkoll li jitqiesu għanijiet oħra ta' importanza kapitali ta' interess ġenerali marbuta mar-regolamentazzjoni tas-settur awdjoviżiv, bħal-liġi tal-kompetizzjoni, il-ħarsien tal-konsumatur u t-telekomunikazzjoni, u jilqa' tajjeb il-fatt li l-Kummissjoni ħadet din l-opportunità biex tħejji komunikazzjoni dwar aktar żvilupp tal-politika regolatorja Ewropea fis-settur kollu awdjoviżiv;

1.4

jqis li hu ta' ħtieġa, b'mod partikolari bit-tkabbir imminenti ta' l-UE, li jiġi ċċarat il-qafas legali li jirregola l-politika awdjoviżiva u li jitħejja l-orarju għall-iżvilupp tiegħu, sabiex, inter alia, il-pajjiżi li se jissieħbu jkollhom l-akbar ċertezza legali possibbli fi stadju bikri;

1.5

jara opportunitajiet kbar għal aktar żvilupp tas-settur awdjoviżiv fl-innovazzjonijiet tekniċi li dejjem jiżdiedu (eż. televiżjonijiet bl-iskrin ċatt), u jenfasizza l-ħtieġa li dan jidher fil-qafas tal-ġejjieni;

1.6

japprova – u jisħaq – fl-essenza tagħhom il-prinċipji tal-Kummissjoni għal qafas regolatorju fis-settur awdjoviżiv;

1.7

jaqbel fil-qofol mal-ġudizzju pożittiv tad-Direttiva Televiżjoni mingħajr Fruntieri (Television without Frontiers) (Direttiva TVMF) bħala qafas legali sod u żgur għas-servizzi televiżivi fi ħdan il-komunità li, fil-qofol tagħha, żgurat iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tas-servizzi tax-xandir bit-televiżjoni fi ħdan il-Komunità, u jiġbed l-attenzjoni lejn il-Opinjoni tiegħu dwar is-suġġett (CdR 90/2003 fin);

1.8

jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini bħala prinċipju bażiku tas-suq ewlieni fis-settur awdjoviżiv, iżda jaqsam ma' ħaddieħor il-biża' mlissna matul l-eżerċizzju ta' konsultazzjoni li, minħabba d-diversità tal-liġijiet nazzjonali, ix-xandâra jistgħu jfittxu dak l-Istat Membru li għandu l-anqas leġislazzjoni iebsa;

1.9

jaqbel mal-Kummissjoni fl-Opinjoni tagħha li jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' ħarsa mill-ġdid u fil-fond tad-direttiva TVMF biex wieħed jagħraf it-tibdil;

1.10

fid-dawl ta' l-iżviluppi u t-tibdiliet li saru fis-suq awdjoviżiv fil-frattemp, xtaq għalhekk jara' inizjattiva fil-pront u komprensiva tal-Kummissjoni biex tinħadem mill-ġdid id-Direttiva TVMF f'qafas legali Ewropew koerenti għat-tixrid ta' materjal awdjoviżiv, li jista' jipprovdi għal gradi differenti ta' regolamentazzjoni għas-servizzi li huma suġġetti għad-direttiva TVMF u għas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni.

1.11

jqis li kwistjonijiet oħra marbuta mat-tħaddim tad-direttiva TVMF m'għandhomx jiġu ndirizzati permezz ta' komunikazzjonijiet interpretattivi iżda permezz ta' ħidma fil-pront u mill-ġdid tad-direttiva nnifsha biex tinkiseb ċ-ċertezza legali meħtieġa;

1.12

jenfasizza l-importanza li jitħarsu r-regoli ta' kompetizzjoni fil-politika awdjoviżiva;

1.13

jisħaq ir-responsabbiltà taż-żamma u ta' aktar żvilupp tal-pluraliżmu fil-mezzi ta' komunikazzjoni fl-Ewropa, l-Istati Membri ta' l-UE u r-reġjuni Ewropej;

1.14

jenfasizza l-ħtieġa ta' qafas legali għas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni bħall-kummerċ elettroniku u l-aċċess għas-servizzi ġodda u, minħabba l-ħtieġa ta' gradi differenti ta' regolamentazzjoni, bi pjaċir jinnota li l-Kummissjoni m'għandha ebda ntenzjoni li ddaħħal fil-kwistjoni d-distinzjoni bejn servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni u servizzi soġġetti għad-direttiva TVMF;

1.15

jenfasizza l-ħtieġa ta' qlib faċli għall-konsumatur mix-xandir analoġiku għal dak diġitali u jiġbed l-attenzjoni lejn il-Opinjoni tiegħu dwar dan is-suġġett (CdR 308/2003 fin);

1.16

jenfasizza l-importanza kbira tad-dritt għall-informazzioni bħala dritt personali li jgawdu ċ-ċittadini Ewropej, u bi pjaċir jinnota li, bħala parti mill-eżerċizzju ta' konsultazzjoni, il-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tad-dritt għall-informazzjoni fuq ġrajjiet ta' mportanza kbira għas-soċjetà u tqis li l-kwistjoni teħtieġ aktar attenzjoni;

1.17

jisħaq ir-rwol prinċipali ta' appoġġ għall-films reġjonali u jemmen fis-sħiħ li l-produzzjoni awdjoviżiva lokali u reġjonali qed ssir aktar importanti, u flimkien mal-produzzjoni nazzjonali tpatti għall-produzzjonijiet mhux Ewropej;

1.18

jisħaq il-ħtieġa ta' ħidma għall-avvanz tal-prodotti Ewropej, u jqis li l-appoġġ biex dawn il-prodotti ta' produtturi indipendenti jiddaħħlu fl-iskedi ta' programmi jgħin ħafna biex jinġieb 'il quddiem xenarju awdjoviżiv Ewropew varjat u huwa wkoll mod partikolarment xieraq biex tħares u tagħti prominenza lill-patrimonju lokali u reġjonali varjat ta' l-Ewropa; ma jħossx, iżda, li r-regola tal-kwota li hemm s'issa hija xierqa għal dan il-għan;

1.19

jisħaq il-ħtieġa għal regoli kwalitattivi u kwantitattivi bilanċjati dwar ir-reklamar;

1.20

jilqa' l-ħeġġa tal-Kummissjoni li tagħti ħarsa mill-ġdid lejn ir-rakkomandazzjoni dwar il-ħarsien ta' minuri u d-dinjità tal-bniedem;

1.21

jqis li l-jedd ta' tweġiba huwa element prinċipali fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-kelma, u jilqa' l-pjan biex dan il-jedd jitwessa' għall-mezzi kollha;

1.22

jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taġġorna r-rakkomandazzjoni dwar il-ħarsien ta' minuri u d-dinjità tal-bniedem, bil-qofol ta' l-attenzjoni fuq li wieħed juża tajjeb il-mezzi tax-xandir, il-jedd ta' tweġiba, u miżuri kontra d-diskriminazzjoni jew it-tixwix għall-mibegħda fil-mezzi kollha online;

1.23

jagħraf il-ħtieġa ta' mudelli ta' ko- u awto-regolamentazzjoni fl-Istati Membri individwali, li jipprovdu skop biex jintwerew l-karatteristiċi ewlenin nazzjonali u reġjonali; fl-istess ħin, iżda, jappoġġja wkoll il-pjan li jitħejja studju ta' mudelli ko-regolatorji fis-settur tal-mezzi ta' komunikazzjoni biex jiġi eżaminat l-effett tagħhom u l-kompatibilità mal-qafas legali Ewropew.

1.24

jisħaq il-ħtieġa, li l-Komunità tibqa' tħares il-mudell awdjoviżiv Ewropew anke fuq livell internazzjonalii, skond in-negozjati mal-WTO.

2.   Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

2.1

jirrakkomanda li ssir ħarsa mill-ġdid u ħidma fil-pront għad-direttiva TVMF biex tidħol ċ-ċertezza legali meħtieġa, b'mod partikolari għall-pajjiżi ta' aċċessjoni, u biex titħadden id-direttiva dwar l-iżvilupp tekniku li dejjem jiżdid;

2.2

jirrakkomanda li, fil-ħidma mill-ġdid għad-direttiva TVMF u l-kondizzjonijiet ġenerali l-oħra li jirregolaw is-settur awdjoviziv, għandu jittieħed kont – u jingħata appoġġ – lir-rwol prinċipali tal-mezzi u l-produzzjonijiet awdjoviżivi fl-iżvilupp u t-tkabbir ta' l-identità lokali u reġjonali. Għalhekk, il-konċentrazzjoni qawwija ta' din l-industrija għandha tonqos u/jew tkun ikkumpensata fuq livell nazzjonali u internazzjonali;

2.3

jirrakkomanda li, fid-dawl tal-konverġenza li qiegħda dejjem tiżdied tal-mezzi tax-xandir, il-qafas legali għandu jinqasam skond il-kontenut ta' produzzjoni, tkun xi tkun il-pjattaforma teknika;

2.4

isostni ż-żamma tar-regoli kwalitattivi kurrenti fuq ir-riklamar, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħarsien tat-tfal u l-minuri u d-distinzjoni bejn il-kontenut ta' reklamar u dak editorjali;

2.5

jixtieq jirrakkomanda iżda, li filwaqt li wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh l-għażla u l-kontroll li dejjem jiżdiedu għal min juża s-servizz, tingħata aktar konsiderazzjoni li r-regoli kwantitattivi fuq ir-reklamar isiru aktar flessibbli, jekk xejn quddiem l-isfond tat-tkabbir ta' l-UE, biex jingħata sinjal ta' tnaqqis ta' burokrazija;

2.6

jirrakkomanda li r-regoli tar-reklamar għandhom ukoll japplikaw għal teknika ġdida bħall- iskrin maqsum minn nofs, reklamar virtwali u interattiv, u li għandhom jidħlu dispożizzjonijiet xierqa biex tinżamm id-distinzjoni ċara bejn kontenut editorjali u reklamar, b'hekk toħroġ ċara l-qagħda legali li tirrigwarda l-użu tat-teknika tar-riklamar ta' dan it-tip;

2.7

jilqa' l-fatt li aktar u aktar oqsma regolatorji marbuta ma' dan, bħall-politika tal-kompetizzjoni, il-ħarsien tad-drittijiet ta' l-awtur u l-ħarsien tal-konsumatur qed jitqiesu wkoll fl-ambitu tal-politika awdjoviżiva u d-direttiva TVMF, u jirrakkomanda li l-leġislazzjoni tal-ġejjieni għandha tirrifletti dejjem aktar dawn l-interrelazzjonijiet;

2.8

jenfasizza, partikolarment fil-każ ta' l-għaxar Stati Membri ġodda li ser jingħaqdu ma' l-Unjoni, li għandha tittieħed azzjoni biex tiżgura li r-regoli dwar it-tħaris ta' minuri u d-dinjità tal-bniedem jitħaddmu b'mod konsistenti fis-settur kollu awdjoviżiv;

2.9

jirrakkomanda għalhekk, fil-proposta mħabbra fil-komunikat li jaġġorna r-rakkomandazzjoni dwar il-ħarsien ta' minuri u d-dinjità tal-bniedem, li għandhom isiru aktar sforzi biex ikun hemm għodda effiċjenti ta' awto- u ko-regolamentazzjoni, inkluż li wieħed jagħmel aktar użu mill-iskambju ta' l-aqwa prassi u l-kooperazzjoni fin-network, partikolarment fl-ambjent diġitali u online;

2.10

jirrakkomanda li l-proposta mħabbra fil-komunikazzjoni għandha tqiegħed importanza partikolari fuq il-promozzjoni ta' l-edukazzjoni fil-mezzi ta' komunikazzjoni billi, kif tinnota tajjeb il-Kummissjoni, “li tkun taf fejn issib l-informazzjoni u kif tinterpretha llum il-ġurnata tfisser ħila essenzjali”,jirrakkomanda wkoll li din il-proposta meħtieġa ta' promozzjoni ta' l-edukazzjoni fil-mezzi ta' komunikazzjoni tkopri l-lingwikollha ta' l-Unjoni Ewropea, hi u tiżgura livell minimu ta' rappreżentazzjoni u kontenut ta' informazzjoni għal kull wieħed minnhom;

2.11

jappoġġja s-salvagwardja tad-dritt għall-informazzjoni, inkluża informazzjoni marbuta ma' ġrajjiet li huma suġġetti għal drittijiet esklussivi u ġrajjiet ta' mportanza kbira għas-soċjetà; Il-KtR jisħaq il-fehma tiegħu li r-regoli għax-xandir ta' ġrajjiet kbar fuq it-televiżjoni bla ħlas għandhom ikunu flessibbli, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-karatteristiċi lingwistiċi speċifiċi ta' kull pajjiż individwali, u li għandha titqies it-tħejjija ta' lista Ewropea ta' ġrajjiet kbar; il-KtR jirrakkomanda wkoll li jitwaqqaf, fuq livell Ewropew, id-dritt ta' rappurtaġġ televiżiv qasir dwar tagħrif ta' nteress ġenerali;

2.12

jirrakkomanda li, minħabba l-iżvilupp san tas-suq Ewropew fil-kontenut awdjoviżiv, għandu jitqies aktar l-avanz taċ-ċinema u l-films televiżivi mhux, kif isir issa, skond l-arranġamenti ta' kwota preskritti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva TVMF, iżda billi tipprovdi aktar appoġġ għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni bis-saħħa ta' programmi t'appoġġ; jenfasizza l-fehma tiegħu li, fl-evalwazzjoni ta' dawn ix-xogħolijiet, għandha titqies b'mod partikolari l-konservazzjoni tal-kultura Ewropea u l-impatt fuq il-politika reġjonali u l-ekonomija, għal dan il-għan programm speċifiku t'appoġġ għandu jiġi żviluppat għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' natura reġjonali u/jew bl-użu ta' ilsna Ewropej differenti;

2.13

jtenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li, minħabba l-investimenti meħtieġa għat-tibdil lejn il-produzzjoni diġitali u t-tixrid, u l-fatt li x-xandir televiżiv lokali u reġjonali jipproduċi ħafna mill-materjal tiegħu stess, il-possibiltajiet t'appoġġ għas-servizzi televiżivi reġjonali u lokali għandhom jitħeġġu biex tiġi żgurata d-diversità kulturali u reġjonali meta t-televiżjoni taqleb għad-diġitali, għal dan il-għan qed issir proposta biex tingħata priorità għall-appoġġ ta' investiment fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi awdjoviżivi reġjonali;

2.14

jsostni li l-ħarsa mill-ġdid lejn id-direttiva TVMF għandha wkoll tiżgura li x-xandir tas-servizz pubbliku għandu l-ħila jaqdi dmiru skond ir-regoli ta' l-Istati Membri, għal dan il-għan qed issir proposta biex tingħata priorità għall-appoġġ ta' investiment fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi awdjoviżivi reġjonali;

Brussel, 17 ta' Ġunju 2004

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 192, 12.8.2002, p. 15.

(2)  ĠU C 256, 24.10.2003, p. 79.


22.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/30


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- “Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2005-2010”

(2004/C 318/10)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

B'referenza għall-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li twaqqaf Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2005-2010 (COM(2004) 102 final - 2004/0032 CNS);

B'referenza għad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Frar, hu kien mitlub, skond id-dispożizzjonijiet ta' artikolu 265, paragrafu 1 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, sabiex jelabora opinjoni dwar il-kwistjoni;

B'referenza għad-deċiżjoni tal-President tas-6 ta' Novembru 2003 li jinkariga lill-kummissjoni tar-relazzjonijiet esterni biex telabora opinjoni dwar il-kwistjoni;

B'referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b'mod partikolari, artikolu 63, paragrafu 2, punt b);

B'referenza għall-opinjoni tiegħu dwar “il-Proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Fond Ewropew għar-Refuġjati” (COM (1999) 686 final – 1999/0274 CNS, KtR 80/2000fin (1));

B'referenza għall-opinjoni tiegħu dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u x-xogħol” (COM(2003) 336 final, KtR 223/2003fin (2));

B'referenza għall-opinjonijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-politika tar-refuġjati (KtR 90/2001fin (3); KtR 214/2001fin (4); KtR93/2002fin (5); KtR 249/2003fin (6));

B'referenza għall-abbozz ta'opinjoni (KtR 80/2004rev1) adottat fl-4 ta' Mejju 2004 mill-kummissjoni għar-relazzjonijiet esterni (rapporteur: M. Gustav SKUTHÄLLA, sindku ta' Närpes (FI/ELDR));

1)

jikkonsidra li t-tieni fażi tal-Fond Ewropej għar-Refuġjati għandha tikkostitwixxi strument aktar effiċjenti u aktar importanti biex jibdew jitħaddmu l-għanijiet prijoritarji li għandhom x'jaqsmu miegħu, sabiex ikun magħruf kif tinqasam ir-responsabbiltà bejn l-Istati membri u l-applikazzjoni ta' politika komuni rigward id-dritt ta' kenn fost l-Istati membri kollha,

2)

jikkonsidra li biex jiġu milħuqa l-għanijiet stipulati hu importanti ħafna li jiġu mogħtija Fondi ta' riżorsi suffiċjenti matul il-perjodu ta' azzjoni, fejn jiġu kkunsidrati b'mod partikolari t-tkabbir ta' l-Unjoni u l-bżonnijiet ta' l-Istati membri ġodda.

adotta, waqt il-55 sessjoni plenarja tas-16 u 17 ta' Ġunju 2004 (seduta tas-17 ta' Ġunju 2004), l-Opinjoni segwenti.

1   Opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni

1.1

japprova l-proposta tal-Kummissjoni b'konsiderazzjoni ta' l-emendi li huma msemmija hawn taħt;

1.2

jappreza l-isforzi tal-Kummissjoni, ta' l-Istati Membri, tar-reġjuni, tal-lokalitajiet, ta' l-organizzazzjonijiet, tar-refuġjati nfushom kif ukoll lil dawk kollha li pparteċipaw fil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ta' l-ewwel fażi tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati;

1.3

japprezza x-xogħol magħmul mill-Kummissjoni sabiex tiġi elaborata proposta ġdida, u jaħseb li rnexxilha tieħu konsiderazzjoni ta' biċċa kbira mir-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-ewwel fażi u ta' l-osservazzjonijiet magħmula mill-parteċipanti differenti kollha li kienu involuti;

1.4

jiġġudika ġust il-prinċipju u s-sistema ta' qsim ta' responsabbiltà bejn l-Istati membri, kif maħsuba fil-proposta eżaminata;

1.5

jikkunsidra l-ammont ta' flus fissi proponuti għat-twettiq ta' l-azzjonijiet fl-Istati Membri u l-ammont maħsub għall-assistenza teknika u amministrattiva jikkostitwixxi l-minimu assolut jekk wieħed irid jiggarantixxi li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-programm u jiżviluppaw is-sistemi tagħhom sabiex jilħqu livell Ewropew ġenerali; jenfasizza li l-parteċipanti lokali – b'mod partikulari – fl-Istati membri li ħadu sehem fl-ewwel fażi tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati għandhom bżonn li jkunu mill-ġdid esegwiti proġetti ta' livell għoli;

1.6

jikkunsidra importanti li jkun assigurat li kull persuna li tibbenefika minn protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru tkun koperta mill-attivitajiet tal-Fond, tkun xi tkun il-proċedura nazzjonali meħtieġa biex tidħol fit-territorju ta' dak l-Istat; jikkunsidra wkoll importanti li tingħata attenzjoni partikolari, waqt it-tħaddim tal-programm, għall-bżonnijiet tar-refuġjati li s-sitwazzjoni tagħhom tkun l-aktar prekarja. Fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli, nirreferu għat-tfal taħt l-età abbandunati weħidhom, ommijiet mitluqa, u n-nisa weħidhom, persuni ttorturati jew ittrattati b'mod inuman u degradanti jew abbużati kif ukoll dawk li għandhom bżonn ta' assistenza medika speċifika;

1.7

jaqbel mal-politika globali ta' kenn politiku kif proposta mill-Kummissjoni, li skond hi r-riżorsi tal-Fond jkunu jistgħu jiġu użati biex jitjibu l-kundizzjonijiet ta' dawk li jitolbu kenn, jiffavorixxu l-integrazzjoni tagħhom u jgħinu r-ritorn tagħhom f'pajjiżhom, filwaqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi lokali, reġjonali u nazzjonali;

1.8

jiġġudika essenzjali li jiffinanzja attivitajiet komunitarji u miżuri ta' urġenza kif ukoll azzjonijiet mifruxa fuq skala nazzjonali. L-azzjonijiet komunitarji jistgħu jsiru strument importanti ta' pjanifikazzjoni u ta' żvilupp strateġiku fuq livell Ewropew, jekk huma jikkontribwixxu biex jiġu elaborati proġetti konkreti ta' natura vasta fuq livell politiku kif ukoll fuq livell reġjonali, lokal, li jikkompletaw lil xulxin. Parti suffiċjenti mill-Fondi għandha tkun riżervata għal attivitajiet komunitarji sabiex tiġi assigurata l-komplementarjetà u tħaddim tagħhom b'mod trasparenti;

1.9

josserva li l-konsegwenzi taż-żamma ta' dawk li jitolbu kenn u tar-refuġjati huma l-aktar viżibbli fil-komunitajiet lokali li jilqgħu fosthom dawn il-gruppi u jitlob immedjatament li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu assoċjati mad-deċiżjonijiet marbuta ma' l-ilqugħ u l-integrazzjoni ta' dawn il-persuni fi ħdan il-komunità.

1.10.

jenfasizza li l-promozzjoni ta' l-integrazzjoni tirrappreżenta wieħed mill-elementi bażiċi tal-politika Ewropea rigward ir-refuġjati u l-kenn ibbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem, u li s-suċċess ta' din l-integrazzjoni għandu importanza kruċjali għat-tkomplija fl-iżvilupp ibbilanċjat tal-komunitajiet lokali;

1.11.

jinsisti dwar id-dritt ta' kull wieħed li jirritorna b'mod volontarju, assigurat u dinjituż fil-pajjiż fejn twieled;

1.12.

jappoġġja l-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-pjanifikazzjoni strateġika tal-programm permezz ta' programmazzjoni mifruxa fuq bosta snin;

1.13.

jenfasizza li l-pjanifikazzjoni strateġika għandha ssir b'mod trasparenti fi struttura ta' partnership ta' veru bejn il-Kummissjoni u l-Istati membri, sew jekk ikunu miżuri mifruxa fuq skala nazzjonali, miżuri komunitarji jew miżuri ta' urġenza;

1.14.

jenfasizza b'mod partikolari l-fatt li l-parteċipanti reġjonali u lokali jkollhom rwol prinċipali minħabba r-responsabbiltà tat-tħaddim ta' merħba għal dawk li jitolbu kenn u tar-refuġjati u ta' l-azzjonijiet li jimmiraw biex jinkoraggixxu l-integrazzjoni tagħhom; jiddispjaċih, għal din ir-raġuni, li l-Kummissjoni ma ħasbitx fil-proposta tagħha għal konsultazzjoni vasta mal-komunitajiet reġjonali u lokali waqt il-pjanifikazzjoni tat-tħaddim tal-programm u waqt it-teħid tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-finanzi tiegħu. Il-proposta ma tiggarantixxix lill-parteċipanti reġjonali u lokali l-possibbiltà li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta' tħaddim tajjeb li jikkonċerna azzjonijiet komunitarji.

2.   Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

Rakkomandazzjoni 1

Premessa (4)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)

Hu neċessarju li jiġu appoġġati l-isforzi li dwarhom l-Istati membri ftehmu li jagħtu lir-refuġjati u l-persuni li ġew imċaqalqa minn pajjiżhom kondizzjonijiet ta' merħba adattati u li jiġu applikati proċeduri ta' kenn ġusti u effiċjenti, sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-persuni li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali u li jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' kenn.

(4)

Hu neċessarju li jiġu appoġġati u mtejbin l-isforzi li dwarhom l-Istati membri ftehmu li jagħtu lir-refuġjati u l-persuni li ġew imċaqalqa minn pajjiżhom kondizzjonijiet ta' merħba adattati, li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet partikolari tal-persuni l-aktar vulnerabbli (bħalma huma t-tfal ta' taħt l-età abbandunati weħidhom, l-ommijiet mitluqa, u n-nisa weħidhom, il-persuni torturati jew trattati b'mod inuman u degradanti jew abbużati kif ukoll dawk li għandhom bżonn ta' assistenza medika speċifika) u biex jiġu applikati proċeduri ta' kenn ġusti u effiċjenti, sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-persuni li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali u li jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' kenn.

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

Huwa importanti li jittejjbu l-kondizzjonijiet ta' merħba jekk mhumiex diġà favorevoli. Il-persuni li s-sitwazzjoni tagħhom hija l-aktar prekarja għadhom mhumiex ikunu identifkati, l-aktar meta n-numru ta' dawk li jitolbu kenn hu kbir, b'tali mod li l-bżonnijiet partikulari tagħhom ma jingħatawx l-attenzjoni meħtieġa. L-identifikazzjoni ta' dawk l-aktar vulnerabbli għandha tkun iffaċilitata b'definizzjoni tal-persuni li jaqgħu taħt din il-kategorija. Il-fatt li dawn il-persuni jiġu mogħtija assistenza u għajnuna adattata, jew li jingħataw benefiċċji permezz ta' miżuri speċifiċi, jippermettilhom li jiffaċċjaw is-sitwazzjoni li jkunu għaddejjin minnha u jiffavorixxi 'l quddiem l-integrazzjoni tagħhom jew ir-ritorn fil-pajjiż fejn twieldu.

Rakkomandazzjoni 2

Premessa (8)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(8)

Għajnuna konkreta hi neċessarja biex jinħolqu jew jittejjbu l-kondizzjonijiet li jippermettu lir-refuġjati u lill-persuni li ġew imċaqalqa minn pajjiżhom li jixtiequ li jiddeċiedu huma nfushom, wara li jgħarblu x'effett dan jista' ikollu fuqhom, li jħallu t-territorju ta' l-Istati membri u jerġgħu lura fil-pajjiż fejn twieldu.

(8)

Għajnuna konkreta hija neċessarja biex jinħolqu jew jittejbu l-kondizzjonijiet li jippermettu lir-refuġjati u lill-persuni li ġew imċaqalqa minn pajjiżhom li jixtiequ li jiddeċiedu huma nfushom, wara li jgħarblu x'effett dan jista' ikollu fuqhom, li jħallu t-territorju ta' l-Istati membri u jerġgħu lura fil-pajjiż fejn twieldu bis-sigurtà meħtieġa u r-rispett għad-drittijiet umani tagħhom.

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati ma għandu fl-ebda każ jgħin r-ritorn jekk wieħed ma jistax jiggarantixxi li dan isir bis-sigurtà meħtieġa u r-rispett għad-drittijiet umani tal-persuni konċernati.

Rakkomandazzjoni 3

Premessa (15)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(15)

It-tħaddim ta' l-azzjonijiet min-naħa ta' l-Istati Membri għandhom jagħtu garanziji suffiċjenti dwar il-kondizzjonijiet u l-kwalità kif jiġu mħaddma, dwar ir-riżultati ta' l-azzjonijiet u dwar l-evalwazzjoni u tħaddim finanzjarju korrett u l-ikkontrollar tiegħu.

(15)

It-tħaddim ta' l-azzjonijiet min-naħa ta' l-Istati Membri għandhom jagħtu garanziji suffiċjenti dwar il-kondizzjonijiet transparenti tat-tħaddim u tal-kwalità tagħhom, dwar ir-riżultati ta' l-azzjonijiet u dwar l-evalwazzjoni u t-tħaddim finanzjarju korret u l-ikkontrollar tiegħu.

Spjegazzjoni dwar ir-raġunijiet

It-tħaddim għandu jkun trasparenti fiċ-ċirkustanzi kollha.

Rakkomandazzjoni 4

Artikolu 4, paragrafu 1, punt d) (ġdid)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

d)

mar-ritorn volontarju tal-persuni li t-talba għal protezzjoni – li taqa' taħt artikolu 3, minn punt 1 sa 3 – kienet miċħuda, immedjatament kif dawn il-persuni ma jkunux kisbu ċittadinanza ġdida u ma jkunux ħallew it-territorju ta' l-Istat membru.

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

Hu ukoll ġust li jintużaw ir-riżorsi tal-Fond għal skopijiet ta' ritorn volontarju ta' persuni li t-talba għal protezzjoni tintlaqa' b'deċiżjoni negattiva u mhux biss ta' dawk li t-talba tagħhom tkun qiegħda tiġi kkunsidrata.

Rakkomandazzjoni 5

Artikolu 4, paragrafu 3

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.

Il-miżuri jikkunsidraw il-fatturi li għandhom x'jaqsmu mas-sess, kif ukoll tal-ħtiġijiet partikulari tal-persuni l-aktar vulnerabbli, li jinkludu dawk li kienu torturati jew trattati b'mod inuman u degradanti kif ukoll l-interess qabel kollox tat-tifel/a. Il-miżuri maħsuba f'paragrafu 1, punti a), b) u ċ) jistgħu jkunu l-għan ta' proġetti komuni.

3.

Il-miżuri jikkunsidraw il-fatturi li għandhom x'jaqsmu mas-sess, l-interess qabel kollox tat-tifel/tifla kif ukoll il-ħtiġijiet partikulari tal-persuni l-aktar vulnerabbli, li jinkludu t-tfal ta' taħt l-età li jkunu abbandonati weħidhom, l-ommijiet mitluqa u n-nisa weħidhom, il-persuni li kienu torturati jew trattati b'mod inuman u degradanti jew abbużati kif ukoll dawk li jeħtieġu assistenza medika speċifika; Il-miżuri maħsuba f'paragrafu 1, punti a), b) u ċ) jistgħu jkunu l-għan ta' proġetti komuni.

Spjegazzjoni dwar ir-raġunijiet

L-interess qabel kollox tat-tifel/tifla huwa mniżżel fit-trattati internazzjonali u għandu għalhekk jidher b'mod ċar f'din il-proposta. L-identifikazzjoni ta' dawk l-aktar vulnerabbli għandha tkun iffaċilitata permess ta' definizzjoni tal-persuni li jaqgħu taħt din il-kategorija. Il-lista proposta tikkorrispondi per eżempju ma' dik użata mill-HCR tan-Nazzjonijiet Uniti.

Rakkomandazzjoni 6

Artikolu 6

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Fond l-miżuri ta' integrazzjoni fis-soċjetà ta' l-Istat membru fejn ikunu residenti l-persuni li jaqgħu taħt artikolu 4, paragrafu 1, punt b), kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom u partikolarment: 

Jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Fond l-miżuri ta' integrazzjoni fis-soċjetà ta' l-Istat membru fejn ikunu residenti l-persuni li jaqgħu taħt artikolu 4, paragrafu 1, punt b), kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom u per eżempju:

Spjegazzjoni dwar ir-raġunijiet

Minħabba l-fatt li ma teżistix definizzjoni komuni dwar kif għandha ssir l-integrazzjoni kif ukoll lanqas ma teżisti viżjoni komuni dwar il-kwistjoni hu importanti li jiġi enfasizzat li l-miżuri misjuba f'dan l-artikolu ma jikkostitwixxux ħlief eżempji li permezz tagħhom l-integrazzjoni tista' tkun iffavorizzata.

Rakkomandazzjoni 7

Artikolu 6, inċiż 3 (ġdid)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

il-miżuri li jimmiraw għal promozzjoni ta' l-assimilazzjoni tal-lingwa u l-kultura tal-pajjiż li jaċċetta r-refuġjati;

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

Hemm lok fejn wieħed jenfasizza l-importanza tal-lingwa bħala mezz essenzjali ta' partiċipazzjoni attiva fil-komunità u fis-soċjetà. Lingwa tista' tiġi mgħallma b'mod differenti u hija marbuta b'mod partikulari mal-kultura, b'tali mod li l-miżuri eliġibbli għall-għajnuna tal-Fond ma jistgħux per eżempju jillimitaw ruħhom biss għall-edukazzjoni.

Rakkomandazzjoni 8

Artikolu 6, inċiż 6

Proposta tal-Kummissjoni

Emedna tal-KtR

il-miżuri li jimmiraw lejn l-integrazzjoni ta' dawn il-persuni jinvolvu l-awtoritajiet lokali, liċ-ċittadini Ewropej, jew lill-organizzazzjonijiet tal-komunitajiet tar-refuġjati, per eżempju permezz tal-volontarjat, l-isponsorizzazzjoni il-partiċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet soċjo-professjonali jew ta' trade unions.

il-miżuri imħaddma mill-komunitajiet reġjonali u lokali biex jinkoraġġixxu l-integrazzjoni ta' dawn il-persuni.

Spjegazzjoni dwar ir-raġunijiet

Il-mezzi li għandhom il-kommunitajiet reġjonali u lokali biex jinkoraġġixxu l-integrazjoni jaqgħu essenzjalment taħt l-organizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi. F'dan ir-rigward, hemm bżonn tiġi ssorveljata d-disponibilità tas-servizzi u l-assenza ta' diskriminazzjoni u jkunu kkunsidrati l-bżonnijiet partikulari li jiffavorixxu l-integrazzjoni tar-refuġjati. Minħabba r-rwol influwenti ta' dawn il-miżuri, hu meħtieġ li jiġu ddissoċjati minn miżuri oħra meħudin fuq livell lokali. L-emenda tippermetti li tippreċiża t-test inizjali tal-Kummissjoni u li jinqasam f'żewġ partijiet (rakkomandazzjonijiet 8 et 9).

Rakkomandazzjoni 9

Artikolu 6, inċiż 7 (ġdid)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

il- miżuri li jimmiraw biex jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tal-persuni kif ukoll id-djalogu bejnhom u l-kommunitajiet lokali, u li jinvolvu organizzazzjonijiet tal-komunitajiet tar-refuġjati u taċ-ċittadini Ewropej, per eżempju, permezz tal-volontarjat, l-isponsorizzazzjoni il-partiċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet soċjo-professjonali u ta' trade unions..

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

L-emenda preżenti għandha bħala għan li tenfasizza li l-idea ta' “integrazzjoni” hija proċess ta' djalogu u ta' integrazzjoni li tinvolvi żewġ parteċipanti: il-komunità u, b'mod aktar ġenerali, lis-soċjetà ċivili, fuq naħa, u lill-persuni li jridu jiġu integrati, fuq in-naħa l-oħra. Barra minn hekk, hu meħtieġ li tiġi enfasizzata wkoll ir-responsabbiltà tar-refuġjati fl-integrazzjoni tal-membri ġodda tal-komunità.

Rakkomandazzjoni 10

Artikolu 8, paragrafu 2 (ġdid – dak preżenti jsir paragrafu 3)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

2.

Waqt l-għażla tal-miżuri eliġibbli, hemm lok fejn jiġi ggarantit b'mod partikulari it-twaqqif ta' metodi tajbin u konkreti fuq livell lokali u reġjonali.

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

Il-proposta ta' definizzjoni ta' l-miżuri komunitarji eliġibbli tagħti x'jifhem li l-għajnuna għandha tkun mogħtija prinċipalment lill-amministrazzjonijiet ċentrali jew lill-partiċipanti li joperaw fuq livell Ewropew. Għalissa, qed jiġri spiss li l-aħjar metodi u proġetti-pilota innovattivi qed ikunu attwati u fuq kollox ipprovati fil-livell prattiku fil-komunitajiet. Din hija r-raġuni għala huwa importanti li jiġi ggarantit it-tħaddim tal-proġetti bejn il-fruntieri li jinvolvu parteċipanti lokali u reġjonali.

Rakkomandazzjoni 11

Artikolu 9, paragrafu 2, punt d)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

d)

l-ispejjeż tal-ħaddiema u ta' l-amministrazzjoni kkaġunati minħabba ż-żamma tal-persuni kkonċernati u t-tħaddim ta' miżuri ta' urġenza;

d)

l-ispejjeż tal-ħaddiema u ta' l-amministrazzjoni kkaġunati minħabba ż-żamma tal-persuni kkonċernati, il-proċess ta' deċiżjoni li għandu x'jaqsam mad-dritt tal-kenn politiku u t-tħaddim ta' miżuri ta' urġenza;

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

Il-formulazzjoni preżenti ma tippermettix li jiġi determinat b'mod ċar jekk il-miżuri ta' urġenza eliġibbli jkoprux il-proċess ta' deċiżjoni li għandu x'jaqsam mad-dritt tal-kenn. Il-proċess ta' deċiżjoni jikkostitwixxi, għaldaqstant, parti essenzjali tat-tħaddim tal-miżuri ta' urġenza u l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu miegħu jistgħu jkunu konsiderevoli.

Rakkomandazzjoni 12

Artikolu 12, paragrafu 4

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.

L-awtoritajiet responsabbli għandhom partikolarment jassiguraw ix-xogħlijiet iebsin li ġejjin:

4.

L-awtoritajiet responsabbli għandhom partikolarment jassiguraw ix-xogħlijiet iebsin li ġejjin billi jirrispettaw it-trasparenza:

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

It-tħaddim għandu jkun trasparenti f'kull ċirkostanzi u fuq il-livelli kollha.

Rakkomandazzjoni 13

Artikolu 12, paragrafu 4, punt a)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

a)

konsultazzjoni ma' l-imsieħba kkonċernati, bl-iskop li jitwaqqaf programm mifrux fuq bosta snin, bħall-organizzazzjonijiet mhuxgovernattivi, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, l-imsieħba soċjali etc. …);

a)

konsultazzjoni ma' l-imsieħba kkonċernati bl-iskop li jitwaqqaf programm mifrux fuq bosta snin bħall-komunitajiet reġjonali u lokali kif ukoll l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, l-imsieħba soċjali etc. …);

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

Il-parteċipanti prinċipali tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati, li jagħtu s-servizzi u li fuqhom jaqgħu ir-responsabbiltajiet ġenerali, huma l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Il-politika ta' żamma u ta' integrazzjoni ta' dawk li jitolbu kenn politiku u tar-refuġjati ma tistax tkun pjanifikata jew esegwita fl-Istati membri mingħajr koordinazzjoni ma dawn l-awtoritajiet. Id-deċiżjoni għandha bħala konsegwenza tistipula li l-awtoritajiet responsabbli jelaboraw il-programm b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet reġjonali u lokali.

Rakkomandazzjoni 14

Artikolu 12(4)(ċ)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(ċ)

organizzazzjoni ta' l-għażla u proċeduri ta' kif jingħata l-kofinanzjament skond il-prinċipji ta' trasparenza, trattament indaqs u li ma jinġabrux flimkien il-fondi.

(ċ)

organizzazzjoni ta' l-għażla u proċeduri ta' kif jingħata l-kofinanzjament skond il-prinċipji ta' trasparenza, trattament indaqs u li ma jinġabrux flimkien il-fondi, u fid-dawl tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet fl-Istat Membru, fejn jintagħżlu l-proġetti, għandha tittieħed konsiderazzjoni ta' l-effettività ta' l-ispejjeż, ta' l-esperjenza, għarfien u ta' kemm hu ta' min joqgħod fuq dawn l-organizzazzjonijiet, jew xi organizzazzjonijiet imsieħba li qed japplikaw għall-finanzjament.

Spjegazzjoni tar-raġunijiet

Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2000, li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ara ĠU L 252 tas-6.10.2000, pġ. 12 u segwenti.) [ERF I] wera l-valur tiegħu u għandu jibqa' jifforma parti mill-ERF II. B'mod partikolari, l-awtoritajiet responsabbli għandhom jibqgħu jagħżlu l-proġetti skond il-kriterji tas-sitwazzjoni tar-reġjun jew ta' l-organu lokali organizzattiv u skond il-bżonn. Din l-analiżi tista' ssir minn organizzazzjonijiet li jikkordinaw l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Istati Membri individwali. L-esperti esterni mhumiex f'pożizzjoni li jagħmlu tali analiżi.

Rakkomandazzjoni 15

Artikolu 22(2)

Proposta tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.

Pagament ta' pre-finanzjament ta' 50% ta' l-ammont allokat mid-deċiżjoni annwali tal-Kummissjoni dwar il-ko-finanzjament mill-Fond għandu jsir lill-Istat Membru sa sittin ġurnata wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' ko-finanzjament;

2.

Pagament ta' pre-finanzjament ta' 50% 70% ta' l-ammont allokat mid-deċiżjoni annwali tal-Kummissjoni dwar il-ko-finanzjament mill-Fond għandu jsir lill-Istat Membru sa sittin ġurnata wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' ko-finanzjament;

Spjegazzjoni tar-Raġunijiet

Għandhom ikunu imposti ħtiġijiet inqas stretti fir-rispett tal-pagament ta' pre-finanzjament lill-Istati Membri b'mod li jkun evitat piż eċċessiv fuq il-budgets nazzjonali u fuq ir-riżorsi ta' l-imsieħba fil-proġetti li huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet (NGOs, eċċ).

Brussel, 17 ta' Ġunju, 2004.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Peter STRAUB


(1)  ĠU C 317 tas-6.11.2000, p.4.

(2)  ĠU C 109 tat-30.4.2004, p.46.

(3)  ĠU C 19 tat-22.1.2002, p.20.

(4)  ĠU C 107 tat- 3.5.2002, p.85.

(5)  ĠU C 278 tal-14.11.2002, p.44.

(6)  ĠU C 23 tas-27.1.2004, p.30.