|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1739 |
29.7.2026 |
REGOLAMENT (UE) 2026/1739 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 43(2), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Is-settur agrikolu, b’mod partikolari l-bdiewa, li jiżguraw is-sigurtà tal-ikel, qiegħed jiffaċċa firxa ta’ sfidi. Il-pandemija tal-COVID-19, l-instabbiltà dejjem akbar fil-kummerċ dinji, l-eventi ta’ temp dejjem aktar estrem u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna wasslu għal żieda bla preċedent fil-kostijiet tar-riżorsi agrikoli meħtieġa relatati mal-enerġija u għal perjodu twil ta’ inflazzjoni għolja, li affettwaw l-ispejjeż tal-bdiewa u l-prezzijiet tal-ikel. B’mod parallel, il-bdiewa għadhom qed jagħmlu sforzi biex jiżguraw li l-produzzjoni tagħhom hija aktar sostenibbli mill-aspett ambjentali. Ħafna klijenti, li diġa’ qed iħabbtu wiċċhom ma’ żieda fl-għoli tal-ħajja, qed jixtru u jikkunsmaw dejjem aktar prodotti tal-ikel li huma inqas għaljin. Dawk il-fatturi kollha komplew jiddestabbilizzaw il-mod li l-valur miżjud huwa distribwit tul il-katina tal-provvista tal-ikel u żiedu l-livell ta’ inċertezza li fih joperaw il-bdiewa, b’mod partikolari l-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar jew ta’ daqs medju, li rriżultaw fi protesti u sfiduċja. Għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati miżuri biex jiġu indirizzati dawk l-isfidi sabiex jiġu restawrati l-ġustizzja u l-fiduċja tal-atturi fil-katina tal-provvista tal-ikel, biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa u titjieb is-saħħa ta’ negozjar tagħhom, inkluż permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u kooperattivi bħala ħallieqa ta’ valur miżjud, kif ukoll biex jiġi protett l-introjtu tal-bdiewa u tiżdied il-fiduċja taż-żgħażagħ fil-professjoni tal-biedja. |
|
(2) |
Meta jiġu żviluppati standards tal-kummerċjalizzazzjoni li jikkonċernaw l-indikazzjoni tal-post tal-biedja u/jew tal-oriġini, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-kuntest speċifiku ta’ kull prodott u settur. Jenħtieġ li dawk l-indikazzjonijiet jiġu ddeterminati fid-dawl tal-ħtieġa li jintlaħqu aħjar l-aspettattivi tat-trasparenza, inkluż permezz tat-tikkettar tal-pajjiż ta’ oriġini f’konformità mar-regoli tas-suq intern, ir-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi u l-istruttura tal-katina tal-provvista, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet prattiċi għall-operaturi u l-ħtieġa li tiġi evitata kumplessità bla bżonn. |
|
(3) |
Diversi operaturi fil-katina tal-provvista agroalimentari, li huma attivi fi stadji differenti tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut, żviluppaw skemi u tikketti biex jippromwovu modalitajiet kummerċjali li jiżguraw l-allokazzjoni ġusta tal-valur miżjud lill-bdiewa u l-ħolqien u ż-żamma ta’ ktajjen tal-provvista qosra. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi għall-użu ta’ termini fakultattivi li jiddeskrivu dawk il-modalitajiet kummerċjali huwa meħtieġ biex jiżdiedu t-trasparenza u l-affidabbiltà tal-użu ta’ dawk it-termini fil-katina tal-provvista tal-ikel, u b’hekk jiġu kkomplementati r-regoli eżistenti dwar it-tikkettar tal-ikel, b’mod partikolari dawk fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(4) |
Fl-interess taż-żieda fil-fiduċja u tal-ekwità tul il-katina tal-provvista tal-ikel, it-termini “ġust”, “ekwu”, u t-termini li għandhom tifsira ekwivalenti għal dawk it-termini, jenħtieġ li jintużaw biss biex jiġu indikati modalitajiet kummerċjali li jiżguraw l-istabbiltà u t-trasparenza fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-bdiewa u x-xerrejja u l-ipprezzar li huwa kkunsidrat ekwu u remunerattiv mill-bdiewa parteċipanti, u li jappoġġaw u jikkontribwixxu għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż b’mod li jkun konsistenti mal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(5) |
Jenħtieġ li t-terminu “katina tal-provvista qasira” jintuża biss biex jindika modalitajiet kummerċjali fejn teżisti rabta diretta bejn il-bdiewa u l-konsumaturi li tippermetti skambji diretti ta’ informazzjoni fil-proċess tal-produzzjoni u l-prodott, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod u/jew permezz ta’ intermedjarju fil-katina tal-provvista, u li l-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment l-azjendi tal-bdiewa parteċipanti fejn tkun ġiet prodotta l-materja prima. Inkella, dak it-terminu jista’ jintuża ukoll fejn tkun teżisti rabta mill-qrib bejn il-bdiewa u l-konsumaturi fil-prossimità ġeografika tagħhom, inkluż f’kuntesti transfruntieri. Jenħtieġ li l-prossimità ġeografika tinftiehem, fost l-oħrajn, bħala distanza qasira jew ħin tal-ivvjaġġar qasir li tqis l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi u demografiċi tal-Istati Membri. Tali użu tat-terminu “katina tal-provvista qasira” ser jinċentiva lill-konsumaturi biex iħallsu prezzijiet li jirremuneraw b’mod ġust lill-bdiewa għal dak li jipproduċu, isaħħaħ żoni rurali u jikkontribwixxi għall-iżvilupp u r-rivitalizzazzjoni ta’ dawk iż-żoni u jtejjeb it-trasparenza fir-rigward tal-oriġini u l-metodi ta’ produzzjoni tal-prodotti. Jenħtieġ li dan japplika għall-prodotti magħmula jew imqiegħda fis-suq intern. |
|
(6) |
Sabiex jirriflettu aħjar il-kundizzjonijiet tas-suq, l-aspettattivi li qed jevolvu tal-konsumaturi u l-avvanzi kemm fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll fl-istandards internazzjonali rilevanti, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) billi jiżdied termini fakultattivi addizzjonali li huma ekwivalenti għat-terminu “ġust” jew “ekwu”, u li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-użu tat-termini fakultattivi li jindikaw modalitajiet kummerċjali relatati mal-allokazzjoni ġusta tal-valur miżjud lill-bdiewa u l-ħolqien u ż-żamma ta’ ktajjen tal-provvista qosra, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe standard internazzjonali rilevanti u skemi tal-kwalità relatati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, li jinkludi dak fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(7) |
Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu liġi nazzjonali li tistabbilixxi rekwiżiti supplimentari għall-użu ta’ termini fakultattivi għal modalitajiet kummerċjali, jenħtieġ li dik il-liġi la tfixkel, la tillimita u lanqas tostakola l-użu ta’ dawk it-termini għal prodotti magħmula legalment jew ikkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor. |
|
(8) |
L-użu ta’ kuntratti bil-miktub jaqdi rwol kruċjali fl-irfigħ tar-responsabbiltà tal-operaturi, iżid il-konsapevolezza dwar l-importanza tas-sinjali tas-suq, jgħin biex jadatta l-provvista għad-domanda, itejjeb it-trażmissjoni tal-prezzijiet fil-katina tal-provvista, isaħħaħ it-trasparenza u jipprevjeni u jindirizza prattiki kummerċjali inġusti. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jiġu estiżi biex ikopru prodotti għajr il-ħalib mhux ipproċessat, filwaqt li jiġi żgurat l-allinjament mar-regoli dwar ir-relazzjonijiet kuntrattwali applikabbli għal setturi agrikoli oħra. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri jeżentaw lill-operaturi mill-obbligu li jinkludu indikaturi, indiċijiet jew metodi ta’ kalkolu tal-prezz finali jew klawżola ta’ reviżjoni fil-kuntratti bil-miktub tagħhom, wara li jikkonsultaw lir-rappreżentanti rilevanti tal-bdiewa jew tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali rilevanti, dment li l-effetti tal-prevedibbiltà, tat-trasparenza u tat-trażmissjoni tal-prezzijiet ikunu jistgħu jinkisbu b’mezzi oħra jew li l-obbligu li jiġu inklużi dawn l-elementi ma jkunx xieraq jew proporzjonat għal raġunijiet ġustifikati oħra. |
|
(9) |
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi tas-suq filwaqt li tinżamm ukoll kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-prodotti tal-ħalib, huwa xieraq li jiżdiedu l-limiti kwantitattivi applikabbli għall-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat koperti minn negozjati kuntrattwali kollettivi minn organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti espressi bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u tal-volumi totali prodotti u kkonsenjati fi Stat Membru. |
|
(10) |
Sabiex tiżdied il-flessibbiltà għall-Istati Membri u tiġi ssimplifikata l-proċedura għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u tittejjeb l-effiċjenza, jenħtieġ li r-regoli applikabbli jippermettu r-rikonoxximent tagħhom wara talba waħda li tkopri diversi setturi jew prodotti, minflok ir-rekwiżit attwali ta’ talba waħda li tkopri setturi speċifiku wieħed dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli għal kull settur speċifiku li għalih tfittex rikonoxximent. Barra minn hekk, il-produtturi tal-prodotti organiċi jistgħu jużaw il-possibbiltà eżistenti għall-istabbiliment u r-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi biex itejbu l-kollaborazzjoni tagħhom. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-istatuti tagħhom jenħtieġ li jirrikjedu wkoll li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jiġu stabbiliti fuq l-inizjattiva tal-bdiewa li jipproduċu prodotti agrikoli tal-art, irrispettivament minn jekk il-metodi ta’ produzzjoni jużawx il-ħamrija jew media oħra ta’ tkabbir, pereżempju fis-serer, jew tat-trobbija tal-bhejjem, u li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi humiex ikkontrollati f’konformità mar-regoli li jippermettu lil dawk il-membri bdiewa jiskrutinaw b’mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll jiddeċiedu li tali skrutinju demokratiku jista’ jitwettaq mhux biss direttament mill-bdiewa iżda wkoll permezz tal-assoċjazzjonijiet tagħhom, inkluż dawk fil-forma ta’ kooperattivi, dment li dawk l-assoċjazzjonijiet ikunu kkontrollati mill-bdiewa. Jenħtieġ li dan ma jipprekludix produtturi oħra li mhumiex bdiewa li jipproduċu prodotti agrikoli tal-art jew tat-trobbija tal-bhejjem, bħal proċessuri tal-ewwel stadju jew dawk li mhumiex produtturi, milli jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
|
(11) |
Sabiex ikompli jiġi promoss żvilupp sostenibbli, li huwa prinċipju ewlieni tat-Trattati u objettiv prijoritarju għall-politiki tal-Unjoni, u biex jiġu żgurati t-trasparenza, l-istabbiltà u l-ekwità fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-bdiewa u x-xerrejja tul il-katina tal-provvista, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikonoxxu lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jfittxu li jilħqu għanijiet speċifiċi billi jużaw termini fakultattivi għall-modalitajiet kummerċjali, bħal “ġust” jew “ekwu”, jew termini li għandhom tifsira ekwivalenti għal dawk it-termini, u t-terminu “katina tal-provvista qasira”, fil-modalitajiet kummerċjali tagħhom. |
|
(12) |
Sabiex jiġi żgurat standard tal-għajxien ġust għall-bdiewa, biex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ negozjar tagħhom fil-konfront ta’ proċessuri u atturi oħra fil-katina tal-provvista u biex tiġi prevista distribuzzjoni aktar ekwa tal-valur miżjud tul il-katina tal-provvista, il-possibbiltà li t-termini kuntrattwali jiġu nnegozjati f’isem il-membri tagħhom, għal parti jew għat-totalità tal-produzzjoni tagħhom, jenħtieġ li tiġi estiża għal organizzazzjonijiet ta’ produtturi mhux rikonoxxuti, fosthom kooperattivi jew forom legali ekwivalenti oħra rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali, dment li jikkonformaw mal-kriterji ta’ rikonoxximent stipulati fil-livell tal-Unjoni u jkunu involuti fl-attivitajiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inkluż il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid tal-prodotti tal-membri tagħhom fis-suq. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-membri ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti, dik il-possibbiltà jenħtieġ li tkun soġġetta għal limiti xierqa. B’mod partikolari, jenħtieġ li tkun estiża biss għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi mhux rikonoxxuti li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għar-rikonoxximent lil Stat Membru, fi żmien erba’ xhur mill-preżentazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni, jew, jekk ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni f’dak il-perjodu minn dak l-Istat Membru, fi żmien ħames snin mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, dment li sadanittant, l-Istat Membru ma jirrifjutax ir-rikonoxximent. |
|
(13) |
Sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ negozjar tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti u biex jiġi żgurat l-iżvilupp vijabbli tal-produzzjoni agrikola, l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jenħtieġ li jitħallew jinnegozjaw termini kuntrattwali f’isem il-membri tagħhom, inkluż il-prezz, għall-prodotti magħmula minn xi wħud jew mit-totalità tal-membri tagħhom anke jekk huma stess ma jkunux ġenwinament qed jeżerċitaw attività ekonomika dment li l-membri tagħhom ġenwinament qed jeżerċitaw attività ekonomika. Dik il-possibbiltà jenħtieġ li tkun permessa, soġġett għas-salvagwardja li l-organizzazzjonijiet li jkunu membri ta’ dawk l-assoċjazzjonijiet ma jkunux ukoll membri ta’ assoċjazzjoni oħra ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-volum tal-prodott kopert mill-attivitajiet ta’ dawk l-assoċjazzjonijiet ma jaqbiżx is-36 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak il-prodott fl-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, sabiex tinżamm kompetizzjoni effettiva fis-suq, jenħtieġ ukoll li l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi ma jitħallewx jinnegozjaw termini kuntrattwali meta dawk l-assoċjazzjonijiet jinkludu organizzazzjonijiet ta’ produtturi mhux rikonoxxuti. |
|
(14) |
L-istatuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jirrikjedu li l-membri tagħhom jillimitaw is-sħubija għal organizzazzjoni tal-produtturi waħda għal prodott partikolari sabiex joħolqu stabbiltà għall-organizzazzjoni tal-produtturi, jipprevjenu mġiba opportunistika mill-membri billi jillimitaw il-possibbiltà għalihom li jqiegħdu liberament il-kwantitajiet tagħhom ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi differenti, u jżommu l-koerenza fir-rappreżentanza tal-membri tagħhom. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jkun possibbli li produttur ikun membru ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi differenti jekk il-prodott ikkonċernat ikun prodott differenti tal-azjenda. Għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat li sħubijiet multipli huma possibbli f’każijiet debitament ġustifikati, dment li l-prodotti jkunu distinti biżżejjed, fir-rigward, fost l-oħrajn, il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew l-użi finali intiżi differenzjati. |
|
(15) |
Sabiex ix-xerrejja ma jitħallewx idgħajfu l-pożizzjoni ta’ negozjar tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa għall-kuntatti bejn ix-xerrejja u l-membri ta’ tali organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Filwaqt li x-xerrejja jistgħu jikkuntattjaw lill-membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jenħtieġ li l-kuntatt ma’ dawk il-membri ma jdgħajjifx l-objettivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jew il-konċentrazzjoni tal-provvista u l-introduzzjoni ta’ prodotti fis-suq, b’mod partikolari, meta tali kuntatt dirett ma’ membri ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jintuża biex tiġi evitata l-istrateġija konġunta tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
|
(16) |
Sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa tal-prodotti tal-ħalib, b’mod partikolari billi jissaħħu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tagħhom, huwa xieraq li r-regoli dwar l-istatuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu allinjati u li l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli tiġi estiża għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-prodotti tal-ħalib, biex b’hekk jittejbu l-funzjonament demokratiku u t-trasparenza. |
|
(17) |
L-organizzazzjonijiet interprofessjonali jaqdu rwol importanti fl-iffaċilitar tad-djalogu bejn l-atturi fil-katina tal-provvista, u fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki, tat-trasparenza tas-suq, tal-istabbiltà u tal-ekwità fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-bdiewa u x-xerrejja tul il-katina tal-provvista kollha. Għalhekk huwa xieraq li tiġi inkluża l-promozzjoni ta’ inizjattivi għall-inklużjoni ta’ termini fakultattivi għall-modalitajiet kummerċjali, bħat-termini “ġust”, “ekwu” jew termini li għandhom tifsira ekwivalenti għal dawk it-termini, u t-terminu “katina tal-provvista qasira” fil-lista ta’ objettivi li organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta tista’ tfittex li tilħaq. |
|
(18) |
Ċerti Stati Membri jirrikjedu li l-konsenji kollha ta’ prodotti agrikoli fit-territorju tagħhom ikunu koperti minn kuntratti bil-miktub bejn il-partijiet rilevanti. Meta Stat Membru ma jużax dik il-possibbiltà, il-bdiewa, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jitolbu l-użu ta’ kuntratti bil-miktub. Madankollu, minħabba l-pożizzjoni ta’ negozjar aktar dgħajfa tagħhom u l-biża’ ta’ ritaljazzjoni kummerċjali mix-xerrejja, jista’ jkun diffiċli għall-bdiewa u għall-assoċjazzjonijiet tagħhom li jagħmlu talba bħal din. Sabiex jiżdiedu l-fiduċja, it-trasparenza u l-effiċjenza fil-katina tal-provvista, il-bdiewa, li jaħdmu fil-bidu nett tal-katina tal-provvista agroalimentari u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jenħtieġ li jkollhom il-benefiċċju ta’ kuntratti bil-miktub. Għalhekk, jenħtieġ li jkunu meħtieġa kuntratti bil-miktub meta l-konsenji ta’ prodotti agrikoli jsiru minn bdiewa li jipproduċu l-prodotti tal-art, irrispettivament minn jekk il-metodi ta’ produzzjoni tagħhom jużawx il-ħamrija jew media oħra ta’ tkabbir, pereżempju fis-serer, jew tat-trobbija tal-bhejjem fl-azjendi tagħhom u meta jipproċessaw dawk il-prodotti agrikoli primarji. Il-konsenji ta’ prodotti bħal dawn li jsiru minn assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li jipproċessaw jew jikkummerċjalizzaw tali prodotti għall-bdiewa jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn kuntratt bil-miktub. |
|
(19) |
Sabiex jitqiesu aħjar is-sinjali tas-suq u titjieb it-trażmissjoni tal-prezzijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu l-użu ta’ kuntratti bil-miktub għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli, inkluż il-konsenji minn jew għal operaturi oħra tal-katina tal-provvista tal-ikel u jenħtieġ li jirrikjedu li x-xerrejja jużaw offerti bil-miktub għal kuntratti għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli. |
|
(20) |
Għal raġunijiet ta’ sempliċità u tnaqqis tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi ċerti derogi mill-obbligu li jintużaw kuntratti bil-miktub jew offerti bil-miktub għal kuntratti, u jippermetti lill-Istati Membri jeżentaw ċerti konsenji mill-obbligu li jintużaw kuntratti bil-miktub jew offerti bil-miktub għal kuntratti. Jenħtieġ li l-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom iżommu d-dritt li jitolbu kuntratt bil-miktub jew offerta bil-miktub għal kuntratt meta ma jkunx hemm tali obbligu. Sabiex jiġi ppreservat ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-kooperattivi fil-promozzjoni ta’ approċċi kollettivi u jiġi mmassimizzat il-valur miżjud għall-membri tagħhom, u b’hekk tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista, jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ kuntratt bil-miktub għall-konsenji mill-membri lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew lill-kooperattiva tagħhom, dment li l-istatuti tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-kooperattiva kkonċernati jipprevedu regoli trasparenti u prevedibbli dwar it-trażmissjoni tal-prezzijiet, filwaqt li jitqies l-impatt fuq ir-remunerazzjoni tal-bdiewa. |
|
(21) |
Sabiex l-Istati Membri jingħataw l-possibbiltà li jqisu l-prattiki nazzjonali jew reġjonali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri jeżentaw prodotti soġġetti għal provvista staġjonali jew għal fluttwazzjonijiet fid-domanda jew prodotti li jitħassru u prodotti li huma soġġetti għal prattiki ta’ bejgħ tradizzjonali jew abitwali speċifiċi mill-obbligu li jintużaw kuntratti bil-miktub jew offerti bil-miktub għal kuntratti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jeżentaw ċerti prodotti għajr il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mill-obbligu li jkunu s-suġġett ta’ kuntratti bil-miktub, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti rilevanti tal-bdiewa jew mal-organizzazzjonijiet interprofessjonali rilevanti, dment li l-effetti tal-prevedibbiltà, tat-trasparenza u tat-trażmissjoni tal-prezzijiet jinkisbu b’mezzi oħra għall-prodotti kkonċernati jew li l-obbligu li dawk il-prodotti jkunu s-suġġett ta’ kuntratti bil-miktub jew offerti bil-miktub għal kuntratti ma jkunx xieraq jew proporzjonat għal dawk il-prodotti għal raġunijiet ġustifikati oħra. Dik il-possibbiltà li ċerti prodotti jiġu eżenti mill-obbligu li jkunu s-suġġett ta’ kuntratti bil-miktub jenħtieġ li tinkludi wkoll il-possibbiltà li ċerti prodotti jiġu eżenti minn ċerti elementi obbligatorji ta’ tali kuntratti bil-miktub. Sabiex il-bdiewa jiġu protetti, jenħtieġ li l-każijiet li għalihom jistgħu jingħataw dawn l-eżenzjonijiet jiġu stipulati b’mod ċar. |
|
(22) |
L-obbligu li jintużaw kuntratti bil-miktub għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli u l-kundizzjonijiet bażiċi għall-użu tagħhom jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li d-dritt tal-partijiet li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratti tagħhom ma jkunx ristrett lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux preklużi milli jadottaw miżuri biex jiġġieldu l-prattiki kummerċjali inġusti fil-katina agroalimentari li għandhom impatt negattiv fuq l-istandards tal-għajxien tal-komunità agrikola, dment li tali miżuri jkunu xierqa u proporzjonati biex jiżguraw l-ilħuq tal-objettiv segwit u jkunu kompatibbli mad-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), inkluż l-Artikolu 9 tagħha. |
|
(23) |
Sabiex il-partijiet jiġu mħeġġa jilħqu ftehim bonarju fil-każ ta’ tilwim dwar il-konklużjoni jew ir-rieżami ta’ kuntratt bil-miktub, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-medjazzjoni jew il-mekkaniżmi komparabbli jkunu disponibbli għall-partijiet. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-mekkaniżmi eżistenti jew ġodda li huma stabbiliti għal dak l-għan. Dawn jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-bdiewa, organizzazzjonijiet interprofessjonali, servizzi ta’ medjazzjoni privati akkreditati jew korpi indipendenti oħra għas-soluzzjoni tat-tilwim. Jenħtieġ li dawk il-mekkaniżmi jkunu imparzjali u li l-użu tagħhom ikun volontarju għall-partijiet kontraenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-mekkaniżmi fis-seħħ fit-territorju tagħhom. |
|
(24) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tal-mekkaniżmi tat-trażmissjoni tal-prezzijiet, meta l-prezz finali pagabbli għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli jiġi kkalkolat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, dawk il-fatturi jenħtieġ li jinkludu indikaturi oġġettivi, indiċijiet jew metodi ta’ kalkolu mifhuma faċilment mill-partijiet. Sabiex jiġi evitat li l-bdiewa jkunu mġiegħla jbigħu b’mod sistematiku aktar baxx minn kostijiet tal-produzzjoni tagħhom, l-indikaturi, l-indiċijiet u l-metodi tal-kalkolu tal-prezz finali jenħtieġ li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq u lbidliet fl-elementi rilevanti tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kkonsenjati li jkollhom impatt fuq ir-remunerazzjoni tal-bdiewa. |
|
(25) |
Meta titqies il-pożizzjoni vulnerabbli ta’ negozjar tal-bdiewa u tal-organizzazzjonijiet tagħhom, każijiet reċenti ta’ volatilità sinifikanti fil-kostijiet tar-riżorsi agrikoli meħtieġa u fil-prezzijiet tas-suq, u l-ħtieġa ta’ trażmissjoni aktar effiċjenti tal-prezzijiet fil-katina tal-provvista, il-kuntratti fis-settur tal-ħalib b’tul ta’ aktar minn sitt xhur, u l-kuntratti b’tul ta’ aktar minn 12-il xahar f’setturi agrikoli oħra, jenħtieġ li jinkludu klawżola ta’ reviżjoni li l-bdiewa jew l-organizzazzjonijiet tagħhom jistgħu jiskattaw, pereżempju fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti, bħal eventi ta’ temp estrem, tifqigħat ta’ mard tal-annimali, tensjonijiet ġeopolitiċi, jew għal kwalunkwe raġuni oħra. Tali klawżola jenħtieġ li tippermetti lill-bdiewa jitolbu, fi kwalunkwe ħin wara l-perjodu tal-ewwel sitt xhur jew 12-il xahar, kif rilevanti, reviżjoni tal-elementi tiegħu u tippermettilhom itemmuh f’każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jinnegozjaw possibbiltajiet oħra għar-reviżjoni tal-kuntratt. |
|
(26) |
Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza kuntrattwali u jkun hemm kontribut għal prattiki kummerċjali aktar ġusti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu r-reġistrazzjoni ta’ kuntratti bil-miktub għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli. |
|
(27) |
Ċerti inizjattivi ta’ kooperazzjoni vertikali u orizzontali li jikkonċernaw prodotti agroalimentari, li għandhom l-għan li japplikaw rekwiżiti li huma aktar stretti mir-rekwiżiti obbligatorji jista’ jkollhom effetti pożittivi fuq l-objettiv tal-politika agrikola komuni li jiżgura standard tal-għajxien ġust għall-komunità agrikola u fuq l-objettiv li jiġi żgurat żvilupp sostenibbli tal-Unjoni. Għalhekk, f’każijiet speċifiċi, tali inizjattivi jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE. |
|
(28) |
F’perjodi ta’ żbilanċ serju fis-suq, kategoriji speċifiċi ta’ azzjoni kollettiva minn operaturi privati jistgħu jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tas-setturi kkonċernati. Tali azzjoni kollettiva minn operaturi privati tista’, pereżempju, tikkonsisti fl-irtirar mis-suq jew fid-distribuzzjoni b’xejn tal-prodotti tagħhom, fosthom billi jagħtuhom lill-organizzazzjonijiet tal-karità. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-operaturi privati jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jimplimentaw dawk l-azzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tagħmel disponibbli riżorsi tal-Unjoni mir-riżerva għall-agrikoltura biex tappoġġa dawk l-azzjonijiet. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jallokaw ukoll riżorsi nazzjonali addizzjonali mingħajr dewmien. |
|
(29) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Frar 2025 intitolata “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel”, il-Kummissjoni tfakkar li l-bhejjem huma parti essenzjali mis-settur agrikolu, il-kompetittività u l-koeżjoni tal-Unjoni. Is-sistemi sostenibbli tal-bhejjem huma kruċjali għall-ekonomija tal-Unjoni, għall-vijabbiltà taż-żoni rurali u għall-preservazzjoni tal-ambjent u tal-pajsaġġi rurali. Is-settur tal-bhejjem tal-Unjoni huwa partikolarment vulnerabbli għal diversi xokkijiet u għall-kompetizzjoni globali u huwa meħtieġ li jissodisfa standards għoljin ta’ produzzjoni li mhux dejjem jiġu ppremjati mis-suq. F’dak il-kuntest, huwa neċessarju li, fl-interess kemm tal-produtturi tal-Unjoni kif ukoll tal-konsumaturi, tiġi rikonoxxuta l-kompożizzjoni naturali tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam. It-termini relatati mal-laħam spiss ikollhom sinifikat kulturali u storiku. Għalhekk huwa xieraq li jiġu protetti t-termini relatati mal-laħam biex tissaħħaħ it-trasparenza fis-suq intern fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ikel u l-kontenut nutrittiv tiegħu, u li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati tajjeb. Tali ċarezza hija partikolarment importanti għall-konsumaturi li jfittxu kontenut nutrittiv speċifiku tradizzjonalment assoċjat mal-prodotti tal-laħam. Għalhekk, għall-finijiet u fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li “laħam” ifisser il-partijiet li jittieklu tal-annimali. |
|
(30) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I TFUE kif ukoll il-prodotti tal-ikel mhux elenkati f’dak l-Anness, jenħtieġ li ċerti termini jiġu riżervati għall-prodotti derivati mil-laħam, mingħajr preġudizzju għall-proċessi teknoloġiċi użati fil-produzzjoni li ma għandhomx l-għan li jissostitwixxu kompletament jew parzjalment il-laħam jew kwalunkwe kostitwent tal-laħam, jew, għall-prodotti li għandhom isem, li fihom dawk it-termini jintużaw flimkien ma’ kelma jew kliem biex jiġu indikati l-ispeċijiet tal-annimali li minnhom joriġina prodott agrikolu, mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ dawn it-termini għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif definiti fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Sabiex jitqies li hemm ċerti prodotti mhux derivati mil-laħam, li n-natura eżatta tagħhom hija ċara minħabba l-użu stabbilit fit-tul u ma jikkawża l-ebda konfużjoni possibbli lill-konsumaturi, jenħtieġ li tiżdied setgħa għall-Kummissjoni fl-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 biex titfassal lista ta’ ismijiet, li jkunu jistgħu jintużaw waħedhom jew flimkien ma’ kliem ieħor, u li tqis kif it-termini jintużaw f’lingwi differenti. |
|
(31) |
Sabiex il-kultivaturi tal-pitravi zokkrija jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ċarezza kuntrattwali mtejba u biex jiġi żgurat qafas kuntrattwali armonizzat filwaqt li titqies l-ispeċifiċità tas-settur tal-pitravi zokkrija, it-termini tax-xiri f’kuntratti għall-konsenja ta’ pitravi zokkrija jenħtieġ li jiġu allinjati mal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ kuntratti bil-miktub f’setturi agrikoli oħra. |
|
(32) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiġi emendat skont dan. |
|
(33) |
Sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel, jenħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) fir-rigward tat-tipi ta’ intervent li jeżistu f’ċerti setturi. Dawn l-emendi għandhom l-għan li jipprovdu inċentiv lill-bdiewa biex isiru jew jibqgħu membri ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fid-dawl tar-rwol pożittiv li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom fit-tisħiħ tas-setgħa ta’ negozjar tal-produtturi. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat appoġġ aktar effiċjenti u mmirat tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi permezz tal-pjanijiet speċifiċi mfassla mill-Istati Membri skont il-politika agrikola komuni (il-“Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK”), jenħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta’ żieda fl-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi operazzjonali f’ċerti setturi. |
|
(34) |
F’ċerti Stati Membri, il-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex ikkummerċjalizzati minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi meta mqabbel mal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex għadu ferm taħt il-medja tal-Unjoni. Fost l-inċentivi finanzjarji disponibbli, l-Istati Membri diġà jistgħu jipprovdu assistenza finanzjarja nazzjonali taħt l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2115 lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jinsabu f’ċerti reġjuni fejn il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi huwa ferm taħt il-medja tal-Unjoni. Bil-għan li tittejjeb il-kompetittività, tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur u jiġu stabbiliti organizzazzjonijiet ta’ produtturi ġodda, jenħtieġ li jingħata inċentiv finanzjarju li jikkonsisti f’żieda ta’ 10 % tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi fl-Istati Membri, li fihom il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jkun inqas minn 10 % għal tliet snin konsekuttivi qabel l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali rilevanti. |
|
(35) |
Bil-għan li jiġi ffaċilitat it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur tal-biedja u jiġu mħeġġa produtturi ġodda li jissieħbu f’organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u f’setturi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 42, il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jingħata inċentiv lill-bdiewa żgħażagħ u lill-bdiewa ġodda li jissieħbu f’organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. B’mod partikolari, jenħtieġ li tkun possibbli li tiżdied l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa relatata mal-investimenti li jsiru fl-azjenda ta’ bdiewa żgħażagħ jew bdiewa ġodda li jissieħbu f’organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta għall-ewwel darba bi 20 punt perċentwali. |
|
(36) |
Minħabba r-rikorrenza ta’ eventi ta’ temp avversi, diżastri naturali, mard tal-pjanti u infestazzjonijiet ta’ pesti f’dawn l-aħħar snin, irriżulta utli għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u għall-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jkunu jistgħu jidderieġu mill-ġdid il-fondi, inkluż l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-fond operazzjonali, għal interventi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ta’ tali eventi. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 52(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 65(1) u l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tiżdied minn 50 % għal 70 % tan-nefqa reali mġarrba, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(37) |
Sabiex jiġi appoġġat l-istabbiliment ta’ tipi ta’ intervent fis-setturi l-oħra msemmija fl-Artikolu 42, il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li, mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri jingħataw aktar flessibbiltà għall-aġġustament tal-allokazzjoni tal-fondi għal dawk is-setturi. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw sa 6 % tal-allokazzjonijiet tagħhom għal ħlasijiet diretti, wara li jiġu vvalutati l-konsegwenzi għal-livell ta’ appoġġ għall-introjtu. |
|
(38) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/2115 jiġi emendat skont dan. |
|
(39) |
Bil-għan li jiġi żgurat li jkunu jistgħu jsiru disponibbli għall-Istati Membri riżorsi tal-Unjoni mir-riżerva għall-agrikoltura sabiex jiġu appoġġati azzjonijiet kollettivi minn operaturi privati f’perjodi ta’ żbilanċ serju fis-suq, il-possibbiltà li tintuża r-riżerva għall-agrikoltura jenħtieġ li tiġi estiża għall-appoġġ ta’ azzjonijiet kollettivi fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li r-regoli tal-kompetizzjoni ma japplikawx għal dawk l-azzjonijiet. |
|
(40) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jiġi emendat skont dan. |
|
(41) |
Sabiex l-operaturi tas-suq jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jadattaw u biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-iskemi u l-prattiki nazzjonali eżistenti, l-applikazzjoni tar-regoli relatati mar-riżerva tat-termini fakultattivi “ġust” u “ekwu” u termini li għandhom tifsira ekwivalenti għal dawk it-termini, u t-terminu “ktajjen tal-provvista qosra”, jenħtieġ li tiġi differita sa sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Bl-istess mod, sabiex l-operaturi jadattaw ir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom għar-regoli l-ġodda dwar il-kuntratti bil-miktub u biex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib jaġġustaw l-istatuti tagħhom, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli tiġi differita sa sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex l-operaturi tas-suq ikunu jistgħu jadattaw u jaġġustaw l-istrateġiji tas-suq tagħhom, l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet u d-denominazzjonijiet riżervati għal-laħam u l-prodotti tal-laħam jenħtieġ li tiġi differita sa tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li l-prodotti li jkunu ġew prodotti jew importati f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-data li fiha jibdew japplikaw ir-regoli l-ġodda jitħallew ikomplu jiġu kkummerċjalizzati għal perjodu massimu ta’ sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew sad-data meta jispiċċaw l-istokkijiet, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 75(3), il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(2) |
l-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fil-Parti II, Titolu II, Kapitolu I, Taqsima 1, tiddaħħal is-subtaqsima li ġejja:
Artikolu 88a Termini fakultattivi għall-modalitajiet kummerċjali 1. It-terminu ‘ġust’ jew ‘ekwu’ jew termini li għandhom tifsira ekwivalenti għal dawk it-termini jistgħu jintużaw, waħedhom jew flimkien ma’ termini oħra, fuq it-tikkettar ta’, fil-preżentazzjoni ta’, fuq materjal ta’ reklamar għal jew fuq dokumenti kummerċjali relatati ma’ prodott tas-setturi elenkati fl-Artikolu 1(2) li jitqiegħed fis-suq, dment li dawk it-termini jintużaw biex jinformaw lix-xerrejja dwar imodalitajiet eżistenti għall-organizzazzjoni tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni jew tat-tqegħid fis-suq, li għandhom l-għan li jiżguraw tal-inqas dan li ġej:
Għall-fini tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-prezz jista’ jqis id-data rilevanti disponibbli dwar il-kostijiet tal-produzzjoni. 2. It-terminu ‘katina tal-provvista qasira’ jista’ jintuża, waħdu jew flimkien ma’ termini oħra, fuq it-tikkettar ta’, fil-preżentazzjoni ta’, fuq materjal ta’ reklamar għal jew fuq dokumenti kummerċjali relatati ma’ prodott tas-setturi elenkati fl-Artikolu 1(2) li jitqiegħed fis-suq, dment li l-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment l-azjendi tal-bdiewa parteċipanti fejn tkun ġiet prodotta l-materja prima, u t-terminu jintuża biex jinforma lix-xerrejja dwar modalitajiet eżistenti għall-organizzazzjoni tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni jew tat-tqegħid fis-suq, jiżguraw dan li ġej:
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 227 biex temenda dan ir-Regolament billi żżid termini fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li huma ekwivalenti għat-terminu ‘ġust’ jew ‘ekwu’, meta tali termini ekwivalenti jintużaw fis-suq biex jinformaw lix-xerrejja dwar l-modalitajiet kummerċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu u biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli addizzjonali jew billi tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tqis kwalunkwe standard internazzjonali rilevanti u skemi ċċertifikati tal-kwalità relatati. 4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), u fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), għall-użu tat-termini msemmija f’dawk il-paragrafi. Dawn ir-regoli ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu l-użu tat-termini msemmija f’dawk il-paragrafi għal prodotti li huma prodotti jew ikkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor skont it-termini msemmija f’dawk il-paragrafi. 5. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.” |
|
(4) |
L-Artikolu 148 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 148 Relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib 1. Konsenji fl-Unjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib minn bdiewa, inkluż assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, lil proċessuri, kolletturi, distributuri jew bejjiegħa bl-imnut għandha tkun koperta minn kuntratt bil-miktub bejn dawk il-partijiet. L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal dawn li ġejjin:
Tali kuntratt bil-miktub għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 4 u 8. Wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti rilevanti tal-bdiewa jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 163(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-inklużjoni ta’ indikaturi, indiċijiet jew metodi ta’ kalkolu tal-prezz finali msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c)(i), it-tieni inċiż, ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tkun obbligatorja u li l-konsenja ma għandhiex tkun koperta mir-rekwiżiti fil-paragrafu 4, il-punt (c)(iii), rigward klawżola ta’ reviżjoni jekk l-effetti tal-prevedibbiltà, tat-trasparenza u tat-trażmissjoni tal-prezzijiet jistgħu jinkisbu b’mod ieħor għall-ħalib jew għall-prodotti tal-ħalib ikkonċernati, jew li l-obbligu li jiġu inklużi l-elementi msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c)(i), it-tieni inċiż, ta’ dan l-Artikolu u l-paragrafu 4, il-punt (c)(iii), ta’ dan l-Artikolu, rigward klawżola ta’ reviżjoni ma jkunx xieraq jew proporzjonat għal dawk il-prodotti għal raġunijiet ġustifikati oħra. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘kollettur’ tfisser intrapriża li tittrasporta l-ħalib mhux ipproċessat minn bidwi jew kollettur ieħor għand proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat jew kollettur ieħor, fejn il-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat tiġi trasferita f’kull każ. 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li:
Fir-rigward ta’ offerti bil-miktub għal kuntratti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li tali offerta għandha ssir mill-ewwel xerrejja tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jew mill-bidwi, inkluż assoċjazzjoni tal-bdiewa, jew minn organizzazzjoni ta’ produtturi jew minn assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Kuntratti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew offerti għal kuntratt imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 4 u 8. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli l-medjazzjoni jew mekkaniżmi komparabbli, inkluż mekkaniżmi eżistenti lill-partijiet kontraenti. Tali mekkaniżmi għandhom ikunu volontarji għall-partijiet kontraenti u imparzjali biex ikopru każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda kuntratt aċċettabbli b’mod reċiproku msemmi fil-paragrafi 1 u 2 jew, fejn hemm kuntratt imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, rigward ir-reviżjoni ta’ dak il-kuntratt. Dawk il-mekkaniżmi jistgħu jinkludu rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-bdiewa. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li huma disponibbli fit-territorju tagħhom. 4. Il-kuntratt jew l-offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha:
5. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, kuntratt bil-miktub jew offerta bil-miktub għal kuntratt ma għandhiex tkun meħtieġa fil-każijiet li ġejjin:
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li kuntratt bil-miktub jew offerta bil-miktub għal kuntratt ma tkunx meħtieġa f’wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:
7. Meta, skont il-paragrafu 5, il-punt (b), jew il-paragrafu 6, kuntratt bil-miktub jew offerta bil-miktub għal kuntratt ma tkunx meħtieġa, bidwi, inkluż assoċjazzjoni tal-bdiewa, jew organizzazzjoni ta’ produtturi, jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jirrikjedu li kwalunkwe konsenja lil proċessur, distributur, bejjiegħ jew kollettur tal-ħalib jew prodotti tal-ħalib tkun is-suġġett ta’ kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet jew ta’ offerta bil-miktub għal kuntratt. Tali kuntratt jew offerta għal kuntratt għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu. 8. L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta’ ħalib jew ta’ prodotti tal-ħalib konklużi bejn il-bdiewa, inkluż l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-kolletturi, il-proċessuri, id-distributuri jew il-bejjiegħa bl-imnut, inkluż l-elementi u l-komponenti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
9. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li x-xerrej tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib jirreġistra l-kuntratti bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 għall-konsenja tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib ikkonċernati mill-bidwi, inkluż assoċjazzjoni tal-bdiewa, jew minn organizzazzjoni ta’ produtturi jew minn assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi lil kollettur, proċessur, distributur jew bejjiegħ bl-imnut fit-territorju tagħhom. 10. L-Istati Membri li jużaw l-għażliet imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 6, 8 u 9 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati dawk l-għażliet. 11. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikoluu miżuri relatati man-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).” |
|
(5) |
fl-Artikolu 149(2), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(6) |
L-Artikolu 152 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 153 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 157(1), il-punt (c), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(9) |
L-Artikolu 168 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 168 Relazzjonijiet kuntrattwali 1. Konsenji fl-Unjoni ta’ prodotti agrikoli minn settur elenkat fl-Artikolu 1(2) għajr il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u z-zokkor minn bdiewa, inkluż assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew minn organizzazzjoni ta’ produtturi jew minn assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, lil proċessuri, distributuri jew bejjiegħa bl-imnut, għandhom ikunu koperti minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet rilevanti. L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal dan li ġej:
Tali kuntratt bil-miktub għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 8. 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li:
Fir-rigward ta’ offerti bil-miktub għal kuntratt imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jew jiddeċiedi li tali offerta trid issir mill-ewwel xerrejja tal-prodotti agrikoli jew mill-bidwi, inkluż assoċjazzjoni tal-bdiewa, jew minn organizzazzjoni ta’ produtturi jew minn assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Kuntratti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew offerti għal kuntratt imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 8. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli l-medjazzjoni jew mekkaniżmi komparabbli, inkluż mekkaniżmi eżistenti, għall-partijiet kontraenti. Tali mekkaniżmi għandhom ikunu volontarji għall-partijiet kontraenti u imparzjali biex ikopru każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda kuntratt aċċettabbli b’mod reċiproku msemmi fil-paragrafi 1 u 2 jew, fejn hemm kuntratt imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għar-reviżjoni ta’ dak il-kuntratt. Dawk il-mekkaniżmi jistgħu jinkludu rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-bdiewa. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li huma disponibbli fit-territorju tagħhom. 4. Il-kuntratt jew l-offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha:
5. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, kuntratt bil-miktub jew offerta bil-miktub għal kuntratt ma għandhiex tkun meħtieġa fil-każijiet li ġejjin:
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li kuntratt bil-miktub jew offerta bil-miktub għal kuntratt ma għandhiex tkun meħtieġa f’wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:
7. Meta, skont il-paragrafu 5, il-punt (b), jew il-paragrafu 6, kuntratt bil-miktub jew offerta bil-miktub għal kuntratt ma tkunx meħtieġa, bidwi, inkluż assoċjazzjoni tal-bdiewa, jew organizzazzjoni ta’ produtturi jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, tista’ tirrikjedi li kwalunkwe konsenja ta’ prodotti agrikoli lil proċessur, distributur jew bejjiegħ bl-imnut tkun is-suġġett ta’ kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet jew ta’ offerta bil-miktub għal kuntratt. Tali kuntratt jew offerta għal kuntratt għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu. 8. L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli konklużi bejn il-bdiewa, inkluż l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, u l-proċessuri, id-distributuri jew il-bejjiegħa bl-imnut, inkluż l-elementi u l-komponenti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
Il-bdiewa, inkluż l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jirrifjutaw bil-miktub it-tul ta’ żmien minimu stipulat mill-Istati Membri skont it-tieni subparagrafu. 9. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li x-xerrej ta’ prodotti agrikoli jirreġistra l-kuntratti bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 għall-konsenja tal-prodotti agrikoli kkonċernati mill-bidwi, inkluż assoċjazzjoni tal-bdiewa, jew minn organizzazzjoni ta’ produtturi, jew minn assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi lil proċessur, distributur jew bejjiegħ bl-imnut fit-territorju tagħhom. 10. L-Istati Membri li jużaw l-għażliet imsemmija fil-paragrafi 2, 6, 8 u 9 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif dawk l-għażliet jiġu applikati. 11. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).” |
|
(10) |
L-Artikolu 210a huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Artikolu 222, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Matul perjodi ta’ żbilanċ qawwi fis-swieq, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw li l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet u deċiżjonijiet ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta’ tali assoċjazzjonijiet, jew organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, dment li tali ftehimiet u deċiżjonijiet ma jfixklux il-funzjonament xieraq tas-suq intern, ikunu strettament immirati sabiex jistabbilizzaw is-settur ikkonċernat u jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:
Meta l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, hija tista’ tiddeċiedi li tagħmel l-appoġġ tal-Unjoni mir-riżerva għall-agrikoltura msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2116 disponibbli għall-Istati Membri kkonċernati. Tali appoġġ finanzjarju għandu jipprovdi l-mezzi meħtieġa għall-implimentazzjoni mingħajr dewmien ta’ dawn il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet mill-operaturi kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u, soġġett għall-paragrafu 3, il-perjodu li għalih tapplika d-deroga, kif ukoll, meta applikabbli, l-ammont tar-riżerva għall-agrikoltura allokata lill-Istat Membru kkonċernat skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).” |
|
(12) |
fl-Artikolu 222a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi għal liema setturi agrikoli minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) għandhom jiġu stabbiliti l-osservatorji tas-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel distinzjoni speċifika bejn il-produzzjoni organika u dik mhux organika f’dawk l-osservatorji.” |
|
(13) |
fl-Anness VII, tiddaħħal il-Parti li ġejja: “PARTI Ia Denominazzjonijiet ta’ laħam u prodotti tal-laħam
(*2) Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj).”;" |
|
(14) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/2115
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 62, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 2 għandu jiżdied għal 70 % tan-nefqa reali mġarrba f’sena partikolari għall-programmi operazzjonali implimentati minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u affettwati f’dik is-sena partikolari minn eventi klimatiċi avversi, diżastri naturali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet ta’ pesti li għandhom jiġu identifikati mill-Istati Membri, bil-kundizzjoni li ż-żieda tingħata biss meta t-telf jaqbeż limitu ta’ mill-inqas 30 % tal-produzzjoni annwali medja tal-organizzazzjoni ta’ produtturi jew tal-assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi fil-perjodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin abbażi tal-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, bl-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa esklużi.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 65(1), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(4) |
fl-Artikolu 68, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. L-Artikolu 52(3), il-punti (a) sa (d), (f), (g) u (h) u l-Artikolu 52(5a) u (7) għandhom japplikaw mutatis mutandis.” |
|
(5) |
fl-Artikolu 88, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu bħala parti minn talba biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom magħmula f’konformità mal-Artikolu 119 u jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 6 % tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Anness V, meta rilevanti, wara t-tnaqqis tal-allokazzjonijiet għall-qoton stabbiliti fl-Anness VIII, għal tipi ta’ intervent f’setturi oħrajn imsemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 7. L-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwal tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għal pagamenti diretti msemmija fl-ewwel subparagrafi ta’ dan il-paragrafu u użati għal tipi ta’ intervent f’setturi oħra għal sena finanzjarja partikolari għandu jitqies li huwa allokazzjoni tal-Istati Membri għal kull sena finanzjarja għal tipi ta’ intervent f’setturi oħra.”. |
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (UE) 2021/2116
Fl-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(b) |
miżuri eċċezzjonali skont l-Artikoli 219, 220, 221 u 222 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”. |
Artikolu 4
Miżuri tranżizzjonali
Il-prodotti li ma jikkonformawx mad-denominazzjonijiet elenkati fil-Parti Ia tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u jkunu ġew prodotti fl-Unjoni jew importati fiha qabel id-data tal-applikazzjoni tar-regoli dwar id-denominazzjoni stabbiliti fih, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet jew sad-19 ta’ Awwissu 2032, skont liema jseħħ l-ewwel.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1, il-punti (3), (4), (7)(d), (9) and (14) għandhom japplikaw mid-19 ta’ Awwissu 2028.
L-Artikolu 1, il-punt (13) għandu japplika mid-19 ta’ Awwissu 2029.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strażburgu, it-8 ta’ Lulju 2026.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU C, C/2025/2969, 16.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2969/oj.
(2) ĠU C, C/2025/3479, 16.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3479/oj.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2026.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1169/oj).
(5) Id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta korporattiva dwar is-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).
(7) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
(8) Id-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/633/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).
(10) Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1739/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)