|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1880 |
28.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1880
tat-28 ta’ Lulju 2026
li jimplimenta l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Lulju 2026, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1533 (2004) żied sitt persuni u żewġ entitajietmal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Jenħtieġ li żewġ individwi u entità waħda jiżdiedu mal-lista kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jenħtieġ li għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1183/oj.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “a) Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 2 u 2a”: “45. Sebastien UWIMBABAZI (psewdonimu: a) Gilbert Kimenyi b) Nyembo Kimenyi) Deżinjazzjoni: Brigadier Ġeneral u Mexxej tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR). Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Gatoki Cell, Murunda Sector, Rutsiro Commune, Kibuye Prefecture, Rwanda. Nazzjonalità: Ir-Rwanda. Indirizz: Rutshuru, North Kivu, Democratic Republic of the Congo. Sess: Raġel. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: l-14 ta’ Lulju 2026. Informazzjoni oħra: Sebastien Uwimbabazi ħa u jkompli jieħu sehem fi jew jipprovdi appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. 46. Muhammed LUMISA (psewdonimu: a) Muhamad LUMISA b) L. KATO c) LUMINSA d) LUMWINSA e) MUKADE f) MUKAKE) Deżinjazzjoni: Kmandant, tabib u kap tal-loġistika esterna tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF). Data tat-twelid: Bejn l-1959 u l-1965. Post tat-twelid: Kampala District, Central Region, Uganda. Nazzjonalità: L-Uganda. Indirizz: Democratic Republic of the Congo. Sess: Raġel. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: l-14 ta’ Lulju 2026. Informazzjoni oħra: Bħala wieħed mill-kmandanti tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), MUHAMMED LUMISA huwa involut fl-ippjanar, il-promulgazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-milizzja. Huwa jissorvelja wkoll il-loġistika esterna tal-grupp. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals.” |
|
(2) |
L-entità li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “b) Lista ta' entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2 u 2a”: “10. TWIRWANEHO Indirizz: Hauts Plateaux, South Kivu, Democratic Republic of the Congo. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: l-14 ta’ Lulju 2026. Informazzjoni oħra: Grupp armat Kongoliż. Ifforma bejn l-2008 u l-bidu tal-2010. TWIRWANEHO kien involut f'atroċitajiet fil-provinċja ta' Kivu t'Isfel fir-RDK, inkluż il-qtil ta' persuni ċivili, ir-reklutaġġ ta' tfal, u attivitajiet li jheddu l-paċi u s-sigurtà tal-poplu tar-RDK. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Entities.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1880/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)