|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2324 |
21.10.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2324
tat-13 ta’ Ottubru 2026
li tneħħi miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kontra l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fil-15 ta’ Diċembru 2022 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 (2) li kienet ibbażata fuq proposta mill-Kummissjoni u l-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha, kif ukoll fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2022 dwar il-miżuri ta’ rimedju nnotifikati mill-Ungerija (il-“Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022”) u fuq il-valutazzjoni aġġornata tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2022. |
|
(2) |
Fis-27 ta’ April 2022, il-Kummissjoni bagħtet notifika bil-miktub lill-Ungerija skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 li qajmet tħassib u ppreżentat sejbiet rigward għadd ta’ kwistjonijiet relatati mas-sistema tal-akkwist pubbliku fl-Ungerija. Fis-27 ta’ Ġunju 2022 u permezz ta’ ittri datati t-30 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju 2022, l-Ungerija wieġbet għal dik in-notifika u ssottomettiet aktar informazzjoni. Fid-19 ta’ Lulju 2022, l-Ungerija bagħtet ittra addizzjonali li tipproponi għadd ta’ miżuri ta’ rimedju biex tindirizza s-sejbiet fin-notifika. Kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-Kummissjoni kienet sabet irregolaritajiet sistemiċi serji, nuqqasijiet u dgħufijiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, il-konċentrazzjoni tal-għotjiet, in-nonapplikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-kunflitti ta’ interess għall-fondazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku (“trusts ta’ interess pubbliku”, jew “PITs”) u l-entitajiet ġestiti minnhom, u n-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi minn dawk it-trusts. Hemm kwistjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-limitazzjonijiet dwar l-investigazzjoni u prosekuzzjoni effettivi ta’ attività kriminali allegata, l-organizzazzjoni tas-servizzi tal-prosekuzzjoni, u n-nuqqas ta’ qafas kontra l-korruzzjoni effettiv u li jiffunzjona. L-irregolaritajiet, in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet identifikati tqiesu bħala mifruxa u interkonnessi. |
|
(3) |
Kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-Kunsill ivvalutat l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju li l-Ungerija kienet impenjat ruħha li tieħu b'reazzjoni għan-notifika tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2022 skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 u tal-“Passi Ewlenin ta’ Implimentazzjoni” assoċjati magħhom, li rriflettew l-impenji ewlenin li għandhom jiġu ssodisfati fl-iskedi ta’ żmien ippreżentati mill-Ungerija (3). Il-proposta tal-Kummissjoni kienet qieset dawk il-miżuri ta’ rimedju, meħuda flimkien, fil-prinċipju kapaċi jindirizzaw is-sejbiet tagħha dwar l-Ungerija rigward l-irregolaritajiet sistemiċi, in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku, ir-riskji ta’ kunflitti ta’ interess, u t-tħassib dwar trusts ta’ interess pubbliku, kif ukoll ir-raġunijiet addizzjonali rigward l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-qafas kontra l-korruzzjoni, dment li l-miżuri kollha kienu implimentati b’mod korrett u effettiv (4). |
|
(4) |
Minkejja għadd ta’ passi meħuda mill-Ungerija, il-Kunsill sab li għad hemm dgħufijiet, riskji u nuqqasijiet importanti f’għadd ta’ miżuri ta’ rimedju. B’mod partikolari, dgħufijiet sinifikanti nstabu li jkomplu jimminaw serjament l-adegwatezza tal-miżuri ta’ rimedju li għandhom natura orizzontali. Dawk id-dgħufijiet kienu ta' natura orizzontali, strutturali u sistemika u huma ta’ importanza kruċjali biex jirrimedjaw il-ksur sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fir-rigward tal-akkwist pubbliku, l-effettività tal-azzjoni ta’ prosekuzzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija (5). |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 fakkret li l-miżuri ta’ rimedju meħuda mill-Ungerija, bl-eċċezzjoni unika tal-miżura ta’ rimedju rigward it-trusts ta’ interess pubbliku, kellhom jiġu vvalutati fl-intier tagħhom u abbażi ta’ valutazzjoni kwalitattiva u mhux biss kwantitattiva fid-dawl tal-adegwatezza ġenerali tagħhom biex tintemm is-sitwazzjoni li kienet wasslet għall-adozzjoni tal-miżuri baġitarji (6). |
|
(6) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri ta’ rimedju relevanti nnotifikati mill-Ungerija fl-2022, meħudin bħala ħaġa waħda, kif adottati u fid-dawl tad-dettalji tagħhom, u l-inċertezza li tirriżulta dwar l-applikazzjoni tagħhom fil-prattika, ma temmewx il-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt. Billi l-każijiet identifikati ta’ nuqqas ta’ konformità jirreferu għal ksur ta’ natura sistemika, il-Kunsill sab li fil-biċċa l-kbira tagħhom jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett (7). |
|
(7) |
Fir-rigward tal-ksur identifikat b’rabta mat-trusts ta’ interess pubbliku, il-Kunsill ikkonkluda li l-qafas regolatorju fl-Ungerija kelli dgħufijiet u l-passi meħuda ma rrimedjawx ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interess li l-miżura ta’ rimedju kellha tindirizza. Il-miżura ta’ rimedju adottata mill-Ungerija nstabet inadegwata, u ħalliet il-baġit tal-Unjoni f’riskju serju (8). |
|
(8) |
Abbażi tal-inadegwatezza tal-miżura ta’ rimedju tal-Ungerija rigward il-ksur identifikat fir-rigward tat-trusts ta’ interess pubbliku, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 stabbiliet sospensjoni ta’ 55 % tal-impenji baġitarji taħt it-tliet programmi operazzjonali tal-politika ta’ Koeżjoni li kienu mistennija li jiġu implimentati prinċipalment permezz tal-akkwist pubbliku, (9) jiġifieri l-Programm Operazzjonali għall-Effiċjenza Ambjentali u Enerġetika Plus, il-Programm Operazzjonali għat-Trasport Integrat Plus u l-Programm Operazzjonali għall-Iżvilupp Territorjali u ta’ Saldu Plus. Barra minn hekk, għall-baġit tal-Unjoni implimentat b’ġestjoni diretta jew indiretta, dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni pprojbiet lill-Ungerija milli f’impenji legali ma’ kwalunkwe trust ta’ interess pubbliku stabbilit abbażi tal-Att Ungeriż IX tal-2021 dwar il-fondazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu dmir pubbliku (“l-Att dwar il-PITs”) jew ma’ kwalunkwe entità miżmuma minn kwalunkwe trust ta’ interess pubbliku. Fl-aħħar nett, dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni stipulat li l-Ungerija kellha tinforma lill-Kummissjoni sas-16 ta’ Marzu 2023, u kull tliet xhur minn hemm ’il quddiem, dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju li kienet impenjat ruħha għalihom. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 jipprevedi li Stat Membru kkonċernat jista’, fi kwalunkwe mument, jadotta miżuri ta’ rimedju ġodda u jippreżenta lill-Kummissjoni notifika bil-miktub li tinkludi evidenza biex juri li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4 tiegħu ma jkunux għadhom issodisfati. |
|
(10) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 jipprevedi wkoll li fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni f’dak l-Istat Membru, waqt li tqis kwalunkwe evidenza li tippreżenta, kif ukoll l-adegwatezza ta’ kwalunkwe miżura ta’ rimedju ġdida li hi tadotta. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tneħħi l-miżuri adottati meta hija tqis li ma għadhomx aktar issodisfati l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4 jew proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tadatta l-miżuri adottati meta hija tqis li s-sitwazzjoni li twassal għall-adozzjoni ta’ miżuri tkun ġiet irrimedjata parzjalment. Fl-aħħar nett, dak ir-Regolament jipprevedi li meta l-Kummissjoni tqis li ma tkunx ġiet rimedjata s-sitwazzjoni li twassal għall-adozzjoni ta’ miżuri, hija għandha tindirizza lill-Istat Membru kkonċernat b’deċiżjoni motivata u tinforma lill-Kunsill dwarha. |
|
(11) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2023, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 u fin-nuqqas ta’ notifika bil-miktub mill-Ungerija li tfittex it-tneħħija tal-miżuri, il-Kummissjoni adottat fuq inizjattiva tagħha stess deċiżjoni ta’ rivalutazzjoni tas-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż (id-“Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023”) (10). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023 sabet li, minkejja skambji regolari bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ungeriżi, l-Ungerija ma kinitx irrimedjat is-sitwazzjoni li kienet wasslet għall-adozzjoni tal-miżuri baġitarji. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma pproponietx lill-Kunsill biex ineħħi jew jadatta l-miżuri adottati skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506. |
|
(12) |
Fit-2 ta’ Diċembru 2024, l-Ungerija ppreżentat lill-Kummissjoni notifika bil-miktub skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 rigward emendi għall-Att dwar il-PITs, li għandhom jitqiesu bħala miżura ta’ rimedju ġdida. Permezz ta’ dik in-notifika bil-miktub, il-gvern Ungeriż talab li l-miżura dwar it-trusts ta’ interess pubbliku adottata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 titneħħa kompletament jew parzjalment. L-Ungerija ma nnotifikat lill-Kummissjoni bl-ebda miżura ta’ rimedju oħra biex tindirizza s-sitwazzjoni li kienet wasslet għall-miżuri baġitarji stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(13) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni oħra ta’ rivalutazzjoni (id-“Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2024”) (11) li tikkonkludi li s-sitwazzjoni fir-rigward tat-trusts ta’ interess pubbliku fl-Ungerija li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 ma kinitx ġiet rimedjata. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2024, il-Kummissjoni elenkat għadd ta’ adattamenti, jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti, għall-miżura ta’ rimedju proposta mill-Ungerija li jkunu meħtieġa biex jiġi konkluż li s-sitwazzjoni ġiet rimedjata biżżejjed fir-rigward tat-trusts ta’ interess pubbliku u entitajiet miżmuma minnhom. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2024 elenkat ukoll elementi li kienu jikkontribwixxu għall-effettività tal-miżura ta’ rimedju proposta mill-Ungerija (12). |
|
(14) |
Fid-9 ta’ Settembru 2026, l-Ungerija bagħtet lill-Kummissjoni notifika bil-miktub ġdida skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 (in-“Notifika bil-Miktub”), li permezz tagħha sostniet li l-kondizzjonijiet għall-adozzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 ma għadhomx issodisfati. Fin-notifika bil-Miktub, il-gvern Ungeriż talab li l-miżuri baġitarji stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 jitneħħew kompletament u li l-obbligu ta’ rapportar relatat jitwaqqaf. |
2. MIŻURI TA’ RIMEDJU
|
(15) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub, l-Ungerija sostniet li l-impenji li ħadet skont il-miżuri ta’ rimedju adottati jew proposti fil-passat skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 ġew issodisfati bis-sħiħ u b’mod adegwat. Abbażi ta’ dak, l-Ungerija argumentat li l-irregolaritajiet, in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet sistemiċi kollha identifikati qabel fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 ġew rimedjati b’suċċess u li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 ma għadhomx issodisfati (13). |
|
(16) |
Barra minn hekk, l-Ungerija adottat aktar miżuri ta’ rimedju. Il-biċċa l-kbira tal-miżuri ta’ rimedju, tal-passat jew ġodda, ġew adottati, modifikati jew implimentati permezz tal-Att XVIII tal-2026 dwar l-emenda ta’ ċerti Atti meħtieġa għall-aċċess għall-fondi tal-Unjoni Ewropea (l-“Att Omnibus”), li ġie adottat fit-23 ta’ Ġunju 2026 (14), u bl-Att XXXV tal-2026, adottat fit-28 ta’ Lulju 2026 (15). |
|
(17) |
Għall-finijiet tal-preżentazzjoni, din id-Deċiżjoni l-ewwel tivvaluta l-miżura ta’ rimedju relatata mat-trusts ta’ interess pubbliku, imbagħad minn valutazzjonijiet relatati mal-miżuri ta’ rimedju eżistenti l-oħra u minn dawk relatati mal-miżuri ta’ rimedju ġodda addizzjonali. |
2.1. Żgurar tat-trasparenza tal-użu tal-appoġġ tal-Unjoni mill-fondazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku
|
(18) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 identifikat tħassib dwar in-nonapplikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-kunflitt ta’ interess għall-PITs u l-entitajiet ġestiti minnhom, u n-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi minn dawk it-trusts (16). Il-Kunsill sab li l-qafas regolatorju tal-Ungerija għat-trusts ta’ interess pubbliku kellu dgħufijiet li ma kinux ġew rimedjati. Fil-prattika, ir-riskju ta’ kunflitti ta’ interess li l-miżura ta’ rimedju fuq il-PITs kienet maħsuba biex tindirizza baqa’ ma ġiex indirizzat. |
|
(19) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2024 fakkret fid-dgħufijiet konkreti tal-qafas regolatorju fl-Ungerija li baqgħu pendenti. Essenzjalment, minkejja xi miżuri meħuda mill-Ungerija, uffiċjali tal-ogħla livell xorta jistgħu jkunu fuq bordijiet ta’ trusts ta’ interess pubbliku, u eżekuttivi politiċi għolja xorta jista’ jkollhom impjieg ieħor bi ħlas waqt li jkunu fuq tali bordijiet. Instab li dan ħoloq sitwazzjoni fejn eżekuttivi politiċi għolja setgħu jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-iżborż ta’ fondi pubbliċi lil entitajiet li fihom huma kienu stess ikunu impjegati u jista’ jkollhom setgħat ewlenin ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet (17). |
|
(20) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija ppreżentat emendi kostituzzjonali u leġiżlattivi, flimkien ma’ regoli ta’ implimentazzjoni, maħsuba biex (i) itemmu l-PITs f’żewġ fażijiet, u (ii) jindirizzaw ir-riskji strutturali eżistenti ta’ kunflitti ta’ interess sakemm il-PITs kollha jintemmu. Il-Gvern Ungeriż iqis li dawn l-emendi jipprovdu l-garanziji meħtieġa biex il-baġit tal-Unjoni jiġi protett minn riskji ta’ kunflitti ta’ interess u saħansitra jmorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ, billi jtemmu l-eżistenza nnifisha tal-PITs. |
2.1.1. Terminazzjoni ta’ trusts ta’ interess pubbliku
|
(21) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2026, l-Ungerija adottat is-Sittax-il Emenda għal-Liġi Fundamentali, li daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 2026 (18). Is-Sittax-il Emenda stabbiliet il-bażi kostituzzjonali għall-proċess ta’ terminazzjoni billi (i) ħassret l-Artikolu 38(6) preċedenti tal-Liġi Fundamentali, li kien jirrikonoxxi t-trusts ta’ interess pubbliku bħala parti mill-qafas kostituzzjonali li jirregola l-assi nazzjonali, (ii) ipprovdiet li l-assi mogħtija mill-Istat lit-trusts ta’ interess pubbliku, kif ukoll ir-rikavat tagħhom u kwalunkwe assi li jissostitwuhom, iridu, mat-terminazzjoni tat-trusts ta’ interess pubbliku, imorru lura għand l-Istat mingħajr ħlas bħala suċċessur legali universali, (iii) stipulat li d-drittijiet tal-fundatur ta’ trust ta’ interess pubbliku, inkluża s-setgħa li jittermina tali entità, iridu jiġu eżerċitati mill-Istat, u (iv) stabbiliet li r-regoli dettaljati li jirregolaw l-operat, it-terminazzjoni u t-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi jridu jiġu stabbiliti bil-liġi. |
|
(22) |
Biex tiġi implimentata s-Sittax-il Emenda, is-Sottotitolu 32 tal-Att Omnibus introduċa emendi għall-Att dwar il-PITs (l-“Att dwar il-PITs kif emendat”) (19). Fost affarijiet oħra, dawn l-emendi assenjaw id-drittijiet tal-fundatur fuq it-trusts ta’ interess pubbliku lill-Istat (20), kif irrappreżentat minn ministru maħtur bid-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1214/2026 (tad-29 ta’ Ġunju) (21), u stabbilew żewġ proċessi separati biex jintemmu (i) it-trusts ta’ interess pubbliku li ma jwettqux attivitajiet ta’ edukazzjoni għolja bħala dmir pubbliku (“PITs mhux tal-edukazzjoni għolja”) sal-31 ta’ Awwissu 2026 u (ii) it-trusts ta’ interess pubbliku li jwettqu attivitajiet ta’ edukazzjoni għolja bħala dmir pubbliku (“PITs tal-edukazzjoni għolja”) sal-1 ta’ Awwissu 2027 (22). |
|
(23) |
Fir-rigward tal-PITs mhux ta’ edukazzjoni għolja, li huma identifikati fl-Anness 2 tal-Att dwar il-PITs kif emendat, it-Taqsima 25/A l-ġdida tal-att tippreskrivi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-gvern, ibbażata fuq deċiżjoni inizjali mill-ministru li għandu d-drittijiet tal-fundatur, li tiddetermina, fost l-oħrajn, id-data tat-terminazzjoni tal-PITs ikkonċernati sal-31 ta’ Lulju 2026, tidentifika l-kompiti residwi li jistgħu jittieħdu u jitwettqu minn organi tal-Istat (jekk ikun hemm), taħtar il-korp pubbliku li jirċievi l-assi u li jieħu f’idejh il-kompiti msemmija, u taħtar aġent tas-saldu. |
|
(24) |
Id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1226/2026, adottata fl-14 ta’ Lulju 2026 (23), tipprevedi t-terminazzjoni tal-PITs kollha mhux tal-edukazzjoni għolja, b’effett mill-31 ta’ Lulju 2026. Dik id-Deċiżjoni tidentifika wkoll il-kompiti pubbliċi li għandhom jinżammu u jiġu ttrasferiti lura lill-Istat, taħtar il-ministri responsabbli u l-organi baġitarji li se jassumu dawk il-kompiti, taħtar l-aġenti tas-saldu biex jagħmlu superviżjoni tal-proċess tal-istralċ, u tiddetermina l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-sjieda fuq il-kumpaniji u l-assi li jerġgħu lura għas-sjieda tal-Istat. |
|
(25) |
Barra minn hekk, id-Digriet tal-Gvern Nru 134/2026 (24) jistabbilixxi r-regoli dettaljati li jirregolaw it-trasferiment tad-dmirijiet pubbliċi relatati mar-riċerka storika u l-preservazzjoni tal-patrimonju mwettqa minn żewġ PITs mhux tal-edukazzjoni għolja: il-Fondazzjoni għar-Riċerka dwar l-Istorja u s-Soċjetà tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u l-Fondazzjoni Lajos Batthyany. |
|
(26) |
Fir-rigward speċifiku tal-applikazzjoni għall-finanzjament mill-Unjoni jew ir-riċeviment tiegħu, skont it-Taqsima 25/I tal-Att dwar il-PITs kif emendat, fil-każ ta’ proġetti jew skemi ta’ għotjiet kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, l-organi baġitarji riċeventi jissostitwixxu l-PITs mhux tal-edukazzjoni għolja wara li dawn tal-aħħar ikunu ħadu f’idejhom il-kompiti tagħhom. |
|
(27) |
Filwaqt li l-Att dwar il-PITs kif emendat jistabbilixxi t-terminazzjoni tal-PITs mhux tal-edukazzjoni għolja bħala r-regola ġenerali, huwa jipprevedi wkoll il-possibbiltà ta’ kontinwazzjoni tal-entità ġuridika, fejn fundatur mhux Statali wieħed jew aktar jitolbu dan. F’dak il-każ, il-fondazzjoni tista’ tkompli jew bħala fondazzjoni ordinarja għall-ġestjoni tal-assi rregolata mil-leġiżlazzjoni rilevanti jew bħala fondazzjoni ordinarja rregolata mill-Kodiċi Ċivili Ungeriż. Madankollu, tali kontinwazzjoni ma tippreservax l-istatus tal-entità bħala trust ta’ interess pubbliku skont l-Att dwar il-PITs kif emendat (25). |
|
(28) |
Meta ma ssir l-ebda applikazzjoni valida għall-kontinwazzjoni, l-Artikolu 25/B tal-Att dwar il-PITs kif emendat jipprevedi li l-qorti rilevanti trid tneħħi l-fondazzjoni mir-reġistru tagħha fil-31 ta’ Awwissu 2026, b’effett minn dak il-jum. F’dak ix-xenarju, it-trust ta’ interess pubbliku mhux tal-edukazzjoni għolja inkwistjoni ma tibqax teżisti għalkollox bħala entità legali. Minħabba li ma saret l-ebda applikazzjoni bħal din, il-PITs kollha mhux tal-edukazzjoni għolja identifikati fl-Anness 2 tal-Att dwar il-PITs kif emendat ġew kompletament dereġistrati bħala entitajiet legali fil-31 ta’ Awwissu 2026, b’effett minn dak il-jum, skont it-Taqsima 25/B(1) tal-Att dwar il-PITs kif emendat (26). |
|
(29) |
Fir-rigward tal-PITs tal-edukazzjoni għolja, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1219/2026, adottata fit-2 ta’ Lulju 2026 u bid-dħul fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju 2026, ħatret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Affarijiet tat-Tfal bħala l-awtorità li teżerċita, esklużivament f’isem l-Istat Ungeriż, id-drittijiet tal-fundatur għall-PITs kollha tal-edukazzjoni għolja (27). |
|
(30) |
Barra minn hekk, permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija pprevediet li huwa meħtieġ proċess separat u itwal għat-terminazzjoni tal-PITs tal-edukazzjoni għolja, sabiex ma jiġux imfixkla l-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-attivitajiet tal-edukazzjoni għolja, inkluż l-għoti ta’ boroż ta’ studju, servizzi kliniċi u attivitajiet tal-kura tas-saħħa. |
|
(31) |
Għal din ir-raġuni, għall-kuntrarju tal-każ tal-PITs mhux tal-edukazzjoni għolja, l-Att Omnibus ma jipprevedix dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-terminazzjoni immedjata tal-PITs tal-edukazzjoni għolja. Minflok, it-Taqsima 31/G tal-Att dwar il-PITs kif emendat, tipprevedi li att separat se jistabbilixxi r-regoli għas-soluzzjoni tal-PITs tal-edukazzjoni għolja, kif ukoll għat-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom u kompiti oħra, u għat-terminazzjoni tagħhom sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2027. |
2.1.2. Dispożizzjonijiet biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ kunflitti ta’ interess
|
(32) |
B’mod parallel mal-emendi dwar it-terminazzjoni tal-PITs, l-Att Omnibus introduċa dispożizzjonijiet oħra li jbiddlu l-governanza tal-PITs u tal-entitajiet miżmuma tagħhom, b’enfasi fuq l-indirizzar tar-riskji ta’ kunflitti ta’ interess matul il-perjodu residwu ta’ eżistenza tal-PITs u l-entitajiet miżmuma tagħhom. |
|
(33) |
Skont in-Notifika bil-Miktub, l-emendi għall-Att dwar il-PITs jirriflettu l-adattamenti, jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti, elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2025 li kien jeħtieġ li jsiru għall-emendi speċifiċi għall-Att dwar il-PITs li ġew proposti mill-Ungerija f’Diċembru 2024 kif ukoll jirriflettu elementi li kienu jikkontribwixxu għall-effettività tagħhom, kif stabbilit fil-premessi 49 u 50 ta’ dik id-deċiżjoni. |
|
(34) |
Filwaqt li skont l-Att oriġinali dwar il-PITs il-mandat ta’ membru tal-bord ta’ trustees jew ta’ membru tal-bord superviżorju kien mingħajr ebda limitu ta’ żmien, skont it-Taqsima 6(4) tal-Att dwar il-PITs kif emendat, id-durata ta’ dak il-mandat, kif ukoll tal-mandat ta’ uffiċjal eżekuttiv ta’ persuna ġuridika stabbilita jew miżmuma minn trust ta’ interess pubbliku (28), huwa limitat għal erba’ snin. Il-mandat jista’ jiġġedded darba biss, għal erba’ snin addizzjonali; it-tiġdid jista’ jsir biss f’bord uniku ta’ trustees jew bord superviżorju, jew fi ħdan persuna ġuridika waħda stabbilita jew miżmuma mit-trust ta’ interess pubbliku (29). Id-durata limitata tal-mandat tapplika wkoll għall-membri eżistenti tal-bordijiet ta’ trustees jew tal-bordijiet superviżorji li diġà ġew iddeżinjati bid-dispożizzjoni li, jekk il-mandati tagħhom ikunu damu għal aktar minn erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Att Omnibus, il-mandat tagħhom irid jintemm fil-jum tal-ħatra ta’ membru ġdid skont il-proċedura stabbilita fl-Att dwar il-PITs kif emendat (30). Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ordnata tal-attivitajiet tal-PITs tal-edukazzjoni għolja u l-entitajiet miżmuma tagħhom, it-Taqsima 31/I tal-Att dwar il-PITs kif emendat tistabbilixxi reġim tranżizzjonali: l-applikazzjoni ta’ din ir-regola ġenerali għall-uffiċjali eżekuttivi tal-entitajiet miżmuma mill-PITs tal-edukazzjoni għolja hija sospiża sal-1 ta’ Awwissu 2027, f’konformità mal-iskeda ta’ żmien stabbilita fit-Taqsima 31/G għat-terminazzjoni tal-PITs imsemmija. |
|
(35) |
Skont paragrafi ġodda miżjuda mat-Taqsima 15 tal-Att dwar il-PITs kif emendat, il-membri tal-bord tat-trustees u l-membri tal-bord superviżorju ta’ trust ta’ interess pubbliku jridu jiġu maħtura mid-detentur tad-drittijiet tal-fundatur permezz ta’ sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet. Il-kandidati jrid ikollhom lawrja ta’ edukazzjoni għolja, juru indipendenza, integrità, imparzjalità u integrità u ma jkollhom l-ebda raġuni għal kunflitti ta’ interess (31). Dawk il-membri, kif ukoll l-uffiċjali eżekuttivi ta’ persuna ġuridika stabbilita jew miżmuma minn trust ta’ interess pubbliku, jistgħu jinħatru biss jekk l-indipendenza, l-integrità, l-imparzjalità u l-integrità tagħhom jiġu stabbiliti mill-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat f’opinjoni li għandha tinħareġ fi żmien 15-il jum wara li tasal it-talba mid-detentur tad-drittijiet tal-fundatur (32). Jekk l-Uffiċċju rilevanti tal-Awditjar tal-Istat isib li dawn il-kriterji ma jkunux issodisfati għal persuna li tkun diġà nħatret, il-persuna kkonċernata ma tistax teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw mill-kariga rilevanti u lanqas tirċievi xi remunerazzjoni. Għal persuni li l-mandat tagħhom beda qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att Omnibus, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn dik id-data l-persuna li teżerċita d-drittijiet tal-fundatur trid titlob lill-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat biex jivverifika l-indipendenza, l-integrità, l-imparzjalità u l-integrità tagħhom. Jekk dawk il-kriterji ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat irid jibda t-terminazzjoni tal-mandat tal-persuna kkonċernata qabel ma l-persuna teżerċita d-drittijiet tal-fundatur (33). |
|
(36) |
It-Taqsima 15 (1b) tal-Att dwar il-PITs kif emendat introduċiet projbizzjoni kontra ċerti kategoriji ta’ uffiċjali li jservu bħala membri tal-bord ta’ trustees, jew tal-bord superviżorju, jew bħala uffiċjali eżekuttivi ta’ persuna ġuridika stabbilita jew miżmuma minn trust ta’ interess pubbliku (34). It-Taqsima 15 introduċiet ukoll perjodu ta’ preklużjoni ta’ sena għall-istess kategoriji ta’ uffiċjali. Il-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet għall-membri eżistenti tal-bord ta’ fiduċjarji jew tal-bord superviżorju u għall-uffiċjali eżekuttivi fil-kariga fl-aħħar mill-aħħar tiġi vverifikata mill-Awtorità tal-Integrità (35). Meta dawk id-dispożizzjonijiet ma jiġux segwiti, l-Awtorità tal-Integrità trid tibda t-terminazzjoni tal-kariga tal-persuna kkonċernata qabel dik tal-persuna li teżerċita d-drittijiet tal-fundatur (36). |
|
(37) |
It-Taqsima 15/A tal-Att dwar il-PITs kif emendat tirrikjedi li l-membri tal-bord ta’ trustees, il-membri tal-bord superviżorju, u l-uffiċjali eżekuttivi jagħmlu dikjarazzjoni tal-assi fi żmien 30 jum mill-ħatra tagħhom, kull sentejn wara dan u fi żmien 30 jum mit-terminazzjoni tal-mandat tagħhom, u kull darba jehmżu d-dikjarazzjoni tal-assi tal-qraba stretti tagħhom kif definit fil-Kodiċi Ċivili li jgħixu fl-istess unità domestika magħhom. Persuni li jonqsu milli jippreżentaw dikjarazzjoni tal-assi ma jistgħux jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-kariga tagħhom, u lanqas jirċievu xi remunerazzjoni. Dawn id-dikjarazzjonijiet tal-assi jiġu vverifikati mill-Awtorità tal-Integrità. F’każ li dikjarazzjoni tal-assi jkun fiha data falza jew fatti pprovduti intenzjonalment, l-Awtorità tal-Integrità trid tibda t-terminazzjoni tal-mandat tal-persuna kkonċernata qabel il-persuna teżerċita d-drittijiet tal-fundatur. Skont it-Taqsima 31/E(1) tal-Att dwar il-PITs kif emendat, l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni tal-assi japplika wkoll għall-membri eżistenti tal-bord tat-trustees u tal-bord superviżorju, kif ukoll għall-uffiċjali eżekuttivi, inklużi dawk li l-kariga tagħhom tintemm bil-liġi wara l-iskadenza tal-mandat tagħhom. |
|
(38) |
Ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Integrità li tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi kif stabbilit skont l-Att dwar il-PITs kif emendat hija riflessa fl-emendi għall-Att XXVII tal-2022 dwar il-kontroll tal-użu tal-fondi tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (l-“Att dwar l-Awtorità tal-Integrità”) (37) li saru mill-Att Omnibus. Fost affarijiet oħra, dispożizzjonijiet ġodda jistabbilixxu proċedura ddedikata għall-verifika tad-dikjarazzjoni tal-assi, li tippermetti lill-Awtorità tal-Integrità taċċessa d-data u tikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-verifika tagħha, kif deskritt aktar fil-premessi (59)-(62) hawn taħt. |
|
(39) |
Similarment, it-Taqsima 15/B tal-Att dwar il-PITs kif emendat tirrikjedi li l-membri tal-bord ta’ trustees, il-membri tal-bord superviżorju, u l-uffiċjali eżekuttivi jagħmlu dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess fi żmien 30 jum mill-ħatra tagħhom, kull sentejn wara dan u fi żmien 30 jum mit-terminazzjoni tal-mandat tagħhom. Persuni li jonqsu milli jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess ma jistgħux jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-kariga tagħhom, u lanqas jirċievu xi remunerazzjoni. L-Awtorità tal-Integrità trid tivverifika d-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta’ interess u fejn tistabbilixxi kunflitt ta’ interess trid tibda t-terminazzjoni tal-kariga tal-persuna kkonċernata qabel il-persuna teżerċita d-drittijiet tal-fundatur. It-Taqsima 31/E(1) tal-Att dwar il-PITs kif emendat deskritt fil-premessa (37) tapplika wkoll għad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess. |
2.1.3. Valutazzjoni
|
(40) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li d-dispożizzjonijiet biex jiġu indirizzati r-riskji strutturali tal-kunflitti ta’ interess jirriflettu b’mod effettiv l-adattamenti, jew il-miżuri li għandhom effett ekwivalenti, meħtieġa għall-emendi speċifiċi għall-Att dwar il-PITs li l-Ungerija kienet ipproponiet f’Diċembru 2024 u l-elementi li kienu jikkontribwixxu għall-effettività tagħhom, skont il-premessi 49 u 50 tad-deċiżjoni msemmija. Dawk l-adattamenti kienu meħtieġa biex il-Kunsill iqis li s-sitwazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 ġiet rimedjata biżżejjed. |
|
(41) |
Id-dispożizzjonijiet adottati mill-Ungerija daħlu fis-seħħ bejn d-29 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Lulju 2026 (38), qabel id-data meta ġiet ippreżentata n-Notifika bil-Miktub lill-Kummissjoni, u huma mingħajr kondizzjonijiet u applikabbli għall-PITs u l-entitajiet kollha stabbiliti jew miżmuma minnhom, mingħajr ebda limitazzjoni. Fuq l-istess linja, għall-kuntrarju tal-miżura ta’ rimedju proposta f’Diċembru 2024, dawk id-dispożizzjonijiet ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn ir-regoli applikabbli għall-entitajiet eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni u dawk applikabbli għall-entitajiet li diġà qed jirċievu tali appoġġ. Dawk l-elementi jissodisfaw l-ewwel tliet inċiżi tal-premessa 49 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2024. |
|
(42) |
Ir-rekwiżiti skont l-inċiżi l-oħra tal-premessa 49 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2024 huma ssodisfati wkoll kif ġej:
|
|
(43) |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet deskritti fil-premessi (34) u (35) jissodisfaw ukoll l-elementi addizzjonali identifikati fil-premessa 50 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2024, rigward id-durata massima tal-mandat u l-possibbiltà li jiġġedded, l-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ preklużjoni u l-inklużjoni ta’ sindki fost il-kategoriji ta’ uffiċjali inkompatibbli mas-sħubija fil-bord ta’ trustees jew fil-bord superviżorju tal-PITs u mal-pożizzjoni ta’ uffiċjal eżekuttiv. |
|
(44) |
Fl-aħħar nett, it-terminazzjoni tal-PITs, li tmur lil hinn mill-bidliet diġà deskritti għar-regoli applikabbli matul il-perjodu residwu ta’ eżistenza tal-PITs, se taqta’ r-rabta mal-entitajiet miżmuma tagħhom jew mal-entitajiet stabbiliti minnhom. Dan se jikkanċella b’mod definittiv l-istess entitajiet li kienu rregolati minn regoli suxxettibbli għal riskji ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Konsegwentement, fil-każ tal-PITs li diġà ġew itterminati, jiġifieri PITs mhux tal-edukazzjoni għolja, il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt identifikati skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, flimkien mar-riskju li dawn ħolqu għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ma għadhomx preżenti, anke minħabba li l-assi ġew ittrasferiti lura lill-Istat u japplikaw ir-regoli ġenerali applikabbli għall-użu tal-appoġġ tal-Unjoni inkluż ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, l-aċċess għad-data, il-kunflitti ta’ interess eċċ.. Fil-każ tal-PITs li se jibqgħu jeżistu sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2027, jiġifieri l-PITs tal-edukazzjoni għolja, ġew stabbiliti regoli adegwati li huma applikabbli għall-individwi kollha li għandhom kariga jew li huma impjegati minn dawk il-PITs u l-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), irrispettivament mill-attivitajiet u l-funzjonijiet l-oħra tagħhom, inkluż fil-gvern Ungeriż. |
|
(45) |
Barra minn hekk, il-PITs huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni pubblika, inkluż skont l-emenda tal-Att CXII tal-2011, it-Taqsima 37/C, il-paragrafu 1, il-punt (c), li introduċiet rekwiżit espliċitu li l-fondazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu dmir pubbliku u l-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom għandhom jippubblikaw regolarment sett wiesa’ ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom fir-Reġistru Ċentrali tat-Trasparenza (ara t-Taqsima 2.17 hawn taħt). |
|
(46) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ssodisfat din il-miżura ta’ rimedju u ħadet miżuri addizzjonali li jtemmu d-dgħufijiet identifikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 fir-rigward tal-qafas leġiżlattiv tal-PITs. |
2.2. Tisħiħ tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-illegalitajiet u l-irregolaritajiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni permezz ta’ Awtorità tal-Integrità ġdida stabbilita
|
(47) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li tistabbilixxi Awtorità tal-Integrità ġdida bl-għan li ssaħħaħ il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni, kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. Kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-ħolqien tal-Awtorità tal-Integrità kien ikkunsidrat bħala miżura orizzontali li għandha l-għan li tirrimedja l-ksur sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jikkonċerna l-akkwist pubbliku u li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (40). |
|
(48) |
Minkejja li l-Ungerija ħadet diversi passi biex tissodisfa l-impenji tagħha, il-Kunsill, bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, sab li d-dgħufijiet, ir-riskji u n-nuqqasijiet ikkompromettew l-effettività, l-indipendenza u l-kapaċità tal-Awtorità tal-Integrità li tirrimedja l-ksur sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jikkonċerna l-akkwist pubbliku li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’mod partikolari, dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tistabbilixxi (i) in-nuqqas ta’ regola ċara li tiddikjara li l-Awtorità tal-Integrità se żżomm il-kompetenza tagħha wara li proġett jiġi rtirat mill-finanzjament tal-Unjoni; (ii) id-dgħufijiet tas-sistema għall-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti li ma jsegwux ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità tal-Integrità; (iii) id-dgħufijiet tal-proċedura ta’ tkeċċija; (iv) is-setgħat diretti, u mhux superviżorji, tal-Awtorità tal-Integrità fir-rigward tal-gruppi diversi ta’ dikjaranti, u n-nuqqas ta’ trasferiment tas-setgħat lill-Awtorità tal-Integrità biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri tal-Gvern; (v) il-kamp ta’ applikazzjoni limitat relatat man-nuqqas ta' inklużjoni tal-uffiċjali b’riskju għoli kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat ta’ verifika tal-Awtorità tal-Integrità fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-assi. Abbażi ta’ dan, il-Kunsill ikkonkluda li d-dgħufijiet identifikati, b’mod partikolari dawk li jillimitaw is-setgħat tal-Awtorità tal-Integrità, kienu ta’ gravità tant li jimminaw serjament il-kapaċità tal-Awtorità tal-Integrità li tirrimedja l-ksur sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jikkonċerna l-akkwist pubbliku li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (41). |
|
(49) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija sostniet li hija indirizzat bis-sħiħ il-ħames punti elenkati fil-premessa 36 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, b’mod partikolari billi emendat l-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità u billi adottat dispożizzjonijiet speċifiċi bħala parti mill-Att XXXV tal-2026. |
|
(50) |
Fir-rigward tal-ewwel punt elenkat fil-premessa 36 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, it-Taqsima 3 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat mit-Taqsima 150 tal-Att Omnibus tippreskrivi li l-kompetenza tal-Awtorità tal-Integrità għandha tinżamm fil-każ tal-irtirar ta’ miżura, proċedura jew proġett mill-finanzjament tal-Unjoni. |
|
(51) |
Fir-rigward tat-tieni punt elenkat fil-premessa 36 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-Kunsill irrefera għall-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, li sabet li, għalkemm l-Awtorità tal-Integrità kellha s-setgħa li tibda proċedimenti quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ tal-Kuntratti Pubbliċi (il-“PPAB”) fir-rigward ta’ irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku u li tfittex stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-PPAB, il-qafas legali applikabbli ma kienx jipprevedi s-sospensjoni tal-proċedura ta’ akkwist pubbliku kkonċernata sakemm joħroġ l-eżitu tal-proċedimenti tal-PPAB. Barra minn hekk, hija ma ppermettietx lill-Awtorità tal-Integrità tikkontesta n-nuqqas tal-PPAB li tadotta deċiżjoni fit-terminu stabbilit. F’dak ir-rigward, l-Att Omnibus emenda d-dispożizzjonijiet fl-Att CXLIII tal-2015 dwar l-akkwist pubbliku (“l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku”), li jistabbilixxi li (i) meta l-Awtorità tal-Integrità tkun bdiet proċedura quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ tal-Akkwist Pubbliku, dan tal-aħħar jeħtieġlu jordna s-sospensjoni tal-proċedura tal-akkwist pubbliku kkonċernata, jekk l-Awtorità tal-Integrità tipproponi dan, u (ii) l-Awtorità tal-Integrità tista’ titlob stħarriġ ġudizzjarju meta l-limitu ta’ żmien għal deċiżjoni tal-PPAB jiskadi mingħajr ma tkun ittieħdet deċiżjoni (42). |
|
(52) |
It-tielet punt elenkat fil-premessa 36 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 kien jikkonċerna t-terminazzjoni tal-kariga tal-President u tal-Viċi Presidenti tal-Awtorità tal-Integrità abbażi ta’ deċiżjoni tal-qorti b’limitu ta’ żmien ta’ 30 jum, u n-nuqqas ta’ ċarezza dwar jekk appell ta’ proċedura ta’ tkeċċija jkollux effett sospensiv. L-att Omnibus emenda t-Taqsimiet 39 (6) u 39 (7) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità billi żied il-limitu ta’ żmien għal tali deċiżjoni tal-qorti għal 60 jum u billi ddikjara li jista’ jiġi ppreżentat appell b’effett sospensiv jekk il-qorti ttemm ir-relazzjoni legali ta’ membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Integrità. |
|
(53) |
Fir-rigward tar-raba’ u l-ħames punt elenkati fil-premessa 36 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, dwar is-setgħat tal-Awtorità tal-Integrità rigward il-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, l-Ungerija rriformat is-sistema tad-dikjarazzjoni tal-assi tagħha u indirizzat dawn il-punti, kif spjegat aktar fit-Taqsima 2.4.3 hawn taħt. |
|
(54) |
Barra minn hekk, permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija ressqet diversi emendi leġiżlattivi u żviluppi ulterjuri rigward il-governanza, il-persunal u l-effiċjenza tal-Awtorità tal-Integrità. |
|
(55) |
Sabiex tittejjeb il-governanza u tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat, it-Taqsimiet 32 (1) u (33) tal-Att dwar l-Autorità tal-Integrità kif emendat jipprevedu żieda fl-għadd ta’ membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Integrità u regoli dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-bord. It-taqsimiet 35 (2) u 37 (2a) il-ġodda tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità introduċew emendi mmirati għar-regoli li jirregolaw l-għażla tal-membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Integrità, billi jistabbilixxu li l-Kumitat tal-Eliġibbiltà jenħtieġ li jadotta sistema ta’ klassifikazzjoni u billi jnaqqas is-setgħat diskrezzjonali tal-President tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat fl-għażla tal-kandidati eliġibbli. It-Taqsima 37 (3) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat tispeċifika ulterjorment il-proċedura tal-għażla, filwaqt li tiddikjara li minn fost l-applikanti, il-Kumitat tal-Eliġibbiltà jrid jiddeċiedi dwar il-lista ta’ persuni meqjusa xierqa għall-pożizzjonijiet ta’ President u Viċi President tal-Awtorità u għalhekk eliġibbli biex jiġu proposti għall-pożizzjonijiet, ikkompilata b’kunsiderazzjoni tal-merti professjonali, l-għarfien espert u l-kwalifiki, u li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-kandidati (43). |
|
(56) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-impenji oriġinali skont din il-miżura ta’ rimedju, l-Ungerija żiedet il-persunal tal-Awtorità tal-Integrità biex tagħmlu proporzjonat mal-kompiti u l-attivitajiet tagħha, u biex iżżid l-effiċjenza tagħha (44). |
|
(57) |
L-awtorità tal-Integrità ħarġet ukoll ir-rapporti tagħha kif stabbilit fl-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità. Fl-2023, nediet eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju għall-integrità għall-protezzjoni tal-fondi tal-Unjoni, inkluża evalwazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-integrità tas-sistema tal-akkwist pubbliku fl-Ungerija (45). Dan l-eżerċizzju pproduċa rapport li jippermetti lill-Awtorità tal-Integrità tikseb stampa komprensiva tar-riskji speċifiċi għall-integrità li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni, inkluż fil-qasam tal-akkwist, li tqies għat-tħejjija tal-ewwel rapport analitiku annwali (46). L-istess eżerċizzju twettaq fl-2024. L-awtorità tal-Integrità ħarġet ukoll ir-rapporti annwali tagħha dwar l-integrità analitika b’mod regolari (47), u l-Gvern Ungeriż ipprovda tweġibiet għalihom f’konformità mal-att imsemmi (48). Barra minn hekk, fl-10 ta’ Frar 2026, il-Bord tal-Awtorità tal-Integrità approva r-rapport ad hoc li jiffoka fuq is-sistema ċentrali tal-akkwist (49). |
|
(58) |
Id-data pprovduta mill-Ungerija rigward ir-rapporti tal-whistleblower (50) u l-investgazzjonijiet turi l-funzjonament tajjeb tal-Awtorità tal-Integrità f’konformità mar-rekwiżiti tal-miżura ta’ rimedju. L-Ungerija rrapportat ukoll dwar il-progress li sar fir-rigward tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-korpi u l-istituzzjonijiet Ungeriżi (51). Tali progress huwa partikolarment rilevanti għall-effettività tal-kompiti u l-attivitajiet tal-Awtorità tal-Integrità. |
|
(59) |
Barra minn hekk, l-Ungerija qalet li l-Awtorità tal-Integrità stabbiliet il-kundizzjonijiet tekniċi u istituzzjonali meħtieġa għar-reġistru tal-operaturi ekonomiċi esklużi mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku kif meħtieġ mill-Kapitolu IV tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità (52). Dak kien jeħtieġ konnessjonijiet diretti tad-data mar-reġistri rilevanti, jiġifieri r-reġistru tal-informazzjoni tal-kumpaniji, ir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja, ir-reġistru tar-rekords kriminali, u r-reġistru tal-imprendituri privati. Dawk il-konnessjonijiet ġew implimentati (53) u r-reġistru tal-interfaċċa tal-operaturi ekonomiċi tnieda fis-Sistema Elettronika Ungeriża tal-Akkwist Pubbliku (54). F’dak ir-rigward, skont it-Taqsima 69 (4) u (5) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità, ġew adottati d-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1246/2026 (tas-7 ta’ Awwissu) li tikkonferma d-disponibbiltà sħiħa tad-data fir-reġistru u d-Deċiżjoni Nru 1/2026 (tal-11 ta’ Awwissu) tal-Ministru tal-Ġustizzja dwar id-dħul fis-seħħ tat-taqsimiet rilevanti tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità (55). Fl-ittra tiegħu tal-31 ta’ Awwissu 2026 (56), abbażi tad-data disponibbli, il-President tal-Awtorità tal-Integrità jistma li l-Awtorità tal-Integrità se jkollha twettaq aktar minn 500 proċedura ta’ reġistrazzjoni, u l-ewwel waħda minnhom inbdiet. L-Awtorità tal-Integrità se tirrapporta dwar il-progress fil-proċeduri ta’ reġistrazzjoni fir-rapport annwali li jmiss dwar l-integrità analitika (57). |
|
(60) |
Fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni mill-Awtorità tal-Integrità, l-emendi għat-Taqsima 18 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità jestendu aktar il-garanziji għal aċċess effettiv għad-data u r-reġistri mill-Awtorità tal-Integrità. Skont ir-regoli emendati, matul l-investigazzjoni tagħha, l-Awtorità tal-Integrità jeħtiġilha tivvaluta l-informazzjoni rilevanti kollha u tista’ titlob data minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni involuta fil-każ. |
|
(61) |
L-aċċess għad-data jista’ jiġi żgurat jew permezz ta’ talbiet formali indirizzati lill-korpi rilevanti jew, fejn legalment permess u teknikament possibbli, permezz ta’ aċċess dirett għal bażijiet tad-data jew reġistri, u b’hekk ikun jista’ jsir ġbir effiċjenti u komprensiv ta’ informazzjoni. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda jiżguraw li matul il-proċedura tagħha, l-Awtorità tal-Integrità tista’ tipproċessa kwalunkwe data personali u, sa fejn ikun meħtieġ, data li tikkostitwixxi sigrieti protetti legalment — inklużi b’mod partikolari sigrieti tat-taxxa, bankarji u kummerċjali — kif ukoll data koperta mis-segretezza professjonali, dment li tali data tkun rilevanti għall-investigazzjoni u l-ipproċessar tagħha jkun indispensabbli għat-twettiq effettiv tagħha (58). |
|
(62) |
Barra minn hekk, il-qafas legali jistabbilixxi obbligi ċari ta’ kooperazzjoni għall-entitajiet ikkonċernati kollha. Il-kontrollur tad-data li jkun qed jiġi investigat, kif ukoll kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra kkonċernata, huma meħtieġa jikkonformaw mat-talba tal-Awtorità tal-Integrità għad-data f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-Awtorità, li ma jaqbiżx it-30 jum, b’garanziji proċedurali minimi żgurati f’ċerti każijiet. Meta d-data mitluba ma tkunx disponibbli jew ma tkunx tista’ tiġi ddivulgata skont il-liġi applikabbli, l-entità rikjesta jeħtiġilha tinforma lill-Awtorità tal-Integrità kif xieraq fl-istess perjodu ta’ żmien. Fl-aħħar nett, biex tiġi żgurata l-effettività ta’ dawn is-setgħat, l-Awtorità tingħata setgħat effettivi għall-infurzar ġudizzjarju: f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mat-talbiet għad-data, l-Awtorità tista’ tibda proċedimenti amministrattivi ta’ nuqqas ta’ konformità quddiem il-qrati, bil-qrati meħtieġa jiddeċiedu fi żmien 30 jum (59). Barra minn hekk, l-Awtorità tal-Integrità għandha l-possibbiltà li titlob lill-awtoritajiet jew lill-korpi nazzjonali jibdew il-proċeduri biex jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet u s-suspetti ta’ kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni. |
|
(63) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li daħlu fis-seħħ u tal-elementi stabbiliti hawn fuq, filwaqt li jitqiesu s-sejbiet fit-Taqsima 2.4.3 hawn taħt, u abbażi wkoll tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija implimentat l-impenji skont il-miżura ta’ rimedju dwar l-Awtorità tal-Integrità u indirizzat id-dgħufijiet u n-nuqqasijiet identifikati fil-premessa 36 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506. |
2.3. It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni
|
(64) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ remedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li tistabbilixxi Task Force Kontra l-Korruzzjoni (l-“ACTF”) bil-kompitu li, fost oħrajn, teżamina l-miżuri eżistenti kontra l-korruzzjoni u telabora proposti dwar it-titjib tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar ta’ korruzzjoni (60). Il-qafas regolatorju tal-ACTF ġie inkluż fl-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità. |
|
(65) |
Meta jitqiesu għadd ta’ żviluppi, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-Kunsill sab li l-Ungerija ħadet il-Passi Ewlenin ta’ Implimentazzjoni rilevanti u li l-qafas regolatorju relatat mal-ACTF issodisfa l-impenji stabbiliti fil-miżura ta’ rimedju (61). |
|
(66) |
Madankollu, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-Kummissjoni qieset li l-Gvern Ungeriż ma pprovdiex raġunament dettaljat biex ma jaqbilx dwar il-miżuri proposti mill-ACTF fir-rapport annwali tagħha tal-2022, għall-kuntrarju tal-impenn speċifiku meħud skont il-miżura ta’ rimedju (62). |
|
(67) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija ppreżentat ukoll evidenza li turi li l-ACTF hija kompletament u effettivament operazzjonali kif meħtieġ mill-miżura ta’ rimedju u li l-Att Omnibus ippromulga diversi proposti mressqa mill-ACTF li jmorru wkoll lil hinn mill-impenji li saru skont il-miżura ta’ rimedju oriġinali. |
|
(68) |
Fit-2 ta’ Marzu 2026, f’konformità mat-Taqsima 51 (1) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità (li jirregola wkoll l-Att) u f’konformità mal-impenn meħud fil-miżura ta’ rimedju (63), l-ACTF adottat r-rapport annwali tal-2025 u ppubblikatu fuq is-sit web tagħha (64). Fit-13 ta’ Awwissu 2026, f’konformità mal-miżura ta’ rimedju u f’konformità mat-Taqsima 52 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità, il-gvern Ungeriż wieġeb għall-proposti f’dak ir-rapport filwaqt li qishom, b’mod partikolari meta ħejja l-istrateġija nazzjonali l-ġdida għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni (65). Huwa pprovda ukoll raġunament aktar dettaljat bi tweġiba għar-rapporti annwali tal-ACTF fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023. |
|
(69) |
Filwaqt li l-ACTF ma rnexxilux jadotta rapport annwali fl-2025, ir-riformi interni saħħew l-istruttura operazzjonali u l-metodi ta’ ħidma tal-ACTF. Fit-2 ta’ Marzu 2026, għal darb’oħra ġie adottat rapport annwali (66). |
|
(70) |
Barra minn hekk, l-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat mill-Att Omnibus jimplimenta l-proposti mressqa mill-ACTF fir-Rapport Annwali tiegħu tal-2024 biex itejjeb l-effiċjenza tal-ACTF (67). |
|
(71) |
Barra minn hekk, it-Taqsima 54 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat mill-Att Omnibus tistabbilixxi li l-membri li jirrappreżentaw l-organi tal-Istat għandhom jinħatru għal terminu ta’ mhux aktar minn ħames snin, iżda l-ħatra tagħhom tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin (68). Barra minn hekk, fost il-membri li jirrappreżentaw l-organi tal-Istat, persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Awditjar tal-Fondi Ewropej (“EUTAF”) tista’ tipparteċipa wkoll fil-ħidma bħala mistiedna permanenti (69). Il-membri li jirrappreżentaw l-organi tal-Istat se jkomplu jirċievu l-ebda kumpens separat; minflok, il-membri li jirrappreżentaw atturi mhux governattivi huma intitolati għal onorarju li jikkorrispondi għall-ammont ta’ remunerazzjoni pprovdut għall-membri li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-Kumitati ta’ Monitoraġġ tal-programmi operazzjonali tal-Ungerija (70). Barra minn hekk, jekk ikun assenti, membru li jirrappreżenta attur mhux governattiv jista’ jagħti mandat ta’ rappreżentanza lil membru ieħor li d-drittijiet u l-obbligi tiegħu jridu jkunu identiċi għall-membru assenti (71). |
|
(72) |
It-Taqsima 58 emendata tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità tistipula li l-mandat tal-membri li jirrappreżentaw atturi mhux governattivi jista’ jiġi tterminat bl-irtirar tal-istedina għalihom jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji tal-għażla, jew għandu jiskadi ex lege 5 snin wara l-ħatra tagħhom (72), terminu li japplika wkoll għall-membri mhux governattivi maħtura qabel. It-Taqsima 61(5) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat mill-Att Omnibus jiċċara li l-ACTF innifisha tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tagħha li jirregolaw l-organizzazzjoni u l-operat tagħha, u l-pjan ta’ ħidma annwali tagħha, fuq proposta mill-President tagħha, li huwa l-President tal-Awtorità tal-Integrità (73). |
|
(73) |
Fir-rigward tal-operat kurrenti tal-ACTF, skont il-President tal-Awtorità tal-Integrità fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-ACTF, l-ACTF reġa’ lura għall-kompożizzjoni sħiħa tiegħu wara l-ħatra ta’ membru mhux governattiv ġdid. Fl-istess ħin, ir-rappreżentanti tal-gvern inbidlu sostanzjalment wara t-twaqqif tal-Gvern il-ġdid. L-ACTF kellha l-laqgħa inawgurali tagħha fit-8 ta’ Lulju 2026 u bdiet t-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-emendi leġislattivi li daħlu fis-seħħ fis-26 ta’ Awwissu 2026, inkluż ir-reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha u l-ippjanar tal-ħidma tematika tagħha għall-2026 (74). Meta jitqiesu d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, l-emendi leġiżlattivi u l-iżviluppi ppreżentati f’din it-taqsima, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija implimentat bis-sħiħ il-miżura ta’ rimedju dwar l-ACTF. |
2.4. Tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni
|
(74) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li ssaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni billi tadotta sensiela ta’ strateġiji u atti li jikkonċernaw il-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni u billi tirriforma s-sistema tad-dikjarazzjonijiet tal-assi. Din il-miżura ta’ rimedju għandha natura orizzontali u sistemika sabiex tiġġieled kontra l-korruzzjoni u tiżgura t-trasparenza fl-isfera politika. Il-Kunsill għalhekk ikkunsidraha bħala waħda mill-miżuri ta’ rimedju ċentrali (75). Xi punti tar-riforma l-aktar riċenti, rigward il-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, kienu parti mill-impenji meħuda skont il-miżura ta’ rimedju dwar l-Awtorità tal-Integrità msemmija fit-Taqsima 2.2. |
2.4.1. Strateġiji kontra l-frodi u l-korruzzjoni
|
(75) |
L-Ungerija impenjat ruħha li sat-30 ta’ Settembru 2022 tadotta strateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni li tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni ta’ entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 irreferiet għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni u qieset li, minkejja li ma ssodisfatx l-iskadenza miftiehma, l-Ungerija ssodisfat l-impenji stabbiliti fil-miżura ta’ rimedju (76). |
|
(76) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija ppreżentat evidenza li hija adottat verżjoni riveduta ta’ din l-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni relatat fl-2024, li tkopri l-appoġġ finanzjarju kollu tal-Unjoni inklużi l-fondi agrikoli (77) u li l-implimentazzjoni b’mod ġenerali tinsab fit-triq it-tajba (78). L-istrateġija riveduta tkompli tipprevedi r-rwoli u r-responsabbiltajiet relatati mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-kunflitti ta’ interess u l-korruzzjoni tal-entitajiet differenti involuti fl-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fl-Ungerija u tippreżenta valutazzjoni komprensiva tar-riskji, il-fatturi u l-prattiki ewlenin ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni. Il-pjan ta’ azzjoni li jikkomplementa l-istrateġija jiddefinixxi azzjonijiet speċifiċi u skadenzi għat-twettiq tagħhom, jidentifika l-korpi responsabbli u l-indikaturi għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom u jistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għar-rieżami regolari tal-pjan ta’ azzjoni (79). |
|
(77) |
Barra minn hekk, fl-2022, il-Gvern Ungeriż impenja ruħu wkoll li jadotta Strateġija Nazzjonali ġdida Kontra l-Korruzzjoni (l-“NACS”) u Pjan ta’ Azzjoni (l-“AP”), u li jimplimenta bis-sħiħ l-azzjonijiet kollha tal-NACS eżistenti għall-perjodu 2020-2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 (80). F’Diċembru 2023, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023 irrapportat li l-proċess biex tiġi ffinalizzata l-NACS il-ġdida kien għadu għaddej u ċerti nuqqasijiet kellhom jiġu indirizzati qabel l-adozzjoni; lanqas ma kien ċar jekk il-Gvern Ungeriż kienx ikkonsulta sistematikament mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Dak iż-żmien, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-qafas kontra l-korruzzjoni ma kienx issaħħaħ kif impenjat sa issa, peress li l-adozzjoni tal-NACS il-ġdida u l-AP relatat, inkluża l-adozzjoni ta’ reġim ta’ sanzjonar dissważiv, iddewmet (81). |
|
(78) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija rrapportat dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-NACS 2020-2022 kif ukoll dwar l-involviment tal-ACTF, il-konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet nazzjonali, l-OECD u l-GRECO biex jitħejjew l-NACS u l-AP sussegwenti (82). L-Ungerija ppreżentat evidenza li hija adottat l-NACS fuq terminu medju għall-2024-2025 u l-AP għall-implimentazzjoni tiegħu, b’dewmien ta’ seba’ xhur u nofs, fl-14 ta’ Frar 2024, li daħal fis-seħħ l-għada, u stabbilit kumitat ta’ monitoraġġ biex jiżgura s-segwitu tal-implimentazzjoni tal-NACS u l-AP (83). Skont ir-rapport tal-gvern Ungeriż dwar l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-NACS u l-AP (84), filwaqt li nkisbu għadd ta’ riżultati fuq skala iżgħar, l-implimentazzjoni kienet nieqsa fir-rigward ta’ partijiet importanti tal-NACS u l-AP. Xi impenji ewlenin ma ġew issodisfati xejn, pereżempju riforma sistemika tar-regoli dwar il-lobbjar u r-revolving doors, filwaqt li oħrajn ġew implimentati parzjalment biss, pereżempju fir-rigward tar-regoli dwar ir-rigali tal-protokoll u l-kodiċijiet professjonali, jew ġew implimentati biss ferm wara d-dati ta’ skadenza tal-NACS u l-PA, kif kien b’mod partikolari l-każ fir-rigward tal-impenji relatati mad-dikjarazzjoni tal-assi (85). |
|
(79) |
Minbarra l-isforzi mwettqa mill-Ungerija matul dawn l-aħħar xhur, l-Ungerija ppreżentat l-intenzjoni tagħha li tadotta NACS u AP ġodda sal-15 ta’ Novembru 2026 filwaqt li qieset is-sejbiet mill-implimentazzjoni tal-NACS 2024-2025, il-proposti tal-ACTF, u f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti (86). L-NACS u l-AP il-ġodda jenħtieġ li jipproponui miżuri biex jindirizzaw in-nuqqasijiet li fadal. |
2.4.2. Dikjarazzjonijiet tal-assi
|
(80) |
Kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-Kunsill sab li l-Ungerija, f’konformità mal-miżura ta’ rimedju, kienet estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni personali tad-dikjarazzjonijiet tal-assi biex jinkludi persuni fdati b’funzjonijiet politiċi għolja u membri tal-Assemblea Nazzjonali, kif ukoll il-qraba tagħhom li jgħixu fl-istess dar. Madankollu, sabet ukoll li għad hemm dgħufijiet, riskji u nuqqasijiet importanti fil-qafas regolatorju għad-dikjarazzjonijiet tal-assi fl-Ungerija, b’mod partikolari (i) in-nuqqas ta’ ċarezza u ċertezza legali relatati mal-obbligi ta’ divulgazzjoni għall-proprjetà immobbli inkluża l-proprjetà barra mill-ġuriżdizzjoni tal-Ungerija; (ii) in-nuqqas ta’ ċarezza dwar il-kamp ta’ applikazzjoni personali, materjali u temporali tad-dikjarazzjoni tal-assi, l-introjtu u l-interessi ekonomiċi ta’ ċerti eżekuttivi, uffiċjali u Membri tal-Assemblea Nazzjonali, u għall-konjuġi jew il-koabitanti u t-tfal tagħhom li jgħixu fl-istess unità domestika; (iii) in-nuqqas li tiġi inkluża fil-qafas leġiżlattiv referenza espliċita għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ dikjarazzjonijiet tal-assi ppreżentati b’mod elettroniku f’format diġitali, li għandha tinħażen f’bażi tad-data pubblika li tista’ titfittex mingħajr tariffi jew il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni. |
|
(81) |
Il-Kunsill ikkonkluda li d-dgħufijiet identifikati ħolqu lakuni possibbli fil-liġi u konsegwentement dgħajfu l-effettività tal-miżura ta’ rimedju (87). Dawk id-dgħufijiet baqgħu ma ġewx indirizzati fi tmiem l-2023, meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023 (88). |
|
(82) |
Marbuta mad-dikjarazzjonijiet tal-assi, fir-rigward tal-verifika tagħhom, il-Kunsill sab permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 li l-effettività tal-miżura ta’ rimedju dwar l-Awtorità tal-Integrità iċċitata fit-Taqsima 2.2 hawn fuq ġiet kompromessa minn, fost affarijiet oħra, (i) in-nuqqas ta’ setgħat diretti, għall-kuntrarju tas-setgħat superviżorji, tal-Awtorità tal-Integrità fir-rigward tad-diversi gruppi ta’ dikjaranti, u n-nuqqas ta’ trasferiment tas-setgħat lill-Awtorità tal-Integrità biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri tal-Gvern, u (ii) il-kamp ta’ applikazzjoni limitat relatat man-nuqqas ta’ inklużjoni tal- uffiċjali b’riskju għoli kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat ta’ verifika tal-Awtorità tal-Integrità fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-assi. Dawn id-dgħufijiet ukoll baqgħu ma ġewx indirizzati fi tmiem l-2023, meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023 (89). |
|
(83) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija ppreżentat evidenza biex turi li issa hemm fis-seħħ sistema regolatorja komprensiva u konsistenti għad-dikjarazzjonijiet tal-assi (90). |
|
(84) |
L-Awtorità tal-Integrità għandha setgħat estensivi fir-rigward tal-investigazzjonijiet u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, kif ukoll is-segwitu amministrattiv għar-riżultati tagħha (91). |
|
(85) |
L-ewwel nett, it-Taqsima 19/A (1) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat issa tistabbilixxi b’mod ċar lista ta’ uffiċjali b’riskju għoli soġġetti għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi mill-Awtorità tal-Integrità (92). B’approċċ ibbażat fuq ir-riskju, l-Awtorità tal-Integrità, fil-qafas tal-valutazzjoni tar-riskju tal-integrità tagħha, hija meħtieġa tidentifika kontinwament dawk l-uffiċjali b’riskju għoli soġġetti għall-obbligi tad-dikjarazzjoni tal-assi li għalihom il-livell tar-riskju tal-integrità huwa għoli, sabiex tiddetermina l-prijorità u l-frekwenza tal-verifiki (93). |
|
(86) |
Skont it-Taqsima 19/A (2) (a) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat, l-Awtorità tal-Integrità għandha l-kompetenza esklużiva li tivverifika direttament id-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ eżekuttivi politiċi għolja li mhumiex Membri tal-Assemblea Nazzjonali skont it-Taqsima 183 tal-Att CXXV tal-2018 dwar l-Amministrazzjoni tal-Gvern (l-“Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Gvern”) (94), kif ukoll il-qraba tagħhom li jgħixu fl-istess unità domestika. Għal uffiċjali oħra ta’ riskju għoli, din il-kompetenza hija kondiviża ma’ korpi oħra maħtura biex jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-assi fl-atti settorjali rispettivi. Fl-aħħar każ, l-Awtorità tal-Integrità tista’ tivverifika direttament id-dikjarazzjonijiet tal-assi u ma tiddependix fuq awtoritajiet oħra li jivverifikaw fuq talba, setgħa li, għal dikjarazzjonijiet tal-assi mhux pubbliċi, tmur lil hinn mill-impenji oriġinali. |
|
(87) |
L-Awtorità tal-Integrità tista’ twettaq il-proċedura ta’ verifika b’mod indipendenti jew bħala parti mill-proċedura investigattiva tagħha u jenħtieġ li tniedi proċeduri regolarment ex officio abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tal-integrità tagħha. Regoli dettaljati jiżguraw l-aċċess tal-Awtorità tal-Integrità għad-dikjarazzjonijiet tal-assi miżmuma minn korpi oħra u l-proċedura tal-involviment tal-persuna kkonċernata mill-investigazzjoni, inkluża l-possibbiltà li l-Awtorità tal-Integrità titlob informazzjoni u dokumenti addizzjonali (95). |
|
(88) |
Sabiex tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi, l-Awtorità tal-Integrità tgawdi minn aċċess wiesa’ għad-data u għall-informazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Awtorità tal-Integrità bħalissa għandha aċċess dirett u illimitat għal 44 reġistru (96) permezz tal-Bus tas-Servizz Governattiv Ċentrali; tista’ titlob ukoll aċċess għall-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għall-verifika tagħha, abbażi tad-dispożizzjonijiet deskritti fil-premessi (60) sa (62) hawn fuq. Fi tmiem il-proċess ta’ verifika, l-Awtorità tal-Integrità tevalwa s-sejbiet tagħha f’rapport u, skont l-eżitu, tibda proċedura ta’ sanzjonijiet (ara fid-dettall il-premessi (96)-(99)) (97). |
|
(89) |
It-tieni, fir-rigward tal-obbligi ta’ divulgazzjoni fid-dikjarazzjonijiet tal-assi, l-Anness 1 tal-Att XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali (l-“Att dwar l-Assemblea Nazzjonali”) (98) kif emendat mill-Att Omnibus issa jistipula b’mod ċar li l-proprjetà immobbli barra mill-ġuriżdizzjoni tal-Ungerija għandha tiġi rrapportata wkoll fid-dikjarazzjoni tal-assi. |
|
(90) |
It-tielet, fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni personali, materjali u temporali tad-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ ċerti uffiċjali, it-Taqsima 183 (1) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Gvern u t-Taqsima 90 (1), (2) tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali, kif emendat, jipprevedu li eżekuttivi politiċi għolja mingħajr mandat bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali u membri tal-Assemblea Nazzjonali, inklużi eżekuttivi politiċi għolja skont it-Taqsima 184 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Gvern, iridu jippreżentaw dikjarazzjoni tal-assi fi żmien 30 jum wara li jieħdu l-kariga, u minn hemm’ il quddiem kull sena sal-31 ta’ Jannar, li tirrifletti s-sitwazzjoni mill-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti, kif ukoll fi żmien 30 jum wara t-terminazzjoni tal-mandat tagħhom (b’perjodu ta’ żamma ta’ tliet snin). |
|
(91) |
Il-qraba skont it-tifsira tal-Att V tal-2013 dwar il-Kodiċi Ċivili (il-“Kodiċi Ċivili”) (99) li jgħixu fl-istess unità domestika ma’ dawn l-uffiċjali jridu jippreżentaw dikjarazzjonijiet tal-assi mhux pubbliċi bl-istess kontenut. Il-kompetenza għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-qraba ssegwi r-regoli applikabbli għall-uffiċjal (100). Lil hinn mir-rekwiżiti tal-miżura ta’ rimedju, uffiċjali oħra b’riskju għoli huma soġġetti wkoll għall-istess rekwiżiti fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tagħhom, u r-regoli għall-qraba li jgħixu fl-istess unità domestika japplikaw ukoll għal dawk l-uffiċjali l-oħra b’riskju għoli fejn il-liġijiet settorjali jirreferu għar-regoli fl-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali (101). |
|
(92) |
Ir-raba’, fir-rigward tas-sistema tad-dikjarazzjonijiet tal-assi ppreżentati b’mod elettroniku f’format diġitali, li għandhom jinħażnu f’bażi tad-data pubblika li tista’ titfittex, it-Taqsima 90 tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali kif emendat tistabbilixxi r-regoli dwar is-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri tal-Assemblea Nazzjonali u tirrikjedi li l-Uffiċċju tal-Assemblea Nazzjonali jiżgura t-tħaddim tas-sistema ta’ reġistrazzjoni elettronika u tal-interfaċċa tal-utent relatata għad-dħul strutturat tad-data. Id-dispożizzjoni tagħmilha ċara li tapplika għad-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ kull min jippreżenta d-dikjarazzjonijiet tal-assi tiegħu f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali kif ukoll il-qraba tiegħu li jgħixu fl-istess unità domestika, li d-dikjarazzjonijiet tagħhom iridu jkunu mehmuża ma’ dawk tal-uffiċjali. Ir-regoli settorjali għal uffiċjali differenti b’riskju għoli (102) jikkomplementaw din il-loġika, inkluża t-Taqsima 183 (1) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Gvern kif emendat, għal uffiċjali politiċi għolja mingħajr mandat bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali. Dan imur lil hinn mill-impenji aktar limitati fil-miżura ta’ rimedju fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni personali. |
|
(93) |
Skont l-Artikolu 94 (2) tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali kif emendat, il-kopja pubblika tad-dikjarazzjoni tal-assi (esklużi dawk tal-qraba) hija ppubblikata mill-Kumitat dwar l-Immunità tal-Assemblea Nazzjonali fuq is-sit web tal-Assemblea Nazzjonali, aċċessibbli għal kulħadd mingħajr ħlas u mingħajr ebda rekwiżit ta’ reġistrazzjoni (103). Fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet tal-assi ppreżentati bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u s-26 ta’ Awwissu 2026 (qabel id-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda), l-aċċess huwa żgurat b’mod li jista’ jsir tiftix fih fuq is-sit web tal-Assemblea Nazzjonali mingħajr tariffa jew reġistrazzjoni. |
|
(94) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija ppreżentat evidenza addizzjonali li s-sistema qed issir operazzjonali. Il-Gvern ħatar lill-kumpanija biex tiżviluppa s-sistema elettronika tad-dikjarazzjoni tal-assi (104), u s-sistema, inklużi l-funzjonijiet ta’ tiftix meħtieġa, saret operazzjonali f’Awwissu 2026. Funzjonalitajiet imtejba ulterjuri (105) għandhom ikunu disponibbli sa tmiem l-2026, biex ikun disponibbli għad-dikjarazzjonijiet tal-assi dovuti sal-31 ta’ Jannar 2027. |
|
(95) |
Fl-aħħar nett, f’konformità mal-impenji tagħha, l-Ungerija stabbiliet reġim ta’ sanzjonijiet relatat mal-ksur tal-obbligi tad-dikjarazzjoni tal-assi. Fir-rigward tas-sanzjonijiet kriminali, it-Taqsima 305/A tal-Att C tal-2012 dwar il-Kodiċi Kriminali (il-“Kodiċi Kriminali”) (106) kif emendat mill-Att Omnibus tistabbilixxi r-responsabbiltà kriminali ta’ kwalunkwe persuna (i) li, wara li tintalab mill-entità kompetenti, tonqos, it-tort tagħha stess, milli tikkonforma mal-obbligu tad-dikjarazzjoni tal-assi tagħha fil-limitu ta’ żmien preskritt mil-liġi, jew (ii) li, waqt li tikkonforma mal-obbligu tad-dikjarazzjoni tal-assi tagħha, taħbi s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha billi tagħmel dikjarazzjoni li jkun fiha informazzjoni falza dwar fatt materjali, billi żżomm lura milli tiddikjara fatt veru, jew bi kwalunkwe mezz ieħor. |
|
(96) |
Jekk japplikawx sanzjonijiet amministrattivi jiddependi mir-rapport tal-Awtorità tal-Integrità fi tmiem proċedura ta’ verifika ta’ dikjarazzjoni tal-assi. Skont it-Taqsima 19/A (8) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat, hemm tliet eżiti possibbli:
|
|
(97) |
Fir-rigward tal-persuni li għalihom l-Awtorità tal-Integrità għandha l-kompetenza esklużiva li tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi, fil-każ ta’ tkeċċija, l-Awtorità tal-Integrità tinforma lill-President tal-Assemblea Nazzjonali (għat-tkeċċija tal-Prim Ministru) jew lill-Prim Ministru (għall-eżekuttivi politiċi għolja l-oħra kollha mingħajr mandat bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali) dwar l-eżitu tal-investigazzjoni tagħha li mbagħad jibda l-proċedura ta’ tkeċċija (108). Fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ multi, l-Awtorità tal-Integrità tista’ tniedi proċedimenti ex officio hija stess (109). |
|
(98) |
Fir-rigward tal-persuni li għalihom l-Awtorità tal-Integrità għandha kompetenza kondiviża biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi, il-liġijiet settorjali jikkomplementaw ir-regoli proċedurali għas-sanzjonijiet amministrattivi. Meta t-tkeċċija diretta mibdija mill-Awtorità tal-Integrità jew l-impożizzjoni ta’ multa direttament mill-Awtorità tal-Integrità ma tkunx possibbli minħabba l-istatus kostituzzjonali u l-protezzjoni tal-uffiċċju tal-persuna kkonċernata, jew minħabba li l-funzjonijiet ikkonċernati jappartjenu għal fergħat kostituzzjonalment indipendenti protetti mid-diviżjoni tas-setgħat tal-Istat, dawn ir-regoli settorjali jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi li għandhom jiġu imposti mill-korp kompetenti (110). Jekk, matul it-twettiq tal-proċedura mitluba mill-Awtorità tal-Integrità, il-korp kompetenti jilħaq konklużjoni differenti mill-Awtorità tal-Integrità, huwa għandu l-obbligu li jipprovdi dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal dan u li jinforma lill-Awtorità tal-Integrità kif xieraq. L-Awtorità tal-Integrità tagħmel ir-rapport tagħha, kif ukoll l-informazzjoni riċevuta, disponibbli għall-pubbliku mar-rapport (111). Meta l-Awtorità tal-Integrità tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-multa direttament, hija tagħmel id-deċiżjoni tagħha disponibbli għall-pubbliku, inkluż l-isem u l-mandat tal-persuna kkonċernata (112). |
|
(99) |
L-awtorità tal-Integrità tista’ titlob li nuqqasijiet minuri jew negliġibbli jiġu kkoreġuti skont it-Taqsima 19/A (8) b) bb) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat. Fil-każ ta’ uffiċjali b’riskju għoli li għalihom japplikaw direttament ir-regoli tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali jew b’referenza f’atti settorjali (inkluż għal uffiċjali politiċi għolja skont it-Taqsima 183 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Gvern), l-Att tal-Assemblea Nazzjonali jikkomplementa din ir-regola u jipprevedi li l-korrezzjoni ssir mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum, permezz ta’ dikjarazzjoni supplimentari (113). |
2.4.3. Valutazzjoni
|
(100) |
Kif deskritt fit-Taqsima 2.4.1, l-Ungerija saħħet il-qafas tagħha kontra l-korruzzjoni u adottat l-istrateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni u l-pjan ta’ azzjoni relatat kif ukoll ir-reviżjoni tagħhom kif oriġinarjament impenjat ruħha li tagħmel. Madankollu, minħabba n-nuqqasijiet rigward l-NACS u l-AP tal-2024-2025, mhux l-impenji kollha ġew sodisfati u għalhekk il-miżura ta’ rimedju ma tistax titqies sodisfata kompletament. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-miżura ta’ rimedju tiġi vvalutata fid-dawl tal-importanza relattiva tagħha li tipproteġi l-baġit tal-Unjoni u l-miżuri ta’ rimedju ċentrali l-oħra rigward il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kif ukoll kwalunkwe miżura ta’ rimedju ġdida oħra relatata. |
|
(101) |
Kif deskritt fit-Taqsima 2.4.2., l-Ungerija stabbiliet sistema komprensiva ta’ dikjarazzjoni tal-assi, b’reġim ta’ sanzjonijiet dissważivi u proporzjonati. L-Awtorità tal-Integrità, maħluqa bħala waħda mill-miżuri ta’ rimedju ċentrali (114), li ġiet ivvalutata fil-premessa (62) hawn fuq bħala ssodisfata, irċeviet setgħat estensivi biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi u ssegwi l-verifika, li jmorru lil hinn mill-impenji inizjali tal-Ungerija u jagħmlu s-sistema ta’ verifika aktar robusta. Għalhekk, u abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ssodisfat l-impenji meħuda skont din il-miżura ta’ rimedju fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-assi u kkomplementathom b’salvagwardji addizzjonali għat-tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni. |
2.5. L-introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika
|
(102) |
Bħala parti mill-miżuri rimedjali adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li tistabbilixxi proċedura ġdida ta’ stħarriġ ġudizzjarju li tikkonċerna reati kriminali speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew mal-ġestjoni ta’ proprjeta’ pubblika (115). Essenzjalment, għal reati kriminali speċifiċi relatati mal-korruzzjoni u prattiki relatati mal-korruzzjoni, il-proċedura l-ġdida kienet li tippermetti stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tas-servizz tal-prosekuzzjoni jew tal-awtorità investigattiva li tiċħad rapport ta’ reat jew ittemm il-proċedimenti kriminali (116). Il-Kunsill qies dik il-miżura ta’ rimedju bħala miżura orizzontali li għandha l-għan li tirrimedja problemi strutturali bl-effettività tal-azzjoni ta’ prosekuzzjoni fl-Ungerija u li tiżgura li jittieħdu miżuri effettivi u deterrenti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk hija waħda mill-miżuri ta’ rimedju ċentrali biex ikun indirizzat it-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni (117). |
|
(103) |
L-Ungerija impenjat ruħha wkoll li (i) talloka karigi dedikati addizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2022 lill-qorti responsabbli għall-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tas-servizz tal-prosekuzzjoni jew tal-awtorità investigattiva li tiċħad rapport ta’ reat jew ittemm il-proċedimenti kriminali, u (ii) twettaq rieżami dwar il-funzjonament tal-proċedura sal-31 ta’ Diċembru 2023, u, jekk ikun meħtieġ, tipprevedi l-adozzjoni ta’ emendi għall-qafas leġiżlattiv wara konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024 (118). Dawk iż-żewġ impenji kellhom jiġu implimentati wara d-data tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506. |
|
(104) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-Kunsill sab li, minkejja l-introduzzjoni ta’ proċedura ġdida ta’ stħarriġ ġudizzjarju fl-Att XC tal-2017 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (il-“Kodiċi tal-Proċedura Kriminali”) (119), dispożizzjonijiet speċifiċi ppermettew marġni ta’ diskrezzjoni fil-proċedura li tista’ tikkomprometti l-effettività u l-adegwatezza ġenerali tal-miżura ta’ rimedju. B’mod partikolari, (i) ir-regoli applikabbli ma iddikjarawx b’mod ċar il-konsegwenzi legali għall-prosekutur ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla d-deċiżjoni tiegħu wara mozzjoni għal stħarriġ; (ii) għall-każijiet fejn tista’ tiġi ppreżentata mozzjoni għal prosekuzzjoni, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali kien jirrikjedi eżami tar-raġuni għall-mozzjoni għal prosekuzzjoni mill-qorti tal-proċess in camera u mingħajr ma tinstema’ evidenza, li tkun addizzjonali għall-eżami preliminari tar-raġunijiet formali; (iii) il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali ma ċċarax il-kamp ta’ applikazzjoni fil-ħin tar-regoli l-ġodda u, b’mod partikolari, naqas milli jiċċara li l-proċedura l-ġdida tapplika wkoll għal reati kriminali mhux preskritti imwettqa qabel l-1 ta’ Jannar 2023 (120). Il-Kummissjoni kkonfermat dik il-valutazzjoni fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023 (121). |
|
(105) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija qalet li t-tliet punti ġew rimedjati mill-emendi għall-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali introdotti bl-Att Omnibus (122). L-Ungerija ddikjarat li l-objettiv ġenerali huwa li jissaħħaħ il-qafas legali proċedurali, li tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċedimenti kriminali u r-rwol proċedurali tal-Awtorità tal-Integrità, u li tiġi żgurata sorveljanza ġudizzjarja aktar effettiva. |
|
(106) |
Fir-rigward tal-ewwel punt taħt il-premessa (104) ta’ hawn fuq, it-Taqsima 817/G (3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali kif emendata tipprevedi li wara deċiżjoni rilevanti tal-qorti f’mozzjoni għal reviżjoni, is-servizz tal-prosekuzzjoni jew l-awtorità investigattiva jridu jkomplu l-proċedimenti abbażi tar-raġunament tal-imsemmija deċiżjoni tal-qorti u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ detezzjoni ta’ kwistjonijiet speċifiċi, jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati fl-istess deċiżjoni tal-qorti. Il-proċedimenti ma jistgħux jerġgħu jintemmu jekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ detezzjoni, id-defiċjenzi identifikati fid-deċiżjoni tal-qorti ma jkunux ġew rimedjati, sakemm dan ma kienx possibbli minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tas-servizz tal-prosekuzzjoni jew tal-awtorità investigattiva. |
|
(107) |
Barra minn hekk, f’dan il-każ, l-awtorità investigattiva għandha, fi żmien xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni jew mit-tkomplija tal-proċedimenti, u minn hemm ’il quddiem kull xahrejn, tippreżenta l-fajls tal-investigazzjoni lis-servizz tal-prosekuzzjoni u fl-istess ħin tirrapporta dwar il-progress tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, is-servizz tal-prosekuzzjoni jrid jibgħat il-fajls kollha tal-kawżi speċifikati mil-liġi li jappartjenu għar-rapport tal-awtorità investigattiva, lill-qorti kompetenti biex tiddeċiedi dwar il-mozzjoni għal reviżjoni. |
|
(108) |
Meta, abbażi tal-fajls ippreżentati, il-qorti kompetenti biex tiddeċiedi l-mozzjoni għal reviżjoni tistabbilixxi li l-investigazzjoni manifestament ma tqisx ir-raġunament tad-deċiżjoni tal-qorti, hija trid tirreferi għall-kap tas-servizz tal-prosekuzzjoni għall-miżuri li għandhom jittieħdu. Ir-rapport sussegwenti dwar il-progress tal-investigazzjoni jrid wkoll jinforma lill-qorti, li tiddeċiedi dwar il-mozzjoni għal reviżjoni, dwar il-miżuri meħuda b’reazzjoni għal tali indikazzjoni. |
|
(109) |
Fl-aħħar nett, f’każ ta’ terminazzjoni ripetuta tal-proċedimenti u soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-Att XC tal-2017 kif emendat, il-proċedura ta’ stħarriġ ġudizzjarju tiftaħ id-dritt li jiġi ppreżentat att ta’ akkuża lill-qorti kompetenti li għandha tiddeċiedi dwar il-merti tal-kawża wara li tkun semgħet l-evidenza. |
|
(110) |
Fir-rigward tat-tieni punt taħt il-premessi (103) u (104) hawn fuq, l-Ungerija qalet li l-qorti kompetenti biex tiddeċiedi l-mozzjoni għal reviżjoni ripetuta tista’ tiċħad il-mozzjoni b’ordni mhux konklużiva abbażi biss ta’ prerekwiżiti formali (123). Wara dan, il-qorti kompetenti biex tiddeċiedi l-mozzjoni għal reviżjoni ripetuta tista’ twettaq biss eżami limitat tar-raġunijiet ta’ mozzjoni għal prosekuzzjoni. Hija trid teżamina jekk il-persuna speċifikata bħala akkużata fil-mozzjoni għal prosekuzzjoni tistax tkun raġonevolment issuspettata li wettqet ir-reat kriminali. Dik il-valutazzjoni hija bbażata fuq il-proċess tal-kawża u d-data, id-dokumenti u d-dikjarazzjonijiet mehmuża mill-persuna intitolata li tippreżenta l-mozzjoni għal prosekuzzjoni. Barra minn hekk, jekk il-qorti kompetenti biex tiddeċiedi l-mozzjoni għal reviżjoni ripetuta ssib li l-akkużat jidher li għandu immunità u jekk l-immunità ma titneħħiex, il-qorti trid tiċħad il-mozzjoni għal prosekuzzjoni, kompletament jew parzjalment (124). Skont l-Ungerija, din is-soluzzjoni tiżgura li r-rieżami tal-merti ma jservix bħala deċiżjoni preliminari mill-qorti li aktar tard tiddeċiedi dwar il-merti tal-każ, iżda jiffunzjona bħala rieżami ġudizzjarju separat. B’dak il-mod, il-funzjonijiet ġudizzjarji jinżammu separati, l-imparzjalità tal-proċedimenti tiġi salvagwardjata, u l-konsistenza tas-salvagwardji inerenti fil-proċedura separata tiġi żgurata wkoll. |
|
(111) |
Fir-rigward tat-tielet punt taħt il-premessa (104) hawn fuq, l-Att Omnibus jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu CV/A tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali japplikaw ukoll għal reati kriminali (mhux preskritti) imwettqa qabel l-1 ta’ Jannar 2023. Bħala garanzija addizzjonali, il-Kapitolu CV/A japplika wkoll għal rapport ta’ reat ippreżentat wara l-31 ta’ Diċembru 2022 jekk dak ir-rapport ta’ reat jikkonċerna l-istess att bħall-att soġġett għal rapport ta’ reat preċedenti li jkun ġie ppreżentat u miċħud (jew fejn l-investigazzjoni tkun intemmet) qabel l-1 ta’ Jannar 2023 (125). |
|
(112) |
Fir-rigward taż-żewġ impenji skont il-premessa (103) hawn fuq, inħolqu żewġ karigi ġudizzjarji ġodda fit-Taqsima tal-Investigazzjoni tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda, li hija l-qorti kompetenti biex tordna l-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ proċedimenti kriminali skont il-kapitolu CV/A tal-Att XC tal-2017. L-avviżi korrispondenti ta’ karigi battala ġew ippubblikati fl-ewwel ħarġa speċjali tal-Gazzetta Ġudizzjarja fl-2023. Iż-żewġ karigi mtlew b’ħatra fil-15 ta’ Lulju 2023. Barra minn hekk, mill-1 ta’ Frar 2023, l-Ungerija ħolqot żewġ karigi ġodda ta’ segretarju tal-qorti fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Reġjonali tal-Belt Kapitali ta’ Budapest. Skont l-Ungerija, l-għadd kurrenti ta’ mħallfin jippermetti r-rotazzjoni kontinwa tal-assenjazzjonijiet tal-kawżi u t-tmexxija tad-diviżjoni timmonitorja kontinwament il-konformità mal-ipproċessar f’waqtu tal-kawżi. |
|
(113) |
L-Ungerija qalet li r-rieżami dwar il-funzjonament tal-proċedura ma tlestiex sal-31 ta’ Diċembru 2023. Filwaqt li fl-2021 ġie stabbilit obbligu li jitwettaq tali rieżami (126), ġie adottat rapport biss fis-17 ta’ Ġunju 2026 (127), wara li ntbagħtu kwestjonarji lill-pulizija, lill-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana bħala awtoritajiet investigattivi, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, u lill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura, keinu involuti l-Awtorità tal-Integrità u l-Kamra tal-Avukati Ungeriża fit-tħejjija tar-rieżami, u saret konsultazzjoni mal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali. Ir-rapport ikkonkluda li ma kienet meħtieġa l-ebda emenda għall-qafas leġiżlattiv, meta jitqiesu l-emendi introdotti mill-Att Omnibus (fl-abbozz fiż-żmien tal-adozzjoni tar-rapport) f’konformità mal-kummenti li waslu għand l-Awtorità tal-Integrità, il-Kamra tal-Avukati Ungeriża u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. |
|
(114) |
Kif spjegat f’din it-taqsima, l-Ungerija indirizzat id-dgħufijiet pendenti identifikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 u pprovdiet persunal adegwat lid-Diviżjoni tal-Investigazzjoni tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda. Filwaqt li r-rieżami tal-proċedura speċjali twettaq biss f’Ġunju 2026, u mhux sa tmiem l-2023 kif kien l-impenn oriġinarjament, dan ma jaffettwax il-fatt li l-emendi meħtieġa għall-proċedura speċjali ġew adottati b’mod effettiv u li l-objettivi tagħha issa ntlaħqu. Barra minn hekk, kif deskritt aktar hawn taħt fit-Taqsima 2.18, il-parteċipazzjoni tal-Ungerija fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) ikkontribwiet b’mod pożittiv għat-twettiq ta’ din il-miżura ta’ rimedju, peress li dan tal-aħħar isaħħaħ il-qafas usa’ kontra l-korruzzjoni u l-prosekuzzjoni li fih topera l-miżura ta’ rimedju. |
|
(115) |
Għalhekk, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ssodisfat l-impenji meħuda skont din il-miżura ta’ rimedju. |
2.6. Tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ awditjar u kontroll biex jiġi garantit l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni
|
(116) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ awditjar u kontroll biex tiggarantixxi l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni billi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti inkludiet dispożizzjonijiet biex issaħħaħ ir-regoli u l-proċeduri biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi b’mod aktar effettiv il-kunflitti ta’ interess fl-użu tal-fondi tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, inkluż mekkaniżmu ta’ kontroll effettiv fuq il-validità tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess. |
|
(117) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 sabet li l-Ungerija kienet ħadet għadd ta’ passi biex tissodisfa l-impenji tagħha. B’mod partikolari, l-Ungerija stabbiliet id-Direttorat tal-Awditjar Intern u l-Integrità (id-“DIAI”) biex issaħħaħ il-mekkaniżmi tal-awditjar u tal-kontroll u biex tiggarantixxi l-użu tajjeb tal-fondi tal-UE u pprevedietlu garanziji ta’ indipendenza u effettività. L-Ungerija emendat ukoll il-qafas regolatorju li jirregola l-EUTAF (128). Madankollu, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023 irreferiet għal nuqqasijiet fl-implimentazzjoni ta’ diversi impenji skont din il-miżura ta’ rimedju (129). |
|
(118) |
L-Ungerija qalet li hija adottat sett ċar ta’ regoli u proċeduri relatati mal-prevenzjoni, d-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess (130) f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u l-Avviż tal-Kummissjoni relatat (131). Dawn ir-regoli jirrigwardaw ukoll il-kompiti u l-obbligi għall-korpi involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni u r-rwol tagħhom fil-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-kunflitti ta’ interess (132). |
|
(119) |
Fir-rigward tal-qafas operazzjonali li jikkonċerna l-uffiċċju tad-DIAI, l-Ungerija introduċiet bosta titjib fil-funzjonament u r-riżorsi prattiċi tagħha, sabiex tkun tista’ tittratta b’mod aktar effettiv il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha. F’dan ir-rigward, f’Lulju 2026, tlestiet verżjoni aġġornata tal-metodoloġija biex jiġi żgurat li l-investigazzjonijiet tal-kunflitti ta’ interess ikunu effettivi (133). Barra minn hekk, l-Ungerija qalet li d-DIAI kienet qed twettaq kontinwament l-attivitajiet tagħha f’konformità mal-mandat tagħha u tikkontribwixxi l-għarfien espert tagħha fil-qafas imsaħħaħ tal-kunflitti ta’ interess (134). |
|
(120) |
Fir-rigward tal-funzjonament tal-EUTAF, li l-qafas regolatorju u l-operat tiegħu ġew ivvalutati li jissodisfaw l-impenji skont il-miżura ta’ rimedju fl-2022 (135), id-Direttur Ġenerali tiegħu kkonferma fl-ittra tiegħu (136) li l-EUTAF kien qed jaħdem b’mod effiċjenti u li l-baġit tiegħu huwa adegwat. Id-Direttur Ġenerali tal-EUTAF ikkonferma wkoll li għandu r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jissalvagwardja l-indipendenza tiegħu u jwettaq il-kompiti tiegħu, kif meħtieġ mill-miżura ta’ rimedju (137). |
|
(121) |
F’konformità mal-impenn meħud skont din il-miżura ta’ rimedju, l-Ungerija introduċiet sistema ta’ dikjarazzjoni tal-kunflitt ta’ interess għall-persunal involut fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar proġetti individwali u regoli ċari dwar il-kunflitt ta’ interess li japplikaw għall-persunal kollu fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-awditjar u l-kontroll tal-appoġġ tal-UE (138), kif ukoll għar-riċevituri finali, l-awtoritajiet kontraenti, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u d-ditti ta’ konsulenza involuti. L-Ungerija qalet ukoll li hija prevista simplifikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-naħa tal-benefiċjarju (139). |
|
(122) |
Fir-rigward tar-rotazzjoni tal-persunal f’karigi sensittivi, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Iżvilupp irid jiżgura kemm ir-rotazzjoni kif ukoll is-sorveljanza tal-persunal f’karigi sensittivi, speċjalment dawk li jittrattaw l-irregolaritajiet, il-kontrolli u l-valutazzjoni tar-riskju (140). Metodoloġija ta’ rotazzjoni ċentrali ġiet adottata fit-2 ta’ Ġunju 2023 u aġġornata fit-23 ta’ Frar 2026; dan jiddefinixxi l-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-proċeduri għar-rotazzjoni, li jkopru mhux biss il-persunal fil-ġestjoni tal-irregolaritajiet, il-kontrolli u l-valutazzjoni tar-riskju, iżda wkoll karigi li jinvolvu kuntatt dirett mal-benefiċjarji jew inkella deżinjati bħala sensittivi mill-maniġment superjuri (141). |
|
(123) |
Biex ittejjeb l-ewwel metodoloġija tat-2 ta’ Ġunju 2023 u tiżgura arranġamenti ta’ sorveljanza aktar b’saħħithom għall-karigi sensittivi, l-Ungerija ħarġet it-tieni metodoloġija fit-8 ta’ Jannar 2026 (142). L-organizzazzjonijiet ippreżentaw pjanijiet ta’ azzjoni relatati fi Frar 2026 u jridu jirrapportaw kull sena sal-15 ta’ Ottubru (143). |
|
(124) |
Barra minn hekk, l-Ungerija qalet li qed tippjana li tgħaqqad iż-żewġ metodoloġiji ċentrali li jistabbilixxu l-proċeduri għar-rotazzjoni u għas-sorveljanza tal-persunal f’pożizzjonijiet sensittivi meta jerġgħu jiġu rieżaminati, li huwa mistenni li jseħħ fil-bidu tal-2027 (144). Dan l-approċċ se jimxi lejn sistema ta’ sorveljanza usa’ u bbażata fuq ir-riskju, ikkomplementata minn taħriġ, kanali ta’ whistleblowing u miżuri korrettivi, li jirriflettu l-fehma li l-kontrolli eżistenti diġà jipprovdu protezzjoni sostanzjali. |
|
(125) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, tal-impenji li diġà ġew implimentati fl-2022 u tal-emendi u l-iżviluppi leġiżlattivi reċenti, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ssodisfat din il-miżura ta’ rimedju. |
2.7. Tnaqqis tas-sehem ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti b’offerti waħdiena ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni
|
(126) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li tnaqqas is-sehem tal-proċeduri tal-offerti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u magħluqa fl-2022 b’offerti waħdiena ta’ inqas minn 15 %, kif imkejjel bil-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern, sal-31 ta’ Diċembru 2022 u li żżomm din il-mira mingħajr limitu taż-żmien. F’każ li s-sehem ta’ offerti waħdiena jaqbeż il-15 % fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari jew jekk l-Ungerija kellha tidentifika riskju serju li jinqabeż il-livell meħtieġ matul is-sena kurrenti, l-Ungerija impenjat ruħha li tipproponi miżuri addizzjonali fi żmien erba’ xhur biex tiffaċilita t-tnaqqis tal-akkwisti b’offerta waħdiena biex terġa’ ġġibhom taħt il-limitu ta’ 15 % u tinforma lill-Awtorità tal-Integrità u lill-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 sabet li l-Ungerija kienet ħadet il-Pass Ewlieni ta’ Implimentazzjoni meħtieġ, u ma identifikat l-ebda dgħufija jew nuqqas (145). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023 ħadet nota li l-Ungerija kienet irrapportat li naqqset is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti waħdiena ffinanzjati mill-fondi tal-UE għal inqas minn 15 % fl-2022 (146). |
|
(127) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija qalet li sal-lum, il-mira intlaħqet kull sena (147). |
|
(128) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ssodisfat din il-miżura ta’ rimedju. |
2.8. Tnaqqis tas-sehem ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti b’offerti waħdiena ffinanzjati mill-baġit nazzjonali
|
(129) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, b’mod simili għall-miżura ta’ rimedju deskritta fil-premessa (126) hawn fuq, l-Ungerija impenjat ruħha li (i) tnaqqas gradwalment (fi tliet stadji) sal-31 ta’ Diċembru 2024 is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku ffinanzjati mill-baġit nazzjonali u magħluqa f’sena kalendarja b’offerti waħdiena ta’ inqas minn 15 %, kif imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku, (ii) tissodisfa mingħajr kundizzjonijiet il-mira msemmija hawn fuq għas-snin sussegwenti u żżommha mingħajr limitu ta’ żmien, u (iii) f’każ li s-sehem tal-offerti waħdiena jaqbeż il-15 % fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari, li tipproponi miżuri addizzjonali fi żmien erba’ xhur biex tiffaċilita t-tnaqqis tal-akkwisti b’offerti waħdiena lura taħt il-limitu ta’ 15 % u tinforma lill-Awtorità tal-Integrità u lill-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 ma analizzatx jew ma vvalutatx din il-miżura ta’ rimedju, peress li l-Kummissjoni impenjat ruħha li timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha abbażi ta’ rapportar trimestrali mill-Ungerija (148). |
|
(130) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija qalet li l-mira li jitnaqqas is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku ffinanzjati mill-baġit nazzjonali u magħluqa f’sena kalendarja b’offerti waħdiena ta’ inqas minn 15 % ma ntlaħqitx. Minflok, is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku ffinanzjati mill-baġit nazzjonali b’offerti waħdiena kien ta’ 31,3 % fl-2022, 28,95 % fl-2023, 22,3 % fl-2024, u 22 % fl-2025 (149). |
|
(131) |
F’konformità mal-miżura ta’ rimedju, l-Ungerija adottat miżuri addizzjonali fl-2024, fl-2025 u fl-2026 biex tiffaċilita t-tnaqqis tal-akkwisti b’offerta waħdiena lura taħt il-livell limitu ta’ 15 %. B’mod partikolari, l-Ungerija ssupplimentat il-Pjan ta’ Azzjoni biex iżżid il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku b’miżuri addizzjonali għal dan l-għan fuq bażi annwali (150). Madankollu, sa issa dawn il-miżuri ma tawx ir-riżultat maħsub. |
|
(132) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill isib li filwaqt li r-rata naqset b’mod konsiderevoli, il-mira qatt ma ntlaħqet. Fl-istess ħin, l-Ungerija żammet lill-Kummissjoni infurmata b’mod f’waqtu u adottat miżuri għal tliet snin konsekuttivi biex tipprova tilħaq il-mira. Filwaqt li l-miżura ta’ rimedju ma tistax titqies sodisfatta kompletament, jenħtieġ li l-miżura ta’ rimedju tiġi vvalutata fid-dawl tal-importanza relattiva tagħha li tipproteġi l-baġit tal-Unjoni u l-miżuri ta’ rimedju ċentrali l-oħra rigward l-akkwist publiku kif ukoll kwalunkwe miżura ta’ rimedju ġdida oħra rigward l-akkwist pubbliku. |
2.9. Żvilupp ta’ għodda ta’ rapportar ta’ offerta waħdanija għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar proċeduri ta’ akkwisti pubbliċi magħluqa b’offerti waħdiena
|
(133) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li tiżviluppa għodda ġdida ta’ monitoraġġ u rapportar għall-kejl tas-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist li jirriżultaw f’offerti waħdiena ffinanzjati minn riżorsi nazzjonali jew minn appoġġ tal-Unjoni jew mit-tnejn li huma sat-30 ta’ Settembru 2022 u li żżomm din l-għodda għall-perjodu ta’ żmien illimitat . Il-Ministeru responsabbli għall-akkwist pubbliku ngħata l-kompitu li jħejji rapport bil-miktub ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura mill-għodda u jippubblikaha kull sena fuq is-sit web tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (l-“EPS”), aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr reġistrazzjoni u mingħajr ħlas. Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-Kunsill sab li l-għodda ta’ rapportar tal-offerti waħdiena kienet ġiet żviluppata u kienet operazzjonali kif meħtieġ mill-miżura ta’ rimedju (151). |
|
(134) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija qalet li r-rapport tal-awditjar tal-EUTAF tas-26 ta’ Ġunju 2026 (152), ibbaża wkoll fuq l-awditi preċedenti tagħha, jikkonferma li l-għodda ta’ monitoraġġ u rapportar għadha kompletament funzjonali u operazzjonali, li l-funzjonalitajiet tagħha huma f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku, u li d-data fis-sistema hija akkurata u kompluta. Barra minn hekk, l-Ungerija pprovdiet evidenza li d-Dipartiment tal-Monitoraġġ tal-Akkwist Pubbliku taċ-Ċentru Nazzjonali għall-Iżvilupp, li permezz tiegħu l-Ministru tal-Finanzi jwettaq ir-responsabbiltà tiegħu għall-akkwist pubbliku, issodisfa l-obbligu ta’ rapportar imsemmi hawn fuq f’kull sena partikolari (153). |
|
(135) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ssodisfat din il-miżura ta’ rimedju. |
2.10. L-iżvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku biex tiżdied it-trasparenza
|
(136) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, sabiex tiżdied it-trasparenza fl-akkwist pubbliku, l-Ungerija impenjat ruħha li toħloq u tippubblika fuq is-sit web tal-EPS tagħha bażi tad-data li jkun fiha informazzjoni dwar l-avviżi kollha ta’ aġġudikazzjoni tal-kuntratt ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku f’forma strutturata, inkluż in-numri ta’ identifikazzjoni tal-kumpaniji u l-ismijiet ta’ kull membru individwali tal-konsorzji u s-sottokuntratturi. Dik il-bażi ta’ data għandha tiġi aġġornata regolarment, disponibbli għall-pubbliku biex titniżżel u mingħajr ħlas. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 sabet li l-miżura ta’ rimedju ġiet sodisfatta (154). Il-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022 irreferiet għal żviluppi ulterjuri li jirrikjedu data ta’ implimentazzjoni itwal (155). |
|
(137) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija pprovdiet evidenza li l-EPS baqgħet kompletament funzjonali u li l-bażi tad-data hija aġġornata, tista’ titniżżel u tinqara mill-magni u aċċessibbli liberament għall-pubbliku (156). |
|
(138) |
Minbarra l-implimentazzjoni tal-impenji, kif deskritt fit-Taqsima 2.19 hawn taħt, l-emendi previsti fl-Att Omnibus introduċew il-kunċett ta’ “operatur ekonomiku trasparenti” biex jiġi żgurat li s-sid benefiċjarju u l-istruttura tas-sjieda tal-offerenti jiġu ddivulgati fl-akkwisti pubbliċi kollha anke f’każ ta’ strutturi kumplessi ta’ sjieda. Dik l-informazzjoni hija viżibbli wkoll fl-EPS. |
|
(139) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija kienet qed iżżomm l-EPS f’konformità mal-impenji meħuda u għamlet aktar titjib biex ittejjeb it-trasparenza. |
2.11. Żvilupp ta’ qafas għall-kejl tal-prestazzjoni li jivvaluta l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi
|
(140) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li tiżviluppa qafas għall-kejl tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi, li kellu jkun operazzjonali sat-30 ta’ Novembru 2022. Barra minn hekk, l-Ungerija impenjat ruħha li żżomm mingħajr kundizzjonijiet l-użu regolari tal-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tiegħu għal perjodu ta’ żmien illimitat (157). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 sabet li l-Ungerija kienet issodisfat l-impenji tagħha għal din il-miżura ta’ rimedju (158). |
|
(141) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija kkonfermat li l-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni baqa’ fis-seħħ u qed jintuża (159). Grupp ta’ ħidma, li jinkludi esperti indipendenti u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, kien involut bis-sħiħ fl-iżvilupp tal-qafas u kompla jkollu rwol attiv fit-tħejjija ta’ analiżi annwali (160). Barra minn hekk, l-Ungerija ppreżentat evidenza li r-rapporti dwar ir-riżultati tal-qafas Ungeriż għall-kejl tal-prestazzjoni tal-akkwist pubbliku ilhom jiġu ppubblikati kull sena mill-2023 fuq is-sit web tal-EPS. |
|
(142) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ssodisfat din il-miżura ta’ rimedju. |
2.12. L-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku
|
(143) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li sal-31 ta’ Marzu 2023 tadotta pjan ta’ azzjoni komprensiv (il-“Pjan ta’ Azzjoni”) li għandu l-għan li jtejjeb il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku, li għandu jiġi rieżaminat fuq bażi annwali, u b’riżultat ta’ dan jistgħu jsiru bidliet fl-azzjonijiet eżistenti jew jistgħu jiġu introdotti azzjonijiet ġodda. Il-Pjan ta’ Azzjoni, ir-rieżami tiegħu, u s-sitwazzjoni attwali annwali tal-implimentazzjoni tal-miżuri tiegħu jsiru disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 ma analizzatx jew ma vvalutatx din il-miżura ta’ rimedju, peress li l-Kummissjoni impenjat ruħha li timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha abbażi ta’ rapportar trimestrali mill-Ungerija (161). |
|
(144) |
Fil-31 ta’ Marzu 2023, l-Ungerija adottat il-Pjan ta’ Azzjoni li kien jinkludi 14-il miżura mmirati lejn it-titjib tal-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku (162). Fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-Kummissjoni qieset li l-azzjonijiet stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni dehru xierqa biex jindirizzaw ħafna min-nuqqasijiet indirizzati fil-passat u jekk jiġu implimentati kif suppost, x’aktarx li jtejbu t-trasparenza, il-kwalità tad-data u l-aċċess għall-informazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-Ungerija, kif impenjat ruħha li tagħmel skont il-miżura ta’ rimedju, jenħtieġ li tiżgura l-monitoraġġ effettiv tal-progress fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-Pjan ta’ Azzjoni. Dak jinkiseb billi jiġu stabbiliti objettivi annwali speċifiċi u li jistgħu jitkejlu u billi jiġu assenjati indikaturi rilevanti għal kull azzjoni (163). |
|
(145) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija pprovdiet evidenza ta’ tliet reviżjonijiet annwali tal-Pjan ta’ Azzjoni sa issa (164). Mid-data tat-trażmissjoni tan-Notifika bil-Miktub, l-Ungerija rrapportat l-implimentazzjoni sħiħa ta’ 28 azzjoni, bi 11-il azzjoni li għadhom għaddejjin u azzjoni waħda magħluqa mingħajr ma laħqet l-għan tagħha (165). L-aħħar reviżjoni annwali tal-Pjan ta’ Azzjoni ġiet adottata fit-23 ta’ Marzu 2026 u ssupplimentat il-Pjan ta’ Azzjoni b’ħames miżuri addizzjonali biex tiżdied il-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku (166). |
|
(146) |
Il-pjan ta’ Azzjoni, kif rivedut, jidher li jinkludi aġġornamenti rilevanti u sinifikanti, li juru li kien hemm evalwazzjoni tajba tas-sitwazzjoni fil-prattika, inklużi kundizzjonijiet speċifiċi għas-settur. Dawk l-aġġornamenti huma mfassla biex jindirizzaw in-nuqqas identifikat u jikkonfermaw li l-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni kien effettiv. |
|
(147) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija kompliet tissodisfa l-impenji tagħha fir-rigward tal-istabbiliment, ir-rieżami annwali u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni. |
2.13. Taħriġ li jrid jiġi pprovdut għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju dwar il-prattiki tal-akkwist pubbliku
|
(148) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li tipprovdi taħriġ mingħajr ħlas fl-akkwist pubbliku għal mill-inqas 2 200 intrapriża mikro, żgħira u ta’ daqs medju (“SMEs”), sabiex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 ma analizzatx jew ma vvalutatx din il-miżura ta’ rimedju, peress li l-Kummissjoni impenjat ruħha li timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha abbażi ta’ rapportar trimestrali mill-Ungerija (167). |
|
(149) |
L-ewwel skadenza li kellha tintlaħaq kienet il-31 ta’ Marzu 2024. Sa dik id-data, il-Gvern kellu jipprovdi okkażjonijiet ta’ taħriġ għal 1 000 SME. Il-Gvern impenja ruħu wkoll li jipprovdi tali taħriġ għal mill-inqas 1 200 SME oħra sat-30 ta’ Ġunju 2026. L-Ungerija impenjat ruħha wkoll li timmonitorja u tevalwa l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-programm u li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ segwitu biex titlob feedback mill-parteċipanti. Ir-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ segwitu kellhom jikkontribwixxu għad-deċiżjoni, li kellha tittieħed sal-31 ta’ Lulju 2026, dwar jekk għandux jitkompla l-programm ta’ taħriġ u jekk kinux meħtieġa xi bidliet fih. |
|
(150) |
Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-Kummissjoni qieset li l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura ta’ rimedju kienet qed tagħmel progress f’waqtu (168). |
|
(151) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija qalet li l-iskema ta’ taħriġ saret operazzjonali fit-30 ta’ Ġunju 2023 (169). Filwaqt li l-ewwel skadenza ma ntlaħqitx – 268 SME biss kienu temmew b’suċċess it-taħriġ sal-31 ta’ Marzu 2024 – 1 342 SME kienu għamlu dan sat-30 ta’ Settembru 2024 u mill-31 ta’ Marzu 2026 aktar minn 2 500 SME kienu pparteċipaw f’taħriġ bis-saħħa tal-programm (170). |
|
(152) |
L-Ungerija ġabret feedback estensiv mill-utenti u evalwat l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-programm. Abbażi ta’ dak, l-Ungerija ddeċidiet li tkompli l-programm fil-futur b’xi modifiki u titjib b’kont meħud tal-informazzjoni miġbura matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni (171). |
|
(153) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill isib li filwaqt li l-ewwel mira interim ta’ intrapriżi mħarrġa ntlaħqet wara d-data oriġinali skedata, il-mira finali ntlaħqet. Il-Kunsill jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Ungerija li tipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni u, b’mod partikolari, il-kompetittività tal-SMEs, fl-akkwist pubbliku. |
2.14. Twaqqif ta’ skema ta’ appoġġ għall-kumpens tal-kostijiet assoċjati mal-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju
|
(154) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li sal-31 ta’ Marzu 2023 tistabbilixxi u tniedi skema ta’ appoġġ li tipprovdi kumpens ta’ somma f’daqqa – abbażi ta’ kriterji tal-għażla oġġettivi, mhux diskriminatorji u trasparenti – għal mill-inqas 1 800 SME eliġibbli sat-30 ta’ Ġunju 2026 għall-kostijiet tagħhom assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħhom fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku, bl-għan li tiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku u tnaqqas l-ostakli għad-dħul tagħhom. |
|
(155) |
Barra minn hekk, l-Ungerija impenjat ruħha li twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu sat-30 ta’ Settembru 2024 u evalwazzjoni finali fi tmiem il-programm ta’ appoġġ sal-31 ta’ Lulju 2026, inkluż il-valur miżjud u l-effettività tal-programm u s-setturi kkonċernati. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 la analizzat u lanqas ivvalutat din il-miżura ta’ rimedju, peress li l-Kummissjoni impenjat ruħha li timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha abbażi ta’ rapportar trimestrali mill-Ungerija (172). |
|
(156) |
Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-Kummissjoni enfasizzat nuqqasijiet fit-tfassil tal-iskema ta’ appoġġ li jpoġġu f’riskju l-konformità mal-impenji fil-miżura ta’ rimedju (173). |
|
(157) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija qalet li sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni 1 477 parteċipant biss kienu rċevew appoġġ (174). Wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni, is-sejħa oriġinali għall-applikazzjonijiet (tal-31 ta’ Marzu 2023) ġiet emendata fil-11 ta’ Jannar 2024 bl-għan li tittejjeb l-enfasi fuq l-intrapriżi mikro u żgħar. Fl-20 ta’ Diċembru 2024, saret emenda oħra biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-allegazzjonijiet ta’ frodi mqajma fil-media (175). L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu twettqet b’dewmien sinifikanti u kienet ibbażata biss fuq kampjun żgħir ta’ kwestjonarji mimlija mill-parteċipanti (176), li llimita l-użu tagħha għat-tieni fażi tal-programm. Għall-evalwazzjoni finali, li ġiet kemxejn imdewma, ma nġabar l-ebda feedback ulterjuri mill-parteċipanti, u b’hekk perjodu ta’ 11-il xahar tħalla skopert (177). |
|
(158) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill isib li l-miżura ta’ rimedju ma tistax titqies issodisfata kompletament. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-miżura ta’ rimedju tiġi vvalutata fid-dawl tal-importanza relattiva tagħha li tipproteġi l-baġit tal-Unjoni u l-miżuri ta’ rimedju ċentrali l-oħra rigward l-akkwist pubbliku kif ukoll kwalunkwe miżura ta’ rimedju ġdida oħra fir-rigward tal-akkwist pubbliku. |
2.15. L-applikazzjoni ta’ Arachne, għodda tal-Kummissjoni għall-kejl tar-riskju
|
(159) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li tapplika proċeduri għall-użu sistematiku u estiż tal-funzjonalitajiet kollha tal-għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-kejl tar-riskju (“Arachne”, issa “Arachne+”) li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għal kwalunkwe appoġġ mill-Unjoni u għall-perjodi kollha ta’ programmazzjoni, biex jiġu evitati u identifikati b’mod effettiv il-kunflitti ta’ interess, il-frodi, il-korruzzjoni, il-finanzjament doppju u irregolaritajiet oħra. Il-korpi tal-awditjar u tal-kontroll rilevanti kollha ukoll kellhom jingħataw aċċess sħiħ għas-settijiet tad-data mtellgħin fl-għodda (178). |
|
(160) |
Filwaqt li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 sabet li l-miżura kienet issodisfata f’dak iż-żmien (179), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023 sabet li mhux id-data kollha għall-finanzjament kollu tal-Unjoni kienet tidher imtella’, u ġew indikati nuqqasijiet fl-użu ta’ Arachne fil-prattika (180). |
|
(161) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija qalet li l-emendi tal-qafas regolatorju (181) għamluha obbligatorja (i) li kull xahrejn l-awtoritajiet itellgħu d-data kollha għall-oqsma tad-data stabbiliti fir-regolamenti applikabbli tal-UE fil-ħin f’Arachne+ (inkluż ukoll għall-Politika Agrikola Komuni [“PAK”]), (ii) li l-korpi kollha ta’ ġestjoni, kontroll u awditjar jużaw Arachne+ b’mod estensiv, li jwettqu kontrolli addizzjonali meta Arachne+ tindika riskju, u li jkunu marbutin bis-sinjali ta’ riskju ta’ Arachne+ fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, kif ukoll (iii) li jiżguraw li l-korpi tal-awditjar rispettivi fl-Ungerija u fis-servizzi u l-korpi ta’ kontroll rilevanti tal-Kummissjoni jkollhom aċċess sħiħ għall-funzjonalitajiet ta’ Arachne+. |
|
(162) |
Billi rrikonoxxiet li d-data tal-PAK ma ġietx applowdjata b’mod sħiħ jew f’waqtu jew b’mod regolari, l-Ungerija ppreżentat pjan ta’ azzjoni li jinkludi l-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-kompiti, il-partijiet responsabbli, kif ukoll l-iskadenzi, ir-riżorsi meħtieġa, il-kriterji ta’ suċċess, u l-metodu u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ tal-applowdjar tad-data tal-PAK u l-użu tal-għodda mill-awtoritajiet u l-korpi rilevanti (182), bl-aħħar azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2026 (183). Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija qalet li se tipprovdi aktar aġġornamenti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni sa tmiem l-2026 barra mill-qafas tal-proċedura skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 (184). |
|
(163) |
F’konformità mal-impenn oriġinali skont din il-miżura ta’ rimedju, għall-appoġġ tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 (bl-eċċezzjoni tal-għan territorjali Ewropew) u l-RRF, fil-31 ta’ Awwissu 2026, l-EUTAF ħareġ rapport tal-awditjar b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata dwar l-adegwatezza tal-proċeduri li jiżguraw it-tlugħ ta’ sett sħiħ ta’ informazzjoni f’Arachne+ kull xahrejn, li d-data fil-fatt ittellgħet fl-intier tagħha u li hemm arranġamenti fis-seħħ mill-awtoritajiet nazzjonali biex jiżguraw li jsegwu b’mod sistematiku l-punteġġ tar-riskju ġġenerat minn Arachne+ (185). |
|
(164) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill isib li filwaqt li d-data għal xi appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għad trid tittella’ fl-għodda u l-arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li tittella’ d-data kollha għall-oqsma tad-data stabbiliti fir-regolamenti applikabbli tal-Unjoni f’Arachne+ u l-użu sħiħ u effettiv tagħha fil-prattika għall-appoġġ tal-PAK fl-intier tiegħu se jitlestew biss sa tmiem l-2026, l-Ungerija emendat l-atti leġiżlattivi meħtieġa u wriet impenn biex tindirizza malajr u serjament in-nuqqasijiet pendenti permezz ta’ pjan ta’ azzjoni. Filwaqt li l-miżura ta’ rimedju ma tistax titqies issodisfata kompletament, jenħtieġ li tiġi vvalutata billi jitqiesu l-miżuri ta’ rimedju l-oħra kollha. |
2.16. Tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi
|
(165) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (“OLAF”) billi taħtar awtorità nazzjonali kompetenti biex tassisti lill-OLAF meta jwettaq kontrolli fuq il-post u meta operatur ekonomiku soġġett għal dawk il-kontrolli jirrifjuta li jikkoopera. L-Ungerija impenjat ruħha wkoll li tintroduċi sanzjoni dissważiva tat-tip finanzjarju li tiġi imposta f’każ li operatur ekonomiku jirrifjuta li jikkoopera mal-OLAF għall-finijiet tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet tal-OLAF fuq il-post. Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-Kunsill ikkunsidra li l-Ungerija kienet issodisfat l-impenji tagħha għal din il-miżura ta’ rimedju (186). |
|
(166) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija qalet li, peress li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija jew nuqqas addizzjonali fir-rigward ta’ din il-miżura ta’ rimedju, jenħtieġ li tibqa’ titqies issodisfata: l-amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana għadha l-awtorità nazzjonali kompetenti biex tassisti lill-OLAF fit-twettiq ta’ kontrolli fuq il-post fl-Ungerija, b’regoli li jippermettu lill-OLAF iwettaq b’mod effettiv il-kontrolli tiegħu fuq il-post u tipi differenti ta’ spezzjonijiet, b’mod partikolari billi jiżgura infurzar bħat-tneħħija ta’ affarijiet minn fuq il-post, jitlob informazzjoni, jidentifika l-permessi għall-kontroll u d-dħul sabiex jissalvagwardja l-evidenza. Fl-2022, l-Ungerija diġà kienet introduċiet tip ta’ sanzjoni finanzjarja dissważiva f’każ li operatur ekonomiku jirrifjuta li jikkoopera mal-OLAF għall-finijiet tal-kontrolli u tal-ispezzjonijiet fuq il-post (187). |
|
(167) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ssodisfat din il-miżura ta’ rimedju. |
2.17. L-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv li jiżgura trasparenza mtejba tal-infiq pubbliku
|
(168) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, l-Ungerija impenjat ruħha li sal-31 ta’ Ottubru 2022 tadotta att leġiżlattiv li jiżgura trasparenza mtejba tal-infiq pubbliku billi jistabbilixxi obbligu għall-korpi pubbliċi kollha li jippubblikaw b’mod proattiv sett definit minn qabel ta’ informazzjoni dwar l-użu tal-fondi pubbliċi f’reġistru ċentrali (188), aċċessibbli mingħajr ħlas. |
|
(169) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-Kunsill sab li l-Ungerija kienet ħadet il-Passi Ewlenin ta’ Implimentazzjoni rilevanti, minkejja dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom. Madankollu, għad hemm dgħufija fil-qafas regolatorju li timmina l-effettività tiegħu, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ obbligu għall-awtoritajiet kontraenti kollha li jippubblikaw informazzjoni fin-nuqqas ta’ data dwar il-“korp responsabbli” għan-nefqa pubblika, l-awtorità kontraenti jew il-fornituri tas-servizzi, il-fornituri, u l-fornituri tal-kapaċità fis-sett minimu ta’ data li għandha tittella’ fir-reġistru ċentrali (189). |
|
(170) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija sostniet li l-emendi leġiżlattivi indirizzaw iż-żewġ dgħufijiet identifikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, jiġifieri (i) l-iskop personali tal-entitajiet li jippubblikaw data fuq il-pjattaforma tar-Reġistru tad-Data Pubblika tal-Informazzjoni Ċentrali u (ii) is-settijiet minimi ta’ data disponibbli (190). |
|
(171) |
L-ewwel nett, it-Taqsima 37/C (1) tal-Att CXII tal-2011 dwar id-Dritt ta’ Awtodeterminazzjoni Informattiva u dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (“l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni”) kif emendat mill-Att Omnibus, espandiet l-ambitu personali għall-pubblikazzjoni biex tkopri b’mod estensiv il-korpi li jwettqu dmirijiet pubbliċi (li jkopru mill-inqas il-persuni ġuridiċi inklużi fir-reġistru tat-teżor, l-operaturi ekonomiċi ta’ proprjetà pubblika, u l-fondazzjonijiet stabbiliti minnhom, il-fondazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi stabbiliti mill-Istat, il-PITs u l-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom, in-Network ta’ Riċerka HUN-REN). |
|
(172) |
It-tieni, it-Taqsima 37/C (3) tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni kif emendat mill-Att Omnibus tespandi l-kategoriji ta’ data għall-pubblikazzjoni fuq il-pjattaforma tar-Reġistru Ċentrali tad-Data Pubblika tal-Informazzjoni, f’konformità mal-impenji oriġinali. |
|
(173) |
F’konformità mal-impenn li s-settijiet tad-data jiġu ppubblikati fir-reġistru ċentrali f’format miftuħ, interoperabbli u li jinqara mill-magni, li jippermetti t-tniżżil massiv u li d-data tiġi ssortjata, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid (191), it-Taqsima 37/C (1) tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni ġiet emendata mit-Taqsima 27(1) tal-Att Omnibus u daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Awwissu 2026. Fil-31 ta’ Awwissu 2026, l-Ungerija lestiet ukoll l-iżvilupp tal-funzjonalitajiet tar-reġistru. |
|
(174) |
Għalhekk, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ssodisfat l-impenji meħuda skont din il-miżura ta’ rimedju. |
2.18. Parteċipazzjoni fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE
|
(175) |
Minbarra li rapportat dwar l-issodisfar tal-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija rreferiet għan-notifika tagħha lill-Kummissjoni, fid-29 ta’ Mejju 2026, dwar l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE. L-Ungerija talbet li r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (192) japplika fl-Ungerija fir-rigward ta’ reati fil-kompetenza tal-UPPE mwettqa qabel ma l-Ungerija ngħaqdet mal-kooperazzjoni msaħħa, fl-1 ta’ Ġunju 2021 jew wara, id-data li fiha l-UPPE assuma l-kompiti investigattivi u ta’ prosekuzzjoni tiegħu. |
|
(176) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1701 (193) , il-Kummissjoni kkonfermat il-parteċipazzjoni tal-Ungerija fil-kooperazzjoni msaħħa fl-istabbiliment tal-UPPE u li r-Regolament (UE) 2017/1939 japplika fl-Ungerija fir-rigward ta’ kwalunkwe reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-UPPE mwettaq wara l-1 ta’ Ġunju 2021 (194). |
|
(177) |
Permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha, l-Ungerija sostniet li l-adeżjoni reċenti tagħha mal-UPPE, flimkien mal-miżura ta’ rimedju li temenda l-proċedura kriminali speċjali deskritta hawn fuq fit-Taqsima 2.5, jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet identifikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 fir-rigward tal-effettività tal-azzjoni ta’ prosekuzzjoni, b’attenzjoni speċifika għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi ta’ reati relatati mal-korruzzjoni u reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni (195). Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fl-UPPE titqies bħala miżura ta’ rimedju addizzjonali meħuda biex jiġu indirizzati b’mod trasversali n-nuqqasijiet identifikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506. L-Ungerija bħalissa qed tistabbilixxi l-qafas legali u istituzzjonali nazzjonali għall-parteċipazzjoni tagħha fl-UPPE. |
|
(178) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-parteċipazzjoni fl-UPPE hija miżura ta’ rimedju ta’ natura ċentrali li tkompli ssaħħaħ l-effettività tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fl-Ungerija u b’hekk tikkontribwixxi b’mod orizzontali għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. |
2.19. It-tisħiħ tal-integrità, it-trasparenza u l-kompetittività fis-suq tal-akkwist pubbliku
|
(179) |
Minbarra r-rapportar dwar l-issodisfar tal-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha l-Ungerija ppreżentat l-adozzjoni ta’ diversi emendi għall-Att dwar l-Akkwist Pubbliku biex (i) iżżid il-proċeduri tal-kompetizzjoni u tat-trasparenza, u (ii) tindirizza r-riskji ta’ korruzzjoni u kunflitti ta’ interess fil-qasam tal-akkwist pubbliku (196). |
|
(180) |
Skont l-emendi għall-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, l-awtoritajiet kontraenti issa huma meħtieġa jippubblikaw kull sena data dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, jagħmlu d-dokumenti tal-akkwist disponibbli flimkien mal-avviż li jniedi l-proċedura mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni minn qabel fl-EPS (197), u, fil-każ ta’ konċessjonijiet, jirreġistraw bil-miktub u jippubblikaw ir-riżultati tal-istħarriġ preliminari tas-suq, il-kalkoli relatati mar-redditu fuq l-investiment tal-konċessjonarju, u l-miżuri meħuda biex tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni (198). |
|
(181) |
Miżuri regolatorji ġodda għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni jinkludu l-esklużjoni ta’ operaturi ekonomiċi li ma jikkwalifikawx bħala “operaturi ekonomiċi trasparenti” kif definiti mit-Taqsima 3 il-punt 10a tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku kif emendat mit-Taqsima 78 tal-Att Omnibus (199) mill-proċeduri ta’ akkwist, il-possibbiltà espliċita għall-awtoritajiet kontraenti li jistabbilixxu kundizzjonijiet kontra l-korruzzjoni relatati mal-eżekuzzjoni tal-kuntratti (200), u l-inklużjoni obbligatorja ta’ klawżola kuntrattwali li tirrikjedi li l-offerent rebbieħ jikkoopera fil-mitigazzjoni tar-riskji ta’ reati ta’ korruzzjoni (201). |
|
(182) |
Ir-regoli emendati dwar il-kunflitti ta’ interess jistabbilixxu preżunzjoni ta’ tali kunflitt meta persuna li taġixxi f’isem awtorità kontraenti tkun sid benefiċjarju ta’ operatur ekonomiku li jipparteċipa fil-proċedura u jipprevedu li l-qraba tal-uffiċjali ta’ grad għoli msemmija fl-Att dwar l-Akkwist Pubbliku għandhom jitqiesu li jkunu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess (202). |
|
(183) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-emendi li saru fil-qafas tal-akkwist pubbliku huma miżuri pożittivi biex jissaħħu b’mod effettiv it-trasparenza u l-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku fl-Ungerija u biex jissaħħaħ aktar il-qafas legali ġenerali kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija. |
2.20. Regoli li jiżguraw it-trasparenza tas-sidien benefiċjarji tal-entitajiet u li jiċċaraw l-użu tas-sussidji pubbliċi
|
(184) |
Minbarra r-rapportar dwar l-issodisfar tal-miżuri ta’ rimedju adottati fl-2022, permezz tan-Notifika bil-Miktub tagħha l-Ungerija ppreżentat l-adozzjoni ta’ regoli ġodda biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-baġit tal-Unjoni billi tiżgura t-trasparenza tas-sidien benefiċjarji u tiċċara l-użu tal-fondi pubbliċi (203). |
|
(185) |
L-Att Omnibus emenda diversi dispożizzjonijiet f’atti oħra biex: (i) jirrevedi d-definizzjoni ta’ sid benefiċjarju biex tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar fondi ta’ investiment privat li għandhom l-obbligu li jikkomunikaw min hu s-sid benefiċjarju tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1624 (204); (ii) jinkludi ġurnalisti u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi meqjusa li għandhom interess leġittimu fl-aċċess għad-data dwar is-sjieda benefiċjarja, fejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b’mod partikolari jkollhom interess leġittimu ex lege fl-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja (205); (iii) tiżgura li l-korpi responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni fl-Ungerija jkollhom il-possibbiltà li jiġbru informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji tal-fondi ta’ ekwità privata u jivverifikawhom mill-inqas mill-1 ta’ Frar 2020 (206); (iv) jiċċara u jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali regoli għall-uffiċjali u l-entitajiet pubbliċi (207). |
|
(186) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-adozzjoni tar-regoli l-ġodda ssaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-baġit tal-Unjoni, tkompli ssaħħaħ it-trasparenza u l-qafas legali kontra l-korruzzjoni fir-rigward tal-użu tal-fondi tal-Unjoni fl-Ungerija. |
3. KONKLUŻJONIJIET
|
(187) |
Fid-dawl tal-elementi u l-analiżi ta’ hawn fuq, u abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ħadet għadd ta’ passi biex tissodisfa l-miżuri ta’ rimedju li adottat fl-2022 u biex tindirizza d-dgħufijiet, ir-riskji u n-nuqqasijiet importanti li fadal f’għadd ta’ miżuri ta’ rimedju. |
|
(188) |
L-Ungerija ppreżentat evidenza biex turi li l-issodisfar tal-miżuri ta’ rimedju li għandhom natura orizzontali, strutturali u sistemika u huma ta’ importanza kruċjali biex jirrimedjaw il-ksur sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fir-rigward tal-akkwist pubbliku, l-effettività tal-azzjoni ta’ prosekuzzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija (ara t-Taqsimiet 2.2, 2.4 u 2.5 hawn fuq). |
|
(189) |
L-Ungerija adottat ukoll miżuri ta’ rimedju ġodda ta’ importanza ċentrali simili, minħabba l-effetti tagħhom fl-oqsma affettwati mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-finanzjament relatat tal-Unjoni f’riskju. B’mod partikolari, il-parteċipazzjoni tal-Ungerija fl-UPPE ssaħħaħ l-investigazzjoni effettiva u l-azzjoni ta’ prosekuzzjoni fir-rigward ta’ reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u b’hekk tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni b’mod trażversali (208). Il-fatt li, wara t-talba mill-Ungerija, il-Kummissjoni ddeċidiet li r-Regolament (UE) 2017/1939 japplika fl-Ungerija fir-rigward ta’ reati mwettqa fl-1 ta’ Ġunju 2021 jew wara jfisser li l-investigazzjonijiet tal-UPPE jistgħu jkopru l-perjodu kollu mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506. Barra minn hekk, ir-regoli l-ġodda dwar is-sjieda benefiċjarja jappoġġaw il-ġlieda kontra l-korruzzjoni permezz ta’ standards ta’ responsabbiltà msaħħa li jippermettu l-iskrutinju pubbliku (209). |
|
(190) |
Barra minn hekk, bil-miżuri ta’ rimedju li hemm bħalissa fis-seħħ, l-Ungerija ħadet passi deċiżivi biex ittejjeb it-trasparenza u l-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku permezz ta’ għadd ta’ azzjonijiet koordinati u mmirati, kemm fl-implimentazzjoni kontinwa ta’ ċerti miżuri ta’ rimedju matul l-aħħar snin (210) kif ukoll fil-passi l-ġodda meħuda bl-aħħar riforma tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku (211). |
|
(191) |
Dak huwa wkoll l-approċċ li l-Ungerija segwiet fir-rigward tan-nuqqasijiet identifikati preċedentament tal-qafas regolatorju nazzjonali dwar il-PITs, li ġie emendat biex mhux biss jindirizza r-riskji ta’ kunflitti ta’ interess, iżda biex progressivament itemm il-PITs għalkollox. |
|
(192) |
Filwaqt li ftit miżuri naqsu milli jissodisfaw fl-intier tagħhom l-impenji u l-għanijiet oriġinarjament previsti (212), f’ħafna każijiet, l-Ungerija marret lil hinn minn dak li impenjat ruħha li tagħmel fl-2022. B’mod partikolari, is-sistema tad-dikjarazzjoni tal-assi li issa hija fis-seħħ tagħti setgħat ta’ verifika ferm aktar estensivi lill-Awtorità tal-Integrità u testendi l-obbligi għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-assi kif ukoll sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità magħhom, li kienu oriġinarjament previsti biss għal grupp iżgħar ta’ persuni, għal firxa wiesgħa ta’ uffiċjali b’riskju għoli. Is-setgħat tal-Awtorità tal-Integrità ssaħħu wkoll f’każijiet oħra, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għad-data, li huwa kruċjali għaliha biex twettaq il-kompiti ta’ sorveljanza tagħha b’mod effettiv. Dawk l-impenji addizzjonali, flimkien mal-miżuri ta’ rimedju l-ġodda, iservu aħjar u b’mod effettiv l-iskop li l-miżuri ta’ rimedju puntwali speċifiċi kienu qed jippruvaw jiksbu. |
|
(193) |
Konsegwentement, fid-dawl tal-valutazzjoni mwettqa hawn fuq, jenħtieġ li jiġi konkluż li l-miżuri ta’ rimedju notifikati mill-Ungerija, meqjusa fl-intier tagħhom, kif adottati u fid-dawl tad-dettalji tagħhom, jirrimedjaw b’mod effettiv il-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u jipproteġu l-baġit tal-Unjoni. |
|
(194) |
Għalhekk il-Kunsill iqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 ma għadhomx issodisfati u li l-miżuri adottati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 jenħtieġ li jitneħħew skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 għall-adozzjoni ta’ miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kontra ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija ma għadhomx issodisfati.
Artikolu 2
Il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2056 huma b’dan imneħħija.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2056 titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kontra l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija (ĠU L 325, 20.12.2022, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2506/oj).
(3) Tlettax mill-miżuri ta’ rimedju fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 kellhom Passi Ewlenin ta’ Implimentazzjoni li kellhom jiġu ssodisfati sad-19 ta’ Novembru 2022 mill-Ungerija, ara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 27.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 29.
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessi 55 u 56.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 57.
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 58.
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 62.
(9) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessi 20 u 21. Il-programmi kkonċernati huma l-Programm Operazzjonali għall-Ambjent u l-Effiċjenza Enerġetika Plus, il-Programm Operazzjonali għat-Trasport Integrat Plus u l-Programm Operazzjonali għall-Iżvilupp Territorjali u tal-Abitat Plus.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13.12.2023 dwar ir-rivalutazzjoni, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 wara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar l-Ungerija (C(2023) 8999 final).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2024 skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, dwar notifika bil-miktub mill-Ungerija fir-rigward tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 (C(2024) 9140 final).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2024, il-premessi 49 u 50.
(13) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 2.
(14) L-Anness 1.2 tan-Notifika bil-Miktub, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 80 tal-2026 (“l-Att Omnibus”). Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Att Omnibus daħlu fis-seħħ.
(15) L-Anness 1.22 tan-Notifika bil-Miktub, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 102 tal-2026. Id-dispożizzjonijiet rilevanti għall-miżuri ta’ rimedju vvalutati skont din id-Deċiżjoni daħlu fis-seħħ sas-26 ta’ Awwissu 2026, ara t-Taqsima 58 tal-Att XXXV.
(16) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 11.
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2024, il-premessi minn 12 sa 16, li jirreferu għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessi 42, 43 u 62 u għall-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 70.
(18) L-Anness 4.4 tan-Notifika bil-Miktub, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 74 tal-2026.
(19) L-Anness 4.5 tan-Notifika bil-Miktub, l-Att dwar il-PITs (fis-seħħ mid-29 ta’ Ġunju 2026).
(20) Ara t-Taqsima 129 tal-Att Omnibus, li tissostitwixxi t-Taqsima 7(1) sa (3) tal-Att dwar il-PITs kif modifikat.
(21) L-Anness 4.6 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1214/2026 (id-29 ta’ Ġunju) Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 81 tal-2026. Id-Deċiżjoni tal-Gvern daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2026.
(22) Ara t-Taqsima 135 tal-Att Omnibus, li tintroduċi t-Taqsima 31/G tal-Att dwar il-PITs kif emendat.
(23) L-Anness 4.10 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1226/2026 (l-14 ta’ Lulju) Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 89 tal-2026.
(24) L-Anness 4.12 tan-Notifika bil-Miktub, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 120 tal-2026.
(25) Ara t-Taqsima 134 tal-Att Omnibus, li jintroduċi t-Taqsima 25/C tal-Att dwar il-PITs kif emendat.
(26) L-Anness 4.13 tan-Notifika bil-Miktub, Evidenza dwar PITs dereġistrati, li huwa attestat mir-Reġistru tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili disponibbli għall-pubbliku. Ir-reġistru jitqies awtentiku u awtorevoli skont it-Taqsima 86(1) tal-Att CLXXXI tal-2021.
(27) L-Anness 4.8 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1219/2026 (2 ta’ Lulju) Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 84 tal-2026.
(28) It-Taqsima 15 (1c) tal-Att dwar il-PITs kif emendat tiddefinixxi l-uffiċjal eżekuttiv ta’ persuna ġuridika stabbilita jew miżmuma minn PIT bħala l-uffiċjal eżekuttiv li jaġixxi bħala l-eżekuttiv għoli tal-finanzi responsabbli għall-użu tal-fondi tal-Unjoni Ewropea tal-persuna ġuridika stabbilita jew miżmuma mill-PIT.
(29) It-Taqsima 15 (1e) tal-Att dwar il-PITs kif emendat.
(30) It-Taqsima 31 (d) tal-Att dwar il-PITs kif emendat.
(31) It-Taqsima 15 (1a) tal-Att dwar il-PITs kif emendat.
(32) It-Taqsima 15 (1d) tal-Att dwar il-PITs kif emendat.
(33) It-Taqsima 31/F tal-Att dwar il-PITs kif emendat.
(34) L-uffiċjali kkonċernati huma l-President tar-Repubblika; Membru tal-Assemblea Nazzjonali, avukat ta’ minoranza nazzjonali jew membru tal-Parlament Ewropew elett fl-Ungerija; sindki (inkluż is-sindku ta’ Budapest bħala l-belt kapitali tal-Ungerija) jew il-president tal-assemblea tal-kontea; uffiċjali eletti mill-Assemblea Nazzjonali jew maħtura mill-President tar-Repubblika; kategorija speċifika ta’ uffiċjali għolja jew uffiċjal b’mandat politiku.
(35) Skont it-Taqsima 31/E(2) tal-Att dwar il-PITs kif emendat, il-persuni kkonċernati jridu jissottomettu dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess fir-rigward tat-Taqsima 15(1b) fi żmien 5 ijiem mid-dħul fis-seħħ tal-Att XXXV tal-2026 (jiġifieri 5 ijiem wara l-31 ta’ Lulju 2026). Fi żmien il-ħamest ijiem ta’ wara, dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jiġu trażmessi lill-Awtorità tal-Integrità, għall-verifika tagħha fi żmien 15-il jum, skont it-Taqsima 15/B(3) tal-Att dwar il-PITs kif emendat.
(36) It-Taqsima 15/B(3) tal-Att dwar il-PITs kif emendat.
(37) L-Anness 4.1 tan-Notifika bil-Miktub, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 163 tal-2022.
(38) Kif introdotti, rispettivament, mill-Att Omnibus u mill-Att XXXV tal-2026.
(39) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(40) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 34.
(41) Fi tmiem l-2023, il-Kummissjoni vvalutat dawk il-ħames punti bħala li għadhom pendenti. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessa 21, il-punti minn (i) sa (iv).
(42) Ara l-Anness 1.3 tan-Notifika bil-Miktub, it-Taqsimiet 152 (1) (o) u 156 (2a) tal-Verżjoni Konsolidata tal-Att CXLIII tal-2015 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku) fis-seħħ mill-20 ta’ Awwissu 2026.
(43) Ara t-Taqsimiet 36 u 37 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-membri l-ġodda tal-Bord ġiet ippubblikata fl-4 ta’ Lulju 2026. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet kienet miftuħa sat-3 ta’ Awwissu 2026, in-Notifika bil-Miktub, il-paġna 21. L-Anness 1.5 tan-Notifika bil-Miktub, is-Sejħa għall-applikazzjonijiet, il-Viċi Presidenti tal-Awtorità tal-Integrità _20260704.
(44) L-Anness 1.37 tan-Notifika bil-Miktub, L-Ittra tal-President tal-Awtorità tal-Integrità tal-10 ta’ Awwissu 2026.
(45) L-Anness 1.46 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport dwar l-Eżerċizzju ta’ Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Integrità tal-2023 ta’ Marzu.
(46) L-Anness 1.38 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport Annwali dwar l-Integrità għall-2022.
(47) L-Anness 1.38 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport Annwali dwar l-Integrità għall-2022; L-Anness 1.39 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport Annwali dwar l-Integrità għall-2023; L-Anness 1.40 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport Annwali dwar l-Integrità għall-2024; L-Anness 1.41 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport Annwali dwar l-Integrità għall-2025.
(48) L-Anness 1.42 tan-Notifika bil-Miktub, it-tweġiba tal-Gvern għar-rapport annwali dwar l-integrità analitika tal-Awtorità tal-Integrità għall-2022; L-Anness 1.43 tan-Notifika bil-Miktub, it-tweġiba tal-Gvern għar-rapport annwali dwar l-integrità analitika tal-Awtorità tal-Integrità għall-2023; L-Anness 1.44 tan-Notifika bil-Miktub, it-tweġiba tal-Gvern għar-rapport annwali dwar l-integrità analitika tal-Awtorità tal-Integrità għall-2024; L-Anness 1.45 tan-Notifika bil-Miktub, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 124 tal-2026 (it-tweġiba tal-Gvern għar-rapport annwali tal-integrità analitika tal-Awtorità tal-Integrità għall-2025).
(49) L-Anness 1.48 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport Speċjali tal-Awtorità tal-Integrità dwar il-Korpi Ċentrali għall-Akkwisti.
(50) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 64.
(51) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 66 sa 69.
(52) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 29.
(53) L-Anness 1.7 tan-Notifika bil-Miktub, l-Ittra tal-President tal-Awtorità tal-Integrità tat-23 ta’ Lulju 2026. Din l-ittra kkonfermat li l-konnessjonijiet tad-data kollha meħtieġa għall-operat tar-reġistru kienu kompletament operazzjonali; it-trasferimenti tad-data u l-mistoqsijiet dwar id-data kienu qed jiffunzjonaw; u d-data kollha meħtieġa għaż-żamma tar-reġistru kienet kompletament disponibbli.
(54) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 30. B’mod partikolari, it-Taqsima 8 tal-Att XLIII tal-2021 dwar l-Istabbiliment u l-Operat tal-Qafas ta’ Rapportar tad-Data Relatat mad-Dazji ta’ Identifikazzjoni ta’ Fornituri ta’ Servizzi Finanzjarji u Oħrajn, kif emendat mill-Att Omnibus, tistabbilixxi l-emenda leġiżlattiva rilevanti li tiżgura li l-Awtorità tkun tista’ twettaq mistoqsijiet ibbażati fuq in-numri tal-identifikazzjoni tat-taxxa fir-reġistru tas-sidien benefiċjarji.
(55) L-Anness 1.8 tan-Notifika bil-Miktub, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 108 tal-2026; L-Anness 1.10 tan-Notifika bil-Miktub, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 110 tal-2026.
(56) L-Anness 1.12 tan-Notifika bil-Miktub, Ittra tal-President tal-Awtorità tal-Integrità tal-31 ta’ Awwissu 2026.
(57) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 31.
(58) It-Taqsima 18 (4) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità.
(59) It-Taqsima 18 (6) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità.
(60) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 37. It-Taqsima 50 (1) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità.
(61) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 38.
(62) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessa 19.
(63) B’mod partikolari, ir-rapport annwali tal-ACTF għandu janalizza r-riskji u x-xejriet tal-korruzzjoni u l-prattika korrotta, jipproponi kontromiżuri u l-aħjar prattiki għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u s-sanzjonar tar-riskji ta’ korruzzjoni, jivvaluta l-applikabbiltà tagħhom u kif il-proposti preċedenti tiegħu ġew segwiti. Ara l-Anness 2.1 tan-Notifika bil-Miktub, ir-rapport annwali tal-ACTIF tal-2023 għas-sena 2022; L-Anness 2.2 tan-Notifika bil-Miktub, ir-rapport annwali tal-ACTIF tal-2024 għas-sena 2023; L-Anness 2.3 tan-Notifika bil-Miktub, ir-rapport annwali tal-ACTF tal-2026 għas-sena 2025.
(64) L-Anness 2.3 tan-Notifika bil-Miktub, ir-rapport annwali tal-ACTF tal-2026 għas-sena 2025.
(65) L-Anness 2.6 tan-Notifika bil-Miktub, it-tweġiba tal-Gvern għar-rapport tal-ACTF tal-2026 għas-sena 2025.
(66) Ibid. Dan ir-rapport kien jinkludi rapport tematiku adottat mill-ACTF fi Frar 2026 dwar l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni.
(67) Ara t-Taqsima 51(1) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat mit-Taqsima 176 tal-Att Omnibus; It-Taqsima 56 (1) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat mit-Taqsima 169 tal-Att Omnibus.
(68) It-Taqsima 167 tal-Att Omnibus.
(69) It-Taqsima 168 tal-Att Omnibus.
(70) It-Taqsima 170 tal-Att Omnibus.
(71) It-Taqsima 57(6) kif emendata mill-Att Omnibus. Dawn id-dispożizzjonijiet jikkomplementaw ir-regoli eżistenti li permezz tagħhom l-atturi mhux governattivi għandhom jikkostitwixxu mill-inqas 50 % tal-membri tal-ACTF u għandhom ikunu evidentement indipendenti mill-gvern, mill-awtoritajiet pubbliċi, mill-partiti politiċi u mill-interessi kummerċjali, magħżula abbażi ta’ proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u kriterji oġġettivi relatati mal-għarfien espert u l-mertu tal-kandidati.
(72) It-Taqsima 58 (1) c) u d) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità.
(73) It-Taqsima 61 (5) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità.
(74) L-Anness 1.37 tan-Notifika bil-Miktub, L-Ittra tal-President tal-Awtorità tal-Integrità tal-10 ta’ Awwissu 2026.
(75) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 41.
(76) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 41.
(77) L-Anness 3.7 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1249/2024 (il-15 ta’ Awwissu 2024).
(78) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 98-101.
(79) L-Anness 3.7 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1249/2024 (il-15 ta’ Awwissu 2024).
(80) Il-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 48.
(81) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessi 18 u 19.
(82) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 102-105; madankollu, ta’ min jinnota li ma saret l-ebda konsultazzjoni addizzjonali ma’ aktar partijiet ikkonċernati b’segwitu tat-tħassib espress mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ Rivalutazzjoni tagħha.
(83) L-Anness 3.31 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1025/2024 (l-14 ta’ Frar 2024).
(84) Ibid.
(85) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 105-108; għall-evalwazzjoni sħiħa, ara l-Anness 3.32 tan-Notifika bil-Miktub, Evalwazzjoni tar-rapport tal-implimentazzjoni tal-NACS 2024-25.
(86) Notifika bil-Miktub, paġni 13 u 108.
(87) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 41.
(88) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessa 21, il-punti (viii), (ix) u (x).
(89) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessa 21, il-punt (iv).
(90) Notifika bil-Miktub, il-paġni 36-63 u 81-98.
(91) Ara t-Taqsima 5, il-paragrafi (2) u (3) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat mill-Att Omnibus.
(92) Il-lista tinkludi: il-President tar-Repubblika; Membru tal-Assemblea Nazzjonali, avukat ta’ minoranza nazzjonali u — meta dik il-persuna ma tkunx Membru tal-Assemblea Nazzjonali — il-Prinċipal tal-Assemblea Nazzjonali, u l-Membri tal-Parlament Ewropew mill-Ungerija; sindku u s-Sindku ta’ Budapest, rappreżentant tal-gvern lokali u rappreżentant tal-awtonomija tal-minoranza nazzjonali; membru tal-Qorti Kostituzzjonali; il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali u d-Deputat tiegħu jew tagħha; il-President u l-Viċi President tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat; il-President u l-Viċi President tal-Curia; il-President u l-Viċi President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura, inkluż il-Viċi President li huwa mħallef jew impjegat ġudizzjarju; imħallef, u mħallef inqas anzjan awtorizzat li jaġixxi, f’każ speċifikat minn Att, fil-kompetenza ta’ mħallef uniku; il-Prosekutur Ġenerali u d-Deputat tiegħu jew tagħha; il-Gvernatur u l-Viċi Gvernatur tal-Bank Nazzjonali Ungeriż, il-membri tal-Kunsill Monetarju u membru tal-Bord Superviżorju tal-Bank Nazzjonali Ungeriż; il-President tal-Kunsill Fiskali; il-President u membru tal-Kumitat Nazzjonali għat-Tifkira; il-membri tal-Kunsill tal-Media; l-uffiċjali li ġejjin skont l-Att CXXV tal-2018: a) eżekuttiv politiku għoli mingħajr mandat bħala Membru tal-Assemblea Nazzjonali, b) eżekuttiv politiku, c) persuna impjegata bħala kummissarju ta’ entità, u d) konsulent politiku, konsulent politiku għoli u kap tal-persunal (minn hawn’ il quddiem kollettivament: konsulent politiku); il-kap jew il-viċi kap ta’ korp regolatorju indipendenti jew ta’ korp awtonomu tal-amministrazzjoni tal-Istat skont it-tifsira tal-Att XLIII tal-2010, jew membru ta’ kwalunkwe wieħed mill-korpi kolleġġjali tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, li fir-rigward tiegħu l-Att li jistabbilixxi l-korp regolatorju indipendenti jew il-korp awtonomu tal-amministrazzjoni tal-Istat jippreskrivi obbligu ta’ dikjarazzjoni tal-assi; persuna meħtieġa tippreżenta dikjarazzjoni tal-assi skont l-Att dwar il-fondazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu dmir pubbliku; persuna meħtieġa tippreżenta dikjarazzjoni tal-assi skont l-Att dwar l-operat u l-ġestjoni finanzjarja tal-partiti politiċi; persuna meħtieġa tippreżenta dikjarazzjoni tal-assi skont it-Taqsima 3 tal-Att CLII tal-2007 li tinkludi kapijiet ta’ dipartiment fl-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jew fis-servizz tas-sigurtà nazzjonali ċivili u eżekuttivi għolja ta’ intrapriżi tal-Istat] ħlief għall-Viċi President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura fejn ikun impjegat ġudizzjarju; kwalunkwe persuna oħra li ma taqax taħt il-punti msemmija hawn fuq li hija meħtieġa minn Att li tippreżenta dikjarazzjoni tal-assi f’konformità mal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali jew li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura tad-dikjarazzjoni tal-assi tal-Awtorità tal-Integrità skont Att.
(93) Ara t-Taqsima 9 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat.
(94) L-Anness 1.14 tan-Notifika bil-Miktub, il-Verżjoni Konsolidata tal-Att CXXV tal-2018 dwar l-Amministrazzjoni tal-Gvern (fis-seħħ mis-26 ta’ Awwissu 2026).
(95) Ara t-Taqsima 19/A (4) sa (7) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat.
(96) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 45-47: ir-reġistru ċentrali tal-indirizzi, ir-reġistru tad-data personali u l-indirizzi taċ-ċittadini, ir-reġistru tal-proprjetà immobbli, ir-reġistru meħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-servizz pubbliku tal-impjiegi, ir-reġistru soċjali uniku, l-arkivju tar-reġistru ċivili elettroniku, ir-reġistru tal-użu tal-art, il-mapep topografiċi nazzjonali fuq skala medja u żgħira, ir-reġistru tal-assigurazzjoni tal-pensjoni, ir-reġistru tal-assigurazzjoni tas-saħħa, ir-reġistru ċentrali għad-dokumenti tal-ivvjaġġar, ir-reġistru tat-traffiku tat-triq, ir-reġistru tad-detenturi taċ-ċertifikat tan-nazzjonalità Ungeriż u ċ-ċertifikat tar-relazzjoni Ungeriż, ir-reġistru tal-protezzjoni tal-wirt kulturali, ir-reġistru tan-negozji, ir-reġistru tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, ir-reġistru ċentrali tal-barranin, is-sistemi ta’ reġistrazzjoni ġestiti mill-korpi għall-appoġġ għall-iżvilupp agrikolu u rurali, ir-reġistru tal-bonds, ir-reġistru tal-imprendituri privati, ir-reġistru nazzjonali ċċertifikat pubblikament tas-saldu tad-dejn ta’ persuni fiżiċi, ir-reġistru tal-bdiewa, il-kooperattivi tal-biedja u l-proprjetajiet li jservu għal attivitajiet agrikoli, ir-reġistru tal-interessi tas-sigurtà, ir-reġistru tal-individwi taħt kustodja, ir-reġistru personali ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li jużaw amministrazzjoni elettronika, ir-repożitorju tas-Sistema Integrata tal-Leġiżlazzjoni, ir-rekords tad-data kuntrattwali tal-persuni li jirċievu appoġġ statali għall-akkomodazzjoni, ir-reġistru tal-Benefiċċji Finanzjarji u Fiżiċi, ir-reġistru tad-data tas-sistema ta’ informazzjoni dwar is-superviżjoni tal-katina alimentari, ir-Reġistru tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Forestrija, ir-reġistru tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Appoġġ għar-Rikors, ir-reġistru tad-data tas-Sistema Nazzjonali ta’ Informazzjoni Ambjentali, ir-reġistru tad-data tas-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riabilitazzjoni, ir-reġistru tal-Infrastruttura Nazzjonali tas-Saħħa elettronika, ir-reġistru tad-data tas-Sistema ta’ Dokumentazzjoni Elettronika li tappoġġa l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għall-Bini, is-sistema elettronika speċjalizzata għall-protezzjoni tal-konsumatur, is-sistema speċjalizzata tal-Appoġġ għall-Vittmi/Għajnuna Legali (VS/LA), ir-reġistru tas-Sistema tar-Reġistri u r-Reġistrazzjoni tal-Uffiċjal tal-Probation, ir-reġistru tas-Sistema tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u r-Rekords għall-Ispezzjonijiet, ir-reġistru tal-produtturi agrikoli primarji, ir-reġistru tad-data tas-Sistema Ċentrali ta’ Informazzjoni dwar it-Toroq, ir-reġistru tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Edukazzjoni Għolja, is-sistema speċjalizzata industrijali u kummerċjali, ir-reġistru taċ-ċittadinanza diġitali.
(97) Ara t-Taqsima 19/A (8) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat.
(98) L-Anness 1.18 tan-Notifika bil-Miktub, il-Verżjoni Konsolidata tal-Att XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali (fis-seħħ mis-26 ta’ Awwissu 2026).
(99) L-Att V tal-2013 dwar il-Kodiċi Ċivili, adottat fit-13 ta’ Frar 2013.
(100) Ara t-Taqsima 19/A (3) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat. Id-dettalji dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali huma elaborati fin-Notifika bil-Miktub, il-paġna 83.
(101) Ara pereżempju l-Anness 1.23 tan-Notifika bil-Miktub, it-Taqsima 9 (1), (2) tal-Att CXI tal-2011 (l-Att dwar l-Ombudsman) fis-seħħ mis-26 ta’ Awwissu 2026 u l-Anness 1.27 tan-Notifika bil-Miktub, it-Taqsimiet 157 tal-Verżjoni Konsolidata tal-Att CXXXIX tal-2013 dwar il-Bank Nazzjonali Ungeriż (fis-seħħ mill-31 ta’ Lulju 2026).
(102) Ibid.
(103) Għal darb’oħra, ir-regoli settorjali jikkomplementaw dan, jew billi jirreferu għar-regoli għall-membri tal-Assemblea Nazzjonali jew billi jipprovdu rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni għal uffiċjali speċifiċi b’riskju għoli; pereżempju, ara l-Anness 1.17 tan-Notifika bil-Miktub, it-Taqsima 6 tal-Att CX tal-2011 dwar l-istatus legali tal-President (fis-seħħ mid-29 ta’ Lulju 2026): id-dikjarazzjonijiet tal-assi jsiru pubbliċi fuq is-sit web tal-uffiċċju tal-President; L-Anness 1.21 tan-Notifika bil-Miktub, it-Taqsima 11 tal-Verżjoni Konsolidata tal-Att CLI tal-2011 (l-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali) fis-seħħ mis-26 ta’ Awwissu: id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-imħallfin kostituzzjonali jsiru pubbliċi fuq is-sit web tal-Qorti Kostituzzjonali.
(104) L-Anness 3.1 tan-Notifika bil-Miktub, id-Digriet Nru 1/2026 (it-30 ta’ Lulju) Gazzetta Uffiċjali Nru 102 tal-2026.
(105) Dawn jinkludu għażliet avvanzati ta’ filtrazzjoni, aktar trasparenza u lista tad-dikjarazzjonijiet kollha tal-assi disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web; ara n-Notifika bil-Miktub, il-paġna 90.
(106) L-att C tal-2012 dwar il-Kodiċi Kriminali, adottat fil-25 ta’ Ġunju 2012.
(107) Ara wkoll it-Taqsima 19/B (2) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat.
(108) Ara t-Taqsima 185 (3), (5) a) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Gvern kif emendat.
(109) Ara t-Taqsima 19/B (1) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat.
(110) L-uniċi każijIet fejn l-Ungerija tindika li ma hemm l-ebda possibbiltà ta’ sanzjonar finanzjarju dirett jew indirett jikkonċernaw lill-President tal-Ungerija, u lill-President u lill-Viċi Presidenti tal-Bank Nazzjonali Ungeriż bħala fergħat indipendenti tal-gvern.
(111) Ara t-Taqsima 19/A (9) u (10) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat.
(112) Ara t-Taqsima 19/B (7) tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità kif emendat.
(113) Ara t-Taqsima 90 (1d) tal-Att dwar l-Assemblea Nazzjonali kif emendat.
(114) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 44.
(115) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 34.
(116) Il-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 71.
(117) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 44.
(118) Il-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 80.
(119) L-Anness 5.2 tan-Notifika bil-Miktub, il-Verżjoni Konsolidata tal-Att XC tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (fis-seħħ mill-1 ta’ Novembru 2022).
(120) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 46, il-punt (vi).
(121) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessa 21.
(122) Ara l-Kapitolu CV/A tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, kif emendat bit-Taqsimiet 107-115 tal-Att Omnibus.
(123) Ara t-Taqsima 817/N (1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali kif emendat.
(124) It-taqsimiet 817/O (1) u 817/N tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali kif emendat. Għar-regoli dwar il-possibbiltà li titneħħa l-immunità tal-persuna speċifikata bħala akkużata fil-mozzjoni għal prosekuzzjoni, ara l-Artikolu 817/P (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali kif emendat.
(125) Ara t-Taqsimiet 876/C tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali kif emendat.
(126) Ara l-Punt 56 tal-Anness 2 tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1495/2021 (it-23 ta’ Lulju), disponibbli fuq il-link li ġejja: https://njt.jog.gov.hu/jogszabaly/2021-1495-30-22.
(127) L-Anness 5.5 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport dwar l-Istħarriġ Ġudizzjarju.
(128) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 47.
(129) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessa 20.
(130) Ara l-Anness 15.4 tan-Notifika bil-Miktub, il-Verżjoni Konsolidata tad-Digriet tal-Gvern Nru 256/2021 (it-18 ta’ Mejju) kif fis-seħħ mit-8 ta’ Awwissu 2026; L-Anness 15.5 tan-Notifika bil-Miktub, il-Verżjoni Konsolidata tad-Digriet tal-Gvern Nru 373/2022 (id-29 ta’ Settembru) fis-seħħ mit-8 ta’ Awwissu 2026; L-Anness 15.6, il-Verżjoni konsolidata tad-Digriet tal-Gvern Nru 272/2014 (il-5 ta’ Novembru) fis-seħħ mit-8 ta’ Awwissu 2026.
(131) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar Gwida dwar l-evitar tal-kunflitti ta’ interess u l-ġestjoni tagħhom skont ir-Regolament Finanzjarju 2021/C 121/01, C/2021/2119, ĠU C 121, 9.4.2021, p. 1.
(132) Ara n-Notifika bil-Miktub, il-paġni 146-150.
(133) L-Anness 6.0 għat-Tnax-il Metodoloġija tan-Notifika bil-Miktub dwar il-Kunflitti ta’ Interess, it-12 ta’ Lulju 2026.
(134) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 154-156.
(135) Ara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 47, u l-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 98.
(136) L-Anness 6.10 tan-Notifika bil-Miktub, id-Direttur Ġenerali tal-Ittra ta’ Konferma tal-EUTAF, l-1 ta’ Settembru 2026; L-Anness 6.11 tan-Notifika bil-Miktub, il-Baġit tal-EUTAF 2024; L-Anness 6.13 tan-Notifika bil-Miktub, il-Baġit tal-EUTAF 2025; L-Anness 6.14 tan-Notifika bil-Miktub, il-Proposta għall-Ippjanar tal-Baġit tal-EUTAF 2025; L-Anness 6.15 tan-Notifika bil-Miktub, il-Baġit tal-EUTAF 2026; L-Anness 6.17 tan-Notifika bil-Miktub, il-Baġit tal-EUTAF 2023.
(137) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 47.
(138) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 157.
(139) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 158.
(140) L-Anness 15.6 tan-Notifika bil-Miktub, il-Verżjoni Konsolidata tad-Digriet tal-Gvern Nru 272/2014 (il-5 ta’ Novembru) fis-seħħ mit-8 ta’ Awwissu 2026; L-Anness 15.4 tan-Notifika bil-Miktub, il-Verżjoni Konsolidata tad-Digriet tal-Gvern Nru 256/2021 (it-18 ta’ Mejju) fis-seħħ mit-8 ta’ Awwissu 2026; 5 (21) tal-Anness 15.1 tan-Notifika bil-Miktub, id-Digriet tal-Gvern Nru 373/2022 (it-30 ta’ Settembru) Gazzetta Uffiċjali Nru 159 tal-2022.
(141) L-Anness 6.8 tan-Notifika bil-Miktub, Metodoloġija għar-Rotazzjoni Regolari tal-Persunal f’Pożizzjonijiet Sensittivi.
(142) L-Anness 6.9 tan-Notifika bil-Miktub, Metodoloġija għas-Sorveljanza Regolari u Effettiva tal-Persunal f’Pożizzjonijiet Sensittivi.
(143) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 167.
(144) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 167-168.
(145) Ara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 48 u l-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 100.
(146) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessa 19.
(147) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 172-173.
(148) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 27 u l-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafi 104 u 105.
(149) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 175. Il-mira stabbilita għall-2022 kienet ta’ 32 %, għall-2023 kienet ta’ 24 %, għall-2024 u s-snin ta’ wara kienet ta’ 15 %.
(150) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 176-183. Fir-rigward tar-reviżjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni, ara t-Taqsima 2.12 hawn taħt.
(151) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 49 u l-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 106.
(152) L-Anness 9.0 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport tal-Awditjar tal-EUTAF dwar l-għodda ta’ monitoraġġ u rapportar għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika, is-26 ta’ Ġunju 2026.
(153) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 185-188.
(154) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 50.
(155) Il-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 114.
(156) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 189-193; L-Anness 10.1 tan-Notifika bil-Miktub, l-Opinjoni tal-Awditjar EPS, it-28 ta’ Awwissu 2026; u l-Anness 10.2 tan-Notifika bil-Miktub, il-Validazzjoni tat-Tiftix tal-EPS tat-28 ta’ Awwissu 2026. Ara l-link li ġejja: https://ekr.gov.hu/portal/kozbeszerzes/eredmeny-tajekoztato-hirdetmenyek.
(157) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 51, u l-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 115.
(158) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 51.
(159) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 194-203.
(160) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 195-197.
(161) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 27 u l-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafi 122 u 123.
(162) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 204; L-Anness 8.0 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1118/2023, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 47 tal-2023.
(163) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessi minn 27 sa 29.
(164) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 204-206. Għall-2024, l-Anness 8.1 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1082/2024 Gazzetta Uffiċjali Nru 38 tal-2024; L-Anness 8.2, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1086/2025, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 35 tal-2025; L-Anness 8.3, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1106/2026, il- Gazzetta Uffiċjali Nru 31 tal-2026.
(165) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 206.
(166) Il-pjan ta’ Azzjoni ġie ssupplimentat bil-miżuri l-ġodda li ġejjin: i) l-eżami tal-awtoritajiet kontraenti l-aktar affettwati b’akkwisti b’offerta waħdiena matul diversi snin; ii) l-appoġġ għall-prattika ta’ analiżi minn qabel tas-suq; iii) it-tisħiħ tal-għarfien relatat mal-locus standi quddiem il-korp ta’ rieżami; iv) l-istabbiliment ta’ kunċett ġdid għat-taħriġ tal-offerenti; v) ir-rieżami u s-supplimentar tal-gwida għar-rikonoxximent tal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku. Ara n-Notifika bil-Miktub, il-paġni 182-183.
(167) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 27 u l-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafi 124 u 125.
(168) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessi minn 30 sa 33.
(169) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 207.
(170) L-Anness 13.1 tan-Notifika bil-Miktub, SMEs li jlestu t-taħriġ.
(171) Din id-deċiżjoni ġiet adottata ftit ġimgħat wara d-data oriġinali prevista fil-miżura ta’ rimedju (il-31 ta’ Lulju 2026); ara l-Anness 13.4 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern 1270/2026 Gazzetta Uffiċjali Nru 118 tal-2026.
(172) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 27 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-paragrafi 126 u 127.
(173) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessi minn 34 sa 36.
(174) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 212-213.
(175) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 210-211.
(176) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 211 u l-Anness 14.1 tan-Notifika bil-Miktub, Analiżi Interim tal-Iskema ta’ appoġġ, id-19 ta’ Frar 2026. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu bbażat inter alia fuq il-kwestjonarji ta’ 103 rispondent li tlestew sat-30 ta’ Ġunju 2025.
(177) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 212 u l-Anness 14.2 tan-Notifika bil-Miktub, Evalwazzjoni Finali tal-Iskema ta’ Appoġġ, il-25 ta’ Awwissu 2026.
(178) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (EU) 2022/2506, il-premessa 52, u l-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2022, il-paragrafu 128.
(179) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (EU) 2022/2506, il-premessa 53.
(180) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2023, il-premessa 20.
(181) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 214-221.
(182) Il-pjan ta’ azzjoni ġie adottat fil-forma ta’ Deċiżjoni tal-Gvern. Ara l-Anness 15.7 tan-Notifika bil-Miktub, id-Digriet tal-Gvern [Deċiżjoni] Nru 1259/2026 (l-14 ta’ Awwissu) Gazzetta Uffiċjali Nru 113 tal-2026.
(183) In-Notifika bil-Miktub, il-paġna 223.
(184) Ara l-Anness 15.6 tan-Notifika bil-Miktub, il-Verżjoni Konsolidata tad-Digriet tal-Gvern Nru 272/2014 (il-5 ta’ Novembru) fis-seħħ mit-8 ta’ Awwissu 2026; L-Anness 15.4 tan-Notifika bil-Miktub, il-Verżjoni Konsolidata tad-Digriet tal-Gvern Nru 256/2021 (it-18 ta’ Mejju) fis-seħħ mit-8 ta’ Awwissu 2026; u l-Anness 15.1 tan-Notifika bil-Miktub, id-Digriet tal-Gvern Nru 373/2022 (it-30 ta’ Settembru) Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 159 tal-2022.
(185) In-Notifika bil-Miktub, paġna 222 u l-Anness 15.11 tan-Notifika bil-Miktub, ir-Rapport tal-EUTAF dwar il-Valutazzjoni ARACHNE. L-ambitu tal-awditu jirrigwarda l-programmi u l-istrumenti li ġejjin: DIMOP Plus, EFOP Plus, GINOP Plus, IKOP Plus, KEHOP Plus, MAHOP Plus, TOP Plus, VOP Plus, BBA Plus, HAVE Plus, MMIA Plus, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
(186) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 53.
(187) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 225-227.
(188) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessa 54.
(189) Ibid.
(190) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 228-246; L-Anness 17.2 tan-Notifika bil-Miktub, id-Digriet tal-Gvern Nru 128/2026 (il-25 ta’ Awwissu) Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 117 tal-2026.
(191) It-Taqsimiet 33 (1) u 37/C tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni kif emendat mit-Taqsima 27 (1) tal-Att Omnibus.
(192) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj).
(193) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1701 tal-10 ta’ Lulju 2026 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Ungerija fil-kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L, 2026/1701, 13.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1701/oj).
(194) Ara wkoll l-Anness 18.3 tan-Notifika bil-Miktub, id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1142/2026 (l-14 ta’ Mejju) Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 47 tal-2026.
(195) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506, il-premessi minn 44 sa 46.
(196) It-Taqsimiet minn 78 sa 97 u t-Taqsima 181 tal-Att Omnibus li jemenda l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku.
(197) It-Taqsima 39 tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, kif emendat mit-Taqsima 81 tal-Att Omnibus.
(198) It-Taqsima 120(4) tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku kif emendat mit-Taqsima 85 tal-Att Omnibus.
(199) Ara wkoll is-subpunt (kb) tat-Taqsima 62(1)(k) tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, li jipprojbixxi lill-operatur ekonomiku li “ma jikkwalifikax bħala operatur ekonomiku trasparenti” milli jieħu sehem fi proċedura ta’ akkwist pubbliku, kif emendat mit-Taqsima 83 tal-Att Omnibus.
(200) It-Taqsima 132(1), (4) u (5) tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku kif emendat mit-Taqsima 87 tal-Att Omnibus.
(201) It-Taqsima 136(1), il-punt (c) tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku kif emendat mit-Taqsima 88 tal-Att Omnibus.
(202) It-Taqsimiet 25(5)(b) u 25(6) tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku kif emendat mit-Taqsima 80 tal-Att Omnibus.
(203) In-Notifika bil-Miktub, il-paġni 271-273. L-Anness 20.1 tan-Notifika bil-Miktub, Verżjoni Konsolidata tal-Att XLIII tal-2021, l-Att dwar ir-Reġistru tal-BO fis-seħħ mill-31 ta’ Lulju 2026.
(204) It-Taqsima 101 (2)-(3) tal-Att Omnibus emendat it-Taqsima 3 punt 38. g) u 48 tal-Att LIII tal-2017 dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu. Ara wkoll it-Taqsima 1 (1) il-punt 30 u t-Taqsima 1 (2) tal-Att XLIII tal-2021 dwar l-Istabbiliment u l-Operat tal-Qafas għar-Rapportar tad-Data Relatat mad-Dmirijiet ta’ Identifikazzjoni ta’ Fornituri ta’ Servizzi Finanzjarji u Oħrajn.
(205) It-Taqsimiet 145 (1) u (3) tal-Att Omnibus emendaw it-Taqsima 8 tal-Att XLIII tal-2021 dwar l-Istabbiliment u l-Operat tal-Qafas ta’ Rapportar tad-Data Relatat mad-Dmirijiet ta’ Identifikazzjoni ta’ Fornituri ta’ Servizzi Finanzjarji u Oħrajn.
(206) It-Taqsima 146 tal-Att Omnibus emendat it-Taqsima 26/C tal-Att XLIII tal-2021 dwar l-Istabbiliment u l-Operat tal-Qafas għar-Rapportar tad-Data Relatat mad-Dazji ta’ Identifikazzjoni ta’ Fornituri ta’ Servizzi Finanzjarji u Oħrajn.
(207) It-Taqsimiet 9-12 tal-Att Omnibus emendaw id-dispożizzjonijiet tal-Att CLXXXI tal-2007 dwar it-trasparenza tas-sussidji pprovduti mill-fondi pubbliċi.
(208) Ara t-Taqsima 2.18.
(209) Ara t-Taqsima 2.20.
(210) Ara, pereżempju, ir-rati baxxi kontinwi ta’ offerti waħdiena fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni (it-Taqsima 2.7), l-iżvilupp u l-użu kontinwu tal-għodda għar-rapportar dwar l-offerti waħdiena, is-Sistema Elettronika għall-Akkwist Pubbliku (it-Taqsimiet 2.9, 2.10 u 2.11) , l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku u r-reviżjoni perjodika tiegħu (it-Taqsima 2.12).
(211) Ara t-Taqsima 2.19.
(212) Ara b’mod speċjali l-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni relatat (it-Taqsima 2.4); tnaqqis tas-sehem ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti b’offerti waħdiena ffinanzjati mill-baġit nazzjonali (it-Taqsima 2.8); u l-iskema ta’ appoġġ għall-kumpens tal-kostijiet assoċjati mal-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (it-Taqsima 2.14).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2324/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)