|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2359 |
27.10.2026 |
REGOLAMENT (UE) 2026/2359 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Ottubru 2026
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Mill-1 ta’ Mejju 2010 bdiet tapplika sistema modernizzata tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali abbażi tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 (4) u (KE) Nru 987/2009 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(2) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 ġew emendati bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), b’mod partikolari fil-qasam tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u tal-benefiċċji tal-qgħad, u biex isiru adattamenti tekniċi għar-referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
|
(3) |
Jidher mill-evalwazzjonijiet u mid-diskussjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali (il-“Kummissjoni Amministrattiva”) li fl-oqsma tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, il-benefiċċji tal-qgħad u l-benefiċċji tal-familja, il-proċess ta’ modernizzazzjoni għandu jkompli sabiex ir-regoli relatati ma’ dawk il-benefiċċji jsiru aktar ġusti, aktar ċari u aktar faċli biex jiġu applikati, permezz tal-iskambji tal-esperjenza u l-iskambji tal-aħjar prattiki amministrattivi. Sabiex jiġu ffaċilitati tali skambji, għandu jiġi promoss ukoll l-użu ta’ teknoloġiji ġodda. |
|
(4) |
Jibqa’ essenzjali li r-regoli ta’ koordinazzjoni jżommu l-pass mal-kuntest legali u soċjetali li qed jevolvi li fih joperaw, billi jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċarezza legali, it-tqassim ġust u ekwu tal-piż finanzjarju bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri involuti, is-sempliċità amministrattiva u l-infurzabbiltà tar-regoli. |
|
(5) |
Il-benefiċċji tal-kura fit-tul sa issa għadhom ma ġewx inklużi b’mod espliċitu fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 iżda, fil-prinċipju ġew ikkoordinati f’konformità mar-regoli applikabbli għall-benefiċċji tal-mard, u dan qed iwassal għal inċertezza legali kemm għall-istituzzjonijiet kif ukoll għall-persuni li jitolbu l-benefiċċji għall-kura fit-tul. Hemm il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas legali stabbli xieraq għall-benefiċċji tal-kura fit-tul fir-Regolament, li jkompli l-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-mard bħala regola ġenerali u jinkludi definizzjoni ċara u lista ta’ tali benefiċċji. |
|
(6) |
Fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni għandhom jiġu applikati b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata rabta reali bejn il-persuna qiegħda u s-suq tax-xogħol tal-Istat Membru li qed jagħti l-benefiċċji tal-qgħad, jenħtieġ li r-regoli dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi għall-finijiet tal-għoti ta’ intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad, bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema transfruntiera kompletament qiegħda kif imsemmija fl-Artikolu 65(2), (3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, ikunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-persuna assigurata fiż-żmien l-aktar reċenti tkun għamlet perijodu mingħajr interruzzjoni ta’mill-anqas xahar ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha f’dak l-Istat Membru u b’hekk tkun ikkontribwiet għall-finanzjament tal-iskema tal-benefiċċji tal-qgħad ta’ dak l-Istat Membru għal perjodu predefinit. Meta ma jkun ġie magħmul l-ebda tali perjodu fl-Istat Membru tal-assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal-rasha l-aktar reċenti,l-Istat Membru preċedenti li fih dik il-persuna tkun għamlet perjodu ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha għandu jsir kompetenti, dment li l-persuna tkun ikkompletat perjodu mingħajr interruzzjoni ta’ mill-anqas xahar f’dak l-Istat Membru. Ir-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni l-aktar reċenti għandu jkollha l-istess effett bħar-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru li fih il-persuna qiegħda kienet assigurata qabel. Meta l-persuna ma tkunx lestiet il-perjodu meħtieġ fl-ebda wieħed minn dawk l-Istati Membri, l-Istat Membru tal-aktar assigurazzjoni , impjieg jew impjieg għal rasha l-aktar reċenti għandu jsir kompetenti. |
|
(8) |
Sabiex jittejbu l-opportunitajiet għall-persuni qiegħda li jmorru fi Stat Membru ieħor biex ifittxu x-xogħol u l-possibilitajiet tagħhom għall-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u sabiex jiġu indirizzati spariġġi fil-ħiliet bejn il-fruntieri, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li jeżerċitaw il-possibbiltà li jestendu l-perjodu ta’ esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad sa tmiem l-intitolament tal-persuna għall-benefiċċji. |
|
(9) |
Il-persuni qiegħda li matul l-aktar attività reċenti tagħhom kienu jirrisjedu fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti u li jkomplu jirrisjedu f’dak l-Istat Membru l-ieħor jew jirritornaw hemmhekk għandhom jirċievu benefiċċji f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, dment li, fl-Istat Membru tal-aktar attività reċenti tagħhom, ikunu għamlu perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rashom mingħajr interruzzjonijiet ta’ mill-anqas 22 ġimgħa (“perjodu ta’ affiljazzjoni”). Huma biss il-perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rashom mingħajr interruzzjoni magħmula fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti li għandhom jitqiesu għall-fini tal-kalkolu tal-perijodu ta’ affiljazzjoni. Soġġett għat-tlestija tal-perjodu ta’ affiljazzjoni, huwa f’idejn l-Istat Membru kompetenti li jivvaluta jekk il-persuna tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tkun intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu daqs li kieku l-persuna kienet residenti f’dak l-Istat Membru. Il-persuna għandha tikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Istat Membru kompetenti. Jekk il-persuna tiddeċiedi li tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi ta’ Stat Membru ieħor sabiex tfittex xogħol hemmhekk, hija għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor u tkun soġġetta għall-proċedura ta’ kontroll organizzata fih. L-istituzzjoni fl-Istat Membru fejn tkun marret il-persuna qiegħda għandha tipprovdi lill-Istat Membru kompetenti, kull xahar, informazzjoni rilevanti dwar is-segwitu tas-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda, b’mod partikolari jekk għadhiex irreġistrata mas-servizzi tal-impjiegi u jekk hijiex qed tikkonforma ma’ proċeduri organizzati ta’ verifika, u proċeduri ta’ attivazzjoni jew kollokament f’impjieg. |
|
(10) |
Fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, u f’konformità mad-dmir ta’ informazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi, l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom, fost l-oħrajn, jiskambjaw id-data meħtieġa biex jidentifikaw bidliet fiċ-ċirkostanzi rilevanti għad-drittijiet u l-obbligi tal-persuni kkonċernati skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu aktar użu minn mezzi elettroniċi biex itejbu t-twettiq tad-dmir ta’ informazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi. |
|
(11) |
Is-suq tax-xogħol fil-Lussemburgu huwa kkaratterizzat minn għadd ta’ karatteristiċi speċifiċi. Il-ħaddiema bejn il-fruntieri jagħmlu parti sinifikanti sew tal-popolazzjoni attiva totali fil-Lussemburgu, li jaqbeż sew il-proporzjon ta’ ħaddiema bejn il-fruntieri fil-popolazzjoni attiva ta’ Stati Membri oħra. L-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda rigward il-ħaddiema bejn il-fruntieri u transfruntiera mistennija toħloq piż amministrattiv kbir fuq l-awtorità għall-impjieg pubbliku tal-Lussemburgu, minħabba żieda sinifikanti fl-għadd ta’ ħaddiema bejn il-fruntieri li għalihom din issir l-istituzzjoni kompetenti. Huwa għalhekk xieraq li l-Lussemburgu jingħata perjodu addizzjonali ta’ introduzzjoni gradwali, li matulu l-Artikoli 65 u 86 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikoli 56 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-Anness 5 tiegħu, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2026, jibqgħu japplikaw, sabiex jingħata ż-żmien meħtieġ biex il-pajjiż jieħu l-passi preparatorji neċessarji kollha għal transizzjoni bla xkiel mill-qafas regolatorju attwali għar-regoli l-ġodda u biex jaġġusta s-sistema tas-sigurtà soċjali. Matul dak il-perjodu ta’ introduzzjoni gradwali, jenħtieġ li l-Artikolu 56a tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, li huwa introdott permezz ta’ dan ir-Regolament, ma japplikax għal-Lussemburgu. |
|
(12) |
Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-347/12, Wiering (7), għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment li jagħmel tajjeb għad-differenza, hemm żewġ kategoriji tal-benefiċċji tal-familja tal-istess tip, jiġifieri, il-benefiċċji tal-familja fi flus li huma primarjament maħsuba biex jieħdu post l-introjtu li ma jiġix gwadanjat minħabba l-perjodi tat-trobbija tat-tfal, u l-benefiċċji tal-familja l-oħra kollha . |
|
(13) |
Il-benefiċċji tal-familja fi flus li huma primarjament maħsuba biex jieħdu post dħul mhux gwadanjat, parti minnu jew kollu kemm hu, jew dħul li l-persuna ma tistax tiggwadanja minħabba perjodi tat-trobbija tat-tfal, tfasslu biex jissodisfaw il-ħtiġijiet individwali jew personali tal-ġenitur soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u għalhekk huma distingwibbli minn benefiċċji oħra tal-familja billi dawn huma maħsuba biex jikkumpensaw ġenitur għat-telf tad-dħul jew tas-salarju matul iż-żmien li jkunu qattgħu jrabbu t-tfal aktar milli biex jissodisfaw biss l-ispejjeż ġenerali tal-familja. |
|
(14) |
Sabiex ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 ikunu jistgħu jiġu aġġornati f’waqthom biex jinkorporaw żviluppi fuq il-livell nazzjonali, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ir-Regolament (KE) Nru 987/2009. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 (8). dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
|
(15) |
Bil-ħsieb li l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni, hu meħtieġ li tiġi stabbilita bażi oħra legali għall-ipproċessar tad-data personali tal-persuni li għalihom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). B’hekk Stat Membru jkun jista’ jqabbel id-data li jkollhom l-istituzzjonijiet kompetenti tiegħu ma’ dawk ta’ Stat Membru ieħor, sabiex jiġu identifikati l-iżbalji jew l-inkonsistenzi li jeħtieġu aktar investigazzjoni. |
|
(16) |
Bil-ħsieb li titħaffef il-proċedura għall-verifika u l-irtirar tad-dokumenti f’każijiet ta’ frodi jew żball, jeħtieġ li jissaħħu l-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni emittenti u l-istituzzjoni li qed titlob l-irtirar. Fejn ikun hemm dubju dwar il-validità ta’ dokument jew dwar il-korrettezza tal-evidenza ta’ sostenn, hu fl-interess tal-Istati Membri u l-persuni kkonċernati li l-istituzzjonijiet ikkonċernati jilħqu ftehim f’perjodu raġonevoli ta’ żmien. |
|
(17) |
Għandu jkun hemm proċedura dettaljata għall-kooperazzjoni f’każ ta’ dubju dwar il-validità tad-dokumenti relatati mal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali applikabbli għad-detentur ta’ dawk id-dokumenti. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti aktar regoli dwar ir-retroattività meta dokument jiġi rtirat jew rettifikat. Dan jinkludi sitwazzjonijiet li fihom l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw li jikkonkludu ftehim abbażi tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għal parti mill-perjodi koperti mid-dokument jew il-perjodi kollha. |
|
(18) |
Biex jiġi żgurat it-tħaddim effettiv u effiċjenti tar-regoli ta’ koordinazzjoni, huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-impjegati li jwettqu l-attività ekonomika tagħhom f’żewġ Stati Membri, jew aktar sabiex ikun hemm parità akbar mal-kundizzjonijiet li japplikaw għal persuni li huma mibgħuta biex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru uniku. |
|
(19) |
Ir-rabta mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tal-oriġini tal-persuni impjegati mibgħuta fi Stat Membru ieħor għandha tiġi msaħħa billi jiġi previst perjodu minimu ta’ affiljazzjoni minn qabel. |
|
(20) |
Is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-regoli dwar l-irkupru previsti fir-Regolament (KE) Nru 987/2009. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(21) |
Jekk Stat Membru ma jkunx jista’ jinnotifika l-ispiża medja annwali għal kull persuna f’kull grupp ta’ età għas-sena ta’ referenza sal-iskadenza meħtieġa, l-Istat Membru għandu jkun jista’ jippreżenta t-talbiet għal dik is-sena abbażi tal-ispejjeż medji annwali għas-sena immedjatament preċedenti ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rimborż tan-nefqa fuq il-benefiċċji in natura abbażi ta’ ammonti fissi għandu jkun kemm jista’ jkun qrib tan-nefqa reali. Deroga mill-obbligu tan-notifika għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva u m’għandhiex tingħata għal sentejn konsekuttivi. |
|
(22) |
Il-proċedura ta’ tpaċija li tapplika f’sitwazzjonijiet fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru kienet applikata b’mod proviżorju skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandha tiġi estiża għal każijiet fejn istituzzjoni ma kellhiex il-kompetenza li tagħti benefiċċji jew tirċievi kontribuzzjonijiet. Barra minn hekk, f’dak il-kuntest, jeħtieġ li ma jiġux applikati dispożizzjonijiet diverġenti dwar il-limitazzjoni fil-liġi nazzjonali biex jiġi żgurat li ħlas retroattiv bejn l-istituzzjonijiet ma jiġix ostakolat minn xi limiti ta’ żmien inkompatibbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali waqt li fl-istess ħin jiġi stabbilit perjodu ta’ limitu uniformi ta’ tliet snin li jgħodd b’lura mill-bidu tal-proċedura ta’ djalogu msemmija taħt l-Artikoli 5(3) u (4) u l-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament biex jiġi żgurat li l-proċedura għas-soluzzjoni ta’ tilwim ma tiġix mfixkla. |
|
(23) |
Irkupru effettiv huwa mezz ta’ prevenzjoni u mod kif jiġu ttrattati l-abbużi u l-frodi u mezz biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskemi tas-sigurtà soċjali. Il-proċeduri ta’ rkupru previsti fil-Kapitolu III tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 huma bbażati fuq il-proċeduri u r-regoli previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE (11). Dik id-Direttiva ġiet issuperata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE (12), li introduċiet strument uniformi biex jintuża għall-miżuri ta’ infurzar kif ukoll formola standard għan-notifika tal-istrumenti u l-miżuri marbuta mat-talbiet. F’rieżami mill-Kummissjoni Amministrattiva ħafna mill-Istati Membri sabuha vantaġġuża li jużaw strument uniformi għall-infurzar simili għal dak previst mid-Direttiva 2010/24/UE. Għalhekk jeħtieġ li r-regoli għall-assistenza reċiproka fl-irkupru ta’ talbiet dwar is-sigurtà soċjali jirriflettu l-miżuri l-ġodda fid-Direttiva 2010/24/UE, sabiex jiġi żgurat irkupru aktar effettiv u l-funzjonament bla xkiel tar-regoli ta’ koordinazzjoni. |
|
(24) |
Biex jitqiesu l-bidliet legali f’ċerti Stati Membri u fir-Renju Unit (13) u biex tiġi garantita ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati, l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom jiġu emendati. |
|
(25) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u ta opinjoni fit-8 ta’ Mejju 2017. |
|
(26) |
Filwaqt li għadd ta’ dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu applikati immedjatament għax ma jirrikjedux implimentazzjoni, ikun xieraq li tiġi prevista data aktar tard ta’ applikazzjoni għal ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
tiddaħħal il-premessa li ġejja:
; |
|
(2) |
il-premessa 5 tinbidel b’dan li ġej:
(*1) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Settembru 2013, Brey, C-140/12, ECLI:EU:C:2013:565." (*2) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2014, Dano, C-333/13, ECLI:EU:C:2014:2358." (*3) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Settembru 2015, Alimanovic, C-67/14, ECLI:EU:C:2015:597." (*4) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Frar 2016 , García-Nieto, C-299/14, ECLI:EU:C:2016:114." (*5) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2016, C-308/14, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, ECLI:EU:C:2016:436.”;" |
|
(3) |
il-premessa 18b tinbidel b’dan li ġej:
(*6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/965/oj).”;" |
|
(4) |
il-premessa 24 tinbidel b’dan li ġej:
(*7) Is-sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Settembru 2015, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Slovakka, C-433/13, ECLI:EU:C:2015:602.”;" |
|
(5) |
jiddaħħlu l-premessi li ġejjin:
(*8) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2018, J. Klein Schiphorst, C-551/16, ECLI:EU:C:2018:200." (*9) Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/492/oj)." (*10) Id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/573(2)/oj).”;" |
|
(6) |
jiddaħħlu l-premessi li ġejjin:
(*11) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ġunju 2014, Wiering, C-347/12, ECLI:EU:C:2014:300." (*12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/4(1)/oj).”;" |
|
(7) |
tiddaħħal il-premessa li ġejja:
(*13) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).”;" |
|
(8) |
jiddaħħlu l-premessi li ġejjin:
(*14) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1724/oj)." (*15) Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj)." (*16) Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1149/oj).”;" |
|
(9) |
tiddaħħal il-premessa li ġejja:
; |
|
(10) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
; |
|
(12) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miktub dwar id-dikjarazzjonijiet li saru f’konformità mal-Artikolu 1(l), il-leġiżlazzjoni u l-iskemi msemmija fl-Artikolu 3, il-konvenzjonijiet magħmula kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), il-benefiċċji minimi msemmija fl-Artikolu 58, kif ukoll dwar kwalunkwe emenda sostantiva għalihom. Tali notifiki għandhom jindikaw id-data minn meta dan ir-Regolament se japplika għall-iskemi speċifikati mill-Istati Membri.” |
|
(13) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 12 Regoli speċjali 1. Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tintbagħat minn dak l-impjegatur fi Stat Membru ieħor biex taħdem f’isem dak l-impjegatur, għandha tibqa’ soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ dan ix-xogħol ma jaqbiżx l-24 xahar u sakemm dik il-persuna ma tkunx qed tieħu post persuna oħra impjegata li tkun intbagħtet skont dan il-paragrafu jew persuna li taħdem għal rasha kif imsemmi fil-paragrafu 2. 2. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa’ tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ din l-attività ma jaqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna ma tkunx qed post persuna oħra impjegata li tkun intbagħtet skont il-paragrafu 1 jew persuna li taħdem għal rasha kif imsemmi f’dan il-paragrafu. 3. Meta persuna impjegata kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew persuna li taħdem għal rasha kif imsemmi fil-paragrafu 2 ma tlestix ix-xogħol jew l-attività fl-Istat Membru l-ieħor u tiġi sostitwita minn persuna oħra fl-Istat Membru l-ieħor, il-persuna l-oħra għandha tkompli tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru minn fejn tkun intbagħtet jew fejn normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha, dment li t-tul ta’ żmien totali tax-xogħol jew tal-attività mill-persuni kollha kkonċernati fl-Istat Membru l-ieħor ma jaqbiżx l-24 xahar u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2.” |
|
(15) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej: “4a. Persuna li qed twettaq attività f’impjieg jew f’xogħol għal rasha fi Stat Membru wieħed waqt li tirċievi benefiċċji tal-qgħad minn Stat Membru ieħor għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jħallas il-benefiċċji tal-qgħad. 5. Il-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4a għandhom ikunu trattati, għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni determinata f’konformità ma’ dawn id-disposizzjonijiet, bħallikieku kienu qegħdin iwettqu l-attivitajiet kollha tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni li jaħdmu għal rashom u bħallikieku kienu qegħdin jirċievu d-dħul kollu tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat.” |
|
(16) |
fit-Titolu III, it-titolu tal-Kapitolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Benefiċċji tal-mard, tal-kura fit-tul, u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità” ; |
|
(17) |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Dment li l-paragrafu 2 ma jipprevedix mod ieħor, persuna assigurata u l-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji in natura li jkunu meħtieġa minħabba raġunijiet mediċi jew minħabba l-ħtieġa ta’ kura fit-tul matul iż-żjara tagħhom, b’kunsiderazzjoni tan-natura tal-benefiċċji u t-tul mistenni taż-żjara. Dawk il-benefiċċji għandhom jingħataw f’isem l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-Istat Membru taż-żjara, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, bħallikieku il-persuna kkonċernata kienet assigurata taħt dik il-leġiżlazzjoni.” |
|
(18) |
fl-Artikolu 20, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Sakemm mhux previst mod ieħor b’dan ir-Regolament, persuna assigurata li tivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor bl-iskop li tirċievi, matul iż-żjara, il-benefiċċji in natura kif msemmija fl-Artikolu 1(va)(i), għandha tikseb awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti.” |
|
(19) |
L-Artikolu 30 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 30 Kontribuzzjonijiet mingħand pensjonanti 1. L-istituzzjoni ta’ Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni applikata minnha stess hija responsabbli biex tagħmel tnaqqis fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet marbuta ma’ mard, kura fit-tul, maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità, tista’ titlob u tirkupra dan it-tnaqqis, ikkalkolat f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikata minnha, sal-punt biss li l-ispejjeż tal-benefiċċji skont l-Artikoli 23 sa 26 ikollhom jitħallsu minn istituzzjoni ta’ dak l-Istat Membru. 2. Fejn, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 25, il-kisba ta’ benefiċċji tal-mard, tal-kura fit-tul, tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità tkun soġġetta għall-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet jew pagamenti simili taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li fih il-pensjonant/a kkonċernat/a jkollu/jkollha r-residenza tiegħu/tagħha, dawk il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jitħallsu minħabba din ir-residenza.” |
|
(20) |
fl-Artikolu 32, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Fejn membru tal-familja għandu dritt derivattiv għall-benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, ir-regoli ta’ prijorità li ġejjin għandhom japplikaw:
|
|
(21) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 33a Benefiċċji tal-kura fit-tul 1. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha, wara li tikkonsulta lis-sħab soċjali, tfassal lista dettaljata tal-benefiċċji tal-kura fit-tul li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1(vb), filwaqt li tindika, f’kull każ, jekk humiex benefiċċji in natura jew benefiċċji fi flus u jekk jingħatawx lill-persuna li tirċievi l-kura jew lill-persuna li tipprovdi l-kura. 2. Meta benefiċċji tal-kura fit-tul li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu jkollhom ukoll il-karatteristiċi ta’ benefiċċji kkoordinati taħt Kapitolu differenti tat-Titolu III, Stat Membru jista’, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jikkoordina tali benefiċċji f’konformità mar-regoli ta’ dak il-Kapitolu, dment li l-eżitu ġenerali ta’ tali koordinazzjoni jkun tal-anqas ugwalment favorevoli għall-benefiċjarji daqslikieku l-benefiċċji kienu kkoordinati bħala benefiċċji tal-kura fit-tul taħt dan il-Kapitolu u dment li jkunu elenkati fl-Anness XII, li jispeċifika liema Kapitolu tat-Titolu III japplika. 3. L-Artikolu 34(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-benefiċċji elenkati fl-Anness XII.” |
|
(22) |
L-Artikolu 34 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 34 Sovrapożizzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul 1. Fejn persuna li tirċievi benefiċċji tal-kura fit-tul fi flus mill-Istat Membru kompetenti skont l-Artikolu 21 jew 29 tkun intitolata wkoll, skont dan il-Kapitolu, li titlob benefiċċji in natura maħsuba għall-istess skop mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ żjara, u dawk il-benefiċċji in natura jkunu soġġetti għal rimborż mill-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti skont l-Artikolu 35, għandu japplika l-Artikolu 10. Għal dak l-għan, jekk il-persuna kkonċernata tirċievi dawk il-benefiċċji in natura, l-ammont tal-benefiċċji fi flus mogħtija mill-Istat Membru kompetenti għandu jitnaqqas bil-valur ta’ dawk il-benefiċċji in natura. 2. Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu fuq miżuri oħra jew fuq miżuri supplimentari li ma għandhomx ikunu anqas vantaġġużi għall-persuni kkonċernati mill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1. 3. Meta benefiċċji tal-kura fit-tul fi flus ikunu previsti fil-leġiżlazzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed matul l-istess perjodu u għall-istess tfal, ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ sovrapożizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 68(1) għandhom ikunu applikabbli.” |
|
(23) |
fl-Artikolu 50, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Jekk f’mument partikolari l-persuna kkonċernata ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa, l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjonijiet kollha tal-Istati Membri li għalihom kienet soġġetta, l-istituzzjonijiet li japplikaw leġiżlazzjoni li l-kundizzjonijiet tagħha kienu sodisfatti ma għandhomx iqisu, meta jagħmlu l-kalkolu f’konformità mal-Artikolu 52(1)(b), il-perjodi magħmula taħt il-leġiżlazzjonijiet li l-kundizzjonijiet tagħhom ma ġewx sodisfatti, jew ma għadhomx sodisfatti, fejn dan jirriżulta f’ammont ta’ benefiċċju iżgħar.” |
|
(24) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 60a Regoli speċjali dwar l-aggregazzjoni ta’ perjodi għall-benefiċċji tal-qgħad Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 meta applikat fil-kuntest ta’ dan il-Kapitolu, huma biss il-perjodi li huma kkunsidrati skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih ġew magħmula bl-iskop li jinkiseb u jinżamm id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad li għandhom jiġu aggregati mill-Istat Membru kompetenti.” |
|
(25) |
L-Artikoli 61, 62 u 63 jinbidlu b’dan li ġej: “Artikolu 61 Regoli speċjali dwar l-aggregazzjoni ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ impjieg tal-persuna għal rasha u l-kompetenza għall-ħlas ta’ benefiċċji tal-qgħad 1. Ħlief fir-rigward ta’ persuni kompletament qiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 65(2), (3) u (5), l-applikazzjoni tal-Artikoli 6 u 60a mill-Istat Membru tal-aktar perijodu reċenti ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti għal rashom għandu jkun kundizzjonali fuq il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun għamlet reċentement perjodu mingħajr interruzzjonijiet ta’ mill-anqas xahar ta’ assigurazzjoni, impjieg, jew impjieg għal rashom, f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ d l-Istat Membru li taħthom qed titlob il-benefiċċji. 2. Meta persuna qiegħda ma tkunx għamlet perjodu mingħajr interruzzjoni ta’ mill-anqas xahar ta’ assigurazzjoni, impjieg, jew impjieg indipendenti fl-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1, dik il-persuna għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru preċedenti fejn tkun għamlet perjodu ta’ assigurazzjoni, impjieg, jew impjieg għal rasha, dment li tali perjodu kien perjodu mingħajr interruzzjoni ta’ mill-anqas xahar. L-Istat Membru li jsir kompetenti skont dan il-paragrafu għandu jipprovdi l-benefiċċji tal-qgħad, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tiegħu, wara li japplika l-Artikoli 6 u 60a, sa fejn ikun meħtieġ, u f’konformità mal-Artikolu 64a. 3. Meta persuna qiegħda ma tkunx għamlet perjodu mingħajr interruzzjoni ta’ mill-anqas xahar ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha f’wieħed mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru tal-perjodu ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha l-aktar reċenti għandu jsir kompetenti, u għandu jipprovdi l-benefiċċji tal-qgħad, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tiegħu, wara li japplika l-Artikoli 6 u 60a sa fejn ikun meħtieġ. Artikolu 62 Kalkolu tal-benefiċċji 1. L-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tipprevedi l-kalkolu ta’ benefiċċji fuq il-bażi tal-ammont tal-paga jew tad-dħul professjonali preċedenti għandha tikkunsidra esklużivament il-paga jew id-dħul professjonali li tkun irċeviet il-persuna kkonċernata fir-rigward tal-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha taħt dik il-leġiżlazzjoni. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll meta l-leġiżlazzjoni amministrata mill-istituzzjoni kompetenti tipprevedi perjodu ta’ referenza speċifiku għad-determinazzjoni tal-paga jew id-dħul professjonali li jservi bħala bażi għall-kalkolu tal-benefiċċji u meta, għall-perjodu kollu jew għal parti minnu, il-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. 3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, sa fejn huma kkonċernati l-persuni qiegħda koperti mill-Artikolu 65(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, , l-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza għandha tqis, skont il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni li tapplika, il-paga jew id-dħul professjonali li l-persuna kkonċernata tkun irċeviet fl-Istat Membru fejn kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tiegħu waqt l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Artikolu 63 Dispożizzjonijiet speċjali għat-tneħħija tar-regoli dwar ir-residenza Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikolu 7 għandu japplika biss fil-każijiet previsti fl-Artikoli 64, 64a u 65 u għandu japplika fil-limiti preskritti fih.” |
|
(26) |
L-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:
|
|
(27) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 64 a Regoli speċjali għall-persuni qiegħda li jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor mingħajr ma ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 61(1) u l-Artikolu 64 1. Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(2), l-Istat Membru li jsir kompetenti għandu jipprovdi benefiċċji tal-qgħad, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tiegħu, għall-perjodu stabbilit fl-Artikolu 64(1), il-punt (c), jekk il-persuna qiegħda tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru tal-perjodu ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha l-aktar reċenti u tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Ir-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-perjodu tal-assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha l-aktar reċenti għandu jkollha l-istess effett bħar-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru kompetenti. L-Artikolu 64(2), (3) u (4) għandu japplika mutatis mutandis. 2. Jekk il-persuna qiegħda msemmija fil-paragrafu 1 tixtieq tfittex xogħol fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru kompetenti għall-benefiċċji tal-qgħad jew l-Istat Membru tal-perjodu tal-assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha l-aktar reċenti, l-Artikolu 64 għandu japplika mutatis mutandis. Għal dawk il-finijiet, l-Artikolu 64(1)(a) għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-perjodu tal-assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha l-aktar reċenti.” |
|
(28) |
L-Artikolu 65 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 65 Persuni qiegħda li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti 1. Persuna li hija qiegħda kompletament, parzjalment jew b’mod intermittenti u li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala impjegata għal rasha kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru kompetenti, jew, fil-każ ta’ persuni li huma qiegħda parzjalment jew b’mod intermittenti, fejn applikabbli, għall-impjegatur li għalih tibqa’ disponibbli. Tali persuna għandha tirċievi benefiċċji f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f’dak l-Istat Membru u għandha tkun soġġetta għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti minn dik il-leġiżlazzjoni. Dawk il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, persuna kompletament qiegħda għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha dment li:
Il-persuna kompletament qiegħda msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tirċievi benefiċċji f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza bħallikieku hija kienet għamlet il-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Tali benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza. Persuna kompletament qiegħda msemmija f’dan il-paragrafu li tkun intitolata għal benefiċċji tal-qgħad biss skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, tista’, alternattivament, tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi f’dak l-Istat Membru u għandha tirċievi benefiċċji f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru bħallikieku hija kienet residenti hemm. 3. Il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal persuna kompletament qiegħda li, matul l-attività l-aktar reċenti tagħha qabel ma saret qiegħda, għamlet perjodi ta’ assigurazzjoni bħala persuna li taħdem għal rasha jew perjodi ta’ impjieg għal rasha rikonoxxuti għall-iskop ta’ intitolament għal benefiċċji tal-qgħad fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta’ residenza tagħha, u li l-Istat Membru ta’ residenza tagħha jkun ippreżenta notifika, skont l-Artikolu 9, li tiddikjara li l-ebda kategorija ta’ persuni b’impjieg għal rashom ma hija koperta minn sistema ta’ benefiċċji tal-qgħad ta’ dak l-Istat Membru. 4. Jekk persuna kompletament qiegħda kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, jew il-paragrafu 3, ta’ dan l-Artikolu ma tixtieqx issir jew tibqa’ disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru kompetenti wara li tkun irreġistrat hemm u tiddeċiedi li tfittex xogħol fl-Istat Membru ta’ residenza, l-Artikolu 64, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1(a) tiegħu, għandu japplika mutatis mutandis. 5. Fejn persuna kompletament qiegħda msemmija fil-paragrafu 4 tiddeċiedi li tfittex xogħol fl-Istat Membru ta’ residenza u hija kienet preċedentement għamlet perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, aggregati ma’ perjodi magħmula fl-Istat Membru tal-aħħar attività u Stati Membri oħra ta’ attivitajiet preċedenti, hija tista’, wara t-tmiem tal-perjodu li matulu hija tirċievi benefiċċji tal-qgħad mill-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti skont il-paragrafu 4, titlob benefiċċji tal-qgħad taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, bħallikieku hija kienet ikkompletat il-perjodi kollha f’dak l-Istat Membru. L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza għandha tipprovdi benefiċċji tal-qgħad f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Il-perjodu li matulu l-persuna qiegħda rċeviet benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti għandu jitnaqqas mill-perjodu korrispondenti ta’ intitolament għall-benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza. 6. Persuna kompletament qiegħda msemmija f’dan l-Artikolu tista’ tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru kompetenti jew l-Istat Membru ta’ residenza, minbarra li tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru li jipprovdi l-benefiċċji skont il-paragrafu 1 jew 2.” |
|
(29) |
L-Artikolu 65a jitħassar; |
|
(30) |
fl-Artikolu 68, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej: “2. Fil-każ ta’ sovrapożizzjoni ta’ intitolamenti, il-benefiċċji tal-familja għandhom jingħataw f’konformità mal-leġiżlazzjoni indikata bħala dik li għandha prijorità skont il-paragrafu 1. L-intitolamenti għall-benefiċċji tal-familja permezz ta’ leġiżlazzjoni konfliġġenti għandhom jiġu sospiżi sal-ammont previst mill-ewwel leġiżlazzjoni għall-istess tip ta’ benefiċċji u għandu jingħata suppliment differenzjali, jekk ikun meħtieġ, għas-somma li taqbeż dak l-ammont. Madanakollu, ma hemmx rekwiżit biex jingħata tali suppliment differenzjali fir-rigward ta’ tfal li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor meta l-intitolament għall-benefiċċji inkwistjoni jkun ibbażat fuq ir-residenza biss. 2a. Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment differenzjali għall-benefiċċji tal-familja skont il-paragrafu 2 għandu jkun hemm żewġ kategoriji ta’ benefiċċji tal-istess tip:
|
|
(31) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 68b Dispożizzjoni speċjali għall-benefiċċji tal-familja fi flus kontanti maħsuba biex jieħdu post l-introjtu matul il-perjodu tat-trobbija tat-tfal 1. Il-benefiċċji tal-familja msemmija fl-Artikolu 68(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, li huma elenkati fl-Anness XIII, il-Parti I, ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti unikament lill-persuna soġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni. Ma għandu jkun hemm l-ebda dritt derivat għal tali benefiċċji. L-Artikolu 68a ta’dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawn il-benefiċċji u l-istituzzjoni kompetenti ma għandhiex tkun rikjesta li tieħu kont ta’ talba ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, gwardjan jew istituzzjoni li taġixxi ta’ gwardjan ta’ tifel jew tfal skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni. 2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 68(2), f’każijiet ta’ sovrapożizzjoni ta’ drittijiet taħt leġiżlazzjoni konfliġġenti , Stat Membru jista’ jagħti benefiċċju tal-familja msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’mod sħiħ lil benefiċjarju irrispettivament mill-ammont stabbilit mill-ewwel leġiżlazzjoni. L-Istati Membri li japplikaw tali deroga għandhom jiġu elenkati fl-Anness XIII, il-Parti 2, u jindikaw il-benefiċċju tal-familja li għalih tapplika d-deroga.” |
|
(32) |
fl-Artikolu 72, jiddaħħal il-punt li ġej:
; |
|
(33) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej fit-“Titolu V DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI”: “Artikolu 75a Obbligu tal-awtoritajiet kompetenti 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’konformità mad-dritt u l-prattika nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-istituzzjonijiet rilevanti tagħhom ikunu informati dwar id-dispożizzjonijiet kollha, leġiżlattivi jew ta’ natura oħra, u japplikawhom, inkluż id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, fl-oqsma koperti minn u f’konformità mat-termini ta’ dan ir-Regolament bażiku u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. 2. Sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippromwovu, fejn xieraq, il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tagħhom u korpi rilevanti oħra, bħal pereżempju l-ispettorati tax-xogħol, fl-Istati Membri tagħhom.” |
|
(34) |
L-Artikolu 86 jitħassar, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 91, ir-raba’ u l-ħames paragrafi; |
|
(35) |
fl-Artikolu 87a, jitħassar il-paragrafu 2; |
|
(36) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 87b Dispożizzjoni tranżitorja relatata mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 91 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 97 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 1. L-ebda dritt ma għandu jinkiseb skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 91, it-tielet paragrafu, ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 97, it-tieni paragrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, qabel id-dati rilevanti ta’ applikazzjoni msemmija fih. 2. Kull perjodu ta’ assigurazzjoni u, fejn jixraq, kull perjodu ta’ impjieg, impjieg tal-persuna għal rasha jew residenza magħmula skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru qabel id-dati ta’ applikazzjoni rilevanti kif stabbiliti fl-Artikolu 91, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames paragrafu ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 97, it-tieni, it-tielet u r-raba paragrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandu jitqies mill-Istat Membru konċernat għad-determinazzjoni tad-drittijiet miksuba skont dawk id-dispożizzjonijiet. 3. Soġġett għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-drittijiet jistgħu jinkisbu skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 91, it-tielet paragrafu, ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 97, it-tieni paragrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni anke jekk dawn ikunu relatati ma’ kontinġenza li tinqala’ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat. 4. Meta, skont it-Titolu II ta’ dan ir-Regolament, persuna tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tkunx dik li għaliha kienet soġġetta qabel it-2 ta’ Novembru 2028, il-leġiżlazzjoni applikabbli qabel dik id-data għandha tkompli tapplika għal perjodu tranżitorju li jdum sakemm is-sitwazzjoni tibqa’ l-istess. Dak il-perjodu tranżitorju għandu fi kwalunkwe każ jintemm fit-2 ta’ Novembru 2036. Il-persuna kkonċernata tista’ titlob li l-perjodu tranżitorju ma jibqax jgħodd għaliha. Din it-talba għandha tiġi ppreżentata lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza. It-talbiet ippreżentati fi jew qabel it-2 ta’ Jannar 2029 jew qabel għandhom jitqiesu li ġew ippreżentati fit-2 ta’ Novembru 2028. It-talbiet ippreżentati wara it-2 ta’ Jannar 2029 għandhom jitqiesu li ġew ppreżentati fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data tal-preżentazzjoni tagħhom. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-Artikolu 12. L-Artikolu 12, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2026, għandu jkompli japplika għall-persuni impjegati li jintbagħtu fi Stat Membru ieħor, jew għall-persuni li jaħdmu għal rashom li jwettqu attività simili fi Stat Membru ieħor qabel it-2 ta’ Novembru 2028. 5. It-Titolu III, il-Kapitolu 1, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2026, għandu jkompli japplika għall-benefiċċji tal-kura fit-tul li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ippreżentati qabel it-2 ta’ Novembru 2028. 6. It-Titolu III, il-Kapitolu 6, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2026, għandu jkompli japplika għall-benefiċċji tal-qgħad li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ippreżentati qabelid-data ta’ applikazzjoni rilevanti kif stabbilita fl-Artikolu 91, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames paragrafu, 3). 7. It-Titolu III, il-Kapitolu 8, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2026, għandu jkompli japplika għall-benefiċċji tal-familja għat-tfal li twieldu qabel t-2 ta’ Novembru 2028.” |
|
(37) |
L-Artikolu 88 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 88 Id-delega ta’ setgħa biex temenda l-Annessi Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 88a biex, minn żmien għal żmien, temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni wara talba mill-Kummissjoni Amministrattiva. “Artikolu 88a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 88 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-1 ta’ Novembru 2026. 3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 88 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.. 6. Att delegat skont l-Artikolu 88 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu it-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.” |
|
(38) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 88b Setgħa biex jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex jispeċifikaw il-proċedura, inkluż fejn xieraq, il-limiti ta’ żmien, li għandhom jiġu segwiti sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tat-Titolu II ta’ dan ir-Regolament u tal-proċeduri korrispondenti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu proċeduri standard għal:
2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88c(2). Artikolu 88c Proċedura ta’ Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Il-Kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.” |
|
(39) |
l-Artikolu 91 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 91 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2010. Minkejja t-tieni paragrafu, id-dati ta’ applikazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw:
Minkejja t-tielet paragrafu ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward ta’ persuni li għalihom, matul l-aħħar attività tagħhom bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, il-Lussemburgu kien l-aħħar Stat Membru kompetenti, l-Artikoli 65, 65a u 86, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2026, għandhom japplikaw sat-2 ta’ Novembru 2031. Il-Lussemburgu jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni li jkun meħtieġ li dak il-perjodu ta’ żmien imsemmi fir-raba’ paragrafu jiġi estiż sat-2 ta’ Novembru 2033. Tali notifika għal estensjoni għandha ssir fi żmien raġonevoli qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ żmien msemmi fir-raba’ paragrafu. Din in-notifika għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” |
|
(40) |
l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
tiddaħħal il-premessa li ġejja:
; |
|
(2) |
jiddaħħlu l-premessi li ġejjin:
; |
|
(3) |
tiddaħħal il-premessa li ġejja:
; |
|
(4) |
il-premessa 19 tinbidel b’dan li ġej:
(*17) Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/24/oj).”;" |
|
(5) |
jiżdiedu l-premessi li ġejjin:
(*18) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).”;" |
|
(6) |
fl-Artikolu 1(2), jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
; |
|
(7) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 3; |
|
(9) |
L-Artikolu 5, il-paragrafi 2, 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej: “2. L-istituzzjoni tal-Istat Membru li tirċievi d-dokument għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-istituzzjoni tal-ħruġ fil-każ li ma tkunx ġiet ipprovduta kwalunkwe informazzjoni obbligatorja. L-istituzzjoni tal-ħruġ għandha jew tirrettifika d-dokument mill-iktar fis possibbli jew tikkonferma li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tad-dokument ma ġewx issodisfati. Meta l-informazzjoni obbligatorja nieqsa ma tiġix ipprovduta fi żmien 30 jum ta’ xogħol, l-istituzzjoni tal-Istat Membruli jirċievi d-dokument tista’ tipproċedi daqslikieku d-dokument qatt ma nħareġ. F’dak il-każ, dik l-istituzzjoni għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni tal-ħruġi. 3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19a, meta jkun hemm dubju dwar il-validità ta’ dokument jew l-akkuratezza tal-fatti li fuqhom huwa bbażat id-dokument, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li tirċievi d-dokument għandha titlob lill-istituzzjoni tal-ħruġ għall-kjarifika meħtieġa u, fejn xieraq, l-irtirar jew ir-rettifika ta’ dak id-dokument. L-istituzzjoni emittenti għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, jekk meħtieġ, tirtirah jew tirrettifikah. 4. Meta jkun hemm dubju dwar l-informazzjoni pprovduta mill-persuni kkonċernati, il-validità ta’ dokument jew l-evidenza ta’ sostenn jew l-akkuratezza tal-fatti li fuqhom huwa bbażat id-dokument, kwalunkwe istituzzjoni kkonċernata għandha, sa fejn dan ikun possibbli, fuq talba mill-istituzzjoni kompetenti, tivverifika l-informazzjoni jew id-dokument. 5. Meta ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati, il-kwistjoni tista’ titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha l-istituzzjoni li rċeviet id-dokument tkun ippreżentat it-talba tagħha. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha taħdem biex tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha. Fl-isforzi tagħha biex tirrikonċilja l-fehmiet differenti, il-Kummissjoni Amministrattiva tista’, skont l-Artikolu 72, il-punt (a), tar-Regolament bażiku, tadotta deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku jew tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikaw tali deċiżjoni, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet, tal-istituzzjonijiet u tal-persuni kkonċernati li jirrikorru għall-proċeduri u għat-tribunali previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jew fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.” |
|
(10) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Artikolu 15 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 15 Proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3), il-punti (b) u (d), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku (dwar id-dispożizzjoni tal-informazzjoni għall-istituzzjonijiet konċernati) 1. Meta, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, persuna twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-impjegatur jew, fil-każ ta’ persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli, qabel il-bidu tal-attività u għandha titlob l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. 1a. Malli tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni kompetenti għandha toħroġ attestazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata. Meta dik l-attestazzjoni ma tinħariġx immedjatament, hija għandha toħroġ konferma awtomatika tar-riċevuta tat-talba, li għandha tikkostitwixxi evidenza li turi li l-istituzzjoni kompetenti ġiet infurmata f’konformità mal-paragrafu 1. L-istituzzjoni kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih titwettaq l-attività, l-informazzjoni rilevanti dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal dik il-persuna jew, fejn dik l-informazzjoni tkun għadha mhix disponibbli, l-informazzjoni dwar il-konferma tar-riċevuta. 1b. Il-paragrafi 1 u 1a ma għandhomx japplikaw għal vjaġġi fuq xogħol. Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet fis-settur tal-kostruzzjoni kif definit fl-Anness 6, il-paragrafi 1 u 1a ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet b’durata totali ta’ mhux aktar minn tlett ijiem konsekuttivi ta’ xogħol f’perjodu ta’ 30 jum konsekuttiv. 1c. F’sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, fejn ma tkun inħarġet l-ebda attestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-impjegatur jew, fil-każ ta’ persuna li taħdem għal rasha, il-persuna kkonċernata, fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li fih qed titwettaq l-attività, għandhom jipprovdu l-konferma tar-riċevuta msemmija fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, jew evidenza li turi li l-attività taqa’ taħt eżenzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1b ta’ dan l-Artikolu. L-impjegaturi għandhom jibqgħu responsabbli biex jipprovdu l-evidenza meħtieġa u jipprovdu lill-persuni li jwettqu attività bħala persuni impjegati f’Stat Membru ieħor bid-dokumenti ta’ sostenn rilevanti għal dak l-għan. Din l-evidenza tista’ tiġi pprovduta f’forma stampata jew elettronika. 1d. Meta l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru fejn titwettaq l-attività jkollha dubju dwar l-informazzjoni pprovduta mill-impjegatur jew mill-persuna kkonċernata, il-validità ta’ dokument jew l-evidenza ta’ sostenn jew l-akkuratezza tal-fatti li fuqhom huwa bbażat id-dokument, dik l-istituzzjoni tista’ titlob lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli, biex tipprovdi aktar informazzjoni. L-Artikolu 19a u l-Artikolu 20(3) u (4) għandhom japplikaw. 2. Meta persuna koperta mill-Artikolu 11(3), il-punt (b) jew (d), tar-Regolament bażiku twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti, l-impjegatur jew, fil-każ ta’ persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli ta’ dan, kull meta jkun possibbli qabel il-bidu tal-attività. Dik l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni li tkun applikabbli għall-persuna kkonċernata disponibbli għal dik il-persuna u għall-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih titwettaq l-attività. Il-paragrafu 1b ta’ dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis. 3. Impjegatur fis-sens tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku li għandu impjegat abbord bastiment li fuqu tkun qed tittajjar il-bandiera ta’ Stat Membru ieħor għandu, kull meta jkun possibbli minn qabel, jinforma b’dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli ta’ dan skont l-Artikolu 11(4), it-tieni sentenza, tar-Regolament bażiku. Dik l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-bandiera tiegħu tkun qed tittajjar fuq il-bastiment li fuqu l-persuna impjegata twettaq l-attività tagħha.” |
|
(12) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 19a Kooperazzjoni fil-każ ta’ dubji dwar il-validità ta’ dokumenti dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli 1. Minkejja l-Artikolu 5, meta jkun hemm dubju dwar il-validità ta’ dokument li juri s-sitwazzjoni tal-persuna għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni applikabbli jew dwar l-akkuratezza tal-fatti li fuqhom huwa bbażat id-dokument, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li tirċievi d-dokument għandha titlob lill-istituzzjoni emittenti għall-kjarifika meħtieġa u, fejn xieraq, għall-irtirar jew ir-rettifika ta’ dak id-dokument. L-istituzzjoni rikjedenti għandha tissostanzja t-talba tagħha u tipprovdi d-dokumentazzjoni ta’ sostenn rilevanti li tkun wasslet għat-talba. 2. Meta tirċievi talba bħal din, l-istituzzjoni tal-ħruġ għandha tqis mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, meta jinstab li kien hemm żball, tirtirah jew tirrettifikah fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba. L-irtirar jew ir-rettifika għandu jkollha effett retroattiv. Madankollu, fejn ikun hemm riskju ta’ eżitu sproporzjonat, u b’mod partikolari, li jintilef l-istatus bħala persuna assigurata għall-perjodu kollu rilevanti jew parti minnu fl-Istati Membri kollha kkonċernati, l-Istati Membri għandhom iqisu jekk jiġix applikat l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku. Meta l-istituzzjoni tal-ħruġ tikkunsidra li, abbażi tal-evidenza disponibbli, m’hemmx dubju li l-applikant ta’ dokument wettaq frodi, hija għandha tirtira jew tirrettifika d-dokument mingħajr dewmien, b’effett retroattiv. 3. Jekk l-istituzzjoni tal-ħruġ, wara li tkun ikkunsidrat mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument, ma tkunx tista’ ssib żbalji, hija għandha tgħaddi lill-istituzzjoni rikjedenti l-evidenza kollha disponibbli fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba. F’każijiet urġenti, meta r-raġunijiet għall-urġenza jkunu ġew indikati u sostanzjati b’mod ċar fit-talba, l-evidenza għandha tintbagħat fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta tasal it-talba, inkluż meta l-istituzzjoni tal-ħruġ ma tkunx lestiet id-deliberazzjonijiet tagħha skont il-paragrafu 2. 4. Meta wara li tkun irċeviet l-evidenza disponibbli, l-istituzzjoni rikjedenti jibqgħalha dubji dwar il-validità ta’ dokument, l-akkuratezza tal-fatti li fuqhom huma bbażati d-dettalji ta’ ġo fih, jew l-akkuratezza tal-informazzjoni li fuqha nħareġ id-dokument, tista’ tippreżenta evidenza għal dak il-għan u tagħmel talba ulterjuri għal kjarifika u, fejn xieraq, tirtira jew tirrettifika dak id-dokument mill-istituzzjoni emittenti f’konformità mal-proċedura u l-perijodi ta’ żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu. 5. Jekk id-dubji tal-istituzzjoni li qed tirċievi t-talba, jippersistu u ma jintlaħaq l-ebda qbil bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati, japplika l-Artikolu 5(5).” |
|
(15) |
fl-Artikolu 20 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “3. Għall-fini tal-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, iwieġbu għall-mistoqsijiet li jaslu mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra fi żmien 35 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba. 4. Meta persuna twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor mingħajr attestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, sakemm ma tkun meħtieġa l-ebda attestazzjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-istituzzjoni rilevanti f’dak l-Istat Membru l-ieħor tista’ titlob informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal dik il-persuna mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun prima facie applikabbli. Jekk l-istituzzjoni rikjesta ma tweġibx fi żmien 35 jum ta’ xogħol minn meta tirċievi t-talba, l-istituzzjoni rikjedenti tista’ tipproċedi bħallikieku ma nħarġet l-ebda attestazzjoni u għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni rikjesta. Jekk l-attestazzjoni tinħareġ sussegwentement mill-istituzzjoni rikjesta, dik l-attestazzjoni għandu jkollha, fejn xieraq, effett retroattiv.” |
|
(16) |
fit-Titolu III, it-titolu tal-Kapitolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Benefiċċji tal-mard, tal-kura fit-tul, u benefiċċji tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità” ; |
|
(17) |
L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
fl-Artikolu 26, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4. Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura tal-għoti tal-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li teżamina l-persuna assigurata permezz ta’ tabib jew persuna kwalifikata, f’konformità mad-dritt jew prattika nazzjonali, tal-għażla tagħha stess fl-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ żjara.” |
|
(19) |
fl-Artikolu 31, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma wkoll lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew żjara dwar il-ħlas tal-benefiċċji ta’ kura fit-tul fi flus kontanti meta l-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-aħħar tipprevedi l-benefiċċji in natura għal kura fit-tul, inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 33a (1) tar-Regolament bażiku.” |
|
(20) |
fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Meta persuna jew grupp ta’ persuni jiġu eżentati fuq talba mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard jew għall-kura fit-tul u dawn il-persuni għalhekk ma jkunux koperti minn skema ta’ assigurazzjoni kontra l-mard jew għall-kura fit-tul li għaliha japplika r-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor m’għandhiex, unikament minħabba din l-eżenzjoni, issir responsabbli mill-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus kontanti pprovduti lil dawn il-persuni jew lil membru tal-familja tagħhom taħt it-Titolu III, il-Kapitolu I, tar-Regolament bażiku.” |
|
(21) |
fl-Artikolu 43, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej: “3. L-istituzzjoni ta’ kull Stat Membru għandha tikkalkula, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tagħha, l-ammonti dovuti li jikkorrispondu għall-perjodi ta’ assigurazzjoni volontarja jew fakultattiva kontinwa li, skont l-Artikolu 53(3), il-punt (c) tar-Regolament bażiku, mhumiex soġġetti għar-regoli ta’ Stat Membru ieħor relatati mal-irtirar, it-tnaqqis jew is-sospensjoni.” |
|
(22) |
fl-Artikolu 54, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. L-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għandu japplika mutatis mutandis għall-Artikolu 60a tar-Regolament bażiku. Bla ħsara għall-obbligi sottostanti tal-istituzzjonijiet involuti, il-persuna kkonċernata tista’ tippreżenta lill-istituzzjoni kompetenti dokument maħruġ mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tiegħu fir-rigward tal-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fejn huma speċifikati l-perjodi magħmula skont dik il-leġiżlazzjoni.” |
|
(23) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 54a Proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 61(2) tar-Regolament bażiku 1. Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament bażiku, il-persuna qiegħda għandha tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru tal-aktar perjodu reċenti ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha u għandha tippreżenta talba għall-benefiċċji lill-istituzzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Jekk it-talba tiġi ppreżentata lill-istituzzjoni tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament bażiku, dik l-istituzzjoni għandha minnufih tgħaddi t-talba lill-istituzzjoni tal-Istat Membru tal-aktar perjodu reċenti ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg tal-persuna għal rasha biex din tiġi investigata. Id-data meta ġiet ippreżentata t-talba inizjali għandha tapplika għall-istituzzjonijiet kollha kkonċernati. 2. Wara l-investigazzjoni tat-talba mill-istituzzjoni tal-Istat Membru tal-aktar perjodu reċenti ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha, jekk jiġi determinat li l-persuna qiegħda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aggregazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(1) tar-Regolament bażiku, u jkun evidenti mill-informazzjoni disponibbli lilha li l-persuna qiegħda għamlet il-perjodu neċessarju biex tkun intitolata tirċievi benefiċċji skont l-Artikolu 61(2) tar-Regolament bażiku, din għandha tibgħat minnufih dokument lill-istituzzjoni tal-Istat Membru msemmi f’dik id-dispożizzjoni. Jekk ma jkunx evidenti li l-persuna qiegħda għamlet il-perjodu meħtieġ sabiex tirċievi benefiċċji skont l-Artikolu 61(2) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-Istat Membru tal-aktar perjodu reċenti ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rasha għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni tal-Istat Membru msemmija f’dik id-dispożizzjoni, qabel ma tibgħat id-dokument, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-perjodu speċifikat fih ġiex ikkompletat f’dak l-Istat Membru. 3. Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja dwar is-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiddetermina l-format u l-kontenut tad-dokument.” |
|
(24) |
l-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
|
|
(25) |
L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:
|
|
(26) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 56a Miżuri mtejba ta’ appoġġ u kooperazzjoni għall-persuni qiegħda li għexu fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru kompetenti 1. L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti ta’ żewġ Stati Membri jew aktar għandhom jikkooperaw u jistgħu jaqblu dwar proċeduri u limiti ta’ żmien speċifiċi dwar il-segwitu tas-sitwazzjonijiet tal-persuna qiegħda kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet għal tfittxija ta’ impjieg tal-persuni qiegħda li jirrisjedu fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti. 2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament bażiku jkollhom aċċess f’kull wieħed mit-territorji tagħhom għan-network Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi (EURES), u għas-servizzi ta’ appoġġ f’reġjuni transfruntieri, meta disponibbli, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*19). (*19) Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/589/oj).”;" |
|
(27) |
fl-Artikolu 57, it-titolu jinbidel b’dan li ġej: “Dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikoli 60a, 61, 62, 64 u 65 tar-Regolament bażiku rigward persuni koperti bi skema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil” ; |
|
(28) |
Fl-Artikolu 64(1), l-ewwel inċiż, jinbidel b’dan li ġej;
; |
|
(29) |
L-Artikolu 65 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 65 Notifika tal-ispejjeż medji annwali 1. L-ammont tal-kost medju annwali għal kull persuna f’kull grupp ta’ età għandu jkun notifikat lill-Bord tal-Verifika sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena wara s-sena in kwistjoni. 2. Il-kostijiet medji annwali notifikati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati kull sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Amministrattiva. 3. Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jinnotifika l-kostijiet medji annwali għal sena speċifika sad-data ta’ skadenza msemmija fil-paragrafu 1, għandu, sal-istess skadenza, jitlob awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni Amministrattiva u mill-Bord tal-Verifika li juża l-kostijiet medji annwali għal dak l-Istat Membru kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għas-sena ta’ qabel is-sena speċifika li fiha n-notifika hija pendenti. Meta jitlob l-awtorizzazzjoni, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet għala mhux kapaċi li jinnotifika l-kostijiet medji annwali għas-sena in kwistjoni. Jekk il-Kummissjoni Amministrattiva, wara li tkun ikkunsidrat l-opinjoni tal-Bord tal-Verifika, tapprova t-talba tal-Istat Membru, il-kostijiet medji annwali għas-sena qabel is-sena li fiha n-notifika hija pendenti għandhom jiġu ppubblikati mill-ġdid f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 4. L-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 3 ma għandhiex tingħata f’sentejn konsekuttivi.” |
|
(30) |
fl-Artikolu 66, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Il-ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, previsti fl-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament bażiku għandu jsir permezz tal-korp ta’ kollegament. Jista’ jkun hemm korp ta’ kollegament separat għall-ħlas lura taħt l-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament bażiku. It-talbiet reċiproċi jistgħu jiġu paċuti bejn il-korpi ta’ kollegament.” |
|
(31) |
L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:
|
|
(32) |
fl-Artikolu 68, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. L-imgħax għandu jiġi kkalkulat abbażi tar-rata ta’ referenza applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament b’żieda ta’ żewġ punti perċentwali. Ir-rata ta’ referenza applikabbli għandha tkun dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-ħlas ikun dovut.” |
|
(33) |
jitħassar l-Artikolu 70; |
|
(34) |
fl-Artikolu 72, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Sakemm mhux previst mod ieħor fl-Artikolu 73 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jekk l-istituzzjoni ta’ Stat Membru tkun ħallset benefiċċji indebiti lil persuna, dik l-istituzzjoni tista’, skont it-termini u l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, titlob lill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli mill-ħlas ta’ benefiċċji lill-persuna kkonċernata biex tnaqqas l-ammont imħallas indebitament minn arretrati jew ħlasijiet kurrenti li għandha tagħti lill-persuna kkonċernata irrispettivament mill-fergħa tas-sigurtà soċjali li taħtha jitħallas il-benefiċċju. L-istituzzjoni ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar għandha tnaqqas l-ammont ikkonċernat soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal din it-tip ta’ proċedura ta’ tpaċija f’konformità mal-leġiżlazzjoni li hija tapplika bl-istess mod daqslikieku hija stess tkun għamlet il-ħlasijiet żejda, u għandha tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li tkun ħallset il-benefiċċji indebiti.” |
|
(35) |
L-Artikolu 73 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 73 Saldu tal-benefiċċji indebiti fi flus u f’kontribuzzjonijiet fil-każ ta’ bidla retroattiva tal-leġiżlazzjoni applikabbli jew sitwazzjonijiet oħra fejn istituzzjoni ma kinitx kompetenti 1. Fil-każ ta’ bidla retroattiva tal-leġiżlazzjoni applikabbli, inklużi sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(4) u (5) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, kif ukoll f’każijiet oħra fejn istituzzjoni li ma kinitx kompetenti ħallset jew ipprovdiet benefiċċji indebitament jew irċeviet kontribuzzjonijiet indebitament, dik l-istituzzjoni għandha tfassal dikjarazzjoni tal-ammont imħallas jew riċevut u għandha tibgħatha lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti għall-fini tal-ħlas lura, fi żmien sitt xhur minn meta l-bidla fil-leġiżlazzjoni applikabbli tkun ġiet determinata jew l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti l-benefiċċji jew tirċievi l-kontribuzzjonijiet tkun ġiet identifikata. 2. Il-benefiċċji in natura għandhom jitħallsu lura mill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti f’konformità mal-Artikoli 66, 67 u 68 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni. 3. L-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti biex tħallas il-benefiċċji fi flus għandha tnaqqas l-ammont li għandha tħallas lura lill-istituzzjoni li ma kinitx kompetenti jew li kienet biss provviżorjament kompetenti mill-arretrati tal-benefiċċji korrispondenti li hija għandha tagħti lill-persuna kkonċernata u għandha tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li ħallset provviżorjament il-benefiċċji fi flus mingħajr dewmien. Jekk l-ammont ta’ benefiċċji mħallsin indebitament jeċċedi l-ammont ta’ arretrati pagabbli mill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, jew jekk ma jeżistux arretrati, l-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti għandha tnaqqas dan l-ammont minn ħlasijiet li jkunu għaddejjin soġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, u tittrasferixxi mingħajr dewmien l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li tkun ħallset indebitament il-benefiċċji fi flus għall-fini tal-ħlas lura tagħhom. 4. L-istituzzjoni li rċeviet kontribuzzjonijiet indebitament mingħand persuna fiżika jew ġuridika ma għandhiex tħallas lura l-ammonti inkwistjoni lill-persuna li ħallsithom sakemm dik l-istituzzjoni ma tkunx aċċertat is-somom in kwistjoni mill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti. Fuq talba mill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, li għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun irċeviet id-dikjarazzjoni tal-ammont imħallas jew riċevut, l-istituzzjoni li rċeviet il-kontribuzzjonijiet indebitament għandha tittrasferixxi dawk il-kontribuzzjonijiet lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti għal dak il-perijodu għall-fini tas-soluzzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet dovuti mill-persuna fiżika jew ġuridika lilha. Il-kontribuzzjonijiet trasferiti għandhom jitqiesu li ġew imħallsa retroattivament lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti. Jekk l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet riċevuti indebitament jeċċedi l-ammont li l-persuna fiżika jew ġuridika għandha tagħti lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, l-istituzzjoni li rċeviet il-kontribuzzjonijiet indebitament għandha tħallas lura l-ammont eċċessiv lill-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata, ikkalkulat f’konformità mal-liġi nazzjonali. 5. L-eżistenza ta’ limiti ta’ żmien skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma għandhiex tkun raġuni valida għar-rifjut li jitħallsu t-talbiet bejn l-istituzzjonijiet skont dan l-Artikolu. 6. Fil-każ ta’ proċedura skont l-Artikolu 5(5) jew l-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, dan l-Artikolu m’għandux japplika għal talbiet li huma eqdem minn 36 xahar fid-data li fiha nbdiet il-proċedura. 7. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jiftehmu rigward dispożizzjonijiet u proċeduri speċifiċi li jkunu differenti minn dawk previsti fil-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu u jistgħu, b’rabta ma’ benefiċċji in natura, japplikaw l-Artikolu 35(3) tar-Regolament bażiku, dment li dawk id-dispożizzjonijiet u proċeduri ma jkunux ta’ żvantaġġ għall-persuni kkonċernati. 8. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.” |
|
(36) |
L-Artikolu 75 huwa emendat kif ġej:
|
|
(37) |
L-Artikolu 77 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 77 Notifika 1. Il-parti rikjesta għandha, fuq talba tal-parti applikanti, u b’konformità mar-regoli fis-seħħ għan-notifika ta’ strumenti jew deċiżjonijiet simili fl-Istat Membru tagħha stess, tinnotifika lid-destinatarju bl-istrumenti u d-deċiżjonijiet kollha, inklużi dawk ta’ natura ġudizzjarja, li joriġinaw mill-Istat Membru tal-parti applikanti u li huma relatati ma’ talba jew l-irkupru tagħha. 2. It-talba għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn formola standard li jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja u l-istrument jew id-deċiżjoni li għandu jiġi notifikat:
3. Il-parti rikjesta għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-parti applikanti bl-azzjoni meħuda fuq it-talba tagħha għal notifika u, partikolarment, bid-data li fiha d-deċiżjoni jew l-istrument ġew mgħoddijin lid-destinatarju. 4. Il-parti applikanti għandha tagħmel talba għal notifika skont dan l-Artikolu biss meta ma tkunx tista’ tinnotifika f’konformità mar-regoli li jirregolaw in-notifika tad-dokument ikkonċernat fl-Istat Membru tagħha, jew fejn tali notifika tagħti lok għal diffikultajiet sproporzjonati. 5. Il-parti rikjesta għandha tiżgura li n-notifika fl-Istat Membru tal-parti rikjesta tkun saret f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. 6. Il-paragrafu 5 għandu jkun bla preġudizzju għal kwalunkwe forma oħra ta’ notifika magħmula minn awtorità tal-Istat Membru tal-parti applikanti f’konformità mar-regoli fis-seħħ f’dak l-Istat Membru. Awtorità fl-Istat Membru tal-parti applikanti tista’ tinnotifika kwalunkwe dokument direttament bil-posta reġistrata jew elettronikament lil persuna ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor.” |
|
(38) |
L-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:
|
|
(39) |
l-Artikoli 79 sa 82 jinbidlu b’dan li ġej: “Artikolu 79 Strument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru 1. L-istrument uniformi li jippermetti l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti rikjesta għandu jirrifletti l-kontenut sostantiv tal-istrument inizjali li jippermetti l-eżekuzzjoni, u għandu jikkostitwixxi l-unika bażi għall-miżuri ta’ rkupru u ta’ prekawzjoni meħuda fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. Dan ma għandux ikun soġġett għal kwalunkwe att ta’ rikonoxximent, ta’ suppliment jew ta’ sostituzzjoni f’dak l-Istat Membru. 2. L-istrument uniformi li jippermetti l-eżekuzzjoni għandu jinkludi:
Artikolu 80 Arranġamenti u skadenzi għal ħlasijiet 1. L-irkupru għandu jsir bil-munita tal-Istat Membru tal-parti rikjesta. Soġġett għall-Artikolu 85(1a), il-parti rikjesta għandha tħallas l-ammont kollu tat-talba li tirkupra lill-parti applikanti. Meta jitħallas l-ammont tat-talba lill-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tipprovdi wkoll l-informazzjoni relevanti marbuta mal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata kif imsemmi fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. 2. Fejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru proprju tagħha jippermettu, il-parti rikjesta tista’ tagħti lid-debitur żmien biex iħallas jew tawtorizza ħlas bin-nifs. Kwalunkwe imgħax impost mill-parti rikjesta fir-rigward ta’ żmien addizzjonali bħal dan biex isir il-ħlas għandu jiġi ttrasferit ukoll lill-parti applikanti. Il-parti rikjesta għandha sussegwentement tinforma lill-parti applikanti bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din. Mid-data li fiha t-talba għall-irkupru tkun waslet, il-parti rikjesta għandha titlob imgħax għal kull ħlas tard skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. Artikolu 81 Kontestazzjoni dwar it-talba jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tagħha u kontestazzjoni dwar il-miżuri ta’ eżekuzzjoni 1. Jekk, matul il-proċedura ta’ rkupru, it-talba, l-istrument inizjali li jippermetti l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti applikanti, l-istrument uniformi li jippermetti l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jew il-validità ta’ notifika magħmula minn awtorità fl-Istat Membru tal-parti applikanti jiġu kkontestati minn parti interessata, l-azzjoni għandha titressaq minn dik il-parti interessata quddiem l-awtoritajiet adatti tal-Istat Membru tal-parti applikanti, skont il-liġijiet fis-seħħ f’dak l-Istat Membru. Il-parti applikanti għandha tinnotifika lill-parti rikjesta b’din l-azzjoni mingħajr dewmien. Il-parti interessata tista’ tinforma wkoll lill-parti rikjesta bl-azzjoni. 2. Hekk kif il-parti rikjesta tkun irceviet in-notifika jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1mingħand il-parti applikanti jew mingħand il-parti interessata, hija għandha tissospendi l-proċedura ta’ eżekuzzjoni sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-awtorità adatta f’dan il-qasam, sakemm il-parti applikanti ma titlobx biex tirkupra t-talba f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-parti rikjesta tista’ tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiggarantixxi l-irkupru tat-talba sa fejn il-liġijiet jew ir-regolamenti fis-seħħ tal-Istat Membru proprju tagħha jippermettu tali azzjoni għal talbiet simili. Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-parti applikanti tista’, f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru proprju tagħha, tippreżenta talba raġunata lill-parti rikjesta biex tirkupra talba kkontestata, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jipprevedu tali azzjoni. Jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun sussegwentement favorevoli għad-debitur, il-parti applikanti għandha tkun responsabbli għall-ħlas lura ta’ kwalunkwe somma rkuprata, flimkien ma’ kwalunkwe kumpens dovut, f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. 3. Fejn il-kontestazzjoni tikkonċerna l-miżuri ta’ eżekuzzjoni meħudin fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, jew il-validità tan-notifika magħmula minn awtorità tal-parti rikjesta, l-azzjoni għandha titressaq quddiem l-awtorità adatta ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Artikolu 81a Irtirar u emendi 1. Il-parti applikanti għandha tinforma immedjatament lill-parti rikjesta dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fit-talba tagħha għall-irkupru jew dwar l-irtirar tat-talba tagħha filwaqt li tindika r-raġunijiet għal tali emenda jew l-irtirar. 2. Jekk l-emenda tat-talba hija bbażata fuq deċiżjoni tal-awtorità adatta msemmija fl-Artikolu 81(1), il-parti applikanti għandha tikkomunika din id-deċiżjoni lill-parti rikjesta, flimkien mal-istrument uniformi rivedut li jippermetti l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. Il-parti rikjesta għandha tipproċedi b’miżuri oħra ta’ rkupru abbażi tal-istrument rivedut. Miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni li diġà kienu ttieħdu abbażi tal-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jistgħu jitkomplew abbażi tal-istrument rivedut, sakemm emenda tat-talba hija dovuta għall-invalidità tal-istrument inizjali li jippermetti l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti applikanti jew tal-istrument uniformi oriġinali li jippermetti l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. L-Artikoli 79 u 81 għandhom japplikaw b’rabta mal-istrument rivedut. 3. Jekk it-talba tiġi emendata għal raġuni differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2 u tali emenda tinkludi tnaqqis fl-ammont tat-talba, il-parti rikjesta għandha tkompli kwalunkwe miżura ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni li diġà ttieħdet, li għandha tkun limitata għall-ammont tat-talba li għadu pendenti. Artikolu 82 Limiti li japplikaw għall-assistenza 1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza li tagħti l-assistenza, il-parti rikjesta m’għandhiex tkun obbligata:
Fir-rigward tal-punt (b), jekk it-talba jew l-istrument inizjali li jippermetti l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti applikanti jiġu kkontestati, il-perijodu ta’ ħames snin għandu jibda mid-data li fiha ma jibqax possibbli li tiġi kkontestata t-talba jew l-istrument li jippermetti l-irkupru. Barra minn hekk, fejn jiġi aċċettat il-posponiment tal-iskadenza tal-ħlas jew tal-pjan ta’ ħlas bin-nifs mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-parti applikanti, il-perijodu ta’ ħames snin għandu jibda mid-data li fiha l-perijodu kollu tal-ħlas wasal fi tmiemu. Madankollu, f’każijiet bħal dawn, il-parti rikjesta ma għandhiex tkun obbligata tagħti l-assistenza fir-rigward ta’ talbiet li huma eqdem minn 10 snin, ikkalkulati mid-data li fiha t-talba hija dovuta fl-Istat Membru tal-parti applikanti. 2. Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet talba għal assistenza.” |
|
(40) |
l-Artikolu 84 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 84 Miżuri ta’ prekawzjoni 1. Fuq it-talba raġunata mill-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tieħu miżuri prekawzjonarji, f’konformità mal-liġi nazzjonali u l-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha, biex tiżgura rkupru fejn talba jew strument li jippermetti l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti applikanti hu kkontestat fi żmien meta ssir it-talba, jew meta t-talba għadha mhix soġġetta għal strument li jippermetti eżekuzzjoni fl-Istat Membru tal-parti applikanti, sakemm il-miżuri prekawzjonarji jkunu wkoll possibbli, f’sitwazzjoni simili, skont il-liġi nazzjonali u l-prattiki amministrattivi tal-Istat Membru tal-parti applikanti. Id-dokument imfassal biex jippermetti l-miżuri prekawzjonarji fl-Istat Membru tal-parti applikanti u li hu relatat mat-talba li għaliha tintalab, jew le, l-assistenza reċiproka, għandu jkun mehmuż mat-talba għall-miżuri prekawzjonarji fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. Dan id-dokument ma għandu jkun soġġett għall-ebda att ta’ rikonoxximent, ta’ suppliment jew ta’ sostituzzjoni fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. 2. It-talba għall-miżuri prekawzjonarji tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti oħra relatati mat-talba maħruġa fl-Istat Membru tal-parti applikanti. 3. Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-ewwel paragrafu, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 78, 79, 81 u 82 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis.” |
|
(41) |
fl-Artikolu 85, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-parti rikjesta għandha tirkupra mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata u żżomm kwalunkwe kost li ġġarrab marbuta mal-irkupru, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru tal-parti rikjesta li japplikaw għal talbiet simili. 1a. Fejn l-ispejjeż marbutin mal-irkupru ma jistgħux jiġu rkuprati mid-debitur flimkien mal-ammont tat-talba, dawk l-ispejjeż għandhom jew jitnaqqsu minn kwalunkwe ammont li effettivament ġie rkuprat jew, meta dan ma jkunx possibbli, għandhom jitħallsu lura mill-parti applikanti. Il-parti applikanti u l-parti rikjesta jistgħu jaqblu dwar arranġament ta’ ħlas lura speċifiku għall-każ, jew jistgħu jiddeċiedu li jirrinunzjaw għall-ħlas lura ta’ dawn l-ispejjeż.” |
|
(42) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 85a Preżenza fl-uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni fl-inkjesti amministrattivi 1. Bi qbil bejn il-parti applikanti u l-parti rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti mill-parti rikjesta, uffiċjali awtorizzati mill-parti applikanti jistgħu, bil-ħsieb li jippromwovu l-assistenza reċiproka prevista f’din it-Taqsima:
2. Sakemm dan ikun permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jipprevedi li l-uffiċjali tal-Istat Membru tal-parti applikanti jistgħu jintervistaw l-individwi u jeżaminaw ir-reġistri. 3. Meta jaġixxu skont il-paragrafu 1 jew 2, l-uffiċjali awtorizzati mill-parti applikanti għandu jkollhom awtorità bil-miktub li tiddikjara l-identità tagħhom u l-kapaċità uffiċjali tagħhom.” |
|
(43) |
l-Artikolu 86 jitħassar; |
|
(44) |
l-artikolu li ġej jiddaħħal: “Artikolu 86a Setgħa biex jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika aktar il-proċedura għall-irkupru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu:
2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88c(2) tar-Regolament bażiku.” |
|
(45) |
l-Artikolu 87 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(46) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 87a Evalwazzjoni Sat-2 ta’ Novembru 2031, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni dwar il-konformità mal-limiti ta’ żmien imsemmija fit-Titolu II tar-Regolament ta’ implimentazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tar-regoli fl-Artikolu 14(5a) ta’ dak ir-Regolament. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk huwiex xieraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul jiġi estiż skont ir-Regolament bażiku sabiex jiġu koperti l-benefiċċji relatati max-xogħol. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jistabbilixxi r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport.” |
|
(47) |
fl-Artikolu 89, jitħassar il-paragrafu 3; |
|
(48) |
jitħassar l-Artikolu 92; |
|
(49) |
l-Artikolu 93 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 93 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali L-Artikoli 87, 87a u 87b tar-Regolament bażiku għandhom japplikaw għas-sitwazzjonijiet koperti mir-Regolament ta’ implimentazzjoni.” |
|
(50) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 94a Dispożizzjonjiet tranżizzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-benefiċċji tal-qgħad 1. L-Artikoli 56 u 70 u l-Anness 5, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2026, għandhom ikomplu japplikaw għall-benefiċċji tal-qgħad li għalihom l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati qabel id-dati rilevanti ta’ applikazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 97, it-tieni paragrafu, il-punt (2), u t-tielet u r-raba’ paragrafu. 2. L-Artikolu 73, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2026 għandu jkompli japplika għal ħlasijiet ta’ talbiet li bdew qabel it-2 ta’ Novembru 2028. 3. It-Taqsima 3 tal-Kapitolu III tat-Titolu IV, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2026, għandha tkompli tapplika għat-talbiet u l-kontestazzjonijiet magħmula qabel it-2 ta’ Novembru 2028.” |
|
(51) |
L-Artikolu 96 huwa emendat kif ġej:
|
|
(52) |
L-Artikolu 97 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 97 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010. Minkejja l-ewwel paragrafu, id-dati ta’ applikazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw:
|
|
(53) |
l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 987/2009 huma emendati f’konformità mal-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strażburgu, is-7 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU C 345, 13.10.2017, p. 85.
(2) ĠU C 342, 12.10.2017, p. 65.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2026.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/883/oj).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/987/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/465/oj).
(7) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ġunju 2014, Wiering, C-347/12, ECLI:EU:C:2014:300.
(8) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/55/oj).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/24/oj).
(13) Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ma baqax Stat Membru fil-31 ta’ Jannar 2020. Skont il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward tal-persuni msemmija fl-Artikoli 30, 32 u 33 ta’ dak il-Ftehim.
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/45/oj).
ANNESS I
Emendi għall-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness III, it-taqsimiet “L-ESTONJA”, “SPANJA”, “IL-KROAZJA”, “L-ITALJA”, “IL-LITWANJA”, “L-UNGERIJA”, “IN-NETHERLANDS”, “IL-FINLANDJA” u “L-IŻVEZJA” jitħassru; |
|
(4) |
l-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Anness VI, it-taqsima “IL-FINLANDJA” titħassar; |
|
(6) |
l-Anness VIII, il-Parti I huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
l-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
jiżdiedu l-Annessi li ġejjin: “ANNESS XII BENEFIĊĊJI GĦALL-KURA FIT-TUL IPPROVDUTI PERMEZZ TA’ DEROGA MILL-ARTIKOLU 33a(2) (L-Artikolu 33a(2)) L-AWSTRIJA Benefiċċju għal kura fit-tul (Att Federali dwar benefiċċju għal kura fit-tul, BGBI. I Nru 110/1993 kif emendat) mogħti b’riżultat ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali huwa kkoordinat skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III — Benefiċċji fir-rigward tal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali. FRANZA
IL-ĠERMANJA Benefiċċji għall-kura fit-tul fir-rigward ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali (Il-Ktieb VII tal-Kodiċi Soċjali Ġermaniż, il-paragrafu (44) huma kkoordinati skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III – Benefiċċji fir-rigward ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali. IL-POLONJA Suppliment għall-kura (l-Att tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar il-benefiċċji tax-xjuħija u ta’ invalidità mill-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali) huwa kkoordinat skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III – Benefiċċji ta’ invalidità jew skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu III – Benefiċċju tax-xjuħija, skont il-benefiċċju li l-kura hija maħsuba biex tissupplimenta. ANNESS XIII BENEFIĊĊJI TAL-FAMILJA FI FLUS MAĦSUBA BIEX JISSOSTITWIXXU D-DĦUL WAQT PERIJODI TAT-TROBBIJA TAT-TFAL (Artikolu 68b) Parti I Benefiċċji tal-familja fi flus maħsuba biex jissostitwixxu l-introjtu waqt perijodi ta’ trobbija tat-tfal (Artikolu 68b(1)) L-AWSTRIJA
Il-BELĠJU Dritt għal leave tal-ġenituri fil-qafas ta’ interruzzjoni tal-karriera professjonali (Digriet Irjali 29/10/1997 dwar l-introduzzjoni ta’ leave tal-ġenituri fil-qafas ta’ interruzzjoni tal-karriera professjonali). Il-BULGARIJA
IR-REPUBBLIKA ĊEKA Allowance tal-Ġenituri (Att dwar l-Appoġġ Soċjali tal-Istat Nru 117/1995 Coll., kif emendat) ID-DANIMARKA
L-ESTONJA Benefiċċju tal-Ġenituri (Att dwar il-Benefiċċji tal-Familja tal-15 ta’ Ġunju 2016). IL-FINLANDJA Allowance tal-Ġenituri (Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Mard, 1224/2004). FRANZA
IL-ĠERMANJA Allowance tal-Ġenituri (Att dwar l-Allowance tal-Ġenituri u l-Leave tal-Ġenituri). L-UNGERIJA Miżata għall-kura tat-tfal (Att LXXXIII tal-1997 dwar is-Servizzi tas-Sistema Obbligatorja tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa). L-ITALJA Allowance għal leave tal-ġenituri (Digriet Leġiżlattiv tas-26 ta’ Marzu 2001, Nru 151). IL-LATVJA Benefiċċju tal-ġenituri (Liġi dwar l-Assigurazzjoni tal-Maternità u l-Mard tas-6.11.1995). IL-LITWANJA Benefiċċju għall-kura tat-tfal (Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja tal-21 ta’ Diċembru 2000 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-Mard u l-Maternità Nru IX-110; kif emendata). IL-LUSSEMBURGU Dħul ta’ Sostituzzjoni tal-Leave tal-Ġenituri (Liġi tat-3 ta’ Novembru 2016 li tirriforma l-leave tal-ġenituri). IL-POLONJA
IL-PORTUGALL
IR-RUMANIJA Indennizz ta’ Kull Xahar għat-Trobbija tat-Tfal (Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 111 tat-8 ta’ Diċembru 2010 dwar il-leave tal-ġenituri u l-indennizz ta’ kull xahar għat-trobbija tat-tfal, bl-emendi u l-addizzjonijiet sussegwenti). IS-SLOVAKKJA Allowance tal-Ġenituri (Att dwar l-Allowance tal-Ġenituri Nru 571/2009, kif emendat). IS-SLOVENJA
L-IŻVEZJA Benefiċċju tal-ġenituri (il-Kapitolu 12 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2010:110)). Parti II Stati Membri li jagħtu b’mod sħiħ il-benefiċċji tal-familja msemmija fl-Artikolu 68b (Artikolu 68b(2)) L-ESTONJA IL-FINLANDJA IL-LITWANJA IL-LUSSEMBURGU L-IŻVEZJA”. |
ANNESS II
Emendi għall-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 987/2009
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 987/2009 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness 5 jitħassar; |
|
(3) |
jiżdied l-anness li ġej: “ANNESS 6 (Artikolu 15(1b)) Settur tal-Kostruzzjoni Is-settur tal-kostruzzjoni fis-sens tal-Artikolu 15 jinkludi x-xogħol kollu tal-bini relatat mal-kostruzzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, l-alterazzjoni jew id-demolizzjoni tal-bini, u b’mod partikolari x-xogħol li ġej:
|
Il-Kummissjoni għamlet Dikjarazzjoni dwar il-Kontroll, l-Attivazzjoni u t-Tqegħid tal-Impjiegi fir-rigward ta’ dan ir-Regolament, li tinsab fil-ĠU C, C/2026/5549, 27.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5549/oj.
Il-Kummissjoni għamlet Dikjarazzjoni dwar il-Ħaddiema Staġjonali, fir-rigward ta’ dan ir-Regolament, li tinsab fil-ĠU C, C/2026/5553, 27.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5553/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/2359/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)