|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1749 |
21.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1749
tal-20 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid. |
|
(3) |
Il-lista tal-Unjoni stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinkludi l-galatto-oligosakkarid bħala ikel ġdid awtorizzat. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-galatto-oligosakkarid ġie awtorizzat biex jiġi introdott fis-suq bħala ikel ġdid biex jintuża f’għadd ta’ oġġetti tal-ikel, fosthom il-formula tat-trabi u l-formula tal-prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/900 (5) emenda l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid. B’mod partikolari, il-livell massimu tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) żdied minn 0,333 kg ta’ galatto-oligosakkarid f’kull kg ta’ suppliment tal-ikel (33,3 %) għal 0,450 kg ta’ galatto-oligosakkarid f’kull kg ta’ suppliment tal-ikel (45,0 %) għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/684 (7) emenda l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid. B’mod partikolari, l-użu tal-galatto-oligosakkarid ġie estiż għal ikel addizzjonali, jiġifieri, il-ħlewwiet tal-ħalib, il-ġobon u l-ġobon ipproċessat, il-butir u x-xaħmijiet li jistgħu jiddelku. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1381 (8) emenda l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid. B’mod partikolari, l-użu tal-galatto-oligosakkarid ġie estiż għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, maħsub għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar. |
|
(8) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE (9) tiddefinixxi l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman. Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE (10) tiddefinixxi l-ġammijiet, il-ġelatini u l-marmellati tal-frott, u l-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dawk id-Direttivi jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rekwiżiti marbuta mad-denominazzjoni u mal-kompożizzjoni tal-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Għal dawk il-kategoriji tal-ikel jistgħu jintużaw biss ċerti denominazzjonijiet għall-meraq tal-frott u prodotti simili, il-ġammijiet, il-ġelatini u l-marmellati tal-frott, u l-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa u ċerti ingredjenti u sustanzi awtorizzati minn dawk id-Direttivi biss. Filwaqt li l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, ċerti kategoriji tal-ikel li għalihom huma awtorizzati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-galatto-oligosakkarid ma jikkorrispondux għalkollox mal-prodotti simili definiti fid-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza regolatorji, jixraq li l-kundizzjonijiet tal-użu tal-galatto-oligosakkarid u d-denominazzjoni tal-kategoriji tal-ikel li fihom irid jintuża jenħtieġ li jiġu emendati biex jippermettu li ssir distinzjoni bejniethom u l-kategoriji msemmija fid-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE. |
|
(9) |
L-użu tal-“galatto-oligosakkarid” għall-kategorija tal-ikel “xarbiet magħmulin mill-frott minbarra l-prodotti definiti fl-Anness I, il-Parti I, tad-Direttiva 2001/112/KE u xarbiet li jagħtu l-enerġija”, bħalissa huwa awtorizzat f’livell massimu ta’ 0,021 kg ta’ galatto-oligosakkarid f’kull kg ta’ ikel finali. Peress li din il-kategorija tinkludi żewġ tipi ta’ prodotti li mhumiex funzjonalment ekwivalenti għall-finijiet ta’ din l-awtorizzazzjoni, jixraq, fl-interess taċ-ċarezza, li ssir distinzjoni bejniethom. Għalhekk, jenħtieġ li l-kategorija tinqasam f’żewġ kategoriji: “xarbiet magħmulin mill-frott minbarra prodotti definiti fl-Anness I, il-Parti I, tad-Direttiva 2001/112/KE” minn naħa waħda, u “xarbiet enerġetiċi” min-naħa l-oħra. |
|
(10) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), it-terminu “ħalib” u d-denominazzjonijiet riżervati għall-prodotti tal-ħalib jistgħu jintużaw biss għall-prodotti li jikkonformaw mad-definizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dawk id-definizzjonijiet u biex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ħażina potenzjali fir-rigward tan-natura u l-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati, jixraq li t-terminu “xarbiet magħmulin mill-ħalib” jiġi sostitwit b’“xarbiet abbażi tal-ħalib” fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. |
|
(11) |
Fost il-kundizzjonijiet tal-użu tal-“galatto-oligosakkarid”, il-kategoriji tal-ikel “deżerti abbażi tal-ħalib” u “deżerti magħmulin mill-ħalib iffriżati”, huma awtorizzati bħala kategoriji separati fl-istess livelli massimi ta’ 0,043 kg ta’ galatto-oligosakkarid f’kull kg ta’ ikel finali. Meta jitqies li dawk il-kategoriji huma teknoloġikament u funzjonalment ekwivalenti għall-finijiet ta’ din l-awtorizzazzjoni, jixraq, fl-interess tas-simplifikazzjoni u ċ-ċarezza, li jiġu amalgamati fil-kategorija unika ta’ “deżerti abbażi tal-ħalib”. |
|
(12) |
Fost il-kundizzjonijiet tal-użu tal-“galatto-oligosakkarid”, il-kategoriji tal-ikel “bars” u “ċereali” huma awtorizzati bħala kategoriji separati fl-istess livelli massimi ta’ 0,125 kg ta’ galatto-oligosakkarid f’kull kg ta’ ikel finali. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u minħabba li dawn il-kategoriji jkopru prodotti simili għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li dawk il-kategoriji jiġu amalgamati fil-kategorija unika li ġejja: “ċereali pproċessati u tal-kolazzjon, fosthom il-bars taċ-ċereali”. |
|
(13) |
Fost il-kundizzjonijiet tal-użu tal-“galatto-oligosakkarid”, il-kategoriji tal-ikel “meraq għat-trabi”, “xorb tal-jogurt għat-trabi”, “deżerta għat-trabi”, “snacks għat-trabi”, “ċereali għat-trabi”, u xarbiet li jissostitwixxu l-ikel għat-trabi huma awtorizzati bħala kategoriji separati. Peress li dawk il-kategoriji jidħlu fil-qafas regolatorju usa’ ta’ ikel ipproċessat abbażi taċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, jixraq, fl-interess tal-konsistenza u taċ-ċarezza regolatorji, li dan jiġi rifless fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
|
(14) |
Fil-21 ta’ Marzu 2025, il-kumpanija FrieslandCampina Ingredients (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “galatto-oligosakkarid”. L-applikant talab li jiġi estiż l-użu tal-galatto-oligosakkarid għall-ġuleppijiet u għall-bażijiet f’għamla ta’ trab għax-xorb għall-preparazzjoni ta’ xarbiet aromatizzati; għall-ħlewwiet taċ-ċikkulata u għall-ħlewwiet miksija biċ-ċikkulata; għal ħlewwiet oħra, fosthom iċ-chewing gum, minbarra l-ħlewwiet tal-ħalib, ċikkulata u ħlewwiet miksija biċ-ċikkulata; għal xarbiet bħax-xarbiet li jixbhu l-kola u xarbiet aromatizzati; għall-konċentrati tal-meraq tal-frott jew tal-ħaxix minbarra l-prodotti definiti fl-Anness I, il-Parti I, tad-Direttiva 2001/112/KE; għat-trab abbażi tax-xorrox; għall-prodotti tal-proteina minbarra l-analogi tal-ħalib; xarbiet abbażi tal-kafè; xarbiet aromatizzati abbażi tal-ħalib; għall-preparati f’għamla ta’ trab għax-xarbiet tal-kawkaw; xarbiet abbażi tal-kawkaw; għall-bażijiet f’għamla ta’ likwidu għax-xorb, fosthom konċentrati u preparati magħmulin id-dar, li kollha kemm huma maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali. |
|
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-18 ta’ Lulju 2025 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tipprovdi l-opinjoni xjentifika tagħha dwar l-estensjoni tal-użu proposta tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid. |
|
(16) |
Fid-19 ta’ Novembru 2025, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of the extension of use of galacto-oligosaccharides as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (12) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(17) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-ikel ġdid huwa sikur skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, għalhekk jixraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-galatto-oligosakkarid. |
|
(18) |
L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u fl-opinjoni tal-Awtorità tipprovdi biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid huma f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u jenħtieġ li jiġu approvati. |
|
(19) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1). http://data.europa.eu/eli/reg/1997/258/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/609/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/900 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li jawtorizza bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “galatto-oligosakkarid” skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 197, 4.6.2021, p. 71, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/900/oj).
(6) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/46/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/684 tat-28 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid (ĠU L 126, 29.4.2022, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/684/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1381 tat-8 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid (ĠU L 207, 9.8.2022, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1381/oj).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/112/oj).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/113/oj).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).
(12) EFSA Journal 2025;23:e9797, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9797.
ANNESS
Fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għal “galatto-oligosakkarid” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
Ikel ġdid awtorizzat |
Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid |
Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi addizzjonali |
Rekwiżiti oħrajn |
Protezzjoni tad-data |
|
|
|
Kategorija tal-ikel speċifikat |
Livelli massimi (espressi bħala kilogrammi ta’ galatto-oligosakkarid f’kull kilogramma jew litru ta’ ikel finali, sakemm mhux espressi bħala massimu kuljum) |
|
|
|
|
“Galatto-oligosakkarid |
Supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE |
0,333 |
|
|
|
|
Supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar |
0,450 (li jikkorrispondi għal 5,4 g ta’ galatto-oligosakkarid f’kull porzjon; massimu ta’ tliet porzjonijiet kuljum sa massimu ta’ 16,2 g kuljum) |
||||
|
Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar |
F’konformità mar-rekwiżiti nutrizzjonali partikolari tal-persuni li huma maħsubin għalihom il-prodotti iżda mhux aktar minn 0,128 (li jikkorrispondi għal massimu ta’ 8,25 g ta’ galatto-oligosakkarid kuljum) |
||||
|
Ħalib |
0,020 |
||||
|
Xarbiet abbażi tal-ħalib |
0,030 |
||||
|
Xarbiet aromatizzati abbażi tal-ħalib |
0,025 |
||||
|
Xarbiet analogi għal dawk magħmulin bil-ħalib |
0,020 |
||||
|
Jogurt |
0,033 |
||||
|
Deżerti abbażi tal-ħalib |
0,043 |
||||
|
Xarbiet magħmulin mill-frott, minbarra prodotti definiti fl-Anness I, il-Parti I, tad-Direttiva 2001/112/KE |
0,021 |
||||
|
Sostitut ta’ ikla għall-kontroll tal-piż (f’għamla ta’ xarbiet) |
0,020 |
||||
|
Ikel ipproċessat abbażi taċ-ċereali u ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 |
Meraq: 0,025 Xarbiet tal-jogurt: 0,024 Deżerti: 0,027 Snacks: 0,143 Ċereali: 0,027 |
||||
|
Ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 |
“ikla għat-trabi f’għamla ta’ xarba” jew “ikla għat-trabi”: 0,012 |
||||
|
Xarbiet enerġetiċi |
0,021 |
||||
|
Xarbiet maħsubin biex jagħmlu tajjeb għall-użu ta’ sforz muskolari qawwi magħmulin b’mod speċjali għall-isportivi |
0,013 |
||||
|
Mili tat-torti tal-frott |
0,059 |
||||
|
Preparati tal-frott, minbarra l-prodotti definiti fl-Anness I, il-Parti I, tad-Direttiva 2001/112/KE u fl-Anness I, il-Parti I, tad-Direttiva 2001/113/KE |
0,125 |
||||
|
Konċentrat tal-meraq tal-frott jew tal-ħaxix, minbarra l-prodotti definiti fl-Anness I, il-Parti I, tad-Direttiva 2001/112/KE |
0,02 |
||||
|
Ċereali pproċessati u tal-kolazzjon, fosthom bars taċ-ċereali |
0,125 |
||||
|
Formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 |
0,008 |
||||
|
Ġobon u ġobon ipproċessat |
0,1 |
||||
|
Butir u xaħmijiet li jistgħu jiddelku |
0,1 |
||||
|
Ġuleppijiet u bażijiet f’għamla ta’ trab għax-xorb għall-preparazzjoni ta’ xarbiet aromatizzati, u għal skopijiet ta’ taħlil |
0,250 |
||||
|
Ħlewwiet tal-ħalib u taċ-ċikkulata |
0,05 |
||||
|
Ħlewwiet miksija biċ-ċikkulata |
0,025 |
||||
|
Ħlewwiet oħra, fosthom iċ-chewing gum, minbarra l-ħlewwiet tal-ħalib u taċ-ċikkulata u ħlewwiet miksija biċ-ċikkulata |
0,1 |
||||
|
Xarbiet |
Xarbiet li jixbhu l-kola: 0,018 Xarbiet aromatizzati: 0,02 |
||||
|
Trab abbażi tax-xorrox |
0,250 |
||||
|
Prodotti tal-proteina, minbarra analogi tal-prodotti tal-ħalib |
0,125 |
||||
|
Xarbiet abbażi tal-kafè |
0,018 |
||||
|
Preparati f’għamla ta’ trab għax-xarbiet tal-kawkaw |
0,1 |
||||
|
Xarbiet abbażi tal-kawkaw |
0,02 |
||||
|
Bażijiet f’għamla ta’ likwidu għax-xorb, fosthom konċentrati u preparati magħmulin id-dar |
0,1”. |
||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1749/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)