|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1801 |
28.7.2026 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1801
tal-24 ta’ Lulju 2026
dwar il-preżenza tad-deossinivalenol, taz-zearalenon, tal-okratossina A, tat-tossini T-2 u HT-2 u tal-fumoniżini fl-għalf
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-preżenza tal-mikotossini deossinivalenol, zearalenon, okratossina A, it-tossini T-2 u HT-2 fl-għalf hija ta’ tħassib possibbli għas-saħħa tal-annimali u sa ċertu punt inqas għas-saħħa pubblika wara t-trasferiment ta’ dawn il-mikotossini mill-għalf għall-ikel li joriġina mill-annimali. Għalhekk huwa importanti li jiġi rakkomandat il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ dawn il-mikotossini fl-għalf u li jiġu rakkomandati miżuri meta jinqabżu l-valuri indikattivi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali. |
|
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/576/KE (1) rrakkomandat li l-Istati Membri, bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozju tal-għalf, iżidu l-monitoraġġ tal-preżenza tal-mikotossini deossinivalenol, zearalenon, okratossina A, fumoniżina B1 + B2 u t-tossini T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u fil-prodotti taċ-ċereali maħsuba għall-għalf tal-annimali u għall-għalf kompost. Barra minn hekk, ġew rakkomandati valuri indikattivi biex tiġi ġġudikata l-aċċettabbiltà tal-għalf kompost u taċ-ċereali u tal-prodotti taċ-ċereali għall-għalf tal-annimali. |
|
(3) |
Il-valuri indikattivi għaċ-ċereali u għall-prodotti taċ-ċereali ġew rakkomandati filwaqt li tqieset id-data ta’ okkorrenza ta’ dawk il-mikotossini li kienet disponibbli dak iż-żmien. Il-valuri indikattivi għall-għalf kompost kienu rakkomandati abbażi tar-riżultat tal-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar id-deossinivalenol tat-2 ta’ Ġunju 2004 (2), iz-zearalenon tat-28 ta’ Lulju 2004 (3), l-okratossina A tat-22 ta’ Settembru 2004 (4) u l-fumoniżini B1 + B2 tat-22 ta’ Ġunju 2005 (5). |
|
(4) |
Fl-2011, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa tal-annimali u pubblika marbuta mal-preżenza tat-tossini T-2 u HT-2 fl-ikel u l-għalf (6). Abbażi ta’ dik l-opinjoni, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/165/UE (7) rrakkomandat li l-Istati Membri, bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozju tal-għalf, iwettqu monitoraġġ għall-preżenza tat-tossini T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u fil-prodotti taċ-ċereali. Ġew rakkomandati livelli indikattivi għaċ-ċereali, għall-prodotti taċ-ċereali għall-għalf u għall-għalf kompost bl-eċċezzjoni tal-għalf għall-qtates. Minħabba li l-qtates huma fost l-aktar speċijiet ta’ annimali sensittivi, ġie rrakkomandat valur indikattiv fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/576/KE kif emendata mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/637/UE (8). |
|
(5) |
Dwar id-deossinivalenol, fl-2013 l-Awtorità ppubblikat rapport xjentifiku dwar l-okkorrenza u l-esponiment (9) ta’ dik is-sustanza u fl-2017 adottat opinjoni dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali relatati mal-preżenza tad-deossinivalenol u l-forom aċetilati u modifikati tiegħu fl-ikel u fl-għalf (10). Il-Bord dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (il-Bord CONTAM) identifika tnaqqis fil-konsum tal-għalf, u tnaqqis fiż-żieda fil-piż tal-ġisem bħala effetti negattivi kroniċi kritiċi għall-annimali tar-razzett u tal-kumpanija u identifika punti ta’ referenza għal effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali (livelli bla effett ħażin osservat (NOAELs) jew livelli bl-inqas effett ħażin osservat (LOAELs)) għal dawn l-effetti. Fl-2022, l-Awtorità adottat opinjoni dwar il-valutazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tat-tossiċità tad-deossinivalenol għaż-żwiemel u għall-pollam (11). Il-punti ta’ referenza għall-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali tnaqqsu għaż-żwiemel, għat-tiġieġ tas-simna u għad-dundjani. |
|
(6) |
Dwar iz-zearalenon, fl-2017, l-Awtorità adottat opinjoni dwar ir-riskju għas-saħħa tal-annimali marbut mal-preżenza taz-zearalenon u l-forom modifikati tiegħu fl-għalf (12). Ġew identifikati punti ta’ referenza għall-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali għall-annimali tar-razzett u dawk tal-kumpanija. |
|
(7) |
Dwar l-okratossina A, fl-2023, l-Awtorità adottat opinjoni dwar ir-riskju għas-saħħa tal-annimali marbut mal-preżenza tal-okratossina A (OTA) fl-għalf (13). Ġew identifikati punti ta’ referenza għall-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali għall-ħnieżer, it-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ, il-fniek u l-ħut erbivori. |
|
(8) |
Dwar il-fumoniżini B1 + B2, fl-2018, l-Awtorità adottat opinjoni dwar ir-riskji għas-saħħa tal-annimali marbutin mal-preżenza tal-fumoniżini, il-forom modifikati u l-forom moħbija tagħhom fl-għalf (14). Il-Bord CONTAM tal-Awtorità identifika NOAELs għall-frat, il-ħnieżer, il-pollam (tiġieġ, papri u dundjani), iż-żwiemel, u LOAELs għall-ħut (estrapolati mill-karpjun) u l-fniek. Ma seta’ jiġi identifikat l-ebda punt ta’ referenza għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għall-klieb, għall-qtates u għall-mink. Fl-2022, l-Awtorità adottat opinjoni dwar il-valutazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tat-tossiċità tal-fumoniżini għall-ħnieżer, għall-pollam u għaż-żwiemel (15). Il-punti ta’ referenza għall-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali tnaqqsu għall-pollam u għaż-żwiemel. |
|
(9) |
Dwar it-tossini T-2 u HT-2, fl-2017 l-Awtorità adottat rapport xjentifiku dwar l-esponiment djetetiku tal-bniedem u tal-annimali għat-tossini T-2 u HT-2 (16) u fl-2022 adottat opinjoni dwar il-valutazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tat-tossiċità tat-tossini T-2 u HT-2 għar-ruminanti (17). Il-punti ta’ referenza għall-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali tnaqqsu għan-nagħaġ u għall-baqar. |
|
(10) |
Filwaqt li titqies id-data aktar reċenti dwar l-okkorrenzi u l-eżitu tal-opinjonijiet xjentifiċi aktar reċenti, il-valuri indikattivi eżistenti għandhom jiġu aġġornati biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali. |
|
(11) |
Il-valuri indikattivi għall-materjali tal-għalf għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li titqies id-data dwar l-okkorrenza u b’hekk tiġi rikonoxxuta l-varjazzjoni reġjonali u l-varjazzjoni għolja minn sena għal sena. |
|
(12) |
Il-valuri indikattivi għall-għalf komplet għandhom ikunu bbażati fuq il-punti ta’ referenza għar-riskji negattivi għas-saħħa tal-annimali. Jekk dawn il-valuri indikattivi jinqabżu fl-għalf komplet jew fl-għalf komplementari, filwaqt li jitqies il-proporzjon preskritt għall-użu tagħhom fir-razzjon ta’ kuljum, jista’ jirriżulta f’effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali. Għalhekk huwa rrakkomandat ħafna li dawn il-valuri indikattivi ma jinqabżux. |
|
(13) |
Minħabba l-bidliet sostanzjali fil-valuri indikattivi, huwa xieraq li tiġi stabbilita Rakkomandazzjoni ġdida. Ir-Rakkomandazzjonijiet 2006/576/KE u 2013/165/UE għandhom għalhekk jiġu sostitwiti, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
(1) |
Huwa rakkomandat li l-Istati Membri jimmonitorjaw, bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozju tal-għalf, il-preżenza tad-deossinivalenol, taz-zearalenon, tal-okratossina A, tat-tossini T-2 u HT-2 u tal-fumoniżina B1 + B2 fl-għalf. |
|
(2) |
Huwa rakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw, bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozju tal-għalf, li l-kampjuni jiġu analizzati simultanjament għall-preżenza tad-deossinivalenol, taz-zearalenon, tal-okratossina A, tat-tossini T-2 u HT-2 u tal-fumoniżina B1 + B2 sabiex jippermettu l-valutazzjoni tal-livell tal-kookkorrenza. |
|
(3) |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw li l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-bdiewa kollha japplikaw il-valuri indikattivi, kif stabbiliti fl-Anness, biex jiġġudikaw l-aċċettabbiltà tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost għall-għalf tal-annimali. Fis-sistema tal-analiżi tal-perikli u tal-punti kritiċi ta' kontroll (HACCP) (18) tagħhom, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jużaw il-valuri indikattivi msemmija fl-Anness sabiex jiddeterminaw il-limiti kritiċi f’ċerti punti ta’ kontroll kritiku li jisseparaw l-aċċettabbiltà mill-inaċċettabbiltà, għall-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-perikli identifikati. Il-valuri indikattivi huma indikati għal ċerti materjali tal-għalf u għalf komplet. |
|
(4) |
Għall-għalf komplementari, huwa rrakkomandat li jiġu applikati l-valuri indikattivi għall-għalf komplet, filwaqt li jitqies il-proporzjon preskritt għall-użu tagħhom fir-razzjon ta’ kuljum. Madankollu, il-valur indikattiv għall-għalf komplementari ma għandux ikun ogħla mil-livell ikkalkulat filwaqt li jitqies il-valur indikattiv rakkomandat għall-materjali tal-għalf u l-proporzjon relattiv tal-materjali tal-għalf fl-għalf komplementari. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali, l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-bdiewa kollha għandhom jiżguraw li l-għalf li jaqbeż il-valuri indikattivi jiġi introdott fis-suq jew jintuża biss meta jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni mmirati lejn il-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-bdiewa. Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri josservaw li tali miżuri ta’ prekawzjoni jiġu stabbiliti. |
|
(6) |
B’mod partikolari, il-materjali tal-għalf kif ukoll l-għalf komplet u komplementari maħsuba għall-introduzzjoni fis-suq għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa biex jiġi aċċertat jekk jaqbżux il-valuri indikattivi. F’każ bħal dan, biex jiġi żgurat li dawn il-prodotti jibqgħu “tajbin, ġenwini, mhux imħallta, tajbin għall-iskop maħsub u ta’ kwalità tajba għall-bejgħ”, kif previst fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), għandhom jittieħdu miżuri xierqa inkluż l-għoti ta’ informazzjoni ċara dwar il-kontenut ta’ mikotossini lix-xerrej. Barra minn hekk, meta jinqabeż il-valur indikattiv għall-għalf komplet, kif ukoll għall-għalf komplementari u għall-materjali tal-għalf maħsuba biex jintemgħu direttament lill-annimali, għandha titwettaq valutazzjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza tal-għalf, kif previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 filwaqt li titqies, jekk ikun meħtieġ, l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju. |
|
(7) |
Sabiex il-manifattur tal-għalf kompost ikun jista’ jipproduċi għalf sikur, b’mod partikolari għall-ispeċijiet tal-annimali l-aktar sensittivi u b’hekk jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali, għandu jiġi żgurat li l-fornituri jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut ta’ mikotossini fil-materjali tal-għalf lill-manifatturi tal-għalf kompost, filwaqt li jitqiesu l-prattiki kuntrattwali u mhux kuntrattwali eżistenti bejn in-negozji fir-rigward tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. |
|
(8) |
Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Istati Membri u l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jipprovdu lill-Awtorità, id-data għas-sena ta’ qabel għall-kompilazzjoni f’bażi tad-data waħda f’konformità mar-rekwiżiti tal-Gwida tal-Awtorità “Guidance on Standard Sample Description (SSD) for Food and Feed” u mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tar-rappurtar tal-Awtorità. (21). |
|
(9) |
Il-valuri indikattivi stabbiliti fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jitqiesu mill-1 ta’ Lulju 2027, bl-eċċezzjoni tal-valuri indikattivi għall-materjali tal-għalf, il-qamħirrum, is-sorgu, il-fażola tas-sojja u l-ġirasol u l-prodotti tagħhom, li għandhom jitqiesu mill-1 ta’ Ottubru 2027. Din ir-rakkomandazzjoni għandha tissostitwixxi r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni 2006/576/KE u 2013/165/UE mill-1 ta’ Lulju 2027. |
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Awwissu 2006 dwar il-preżenza tad-Deoxynivalenol, zearalenone, Ochratoxin A, T-2 u HT-2 u l-fumonisins fil-prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali. ĠU L 229, 23.8.2006, p. 7 ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2006/576/oj.
(2) Opinion of the Scientific Panel on contaminants in the food chain [CONTAM] related to deoxynivalenol (DON) as undesirable substance in animal feed. Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2004.73.
(3) Opinion of the Scientific Panel on contaminants in the food chain (CONTAM) related to zearalenone as undesirable substance in animal feed. Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2004.89.
(4) Opinion of the Scientific Panel on contaminants in the food chain [CONTAM] related to ochratoxin A (OTA) as undesirable substance in animal feed Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2004.101.
(5) Opinion of the Scientific Panel on contaminants in the food chain [CONTAM] related to fumonisins as undesirable substances in animal feed. Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2005.235.
(6) Il-Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel (CONTAM); Scientific Opinion on the risks for animal and public health related to the presence of T-2 and HT-2 toxin in food and feed. EFSA Journal 2011; 9(12):2481. 187 pp. Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2011.2481.
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/165/UE tas-27 ta’ Marzu 2013 dwar il-preżenza tat-tossini T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali, ĠU L 91, 3.4.2013, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2013/165/oj.
(8) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2013 li temenda r-Rakkomandazzjoni 2006/576/KE fir-rigward tat-tossini T-2 u HT-2 f’għalf kompost għall-qtates. ĠU L 294, 6.11.2013, p. 44. ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2013/637/oj.
(9) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2013. Deoxynivalenol in food and feed: occurrence and exposure. EFSA Journal 2013;11(10):3379, 56 pp. Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2013.3379.
(10) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel), 2017. Scientific Opinion on the risks to human and animal health related to the presence of deoxynivalenol and its acetylated and modified forms in food and feed. EFSA Journal 2017;15(9):4718, 345 pp. Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.4718.
(11) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel), 2023. Scientific Opinion on the assessment of information as regards the toxicity of deoxynivalenol for horses and poultry. EFSA Journal 2023;21(2):7806, 30 pp. Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.7806.
(12) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel), 2017. Scientific opinion on the risks for animal health related to the presence of zearalenone and its modified forms in feed. EFSA Journal 2017;15(7):4851, 123 pp. Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.4851.
(13) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel), 2023. Risks for animal health related to the presence of ochratoxin A (OTA) in feed. EFSA Journal,21(11), 1–89. Disponibbli hawn: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8375.
(14) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel), 2018. Scientific opinion on the risks for animal health related to the presence of fumonisins, their modified forms and hidden forms in feed. EFSA Journal 2018;16(5):5242, 144 pp. Disponibbli hawn https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5242.
(15) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel), 2022. Scientific Opinion on the assessment of information as regards the toxicity of fumonisins for pigs, poultry and horses. EFSA Journal 2022;20(8):7534, 26 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7534.
(16) EFSA (European Food Safety Authority), Arcella D, Gergelova P, Innocenti ML and Steinkellner H, 2017. Scientific report on human and animal dietary exposure to T-2 and HT-2 toxin. EFSA Journal 2017;15(8):4972, 57 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.4972.
(17) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel), 2022. Scientific Opinion on the assessment of information as regards the toxicity of T-2 and HT-2 toxin for ruminants. EFSA Journal 2022;20(9):7564, 17 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7564.
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/183/oj.
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE, ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/767/oj.
(20) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj.
(21) https://www.efsa.europa.eu/en/call/annual-call-continuous-collection-chemical-contaminants-occurrence-data-food-and-feed-0.
ANNESS
VALURI INDIKATTIVI
|
Deossinivalenol |
Valur indikattiv fi mg/kg (ppm) li hu relattiv għal għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||
|
Materjali tal-għalf (1) |
|
||
|
Ċereali u prodotti derviati minnhom (2) bl-eċċezzjoni tal-qamħirrum u l-prodotti tal-qamħirrum |
4,0 |
||
|
Qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum (3) |
8,0 |
||
|
Grixa tas-silla, silaġġ aħdar (4), grixa tal-foraġġ (4), foraġġ aħdar u nifel (prodotti) |
4,0 |
||
|
Prodotti tal-pitravi taz-zokkor |
4,0 |
||
|
Fażola tas-sojja u prodotti dderivati minnha |
2,5 |
||
|
Żrieragħ taż-żejt, frott taż-żejt, u prodotti derivati minnhom bl-eċċezzjoni tal-fażola tas-sojja u l-prodotti derivati minnha |
0,5 |
||
|
|
|
||
|
Għalf komplet |
|
||
|
Għalf komplet bl-eċċezzjoni ta’ |
5,0 |
||
|
0,7 |
||
|
2,0 |
||
|
3,5 |
||
|
1,0 |
||
|
4,0 |
||
|
1,0 |
||
|
0,5 |
|
Tossini T-2 u HT-2 |
Valur indikattiv fi mg/kg (ppm) li hu relattiv għal għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||
|
Materjali tal-għalf (1) (2) |
|
||
|
Ħafur (bil-fosdqa) |
1,5 |
||
|
Ċereali, għajr ħafur bil-fosdqa |
0,2 |
||
|
Prodotti tat-tħin tal-ħafur (inkluża bil-fosdqa), inkluża l-polpa tal-ħafur |
3,0 |
||
|
Prodotti derivati miċ-ċereali għajr il-prodotti tat-tħin tal-ħafur |
0,5 |
||
|
Silaġġ aħdar |
0,2 |
||
|
|
|
||
|
Għalf komplet |
|
||
|
Għalf komplet bl-eċċezzjoni ta’ |
0,2 |
||
|
0,5 |
||
|
0,05 |
||
|
0,1 |
||
|
0,05 |
|
Zearalenon |
Valur indikattiv fi mg/kg (ppm) li hu relattiv għal għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||
|
Materjali għall-għalf (1) |
|
||
|
Ċereali u prodotti derviati minnhom (2) bl-eċċezzjoni tal-qamħirrum u l-prodotti tal-qamħirrum |
1,0 |
||
|
Qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum (3) |
2,0 |
||
|
Prodotti tal-pitravi taz-zokkor |
2,0 |
||
|
Żrieragħ taż-żejt, frott taż-żejt, u prodotti dderivati minnhom ħlief il-qxur tas-sojja |
0,5 |
||
|
Qxur tas-sojja |
1,0 |
||
|
Silaġġ aħdar (4), grixa tal-foraġġ (4), ħuxlief u nifel (prodotti) |
1,0 |
||
|
|
|
||
|
Għalf komplet |
|
||
|
Għalf komplet bl-eċċezzjoni ta’ |
2,0 |
||
|
0,1 |
||
|
0,25 |
||
|
0,2 |
||
|
0,3 |
||
|
0,5 |
||
|
1,0 |
|
Fumoniżina B1 + B2 |
Valur indikattiv fi mg/kg (ppm) li hu relattiv għal għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||
|
Materjali tal-għalf (1) |
|
||
|
Ħbub tal-qamħirrum |
20 |
||
|
Prodotti tal-qamħirrum (3) |
40 |
||
|
Ċereali u prodotti derviati minnhom (2) bl-eċċezzjoni tal-ħbub tal-qamħirrum u l-prodotti tal-qamħirrum |
2,5 |
||
|
Fażola tas-sojja u prodotti dderivati minnha |
1,0 |
||
|
|
|
||
|
Għalf komplet |
|
||
|
Għalf komplet bl-eċċezzjoni ta’: |
5,0 |
||
|
30 |
||
|
10 |
||
|
2,0 |
||
|
20 |
||
|
1,0 |
||
|
1,0 |
||
|
1,0 |
|
Okratossina A |
Valur indikattiv fi mg/kg (ppm) li hu relattiv għal għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||
|
Materjali tal-għalf (1) |
|
||
|
Ċereali u prodotti dderivati minnhom (2) |
0,05 |
||
|
Żrieragħ taż-żejt, frott taż-żejt, u prodotti dderivati minnhom |
0,05 |
||
|
Ful taż-żwiemel u prodotti derivati minnu |
0,05 |
||
|
Nifel (prodotti) |
0,05 |
||
|
|
|
||
|
Għalf komplet |
|
||
|
Għalf komplet bl-eċċezzjoni ta’ |
0,02 |
||
|
0,01 |
||
|
0,03 |
||
|
0,01 |
||
|
0,01 |
||
|
0,05 |
(1) Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-materjali tal-għalf maħsuba biex jingħalfu direttament lill-annimali biex jiġi żgurat li l-użu tagħhom fir-razzjon ta’ kuljum ma għandux iwassal biex l-annimal ikun espost għal livell ogħla ta’ dawn il-mikotossini mil-livelli korrispondenti ta’ esponiment fejn jintuża biss għalf komplet fir-razzjon ta’ kuljum.
(2) Ir-referenza għaċ-ċereali, il-ħafur u l-prodotti derivati minnhom tinkludi mhux biss il-materjali tal-għalf elenkati taħt l-intestatura 1 “Ħbub taċ-ċereali u prodotti dderivati minnhom” tal-lista ta’ materjali tal-għalf imsemmija fil-parti C tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) No 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1) iżda wkoll materjali tal-għalf oħrajn li huma derivati miċ-ċereali, b’mod partikolari t-tiben taċ-ċereali u foraġġ u għalf oħxon taċ-ċereali ieħor, u tinkludi wkoll psewdoċereali (bħall- qamħ saraċin u l-quinoa) u prodotti dervati minnhom.
(3) It-terminu “Qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum” jinkludi mhux biss il-materjali tal-għalf elenkati taħt l-intestatura 1 “Ħbub taċ-ċereali u prodotti dderivati minnhom” tal-lista ta’ materjali tal-għalf imsemmija fil-parti C tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) No 68/2013 tas- 16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1) iżda wkoll materjali tal-għalf oħrajn li huma derivati mill-qamħirrum, b’mod partikolari s-silaġġ tal-qamħirrum u foraġġ u għalf oħxon tal-qamħirrum ieħor.
(4) It-terminu “silaġġ aħdar” jirreferi għall-bijomassa insilata minn raba’ li jinħadem u bur li jikkonsisti minn kwalunkwe ħaxix, pjanta tal-legumi jew ħxejjex aromatiċi (ħlief iċ-ċereali, il-qamħirrum, il-pitravi taz-zokkor u s-sojja) u t-terminu “grixa tal-foraġġ” għall-prodott miksub bit-tnixxif u t-tħin u f’xi każijiet l-ikkumpattar tal-pjanti tal-foraġġ (ħlief iċ-ċereali, il-qamħirrum, il-pitravi taz-zokkor u s-sojja) (il-lista tal-materjali tal-għalf imsemmija fil-parti C tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1)).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2026/1801/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)