|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1833 |
22.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/1833
tal-14 ta’ Lulju 2026
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2026)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fis-27 ta’ Awwissu 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1773 (2), li taħtar lis-Sa Gail VAN HOEVER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM RCA mill-15 ta’ Settembru 2025 sas-7 ta’ Awwissu 2026. |
|
(3) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2026, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet li l-mandat tas-Sa Gail VAN HOEVER bħala l-Kap tal-Missjoni EUAM RCA jiġi estiż mit-8 ta’ Awwissu 2026 sas-7 ta’ Novembru 2026, soġġett għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kunsill li testendi l-mandat tal-EUAM RCA lil hinn mis-7 ta’ Awwissu 2026. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tas-Sa Gail VAN HOEVER bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mit-8 ta’ Awwissu 2026 sas-7 ta’ Novembru 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sa Gail VAN HOEVER bħala Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) huwa estiż mit-8 ta’ Awwissu 2026 sas-7 ta’ Novembru 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika soġġett għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kunsill li testendi l-mandat ta’ EUAM RCA lil hinn mis-7 ta’ Awwissu 2026.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
L. MANDEL VENSILD
(1) ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2110/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/1773 tas-27 ta’ Awwissu 2025 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2025) (ĠU L, 2025/1773, 2.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1773/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1833/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)