European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1938

7.8.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1938

tas-7 ta’ Awwissu 2026

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fit-22 ta' Lulju 2026, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU, żied bastiment wieħed mal-lista ta' bastimenti soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fil-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014) tal-KSNU.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)   ĠU L 206 1.8.2015, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1333/oj.


ANNESS

Fl-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, tiżdied l-entrata li ġejja:

“1.

Isem: AVAX

Elenkat fi: 22 ta' Lulju 2026

Informazzjoni addizzjonali:

OMI: 9058713. Elenkat skont il-paragrafi 10(a), 10(b), 10(c) u 10(d) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif emendata mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjonijiet 2441 (2018) u 2509 (2020) u estiża fil-paragrafu 21 tar-riżoluzzjoni 2819 (2026) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni ta' dħul fil-portijiet; projbizzjoni fuq il-forniment ta' servizzi ta' bunkering u ta' bastimenti; projbizzjoni ta' involviment fi tranżazzjonijiet finanzjarji fir-rigward taż-żejt mhux maħdum). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif modifikata mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2509 (2020), din id-deżinjazzjoni hija valida mit-22 ta' Lulju 2026 sat-22 ta' Lulju 2027, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146 (2014). Stat tal-Bandiera: Il-Kamerun. Mill-4 ta' April 2026, il-bastiment kien jinsab qrib iż-żona tal-ankraġġ tal-Port il-Qadim ta' Bengażi, il-Libja.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1938/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)