|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1826 |
29.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1826
tat-28 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aclonifen, amisulbrom, Bacillus amyloliquefaciens tar-razza MBI 600, beflubutamid, clomazone, ċjantraniliprol, cyprodinil, daminozide, dichlorprop-P, dimethachlor, fludioxsonil, formetanate, fosetyl, isofetammid, metalaxyl, metazachlor, penconazole, fenmedifam, pirimicarb, pyraclostrobin u aċidu S-abxissiku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sustanzi attivi aclonifen, amisulbrom, Bacillus amyloliquefaciens tar-razza MBI 600, beflubutamid, clomazone, ċjantraniliprol, cyprodinil, daminozide, dichlorprop-P, dimethachlor, fludioxsonil, formetanate, fosetyl, isofetammid, metalaxyl, metazachlor, penconazole, fenmedifam, pirimicarb, pyraclostrobin u aċidu S-abxissiku ġew approvati bħala sustanzi attivi għall-użu fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għal perjodu limitat ta’ żmien u l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tagħhom attwalment qed jiġu evalwati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE (2) inkludiet il-pyraclostrobin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Mejju 2014 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). L-approvazzjoni tal-pyraclostrobin ġiet estiża għaxar darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1489 (5) sal-15 ta’ Settembru 2026. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/58/KE (6) inkludiet il-fenmedifam fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sat-28 ta’ Frar 2015 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-fenmedifam ġiet estiża disa’ darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/99 (7) sat-30 ta’ Settembru 2026. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE (8) inkludiet id-daminozide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sat-28 ta’ Frar 2016 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tad-daminozide ġiet estiża disa’ darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1489 sal-15 ta’ Settembru 2026. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE (9) inkludiet il-pirimicarb fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Jannar 2017 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-pirimicarb ġiet estiża disa’ darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/99 sal-31 ta’ Ottubru 2026. |
|
(6) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE (10) inkludiet is-cyprodinil u l-fosetyl fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanzi attivi sat-30 ta’ April 2017 u sussegwentement ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjonijiet tas-cyprodinil u tal-fosetyl ġew estiżi tmien darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/99 sal-31 ta’ Ottubru 2026. |
|
(7) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE (11) inkludiet id-dichlorprop-P fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Mejju 2017 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tad-dichlorprop-P ġiet estiża tmien darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/99 sal-31 ta’ Ottubru 2026. |
|
(8) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/5/KE (12) inkludiet il-formetanate fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Settembru 2017 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-formetanate ġiet estiża tmien darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/99 sat-30 ta’ Settembru 2026. |
|
(9) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/50/KE (13) inkludiet il-beflubutamid fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2017 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-beflubutamid ġiet estiża seba’ darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/918 (14) sal-31 ta’ Ottubru 2026. |
|
(10) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/76/KE (15) inkludiet il-fludioxonil u l-clomazone fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Ottubru 2018 u sussegwentement ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjonijiet tal-fludioxonil u tal-clomazone ġew estiżi seba’ darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/787 (16), it-tnejn sat-30 ta’ Settembru 2026. |
|
(11) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/116/KE (17) inkludiet l-aclonifen u l-metazachlor fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Lulju 2019 u sussegwentement ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjonijiet tal-aclonifen u tal-metazachlor ġew estiżi tliet darbiet u erba’ darbiet, rispettivament, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/918, it-tnejn sal-31 ta’ Ottubru 2026. |
|
(12) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/77/KE (18) inkludiet id-dimethachlor u l-penconazole fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Diċembru 2019 u sussegwentement ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjonijiet tad-dimethachlor u tal-penconazole ġew estiżi erba’ darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2592 (19), it-tnejn sal-15 ta’ Ottubru 2026. |
|
(13) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/28/UE (20) inkludiet il-metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Ġunju 2020 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-metalaxyl ġiet estiża darbtejn, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/918 sat-30 ta’ Settembru 2026. |
|
(14) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2014 (21) approva s-sustanza attiva aċidu S-abxissiku sat-30 ta’ Ġunju 2024 u inkludieh fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-aċidu S-abxissiku ġiet estiża darba bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1892 (22) sal-15 ta’ Settembru 2026. |
|
(15) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 193/2014 (23) approva s-sustanza attiva amisulbrom sat-30 ta’ Ġunju 2024 u inkludieh fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-amisulbrom ġiet estiża bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1892 sal-15 ta’ Settembru 2026. |
|
(16) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1414 (24) approva s-sustanza attiva ċjantraniliprol sal-14 ta’ Settembru 2026 u inkludieh fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011. |
|
(17) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1425 (25) approva s-sustanza attiva isofetammid sal-15 ta’ Settembru 2026 u inkludieh fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. |
|
(18) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1429 (26) approva s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza MBI 600 sas-16 ta’ Settembru 2026 u inkludieh fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011. |
|
(19) |
Peress li l-approvazzjonijiet ta’ dawn is-sustanzi attivi x’aktarx li jiskadu qabel ma jkunu ttieħdu deċiżjonijiet dwar it-tiġdid tagħhom bħala parti mill-proċeduri ta’ tiġdid li għaddejjin, il-Kummissjoni staqsiet lill-Istati Membri relaturi kkonċernati u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”) dwar ir-raġunijiet għad-dewmien fil-proċeduri ta’ tiġdid ta’ dawn is-sustanzi attivi. Il-Kummissjoni staqsiet ukoll meta huwa mistenni li jiġu ffinalizzati l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid mill-Istati Membri relaturi jew il-konklużjonijiet tal-Awtorità. |
|
(20) |
L-informazzjoni disponibbli, inkluż dik ipprovduta mill-Istati Membri relaturi u mill-Awtorità, turi li r-raġunijiet għad-dewmien f’kull waħda minn dawn il-proċeduri ta’ tiġdid ma humiex fil-kontroll tal-applikanti. |
|
(21) |
Għalhekk, filwaqt li titqies in-natura temporanja u eċċezzjonali tal-mekkaniżmu għall-estensjoni tal-approvazzjonijiet, il-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġu estiżi għall-perjodu vvalutat kif meħtieġ, f’kull każ speċifiku u abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, biex jiġu ffinalizzati l-proċeduri rispettivi dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet. Minħabba li l-valutazzjoni każ b’każ taż-żmien meħtieġ biex titlesta kull proċedura ta’ tiġdid hija bbażata fuq stimi, jenħtieġ li jitqies dan il-livell ta’ inċertezza. |
|
(22) |
L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi aclonifen, beflubutamid, clomazone, cyprodinil, daminozide, dichlorprop-P, dimethachlor, fludioxsonil, formetanate, fosetyl, metalaxyl, metazachlor, penconazole, fenmedifam, pirimicarb u pyraclostrobin ġew sottomessi u qed jiġu evalwati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (27). |
|
(23) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva aclonifen ġiet sottomessa fit-12 ta’ Lulju 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fid-19 ta’ Awwissu 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Settembru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 29 xahar, sal-31 ta’ Marzu 2029. |
|
(24) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva beflubutamid ġiet sottomessa fis-27 ta’ Novembru 2014 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-12 ta’ Diċembru 2019 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fl-10 ta’ Novembru 2023, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn is-16 ta’ Diċembru 2024 u l-14 ta’ Frar 2025. Fis-6 ta’ Ottubru 2025, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fl-5 ta’ Novembru 2025 qabel l-iskadenza mogħtija. Fis-17 ta’ Ġunju 2026, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz rivedut tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. Jekk ma tintalab l-ebda informazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, l-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għall-beflubutamid sal-aħħar ta’ Marzu 2027, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ġestjoni tar-riskju, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 21 xahar, sal-31 ta’ Lulju 2028. |
|
(25) |
Ġew ippreżentati żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva clomazone fit-30 ta’ Ottubru 2015 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-8 ta’ Frar 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. Fit-12 ta’ Frar 2018, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn it-8 ta’ Marzu u t-8 ta’ Mejju 2023. Fil-15 ta’ April 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikanti ssottomettew dik l-informazzjoni fl-14 u fil-15 ta’ Mejju 2019, rispettivament, qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-18 ta’ Frar 2020, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (28), skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikanti ssottomettew dik l-informazzjoni fit-12 u fis-16 ta’ Awwissu, u fil-31 ta’ Ottubru 2022, rispettivament, qabel l-iskadenza mogħtija. L-Awtorità wettqet konsultazzjoni pubblika addizzjonali dwar l-abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid bejn il-31 ta’ Ottubru 2023 u t-3 ta’ Jannar 2024. Fit-18 ta’ Diċembru 2024, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikanti, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni; ġiet ippubblikata fil-21 ta’ Frar 2025. L-Awtorità ppubblikat verżjoni riveduta tal-konklużjoni fl-1 ta’ Settembru 2025 biex tiċċara l-kwistjonijiet relatati mal-lakuni fid-data identifikati. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva clomazone fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta’ Marzu 2025. Madankollu, minkejja l-konklużjoni riveduta, xi kwistjonijiet xjentifiċi pendenti li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjoni teknika tas-sustanza attiva, il-miżuri effettivi ta’ mitigazzjoni tar-riskju, l-esponiment tal-bniedem u l-proprjetajiet ekotossikoloġiċi għad iridu jiġu ċċarati. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tħejji mandat ġdid għall-Awtorità. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 15-il xahar, sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(26) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyprodinil ġiet sottomessa fid-29 ta’ April 2014 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fl-1 ta’ Ottubru 2014 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fit-2 ta’ Ottubru 2017, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn is-16 ta’ Diċembru 2022 u l-14 ta’ Frar 2023. Fis-27 ta’ Marzu 2018, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fil-25 ta’ April 2018 qabel l-iskadenza mogħtija. Fis-7 ta’ Ġunju 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fis-7 ta’ Diċembru 2021 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-18 ta’ Diċembru 2024, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyprodinil fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta’ Marzu 2025. L-abbozz ta’ rapport ta’ tiġdid u l-abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni ġew diskussi fil-Kumitat Permanenti fl-10 ta’ Marzu 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex tingħata l-opinjoni ta’ dak il-Kumitat u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 9 xhur, sal-31 ta’ Lulju 2027. |
|
(27) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva daminozide ġiet sottomessa fis-27 ta’ Frar 2013 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fil-15 ta’ April 2013 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fil-31 ta’ Ottubru 2018, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn l-14 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Awwissu 2023. Fit-3 ta’ Jannar 2020, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fit-3 ta’ Frar 2020 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-18 ta’ Awwissu 2020, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fil-15 ta’ Frar 2023 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-18 ta’ Diċembru 2024, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva daminozide fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta’ Marzu 2025, li matulhom ġew identifikati inċertezzi dwar l-esponiment mhux djetetiku, l-affidabbiltà tal-istudji tossikoloġiċi ewlenin u l-valutazzjoni tar-riskju għall-operaturi, għall-ħaddiema, għar-residenti u għall-persuni fil-qrib. Għalhekk, fit-18 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni ppreżentat mandat lill-Awtorità biex tevalwa mill-ġdid, flimkien mal-Istat Membru relatur, xi informazzjoni disponibbli fl-applikazzjoni u biex taġġorna l-konklużjoni tagħha. L-Istat Membru relatur ressaq ir-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid aġġornat fi Frar 2026 lill-Awtorità, li hija mistennija taġġorna l-konklużjoni tagħha dwar id-daminozide sal-aħħar ta’ Novembru 2026. Peress li se jkun hemm bżonn iktar żmien biex tingħata opinjoni tal-Kumitat Permanenti u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 15-il xahar, sal-15 ta’ Diċembru 2027. |
|
(28) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dichlorprop-P ġiet sottomessa fid-29 ta’ Mejju 2014 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-27 ta’ Novembru 2015 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fis-16 ta’ Marzu 2017, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn it-28 ta’ April u t-28 ta’ Ġunju 2017. Fl-4 ta’ Ottubru 2017, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fit-3 ta’ Novembru 2017 qabel l-iskadenza mogħtija. Fis-16 ta’ Mejju 2018, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dichlorprop-P fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Wara d-diskussjonijiet, fl-14 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ppreżentat mandat lill-Awtorità skont l-Artikolu 14(1a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 biex tivvaluta mill-ġdid jekk id-dichlorprop-P jissodisfax il-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605. Fid-9 ta’ Awwissu 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-ġdid tal-kriterji tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fis-26 ta’ Jannar 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. L-Awtorità wettqet konsultazzjoni pubblika addizzjonali dwar l-abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid bejn l-4 ta’ Lulju u t-2 ta’ Settembru 2022. Fid-9 ta’ Frar 2024, l-Awtorità adottat il-konklużjoni aġġornata tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Fid-19 ta’ Diċembru 2025, l-Awtorità adottat konklużjoni aġġornata iktar u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dichlorprop-P fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-10 ta’ Marzu 2026. Il-Kummissjoni qed tħejji abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni u abbozz ta’ rapport ta’ rieżami dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, li jridu jiġu ppreżentati lill-Kumitat Permanenti. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex tingħata l-opinjoni ta’ dak il-Kumitat u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 12-il xahar, sal-31 ta’ Ottubru 2027. |
|
(29) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimethachlor ġiet sottomessa fid-19 ta’ Diċembru 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fl-20 ta’ Jannar 2017 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fl-4 ta’ Ottubru 2021, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn it-22 ta’ Mejju u l-21 ta’ Lulju 2023. Fit-12 ta’ Ottubru 2023, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fl-10 ta’ Novembru 2023 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-12 ta’ Novembru 2024, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, li trid tiġi sottomessa mill-applikant sat-12 ta’ Mejju 2027 u s-sottomissjoni hija pendenti. L-Awtorità tistma li se jkollha bżonn 120 jum wara li tirċievi l-abbozz rivedut tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid biex tlesti l-evalwazzjoni u tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għad-dimethachlor, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 29 xahar u 15-il jum, sal-31 ta’ Marzu 2029. |
|
(30) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fludioxonil ġiet sottomessa fis-26 ta’ Ottubru 2015 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fid-29 ta’ Marzu 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fil-21 ta’ Frar 2018, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn it-13 ta’ Jannar u l-14 ta’ Marzu 2023. Fit-2 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fis-6 ta’ Ġunju 2019 qabel l-iskadenza mogħtija. Fl-4 ta’ Lulju 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fl-20 ta’ Diċembru 2021 qabel l-iskadenza mogħtija. Fil-25 ta’ Settembru 2024, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fludioxonil fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-4 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni qed tħejji abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni u abbozz ta’ rapport ta’ rieżami dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, li jridu jiġu ppreżentati lill-Kumitat Permanenti. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex tingħata l-opinjoni ta’ dak il-Kumitat u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 12-il xahar, sat-30 ta’ Settembru 2027. |
|
(31) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva formetanate ġiet sottomessa fid-29 ta’ Settembru 2014 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-13 ta’ Ottubru 2014 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fit-2 ta’ Ottubru 2017, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn is-17 ta’ Novembru 2022 u s-16 ta’ Jannar 2023. Fil-5 ta’ Novembru 2018, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fl-4 ta’ Diċembru 2018 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-12 ta’ Lulju 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fl-10 ta’ Jannar 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-12 ta’ Diċembru 2024, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva formetanate fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta’ Marzu 2025. Il-Kummissjoni qed tħejji abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni u abbozz ta’ rapport ta’ rieżami dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, li jridu jiġu ppreżentati lill-Kumitat Permanenti. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex tingħata l-opinjoni ta’ dak il-Kumitat u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 12-il xahar, sat-30 ta’ Settembru 2027. |
|
(32) |
Ġew ippreżentati ħames applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fosetyl fil-15, fit-23, fil-25, fit-28 u fit-30 ta’ April 2014, rispettivament, u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-16 ta’ Diċembru 2015 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. Fl-1 ta’ April 2017, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn it-12 ta’ Lulju u l-11 ta’ Settembru 2017. Fis-27 ta’ Ottubru 2017, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikanti ssottomettew dik l-informazzjoni fl-20, fil-21 u fl-24 ta’ Novembru 2017, rispettivament, qabel l-iskadenza mogħtija. Fl-24 ta’ Mejju 2018, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikanti, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fosetyl fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Wara d-diskussjonijiet, fis-7 ta’ Ottubru 2019 il-Kummissjoni ppreżentat mandat lill-Awtorità skont l-Artikolu 14(1a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 biex tivvaluta mill-ġdid jekk il-fosetyl jissodisfax il-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605. Fil-15 ta’ Ġunju 2020, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-ġdid tal-kriterji tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikanti ssottomettew dik l-informazzjoni fid-9 u fit-13 ta’ Diċembru 2022, rispettivament, qabel l-iskadenza mogħtija. L-Awtorità wettqet konsultazzjoni pubblika addizzjonali dwar l-abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid bejn it-8 ta’ Frar u t-8 ta’ April 2024. Fit-13 ta’ Ġunju 2025, l-Awtorità adottat il-konklużjoni aġġornata tagħha u kkomunikatha lill-applikanti, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fosetyl fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-10 ta’ Diċembru 2025, li matulhom ġew identifikati xi inċertezzi rigward il-koformulanti preżenti. Għalhekk, fit-22 ta’ April 2026, il-Kummissjoni ppreżentat mandat lill-Awtorità biex tevalwa mill-ġdid, flimkien mal-Istat Membru relatur, xi informazzjoni disponibbli fl-applikazzjoni u biex taġġorna l-konklużjoni tagħha, mistennija sal-aħħar ta’ April 2027. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex tingħata l-opinjoni ta’ dak il-Kumitat u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 15-il xahar, sal-31 ta’ Jannar 2028. |
|
(33) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva metalaxyl ġiet sottomessa fid-29 ta’ Ġunju 2017 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-13 ta’ Novembru 2017 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Jannar 2027. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 33 xahar, sat-30 ta’ Ġunju 2029. |
|
(34) |
Ġew ippreżentati tliet applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva metazachlor fil-25, fis-26 u fis-27 ta’ Lulju 2016, rispettivament, u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-27 ta’ Ottubru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Diċembru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 31 xahar, sal-31 ta’ Mejju 2029. |
|
(35) |
Ġew ippreżentati żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva penconazole fil-21 u fid-29 ta’ Diċembru 2016, rispettivament, u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-17 ta’ Jannar 2017 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. Fid-19 ta’ Novembru 2021, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn it-22 ta’ Awwissu u l-21 ta’ Ottubru 2022. Fid-9 ta’ Frar 2023, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikanti ssottomettew dik l-informazzjoni fis-6 u fit-13 ta’ Marzu 2023, rispettivament, qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-28 ta’ Lulju 2025, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, li trid tiġi sottomessa mill-applikanti sas-27 ta’ Marzu 2027 u s-sottomissjoni hija pendenti. Peress li l-Awtorità tistma li se jkollha bżonn 120 jum wara li tirċievi l-abbozz rivedut tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid biex tlesti l-evalwazzjoni u tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għad-penconazole, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 28 xahar, sal-15 ta’ Frar 2029. |
|
(36) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenmedifam ġiet sottomessa fit-28 ta’ Lulju 2014 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-12 ta’ Mejju 2015 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fil-15 ta’ Diċembru 2016, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn l-20 ta’ Frar u t-22 ta’ April 2017. Fis-26 ta’ Ġunju 2017, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fil-25 ta’ Lulju 2017 qabel l-iskadenza mogħtija. Fil-31 ta’ Jannar 2018, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenmedifam fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Wara d-diskussjonijiet, fl-14 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ppreżentat mandat lill-Awtorità skont l-Artikolu 14(1a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 biex tivvaluta mill-ġdid jekk il-fenmedifam jissodisfax il-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605. Fid-9 ta’ Awwissu 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-ġdid tal-kriterji tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fl-14 ta’ Frar 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. L-Awtorità wettqet konsultazzjoni pubblika addizzjonali dwar l-abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid bejn it-8 ta’ Ġunju u t-8 ta’ Awwissu 2022. Fit-30 ta’ Settembru 2025, l-Awtorità adottat il-konklużjoni aġġornata tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenmedifam fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-10 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni qed tħejji abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni u abbozz ta’ rapport ta’ rieżami dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, li jridu jiġu ppreżentati lill-Kumitat Permanenti. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex tingħata l-opinjoni ta’ dak il-Kumitat u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 12-il xahar, sat-30 ta’ Settembru 2027. |
|
(37) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pirimicarb ġiet sottomessa fl-20 ta’ Jannar 2014 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fl-14 ta’ Frar 2014 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fl-4 ta’ Diċembru 2017, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn l-14 ta’ Lulju u l-15 ta’ Settembru 2023. Fis-17 ta’ Lulju 2018, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fis-16 u fit-22 ta’ Awwissu 2018 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-13 ta’ Jannar 2020, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fit-8 ta’ Lulju 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. Fil-25 ta’ Settembru 2024, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pirimicarb fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-4 ta’ Diċembru 2024. L-abbozz ta’ rapport ta’ tiġdid u l-abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni rigward it-tiġdid tal-approvazzjoni tal-pirimicarb ġew diskussi fil-Kumitat Permanenti fl-10 ta’ Marzu 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex tingħata l-opinjoni ta’ dak il-Kumitat u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 9 xhur, sal-31 ta’ Lulju 2027. |
|
(38) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pyraclostrobin ġiet sottomessa fl-24 ta’ Jannar 2014 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-7 ta’ Marzu 2014 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fid-19 ta’ Frar 2018, l-Istat Membru relatur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn l-20 ta’ Lulju u t-18 ta’ Settembru 2022. Fl-14 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fis-17 ta’ Ġunju 2019 qabel l-iskadenza mogħtija. Fid-19 ta’ Frar 2020, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fit-13 ta’ Diċembru 2021 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-28 ta’ Jannar 2026, l-Awtorità adottat il-konklużjoni aġġornata tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nediet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pyraclostrobin fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-10 ta’ Marzu 2026. L-abbozz ta’ rapport ta’ tiġdid u l-abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni ġew diskussi fil-Kumitat Permanenti fl-4 ta’ Mejju 2026. Il-Kumitat Permanenti vvota favur il-proposta tal-Kummissjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-piraclostrobin fit-30 ta’ Ġunju 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 3 xhur, sal-15 ta’ Diċembru 2026. |
|
(39) |
Għas-sustanzi attivi aclonifen, beflubutamid, metalaxyl u metazachlor, l-Awtorità, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, xorta tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, jekk tqis li dan ikun meħtieġ biex jiġu vvalutati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali ta’ dawn is-sustanzi attivi. Il-perjodi ta’ estensjoni proposti għal dawn is-sustanzi attivi ma jinkludu l-ebda żmien addizzjonali li jista’ jkun meħtieġ biex tiġi pprovduta u evalwata dik l-informazzjoni. |
|
(40) |
Ġew ippreżentati applikazzjonijiet għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi amisulbrom, Bacillus amyloliquefaciens tar-razza MBI 600, ċjantraniliprol, isofetammid u aċidu S-abxissiku u qed jiġu evalwati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (29). |
|
(41) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva amisulbrom ġiet sottomessa fit-28 ta’ Settembru 2021 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-28 ta’ April 2023 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarha bejn il-15 ta’ Frar u l-15 ta’ April 2024, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u ma setax jipprovdi l-istimi dwar meta se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 42 xahar, sal-15 ta’ Marzu 2030. |
|
(42) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza MBI 600 ġiet ippreżentata fit-12 ta’ Settembru 2023 u l-Istat Membru relatur għadu ma vvalutax l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Ġunju 2027. Peress li hemm bżonn ta’ aktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 38 xahar u 15-il jum, sal-1 ta’ Diċembru 2029. |
|
(43) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjantraniliprol ġiet sottomessa fit-8 ta’ Settembru 2023 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-28 ta’ Frar 2024 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarha bejn is-26 ta’ Ġunju u l-25 ta’ Lulju 2024, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità f’Diċembru 2027. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 42 xahar, sal-14 ta’ Marzu 2030. |
|
(44) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva isofetammid ġiet ippreżentata fit-18 ta’ Settembru 2023 u l-Istat Membru relatur għadu ma vvalutax l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u ma setax jipprovdi l-istimi dwar meta se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 42 xahar, sal-15 ta’ Marzu 2030. |
|
(45) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva aċidu S-abxissiku ġiet sottomessa fid-29 ta’ Settembru 2021 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fil-11 ta’ April 2022 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarha bejn l-24 ta’ Ottubru u t-22 ta’ Diċembru 2023, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Diċembru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 31 xahar, sal-15 ta’ April 2029. |
|
(46) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(47) |
F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi d-data tal-iskadenza għall-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament jew fl-istess data prevista qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont liema data tiġi l-aħħar. F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi, kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data tal-applikazzjoni possibbli. |
|
(48) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE tal-10 ta’ Marzu 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-aċidu benżojku, l-flazasulfuron u l-pyraclostrobin bħala sustanżi attivi (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 50, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/30/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/414/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal- 25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1489 tal-24 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi ametoktradin, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, buprofeżin, clodinafop, komposti tar-ram, ċiflumetofen, daminozide, flupiradifuron, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, mandestrobin, mandipropammid, metam, pyraclostrobin, rescalure, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 Trichoderma atroviride (ĠU L, 2025/1489, 25.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1489/oj).
(6) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/58/KE tat-23 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-alfa-ċipermetrin, il-benalaksil, il-bromossinil, id-dismedifan, il-jossinil u l-fenmedifam bħala sustanzi attivi (ĠU L 120, 24.4.2004, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/58/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/99 tal-21 ta’ Jannar 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, benalaksil-M, ċiprodinil, diklorprop-P, formetanat, fosetil, alosulfuron-metil, imazamox, milbemektin, fenmedifam, pirimikarb, Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134, pirimetanil, pirjofenon, pirossulam, spinosad, kubrit, Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, it-tritikonażol u ż-żiram (ĠU L, 2025/99, 22.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/99/oj).
(8) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE tas-16 ta’ Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-chlorothalonil, il-chlorotoluron, is-cypermethrin, id-daminozide u t-thiophanate-methyl bħala sustanzi attivi (ĠU L 241, 17.9.2005, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/53/oj).
(9) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE tat-12 ta’ April 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-clodinafop, il-pirimicarb, ir-rimsulfuron, it-tolclofos-methyl u t-triticonazole bħala sustanzi attivi (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/39/oj).
(10) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE tat-18 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-klopiralid, kiprodinil, fosetil u trineksapak bħala sustanzi attivi (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 107, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/64/oj).
(11) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta’ Awwissu 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-diklorprop-P, il-metkonazole, il-pirimetanil u t-triklopiril bħala sustanzi attivi (ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/74/oj).
(12) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/5/KE tas-7 ta’ Frar 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi captan, folpet, formetanate u methiocarb bħala sustanzi attivi (ĠU L 35, 8.2.2007, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/5/oj).
(13) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/50/KE tat-2 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-beflubutamid u l-virus tal-polijedrożi nukleari Spodoptera exigua bħala sustanzi attivi (ĠU L 202, 3.8.2007, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/50/oj).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/918 tal-4 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aclonifen, ametoktradin, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, captan, kletodim, ċiklossidim, ċiflumetofen, dażomet, diklofop, dimethomorph, ethephon, fenażakwin, fluopicolide, fluoxastrobin, fluworokloridon, folpet, formetanate, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, imessażol, aċidu indolilbutiriku, mandipropammid, metalaxyl, metaldeid, metam, metazachlor, metribuzin, milbemectin, paklobutrażol, penoxsulam, fenmedifam, pirimiphos-methyl, propamocarb, proquinazid, prothioconazole, S-metolachlor, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, Trichoderma asperellum ir-razza T34 u Trichoderma atroviride r-razza I-1237 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 160, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/918/oj).
(15) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/76/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb bħala sustanzi attivi (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 100, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/76/oj).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/787 tal-24 ta’ April 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1,4-dimetilnaftalina, amidosulfuron, bentażon, bixafen, clomazone, fenoxaprop-P, fludioxonil, fluoxastrobin, flutolanil, fluksapirossad, gibberellic acid, gibberellins, ħalauksifen-metil, mecoprop-P, żejt tal-paraffin, pentijopirad, pirimiphos-methyl, propamocarb, propiżammid, prothioconazole, rimsulfuron, sedaxane u sulfoksaflor (ĠU L, 2025/787, 25.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/787/oj).
(17) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/116/KE tal-15 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor bħala sustanzi attivi (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 86, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/116/oj).
(18) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/77/KE tal-1 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi chlorsulfuron, cyromazine, dimethachlor, etofenprox, lufenuron, penconazole, tri-allate u triflusulfuron bħala sustanzi attivi (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/77/oj).
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2592 tal-21 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, 2-fenilfenol (inklużi l-mlieħi tiegħu bħall-melħ tas-sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenoks, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, esfenvalerat, etofenproks, fenoksaprop-P, fenpropidin, fenpirażammina, fluważifop P, lenasil, napropammid, nikosulfuron, żjut tal-paraffina, żejt tal-paraffina, penkonażol, pikloram, proeżadjon, spiroksammina, kubrit, tetrakonażol u tri-allat (ĠU L, 2023/2592, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2592/oj).
(20) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/28/UE tat-23 ta’ April 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza attiva (ĠU L 104, 24.4.2010, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/28/oj).
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2014 tat-18 ta’ Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva aċidu S-abxissiku, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 48, 19.2.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/151/oj).
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1892 tal-10 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni ta’ perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi amisulbrom, aċidu S-abxissiku, tijenkarbażon u valifenalat (ĠU L, 2024/1892, 11.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1892/oj).
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 193/2014 tas-27 ta’ Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva amisulbrom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/193/oj).
(24) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1414 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva ċjantraniliprol, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 230, 25.8.2016, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1414/oj).
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1425 tal-25 ta’ Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva isofetammid skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 231, 26.8.2016, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1425/oj).
(26) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1429 tal-26 ta’ Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 232, 27.8.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1429/oj).
(27) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/844/oj).
(28) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/605/oj).
(29) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1740/oj).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
2. |
il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1826/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)