European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1780

17.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1780

tas-17 ta’ Lulju 2026

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2026, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid l-appoġġ sod u persistenti tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni se tkompli tipprovdi, f’koordinazzjoni ma’ sħab u alleati tal-istess fehma, appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku komprensiv lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha. Il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-eskalazzjoni serja reċenti mir-Russja, inkluż attakki bil-missili u bid-droni fuq skala kbira kontra persuni ċivili fl-Ukrajna. Il-Kunsill Ewropew esprima wkoll ir-rieda tal-Unjoni li żżid il-pressjoni fuq ir-Russja, inkluż billi timponi aktar sanzjonijiet.

(3)

Fid-dawl tal-aggressjoni kontinwa u li qed teskala tar-Russja kontra l-Ukrajna, u b’mod partikolari l-kampanja militari brutali reċenti tagħha mmirata deliberatament lejn l-infrastruttura ċivili, inkluż il-faċilitajiet tal-enerġija, tal-ilma u tas-saħħa, li kkawżat tbatija serja lill-popolazzjoni ċivili u li għandha l-għan li ddgħajjef ir-reżiljenza tal-Ukrajna, il-Kunsill iqis li huwa neċessarju li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi.

(4)

B’mod partikolari, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li persuna waħda u ħames entitajiet jiżdiedu fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj).


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“2105.

Irina Vladimirovna KHARISOVA

bir-Russu: Ирина Владимировна ХАРИСОВА

Funzjoni: President tal-Bord tad-Diretturi ta’ ABS Electro

Data tat-twelid: 20.1.1980

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 771412568133

Irina Kharisova hija l-President tal-Bord tad-Diretturi tal-grupp ta’ kumpaniji ABS Electro, u d-Direttur ta’ diversi kumpaniji ta’ dak il-grupp. Il-kumpaniji tal-grupp ABS Electro huma involuti fl-iżvilupp u l-manifattura ta’ komponenti elettroniċi u radjuelettroniċi. Is-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huwa meqjus strateġiku mil-lat tat-tkabbir ekonomiku.

Wieħed mill-prodotti ewlenin ta’ ABS Electro huwa l-antenna Kometa żviluppata minn JSC VNIIR-Progress, waħda mill-kumpaniji tal-grupp. Din is-sistema hija ddisinjata biex tfixkel il-komunikazzjonijiet billi tinterferixxi mal-frekwenzi tar-radju, tas-satellita u tar-radar u biex ittejjeb ir-reżistenza kontra l-interferenza elettronika. Il-varjant Kometa-M, tip ta’ antenna Kometa, jintuża f’apparati bħall-kits ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tal-bombi ggwidati ta’ Shahed u Geran. L-armi li jinkorporaw antenni Kometa manifatturati minn JSC VNIIR-Progress jintużaw b’mod estensiv fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Irina Kharisova hija wkoll id-Direttur ta’ Limited Liability Company ‘Asset Automation’ u l-Kap tal-Bord tad-Diretturi tas-sussidjarja tagħha, Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’. Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’ hija kumpanija Russa li tipproduċi sistemi ta’ kontroll awtomatizzati għal kumpaniji industrijali, b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija. Waħda mill-attivitajiet ewlenin ta’ Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’ hija li tforni tagħmir lill-faċilitajiet tar-raffinar, tal-ħżin jew tat-trasport taż-żejt u tal-gass operati mill-kumpaniji ewlenin taż-żejt u tal-gass Russi. Is-settur tal-enerġija, b’mod partikolari s-settur taż-żejt u tal-gass, huwa settur li jipprovdi sors ta’ dħul sostanzjali lill-gvern tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, Irina Kharisova qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Hija involuta wkoll f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

17.7.2026”;

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“988.

Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘ABS ZEIM Automation’

bir-Russu: Акционерное общество ‘АБС ЗЭИМ Автоматизация’

Indirizz: I.Yakovleva ave., 1, Cheboksary, 428003, Chuvash Republic, Russian Federation

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data ta’ reġistrazzjoni: 12.8.1992

Numru tar-reġistrazzjoni: 1022101130314

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2128006240

Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’ hija kumpanija Russa li tipproduċi sistemi ta’ kontroll awtomatizzati għal kumpaniji industrijali, b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija. Waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’ hija li tforni tagħmir lill-faċilitajiet tar-raffinar, tal-ħżin jew tat-trasport taż-żejt u tal-gass operati mill-kumpaniji ewlenin taż-żejt u tal-gass Russi. Is-settur tal-enerġija, b’mod partikolari s-settur taż-żejt u tal-gass, huwa settur li jipprovdi sors ta’ dħul sostanzjali lill-gvern tal-Federazzjoni Russa.

Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’ hija wkoll parti mill-grupp ta’ kumpaniji ABS Electro, li huwa involut fl-iżvilupp u l-manifattura ta’ komponenti elettroniċi u radjuelettroniċi. B’mod partikolari, Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’ hija proprjetà ta’ Limited Liability Company ‘Asset Automation’, li għandha t-trademark li taħtha jopera l-grupp ta’ kumpaniji ABS Electro, u ta’ Limited Liability Company ‘Asset Electro’ permezz ta’ Open Joint Stock Company ‘All-Russian Scientific Research, Design and Technological Institute of Relay Construction with pilot production’.

ABS Electro group jinkludi lil JSC VNIIR-Progress, kumpanija Russa li tipproduċi l-antenna Kometa użata f’apparati bħall-kits ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tal-bombi ggwidati ta’ Shahed u Geran biex tissaħħaħ ir-reżistenza tagħhom kontra l-interferenza elettronika. JSC ‘Sokol Asset’, li għandha s-sjieda ta’ VNIIR-Progress u Limited Liability Company ‘Asset Electro’, għandhom l-istess indirizz.

Għalhekk, Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’ hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Hija assoċjata wkoll ma’ JSC VNIIR-Progress.

17.7.2026

989.

Limited Liability Company ‘Asset Automation’

magħrufa wkoll bħala LLC ‘Asset Automation’

magħrufa wkoll bħala LLC ‘Scientific and Production Enterprise “ABS Electro”’

magħrufa wkoll bħala LLC ‘NPP “ABS Electro”’

magħrufa wkoll bħala ‘ABS Electro Group’

bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью ‘Эссет Автоматизация’

Indirizz: 121471, City of Moscow, Municipal District of the Intracity Territory, Mozhaysky, 2nd Peter Alekseev lane, building 2, structure 1; 109028, Moscow, Serebryanichaya Embankment, 29

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data ta’ reġistrazzjoni: 27.4.2012

Numru tar-reġistrazzjoni: 1122130005502

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2130102938

Limited Liability Company ‘Asset Automation’ hija kumpanija Russa li hija parti mill-grupp ta’ kumpaniji ABS Electro u li hija involuta fl-iżvilupp u l-manifattura ta’ komponenti elettroniċi u radjuelettroniċi. B’mod partikolari, Limited Liability Company ‘Asset Automation’ hija d-detentur tat-trademark li taħtha jopera l-grupp ta’ kumpaniji ABS Electro.

Wieħed mill-prodotti ewlenin ta’ ABS Electro huwa l-antenna Kometa żviluppata minn waħda mill-kumpaniji tiegħu, JSC VNIIR-Progress. Din is-sistema hija ddisinjata biex tfixkel il-komunikazzjonijiet billi tinterferixxi mal-frekwenzi tar-radju, tas-satellita u tar-radar u biex ittejjeb ir-reżistenza kontra l-interferenza elettronika. Il-varjant Kometa-M, tip ta’ antenna Kometa, jintuża f’apparati bħall-kits ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tal-bombi ggwidati ta’ Shahed u Geran . L-armi li jinkorporaw antenni Kometa manifatturati minn JSC VNIIR-Progress jintużaw b’mod estensiv fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Limited Liability Company ‘Asset Automation’ għandha wkoll is-sjieda ta’ Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’, kumpanija Russa li tipproduċi sistemi ta’ kontroll awtomatizzati għal kumpaniji industrijali, b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija. Waħda mill-attivitajiet ewlenin ta’ Joint Stock Company ‘ABS ZEIM Automation’ hija li tforni tagħmir lill-faċilitajiet tar-raffinar, tal-ħżin jew tat-trasport taż-żejt u tal-gass operati mill-kumpaniji ewlenin taż-żejt u tal-gass Russi. Is-settur tal-enerġija, b’mod partikolari s-settur taż-żejt u tal-gass, huwa settur li jipprovdi sors ta’ dħul sostanzjali lill-gvern tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, Limited Liability Company ‘Asset Automation’ qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Limited Liability Company ‘Asset Automation’ hija involuta wkoll f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Hija assoċjata wkoll ma’ JSC VNIIR-Progress.

17.7.2026

990.

Open Joint Stock Company ‘All-Russian Scientific Research, Design and Technological Institute of Relay Construction with pilot production’

magħrufa wkoll bħala JSC VNIIR

bir-Russu: Открытое акционерное общество ‘Всероссийский научно-исследовательский, проектно-конструкторский и технологический институт релестроения с опытным производством’

magħrufa wkoll bħala АО ‘Вниир’

Indirizz: 4 I.Yakovleva Ave., Cheboksary, 428027, Chuvash Republic, Russian Federation

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Miftuħa

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data ta’ reġistrazzjoni: 19.6.1996

Nru ta’ reġistrazzjoni 1022101131580

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2128001516

Open Joint Stock Company ‘All-Russian Scientific Research, Design and Technological Institute of Relay Construction with pilot production’ hija kumpanija Russa li hija parti mill-grupp ta’ kumpaniji ABS Electro u li hija involuta fl-iżvilupp u l-manifattura ta’ komponenti elettroniċi u radjuelettroniċi. Open Joint Stock Company ‘All-Russian Scientific Research, Design and Technological Institute of Relay Construction with pilot production’ hija proprjetà ta’ LLC ‘Assets Electro’, kumpanija li għandha l-istess struttura ta’ ġestjoni u sjieda bħal Limited Liability Company ‘Asset Automation’, il-kumpanija li għandha t-trademark li taħtha jopera l-grupp ta’ kumpaniji ABS Electro. Flimkien ma’ Limited Liability Company ‘Asset Automation’, Open Joint Stock Company ‘All-Russian Scientific Research, Design and Technological Institute of Relay Construction with pilot production’ għandha wkoll ishma f’LLC ‘ABS ZEIM Automation’. ABS Electro group jinkludi wkoll JSC VNIIR-Progress, istitut Russu ta’ riċerka u żvilupp li jipproduċi l-antenna Kometa użata f’apparati bħall-kits ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tal-bombi ggwidati ta’ Shahed u Geran biex tissaħħaħ ir-reżistenza tagħhom kontra l-interferenza elettronika.

JSC VNIIR-Progress u Open Joint Stock Company ‘All-Russian Scientific Research, Design and Technological Institute of Relay Construction with pilot production’ għandhom l-istess indirizz. JSC VNIIR-Progress u Limited Liability Company ‘Asset Automation’ huma soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Għalhekk, Open Joint Stock Company ‘All-Russian Scientific Research, Design and Technological Institute of Relay Construction with pilot production’ hija assoċjata ma’ Limited Liability Company ‘Asset Automation’ u JSC VNIIR-Progress.

17.7.2026

991.

Limited Liability Company ‘Asset Electro’

magħrufa wkoll bħala LLC ‘Asset Electro’

magħrufa wkoll bħala LLC ‘Esset Electro’

magħrufa wkoll bħala LLC “NPP ‘ABS Electro’

bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью ‘Эссет Электро’

Indirizz: 109028, Moscow, Serebryanichaya Embankment, 29

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data ta’ reġistrazzjoni: 23.4.2012

Numru tar-reġistrazzjoni: 1127746315762

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7710911530

Limited Liability Company ‘Asset Electro’ hija kumpanija Russa li hija parti mill-Grupp ta’ kumpaniji ABS Electro, u li hija involuta fl-iżvilupp u l-manifattura ta’ komponenti elettroniċi u radjuelettroniċi. Hija għandha l-istess struttura ta’ ġestjoni u sjieda bħal Limited Liability Company ‘Asset Automation’, il-kumpanija li għandha t-trademark li taħtha jopera l-grupp ta’ kumpaniji ABS Electro. ABS Electro group notevolment jinkludi lil JSC VNIIR-Progress, istitut Russu ta’ riċerka u żvilupp li jipproduċi l-antenna Kometa użata f’apparati bħall-kits ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tal-bombi ggwidati ta’ Shahed u Geran biex tissaħħaħ ir-reżistenza tagħhom kontra l-interferenza elettronika. JSC ‘Sokol Asset’, li għandha s-sjieda ta’ VNIIR-Progress, u Limited Liability Company ‘Asset Electro’, għandhom l-istess indirizz. JSC VNIIR-Progress u Limited Liability Company ‘Asset Automation’ huma soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Limited Liability Company ‘Asset Electro’ hija għalhekk assoċjata ma’ ‘LLC Asset Automation’ u JSC VNIIR-Progress.

17.7.2026

992.

Joint Stock Company ‘Sokol Asset’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘Sokol Asset’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘Sokol Essets’

bir-Russu: Акционерное общество ‘Сокол Эссет’

Indirizz: 109028, Moscow, Municipal District Of The Intracity Territory Of Tagansky, Serebryanicheskaya Embankment, Building 29, Russian Federation

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data ta’ reġistrazzjoni: 11.4.2023

Numru tar-reġistrazzjoni: 1237700271423

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9710112971

Joint Stock Company ‘Sokol Asset’ hija kumpanija Russa li għandha s-sjieda ta’ JSC VNIIR-Progress. JSC VNIIR-Progress hija istitut Russu tar-riċerka u l-iżvilupp li jispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ sistemi avvanzati ta’ gwerra elettronika , b’mod partikolari teknoloġiji għall-imblukkar tas-sinjali u l-ġbir ta’ intelligence. Hija parti mill-grupp ta’ kumpaniji ‘ABS Electro’.

Wieħed mill-prodotti ewlenin tagħha huwa l-antenna Kometa, li hija ddisinjata biex tfixkel il-komunikazzjonijiet billi tinterferixxi mal-frekwenzi tar-radju, tas-satellita u tar-radar u biex ittejjeb ir-reżistenza kontra l-interferenza elettronika. Il-varjant Kometa-M, tip ta’ antenna Kometa jintuża f’apparati bħall-kits ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tal-bombi ggwidati ta’ Shahed u Geran. L-armi li jinkorporaw antenni Kometa manifatturati minn JSC VNIIR-Progress jintużaw b’mod estensiv fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. JSC VNIIR-Progress ikkollaborat ukoll b’mod estensiv mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja, u żiedet b’mod sinifikanti l-produzzjoni ta’ sistemi ta’ navigazzjoni u elettriċi għal tagħmir militari.

Għalhekk, Joint Stock Company ‘Sokol Asset’ qed tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Għalhekk, qed tappoġġa wkoll azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

17.7.2026”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1780/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)