|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2434 |
19.11.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 193/2026
tal-10 ta’ Lulju 2026
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/2434]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/765 tal-1 ta’ April 2026 dwar il-metodi ta’ kampjunar u analiżi, u dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati għall-kontroll uffiċjali tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u fuqhom, u li jħassar id-Direttiva 2002/63/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/765 iħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31x (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646) tal-Anness I, il-Kapitolu II, tal-Ftehim ŻEE:
|
“31y. |
32026 R 0765: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/765 tal-1 ta’ April 2026 dwar il-metodi ta’ kampjunar u analiżi, u dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati għall-kontroll uffiċjali tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u fuqhom, u li jħassar id-Direttiva 2002/63/KE (ĠU L, 2026/765, 7.4.2026).” |
Artikolu 2
Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 54zzzzzt (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ir-Regolament (UE) 2022/1428):
|
|
2. |
Jitħassar it-test tal-punt 54zz (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE). |
Artikolu 3
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/765 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Lulju 2026, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, fl-10 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L, 2026/765, 7.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/765/oj.
(2) ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2434/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)