|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1873 |
29.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1873
tat-23 ta’ Lulju 2026
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ 3 xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||
|
Oġġett li għandu jintuża f’konnessjoni ma’ sistemi ta’ infużjoni li jikkonsisti minn:
It-tliet tubi huma mqabbda ma’ xulxin bil-konnettur Y. It-tubu singolu, li jifforma l-fergħa t’isfel tal-“Y”, huwa mgħammar b’konnettur Luer Lock bi skorfina li ddur u tapp protettiv, filwaqt li kull wieħed miż-żewġ tubi fit-tarf ta’ fuq tal-“Y” huwa mgħammar bi clamp skorrevoli u konnettur Luer Lock b’valv unidirezzjonali integrat. It-tul totali tal-prodott huwa ta’ madwar 15 cm. Il-konnetturi Luer Lock jintużaw biex iqabbdu l-oġġett ma’ tubi u/jew apparati oħra (eż. siringi) b’mod li tiġi evitata t-tnixxija. L-oġġett huwa ddisinjat biex jintuża darba biss fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, fil-kura tad-dar, fil-kura outpatient u fit-trasport mediku (eż. fl-ambulanzi) f’konnessjoni mas-sistemi ta’ infużjoni għall-amministrazzjoni tal-likwidi. Għal dan l-għan, it-tubu fil-fergħa t’isfel tal-“Y” huwa mqabbad man-naħa tal-aċċess tal-pazjent tas-sistema ta’ infużjoni permezz ta’ konnettur Luer Lock. Peress li hemm żewġ tubi, kull wieħed b’konnettur Luer Lock fin-naħa ta’ fuq tal-“Y” (influss), jistgħu jingħataw diversi dożi ta’ infużjoni fl-istess ħin meta jintuża l-prodott, mingħajr ma jkun hemm bżonn li tintmiss jew tinbidel in-naħa tal-aċċess tal-pazjent tas-sistema ta’ infużjoni. Il-valvi unidirezzjonali jiffurmaw ostaklu fiżiku (sistema magħluqa) u jipprevjenu l-kontaminazzjoni mikrobika. L-influss mit-tubi jista’ jiġi rregolat permezz tal-clamps skorrevoli mwaħħla mat-tubi fin-naħa ta’ fuq tal-“Y”. L-oġġett huwa ppreżentat f’imballaġġ sterili uniku. (Ara l-istampa) (*1) |
3917 33 00 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 8 tal-Kapitolu 39 u bil-formulazzjoni tal-kodiċijiet NM 3917 u 3917 33 00. Minkejja l-fatt li l-oġġett huwa ppreżentat f’pakketti sterili u jintuża għal sistemi ta’ infużjoni, abbażi tal-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, ma jistax jiġi identifikat bħala użat biss jew prinċipalment ma’ sistemi bħal dawn. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9018 bħala parti minn strument mediku skont it-tifsira tan-Nota 2 tal-Kapitolu 90 hija eskluża. L-oġġett huwa oġġetti komposti li jikkonsistu minn komponenti differenti, jiġifieri (a) tubi tal-plastik interkonnessi flimkien b’konnetturi tal-plastik, (b) clamps u (c) valvi. L-oġġett jinkorpora aktar mill-karatteristiċi aċċessorji għall-valvi (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-intestatura 8481, is-seba’ paragrafu). It-tubi tal-plastik interkonnessi bil-konnetturi għandhom ir-rwol essenzjali fir-rigward tal-użu tal-oġġett, li huwa l-amministrazzjoni ta’ likwidi. Huwa għalhekk dan il-komponent li jagħti lill-element sħiħ il-karattru essenzjali tiegħu u għandu jiġi kklassifikat skont dak il-komponent. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8481 bħala valv jew apparat simili hija eskluża. Peress li t-tubi tal-plastik huma kkombinati b’konnetturi tal-plastik, dawn għandhom jitqiesu bħala tubi tal-plastik b’fittings. Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, it-tubi tal-plastik interkonnessi bil-konnetturi jissodisfaw it-termini tal-intestatura 3917 u jissodisfaw ir-rekwiżiti tan-Nota 8 tal-Kapitolu 39 (ara wkoll in-NSSA, Ġenerali tal-Kapitolu 39 u tal-intestatura 3917). Għalhekk, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3917 33 00 bħala tubi oħrajn tal-plastik, mhux rinfurzati jew b’xi mod ieħor ikkombinati ma’ materjali oħrajn, mingħajr fittings. |
||||||||||
|
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni. |
||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1873/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)