European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1738

24.7.2026

REGOLAMENT (UE) 2026/1738 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Lulju 2026

dwar ir-rekwiżiti taċ-ċirkolarità għad-disinn tal-vetturi u dwar il-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2019/1020 u (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttivi 2000/53/KE u 2005/64/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu, u l-Artikolu 192(1) tiegħu fir-rigward tal-Artikoli 14 sa 36 ta’ dan ir-Regolament,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw l-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew tistabbilixxi l-istrateġija ta’ tkabbir tal-Ewropa li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, fejn ma jkun hemm l-ebda emissjoni netta ta’ gassijiet b’effett ta’ serra sa mhux aktar tard mill-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Sabiex il-politiki tal-Unjoni dwar il-prodotti jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-livell globali, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-prodotti kkummerċjalizzati u mibjugħa fl-Unjoni jkollhom oriġini u manifattura sostenibbli u li jiġu ttrattati fi tmiem il-ħajja b’mod sostenibbli.

(2)

Is-settur awtomobilistiku huwa kontributur importanti għall-użu tar-riżorsi tal-enerġija u tal-materjal mill-Unjoni, u għalhekk għall-ġenerazzjoni ta’ gassijiet serra. Il-produzzjoni ta’ vetturi fil-pajjiżi terzi li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni tikkontribwixxi għall-ġenerazzjoni ta’ gassijiet serra globali, li min-naħa tagħha għandha impatt ambjentali negattiv fuq l-Unjoni. Bidla mill-użu tal-fjuwils fossili fil-vetturi għal mobbiltà b’emissjonijiet żero, kif previst fil-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, hija waħda mill-prerekwiżiti biex jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050. Dan se jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur awtomobilistiku marbuta mal-fażi tal-użu tal-vetturi. L-industrija awtomobilistika hija waħda minn dawk li jużaw l-aktar aluminju primarju, azzar u plastik, b’rabta mal-manifattura ta’ vetturi ġodda mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Dan jista’ jirrappreżenta impatt ambjentali sinifikanti, marbut mal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni u l-ipproċessar ta’ dawn il-materjali. L-impronta ambjentali marbuta mal-manifattura ta’ vetturi ġodda tista’ tiżdied bl-elettrifikazzjoni li għaddejja bħalissa tal-flotta, id-daqs u l-piż dejjem jiżdiedu tal-vetturi, kif ukoll minħabba l-użu aktar mifrux u l-kumplessità tal-elettronika f’mudelli futuri, li t-tnejn jeħtieġu kwantità konsiderevoli ta’ materja prima kritika u strateġika u metalli prezzjużi, bħar-ram u elementi tal-art rari. Ir-riżultat ta’ dawk il-bidliet huwa li l-fażi tal-produzzjoni jista’ jkollha impronta ambjentali akbar mill-fażi tal-użu tal-vetturi, u li l-industrija Ewropea tista’ ssir aktar u aktar dipendenti mill-importazzjonijiet ta’ materja prima kritika u vulnerabbli għall-interruzzjonijiet tal-provvista, askapitu tal-kompetittività. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti attwali fid-dritt tal-Unjoni dwar l-immaniġġar tal-iskart jirriżultaw fi rkupru subottimali tar-riżorsi minn vetturi li ma għadhomx jintużaw, u hemm potenzjal għoli li jiżdiedu l-kwantità u l-kwalità tal-parts, tal-komponenti u tal-materjali li għandhom jissewwew, jintużaw mill-ġdid, jiġu rimanifatturati, rinnovati, modifikati retroattivament jew riċiklati minn vetturi matul il-fażi tal-użu kif ukoll minn vetturi li ma għadhomx jintużaw. Sabiex jiġu indirizzati dawn l-impatti ambjentali u jingħata kontribut għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur u jingħata appoġġ lill-kompetittività billi tiżdied ir-reżiljenza tal-industrija awtomobilistika, jeħtieġ li jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku u li tissaħħaħ it-tranżizzjoni tal-industrija awtomobilistika lejn ekonomija ċirkolari. Dan huwa konformi mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2020 dwar pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari – Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva li talbet reviżjoni tar-regoli attwali biex jiġu promossi mudelli tan-negozju aktar ċirkolari billi l-kwistjonijiet tad-disinn jiġu marbuta mat-trattament fi tmiem il-ħajja, jiġu kkunsidrati regoli dwar il-kontenut riċiklat obbligatorju għal ċerti materjali, u tittejjeb l-effiċjenza tar-riċiklaġġ. Dan huwa wkoll f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew saħqu wkoll fuq il-ħtieġa ta’ regoli ġodda tal-Unjoni dwar dawk il-kwistjonijiet, li jissostitwixxu r-regoli eżistenti dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru u dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw.

(3)

Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi rekwiżiti armonizzati ta’ trattament għal vetturi li ma għadhomx jintużaw u miri għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ kif ukoll l-użu mill-ġdid u l-irkupru tal-vetturi. Din tistabbilixxi obbligi dwar il-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, kif ukoll obbligi għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari r-restrizzjoni tal-użu ta’ metalli tqal fil-vetturi. Toħloq ukoll regoli bażiċi dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur, li jirrikjedu li l-produtturi tal-vetturi jkopru parti mill-kostijiet tal-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

(4)

L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tad-Direttiva 2000/53/KE enfasizzat li kienet effettiva fl-ilħuq ta’ ħafna mill-objettivi inizjali tagħha, speċjalment l-eliminazzjoni tal-kadmju, taċ-ċomb, tal-merkurju u tal-kromu eżavalenti mill-vetturi, żieda fil-punti ta’ ġbir għal vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-ilħuq tal-miri ta’ rkupru u riċiklaġġ. Madankollu, l-evalwazzjoni sabet li dik id-Direttiva ma kinitx tindirizza biżżejjed il-kwistjonijiet importanti marbuta mal-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u li ma kinitx adattata aktar biex tiżgura kwalità għolja ta’ trattament ta’ dawn il-vetturi.

(5)

Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tirregola l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fir-rigward tal-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru tagħhom, sabiex dawn il-vetturi jkunu jistgħu jilħqu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2000/53/KE fil-fażi ta’ tmiem il-ħajja tagħhom. Madankollu, id-Direttiva 2005/64/KE ma kinitx effettiva biex ittejjeb b’mod sostanzjali l-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru ta’ vetturi ġodda u mhijiex adattata għall-karatteristiċi ta’ vetturi ġodda, li nbidlu b’mod konsiderevoli mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2005/64/KE.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) introduċa sistema komprensiva ta’ approvazzjoni tat-tip u ta’ sorveljanza tas-suq għall-vetturi bil-mutur, it-trejlers, u għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq uniku u sabiex jiġi offrut livell għoli ta’ prestazzjoni ambjentali. Hemm bżonn ta’ att regolatorju separat għall-finijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE stabbilita fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet u rekwiżiti dwar iċ-ċirkolarità tal-vetturi li jinsabu fil-proċess li jiksbu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-vetturi ma’ dawk ir-rekwiżiti, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-verifika tagħhom fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Id-dispożizzjonijiet amministrattivi tar-Regolament (UE) 2018/858, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq, il-miżuri korrettivi, il-klawżoli ta’ salvagwardja u l-penali, japplikaw għall-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn l-approvazzjonijiet tat-tip u l-approvazzjonijiet tat-tip il-ġodda. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu ċċarati liema dispożizzjonijiet japplikaw għat-tipi ta’ vettura l-ġodda fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2018/858. Jenħtieġ, għaldaqstant, li jiġi ċċarat li l-emendi għall-approvazzjoni tat-tip ma jirrikjedux sistematikament estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip fl-ambitu ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fir-rigward tal-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru tagħhom, l-istadju tal-produzzjoni tal-vetturi, il-valutazzjoni tal-istatus tal-vettura u l-esportazzjonijiet tal-vetturi użati. Sabiex jingħata kontribut għall-objettivi tal-preservazzjoni, tal-protezzjoni u tat-titjib tal-kwalità tal-ambjent, tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tal-ġestjoni tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw, filwaqt li jitqiesu d-disinn tal-vettura, kif ukoll il-miżuri mmirati li jipprevjenu l-iżmuntar illegali bħat-traċċabbiltà aħjar fil-każ ta’ trasferiment tas-sjieda tal-vetturi użati. Għalhekk, l-aktar mod effiċjenti biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tas-settur awtomobilistiku lejn ekonomija ċirkolari huwa li jiġi stabbilit qafas regolatorju uniformi fil-livell ta’ Unjoni, li jkopri b’mod integrat u konsistenti d-disinn, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni u t-trattament ta’ tmiem il-ħajja tal-vetturi. Dan huwa essenzjali wkoll għall-iżvilupp tas-suq tal-Unjoni għall-materja prima sekondarja li hija inkluża f’vetturi ġodda mqiegħda fis-suq, kif ukoll biex jiġu evitati l-ostakli għall-kummerċ u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, tiġi żgurata ċ-ċarezza tad-dritt u jittejbu l-prestazzjonijiet ambjentali tal-operaturi ekonomiċi kollha involuti fid-disinn, fil-produzzjoni u fit-trattament ta’ tmiem il-ħajja tal-vetturi. Sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, id-Direttivi 2000/53/KE u 2005/64/KE jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’Regolament, abbażi tal-Artikolu 114 u tal-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(9)

Fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw l-obbligi tal-produtturi sabiex jiggarantixxu servizz u jkopru l-kostijiet tal-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ dawk ir-reġjuni.

(10)

Id-Direttivi 2000/53/KE u 2005/64/KE japplikaw biss għall-vetturi tal-passiġġieri (M1) u għall-vetturi kummerċjali ħfief (N1), li jikkostitwixxu madwar 85 % tal-vetturi kollha rreġistrati fl-Unjoni. Il-bqija tal-vetturi, jiġifieri vetturi b’żewġ roti u bi tliet roti, kwadriċikli, trakkijiet, karozzi tal-linja u trejlers, ma huma soġġetti għall-ebda leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ekodisinn u l-ġestjoni tagħhom fil-fażi ta’ tmiem il-ħajja tagħhom. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat qafas komprensiv ta’ ċirkolarità għall-vetturi kollha rreġistrati fl-Unjoni, inkluż it-trattament tagħhom li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, kif ukoll biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq uniku, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mhux biss għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, iżda, parzjalment, anki għal ċerti vetturi tal-kategorija L, vetturi heavy-duty u t-trejlers tagħhom (M2, M3, N2, N3, u O). Hemm nuqqas ta’ informazzjoni komprensiva dwar it-trattament ta’ tali vetturi fi tmiem il-ħajja tagħhom fl-Unjoni, li jipprevjeni li għalihom jiġi applikat l-istess reġim bħal dak li japplika għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, ir-rekwiżiti rigward il-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, it-twassil obbligatorju tagħhom f’faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament għat-trattament kif ukoll it-tindif mit-tniġġis tagħhom, it-tneħħija obbligatorja ta’ ċerti parts u komponenti għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ qabel it-tqattigħ u l-kundizzjonijiet għar-rimi f’landfill ta’ skart mhux inerti li jirriżulta mit-tqattigħ jenħtieġ li japplikaw għal vetturi tal-kategorija L u vetturi heavy-duty u t-trejlers tagħhom (M2, M3, N2, N3 u O). Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament ta’ dawn il-vetturi li ma għadhomx jintużaw, il-manifatturi tagħhom jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar it-tneħħija u s-sostituzzjoni ta’ parts, komponenti u materjali minn tali vetturi. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-responsabbiltà estiża tal-produttur jenħtieġ li japplikaw għal dawk il-kategoriji ta’ vetturi, li jkopru l-kostijiet tal-ġbir u tat-tindif mit-tniġġis tagħhom fi tmiem il-ħajja tagħhom.

(11)

Billi mhux l-Istati Membri kollha jirrikjedu r-reġistrazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L1e, L2e jew L6e, jeħtieġ li lill-Istati Membri tingħata l-possibbiltà li jeżentaw lil dawk il-kategoriji ta’ vetturi mir-rekwiżiti marbuta mar-reġistrazzjoni.

(12)

Il-problemi bl-esportazzjoni ta’ vetturi użati jikkonċernaw mhux biss il-vetturi tal-passiġġieri (M1) u l-vetturi kummerċjali ħfief (N1), iżda wkoll, kif juru l-istudji, vetturi akbar. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li japplikaw ukoll għal vetturi heavy-duty u t-trejlers tagħhom (M2, M3, N2, N3, u O).

(13)

Vetturi ddisinjati u mibnija jew adattati għall-użu mis-servizzi armati biss, kif ukoll vetturi ddisinjati u mibnija għall-użu mis-servizzi armati, mid-difiża ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku u mis-servizzi mediċi ta’ emerġenza jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-vetturi jaqdu funzjonijiet operazzjonali speċjalizzati u huma soġġetti għal rekwiżiti tekniċi speċifiċi, u d-disinn, il-kostruzzjoni u l-użu tagħhom ivarjaw b’mod sinifikanti minn dawk tal-vetturi maħsuba għat-trasport ġenerali bit-triq. Għalhekk, l-applikazzjoni għal tali vetturi ta’ rekwiżiti ġenerali ta’ ċirkolarità għal dak li għandu x’jaqsam mad-disinn u mal-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja ma tkunx xierqa u l-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija konsistenti man-natura speċifika tal-funzjonijiet tagħhom.

(14)

Sabiex jiġi ppreservat il-patrimonju kulturali Ewropew, jenħtieġ li l-vetturi ta’ interess storiku jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-obbligi relatati mat-trasferiment tas-sjieda jew mal-esportazzjoni, jew mar-rekwiżiti ta’ tmiem il-ħajja. Bl-istess mod, il-vetturi li Stat Membru jirrikonoxxi bħala li għandhom interess kulturali speċjali jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan jista’ pereżempju jkopri vetturi fil-pussess ta’ kollezzjonisti jew mużewijiet, vetturi mibnija apposta jew vetturi tat-tlielaq, dment li l-awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu l-interess kulturali speċjali rilevanti tagħhom. Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, pereżempju r-rekwiżiti tad-disinn relatati maċ-ċirkolarità, jenħtieġ li japplikaw għal dawk il-vetturi qabel ma jitqiesu vetturi ta’ interess storiku jew vetturi ta’ interess kulturali speċjali. Barra minn hekk, meta l-Istati Membri ma jibqgħux iqisu lil dawk il-vetturi bħala vetturi ta’ interess storiku jew vetturi ta’ interess kulturali speċjali, tali vetturi jerġgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li japplikaw rekwiżiti bħall-obbligi relatati mat-trasferiment tas-sjieda, mal-esportazzjoni jew ma’ tmiem il-ħajja.

(15)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv u jiġi żgurat li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikopri l-bżonnijiet tas-suq intern, jenħtieġ li jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tipi oħra ta’ vetturi, bħall-vetturi tal-kategoriji L prodotti f’serje żgħira jew ċerti ċikli ddisinjati bil-pedali tal-kategorija L1e-A u L1e-B.

(16)

Il-vetturi bi skop speċjali huma ddisinjati sabiex iwettqu funzjoni speċifika u jeħtieġu arranġamenti speċjali tal-karrozzerija li mhumiex kompletament taħt il-kontroll tal-manifattur. Dan jikkomplika l-kalkolu tar-rati tal-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, tal-possibbiltà ta’ riċiklaġġ u tal-possibbiltà ta’ rkupru. Jenħtieġ li għal vetturi bi skop speċjali ta’ kategoriji M1 u N1, il-kostijiet tal-ġbir, tat-tindif mit-tniġġis, tat-tneħħija obbligatorja ta’ parts u komponenti u tat-trattament ikunu koperti mill-produtturi fl-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Għall-vetturi bi skop speċjali tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u O, jenħtieġ li tapplika biss ġabra limitata ta’ regoli. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar is-sustanzi ta’ tħassib fil-vetturi japplikaw għall-vetturi bi skop speċjali ta’ kategoriji M1 u N1, bħalma hu l-każ skont id-Direttiva 2000/53/KE. Parts oħra ta’ vettura bi skop speċjali li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip f’approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji jenħtieġ li jkunu koperti sa l-istess punt bħall-kategorija tal-vettura kkonċernata. Jenħtieġ li l-vetturi bi skop speċjali tal-kategoriji kollha, għajr għall-kategoriji M1 u N1 li huma prodotti minn manifattur ta’ volum baxx, ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.

(17)

Il-karavans bil-mutur u l-karavans li jinġibdu huma distinti minn vetturi jew trejlers konvenzjonali, peress li l-funzjoni primarja tagħhom hija l-akkomodazzjoni aktar milli t-trasport. Dawk il-karavans huma mibnija b’komponenti mhux awtomobilistiċi, bħall-injam, l-għamara, is-sistemi tal-ilma u s-sistemi elettriċi domestiċi, li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-vetturi. Ħafna karavans li jinġibdu huma fissi b’mod permanenti fil-post bħala akkomodazzjoni għall-vaganzi, użati għall-akkomodazzjoni staġjonali u jibqgħu funzjonali għal għexieren ta’ snin. Minħabba n-natura tal-iskop speċjali tagħhom, il-kompożizzjoni differenti tal-materjali u l-użu kontinwu, il-karavans li jinġibdu jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-karavans bil-mutur, li huma spiss mhux irreġistrati, jenħtieġ li ma jiġux ikklassifikati bħala vetturi li ma għadhomx jintużaw dment li jkomplu jintużaw għall-akkomodazzjoni. Il-karavans bil-mutur għandhom fil-vetturi ta’ bażi tagħhom parts u komponenti li jintużaw ukoll f’vetturi oħrajn u għaldaqstant jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-istess obbligi ladarba ma jibqgħux jintużaw għal skopijiet ta’ akkomodazzjoni.

(18)

Waħda mill-akbar sfidi prattiċi relatati mal-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tikkonċerna d-determinazzjoni ta’ jekk vettura tkunx saret vettura li ma għadhiex tintuża, b’mod partikolari f’każijiet ta’ vjeġġi transfruntieri ta’ vetturi. Minkejja l-ħruġ ta’ gwida dwar dik il-kwistjoni, tali valutazzjoni tibqa’ problematika. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu pprovduti kriterji preċiżi legalment vinkolanti li jippermettu li tiġi ddeterminata vettura li ma għadhiex tintuża. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti, mill-operaturi ekonomiċi u mis-sidien kollha rilevanti tal-vetturi li jittrattaw vetturi li ma għadhomx jintużaw. Madankollu, hu meħtieġ ukoll li jkunu previsti eżenzjonijiet sabiex tiġi ppreservata l-possibbiltà li l-Istati Membri jiddeterminaw sitwazzjonijiet li fihom ikun jenħtieġ li l-vetturi individwali ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minħabba l-istatus tagħhom bħala vettura ta’ interess kulturali speċjali sakemm iżommu dak l-istatus. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu jistgħu jeżentaw vettura mill-istatus ta’ vettura li ma għadhiex tintuża meta l-vettura kkonċernata tkun soġġetta għal tiswija, fuq talba mingħand sidha.

(19)

L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE kkonkludiet li d-dispożizzjonijiet f’dik id-Direttiva dwar id-disinn ta’ vetturi mmirati biex jiffaċilitaw l-iżmuntar tagħhom u l-użu ta’ materjali riċiklati kellhom impatt limitat ħafna fuq id-disinn u l-manifattura ta’ vetturi ġodda, peress li ma kinux dettaljati, speċifiċi u li jistgħu jitkejlu biżżejjed.

(20)

L-indirizzar tad-disinn tal-vetturi kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni kif ukoll il-fażi ta’ tmiem il-ħajja tagħhom jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ ċirkolarità armonizzati vverifikati fl-istadju tal-approvazzjoni tat-tip. Id-disinn u l-manifattura tal-vetturi biex jiġi żgurat li l-parts u l-komponenti tagħhom ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw, u l-materjali li jkun fihom ikunu riċiklabbli, huma essenzjali biex jiġi evitat li dawn il-parts, il-komponenti u l-materjali ma jkunux jistgħu jiġu vvalorizzati kif xieraq meta vettura tilħaq tmiem il-ħajja tagħha. Għalhekk, il-manifatturi u l-fornituri tagħhom jenħtieġ li jintegraw strateġiji ta’ disinn li jtejbu l-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid u ta’ riċiklaġġ fi stadju bikri fl-iżvilupp ta’ vetturi ġodda. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkomplu jinbnew tipi ġodda ta’ vetturi sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw jew jiġu riċiklati għal mill-anqas 85 % skont il-massa u jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw jew jiġu rkuprati għal mill-anqas 95 % skont il-massa, kif diġà huwa previst fid-Direttiva 2005/64/KE. Sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu tar-rati tal-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, ta’ riċiklaġġ u ta’ rkupru jsir b’mod uniformi u jkun jista’ jiġi mmonitorjat, jenħtieġ li tiġi stabbilita metodoloġija ġdida għall-kalkolu u għall-verifika tar-rati tal-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta’ rkupru ta’ vettura. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tirrifletti aħjar il-potenzjal effettiv ta’ vettura ġdida biex tiġi riċiklata, użata mill-ġdid u rkuprata fi tmiem il-ħajja, filwaqt li jitqies il-progress teknoloġiku li jkun għaddej. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi tali metodoloġija fid-dawl tal-istandard internazzjonali ISO 22628:2002. Sakemm tiġi stabbilita tali metodoloġija, ir-rati tal-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, ta’ riċiklaġġ u ta’ rkupru jenħtieġ li jkomplu jiġu kkalkolati f’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 22628:2002, bħal fid-Direttiva 2005/64/KE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tiżgura l-metodoloġija rilevanti NUKEE (Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti) tiġi aġġornata kif xieraq, bil-għan li tevita inkonsistenzi mal-metodoloġija tal-Unjoni u jonqos il-piż fuq il-manifatturi.

(21)

Il-katina tal-provvista awtomobilistika tinvolvi numru kbir ta’ fornituri, fosthom bosta intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li joperaw f’reġjuni differenti u bi strutturi organizzattivi differenti. Filwaqt li l-manifatturi jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni tul il-katina tal-provvista kollha tal-materjali użati fil-vetturi u jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri biex jivverifikaw l-eżattezza ta’ tali informazzjoni, jenħtieġ li jqisu l-kapaċitajiet tal-SMEs. L-SMEs spiss għandhom riżorsi amministrattivi limitati, anqas strumenti tekniċi u, f’ċerti każijiet, l-ebda sistema stabbilita biex jiġġeneraw jew jivverifikaw id-data dettaljata dwar l-ambjent u l-kompożizzjoni tal-materjali. Dawk ir-restrizzjonijiet jistgħu jolqtu d-disponibbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni li l-SMEs jistgħu jagħtu. Għalhekk, fil-valutazzjoni tal-proċeduri tal-manifatturi għall-ġbir u għall-verifika tal-informazzjoni dwar il-fornituri, jenħtieġ li titqies b’mod debitu s-sitwazzjoni speċifika tal-SMEs fil-katina tal-provvista.

(22)

Il-fatt li tiġi żgurata l-possibbiltà ta’ tiswija tal-vetturi tul il-ħajja tagħhom huwa pilastru fundamentali ta’ ekonomija awtomobilistika tassew sostenibbli u ċirkolari. Jenħtieġ li l-vetturi ma jiġux ikklassifikati qabel iż-żmien bħala li ma għadhomx jintużaw meta jkunu jistgħu jissewwew, peress li dan ikun iwassal għal skart bla bżonn, ineffiċjenzi ekonomiċi u piż żejjed fuq is-sidien tal-vetturi.

(23)

Il-vetturi jenħtieġ li jiġu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li tiġi limitata l-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib. Fil-komunikazzjoni tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar “Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà – Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità”, il-Kummissjoni ddikjarat li s-sustanzi ta’ tħassib għandhom jiġu mminimizzati u ssostitwiti kemm jista’ jkun, u b’mod gradwali jitneħħew dawk l-aktar dannużi għall-użu mhux essenzjali mis-soċjetà, b’mod partikolari fil-prodotti għall-konsumatur. Għaldaqstant, is-sustanzi ta’ tħassib bħala kostitwenti tal-materjali li jintużaw fil-vetturi jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-parts jew mill-komponenti tal-vetturi jenħtieġ li jiġu mminimizzati kemm jista’ jkun, bl-objettiv li jiġi żgurat li l-vetturi, kif ukoll il-materjali riċiklati mill-vetturi, ma jkollhomx effett negattiv fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

(24)

Id-Direttiva 2000/53/KE diġà tirrestrinġi l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju u tal-kromu eżavalenti fil-vetturi u tipprovdi eżenzjonijiet fejn tali sustanzi huma permessi li jintużaw f’ċerti applikazzjonijiet. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi dawk ir-regoli eżistenti. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, ir-restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanzi oħra fil-vetturi jenħtieġ li jiġu indirizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu rispettati restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ sustanzi rregolati bir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(25)

Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-konformità ma’ dan ir-Regolament u tingħata gwida dwar il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-vetturi u fil-parts u fil-komponenti tagħhom, inklużi dawk li jostakolaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali, jew li għandhom effetti negattivi fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, jixraq li l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni u mmappjar ta’ tali sustanzi. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (l-“Aġenzija”), jenħtieġ li tħejji rapport dwar il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-vetturi. Jenħtieġ li dak ir-rapport jidentifika sa liema punt tali sustanzi jostakolaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ jew għandhom effetti negattivi fuq is-saħħa u fuq l-ambjent, mingħajr ma jidduplika l-valutazzjonijiet diġà meħtieġa skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Abbażi tal-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis u tieħu miżuri ta’ segwitu xierqa, fosthom, meta jkun rilevanti, l-adozzjoni ta’ atti delegati biex tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni u r-restrizzjonijiet għas-sustanzi ta’ tħassib li għandhom effetti negattivi fuq l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali għal raġunijiet mhux prinċipalment relatati mas-sikurezza kimika.

(26)

Id-Direttiva 2000/53/KE tipprovdi eżenzjonijiet għar-restrizzjonijiet fuq l-użu taċ-ċomb u tal-kadmju fil-batteriji użati fil-vetturi, li ġew inklużi f’dan ir-Regolament. Madankollu, l-użu ta’ sustanzi fil-batteriji huwa regolat b’mod komprensiv fir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Għalhekk, jenħtieġ li tali sustanzi jiġu indirizzati fi, u eventwalment ir-restrizzjonijiet tagħhom u l-eżenzjonijiet relatati ttrasferiti, kif xieraq, għal dak ir-Regolament permezz ta’ dispożizzjoni emendatorja stabbilita f’dan ir-Regolament.

(27)

Sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, jenħtieġ li tkompli tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-emendar ta’ eżenzjonijiet minn restrizzjonijiet fuq l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju u tal-kromu eżavalenti fil-vetturi skont dan ir-Regolament. Il-modifika jew it-tħassir ta’ tali eżenzjonijiet jenħtieġ li jkunu ppreċeduti minn valutazzjoni tal-impatti soċjoekonomiċi ta’ tali bidla, li hija nieqsa fid-Direttiva 2000/53/KE, inkluża l-kunsiderazzjoni tad-disponibbiltà ta’ sustanzi alternattivi u l-impatti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi. Qabel ma tadotta tali att delegat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-esperti rilevanti u lill-partijiet ikkonċernati biex tiżgura li tqis l-impatti soċjoekonomiċi u l-impatti fuq l-ambjenti u fuq is-saħħa tal-bniedem. Sabiex jiġu żgurati t-teħid ta’ deċiżjonijiet, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni effettivi tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi tal-emendar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ sustanzi fil-vetturi, l-Aġenzija jenħtieġ li tassisti lill-Kummissjoni f’tali valutazzjoni.

(28)

Sabiex tiżdied iċ-ċirkolarità fis-settur awtomobilistiku, il-vetturi jenħtieġ li jiġu ddisinjati u mmanifatturati progressivament b’tali mod li jinkorporaw il-materja prima riċiklati minflok il-materja prima primarja, filwaqt li tinżamm il-prestazzjoni ta’ sikurezza tal-vetturi. L-użu ta’ materjali riċiklati jippermetti użu aktar effiċjenti fir-riżorsi tal-materjali, jiddekarbonizza l-produzzjoni u jnaqqas l-impatti ambjentali negattivi relatati mal-użu ta’ materja prima primarja. Iż-żieda fiċ-ċirkolarità għall-vetturi manifatturati f’pajjiżi terzi li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni se tikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis globali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fuq livell globali, inkluża fl-Unjoni. Dan isaħħaħ ukoll l-awtonomija strateġika u l-kompetittività tal-Unjoni billi jnaqqas id-dipendenzi mill-materja prima u mill-enerġija marbuta mal-provvista tal-materja prima primarja, b’mod partikolari billi jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ materja prima kritika ta’ valur fl-Unjoni, u fl-istess ħin isaħħaħ is-suq għall-materja prima sekondarja. Għalkemm ma hemm l-ebda rekwiżit dwar l-użu ta’ kontenut riċiklat fuq livell globali, ħafna manifatturi diġà inkorporaw materjali riċiklati fil-vetturi tagħhom. L-istabbiliment ta’ miri u dispożizzjonijiet uniformi dwar kif għandu jiġi kkalkolat il-kontenut riċiklat se jipprovdi ċertezza tad-dritt u jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ kompetizzjoni ġusta bejn il-manifatturi. Ir-rekwiżiti jenħtieġ li japplikaw għall-manifatturi kollha li beħsiebhom iqiegħdu vetturi fis-suq tal-Unjoni, anke permezz tas-suq online, irrispettivament minn fejn ikunu bbażati. Filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza tal-ktajjen tal-valur globali fis-settur awtomobilistiku, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti l-akkwist tal-materja prima sekondarja minn barra l-Unjoni.

(29)

Fid-dawl tar-rata baxxa ta’ riċiklaġġ għall-plastik, speċjalment minn vetturi li ma għadhomx jintużaw, u l-impatti negattivi ġenerali ta’ forom oħra ta’ trattament tal-iskart tal-plastik, huwa xieraq li jiżdied l-użu ta’ plastik riċiklat fil-vetturi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi inkluża mira obbligatorja għall-plastik riċiklat mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur f’vetturi ġodda. Għaldaqstant, kull tip ta’ vettura jenħtieġ li jkun fiha plastik riċiklat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur b’perċentwali li jiżdiedu progressivament. Minn din il-mira ta’ kontenut riċiklat għall-plastik fit-tipi ta’ vettura, 20 % jenħtieġ li tinkiseb billi l-plastik riċiklat jiġi inkluż minn vetturi li ma għadhomx jintużaw. L-għażla tal-plastiks koperti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miri hija bbażata fuq it-tipi ta’ plastik li jistgħu jiġu riċiklati li huma speċifikati fl-istudju ddedikat taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka intitolat “Towards recycled plastic content targets in new passenger cars and light commercial vehicles – Technical proposals and analysis of impacts in the context of the review of the ELV Directive” u l-valutazzjoni tal-impatt ta’ dan ir-Regolament. F’dawk id-dokumenti, il-materjali li jibbiesu bis-sħana li mhumiex fowms tal-poliuretan fis-sits u l-elastomeri ma jitqisux fil-kalkolu tal-miri, peress li huwa partikolarment diffiċli li jiġu riċiklati l-materjali li jibbiesu bis-sħana. Bosta elastomeri, materjali li jibbiesu bis-sħana u materjali konnessi ma’ xulxin komuni jikkorrispondu għad-definizzjoni ta’ polimeru kif imsemmija fid-definizzjoni tal-plastiks stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-elastomeri, fosthom l-elastomeri termoplastiċi, li jistgħu jiġu riproċessati f’termoplastik, huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miri tal-kontenut riċiklat għall-plastik previst f’dan ir-Regolament. Madankollu, il-miri tal-kontenut riċiklat għall-elastomeri fit-tajers qed jiġu eżaminati, peress li t-tajers jirrappreżentaw prodott prijoritarju skont ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u, għaldaqstant, mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dak l-obbligu, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem tal-plastik riċiklat mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur, u ta’ skart ta’ wara l-użu mill-konsumatur minn vetturi li ma għadhomx jintużaw. Bil-għan li jitħallew isiru metodi ta’ riċiklaġġ li mhumiex riċiklaġġ mekkaniku, inkluż ir-riċiklaġġ kimiku, u jingħata kontribut biex jinkisbu l-miri tal-kontenut riċiklat, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali għall-kalkolu, il-verifika u r-rapportar tal-kontenut tal-plastik riċiklat. F’każijiet bħal dawn, huwa neċessarju li tiġi introdotta l-hekk imsejħa kontabbiltà tal-bilanċ tal-massa bi qbil mal-metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-bilanċ tal-massa applikabbli għar-riċiklaġġ tal-plastiks, u jitqiesu l-karatteristiċi tat-teknoloġiji ta’ riċiklaġġ ddedikati għall-plastiks, bħal fil-każ tal-iskart awtomobilistiku eteroġenju mqatta’. Meta n-nuqqas tad-disponibbiltà jew il-prezzijiet eċċessivi tal-plastik riċiklat speċifiku jagħmlu l-konformità mal-perċentwali minimi eċċessivament diffiċli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tistabbilixxi derogi temporanji għall-miri tal-kontenut tal-plastik riċiklat.

(30)

Il-promozzjoni tal-użu tal-plastik riċiklat fil-vetturi hija bbażata fuq il-premessa li l-kontenut riċiklat innifsu ġie prodott b’mod ambjentalment sostenibbli, sabiex titnaqqas l-impronta tal-karbonju u titħeġġeġ l-ekonomija ċirkolari. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-mod kif jinkiseb il-kontenut riċiklat ma jxejjinx il-benefiċċji ambjentali tal-użu ta’ tali kontenut riċiklat fil-vetturi. Għalhekk jeħtieġ li l-kwistjonijiet ambjentali relatati jiġu indirizzati b’mod nondiskriminatorju fir-rigward tal-plastik riċiklat prodott fil-livell kemm intern kif ukoll importat. Għal dak l-għan, sabiex jingħadd mal-miri tal-kontenut riċiklat stabbiliti fir-Regolament, il-plastik riċiklat jenħtieġ li jkun soġġett għal kundizzjonijiet ekwivalenti fir-rigward tar-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, il-klima u l-ambjent, inkluż dwar l-emissjonijiet u l-immaniġġar tal-iskart, irrispettivament minn jekk il-proċess tar-riċiklaġġ iseħħ fl-Unjoni kif ukoll barra minnha.

(31)

Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-materjal riċiklat fil-pajjiżi terzi, inklużi r-rekwiżiti tal-awditjar, jenħtieġ li japplikaw biss mill-14 ta’ Awwissu 2030 u jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta b’mod aktar komprensiv l-impatt mistenni minn dawk il-kundizzjonijiet fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u tar-relazzjonijiet kummerċjali u jenħtieġ li tirrapporta l-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-14 ta’ Awwissu 2028.

(32)

Sabiex jinkisbu l-miri għall-integrazzjoni tal-kontenut riċiklat skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika, sal-14 ta’ Awwissu 2032, rieżami tal-istat tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-prestazzjoni ambjentali tal-plastik b’bażi bijoloġika u tal-elastomeri derivati mir-riproċessar tat-tajers fil-vetturi, u, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva b’rekwiżiti u b’miri relatati mas-sostenibbiltà.

(33)

Is-settur awtomobilistiku huwa wieħed minn dawk li jużaw l-aktar azzar u l-użu attwali tal-azzar riċiklat fil-vetturi l-ġodda għadu baxx. Sabiex tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju marbuta mal-produzzjoni ta’ vetturi ġodda u tappoġġja l-bidla tal-industrija awtomobilistika lejn in-newtralità klimatika, jenħtieġ li jiġi stabbilit sehem minimu ta’ azzar riċiklat mill-iskart tal-azzar ta’ wara l-użu mill-konsumatur u, meta rilevanti, ruttam ferruż fil-vetturi l-ġodda. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ għalhekk li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ sehem minimu ta’ azzar riċiklat minn skart tal-azzar ta’ wara l-użu mill-konsumatur u, meta rilevanti, ruttam ferruż inklużi l-familji ta’ prodotti ċatti u twal tal-azzar bil-karbonju u tal-azzar inossidabbli, li għandu jkun preżenti u inkorporat fit-tipi ta’ vetturi. L-istabbiliment ta’ mira futura jenħtieġ li jkun preċedut minn studju ddedikat mill-Kummissjoni li jkopri l-fatturi tekniċi, ambjentali u ekonomiċi rilevanti kollha marbuta mal-fattibbiltà ta’ tali mira, inklużi l-impatti fuq setturi oħra li jużaw l-azzar u l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra. Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn id-diversi familji ta’ prodotti tal-azzar fil-vettura, peress li jiġu prodotti bl-użu ta’ teknoloġiji differenti li għandhom diversi restrizzjonijiet għall-użu ta’ ruttam ferruż fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jittolleraw kontenut tar-ram u impuritajiet oħra. Sabiex jiġu supplimentati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem tal-azzar irkuprat mill-iskart tal-azzar ta’ wara l-użu mill-konsumatur u, meta rilevanti, ruttam ferruż, preżenti fit-tip ta’ vettura u inkorporat fih.

(34)

Is-settur awtomobilistiku huwa wkoll wieħed minn dawk li jużaw l-aktar aluminju, u jirrappreżenta aktar minn 40 % tad-domanda totali, u l-użu qed jiżdied. L-użu attwali tal-aluminju riċiklat fil-vetturi l-ġodda huwa baxx. Sabiex jingħata kontribut għat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju marbuta mal-produzzjoni ta’ vetturi ġodda u tiġi appoġġjata l-bidla tal-industrija awtomobilistika lejn in-newtralità klimatika, jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-kostijiet, u tissaħħaħ ir-reżiljenza billi jonqsu d-dipendenzi mill-provvisti tal-materja prima primarja, jixraq li jiżdied l-użu tal-aluminju riċiklat fil-vetturi. Għal dak il-għan, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ sehem minimu ta’ aluminju u l-ligi tiegħu riċiklati minn skart ta’ wara l-użu mill-konsumatur fit-tipi ta’ vettura u, jekk applikabbli, minn skart ta’ qabel l-użu mill-konsumatur, preżenti u inkorporat fit-tipi ta’ vetturi. L-istabbiliment ta’ mira futura jenħtieġ li jkun preċedut minn studju ddedikat mill-Kummissjoni li jkopri l-fatturi tekniċi, ambjentali u ekonomiċi rilevanti kollha marbuta mal-fattibbiltà ta’ tali mira. Sabiex jiġu supplimentati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem tal-aluminju u l-ligi tiegħu rkuprat mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur u, jekk applikabbli, mill-iskart ta’ qabel l-użu mill-konsumatur, preżenti fit-tip ta’ vettura u inkorporat fih.

(35)

Hemm potenzjal li jiżdied l-użu ta’ kontenut riċiklat fil-vetturi għal materjali oħra li jintużaw b’mod komuni mill-industrija awtomobilistika li għalihom is-swieq għall-materja prima sekondarja mhumiex żviluppati biżżejjed, l-impronta marbuta mal-produzzjoni tal-materja prima primarja hija għolja jew il-livelli ta’ riċiklaġġ huma limitati, filwaqt li t-teknoloġiji tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ qed jittejbu. Għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni tivvaluta x-xewqa, il-fattibbiltà u l-impatti li jiġu stabbiliti miri dwar il-kontenut riċiklat tan-neodimju, id-disprożju, il-praseodimju, it-terbju, is-samarju, in-nikil, il-kobalt, il-boron li jintużaw f’kalamiti permanenti kif ukoll għall-manjeżju u l-ligi tiegħu.

(36)

Sabiex tingħata spinta lis-swieq sottożviluppati għall-materja prima sekondarja, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ sehem minimu ta’ manjeżju u l-ligi tiegħu, in-neodimju, id-disprożju, il-praseodimju, it-terbju, is-samarju, in-nikil, il-kobalt jew il-boron riċiklati minn skart ta’ wara l-użu mill-konsumatur li għandu jkun preżenti fit-tipi ta’ vettura u inkorporat fihom. Sabiex jiġu supplimentati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-ishma ta’ dawk il-materjali riċiklati mill-iskart ta’ wara, u meta rilevanti, ta’ qabel l-użu mill-konsumatur u preżenti fit-tipi ta’ vettura. Il-metodoloġija hija meħtieġa biex jiġu ċċarati d-definizzjonijiet tar-ruttam ta’ wara l-użu mill-konsumatur u tar-ruttam ta’ qabel l-użu mill-konsumatur. Dan huwa rilevanti biex jiġi inċentivat it-titjib tal-kwalità u ż-żamma tal-valur għall-frazzjonijiet ta’ skart ta’ wara l-użu mill-konsumatur. Sabiex tiġi promossa d-dekarbonizzazzjoni permezz tal-użu ta’ aktar kontenut riċiklat, huma meħtieġa definizzjonijiet ċari biex jiġi inċentivat ir-riċiklaġġ tar-ruttam ta’ wara l-użu mill-konsumatur, filwaqt li jiġi mminimizzat l-użu tar-ruttam ta’ qabel l-użu mill-konsumatur, li normalment ikollu l-istess impronta tal-karbonju bħall-materja prima primarja.

(37)

F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1252, u meta jitqies li huwa meħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-kontenut riċiklat fil-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tneħħija ta’ parts u komponenti li fihom materjali ta’ kalamiti permanenti fil-vetturi, dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li japplikaw bħala l-implimentazzjoni speċifika għas-settur tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) 2024/1252. Dan se jiżgura s-simplifikazzjoni u l-integrazzjoni ta’ diversi obbligi relatati mal-informazzjoni dwar it-tneħħija ta’ ċerti parts u komponenti skont dan ir-Regolament ma’ dawk għal partijiet u komponenti oħra. Japplikaw l-obbligi relatati mat-tikkettar li jinsabu fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/1252.

(38)

Sabiex jiġi żgurat li l-batteriji jiġu riċiklati f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2023/1542, u li l-muturi tat-trazzjoni elettrika, li fihom kwantitajiet importanti ta’ elementi tal-materjali tal-art rari, jistgħu jiġu ssostitwiti u riċiklati wkoll, huwa meħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti tad-disinn għal tipi ta’ vetturi ġodda, filwaqt li jiġi żgurat li dawn il-batteriji u l-pakketti ta’ batteriji tagħhom u l-muturi tat-trazzjoni elettrika jkunu jistgħu jitneħħew faċilment minn faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati jew minn operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni matul kwalunkwe fażi taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ vettura. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ standards għat-tekniki tad-disinn u tal-assemblaġġ li jiffaċilitaw il-manutenzjoni, it-tiswija u l-adattament għal skop differenti tal-batteriji u tal-pakketti ta’ batteriji. B’mod aktar ġenerali, biex jiġi mmassimizzat il-potenzjal għas-sostituzzjoni, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, il-rimanifattura jew ir-rinnovazzjoni ta’ parts u komponenti tal-vetturi, u biex jiġi mminimizzat l-iskart, il-vetturi jenħtieġ li jkunu ddisinjati b’mod li jippermetti t-tneħħija tal-akbar numru possibbli ta’ parts u komponenti. Il-kunċett ta’ fattibbiltà teknika jenħtieġ li jiġi interpretat b’mod li dawk l-objettivi jiġu appoġġjati u ffaċilitati, filwaqt li jiġi rrikonoxxut li, f’ċerti każijiet, ir-rekwiżiti funzjonali jew ta’ sikurezza ta’ part jistgħu jiġġustifikaw soluzzjonijiet alternattivi li jillimitaw il-possibbiltà li part jew komponent jitneħħew. F’tali każijiet, il-manifatturi għandhom juru l-ħtieġa ta’ għażla bħal din. Sabiex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta’ dan ir-Regolament billi tiġi riveduta l-lista ta’ parts u komponenti li għandhom jitfasslu għat-tneħħija u s-sostituzzjoni mill-vetturi. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit tad-disinn, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

(39)

Is-sistema tal-approvazzjoni tat-tip stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/858 tirrikjedi li l-manifatturi jibnu l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom f’konformità ma’ tip ta’ vettura approvat. Sabiex jiġi żgurat li l-manifatturi jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċirkolarità li huma applikabbli għalihom fl-istadju tal-approvazzjoni tat-tip u li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament, u li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità, huwa meħtieġ li l-manifatturi jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip fil-fowlder ta’ informazzjoni. Biex tiżdied it-trasparenza u jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa dwar l-approvazzjoni tat-tip tiġi ppreżentata b’mod koerenti mar-rekwiżiti f’leġiżlazzjoni oħra li tirregola r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi, il-Kummissjoni jenħtieġ li temenda r-regoli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (11) li jistandardizzaw id-dokumenti u l-informazzjoni li għandhom jiġu inklużi fil-fowlder ta’ informazzjoni u b’hekk jispeċifikaw ir-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip.

(40)

Sabiex jiġi żgurat li l-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief jistabbilixxu azzjonijiet biex jiżguraw li jissodisfaw ir-rekwiżiti taċ-ċirkolarità skont dan ir-Regolament, u biex jinċentivawhom itejbu ċ-ċirkolarità tal-vetturi, jenħtieġ li jfasslu strateġija għaċ-ċirkolarità komprensiva. Jenħtieġ li l-istrateġija għaċ-ċirkolarità titħejja fil-livell tal-manifattur u tiġi aġġornata kull ħames snin. Jenħtieġ li tintbagħat kopja lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u lill-Kummissjoni. Minkejja li tiġi fornuta lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, l-istrateġija għaċ-ċirkolarità jenħtieġ li ma tkunx marbuta mal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip. Sabiex jiġu żgurati s-sorveljanza u l-iskrutinju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel l-istrateġiji għaċ-ċirkolarità tal-manifatturi, kif ukoll il-verżjonijiet aġġornati tagħhom, disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li titqies kif xieraq kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji u tippubblika, mill-anqas kull sitt snin, rapport dwar iċ-ċirkolarità tas-settur awtomobilistiku abbażi, fost informazzjoni oħra, tal-istrateġiji għaċ-ċirkolarità pprovduti mill-manifatturi.

(41)

Sabiex tiżdied it-trasparenza dwar l-użu ta’ materjali riċiklati mis-settur awtomobilistiku u jiġu pprovduti inċentivi biex jiżdiedu l-livelli ta’ kontenut riċiklat, il-manifatturi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprovdu dokumentazzjoni teknika li turi l-perċentwal ta’ materjali riċiklati preżenti f’tipi ġodda ta’ vetturi li jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni tat-tip. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li japplika għal għażla ta’ materjali li għalihom żieda fil-livell ta’ kontenut riċiklat fil-vetturi twassal għal benefiċċji ambjentali partikolarment importanti. Id-dikjarazzjoni obbligatorja jenħtieġ li tiġi ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip flimkien ma’ dokumenti oħra bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

(42)

L-aċċess għal informazzjoni aġġornata u komunikazzjoni f’waqtha bejn il-manifatturi u l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart tul il-katina tal-valur tal-karozzi huma essenzjali biex jiġu mmassimizzati l-użu mill-ġdid, ir-rimanifattura u r-rinnovazzjoni ta’ parts u komponenti ta’ vettura u biex jiġi żgurat riċiklaġġ ta’ kwalità għolja ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw. Għalhekk, jenħtieġ li l-manifatturi jipprovdu lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u lill-operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni aċċess mhux ristrett, standardizzat u mhux diskriminatorju għal informazzjoni, anki permezz tal-għodda eżistenti li tuża l-industrija awtomobilistika, li jippermetti t-tneħħija sikura ta’ ċerti parts, komponenti u materjali preżenti f’vettura. Jenħtieġ li l-manifatturi ma jkunux obbligati jipprovdu tali informazzjoni lill-operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni meta dik l-informazzjoni tkun diġà saret disponibbli skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. L-informazzjoni jenħtieġ li tagħti gwida lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, lill-pubblikaturi tal-informazzjoni teknika u lill-operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni dwar il-fażijiet meħtieġa għall-aċċess u għat-tneħħija ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi u l-pakketti ta’ batteriji tagħhom, inkluż dwar l-għodod jew it-teknoloġiji li jippermettu r-rimi sikur tagħhom, u l-muturi tat-trazzjoni elettrika. L-informazzjoni jenħtieġ li tipprovdi istruzzjonijiet ċari dwar l-użu ta’ għodod jew teknoloġiji għall-aċċess u għat-tneħħija. Jenħtieġ li tgħin biex jiġu identifikati, lokalizzati u jitneħħew il-parts, il-komponenti u l-materjali, li jenħtieġ li jkunu soġġetti għat-tindif mit-tniġġis u li jitneħħew mill-vettura qabel it-tqattigħ, kif ukoll il-parts u l-komponenti, li fihom il-materja prima kritika f’kalamiti permanenti msemmija fir-Regolament (UE) 2024/1252. Jenħtieġ li l-manifatturi jagħmlu wkoll gwida informattiva għas-salvataġġ u għall-interventi ta’ emerġenza għad-dispożizzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza. Huwa importanti li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu debitament rispettati, filwaqt li jiġi żgurat li l-aċċess għall-informazzjoni teknika ma jikkompromettix it-teknoloġiji proprjetarji jew is-sigrieti kummerċjali. Dan jenħtieġ li jsir permezz ta’ pjattaformi ta’ komunikazzjoni stabbiliti mill-manifatturi u l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta mingħajr ħlas, esklużi l-kostijiet amministrattivi mhux projbittivi. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jenħtieġ li jivverifikaw li l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet ippreżentata mill-manifatturi. Filwaqt li jqisu l-ħtieġa li tiġi appoġġjata l-modifika retroattiva tal-vetturi bħala mod kif jonqsu l-emissjonijiet, tiġi estiża l-ħajja tal-vetturi u tiġi promossa s-sostenibbiltà, jenħtieġ li l-manifatturi jiżguraw ukoll kooperazzjoni xierqa mal-operaturi tal-modifika retroattiva.

(43)

Bil-għan li titħares l-għażla tal-konsumaturi u jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jenħtieġ li jiġi garantit l-aċċess tal-operaturi tas-suq ta’ wara l-bejgħ għal informazzjoni dwar it-tneħħija ta’ parts u komponenti mill-vetturi li ma għadhomx jintużaw, anki bil-ħsieb ta’ sostituzzjoni futura ta’ dawk il-parts u l-komponenti. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u l-pubblikaturi tal-informazzjoni teknika jingħataw l-informazzjoni neċessarja għat-tneħħija sikura u effettiva ta’ tali parts u komponenti mill-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Barra minn hekk, tali informazzjoni jenħtieġ li tingħata lill-operaturi li jwettqu attività li tinvolvi t-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi, meta ma jikkwalifikawx bħala operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u biss f’każijiet li fihom tali għoti ta’ informazzjoni mhuwiex diġà kopert minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

(44)

Filwaqt li l-kodifikazzjoni diġitali qed tintuża dejjem aktar biex jiġu kkontrollati parts u komponenti differenti fil-vetturi, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE identifikat li tali kodifikazzjoni tista’ xxekkel il-potenzjal ta’ użu mill-ġdid, rimanifattura u rinnovazzjoni ta’ ċerti parts u komponenti. Għalhekk huwa essenzjali li l-manifatturi jintalbu jipprovdu informazzjoni li tippermetti lill-operaturi professjonisti tal-immaniġġar tal-iskart u lill-operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni jegħlbu l-problemi li joħolqu dawn il-parts u l-komponenti b’kodiċi diġitali f’vettura, fejn tali kodifikazzjoni tipprevjeni t-tiswija, il-manutenzjoni jew l-operazzjonijiet ta’ sostituzzjoni f’vettura oħra.

(45)

Il-manifatturi u l-fornituri tagħhom jenħtieġ li jużaw standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, li ġew stabbiliti inizjalment bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/138/KE (12), għat-tikkettar u l-identifikazzjoni tal-parts, il-komponenti u l-materjali tal-plastik u tal-elastomeru tal-vetturi. Jenħtieġ li jiżguraw li l-parts u l-komponenti kollha tal-vetturi jiġu mmarkati f’konformità ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dwar it-tikkettar tal-batteriji u tal-kalamiti permanenti inklużi fil-vetturi li jqiegħdu fis-suq. Sabiex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness filwaqt li jiġi speċifikat kif il-parts u l-komponenti tal-vetturi jenħtieġ li jiġu ttikkettati.

(46)

Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament fi tmiem il-ħajja tal-vetturi, il-manifatturi jenħtieġ li jipprovdu, permezz ta’ għodod diġitali, informazzjoni akkurata, kompluta u aġġornata dwar it-tneħħija u s-sostituzzjoni sikuri tal-parts u l-komponenti tal-vetturi. Għalhekk jenħtieġ li jiġi żviluppat u jsir disponibbli passaport diġitali taċ-ċirkolarità tal-vettura bħala trasportatur tad-data għal tali informazzjoni, b’mod li jkun konsistenti ma’ għodod u pjattaformi ta’ informazzjoni diġitali oħra li diġà jeżistu jew li qed jiġu żviluppati ulterjorment fis-settur awtomobilistiku dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi u allinjati mad-dispożizzjonijiet korrispondenti fir-Regolamenti (UE) 2023/1542, (UE) 2024/1781 u (UE) 2024/1257 (13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi tad-disinn u tal-operat għall-passaport u r-regoli dwar il-post tat-trasportatur tad-data jew identifikatur ieħor li jippermettu l-aċċess għall-passaport fuq il-vettura. Meta tistabbilixxi r-regoli għall-passaport diġitali taċ-ċirkolarità tal-vettura, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-ħtieġa ta’ livell ta’ sigurtà u ta’ privatezza għoli, anki dwar data tal-operat ta’ vettura għall-prevenzjoni tat-theddid għaċ-ċibersigurtà.

(47)

Sabiex jiġi żgurat li l-produtturi u operaturi ekonomiċi oħra jkunu soġġetti għall-istess regoli fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli armonizzati għall-immaniġġar tal-iskart ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw. Dan jenħtieġ li jwassal għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni kollha. Dan ikun jirriżulta wkoll f’aktar armonizzazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tal-immaniġġar tal-iskart ipprovduti mill-operaturi ekonomiċi u biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq għall-materja prima sekondarja.

(48)

Sabiex jiġi garantit it-trattament sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jkollhom il-ħsieb li jwettqu operazzjonijiet ta’ trattament tal-iskart għal dawn il-vetturi jenħtieġ li jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti. L-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tingħata biss jekk l-istabbiliment jew l-impriża jkollhom il-kapaċità meħtieġa biex iwettqu l-operazzjonijiet ta’ trattament fi tmiem il-ħajja għall-vetturi b’mod li jikkonforma mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi ta’ trattament stabbiliti f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati biss jenħtieġ li jkollhom il-kompetenza li joħorġu ċertifikati ta’ distruzzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(49)

Meta l-produtturi jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur jikkonkludu kuntratti mal-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għall-iskop li jissodisfaw l-obbligi tagħhom tar-responsabbiltà tal-produtturi, dawn il-kuntratti jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni u jenħtieġ li ma jinkludux dispożizzjonijiet li jkollhom l-iskop jew l-effett ta’ restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni skont is-sens tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Tali kuntratti jenħtieġ li jkunu ġusti, trasparenti u jenħtieġ li ma jkunx fihom termini u kundizzjonijiet diskriminatorji. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jfornu mudell ta’ kuntratt.

(50)

Id-Direttiva 2000/53/KE tistabbilixxi obbligu bażiku għall-produtturi tal-vetturi biex ikopru parti mill-kostijiet tal-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw. Filwaqt li jibnu fuq dan l-obbligu, f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u konsistenti mar-rekwiżiti minimi ġenerali għal skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti fil-livell tal-Unjoni dwar ir-responsabbiltajiet tal-manifatturi relatati mal-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw. Jenħtieġ li l-produtturi jkunu estendew ir-responsabbiltà tal-produttur għall-vetturi li huma jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru ladarba jilħqu l-fażi ta’ tmiem il-ħajja tagħhom. Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur jenħtieġ li tkopri l-obbligi li jiġi żgurat li l-vetturi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-produtturi fis-suq fi Stat Membru jinġabru u jiġu ttrattati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jittrattaw tali vetturi jilħqu l-miri ta’ riċiklaġġ stabbiliti b’dan ir-Regolament.

(51)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità tal-produtturi mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu reġistru tal-produtturi jew jużaw reġistru eżistenti. Ir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni jenħtieġ li jiġu armonizzati fl-Unjoni kollha sabiex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni b’mod partikolari meta l-produtturi jqiegħdu l-vetturi għad-dispożizzjoni fi Stati Membri differenti. Ir-reġistru jenħtieġ li jintuża wkoll għall-fini ta’ rapportar lill-awtoritajiet kompetenti dwar it-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Il-karatteristiċi u l-aspetti proċedurali marbuta ma’ tali reġistru jenħtieġ li jkunu konsistenti wkoll mar-reġistru tal-produtturi stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/1542, sabiex il-produtturi tal-vetturi u l-produtturi tal-batteriji jkunu jistgħu jużaw l-istess reġistru. Sabiex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni tal-produtturi fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi sit web li jkun fih il-links għar-reġistri nazzjonali kollha.

(52)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti għandhom jiżguraw li l-kummerċjanti jkunu jistgħu jużaw dawk il-pjattaformi online biex jippromwovu messaġġi dwar prodotti jew servizzi jew biex joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni jekk, qabel l-użu ta’ dawk il-pjattaformi għal dawk l-iskopijiet, il-fornituri ta’ dawk il-pjattaformi jkunu kisbu ċerta informazzjoni, fejn applikabbli lill-kummerċjant. F’dan il-kuntest, il-vetturi jikkostitwixxu prodotti. Ir-reġistru tal-produtturi stabbilit skont dan ir-Regolament jista’ jikkostitwixxi reġistru pubbliku għall-fini ta’ konformità mal-Artikolu 30(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2022/2065. Awtoċertifikazzjoni mill-kummerċjant li jimpenja ruħu li joffri biss prodotti jew servizzi li jikkonformaw mar-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 30(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2022/2065 tista’ tkopri wkoll ir-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti skont dan ir-Regolament. Finalment, għall-finijiet tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065, meta l-informazzjoni fir-reġistru tal-produtturi ma tkunx aċċessibbli għall-pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta’ pjattaformi online jingħataw aċċess, mingħajr ħlas, għal dik l-informazzjoni, bil-għan li jagħmlu l-almu tagħhom biex jivvalutaw jekk l-informazzjoni hix affidabbli u kompluta.

(53)

Meta produttur iqiegħed il-vetturi għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba f’territorju ta’ Stat Membru li fih dak il-produttur ma jkunx stabbilit, dak il-produttur jenħtieġ li jinnomina rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Jekk aktar minn produttur wieħed ikun rappreżentat fi Stat Membru minn rappreżentant awtorizzat wieħed, jenħtieġ li dak ir-rappreżentant awtorizzat jipprovdi l-isem u d-dettalji tal-kuntatt għal kull wieħed mill-produtturi rappreżentati separatament.

(54)

Il-produtturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu jekk humiex se jeżerċitaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom individwalment jew kollettivament, permezz ta’ organizzazzjonijiet b’responsabbiltà tal-produttur li jieħdu r-responsabbiltà f’isimhom. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu li produttur ikun rappreżentat minn organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-produtturi ma jkunux meħtieġa mill-Istati Membri jiġu rappreżentati minn organizzazzjoni speċifika b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, inkwantu jenħtieġ li jkun hemm flessibbiltà fir-rigward tal-għadd ta’ organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur li jistgħu jkunu preżenti fi Stat Membru. Jenħtieġ li dan ikun ukoll il-każ fl-Istati Membri b’organizzazzjonijiet immexxija mill-Istat b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur li jaf ikunu soġġetti għal arranġamenti aktar speċifiċi skont il-liġi nazzjonali. Filwaqt li l-oqfsa legali tal-Istati Membri jippermettu strutturi ta’ governanza differenti, l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur jenħtieġ li, fil-prinċipju, joperaw biex jiżguraw li t-tariffi jinġabru mill-produtturi jintużaw esklużivament biex jissodisfaw l-obbligi relatati mal-ġbir u mat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw għall-organizzazzjoni u għall-finanzjament tal-obbligi relatati mal-immaniġġar tal-iskart. L-organizzazzjonijiet kollha b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur jenħtieġ li jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data pprovduta lilhom mill-produtturi. Sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-operaturi ekonomiċi kollha jitqiesu kif xieraq u tiġi evitata sitwazzjoni li fiha l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart jitqiegħdu fi żvantaġġ fid-deċiżjonijiet meħuda fi skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, pereżempju l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur jistgħu, mill-anqas darba fis-sena, jagħmlu konsultazzjoni strutturata mal-partijiet ikkonċernati interessati u jippubblikaw fis-sit web tagħhom rapport ta’ sinteżi ta’ dik il-konsultazzjoni, li jesponi l-osservazzjonijiet prinċipali rċevuti flimkien ma’ spjegazzjoni tal-mod kif dawn l-osservazzjonijiet ikunu ġew indirizzati. Jenħtieġ li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart jingħataw status ta’ osservatur fil-korpi governattivi tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, jiġifieri fil-bordijiet eżekuttivi tagħhom, bil-għan li jitjiebu l-effiċjenza u l-governanza ġenerali tas-sistema, fir-rispett tal-bżonn li jiġi evitat kunflitt ta’ interessi. Barra minn hekk, l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart jenħtieġ li jintgħażlu mill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur fi proċedura nondiskriminatorja bbażata fuq kriterji tal-aġġudikazzjoni trasparenti.

(55)

Il-produtturi jenħtieġ li jiffinanzjaw parti mill-kostijiet tal-ġbir u t-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-obbligi bl-għan li jiżguraw kwalità ogħla ta’ materja prima sekondarja rkuprata mill-vetturi. Jenħtieġ li jiġi ddeterminat il-livell eżatt tal-kostijiet ta’ tali operazzjonijiet li jenħtieġ li jkunu koperti mill-produtturi filwaqt li jitqies id-dħul ta’ faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati u ta’ operaturi oħra tal-immaniġġar tal-iskart li jinkiseb mill-bejgħ ta’ spare parts jew komponenti użati u ta’ materja prima sekondarja rkuprata minn vetturi li ma għadhomx jintużaw. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti, f’kooperazzjoni mal-produtturi u mal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, jenħtieġ li jimmonitorjaw il-kostijiet medji tal-operazzjonijiet ta’ ġbir, riċiklaġġ u trattament kif ukoll il-livell ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm allokazzjoni ġusta tal-kostijiet bejn l-operaturi interessati kollha.

(56)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-produtturi jenħtieġ li tkopri wkoll il-kost tal-kampanji edukattivi bl-għan li jinfurmaw lill-pubbliku u jżidu l-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, kif ukoll tal-istabbiliment tas-sistema ta’ notifika għall-ħruġ u t-trasferiment ta’ ċertifikati ta’ distruzzjoni u l-ġbir u r-rapportar ta’ data lill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, peress li dan ir-Regolament jintroduċi bidliet fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja tal-produtturi għall-ġbir tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw koperti mid-Direttiva 2000/53/KE, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet xierqa biex titqies it-tranżizzjoni mid-Direttiva 2000/53/KE għal dan ir-Regolament.

(57)

Il-produtturi li jagħżlu li jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi tagħhom individwalment jenħtieġ li jipprovdu wkoll garanzija li għandha tintuża biex tkopri l-kostijiet tal-ġestjoni tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Tali garanziji jenħtieġ li jintużaw b’mod partikolari f’każijiet fejn il-produtturi kkonċernati jsiru insolventi jew iwaqqfu l-operazzjonijiet tagħhom b’mod permanenti.

(58)

Fejn produttur jeżerċita l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tiegħu b’mod kollettiv fi ħdan organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produttur jenħtieġ li jiġu modulati abbażi ta’ kriterji armonizzati. Tali kriterji jenħtieġ li joħolqu inċentivi ekonomiċi għall-manifatturi biex iżidu ċ-ċirkolarità fid-disinn u l-produzzjoni ta’ vetturi ġodda, filwaqt li jitqies l-ammont ta’ materjali primarji u riċiklati f’vettura, sa liema punt fiha parts, komponenti u materjali li huma diffiċli biex jitneħħew, jiġu żmuntati, jintużaw mill-ġdid jew jiġu riċiklati, kif ukoll l-ammont ta’ sustanzi perikolużi li jkun fiha. Sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq uniku, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tas-supplimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar kif jenħtieġ li jiġu applikati l-kriterji għall-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur.

(59)

Ċerti Stati Membri diġà stabbilew strutturi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u sistemi ta’ mmaniġġar tal-iskart, li huma l-bażi għall-awtorizzazzjonijiet nazzjonali u l-arranġamenti kuntrattwali rilevanti, meta jimplimentaw id-Direttiva 2000/53/KE. Dawk l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jużaw dawk l-istrutturi u s-sistemi, dment li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

(60)

Il-vetturi spiss isiru vetturi li ma għadhomx jintużaw fi Stat Membru differenti milli fl-Istat Membru fejn ikunu ġew imqiegħda fis-suq. Sakemm produttur, skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament, ikun jista’ jiġi identifikat fl-Istat Membru fejn il-vettura ssir vettura li ma għadhiex tintuża, dak il-produttur jenħtieġ li jkopri l-kostijiet relatati tal-ġbir u t-trattament. Madankollu, peress li mhux dejjem ikun possibbli li jiġi identifikat produttur fl-Istat Membru fejn il-vettura ssir vettura li ma għadhiex tintuża wara li tkun qasmet fruntiera, huwa meħtieġ ukoll li jiġu introdotti regoli dwar mekkaniżmu transfruntier ta’ allokazzjoni tal-kostijiet li jenħtieġ li japplikaw biss għal dik is-sitwazzjoni speċifika u għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 biss. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jiżguraw li l-kostijiet tal-ġbir u t-trattament imġarrba mill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart fl-Istat Membru fejn il-vettura ssir vettura li ma tibqax tintuża jkunu koperti. L-obbligi li jirriżultaw mill-mekkaniżmu transfruntier tal-allokazzjoni tal-kostijiet, inkluża l-ħatra ta’ rappreżentanti awtorizzati f’kull Stat Membru, jenħtieġ li ma japplikawx għall-importaturi jew għad-distributuri, biex jiġi evitat piż amministrattiv għal tali operaturi. Kull manifattur ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1 jenħtieġ li jkun obbligat jaħtar rappreżentant awtorizzat għall-mekkaniżmu transfruntier f’kull Stat Membru, jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar id-deżinjazzjonijiet u jistabbilixxi mekkaniżmi għall-kooperazzjoni transfruntiera mal-operaturi rilevanti tal-immaniġġar tal-iskart. Il-manifatturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu mandat lil organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur biex taġixxi bħala r-rappreżentant awtorizzat tagħhom għall-mekkaniżmu transfruntier. Għall-manifatturi stabbiliti barra l-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi appuntat ir-rappreżentant waħdieni fl-Unjoni msemmi fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2018/858 sabiex jissodisfa l-obbligi għall-mekkaniżmu transfruntier u sabiex jiġu stabbiliti mekkaniżmi transfruntiera ta’ kooperazzjoni. L-introduzzjoni ta’ tali mekkaniżmu transfruntier tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi bejn il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati madwar l-Unjoni.

(61)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn l-obbligi u biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq uniku, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli dettaljati ulterjuri dwar l-obbligi tal-produtturi, l-Istati Membri u l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u l-karatteristiċi tal-mekkaniżmi transfruntiera.

(62)

Prerekwiżit ewlieni għat-trattament tajjeb ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw huwa li jinġabru l-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw. Dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li jimponi ċerti obbligi marbuta mal-ġbir primarjament fuq il-produtturi u, b’mod sekondarju, fuq l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-produtturi jiżguraw li l-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru jinġabru. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-produtturi jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur jistabbilixxu jew jipparteċipaw fl-istabbiliment tas-sistemi ta’ ġbir u li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li s-sistemi ta’ ġbir ikunu fis-seħħ u li dawk is-sistemi jippermettu li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Is-sistemi ta’ ġbir jenħtieġ li jippermettu lis-sidien tal-vetturi u lil detenturi oħra tal-vetturi jwasslu l-vettura f’faċilità ta’ trattament jew f’punt ta’ ġbir awtorizzati mingħajr sforzi jew kostijiet bla bżonn. Dan ifisser fil-prattika li tali sistemi jenħtieġ li jkopru b’mod xieraq it-territorju kollu ta’ kull Stat Membru u jiżguraw disponibbiltà adegwata ta’ faċilitajiet ta’ trattament jew punti ta’ ġbir awtorizzati. Jenħtieġ li dawn jippermettu wkoll il-ġbir tal-marki kollha ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, kif ukoll ta’ parts ta’ skart mit-tiswija tal-vetturi.

(63)

Il-vetturi li ma għadhomx jintużaw jenħtieġ li jiġu ttrattati biss f’faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati, u għalhekk tali faċilitajiet għandhom rwol vitali fil-ġbir tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Madankollu, sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir u tiġi żgurata d-disponibbiltà adegwata tal-faċilitajiet li jiġbru vetturi li ma għadhomx jintużaw, dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li jiġu stabbiliti punti ta’ ġbir. Ir-rwol ta’ tali punti jkun limitat għall-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, għall-ħżin tagħhom f’kundizzjonijiet xierqa u għat-trasport tagħhom lejn il-faċilità ta’ trattament awtorizzata. It-tħaddim ta’ tali punt jeħtieġ permess speċifiku. Il-punti ta’ ġbir jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jwasslu l-vetturi kollha miġbura li ma għandhomx jintużaw f’faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati.

(64)

Sabiex il-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw jinġabru b’mod effettiv, huwa meħtieġ li l-pubbliku jiġi infurmat dwar l-eżistenza tas-sistemi ta’ ġbir. Is-sidien tal-vetturi jenħtieġ li jkunu konxji li fil-prinċipju jistgħu jwasslu vettura li ma għadhiex tintuża, bil-batterija tal-vettura elettrika jew mingħajrha, f’punt ta’ ġbir jew faċilità ta’ trattament awtorizzata mingħajr ħlas, sakemm ma jkunux nieqsa parts essenzjali bħall-mutur tat-trazzjoni elettrika, il-magna jew diversi biċċiet kbar tal-karozzerija, sabiex jiġu limitati l-attivitajiet ta’ żmuntar illegali. Fil-każ ta’ batterija ta’ vettura elettrika nieqsa, jenħtieġ li s-sid tal-vettura jagħti prova li l-batterija tkun ġiet ittrattata minn operatur professjonist f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1542. Sabiex jiġi evitat l-iżmuntar illegali ta’ parts u komponenti ta’ valur minn vetturi li ma għadhomx jintużaw u jiġi promoss il-ġbir ta’ vetturi sħaħ li ma għadhomx jintużaw, il-konsenja mingħajr ħlas ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw tista’ tkun marbuta mal-għoti ta’ inċentivi finanzjarji. Il-kampanja edukattiva mill-produtturi jew mill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur jenħtieġ li tippreżenta wkoll il-konsegwenzi għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem tal-ġbir u t-trattament mhux xierqa ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

(65)

Il-faċilità ta’ trattament awtorizzata jenħtieġ li toħroġ ċertifikat ta’ distruzzjoni lill-aħħar sid tal-vettura mal-konsenja tal-vettura li ma għadhiex tintuża. Dan huwa meħtieġ biex tiġi żgurata superviżjoni xierqa tal-ġestjoni tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Ir-rekwiżiti minimi għal tali ċertifikati bħalissa huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/151/KE (16) u l-kontenut ta’ dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li jiġi inkluż f’dan ir-Regolament, bl-adattamenti meħtieġa. Tali ċertifikati jenħtieġ li jinħarġu f’format elettroniku lill-aħħar sidien ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, u jenħtieġ li jiġu pprovduti mill-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru permezz ta’ proċedura ta’ notifika elettronika għall-fini tal-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Is-sistema ta’ notifika elettronika jenħtieġ li tippermetti t-trażmissjoni taċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni u tippermetti li tiġi pprovduta kopja tan-notifika elettronika lill-aħħar sid tal-vettura kif ukoll lil kwalunkwe operatur ekonomiku li jaġixxi f’isem dak is-sid.

(66)

Minkejja l-obbligu fid-Direttiva 2000/53/KE li l-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw jiġu ttrasferiti għat-trattament f’faċilità ta’ trattament awtorizzata, hemm sehem sinifikanti ħafna ta’ vetturi li l-post fejn jinsabu ma jkunx magħruf, u li setgħu ġew ittrattati jew esportati illegalment bħala vetturi li ma għadhomx jintużaw, jew li l-istatus tagħhom ma jiġix irrapportat kif xieraq lill-awtoritajiet ta’ reġistrazzjoni tal-Istati Membri. Tali vetturi jissejħu “vetturi neqsin”. L-Istati Membri jenħtieġ li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex inaqqsu l-għadd ta’ vetturi neqsin. Ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ distruzzjoni maħruġa fi Stat Membru ieħor u l-obbligu li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu infurmati, fejn il-vettura tkun irreġistrata, li jinħareġ ċertifikat ta’ distruzzjoni, jenħtieġ li jippermettu traċċar aħjar tal-post fejn jinsabu l-vetturi li ma għadhomx jintużaw.

(67)

Biex jiġi żgurat il-ġbir effettiv ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, jenħtieġ li jiġu indirizzati obbligi espliċiti lis-sidien tal-vetturi. Huma jenħtieġ li jwasslu l-vettura tagħhom, meta tilħaq il-fażi ta’ tmiem il-ħajja, f’punti ta’ ġbir jew f’faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati. Meta l-vetturi ssirilhom ħsara u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jkunu involuti fid-dikjarazzjoni tagħhom bħala telf totali tekniku jew ekonomiku, il-kumpanija tal-assigurazzjoni jew kwalunkwe espert awtomobilistiku ieħor li jaġixxi f’isimha jenħtieġ li jivvalutaw ukoll jekk il-vettura hijiex vettura li ma għadhiex tintuża f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ vetturi abbandunati, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jistabbilixxu regoli għad-dikjarazzjoni ta’ vettura bħala vettura li ma għadhiex tintuża u jipproċedu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Vetturi abbandunati jistgħu jinkludu, pereżempju, vetturi li jitħallew waħedhom jew illegalment fuq proprjetà pubblika, jew vetturi li jkunu ġew ipparkjati fuq proprjetà privata mingħajr il-kunsens tas-sid tal-proprjetà, jew vetturi li ma jkunux ittieħdu lura wara notifika mill-awtoritajiet kompetenti lis-sid tal-vettura.

(68)

Sabiex jiġi żgurat trattament uniformi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw fl-Unjoni, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati jaċċettaw u jittrattaw il-vetturi, il-parts, il-komponenti u l-materjali kollha li ma għadhomx jintużaw, inklużi l-parts ta’ skart mit-tiswijiet tal-vetturi, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi tagħhom, kif ukoll f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-aħjar tekniki disponibbli, u d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Għall-finijiet tal-konformità mar-rekwiżiti tat-tneħħija, mar-rekwiżiti tal-kwalità u mal-miri tal-irkupru tal-materjal, it-trattament sħiħ ta’ vettura li ma għadhiex tintuża jista’, iżda ma hemmx għalfejn li, jitwettaq minn operatur wieħed tal-immaniġġar tal-iskart jew f’installazzjoni waħda.

(69)

Fid-dawl tar-rwol ewlieni ta’ faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati fil-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw b’mod li ma jaffettwax ħażin l-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem u jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi li japplikaw għal tali faċilitajiet u li jkopru l-attivitajiet kollha tagħhom, mill-aċċettazzjoni u l-ħżin ta’ vettura li ma għadhiex tintuża sat-trattament finali tagħha.

(70)

Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-attivitajiet tagħhom, inkluża l-kwalità tar-ruttam jew ta’ materjal ta’ input rilevanti ieħor, jenħtieġ li l-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati jiddokumentaw l-operazzjonijiet ta’ trattament imwettqa u jaħżnu r-rekord tagħhom b’mod elettroniku għal mill-anqas tliet snin, u jkunu jistgħu jippreżentawh, fuq talba, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

(71)

It-tindif mit-tniġġis ta’ vettura li ma għadhiex tintuża huwa l-ewwel pass lejn il-prevenzjoni tal-ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem, u tar-riskji għas-sikurezza fuq ix-xogħol. Għalhekk huwa essenzjali li vettura li ma għadhiex tintuża tgħaddi mill-operazzjonijiet meħtieġa ta’ tindif mit-tniġġis fi żmien 30 jum minn meta titwassal fil-faċilità ta’ trattament awtorizzata, qabel ma l-vettura li ma għadhiex tintuża tiġi ttrattata aktar. Matul dik il-fażi, iż-żjut għar-rimi jenħtieġ li jinġabru u jinħażnu separatament mill-fluwidi u l-likwidi l-oħra, u jenħtieġ li jiġu ttrattati aktar f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE. Ir-refriġeranti jenħtieġ li jiġu ttrattati f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Barra minn hekk, il-parts, il-komponenti u l-materjali li fihom iċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju u l-kromu eżavalenti jenħtieġ li jitneħħew mill-vettura li ma għadhiex tintuża, biex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-bnedmin jew fuq l-ambjent.

(72)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) 2023/1542, il-batteriji kollha inkorporati fil-vetturi għandhom jitneħħew separatament minn vettura li ma għadhiex tintuża u jinħażnu f’żona ddeżinjata għal aktar trattament.

(73)

Sabiex jiġi mmassimizzat il-potenzjal tal-użu mill-ġdid, tar-rimanifattura u tar-rinnovazzjoni ta’ parts u ta’ komponenti, u jiġi ppreservat valur għoli għall-materjali sekondarji li jirriżultaw minn vetturi li ma għadhomx jintużaw, ċerti parts u komponenti jenħtieġ li jitneħħew b’mod obbligatorju minn vettura li ma għadhiex tintuża qabel it-tqattigħ. Dawk il-parts u l-komponenti jenħtieġ li jitneħħew fi proċess manwali ta’ żmuntar, fi proċess semiawtomatizzat jew awtomatizzat ta’ żarmar b’mod mhux distruttiv. Jenħtieġ li jkun possibbli li ssir devjazzjoni mir-rekwiżit dwar it-tneħħija obbligatorja ta’ parts u komponenti b’mod mhux distruttiv, meta faċilità ta’ trattament awtorizzata turi li l-iżmuntar manwali, iż-żarmar semiawtomatizzat jew awtomatizzat b’mod mhux distruttiv jinvolvi kostijiet ekonomiċi sproporzjonati li ma jistgħux jiġu kkumpensati mid-dħul mistenni mill-użu mill-ġdid, mir-rimanifattura jew mir-rinnovazzjoni ta’ dawn il-parts u l-komponenti. F’każ bħal dan, jenħtieġ li jkun possibbli li dawn il-parts u l-komponenti jitneħħew b’mod distruttiv għall-finijiet tas-separazzjoni tal-materjali rilevanti qabel it-tqattigħ. Il-parts u l-komponenti jistgħu jiġu eżentati għalkollox mit-tneħħija obbligatorja, jekk ikunu ddeżinjati bħala tali f’dan ir-Regolament, jekk il-faċilità ta’ trattament awtorizzata turi li t-teknoloġiji ta’ wara t-tqattigħ jisseparaw materjali mill-parts u l-komponenti kkonċernati b’mod effiċjenti daqs proċessi manwali, semiawtomatizzati jew awtomatizzati, u li l-kriterji u l-valuri ta’ limitu ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Sabiex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward fir-rigward tal-emendar tal-Anness rilevanti.

(74)

Ladarba l-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati jkunu neħħew parts u komponenti minn vettura li ma għadhiex tintuża, jenħtieġ li jivvalutaw bir-reqqa u jiddeterminaw jekk dawk il-parts u l-komponenti humiex tajbin għall-użu mill-ġdid, għar-rimanifattura jew għar-rinnovazzjoni, abbażi ta’ kriterji oġġettivi marbuta mal-karatteristiċi tekniċi tal-parts u l-komponenti u r-rekwiżiti tas-sikurezza tal-vettura.

(75)

Ir-Regolament (UE) 2023/1542 jistabbilixxi regoli dwar is-sostenibbiltà, il-prestazzjoni, is-sikurezza, il-ġbir, ir-riċiklaġġ u t-tieni ħajja tal-batteriji kif ukoll dwar l-informazzjoni rigward it-tneħħija dwar il-batteriji għall-operaturi ekonomiċi. Il-potenzjal għat-tieni ħajja tal-batteriji jenħtieġ li jitqies f’dan ir-Regolament billi tiġi eskluża l-batterija tal-vettura elettrika mill-parts jew mill-komponenti essenzjali, sabiex il-vettura tkun tista’ tiġi kkonsenjata għat-trattament, mingħajr ħlas, mingħajr il-batterija tal-vettura elettrika, bil-kundizzjoni li l-aħħar sid tal-vettura jipprovdi dokumentazzjoni li tagħti prova li l-batterija ġiet ittrattata minn operatur professjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1542.

(76)

Filwaqt li jiġi rikonoxxut il-potenzjal ta’ rimanifattura u ta’ rinnovazzjoni fis-settur awtomobilistiku, u l-kontribut tagħhom lejn l-ekonomija ċirkolari, huwa meħtieġ li tiġi pprovduta ċarezza tad-dritt lill-operaturi ekonomiċi involuti f’dan is-settur. Għalhekk jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-parts u l-komponenti mneħħija minn vettura li ma għadhiex tintuża jew minn operazzjonijiet ta’ tiswija u manutenzjoni, li huma xierqa għall-użu mill-ġdid immedjat, jew għal rimanifattura jew rinnovazzjoni ulterjuri minn operaturi professjonali, jenħtieġ li jitqisux bħala skart. Sabiex tiġi rispettata l-ġerarkija tal-iskart u biex tingħata spinta lill-użu ċirkolari tal-ispare parts, jenħtieġ li t-trasferiment ta’ dawn il-parts u l-komponenti, esklużi l-batteriji, bejn l-operaturi ekonomiċi ma jiġix ristrett. Il-parts u l-komponenti mneħħija minn vetturi li ma għadhomx jintużaw jenħtieġ li jiġu ċċekkjati, imnaddfa u, fejn meħtieġ, ittestjati sew minn faċilità ta’ trattament awtorizzata sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw minnufih mingħajr ebda proċessar ieħor minn qabel, jew f’każijiet oħra jkunu adegwati għal manifattura mill-ġdid jew rinnovazzjoni ulterjuri. Il-parts u l-komponenti li mhumiex xierqa għall-użu mill-ġdid, ir-rimanifattura jew ir-rinnovazzjoni jenħtieġ li jitqiesu bħala skart u l-esportazzjoni tagħhom jenħtieġ li tkun soġġetta għar-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jenħtieġ li jkunu f’pożizzjoni li jitolbu dokumentazzjoni, mill-faċilità ta’ trattament awtorizzata li tkun neħħiet il-parti jew il-komponent ikkonċernati, fejn dik il-faċilità ta’ trattament awtorizzata tikkonferma, permezz ta’ valutazzjoni ddedikata, l-adegwatezza teknika tal-parts u l-komponenti rilevanti għar-rimanifattura, ir-rinnovazzjoni jew l-użu mill-ġdid.

(77)

Fl-evalwazzjoni tagħha tad-Direttiva 2000/53/KE, il-Kummissjoni sabet li l-ispare parts u l-komponenti użati jiġu offruti lill-pubbliku minn fornituri mhux identifikati u spiss jiġu minn attivitajiet illegali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ġodda dwar in-negozjar ta’ parts u komponenti użati, rimanifatturati jew rinnovati. Jenħtieġ li, fuq kollox, dawn il-parts u l-komponenti jiġu mmarkati b’tikketta li tindika l-isem tal-komponent jew tal-parti, u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-faċilità ta’ trattament awtorizzata li neħħiet il-komponent jew il-parti, u jkunu protetti b’mod xieraq minn ħsara matul it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt tal-parts u tal-komponenti. Il-faċilità ta’ trattament awtorizzata li neħħiet il-komponent jew il-parti jenħtieġ li jkollha disponibbli kopja tal-fattura jew tal-kuntratt relatati mat-trasferiment ta’ dawn il-parts, fil-każ li l-awtorità kompetenti titlob tali dokumentazzjoni.

(78)

Meta l-utent finali jkun konsumatur, il-bejgħ min-negozju għall-konsumatur ta’ parts u komponenti użati, rimanifatturati jew rinnovati jkun kopert mid-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Dik id-Direttiva tirrikjedi li l-oġġetti mibjugħa jkunu konformi mal-kuntratt tal-bejgħ u tistipula r-responsabbiltà tar-rimedji tal-bejjiegħa u tal-konsumaturi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, bħat-tiswija bla ħlas jew is-sostituzzjoni tal-oġġetti. Peress li l-parts u l-komponenti mneħħija li huma tajbin għall-użu mill-ġdid jew il-parts u l-komponenti rinnovati jikkostitwixxu oġġetti użati skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2019/771, il-bejjiegħ u l-konsumatur jistgħu jaqblu dwar perjodu iqsar ta’ responsabbiltà jew ta’ limitazzjoni li ma jkunx anqas minn sena jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreveda tali possibbiltà. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati huma mħeġġa jipprovdu garanziji kummerċjali fuq il-parts u l-komponenti użati mill-ġdid, rimanifatturati u rinnovati lill-konsumaturi u lill-klijenti tagħhom fi tranżazzjonijiet minn negozju għal negozju.

(79)

Fl-interess tas-sikurezza fit-toroq u tal-protezzjoni tal-ambjent, ċerti komponenti u parts li jkunu tneħħew minn vetturi li ma għadhomx jintużaw jenħtieġ li ma jerġgħux jintużaw, jiġu rimanifatturati jew rinnovati. Tali parts u komponenti jenħtieġ li ma jintużawx għall-kostruzzjoni ta’ vetturi ġodda jew f’vetturi li jkunu diġà ġew imqiegħda fis-suq, ħlief meta l-valutazzjoni teknika mwettqa turi l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli tal-vettura. Dawk il-parts jenħtieġ li jiġu installati biss minn operatur kwalifikat tat-tiswija u tal-manutenzjoni.

(80)

Sabiex jiġu mħeġġa l-iżvilupp u l-funzjonament xieraq tas-suq għal parts u komponenti riutilizzabbli, rinnovati u rimanifatturati u l-modifika retroattiva tal-vetturi fl-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jagħtu inċentivi fil-livell nazzjonali għall-użu mill-ġdid, ir-rinnovazzjoni u r-rimanifattura ta’ parts u komponenti, kemm jekk jitneħħew matul il-fażi tal-użu jew tat-tmiem tal-ħajja ta’ vettura, kif ukoll il-modifika retroattiva tal-vetturi. Dawk l-inċentivi jenħtieġ li jiġu riflessi fil-programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart li l-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/98/KE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri billi taqsam l-aħjar prattiki tagħhom dwar l-inċentivi meħuda fil-livell nazzjonali, bil-għan li timmonitorja l-effettività tagħhom.

(81)

Fl-evalwazzjoni tagħha tad-Direttiva 2000/53/KE, il-Kummissjoni sabet li d-definizzjoni tar-riċiklaġġ f’dik id-Direttiva hija wiesgħa wisq u ma hijiex konsistenti mad-Direttiva 2008/98/KE, peress li tqis ir-“radam mill-ġdid” bħala operazzjoni ta’ riċiklaġġ. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jallinja d-definizzjoni ta’ riċiklaġġ mad-Direttiva 2008/98/KE billi jeskludi r-radam mill-ġdid mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

(82)

Ir-riċiklaġġ tal-plastik kollu minn vetturi li ma għadhomx jintużaw jenħtieġ li jittejjeb kontinwament, u huwa importanti li tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ materjali riċiklati biex tiġi ssodisfata d-domanda għall-plastik riċiklat fil-vetturi. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi stabbilita mira speċifika ta’ riċiklaġġ ta’ 30 % tal-plastik minn vetturi li ma għadhomx jintużaw. Din il-mira tkun komplementari għall-mira ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ ta’ 85 % u l-mira ta’ użu mill-ġdid u rkupru ta’ 95 % ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw skont il-piż medju għal kull vettura u għal kull sena. Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti mill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, huwa meħtieġ perjodu tranżitorju ta’ tliet snin. Sadanittant, il-mira kurrenti għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ 85 % kif ukoll il-mira għall-użu mill-ġdid u l-irkupru ta’ 95 % ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, kif stabbiliti bid-Direttiva 2000/53/KE u abbażi tad-definizzjoni ta’ riċiklaġġ f’dik id-Direttiva, jenħtieġ li jkomplu japplikaw. Il-piż tal-plastik riċiklat u l-piż totali tal-plastik għall-mira speċifika għar-riċiklaġġ tal-plastik jenħtieġ li jeskludu l-elastomeri, il-materjali li jibbiesu bis-sħana għajr il-fowms tal-poliuretan użati għall-cushioning u l-plastik li fih jew li huwa kkontaminat minn kwalunkwe sustanza msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1021 meta jinqabżu l-limiti tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament.

(83)

Huwa importanti li jiżdied l-irkupru ta’ materjali sekondarji ta’ kwalità għolja billi jittejbu l-proċessi tat-tqattigħ ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw. Għalhekk, il-vetturi li ma għadhomx jintużaw, il-parts, il-komponenti u l-materjali tagħhom jenħtieġ li jitħallew jiġu pproċessati fi shredder flimkien ma’ skart ieħor, inkluż l-iskart mill-imballaġġ u l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, biss jekk jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi u r-rekwiżiti tal-kwalità għall-frazzjonijiet tal-output.

(84)

Biex tkompli tittejjeb il-kwalità tat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw, jenħtieġ li jkun possibbli biss li jintremew f’landfill il-frazzjonijiet tal-iskart li jirriżultaw minn vetturi li ma għadhomx jintużaw li jkunu tqattgħu, fejn il-frazzjonijiet li jkun fihom skart mhux inerti ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(85)

Il-vetturi li ma għadhomx jintużaw huma kklassifikati bħala skart perikoluż u ma jistgħux jiġu esportati lejn pajjiżi li ma humiex fl-OECD. Jenħtieġ li jibqa’ possibbli li l-vetturi li ma għadhomx jintużaw li jkunu ġew soġġetti għat-tindif mit-tniġġis jiġu ttrattati barra mill-Unjoni, dment li dawk il-vetturi li ma għadhomx jintużaw li jkunu ġew soġġetti għat-tindif mit-tniġġis jiġu ttrasportati f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1157.

(86)

Meta vettura li ma għadhiex tintuża tiġi ttrasportata mill-Unjoni lejn pajjiż terz, l-esportatur jenħtieġ li jipprovdi prova dokumentarja approvata mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni li tikkonferma li l-kundizzjonijiet tat-trattament huma ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bi qbil mar-Regolament (UE) 2024/1157.

(87)

Sabiex jiġi żgurat li l-vetturi li ma għadhomx jintużaw jiġu ttrattati b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, huwa importanti li tiġi stabbilita ċarezza dwar l-istatus ta’ vettura tul il-ħajja kollha tagħha, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet meta jkun hemm il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn il-vetturi użati u l-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Sid ta’ vettura li jkollu l-ħsieb li jittrasferixxi s-sjieda ta’ vettura użata fi ħdan l-Unjoni jenħtieġ li f’ċerti ċirkostanzi jkun meħtieġ jippreżenta dokumentazzjoni li l-vettura ma hijiex vettura li ma għadhiex tintuża. Dik id-dokumentazzjoni jenħtieġ li turi li l-vettura jkollha affidabbiltà stradali jew tipprovdi valutazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, li fiha kriterji biex jiġi ddeterminat jekk vettura hijiex vettura li ma għadhiex tintuża. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li titwettaq b’mod kaskata, mill-kriterji vinkolanti għall-kriterji indikattivi. Malli jiġi ssodisfat kriterju vinkolanti wieħed, il-vettura kkonċernata jenħtieġ li titqies bħala vettura li ma għadhiex tintuża. Jekk ma jiġi ssodisfat l-ebda kriterju vinkolanti, jenħtieġ li l-kriterji indikattivi jiġu vverifikati. Jekk japplika wieħed minn dawk il-kriterji indikattivi, tkun meħtieġa valutazzjoni teknika ulterjuri biex jiġu ddeterminati t-tiswijiet meħtieġa biex jinkiseb ċertifikat tal-affidabbiltà stradali. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni teknika, jenħtieġ li s-sid tal-vettura jkollu l-possibbiltà jiddeċiedi jekk il-vettura jenħtieġx li tiġi mormija. Jekk, fi żmien ħames snin minn dik il-valutazzjoni teknika, is-sid tal-vettura ma jiksibx ċertifikat tal-affidabbiltà stradali, il-vettura kkonċernata jenħtieġ li titqies bħala vettura li ma għadhiex tintuża. Għall-perjodu ta’ dawk il-ħames snin, il-valutazzjoni teknika jenħtieġ li tikkostitwixxi dokumentazzjoni li l-vettura ma hijiex vettura li ma għadhiex tintuża. Il-valutazzjoni ta’ tmiem il-ħajja jenħtieġ li titwettaq minn espert awtomobilistiku indipendenti, iżda jkun f’idejn kull Stat Membri li jiddeċiedi kif eżattament tali esperti awtomobilistiċi indipendenti jenħtieġ li jinħatru. L-esperti awtomobilistiċi indipendenti jenħtieġ li jkunu professjonisti b’għarfien speċjalizzat fil-qasam tat-teknoloġija, it-tiswija u l-manutenzjoni awtomobilistiċi jew tal-valutazzjoni tal-valur tal-vetturi, maħtura biex jipprovdu għarfien espert imparzjali, mingħajr interessi konfliġġenti mal-partijiet involuti. Biex jiġu evitati piżijiet eċċessivi għal persuni fiżiċi li mhumiex operaturi ekonomiċi u biex tiġi indirizzata primarjament is-sitwazzjoni ta’ maġġoranza ta’ vetturi potenzjali li ma għadhomx jintużaw, ir-rekwiżit tad-dokumentazzjoni jenħtieġ li japplika biss għal tali sidien ta’ vetturi f’ċirkostanzi speċifikati. Tali każijiet jenħtieġ li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ vetturi li ġew iddikjarati bħala telf totali ekonomiku minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew meta l-bejgħ jiġi konkluż kompletament permezz ta’ pjattaforma online, mingħajr trasferiment fiżiku tal-vettura bejn il-bejjiegħ u x-xerrej jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom.

(88)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li meta kumpanija tal-assigurazzjoni jew kwalunkwe espert awtomobilistiku li jaġixxi f’isimha jwettqu valutazzjoni tal-ħsara lil vettura involuta f’inċident, tali valutazzjoni jenħtieġ li, b’mod partikolari, tinvolvi verifika ta’ jekk il-vettura tikkwalifikax bħala vettura li ma għadhiex tintuża, f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġu indirizzati l-attivitajiet illegali u tiġi żgurata l-identifikazzjoni xierqa tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw is-setgħa, f’każ ta’ dubju dwar l-istatus ta’ vettura użata, li jitolbu dokumentazzjoni mis-sid tal-vettura biex jikkonfermaw li l-vettura mhijiex vettura li ma għadhiex tintuża. Tali dokumentazzjoni jenħtieġ li tkun jew valutazzjoni ta’ tmiem il-ħajja mwettqa f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew ċertifikat tal-affidabbiltà stradali validu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu użu minn din il-prerogattiva irrispettivament minn jekk il-vettura kinitx involuta f’inċident jew le. Dan l-għoti ta’ setgħa huwa applikabbli wkoll għal vetturi bi skop speċjali, li altrimenti jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għar-regoli li jirregolaw l-istatus tal-vetturi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw vetturi tal-kategoriji L1e, L2e, u L6e mir-regoli dwar l-istatus tal-vettura mill-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex temenda l-kriterji f’dan ir-Regolament biex jiġi ddeterminat jekk vettura hijiex vettura li ma għadhiex tintuża billi jitneħħew il-kriterji li skonthom vettura titqies bħala vettura li ma għadhiex tintuża meta l-avvanzi teknoloġiċi fl-oqsma tat-traċċabbiltà, tal-possibbiltà ta’ tiswija u tas-sikurezza jipprovdu ġustifikazzjoni suffiċjenti għal tali tħassir.

(89)

Sabiex jiġi żgurat li s-suq intern ma jiġix imminat u minħabba li l-esportazzjoni ta’ vetturi użati tqajjem sfidi ambjentali u tas-saħħa pubblika importanti kif dokumentat mill-Programm Ambjentali tan-NU, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi rigward l-esportazzjoni ta’ vetturi użati. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi skont liema vettura użata ma tkunx vettura li ma għadhiex tintuża u li jkollha l-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). Dan jenħtieġ li jiżgura li l-vetturi użati li huma xierqa biex jinstaqu fit-toroq tal-Unjoni biss jistgħu jiġu esportati lejn pajjiż terz. Biex l-awtoritajiet doganali jitħallew jivverifikaw li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati mal-esportazzjoni, kwalunkwe persuna li tesporta vettura użata jenħtieġ li tintalab tipprovdi lil dawk l-awtoritajiet in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura (VIN) u dikjarazzjoni li tikkonferma li l-vettura użata ma hijiex vettura li ma għadhiex tintuża u li titqies li għandha affidabbiltà stradali.

(90)

Huwa importanti li jiġi stabbilit mekkaniżmu fejn il-konformità tal-vetturi użati mar-rekwiżiti tal-esportazzjoni tista’ tiġi vverifikata b’mod effettiv mingħajr ma jiġi mfixkel il-kummerċ bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema elettronika mill-Kummissjoni, li tippermetti lill-awtoritajiet fl-Istati Membri jiskambjaw u jivverifikaw informazzjoni f’ħin reali dwar il-VIN u l-istatus tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi użati għall-esportazzjoni. Fid-dawl tal-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet eżistenti tagħha marbuta mal-kondiviżjoni, bejn l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, ta’ informazzjoni relatata mal-vetturi rreġistrati fl-Unjoni, il-Kummissjoni żviluppat pjattaforma ta’ skambju ta’ messaġġi, il-MOVE-HUB, għall-iskambju ta’ messaġġi biex jiġu interkonnessi r-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (EUCARIS) biex jaqbdu mas-sistema elettronika MOVE-HUB. Il-pjattaforma bħalissa tiffaċilita l-interkonnessjoni ta’ dawn kollha li ġejjin: ir-reġistri tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ERRU), ir-reġistri tal-liċenzji tas-sewqan (RESPER), ir-reġistri tat-taħriġ professjonali tas-sewwieqa (ProDriveNet), in-notifika ta’ ħsarat matul l-ispezzjoni maġenb it-triq tal-vetturi (RSI) u r-reġistri tal-kards tat-takografu tas-sewwieqa (TACHOnet). Għalhekk, jenħtieġ li l-funzjonalitajiet tal-MOVE-Hub jiġu estiżi aktar biex jippermettu l-iskambju u l-verifika ta’ informazzjoni dwar il-VIN u l-istatus tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi użati għall-esportazzjoni. Biex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod elettroniku u awtomatiku jekk vettura użata għall-esportazzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti tal-esportazzjoni, is-sistema elettronika mħaddma permezz ta’ MOVE-HUB jenħtieġ li tkun interkonnessa mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana, f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). Dak ir-Regolament jipprevedi qafas komprensiv ta’ kontrolli awtomatizzati, li japplikaw għal formalità mhux doganali speċifika tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-elementi ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati, filwaqt li l-miżuri tekniċi tal-implimentazzjoni ta’ dan il-kontroll jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2022/2399.

(91)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-esportazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tiżviluppa s-sistemi elettroniċi meħtieġa u tagħmilhom operattivi mas-sistemi nazzjonali.

(92)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkollaboraw ma’ xulxin biex jiżguraw implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti li jirregolaw l-esportazzjoni ta’ vetturi użati u biex jipprovdu assistenza reċiproka. Din l-assistenza jenħtieġ li tinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni biex jiġi vverifikat l-istatus tal-vetturi qabel l-esportazzjoni tagħhom, inkluża l-konferma tal-informazzjoni ta’ reġistrazzjoni fl-Istat Membru fejn kienu rreġistrati qabel. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni tinvolvi, fost l-oħrajn, l-għoti ta’ aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti, inklużi s-sejbiet tal-ispezzjonijiet, filwaqt li taderixxi mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data li tirregola l-awtorità rikjesta. Barra minn hekk, sabiex tinkiseb kooperazzjoni komprensiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mal-awtoritajiet minn pajjiżi terzi.

(93)

Huwa importanti li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jwettqu kontrolli fuq vetturi użati għall-esportazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). Sehem sinifikanti ta’ vetturi użati li jitilqu mill-Unjoni huma destinati għal pajjiżi fejn huma stabbiliti jew jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-importazzjoni, bħal rekwiżiti fir-rigward tal-età tal-vettura jew tal-emissjonijiet tagħha. Huwa importanti li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod elettroniku u awtomatiku, permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana, jekk vettura użata għall-esportazzjoni tikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti, meta l-informazzjoni dwar dawn ir-rekwiżiti tiġi kkomunikata uffiċjalment lill-Kummissjoni mill-pajjiżi terzi kkonċernati. Biex tiġi ffaċilitata l-konformità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika u taġġorna, fuq portal online ddedikat, il-kundizzjonijiet speċifiċi notifikati marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent jew mas-sikurezza fit-toroq imposti minn pajjiżi terzi. Sabiex jiġu protetti l-ambjent u s-sikurezza fit-toroq f’pajjiżi terzi, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ dawk ir-rekwiżiti.

(94)

Biex jiġi evitat ir-riskju li l-vetturi jiġu esportati mingħajr id-dokumenti meħtieġa billi jiġu indikati l-VIN u l-affidabbiltà stradali tal-vettura, u li n-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-esportazzjoni jiġi identifikat biss meta l-vettura tkun diġà telqet mill-Unjoni, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ entrata fil-kotba tad-dikjarant u tal-awtoevalwazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 ma tkunx permessa. Dawk il-proċeduri jipprevjenu lill-awtoritajiet doganali milli jwettqu kontrolli f’ħin reali permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana, u dan iżid ir-riskju ta’ ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar l-esportazzjoni ta’ vetturi użati.

(95)

Fl-evalwazzjoni tagħha tad-Direttiva 2000/53/KE, il-Kummissjoni qieset in-nuqqas ta’ rekwiżiti dwar l-ispezzjonijiet obbligatorji bħala nuqqas ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jimponi fuq l-Istati Membri ċerti obbligi relatati mad-detezzjoni ta’ attivitajiet illegali fil-qasam tal-ġbir, it-trattament u l-esportazzjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-parts u l-komponenti tagħhom, kif ukoll jistabbilixxi rekwiżiti minimi li jikkonċernaw il-frekwenza tal-ispezzjonijiet, l-ambitu u l-karatteristiċi tagħhom ta’ faċilitajiet soġġetti għal tali spezzjonijiet. Għalhekk, il-kompetittività tal-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati fir-rigward tal-operaturi illegali tiġi ssalvagwardjata u tiġi żgurata konformità kontinwa mal-kundizzjonijiet tal-permessi u r-rekwiżiti dwar il-ġbir u t-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

(96)

Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu strateġiji ta’ spezzjoni mfassla biex jidentifikaw attivitajiet illegali fil-ġbir, it-trattament u l-esportazzjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, kif ukoll il-parts u l-komponenti tagħhom. Tali strateġiji jenħtieġ li jipprevedu l-azzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament biex jissalvagwardjaw il-konformità u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ prattiki illegali fis-settur. L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu spezzjonijiet kull sena kalendarja. Tali spezzjonijiet jenħtieġ li jkopru kemm entitajiet li joperaw legalment kif ukoll attivitajiet illegali suspettati. L-għadd minimu ta’ spezzjonijiet li għandhom jitwettqu kull sena f’kull Stat Membru jenħtieġ li jikkorrispondi għal mhux anqas minn 10 % tal-faċilitajiet ta’ trattament u tal-punti ta’ ġbir awtorizzati li joperaw f’dak l-Istat Membru. Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-ispezzjonijiet imwettqa skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu komplementari għall-ispezzjonijiet fuq il-vjeġġ ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, li huma rregolati b’mod komprensiv fir-Regolament (UE) 2024/1157.

(97)

L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni fil-livell nazzjonali u internazzjonali sabiex l-ispezzjonijiet ikunu jistgħu jsiru b’mod effiċjenti bl-objettiv li jiffaċilitaw il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ trattament u esportazzjoni illegali ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u jindirizzaw il-kwistjoni ta’ vetturi neqsin. Tali mekkaniżmi jenħtieġ li jippermettu l-iskambju tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, meħtieġa għat-traċċar tal-vetturi u għall-verifika ta’ jekk dawn ikunux ġew ittrattati kif suppost meta jilħqu l-fażi ta’ tmiem il-ħajja. Sabiex titrawwem il-kooperazzjoni madwar l-Unjoni dwar dawk is-suġġetti, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw b’mod attiv l-aġenziji eżistenti rilevanti, bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), kif ukoll in-networks ta’ infurzar iddedikati biex jindirizzaw il-kriminalità ambjentali madwar l-Unjoni.

(98)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri ta’ infurzar kollha meħtieġa biex jindirizzaw it-trattament illegali ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, sabiex jipprevjenu d-danni lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem minħabba tali attivitajiet. Kwalunkwe stabbiliment jew impriża li tittratta vetturi li ma għadhomx jintużaw mingħajr permess validu, jew bi ksur tal-kundizzjonijiet jew tar-rekwiżiti stabbiliti fil-permess, jenħtieġ għalhekk li jkunu soġġetti għal penali. Barra minn hekk, miżuri oħra, bħall-irtirar tal-permess jew is-sospensjoni tal-operazzjonijiet ta’ operatur, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri biex tiġi żgurata konformità effettiva ma’ dan ir-Regolament.

(99)

L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod partikolari għall-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-esportazzjoni ta’ vetturi użati, dwar il-konsenja ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw f’faċilitajiet ta’ trattament jew punti ta’ ġbir awtorizzati u dwar in-negozjar ta’ parts u komponenti użati, rimanifatturati jew rinnovati. Jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(100)

L-istabbiliment ta’ obbligi ta’ rapportar huwa meħtieġ biex jiġu żgurati implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex is-swieq jingħataw informazzjoni aġġornata dwar it-trasparenza. Data korretta u valida hija indispensabbli għall-Kummissjoni biex tivvaluta jekk il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaħdmux kif suppost u biex tipproponi, fejn meħtieġ, aktar aġġustamenti bl-għan tal-iżgurar ta’ trattament li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw jew tas-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Bil-għan li jiġi limitat il-piż marbut mar-rapportar, jenħtieġ li tiġi rrapportata biss data li hija indispensabbli għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u r-rapportar jenħtieġ li jiġi ffaċilitat permezz ta’ għodod diġitali. Abbażi ta’ dawk l-elementi, jenħtieġ li jiġi speċifikat liema data għandha tiġi rrapportata mill-operaturi ekonomiċi lill-awtoritajiet rilevanti u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. L-atti ta’ implimentazzjoni, li jenħtieġ li jissostitwixxu d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/293/KE (25), jenħtieġ li jistabbilixxu wkoll metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika ta’ jekk intlaħqux il-miri tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru.

(101)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom rwol importanti biex jivverifikaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti skont dan ir-Regolament relatati mal-ġbir u l-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, inkluż it-traċċar aħjar minn dawk l-awtoritajiet tal-post fejn jinsabu l-vetturi u l-ġlieda kontra l-ġestjoni illegali ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikjedu li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u operaturi ekonomiċi rilevanti oħra jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti data li tippermettilhom jimmonitorjaw aħjar kif qed jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-ġbir u l-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

(102)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni jkunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

(103)

Meta tadotta atti delegati skont dan ir-Regolament, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (27). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(104)

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), li jelenka l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mingħajr dispożizzjonijiet dwar il-penali, jenħtieġ li jiġi emendat biex jitħassru d-Direttivi 2000/53/KE u 2005/64/KE minn dik il-lista peress li huwa meħtieġ li r-Regolament attwali jkun fih dispożizzjonijiet dwar il-penali.

(105)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti relatati mal-approvazzjoni tat-tip ta’ dan ir-Regolament jiġu vverifikati matul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/858 jiġi emendat kif xieraq.

(106)

Il-vetturi neqsin ġew rikonoxxuti bħala waħda mill-isfidi ewlenin relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE. In-nuqqas ta’ sistema effiċjenti li tippermetti skambju f’ħin reali ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-istatus tar-reġistrazzjoni tal-vetturi jxekkel it-traċċabbiltà u ġie identifikat bħala raġuni għall-għadd għoli ta’ “vetturi neqsin” fl-Unjoni. Biex tindirizza dan, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE (29) dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi. Dik ir-reviżjoni jenħtieġ li tirrikjedi li l-Istati Membri jirreġistraw b’mod elettroniku, għal vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom, data li tippermetti li jiġu ddokumentati kif xieraq ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura, speċjalment jekk vettura tkun ġiet trattata bħala vettura li ma għadhiex tintuża f’faċilità ta’ trattament awtorizzata, irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor, esportata lejn pajjiż terz barra mill-Unjoni jew tkun insterqet. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat l-iżmuntar jew l-esportazzjoni illegali ta’ vetturi li temporanjament ikunu tneħħew mir-reġistru, is-sidien tal-vetturi jenħtieġ li jkunu obbligati jirrapportaw minnufih kwalunkwe bidla fis-sjieda tagħhom lill-awtorità nazzjonali tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Dawk l-emendi jikkomplementaw u jibnu fuq ir-rekwiżiti eżistenti għall-Istati Membri biex jirreġistraw b’mod elettroniku d-data dwar il-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom.

(107)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u li jitqies il-progress xjentifiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq il-funzjonament tas-suq uniku u fuq l-ambjent. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi fir-rapport tagħha, fost l-oħrajn, evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-disinn ta’ vetturi ġodda, inklużi l-miri għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklabbiltà u l-irkupru, dwar il-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, inklużi l-miri ta’ riċiklaġġ, u dwar il-penali kif ukoll valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà li jiġi estiż ulterjorment il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-vetturi tal-kategorija L, il-vetturi heavy-duty, il-vetturi approvati skont it-tip f’approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji u għall-karavans bil-mutur, kif ukoll li l-karavans bit-trejler jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li ma tagħmilx enfasi biss fuq aspetti li jikkonċernaw it-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, iżda wkoll fuq ir-rilevanza u l-valur miżjud li jiġu stabbiliti rekwiżiti tad-disinn u jenħtieġ li tevalwa l-punt sa fejn ġiet solvuta l-kwistjoni ta’ vetturi neqsin, inklużi stimi dwar l-għadd ta’ vetturi neqsin u l-impatt tal-miżuri rigward l-esportazzjoni ta’ vetturi użati, u l-ħtieġa li jiġu inklużi aktar miżuri li jindirizzaw il-kwistjoni tat-traċċabbiltà tal-vetturi. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tirrieżamina l-effettività, l-interoperabbiltà u l-affidabbiltà tas-sistemi nazzjonali ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi u l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni tagħhom biex jiġu żgurati l-identifikazzjoni, l-istatus u t-traċċabbiltà preċiżi tal-vetturi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina wkoll l-istat tal-iżvilupp teknoloġiku u l-prestazzjoni ambjentali tal-kontenut tal-plastik b’bażi bijoloġika fil-vetturi u tal-elastomeri derivati mir-riproċessar tat-tajers f’vetturi ġodda u tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tistabbilixxi miri rilevanti, fejn xieraq. Għall-elastomeri derivati mir-riproċessar tat-tajers, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-valutazzjoni tal-punt sa fejn jistgħu jiġu integrati fil-miri eżistenti għall-kontenut tal-plastik riċiklat.

(108)

Ir-rapport tal-Kummissjoni jenħtieġ li jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib preżenti fil-vetturi u jekk hemmx bżonn li tittejjeb it-traċċabbiltà ta’ tali sustanzi. Dan jenħtieġ li jevalwa wkoll jekk hemmx bżonn li jiġu introdotti miżuri li jindirizzaw is-sustanzi li jistgħu jaffettwaw it-trattament tal-vetturi meta jilħqu l-fażi ta’ tmiem il-ħajja tagħhom, sabiex jiġu allinjati aktar mill-qrib mar-Regolament (UE) 2024/1781.

(109)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa wkoll, abbażi tad-dikjarazzjonijiet li jagħmlu l-manifatturi, jekk il-manifatturi humiex fit-triq it-tajba biex jikkonformaw mal-miri tal-plastik riċiklat. Il-valutazzjoni jenħtieġ li tevalwa b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ teknoloġiji xierqa tar-riċiklaġġ tal-plastik, id-disponibbiltà suffiċjenti ta’ plastik riċiklat, il-livell ta’ kwalità tal-plastik riċiklat meta mqabbel mal-livell ta’ sikurezza meħtieġ u d-diffikultajiet tekniċi u ekonomiċi biex tintlaħaq il-mira. Fejn xieraq, il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni biex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

(110)

Hemm bżonn li jingħata biżżejjed żmien lill-operaturi ekonomiċi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva neċessarja għall-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita.

(111)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri amministrattivi meħtieġa rigward l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ ġbir, filwaqt li tinżamm il-kontinwità għall-operaturi ekonomiċi u għall-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, ir-revoka tad-Direttiva 2000/53/KE jenħtieġ li tiġi differita.

(112)

Dan ir-Regolament ma jbiddilx ir-regoli dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu taċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju u l-kromu eżavalenti fil-vetturi stabbiliti skont id-Direttiva 2000/53/KE jew l-eżenzjonijiet minn dawk ir-restrizzjonijiet. Madankollu, jistabbilixxi regoli aktar ċari dwar kif il-konformità ma’ dawk ir-restrizzjonijiet, kif ukoll ma’ rekwiżiti oħra taċ-ċirkolarità, għandhom jiġu vverifikati matul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip. Sabiex jiġi żgurat li l-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex jikkonformaw ma’ dawk ir-regoli, l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li tiġi differita. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/53/KE dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju u tal-kromu eżavalenti jibqgħu fis-seħħ sakemm ir-regoli f’dan ir-Regolament isiru applikabbli, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u biex jiġi żgurat li l-vetturi mqiegħda fis-suq tal-Unjoni ma jkunx fihom tali sustanzi, għajr fil-każijiet previsti f’dik id-Direttiva.

(113)

Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll dispożizzjonijiet aktar ċari dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 2000/53/KE. Peress li l-istabbiliment ta’ tali skemi u d-dispożizzjonijiet nazzjonali meħtieġa dwar l-awtorizzazzjoni tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur jeħtieġu xi żmien, l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li tiġi differita. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2000/53/KE jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sakemm id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament isiru applikabbli sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fir-rigward tal-finanzjament tal-produtturi tal-kostijiet tal-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

(114)

Dan ir-Regolament fih rekwiżiti ġodda dwar it-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, b’mod partikolari dwar it-tneħħija ta’ parts u komponenti sabiex jiġu promossi l-użu mill-ġdid, ir-rimanifattura jew ir-rinnovazzjoni tagħhom kif ukoll biex tittejjeb il-kwalità tal-proċessi ta’ riċiklaġġ. L-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart jeħtieġu ż-żmien biex jaġġustaw għal dawk ir-rekwiżiti l-ġodda u l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li għalhekk tiġi differita. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2000/53/KE jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sakemm ir-rekwiżiti f’dan ir-Regolament isiru applikabbli sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fir-rigward tat-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

(115)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, l-obbligi skont id-Direttiva 2000/53/KE dwar ir-rapportar u l-obbligi relatati għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sakemm ir-regoli l-ġodda dwar il-kalkolu u l-formati tar-rapportar jiġu adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

(116)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha dwar il-vetturi tal-kategorija L u l-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u O jenħtieġ li tiġi differita sabiex l-operaturi jingħataw żmien biżżejjed ħalli jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda. Dan huwa partikolarment importanti fir-rigward tal-permessi għal faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati li huma kapaċi jwettqu t-tindif mit-tniġġis u t-trattament ulterjuri ta’ tali vetturi.

(117)

Fl-interess taċ-ċarezza, tar-razzjonalità u tas-simplifikazzjoni, peress li r-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, ta’ riċiklaġġ u ta’ rkupru tagħhom kollha jinsabu f’dan ir-Regolament, ir-revoka tad-Direttiva 2005/64/KE jenħtieġ li tiġi differita. Dan jipprovdi biżżejjed żmien lill-manifatturi biex jiżguraw li t-tipi ta’ vetturi li jiddisinjaw u jibnu jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċirkolarità u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip biex jimplimentaw ir-regoli l-ġodda.

(118)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq uniku, li jipprevjeni u jnaqqas l-impatti negattivi mill-ġestjoni tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw u li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-ħtieġa li jkun hemm armonizzazzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(119)

Fl-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ (30) ġie konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra. Ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (31) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, id-dritt tal-Unjoni ma baqgħax japplika għar-Renju Unit, filwaqt li beda japplika l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (il-“Qafas ta’ Windsor”) (32), li jifforma parti integrali mill-Ftehim dwar il-Ħruġ. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor u l-punt 9 tal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor, id-Direttiva 2005/64/KE, kif ukoll l-atti legali tal-Unjoni li jimplimentaw, jemendaw jew jissostitwixxu dik id-Direttiva, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Dan ir-Regolament jissostitwixxi d-Direttiva 2005/64/KE u għalhekk ser ikun japplika għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. B’kont meħud tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor, huwa għalhekk xieraq li jiġi stipulat li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikawx għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti taċ-ċirkolarità dwar id-disinn u l-produzzjoni tal-vetturi relatati mal-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru u l-użu ta’ kontenut riċiklat, li għandhom jiġu vverifikati fl-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, u dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u tikkettar dwar parts, komponenti u materjali fil-vetturi. Jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produtturi, il-ġbir u t-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, kif ukoll dwar l-esportazzjoni ta’ vetturi użati mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

għal vetturi u għall-vetturi li ma għadhomx jintużaw tal-kategoriji M1 u N1 kif imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a)(i) u (b)(i), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(b)

mill-1 ta’ Settembru 2029, għal vetturi bi skop speċjali u għal vetturi li ma għadhomx jintużaw bi skop speċjali, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2018/858, tal-kategoriji M1 u N1;

(c)

mill-1 ta’ Settembru 2031 għal vetturi u għal vetturi li ma għadhomx jintużaw tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u O kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858;

(d)

mill-1 ta’ Settembru 2031, għal vetturi bi skop speċjali u għal vetturi bi skop speċjali li ma għadhomx jintużaw, kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2018/858, tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u O;

(e)

mill-1 ta’ Settembru 2031 għal vetturi u għal vetturi li ma għadhomx jintużaw tal-kategorija L, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33).

2.   Minkejja l-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

vetturi prodotti f’serje żgħira, kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (30), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(b)

vetturi tal-kategorija L prodotti f’serje żgħira, kif imsemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(c)

vetturi ddisinjati u mibnija jew adattati għall-użu mis-servizzi armati biss, kif imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(d)

vetturi ddisinjati u mibnija għall-użu mis-servizzi armati, mid-difiża ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku u mis-servizzi mediċi ta’ emerġenza, kif imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(e)

vetturi ta’ interess storiku kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (7), tad-Direttiva 2014/45/UE, inklużi l-parts identifikabbli tagħhom, u l-komponenti meħtieġa għall-attivitajiet ta’ manutenzjoni tagħhom u meħtieġa biex jiġi ppreservat l-istatus storiku tagħhom għall-perjodu li matulu dawn il-vetturi jitqiesu bħala vetturi ta’ interess storiku;

(f)

vetturi ta’ interess kulturali speċjali għall-perjodu li matulu dawn il-vetturi jkunu uffiċjalment rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet kompetenti u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(g)

karavans bit-trejler kif imsemmija fil-punt 5.6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

(h)

vetturi bi skop speċjali kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 jew O li huma prodotti minn manifattur ta’ volum żgħir;

(i)

roti ddisinjati għall-qdif bil-pedali tal-kategorija L1e-A, kif imsemmija fil-kriterju (9) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, jew tal-kategorija L1e-B, kif imsemmija fil-punt 1.1.2. tal-Anness XIX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 3/2014 (34).

3.   Minkejja l-paragrafu 1, il-punt (c), id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għall-vetturi u għall-vetturi li ma għadhomx jintużaw tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u O:

(a)

l-Artikolu 4 dwar il-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru tal-vetturi;

(b)

l-Artikolu 5 dwar ir-rekwżiti għal sustanzi fil-vetturi;

(c)

l-Artikolu 6 dwar il-kontenut minimu riċiklat fil-vetturi;

(d)

l-Artikolu 8 dwar l-obbligi ġenerali;

(e)

l-Artikolu 9 dwar l-istrateġija għaċ-ċirkolarità;

(f)

l-Artikolu 10 dwar id-dikjarazzjoni dwar il-kontenut riċiklat preżenti fil-vetturi;

(g)

l-Artikolu 12 dwar it-tikkettar ta’ parts, komponenti u materjali preżenti fil-vetturi;

(h)

l-Artikolu 13 dwar il-passaport diġitali taċ-ċirkolarità tal-vettura;

(i)

l-Artikolu 21 dwar il-modulazzjoni tat-tariffi;

(j)

l-Artikolu 22 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kostijiet għall-vetturi li jsiru vetturi li ma għadhomx jintużaw fi Stat Membru ieħor;

(k)

l-Artikolu 33 dwar il-miri ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru;

(l)

l-Artikolu 35(2) dwar il-vjeġġi tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, il-punt (e), id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għall-vetturi tal-kategorija L jew għall-vetturi li ma għadhomx jintużaw:

(a)

l-Artikolu 4 dwar il-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru tal-vetturi;

(b)

l-Artikolu 5 dwar ir-rekwżiti għal sustanzi fil-vetturi;

(c)

l-Artikolu 6 dwar il-kontenut minimu riċiklat fil-vetturi;

(d)

l-Artikolu 9 dwar l-istrateġija għaċ-ċirkolarità;

(e)

l-Artikolu 10 dwar id-dikjarazzjoni dwar il-kontenut riċiklat preżenti fil-vetturi;

(f)

l-Artikolu 13 dwar il-passaport diġitali taċ-ċirkolarità tal-vettura;

(g)

l-Artikolu 21 dwar il-modulazzjoni tat-tariffi;

(h)

l-Artikolu 22 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kostijiet għall-vetturi li jsiru vetturi li ma għadhomx jintużaw fi Stat Membru ieħor;

(i)

l-Artikolu 33 dwar il-miri ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru;

(j)

l-Artikolu 35(2) dwar il-vjeġġi tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw;

(k)

l-Artikolu 38 dwar l-awtorità kompetenti għall-esportazzjoni ta' vetturi użati lejn pajjiżi terzi;

(l)

l-Artikolu 39 dwar il-kontrolli u r-rekwiżiti fuq l-esportazzjoni tal-vetturi użati;

(m)

l-Artikolu 40 dwar il-verifika awtomatizzata tal-informazzjoni dwar l-istatus tal-vetturi;

(n)

l-Artikolu 41 dwar il-ġestjoni tar-riskji u l-kontrolli doganali;

(o)

l-Artikolu 42 dwar is-sospensjoni;

(p)

l-Artikolu 43 dwar ir-rilaxx għall-esportazzjoni;

(q)

l-Artikolu 44 dwar ir-rifjut tar-rilaxx għall-esportazzjoni;

(r)

l-Artikolu 45 dwar il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni;

(s)

l-Artikolu 46 dwar is-sistemi elettroniċi.

5.   Minkejja l-paragrafu 1, il-punti (b) u (d), id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għall-vetturi bi skop speċjali jew għall-vetturi bi skop speċjali li ma għadhomx jintużaw:

(a)

l-Artikolu 4 dwar il-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru tal-vetturi;

(b)

l-Artikolu 6 dwar il-kontenut minimu riċiklat fil-vetturi;

(c)

l-Artikolu 7 dwar id-disinn li jippermetti t-tneħħija u s-sostituzzjoni ta’ ċerti parts u komponenti fil-vetturi;

(d)

l-Artikolu 8 dwar l-obbligi ġenerali;

(e)

l-Artikolu 9 dwar l-istrateġija għaċ-ċirkolarità;

(f)

l-Artikolu 10 dwar id-dikjarazzjoni dwar il-kontenut riċiklat preżenti fil-vetturi;

(g)

l-Artikolu 11 dwar l-informazzjoni dwar it-tneħħija u s-sostituzzjoni ta’ parts, komponenti u materjali preżenti fil-vetturi;

(h)

l-Artikolu 12 dwar it-tikkettar ta’ parts, komponenti u materjali preżenti fil-vetturi;

(i)

l-Artikolu 13 dwar il-passaport diġitali taċ-ċirkolarità tal-vettura;

(j)

l-Artikolu 14 dwar l-awtorità kompetenti għall-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw;

(k)

l-Artikolu 15 dwar il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati;

(l)

l-Artikolu 17 dwar l-Organizzazzjonijiet b’Kompetenza fil-Qasam tar-Responsabbiltà tal-Produttur;

(m)

l-Artikolu 18 dwar it-twettiq tar-responsabbiltà estiża tal-produttur;

(n)

l-Artikolu 19 dwar ir-reġistrazzjoni;

(o)

l-Artikolu 21 dwar il-modulazzjoni tat-tariffi;

(p)

l-Artikolu 22 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kostijiet għall-vetturi li jsiru vetturi li ma għadhomx jintużaw fi Stat Membru ieħor;

(q)

l-Artikolu 33 dwar il-miri ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru;

(r)

l-Artikolu 35(2) dwar il-vjeġġi tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw;

(s)

l-Artikolu 36 dwar it-trasferiment tas-sjieda ta’ vetturi użati fl-Unjoni;

(t)

l-Artikolu 37(1) dwar l-istatus tal-vetturi;

(u)

l-Artikolu 38 dwar l-awtorità kompetenti għall-esportazzjoni ta' vetturi użati lejn pajjiżi terzi;

(v)

l-Artikolu 39 dwar il-kontrolli u r-rekwiżiti fuq l-esportazzjoni tal-vetturi użati;

(w)

l-Artikolu 40 dwar il-verifika awtomatizzata tal-informazzjoni dwar l-istatus tal-vetturi;

(x)

l-Artikolu 41 dwar il-ġestjoni tar-riskji u l-kontrolli doganali;

(y)

l-Artikolu 42 dwar is-sospensjoni;

(z)

l-Artikolu 43 dwar ir-rilaxx għall-esportazzjoni;

(aa)

l-Artikolu 44 dwar ir-rifjut tar-rilaxx għall-esportazzjoni;

(ab)

l-Artikolu 45 dwar il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni;

(ac)

l-Artikolu 46 dwar is-sistemi elettroniċi.

6.   Minkejja l-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Artikoli 4 sa 13 ma għandhomx japplikaw għall-parts ta’ vettura li jkunu ġew approvati skont it-tip f’approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji tal-kategorija M2, M3, N2, N3, jew O għajr għall-vettura bażi; id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament japplikaw sal-punt li japplikaw għall-kategorija tal-vettura kkonċernata;

(b)

l-Artikolu 5 ma għandux japplika għall-vettura bi skop speċjali tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 jew O;

(c)

l-Artikoli 7 u 11 għandhom japplikaw għall-vetturi tal-kategorija L biss fir-rigward tal-entrati 1, 2, 3, 4, 5, 7, 10 u 11 tal-Parti C tal-Anness VIII;

(d)

l-Artikolu 7 għandu japplika għall-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u O fir-rigward tal-entrati 1, 3, 4 u 5 tal-Parti C tal-Anness VIII biss;

(e)

l-Artikolu 8 għandu japplika għall-vetturi tal-kategorija L fir-rigward tal-obbligi applikabbli għal tali vetturi biss;

(f)

l-Artikolu 16, il-punt (b), ma għandux japplika għall-vetturi tal-kategorija L u għall-vetturi tal-kategoriji, M2, M3, N2, N3, jew O, u għall-vetturi bi skop speċjali tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2, N3, jew O;

(g)

l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e mill-obbligi skont l-Artikolu 23(6) u l-Artikoli 25, 36 u 37;

(h)

għall-vetturi tal-kategorija L u għall-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, u O, u għall-vetturi bi skop speċjali tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 and O, l-Artikolu 29 għandu japplika biss fir-rigward tal-entrati 1, 2, 3, 4, 5, 7, 10 u 11 tal-Parti C tal-Anness VIII;

(i)

għall-vetturi tal-kategorija L u għall-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, u O, l-Artikoli 47 sa 50 għandhom japplikaw biss fir-rigward tar-rapportar u tal-infurzar tal-obbligi applikabbli għal tali kategoriji ta’ vetturi.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“vettura” tfisser kwalunkwe vettura kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2018/858 jew kif elenkata fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(2)

“vettura li ma għadhiex tintuża” tfisser vettura li hija skart kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2008/98/KE, jew li hija skart skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(3)

“tip ta’ vettura” tfisser kwalunkwe tip ta’ vettura kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (32), tar-Regolament (UE) 2018/858 jew it-tip ta’ vettura kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (73), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(4)

“użu mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni li permezz tagħha l-parts jew il-komponenti tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw, jerġgħu jintużaw għall-istess għan li għalih kienu maħsuba;

(5)

“possibbiltà ta’ użu mill-ġdid” tfisser il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid ta’ parts jew komponenti meħuda minn vettura li ma għadhiex tintuża;

(6)

“possibbiltà ta’ riċiklaġġ” tfisser il-possibbiltà ta’ riċiklaġġ ta’ parts, komponenti jew materjali meħuda minn vettura li ma għadhiex tintuża;

(7)

“possibbiltà ta’ rkupru” tfisser il-possibbiltà ta’ rkupru ta’ parts, komponenti, jew materjali meħuda minn vettura li ma għadhiex tintuża;

(8)

“fornitur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni parts, komponenti jew materjali lil manifattur li jużahom għall-manifattura tal-vetturi;

(9)

“plastik” tfisser polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li miegħu setgħu ġew miżjuda addittivi jew sustanzi oħra u li jista’ jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;

(10)

“materja prima kritika” tfisser materja prima kritika fis-sens tal-Artikolu 4(1), tar-Regolament (UE) 2024/1252;

(11)

“skart ta’ qabel l-użu mill-konsumatur” tfisser materjal iddevjat mill-fluss ta’ skart matul proċess ta’ manifattura, bl-esklużjoni tal-materjali, bħal dawk iġġenerati mill-ipproċessar mill-ġdid, mit-tħin mill-ġdid jew mir-ruttam, iġġenerati matul proċess u li jistgħu jiġu rkuprati fl-istess proċess li fih ġew iġġenerati;

(12)

“skart ta’ wara l-użu mill-konsumatur” tfisser skart iġġenerat minn prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq jew fornuti għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu f’pajjiż terz matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(13)

“tneħħija” tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku, termali jew metallurġiku bir-riżultat li l-parts, il-komponenti jew il-materjali fil-mira minn vetturi li ma għadhomx jintużaw ikunu identifikabbli individwalment bħala fluss ta’ output separat jew parti minn fluss ta’ output;

(14)

“mutur tat-trazzjoni elettrika” tfisser mutur elettriku li jikkonverti l-potenza elettrika tal-input f’potenza mekkanika tal-output biex jipprovdi trazzjoni lil vettura;

(15)

“batterija ta’ vettura elettrika” tfisser batterija ta’ vettura elettrika kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (14), tar-Regolament (UE) 2023/1542;

(16)

“faċilità ta’ trattament awtorizzata” tfisser kwalunkwe stabbiliment jew impriża li permessa, f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE u ma’ dan ir-Regolament, twettaq operazzjonijiet ta’ trattament, ħżin u ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, inklużi l-parts u l-komponenti tagħhom;

(17)

“tqattigħ” tfisser kwalunkwe operazzjoni li tintuża biex il-vetturi li ma għadhomx jintużaw jitqattgħu f’biċċiet jew jiġu fframmentati;

(18)

“trattament” tfisser kwalunkwe attività li sseħħ wara li l-vetturi li ma għadhomx jintużaw ikunu ġew mogħtija lil faċilità biex ikunu soġġetti għat-tindif mit-tniġġis, għaż-żmuntar, għall-kumpattazzjoni, għat-tiċrit, għat-tqattigħ, għall-irkupru jew għall-preparazzjoni qabel ir-rimi tal-iskart mit-tqattigħ, u operazzjoni oħra li titwettaq għall-irkupru jew ir-rimi ta’ vettura li ma għadhiex tintuża u l-parts, il-komponenti u l-materjali tagħha;

(19)

“operatur ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attività professjonali, li tinvolvi, direttament jew indirettament, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, inklużi s-sewwejja, il-manifatturi jew id-distributuri ta’ tagħmir tat-tiswija, għodod jew spare parts, kif ukoll il-pubblikaturi tal-informazzjoni teknika, l-assoċjazzjonijiet tal-karozzi, l-operaturi tal-assistenza fit-triq, l-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar, u l-operaturi li joffru taħriġ għall-installaturi kif ukoll il-manifatturi u s-sewwejja ta’ tagħmir għall-vetturi ta’ fjuwil alternattiv;

(20)

“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser forniment ta’ vettura għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(21)

“tqegħid fis-suq” tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ vettura fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba;

(22)

“operatur tal-immaniġġar tal-iskart” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tittratta fuq bażi professjonali l-ġbir jew it-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, inklużi l-parts u l-komponenti tagħhom;

(23)

“produttur” tfisser kwalunkwe manifattur, importatur jew distributur, li, irrispettivament mit-teknika ta’ bejgħ użata, inkluż permezz ta’ kuntratti mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), iqiegħed għad-dispożizzjoni vettura għall-ewwel darba għad-distribuzzjoni jew għall-użu, f’territorju ta’ Stat Membru fuq bażi professjonali;

(24)

“organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur” tfisser entità ġuridika li torganizza b’mod finanzjarju jew operazzjonali t-twettiq tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem diversi produtturi;

(25)

“rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru fejn il-produttur iqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq il-vetturi għall-ewwel darba, għajr l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-produttur, u li tinħatar mill-produttur f’konformità mal-Artikolu 8a(5), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2008/98/KE biex tissodisfa l-obbligi ta’ dak il-produttur skont il-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament;

(26)

“rappreżentant awtorizzat għall-mekkaniżmu transfruntier” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru u maħtura mill-manifattur f’konformità mal-Artikolu 22;

(27)

“materja prima sekondarja” tfisser materjali li jistgħu jissostitwixxu materja prima primarja u li jkunu nkisbu permezz ta’ proċessi ta’ riċiklaġġ;

(28)

“sid ta’ vettura” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha d-dritt ta’ sjieda ta’ vettura jew id-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura jew, jekk la d-detentur tad-dritt ta’ sjieda u lanqas id-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura ma jkunu jistgħu jiġu identifikati, id-detentur tal-vettura;

(29)

“teknoloġija ta’ wara t-tqattigħ” tfisser it-tekniki u t-teknoloġiji użati għall-ipproċessar tal-materjali minn vetturi li ma għadhomx jintużaw, wara li jkunu tqattgħu, għal aktar irkupru f’konformità mal-Parti G, il-punt 2, tal-Anness VIII;

(30)

“rimanifattura” tfisser azzjonijiet professjonali li permezz tagħhom part ġdida jew komponent ġdid jiġu mmanifatturati biex jerġgħu lura għal kundizzjoni daqslikieku ġdida minn parts u komponenti li jitneħħew minn vetturi jew vetturi li ma għadhomx jintużaw u li permezz tagħhom issir mill-inqas bidla waħda li taffettwa s-sikurezza, it-tul tal-ħajja, il-prestazzjoni, l-iskop jew it-tip tal-part jew tal-komponent, fi proċess li jkun konformi ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi speċifiċi, inklużi standards tal-inġinerija, tal-kwalità u tal-ittestjar;

(31)

“rinnovazzjoni” tfisser azzjonijiet imwettqa għat-tħejjija, it-tindif, l-ittestjar, il-manutenzjoni u, meta jkun meħtieġ, it-tiswija ta’ part jew ta’ komponent li jitneħħew minn vetturi jew minn vetturi li ma għadhomx jintużaw sabiex terġa’ tinkiseb il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tagħhom fl-użu maħsub u fil-firxa ta’ prestazzjoni oriġinarjament maħsuba fl-istadju tad-disinn fiż-żmien tat-tqegħid fis-suq tal-part jew tal-komponent;

(32)

“skart mhux inerti” tfisser skart li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tad-definizzjoni ta’ “skart inerti” stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (e), tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (36);

(33)

“vettura użata” tfisser vettura li tkun ġiet irreġistrata fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u li ma tkunx vettura fi tmiem il-ħajja tagħha;

(34)

“vettura użata għall-esportazzjoni” tfisser vettura użata li għandha titqiegħed taħt il-proċedura doganali, kif stabbilit fl-Artikolu 269 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(35)

“operatur ekonomiku” tfisser produttur, kollettur, kumpanija tal-assigurazzjoni tal-vetturi, fornitur, operatur tat-tiswija u tal-manutenzjoni, operatur tal-ġestjoni tal-iskart, inkluża persuna li tiżmonta jew persuna li tirriċikla, u kwalunkwe operatur ieħor involut fid-disinn tal-vetturi, fil-kummerċ tal-vetturi użati, fiż-żmuntar, fl-użu mill-ġdid, jew fil-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, u fir-rimanifattura u fir-rinnivazzjoni ta’ parts, komponenti u materjali mill-vetturi;

(36)

“vettura b’affidabbiltà stradali” tfisser vettura li jkollha affidabbiltà stradali f’konformità mad-Direttiva 2014/45/UE;

(37)

“operatur tal-modifika retroattiva” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika li timmanifattura kitt ta’ konverżjoni elettrika jew twettaq il-konverżjoni ta’ vetturi b’magni tal-kombustjoni interna għal vetturi elettriċi bil-batterija jew b’ċellola tal-fjuwil;

(38)

“punt ta’ ġbir” tfisser operatur ekonomiku, għajr faċilità ta’ trattament awtorizzata, li temporanjament jaħżen vetturi li ma għadhomx jintużaw u jipprepara t-trasferiment tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw miġbura lejn il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għat-trattament;

(39)

“skart”, “żjut għar-rimi”, “detentur tal-iskart”, “immaniġġar tal-iskart”, “ġbir”, “prevenzjoni”, “irkupru”, “riċiklaġġ”, “radam mill-ġdid”, “rimi” u “skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur” ifissru skart, żjut għar-rimi, detentur tal-iskart, immaniġġar tal-iskart, ġbir, prevenzjoni, irkupru, riċiklaġġ, radam mill-ġdid, rimi u skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur kif definiti fl-Artikolu 3, il-punti (1), (3), (6), (9), (10), (12), (15), (17), (17a), (19) u (21), rispettivament, tad-Direttiva 2008/98/KE;

(40)

ħlief għall-vetturi tal-kategorija L: “approvazzjoni tat-tip”, “approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji”, “komponent”, “parts”, “spare parts”, “vettura bażi”, “vettura prodotta f’serje żgħira”, “vettura bi skop speċjali”, “awtorità tas-sorveljanza tas-suq”, “awtorità tal-approvazzjoni”, “manifattur”, “importatur” u “distributur” ifissru approvazzjoni tat-tip, approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, komponent, parts, spare parts, vettura bażi, vettura prodotta f’serje żgħira, vettura bi skop speċjali, awtorità tas-sorveljanza tas-suq, awtorità tal-approvazzjoni, manifattur, importatur u distributur kif definiti fl-Artikolu 3, il-punti (1), (8), (19), (21), (23), (24), (30), (31), (35), (36), (40), (42) u (43), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2018/858;

(41)

għall-vetturi tal-kategorija L: “approvazzjoni tat-tip”, “vettura bażi”, “komponent”, “parts”, “spare parts”, “manifattur”, “importatur”, “distributur”, “awtorità tal-approvazzjoni” u “awtorità tas-sorveljanza tas-suq” ifissru approvazzjoni tat-tip, vettura bażi, komponent, parts, spare parts, manifattur, importatur, distributur, awtorità tal-approvazzjoni u awtorità tas-sorveljanza tas-suq kif definiti fl-Artikolu 3, il-punti (1), (11), (16), (18), (21), (47), (49), (50), (56) u (57), rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, u “vettura prodotta f’serje żgħira” tfisser vettura prodotta f’serje żgħira kif imsemmija fl-Artikolu 42 ta’ dak ir-Regolament;

(42)

“reġistrazzjoni”, “ċertifikat ta’ reġistrazzjoni”, “detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni”, “sospensjoni” u “kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni” jfissru reġistrazzjoni, ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, sospensjoni u kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punti (b), (c), (d), (e) u (f), rispettivament, tad-Direttiva 1999/37/KE;

(43)

“vettura ta’ interess storiku”, “test tal-affidabilità stradali” u “ċertifikat tal-affidabilità stradali” jfissru vettura ta’ interess storiku, test tal-affidabilità stradali u ċertifikat tal-affidabilità kif definiti fl-Artikolu 3, il-punti (7), (9) u (12), rispettivament, tad-Direttiva 2014/45/UE;

(44)

“sustanza ta’ tħassib” u “mezz ta’ data” jfissru sustanza ta’ tħassib u mezz ta’ data kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (27) u (29), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2024/1781;

(45)

“awtoritajiet doganali” tfisser awtoritajiet doganali kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(46)

“pjattaforma online” tfisser pjattaforma online kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2022/2065;

(47)

“manifattur ta’ volum żgħir” tfisser manifattur ta’ volum żgħir kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (48), tar-Regolament (UE) 2024/1257;

(48)

“batterija ta’ mezzi tat-trasport ħfief” jew “batterija LMT” tfisser batterija għal mezz tat-trasport ħafif jew batterija LMT, rispettivament, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2023/1542;

(49)

“skart mill-imballaġġ” tfisser skart mill-imballaġġ kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);

(50)

“skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” tfisser skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (e) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38);

(51)

“plastik b’bażi bijoloġika” tfisser plastik b’bażi bijoloġika kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (53), tar-Regolament (UE) 2025/40;

(52)

“reklamazzjoni” tfisser reklamazzjoni kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2024/573;

KAPITOLU II

REKWIŻITI TAĊ-ĊIRKOLARITÀ

Artikolu 4

Possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru tal-vetturi

1.   Kull vettura li tappartjeni għal tip ta’ vettura li jkollha approvazzjoni tat-tip mill-1 ta’ Settembru 2032, skont ir-Regolament (UE) 2018/858 għandha tiġi kostruwita biex tkun:

(a)

riutilizzabbli jew riċiklabbli għal mill-inqas 85 % skont il-piż;

(b)

riutilizzabbli jew rekuperabbli għal mill-inqas 95 % skont il-piż.

2.   Għal kull tip ta’ vettura msemmija fil-paragrafu 1, il-manifatturi għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

jiġbru d-data meħtieġa tul il-katina sħiħa tal-provvista, b’mod partikolari n-natura u l-massa tal-materjali kollha użati fil-kostruzzjoni tal-vetturi, biex jiżguraw konformità kontinwa ma’ dan ir-Regolament;

(b)

iżommu d-data l-oħra kollha xierqa dwar il-vettura meħtieġa mill-proċess ta’ kalkolu msemmi fil-punt (e);

(c)

jistabbilixxu proċeduri biex jivverifikaw il-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni riċevuta mill-fornituri;

(d)

jimmaniġġaw u jiddokumentaw id-diżaggregazzjoni tal-materjali;

(e)

jikkalkulaw ir-rati tal-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, ta’ riċiklaġġ u ta’ rkupru għall-finijiet tal-paragrafu 1 f’konformità mal-metodoloġija stabbilita mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew, qabel ma tkun ġiet adottata u mdaħħla fis-seħħ tali metodoloġija, f’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 22628:2002 flimkien mal-elementi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(f)

jimmarkaw il-parts u l-komponenti tal-vetturi magħmula minn polimeri u elastomeri f’konformità mal-Artikolu 12(1);

(g)

jiżguraw li l-parts u l-komponenti elenkati fil-Parti E tal-Anness VIII ma jerġgħux jintużaw fil-kostruzzjoni ta’ vetturi ġodda.

3.   Il-Kummissjoni għandha, sat-28 ta’ Frar 2029, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tar-rati tal-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, ta’ riċiklaġġ u ta’ rkupru ta’ vettura, filwaqt li tqis l-elementi stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament u l-istandard internazzjonali ISO 22628:2002. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

Artikolu 5

Rekwżiti għal sustanzi fil-vetturi

1.   Il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-vetturi u fil-parts u l-komponenti tagħhom għandha tiġi mminimizzata kemm jista’ jkun.

2.   Sal-14 ta’ Frar 2028, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-vetturi, biex tiddetermina sa liema punt jaffettwaw b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali jew għandhom effetti negattivi fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Aġenzija dwar l-aspetti ta’ sigurtà kimika. Ir-rapport ma għandux ikopri sustanzi ta’ tħassib fil-parts u l-komponenti tal-vetturi li għalihom diġà meħtieġa identifikazzjoni jew valutazzjoni minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bid-dettalji tas-sejbiet tagħha, u tqis il-miżuri ta’ segwitu xierqa. Jekk Stat Membru jqis li sustanza taffettwa b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali f’vettura li fiha tkun preżenti, huwa għandu, sal-14 ta’ Frar 2029, jipprovdi tali informazzjoni lill-Kummissjoni u, dwar l-aspetti ta’ sigurtà kimika, lill-Aġenzija wkoll u, meta jkunu disponibbli, jirreferi għal kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju rilevanti jew data rilevanti oħra.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti u restrizzjonijiet għall-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib li jaffettwaw b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali fil-vetturi u fil-parts u l-komponenti tagħhom, għal raġunijiet mhux relatati primarjament mas-sikurezza kimika.

4.   Kwalunkwe tip ta’ vettura li għandha approvazzjoni tat-tip mill-1 ta’ Settembru 2032, skont ir-Regolament (UE) 2018/858, jew kwalunkwe part ġdida jew komponent ġdid imqiegħda fis-suq għal tali vettura ma għandux ikun fihom ċomb, merkurju, kadmju jew kromu eżavalenti.

5.   B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, it-tipi ta’ vetturi jew il-parts u l-komponenti mqiegħda fis-suq għal tali vetturi jista’ jkun fihom ċomb, merkurju, kadmju jew kromu eżavalenti skont il-kundizzjonijiet u sal-valuri massimi ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal batteriji inkorporati f’vetturi li għalihom japplika r-Regolament (UE) 2023/1542.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51 biex temenda l-Anness IV sabiex tadattah għall-progress xjentifiku u tekniku billi:

(a)

tistabbilixxi valuri massimi ta’ konċentrazzjoni sa fejn għandha tiġi ttolerata l-preżenza taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju jew tal-kromu eżavalenti f’parts, komponenti u materjali omoġenji speċifiċi tal-vetturi;

(b)

teżenta ċerti parts, komponenti u materjali omoġenji tal-vetturi mill-projbizzjoni fuq il-preżenza taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju jew tal-kromu eżavalenti stabbilita fil-paragrafu 4 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-użu ta’ dawk is-sustanzi huwa inevitabbli;

(ii)

jintwera li l-benefiċċji soċjoekonomiċi jisbqu r-riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu ta’ dawk is-sustanzi;

(iii)

ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa;

(c)

tħassar parts, komponenti u materjali omoġenji tal-vetturi mill-Anness IV, jekk l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju jew tal-kromu eżavalenti jkun jista’ jiġi evitat;

(d)

tiddeżinja l-parts, il-komponenti u l-materjali omoġenji tal-vetturi li għandhom jitneħħew qabel trattament ulterjuri u teħtieġ li dawn jiġu ttikkettati jew magħmula identifikabbli b’mezzi xierqa oħra.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51 biex temenda l-Anness IV, b’mod partikolari billi tneħħi ċerti eżenzjonijiet għal materjali u komponenti omoġenji mil-lista, fil-każijiet meta l-eżenzjoni speċifika tkun indirizzata fl-ambitu ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

Meta tadotta att delegat skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt soċjoekonomiku tal-introduzzjoni, tal-modifika jew tat-tħassir ta’ eżenzjoni għar-restrizzjoni fl-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju jew tal-kromu eżavalenti fit-tipi ta’ vetturi, inklużi d-disponibbiltà ta’ alternattivi u l-impatti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-vetturi.

7.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tħejji, fi żmien 12-il xahar, rapport, abbażi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, dwar il-fattibbiltà teknika u ekonomika ta’ alternattivi għall-eżenzjonijiet eżistenti elenkati fl-Anness IV u, abbażi ta’ tali valutazzjoni, proposta debitament motivata għall-emenda speċifika ta’ tali eżenzjoni.

8.   Hekk kif tirċievi t-talba mill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż li se jitħejja rapport dwar emenda possibbli ta’ eżenzjoni elenkata fl-Anness IV u tistieden lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati kollha jissottomettu kummenti fi żmien 12-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dak l-avviż. L-Aġenzija għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-kummenti kollha riċevuti mill-Istati Membri u mill-partijiet interessati.

9.   Mhux aktar tard minn 12-il xahar wara s-sottomissjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 7 lill-Kummissjoni, il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija, stabbilit skont l-Artikolu 76(1), il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandu jadotta opinjoni dwar ir-rapport u dwar l-emendi speċifiċi proposti. L-Aġenzija għandha tissottometti dik l-opinjoni lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 6

Kontenut minimu riċiklat fil-vetturi

1.   Il-plastik li jinsab f’kull tip ġdid ta’ vettura li għandha approvazzjoni tat-tip mill-1 ta’ Settembru 2032 skont ir-Regolament (UE) 2018/858 għandu jkun fiha mill-inqas 15 % ta’ plastik riċiklat skont il-piż mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur.

Il-plastik li jinsab f’kull tip ġdid ta’ vettura li għandha approvazzjoni tat-tip mill-1 ta’ Settembru 2036 skont ir-Regolament (UE) 2018/858 għandu jkun fih mill-inqas 25 % ta’ plastik riċiklat skont il-piż mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur.

2.   Mill-inqas 20 % tal-mira stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tinkiseb billi fit-tip ta’ vettura kkonċernat jiġi inkluż plastik riċiklat minn vetturi li ma għadhomx jintużaw jew minn parts u komponenti mneħħija mill-vetturi matul il-fażi tal-użu.

3.   Il-piż tal-plastik li jinsab f’kull tip ġdid ta’ vettura kkonċernat u l-piż tal-plastik riċiklat imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jeskludu l-elastomeri mit-tajers u minn materjali li jibbiesu bis-sħana għajr il-fowms tal-poliuretan użati għall-kuxxini.

4.   Għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontenut riċiklat għandu jiġi rkuprat mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur, li jkun ġie riċiklat fi:

(a)

installazzjoni li tinsab fl-Unjoni; jew

(b)

mill-14 ta’ Awwissu 2030, installazzjoni li tinsab f’pajjiż terz, dment li tali installazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness XIII.

Sat-30 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod aktar komprensiv l-impatt mistenni fuq il-kummerċ globali, kif ukoll fuq l-industriji tar-riċiklaġġ u awtomobilistiċi tal-Unjoni u tirrapporta l-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Sal-31 ta’ Awwissu 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 52(2) biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika, għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, tas-sehem tal-plastik riċiklat mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur, u minn vetturi li ma għadhomx jintużaw, preżenti u inkorporati fit-tipi ta’ vetturi.

Għandha tapplika metodoloġija tal-kontabbiltà tal-bilanċ tal-massa għall-plastik riċiklat miksub minn metodi ta’ riċiklaġġ għajr ir-riċiklaġġ mekkaniku, f’konformità mal-metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-bilanċ tal-massa applikabbli għar-riċiklaġġ tal-plastik f’konformità mat-tifsira tad-definizzjoni ta’ riċiklaġġ fid-Direttiva 2008/98/KE.

Il-metodoloġija ta’ verifika għandha tinkludi obbligu għall-manifatturi li jiżguraw li kull installazzjoni li tinsab f’pajjiż terz li tipproduċi materjal ta’ kontenut riċiklat li jkunu qed jużaw tikkonforma mal-Anness XIII, u li kull tali installazzjoni li tinsab f’pajjiż terz tkun qed tiġi awditjata mill-inqas kull ħames snin minn entità terza indipendenti skont l-Anness XIV. Dawk l-awditi għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu jkunu ssodisfati.

Ir-rekwiżit tal-awditjar stabbilit fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u r-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII għall-materjal riċiklat f’pajjiżi terzi għandhom japplikaw mill-14 ta’ Awwissu 2030.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51 biex tissupplimenta l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi derogi temporanji għall-miri tal-kontenut tal-plastik riċiklat, jew iż-żmien f’każ li n-nuqqas ta’ disponibbiltà jew il-prezzijiet eċċessivi ta’ plastik riċiklat speċifiku jagħmlu l-konformità mal-perċentwali minimi ta’ kontenut riċiklat eċċessivament diffiċli.

7.   Sat-30 ta’ Settembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li tistabbilixxi rekwiżit dwar is-sehem minimu tal-azzar riċiklat, filwaqt li jitqies b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

id-disponibbiltà kurrenti u prevista ta’ ruttam ferruż, filwaqt li jitqiesu l-familji ta’ prodotti tal-azzar ċatti u twal u, meta jkun xieraq, dawk tal-azzar inossidabbli;

(b)

is-sehem kurrenti ta’ ruttam ferruż f’diversi prodotti sekondarji u intermedji tal-azzar relatati mal-familji tal-azzar li jintużaw fil-vetturi u l-bidliet mistennija relatati mat-tranżizzjoni tal-industrija awtomobilistika;

(c)

l-adozzjoni potenzjali ta’ ruttam ferruż mill-manifatturi f’vetturi li għandhom jiġu approvati għat-tip fil-futur u l-kontribut potenzjali rispettiv għal livelli ogħla ta’ użu tar-ruttam meta jitqiesu r-restrizzjonijiet ta’ kompożizzjoni differenti applikabbli għal kull familja tal-prodotti tal-azzar;

(d)

id-domanda relattiva tas-settur awtomobilistiku meta mqabbla mad-domanda għar-ruttam ferruż ta’ setturi oħra, filwaqt li titqies il-kapaċità li jiġi ttollerat kontenut tar-ram u inklużjonijiet oħra ta’ tramp mhux intenzjonati;

(e)

il-vijabbiltà ekonomika, il-progress tekniku u xjentifiku, inklużi l-bidliet fid-disponibbiltà tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ li jikkonċernaw ir-rati tar-riċiklaġġ tal-azzar, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq li jfixklu l-użu tar-ruttam tal-azzar ta’ wara l-użu mill-konsumatur meta mqabbel ma’ dak ta’ qabel l-użu mill-konsumatur;

(f)

il-kontribut ta’ sehem minimu ta’ kontenut riċiklat tal-azzar fil-vetturi għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni u l-objettivi klimatiċi, ambjentali u industrijali tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħolqien ta’ swieq ewlenin komplementari għall-produzzjoni tal-azzar dekarbonizzat;

(g)

il-ħtieġa li jiġu evitati impatti negattivi sproporzjonati fuq l-affordabbiltà tal-vetturi; u

(h)

l-influwenza fuq il-kostijiet kumplessivi u l-kompetittività tas-settur awtomobilistiku u l-katina tal-valur kollha tal-azzar awtomobilistiku.

Sat-30 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, f’konformità mal-Artikolu 51, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi sehem minimu ta’ azzar riċiklat mill-iskart tal-azzar ta’ wara l-użu mill-konsumatur u, meta rilevanti, mir-ruttam ferruż li għandu jkun preżenti fi u inkorporat fit-tipi ta’ vetturi li għandhom jingħataw approvazzjoni tat-tip f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2018/858. Dak l-att delegat għandu jistabbilixxi wkoll id-data tal-applikazzjoni tal-obbligu li jkun hemm sehem minimu ta’ kontenut riċiklat mhux aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2033. L-azzar użat bħala materjal ta’ rinforz fit-tajers ma għandux jitqies li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-att delegat.

Sat-30 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, f’konformità mal-Artikolu 51, li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem tal-azzar riċiklat mill-iskart tal-azzar ta’ wara l-użu mill-konsumatur u, jekk ikun applikabbli, mir-ruttam ferruż, preżenti fi u inkorporat fit-tipi ta’ vetturi.

8.   Sat-30 ta’ Settembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li jiġi stabbilit rekwiżit dwar is-sehem minimu tal-aluminju u l-ligi tiegħu, riċiklati mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur preżenti fi u inkorporati fit-tipi ta’ vetturi, filwaqt li jitqies b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

id-disponibbiltà kurrenti u prevista tal-aluminju u l-ligi tiegħu riċiklati mill-iskart ta’ qabel u ta’ wara l-użu mill-konsumatur;

(b)

l-ishma kurrenti ta’ kontenut riċiklat mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur fl-aluminju u l-ligi tiegħu fil-vetturi mqiegħda fis-suq;

(c)

il-vijabbiltà ekonomika, il-progress tekniku u xjentifiku, inklużi l-bidliet fid-disponibbiltà tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ li jikkonċernaw it-tip ta’ materjali riċiklati, u r-rati ta’ riċiklaġġ tagħhom;

(d)

il-kontribut ta’ sehem minimu ta’ kontenut riċiklat tal-aluminju fil-vetturi għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni u l-objettivi klimatiċi, ambjentali u industrijali tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħolqien ta’ swieq ewlenin komplementari għall-produzzjoni tal-aluminju dekarbonizzat u l-ligi tiegħu;

(e)

il-ħtieġa li jiġu evitati impatti negattivi sproporzjonati fuq l-affordabbiltà tal-vetturi li fihom l-aluminju u l-ligi tiegħu; u

(f)

l-influwenza fuq il-kompetittività u l-kostijiet kumplessivi tas-settur awtomobilistiku.

Sat-30 ta’ Settembru 2028 il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, f’konformità mal-Artikolu 51, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi sehem minimu tal-aluminju riċiklat u l-ligi tiegħu li għandu jkun preżenti fi u inkorporat fit-tipi ta’ vetturi li għandhom jingħataw approvazzjoni tat-tip f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2018/858. Dak l-att delegat għandu jistabbilixxi wkoll id-data tal-applikazzjoni tal-obbligu li jkun hemm sehem minimu ta’ kontenut riċiklat mhux aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2033.

Sat-30 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, f’konformità mal-Artikolu 51, li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem tal-aluminju u l-ligi tiegħu, riċiklati minn skart ta’ wara l-użu mill-konsumatur fit-tipi ta’ vetturi u, jekk applikabbli, minn skart ta’ qabel l-użu mill-konsumatur, preżenti fi u inkorporat fit-tipi ta’ vetturi.

9.   Sal-31 ta’ Awwissu 2029, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li tistabbilixxi rekwiżit dwar is-sehem minimu ta’:

(a)

il-manjeżju u l-ligi tiegħu, riċiklati mill-iskart ta’ qabel u ta’ wara l-użu mill-konsumatur u preżenti fi u inkorporati fit-tipi ta’ vetturi; u

(b)

in-neodimju, id-disprożju, il-praseodimju, it-terbju, is-samarju, in-nikil, il-kobalt jew il-boron riċiklati mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur u, meta rilevanti, mill-iskart ta’ qabel l-użu mill-konsumatur, preżenti fi u inkorporati f’kalamiti permanenti.

Il-valutazzjoni tal-fattibbiltà għandha tqis dan li ġej:

(a)

id-disponibbiltà kurrenti u prevista tal-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), riċiklati mill-iskart ta’ qabel u ta’ wara l-użu mill-konsumatur;

(b)

l-ishma kurrenti tal-kontenut riċiklat mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur fil-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), f’vetturi mqiegħda fis-suq;

(c)

il-vijabbiltà ekonomika, il-progress tekniku u xjentifiku, inklużi l-bidliet fid-disponibbiltà tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ li jikkonċernaw it-tip ta’ materjali riċiklati, u r-rati ta’ riċiklaġġ tagħhom;

(d)

il-kontribut ta’ sehem minimu f’vetturi ta’ kontenut riċiklat tal-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni u l-objettivi klimatiċi u ambjentali tagħha;

(e)

l-impatti possibbli fuq il-funzjonament tal-vetturi mill-inkorporazzjoni ta’ kontenut riċiklat tal-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), fil-parts u l-komponenti tal-vetturi;

(f)

il-ħtieġa li jiġu evitati impatti negattivi sproporzjonati fuq l-affordabbiltà tal-vetturi li fihom il-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b);

(g)

l-influwenza fuq il-kompetittività u l-kostijiet kumplessivi tas-settur awtomobilistiku.

Wara l-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat, f’konformità mal-Artikolu 51, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi sehem minimu ta’:

(a)

il-manjeżju u l-ligi tiegħu, riċiklati mill-iskart ta’ wara u, meta rilevanti, ta’ qabel l-użu mill-konsumatur, preżenti fi u inkorporati fit-tipi ta’ vetturi; u

(b)

in-neodimju, id-disprożju, il-praseodimju, it-terbju, is-samarju, in-nikil, il-kobalt jew il-boron riċiklati mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur u, meta rilevanti, mill-iskart ta’ qabel l-użu mill-konsumatur, preżenti fi u inkorporati f’kalamiti permanenti.

L-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu għandu jistabbilixxi wkoll id-data tal-applikazzjoni tal-obbligu li jkun hemm sehem minimu ta’ kontenut riċiklat.

Sat-30 ta’ Settembru 2029, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, f’konformità mal-Artikolu 51, li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem tal-materjali riċiklati msemmija fit-tielet subparagrafu preżenti fi u inkorporati fit-tipi ta’ vetturi.

Artikolu 7

Disinn li jippermetti t-tneħħija u s-sostituzzjoni ta’ ċerti parts u komponenti fil-vetturi;

1.   Kull vettura li tappartjeni għal tip ġdid ta’ vettura li jkollha approvazzjoni tat-tip mill-1 ta’ Settembru 2032 skont ir-Regolament (UE) 2018/858 u r-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandha titfassal b’mod li ma jfixkilx it-tneħħija mill-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati tal-parts u l-komponenti elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII mill-vettura kkonċernata matul il-fażi tal-iskart tal-vettura bil-ħsieb li jiġu sostitwiti, użati mill-ġdid, riċiklati, rimanifatturati jew rinnovati meta dan ikun teknikament fattibbli.

2.   Kull vettura li tappartjeni għal tip ġdid ta’ vettura li jkollha approvazzjoni tat-tip mill-1 ta’ Settembru 2032 skont ir-Regolament (UE) 2018/858 għandha tiġi ddisinjata biex ikunu jistgħu jsiru, b’mod faċli u mhux distruttiv, it-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-batteriji tal-vetturi elettriċi u l-pakketti ta’ batteriji tagħhom u tal-muturi tat-trazzjoni elettrika mill-vettura minn faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati jew operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni matul il-fażi tal-użu u l-fażi tal-iskart tal-vettura.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51 biex temenda l-paragrafu 2 billi tinkludi parts u komponenti elenkati parts u komponenti addizzjonali elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII, filwaqt li jitqies il-progress tekniku u xjentifiku.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għad-disinn għat-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-parts u l-komponenti msemmija fil-paragrafu 2 meta dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-obbligu stabbilit f’dak il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

5.   Il-manifatturi ma għandhomx ifixklu t-tneħħija u s-sostituzzjoni ta’ parts u komponenti tal-vetturi bl-użu ta’ aġġornamenti tas-software, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fid-dritt tal-Unjoni.

KAPITOLU III

OBBLIGI TAL-MANIFATTURI

Artikolu 8

Obbligi ġenerali

1.   Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi ġodda ta’ vetturi li jkunu mmanifatturaw u li jitqiegħdu fis-suq ikollhom approvazzjoni tat-tip f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/858, tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ta’ vetturi li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 4, 5, 6 jew 7, il-manifatturi għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni li turi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti u għandhom:

(a)

jinkluduha fil-fowlder tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/858 jew fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, kif applikabbli; u

(b)

jissottomettuha lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2018/858 jew mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, kif applikabbli.

3.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, il-manifatturi għandhom ifasslu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament u jissottomettuha, f’konformità mal-Artikolu 24(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2018/858, lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip flimkien mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 23 ta’ dak ir-Regolament.

4.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, il-manifatturi għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni li tikkonferma l-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 24(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2018/858, jew mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, kif applikabbli, lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip flimkien mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

Artikolu 9

Strateġija għaċ-ċirkolarità

1.   Kull manifattur għandu mill-1 ta’ Settembru 2029, ifassal strateġija għaċ-ċirkolarità fil-livell tal-manifattur.

2.   L-istrateġija għaċ-ċirkolarità għandha tiddeskrivi liema azzjonijiet se jieħu l-manifattur biex isegwi l-obbligi tiegħu sabiex jiżgura li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċirkolarità fil-Kapitolu II.

3.   L-istrateġija għaċ-ċirkolarità għandu jkun fiha l-elementi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness V.

4.   Kull manifattur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni kopja tal-istrateġija għaċ-ċirkolarità fi żmien 30 jum wara li tkun tfasslet.

5.   Kull manifattur għandu jimmonitorja u jsegwi l-azzjonijiet li jinsabu fl-istrateġija għaċ-ċirkolarità u jaġġorna l-istrateġija, filwaqt li jindika l-bidliet ġodda rilevanti tal-istrateġija għaċ-ċirkolari, kull ħames snin f’konformità mal-Parti B tal-Anness V. Il-manifatturi għandhom jipprovdu strateġija taċ-ċirkolarità aġġornata lill-Kummissjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-istrateġiji taċ-ċirkolarità u kwalunkwe aġġornament għal dawk l-istrateġiji disponibbli għall-pubbliku, ħlief għal informazzjoni kunfidenzjali.

7.   Sal-31 ta’ Awwissu 2033 u mill-anqas kull sitt snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika rapport dwar iċ-ċirkolarità tas-settur awtomobilistiku. Dak ir-rapport għandu jkun ibbażat b’mod partikolari fuq l-istrateġiji taċ-ċirkolarità u l-aġġornamenti għal tali strateġiji.

Artikolu 10

Dikjarazzjoni dwar il-kontenut riċiklat preżenti fil-vetturi

1.   Il-manifatturi għandhom jiddikjaraw, għal kull tip ġdid ta’ vettura li jkollha approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (UE) 2018/858 mill-ewwel jum tax-xahar wara 12-il xahar mill-adozzjoni tal-metodoloġiji rispettivi għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem tal-materjali riċiklati minn skart ta’ wara l-użu mill-konsumatur fit-tipi ta’ vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, is-sehem rispettiv tal-kontenut riċiklat ta’:

(a)

in-neodimju, id-disprożju, il-praseodimju, it-terbju, is-samarju, in-nikil, il-kobalt u l-boron f’kalamiti permanenti f’muturi tat-trazzjoni elettrika;

(b)

l-aluminju u l-ligi tiegħu;

(c)

il-manjeżju u l-ligi tiegħu;

(d)

l-azzar u l-ligi tiegħu;

(e)

il-plastik.

Id-dikjarazzjoni għandha tikkonċerna l-kontenut riċiklat ta’ dawn il-materjali preżenti fit-tip ta’ vettura u tindika, għal kull sehem materjali, u għall-komponenti tal-plastik itqal minn 100 gramma, jekk il-materjal huwiex riċiklat mill-iskart ta’ qabel l-użu mill-konsumatur jew mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur.

2.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw li d-dokumentazzjoni meħtieġa tkun ġiet sottomessa mill-manifatturi u li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, ir-rekwiżit li jiġi ddikjarat is-sehem tal-kontenut riċiklat ta’ ċertu materjal ma għandux japplika meta mira tkun saret applikabbli għal dak il-materjal skont l-Artikolu 6.

Artikolu 11

Informazzjoni dwar it-tneħħija u s-sostituzzjoni ta’ parts, komponenti u materjali preżenti fil-vetturi

1.   Mill-1 ta’ Settembru 2029, il-manifatturi għandhom, għal tipi ġodda ta’ vetturi li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip, jipprovdu, lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, lill-pubblikaturi tal-informazzjoni teknika u lill-operaturi tat-tiswija u l-manutenzjoni aċċess mhux ristrett, standardizzat u mhux diskriminatorju għall-informazzjoni elenkata fl-Anness VI, filwaqt li jippermettu l-aċċess għal dawn li ġejjin, u t-tneħħija u s-sostituzzjoni sikura tagħhom, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fl-ambitu ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni:

(a)

il-muturi tat-trazzjoni elettrika u l-pakketti ta’ batteriji tagħhom inkorporati fil-vettura;

(b)

il-parts, il-komponenti u l-materjali li fihom il-fluwidi u l-likwidi elenkati fil-Parti B tal-Anness VIII u li jinsabu fil-vetturi;

(c)

il-parts u l-komponenti elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII li jinsabu fil-vetturi;

(d)

il-parts u l-komponenti, li fihom il-materja prima kritika kif imsemmi fl-Artikolu 28(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1252 fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura;

(e)

il-komponenti u l-parts b’kodiċi diġitali f’vettura, meta tali kkowdjar jipprevjeni t-tiswija, il-manutenzjoni jew is-sostituzzjoni tagħhom f’vettura oħra.

Il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-pubblikaturi tal-informazzjoni teknika.

2.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu informazzjoni ta’ gwida dwar is-salvataġġ u r-rispons għal emerġenza disponibbli għas-servizzi ta’ emerġenza.

3.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw kooperazzjoni mal-faċilitajiet tat-trattament awtorizzati, mal-pubblikaturi tal-informazzjoni teknika, mal-operauri tal-modifika retroattiva, u mal-operaturi tat-tiswija u l-manutenzjoni billi jistabbilixxu l-pjattaformi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex jipprovdu u jżommu aġġornati l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VI.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mingħajr ħlas. Il-manifatturi jistgħu jiġbru imposti raġonevoli u proporzjonati mill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, mill-pubblikaturi tal-informazzjoni teknika u mill-operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni sa fejn dan ikun meħtieġ ħalli jkopru l-kostijiet amministrattivi reali mġarrba biex l-informazzjoni meħtieġa ssir aċċessibbli permezz ta’ pjattaformi ta’ komunikazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51 biex temenda l-Anness VI billi tirrevedi l-lista ta’ parts, komponenti u materjali tal-vetturi u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-manifatturi. Il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi tekniċi u regolatorji, it-teknoloġija tal-informazzjoni kurrenti u l-iżviluppi prevedibbli fit-teknoloġija tal-vetturi.

Artikolu 12

Tikkettar tal-parts, tal-komponenti u tal-materjali preżenti fil-vetturi

1.   Il-manifatturi u l-fornituri tagħhom għandhom jużaw in-nomenklatura tal-istandards tal-ikkowdjar tal-komponenti u tal-materjali elenkati fil-punti 1, 2 u 3 tal-Anness VII għat-tikkettar u l-identifikazzjoni tal-parts, tal-komponenti u tal-materjali tal-vetturi.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51 biex temenda l-Anness VII sabiex tadattah għall-progress tekniku u xjentifiku.

Artikolu 13

Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura

1.   Mill-1 ta’ Settembru 2032, kull vettura mqiegħda fis-suq għandu jkollha Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura, li għandu jkun allinjat, interoperabbli u, meta jkun possibbli, integrat ma’ passaporti ambjentali oħra relatati mal-vetturi stabbiliti skont id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-passaporti msemmija fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2023/1542, fl-Artikolu 3, il-punt (68), tar-Regolament (UE) 2024/1257 u ma’ passaporti rilevanti oħra stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2024/1781.

2.   Il-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura ta’ vettura li tkun qed titqiegħed fis-suq għandu jkun aċċessibbli mingħajr ħlas u għandu jkun fih, f’format diġitali, dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11;

(b)

l-informazzjoni dwar il-parts li fihom kontenut ta’ ċomb, merkurju, kadmju jew kromu eżavalenti tal-vettura kif imsemmi fid-deroga li tinsab fl-Artikolu 5(5);

(c)

id-dikjarazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut riċiklat tal-plastik u l-materjali elenkati fl-Artikolu 10(1);

(d)

il-katalgu uffiċjali tal-ispare parts għat-tip ta’ vettura kkonċernat.

3.   Meta l-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu tkun diġà aċċessibbli permezz ta’ passaport imsemmi fil-paragrafu 1 għajr il-passaport diġitali taċ-ċirkolarità tal-vettura, l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi duplikata fil-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura, dment li tiġi żgurata l-interoperabbiltà.

4.   Il-manifattur li jqiegħed il-vettura fis-suq għandu jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkun akkurata, kompluta u aġġornata.

5.   L-informazzjoni kollha inkluża fil-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura għandha tikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6 u għandha tkun:

(a)

ibbażata fuq standards miftuħa;

(b)

żviluppata b’format interoperabbli;

(c)

trasferibbli permezz ta’ network ta’ skambju ta’ data interoperabbli miftuħ mingħajr intrappolament tal-klijentela;

(d)

tinqara mill-magni, strutturata u tippermetti li jista’ jsir tiftix fiha.

6.   Sal-14 ta’ Awwissu 2030, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar dan li ġej:

(a)

il-mod u r-rekwiżiti bażiċi tas-soluzzjoni teknika li għandha tintuża biex jiġi aċċessat il-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura b’mod li ma jipprekludi l-ebda soluzzjoni teknika;

(b)

ir-rekwiżiti tekniċi tad-disinn u operazzjonali għall-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura inklużi regoli dwar:

(i)

l-allinjament u l-interoperabbiltà tal-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura ma’ passaporti oħra meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(ii)

il-ħżin u l-ipproċessar ta’ informazzjoni inkluża fil-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura;

(iii)

id-disponibbiltà tal-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura wara li l-manifattur responsabbli biex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 4 ma jibqax jeżisti jew iwaqqaf l-attività tiegħu fl-Unjoni;

(c)

l-introduzzjoni, il-modifika u l-aġġornament ta’ informazzjoni inkluża fil-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura minn partijiet terzi għajr il-manifattur;

(d)

il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura, inklużi d-dritt ta’ aċċess u r-regoli rilevanti għall-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(e)

il-post tat-trasportatur tad-data jew identifikatur ieħor li jippermetti aċċess għall-Passaport Diġitali taċ-Ċirkolarità tal-Vettura

Meta tistabbilixxi r-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà u privatezza.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

KAPITOLU IV

ĠESTJONI TA’ VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 14

Awtorità kompetenti għall-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex ikunu responsabbli għall-obbligi skont dan il-Kapitolu, b’mod partikolari għall-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità tal-operaturi ekonomiċi, tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mal-obbligi tagħhom kif stabbilit fl-Artikoli 15 sa 37 u fl-Anness I.

2.   Kull Stat Membru jista’ jaħtar punt ta’ kuntatt wieħed, fost l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, għall-fini ta’ komunikazzjoni mal-Kummissjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dettalji tal-organizzazzjoni u tal-operat tal-awtoritajiet kompetenti, inklużi r-regoli amministrattivi u proċedurali:

(a)

għar-reġistrazzjoni tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 19;

(b)

għall-awtorizzazzjoni tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 18;

(c)

għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’konformità mal-Artikoli 16 u 20;

(d)

għall-ġbir ta’ data dwar vetturi u vetturi li ma għandhomx jintużaw f’konformità mal-Artikolu 19(12) u l-Artikolu 50(6);

(e)

għad-disponibbiltà tal-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 50.

4.   Sat-30 ta’ Ġunju 2027, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew fl-indirizzi ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 15

Faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/UE, kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jkollha l-ħsieb li twettaq operazzjonijiet ta’ trattament fuq vetturi li ma għadhomx jintużaw għandha tikseb permess mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE u għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-permess.

2.   Sabiex toħroġ permess imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-istabbiliment jew l-impriża għandhiex il-kapaċità li hija meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 26.

3.   Il-permessi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jindikaw li l-faċilitajiet ta’ trattament għandhom il-kompetenza li joħorġu ċertifikat ta’ distruzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 25.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom li l-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati jkunu kompetenti biex joħorġu ċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni msemmi fl-Artikolu 25.

4.   Il-produtturi jew, meta maħtura skont l-Artikolu 17(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jistgħu jikkonkludu kuntratti ma’ faċilitajiet tat-trattament awtorizzati għall-fini li jissodisfaw l-obbligi ta’ responsabbiltà tal-produtturi tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom ikunu ġusti u trasparenti u ma għandux ikun fihom termini u kundizzjonijiet diskriminatorji.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu mudell ta’ kuntratt biex jiffaċilitaw il-konformità ma’ dan l-Artikolu.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ permess ikunu kkoordinati bis-sħiħ meta aktar minn awtorità kompetenti waħda jew aktar minn stabbiliment jew impriża waħda li jkollha l-ħsieb li twettaq operazzjonijiet ta’ trattament fuq vetturi li ma għadhomx jintużaw ikunu involuti f’dawk il-proċeduri ta’ permessi, sabiex jiggarantixxu approċċ immirat effettiv mill-awtoritajiet kompetenti kollha.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati applikabbli għall-kuntratti msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, bil-ħsieb li tiżgura termini u kundizzjonijiet ġusti, trasparenti u nondiskriminatorji. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

TAQSIMA 2

Responsabbiltà Estiża tal-Produttur

Artikolu 16

Responsabbiltà estiża tal-produttur

1.   Mill-1 ta’ Settembru 2029, il-produtturi għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur għall-vetturi li huma jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, inkluż meta l-vettura tkun preċedentement tqiegħdet għad-dispożizzjoni fis-suq fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ssir disponibbli l-vettura. L-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun konsistenti mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tinkludi l-obbligu għall-produtturi li jiżguraw li:

(a)

il-vetturi li huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru u li jsiru vetturi li ma għadhomx jintużaw:

(i)

jinġabru f’konformità mal-Artikolu 23;

(ii)

jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 26;

(b)

l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jittrattaw vetturi li ma għadhomx jintużaw imsemmija fil-punt (a) jissodisfaw il-miri stabbiliti fl-Artikolu 33.

3.   Fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, l-Istati Membri jistgħu jadattaw l-obbligi tal-produtturi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu sabiex ikopru l-kostijiet tal-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u b’kont meħud tal-karatteristiċi ta’ dawk ir-reġjuni.

4.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(3), il-punt (e), tad-Direttiva 2008/98/KE, il-produtturi, fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom kull sena, soġġett għall-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, l-informazzjoni dwar il-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-ilħuq tal-miri dwar l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid u l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-plastik minnhom infushom fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew mill-produtturi li jkunu ħatru lil dik l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam responsabbiltà tal-produtturi fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

Artikolu 17

Organizzazzjonijiet b’Kompetenza fil-Qasam tar-Responsabbiltà tal-Produtturi

1.   Il-produtturi jistgħu jagħżlu li jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi tagħhom individwalment, jew jistgħu jaħtru organizzazzjoni b’responsabbiltà tal-produtturi awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 18 biex tissodisfa l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi f’isimhom.

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-produtturi jaħtru organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex tissodisfa l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tagħhom f’isimhom.

2.   L-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data fil-pussess tagħhom fir-rigward ta’ informazzjoni proprjetarja jew informazzjoni direttament attribwibbli lil produtturi individwali jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produtturi.

3.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(4), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament l-informazzjoni dwar il-proċedura tal-għażla applikata f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

4.   L-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn il-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 8a(6) tad-Direttiva 2008/98/KE. L-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart attivi fil-ġbir u t-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw għandhom jaħtru membri osservaturi fil-bordijiet eżekuttivi tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.

5.   L-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart għandhom ikunu soġġetti għal proċedura tal-għażla nondiskriminatorja, ibbażata fuq kriterji għall-aġġudikazzjoni trasparenti, imwettqa minn produtturi jew minn organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u li ma tpoġġix piż sproporzjonat fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Artikolu 18

Awtorizzazzjoni dwar it-twettiq ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur

1.   Produttur, fil-każ ta’ twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jinħatru fil-każ ta’ twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, għandu japplika għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss meta jintwera li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8a(3), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva 2008/98/KE huma rrispettati u l-miżuri stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur huma biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu fir-rigward tal-għadd ta’ vetturi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru mill-produttur jew mill-produtturi li f’isimhom taġixxi l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.

Il-produtturi, fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, u l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jistgħu jiġu rreġistrati biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-proċedura ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 19 u l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu jingħaqdu fi proċedura unika.

3.   Fil-miżuri tagħhom li jistabbilixxu r-regoli amministrattivi u proċedurali msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (b), l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dettalji tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, li jistgħu jkunu differenti skont jekk din tkunx relatata mat-twettiq individwali jew kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, u l-modalitajiet għall-verifika tal-konformità tal-produtturi jew tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluża l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produtturi u mill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għal dak il-għan.

4.   Il-produttur jew l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fl-awtorizzazzjoni, dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni jew dwar il-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet.

5.   Il-mekkaniżmu ta’ awtokontroll previst fl-Artikolu 8a(3), il-punt (d), tad-Direttiva 2008/98/KE għandu jitwettaq regolarment, u mill-anqas kull tliet snin, u fuq talba mill-awtorità kompetenti, sabiex jiġi vverifikat li d-dispożizzjonijiet f’dak il-punt huma ssodisfati u li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jibqgħu jiġu ssodisfati. Il-produttur jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jippreżentaw, fuq talba, rapport ta’ awtokontroll u, fejn meħtieġ, l-abbozz tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-awtorità kompetenti. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapport ta’ awtokontroll u dwar l-abbozz tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva, u għandha tikkomunika kwalunkwe tali osservazzjoni lill-produttur jew lill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi. L-organizzazzjoni tal-produtturi jew dik b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandha tfassal u timplimenta l-pjan ta’ azzjoni korrettiva abbażi ta’ dawk l-osservazzjonijiet.

6.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk il-produttur jew l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-ġbir u tat-trattament fi tmiem il-ħajja, tonqos milli tirrapporta lill-awtorità kompetenti, tonqos milli tinnotifika lill-awtorità kompetenti rigward kwalunkwe bidla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni, jew tkun waqqfet l-operazzjonijiet.

Artikolu 19

Reġistrazzjoni

1.   Sal-31 ta’ Awwissu 2029, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi reġistru ta’ produtturi, jew juża reġistru eżistenti ta’ produtturi, li għandu jservi biex tiġi ssorveljata l-konformità tal-produtturi mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

Ir-reġistru għandu jipprovdi links għal reġistri nazzjonali oħrajn tas-siti web tal-produtturi biex jiffaċilita, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew tar-rappreżentanti awtorizzati għar-responsabbiltà estiża tal-produttur u, jekk ikunu disponibbli, għas-siti web nazzjonali li jkun fihom informazzjoni dwar il-proċedura ta’ reġistrazzjoni.

Sal-31 ta’ Awwissu 2029, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sit web li jkun fih il-links għar-reġistri nazzjonali kollha tal-produtturi biex tiffaċilita r-reġistrazzjoni fl-Istati Membri kollha.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-links għar-reġistri nazzjonali tagħhom tal-produtturi fi żmien 30 jum mit-tnedija ta’ dawk ir-reġistri.

2.   Il-produtturi għandhom jirreġistraw fir-reġistru nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1. Huma għandhom, għal dak il-għan, jippreżentaw applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’kull Stat Membru fejn iqiegħdu vettura għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba.

Il-produtturi għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni permezz ta’ sistema elettronika għall-ipproċessar tad-data kif imsemmi fil-paragrafu 8(a).

Il-produtturi għandhom iqiegħdu l-vetturi għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ Stat Membru biss jekk huma, jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, ikunu rreġistrati f’tali Stat Membru.

3.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness IX. L-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali, kif meħtieġ, biex jużaw ir-reġistru tal-produtturi b’mod effiċjenti.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-punt 1(d) tal-Anness IX għandha tiġi pprovduta jew fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 18.

5.   Meta produttur ikun ħatar organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi skont l-Artikolu 17(1), l-obbligi skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni mutatis mutandis sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru li fih il-vettura tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba.

6.   L-obbligi skont dan l-Artikolu jistgħu, f’isem il-produttur, jiġu ssodisfati minn rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

Jekk aktar minn produttur wieħed ikun rappreżentat fi Stat Membru minn rappreżentant awtorizzat wieħed, dak ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi l-isem u d-dettalji tal-kuntatt għal kull wieħed mill-produtturi rappreżentati separatament.

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-proċedura ta’ reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu u l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 18 jikkostitwixxu proċedura unika, dment li l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

8.   L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar il-proċess ta’ applikazzjoni permezz ta’ sistema elettronika għall-ipproċessar tad-data;

(b)

tapprova reġistrazzjonijiet u tipprovdi numru tar-reġistrazzjoni f’perjodu massimu ta’ 12-il ġimgħa mill-mument li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafi 2 u 3.

9.   L-awtorità kompetenti tista’:

(a)

tistabbilixxi modalitajiet fir-rigward tar-rekwiżiti u l-proċess tar-reġistrazzjoni mingħajr ma żżid rekwiżiti sostantivi ma’ dawk stabbiliti skont il-paragrafi 2 u 3;

(b)

titlob tariffi bbażati fuq il-kostijiet u proporzjonati mingħand il-produtturi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 18(1).

10.   L-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tirreġistra produttur jew tirtira r-reġistrazzjoni tal-produttur meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-prova dokumentarja relatata ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux biżżejjed, jew meta l-produttur ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(d) tal-Anness IX.

L-awtorità kompetenti għandha tirtira r-reġistrazzjoni tal-produttur jekk il-produttur ma jkunx għadu jeżisti.

11.   Il-produttur, jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur li tinħatar f’isem il-produtturi li tirrappreżenta għandha tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fir-reġistrazzjoni u bi kwalunkwe waqfien permanenti mit-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru tal-vetturi msemmi fir-reġistrazzjoni.

12.   Il-produttur jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru dwar it-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

Meta l-informazzjoni fir-reġistru tal-produtturi ma tkunx aċċessibbli għall-pubbliku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jingħataw aċċess, mingħajr ħlas, għal dik l-informazzjoni.

Artikolu 20

Responsabbiltà finanzjarja tal-produtturi

1.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi għandhom ikopru l-kostijiet li ġejjin relatati mal-vetturi li l-produttur iqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru:

(a)

il-kostijiet tal-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw li huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Artikoli 23 sa 25 u tat-trasport sussegwenti tagħhom b’mod effiċjenti u l-kostijiet tat-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw li huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Artikoli 26 sa 30, 33 u 35, b’kont meħud tad-dħul tal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart marbut mal-bejgħ ta’ spare parts użati u ta’ komponenti tal-bdil użati, ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u li jkunu ġew soġġetti għat-tindif mit-tniġġis, jew ta’ materja prima sekondarja rkuprata minn tali parts, komponenti u materjali; dawk il-kostijiet għandhom ikunu bbażati fuq kalkolu tal-kost medju;

(b)

il-kostijiet tat-twettiq ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati biex jinfurmaw lill-pubbliku u jtejbu l-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw;

(c)

il-kostijiet tal-istabbiliment tas-sistema ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 25;

(d)

il-kostijiet amministrattivi biex id-data tinġabar u ssir disponibbli u tiġi rapportata lill-awtoritajiet kompetenti.

Għall-vetturi li għalihom tapplika d-Direttiva 2000/53/KE li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq qabel it-13 ta’ Awwissu 2026, u b’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fl-Istati Membri fejn, f’konformità mal-Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2000/53/KE, il-produtturi ma kellhomx għalfejn jissodisfaw il-kostijiet kollha iżda biss parti sinifikanti minnhom, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandu jagħmel il-produttur ta’ dawk il-vetturi għandhom jikkorrispondu għal livell li jikkostitwixxi parti sinifikanti tal-kostijiet imsemmija fiha.

2.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru l-vettura għandhom ikopru wkoll il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), relatati ma’ vetturi li għalihom il-produttur ma jistax jiġi identifikat jew ma għadux jeżisti fl-Istat Membru fejn il-vettura saret vettura li ma għadhiex tintuża, fi proporzjon mas-sehem rispettiv tagħhom tas-suq.

3.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq vetturi bi skop speċjali għandhom ikopru biss il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), li jikkonċernaw il-ġbir u t-tneħħija tat-tniġġis ta’ tali vetturi.

4.   Fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, il-produtturi għandhom jipprovdu garanzija għall-vetturi li huma jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru. Dik il-garanzija għandha tiżgura li l-operati msemmija fil-paragrafu 1 li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk il-vetturi se jiġu ffinanzjati, inkluż fil-każ ta’ waqfien permanenti tal-operati tagħhom jew fil-każ ta’ insolvenza.

L-ammont tal-garanzija għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri li fihom il-vettura tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba filwaqt li jitqiesu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21.

Il-garanzija tista’ tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tal-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, ta’ garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti.

5.   Meta vettura ġdida tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip f’approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, il-produttur tal-vettura bażi għandu jitqies bħala l-produttur tal-vettura kkompletata u jista’ jiġbor kontribuzzjonijiet pro rata mill-manifatturi tal-parts, minbarra l-vettura bażi, li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip fl-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji. Dawk il-kontribuzzjonijiet pro rata għandhom ikopru biss il-kostijiet relatati mat-tindif mit-tniġġis f’konformità mal-Artikolu 28 u mat-tneħħija ta’ parts u komponenti f’konformità mal-Artikolu 29.

Il-mikrointrapriżi, kif definiti fl-Artikolu 2(3) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (39), għandhom ikunu eżentati minn tali kontribuzzjonijiet.

6.   L-awtorità kompetenti għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-produtturi, mal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u mal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, timmonitorja:

(a)

il-kostijiet medji tal-operazzjonijiet ta’ ġbir, riċiklaġġ u trattament u d-dħul tal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart;

(b)

il-livell ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi lill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi sabiex il-kostijiet jiġu allokati b’mod ġust bejn l-operaturi interessati kollha.

Artikolu 21

Modulazzjoni tat-tariffi

1.   Fil-każ ta’ twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lilhom mill-produtturi jkunu modulati billi jqisu tal-anqas dan li ġej:

(a)

il-piż tal-vettura, esklużi l-batteriji ta’ vettura elettrika;

(b)

ir-rata tal-possibbiltajiet ta’ riċiklaġġ u użu mill-ġdid tat-tip ta’ vettura li għalih tappartjeni l-vettura, abbażi tal-informazzjoni sottomessa lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Artikolu 4;

(c)

il-ħin meħtieġ biex il-vettura tiġi żmuntata f’faċilità awtorizzata għat-trattament, speċjalment għal parts u komponenti li jeħtieġ li jitneħħew qabel ma l-vettura titqatta’ skont l-Artikolu 29;

(d)

is-sehem ta’ materjali u sustanzi li jipprevjenu proċess ta’ riċiklaġġ ta’ kwalità għolja;

(e)

il-perċentwal ta’ kontenut riċiklat ta’ materjali elenkati fl-Artikoli 6 u 10 użati fil-vettura;

(f)

il-preżenza u l-ammont ta’ sustanzi msemmija fl-Artikolu 5(4).

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli dettaljati dwar kif għandhom jiġu applikati l-kriterji previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 22

Mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kostijiet għall-vetturi li jsiru vetturi li ma għadhomx jintużaw fi Stat Membru ieħor

1.   Minkejja l-Artikolu 16 u l-Artikolu 20(2), meta vettura tal-kategorija M1 jew N1 issir vettura li ma għadhiex tintuża fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura tkun tqiegħdet fis-suq, u l-ebda produttur ma jkun jista’ jiġi identifikat fit-territorju tal-Istat Membru fejn issir vettura li ma għadhiex tintuża, il-manifattur ta’ dik il-vettura għandu jiżgura li l-kostijiet tal-operazzjonijiet tal-immaniġġar tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (d), imġarrba mill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart ikunu koperti.

2.   Sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 1, manifattur għandu:

(a)

jaħtar b’mandat bil-miktub rappreżentant awtorizzat għall-mekkaniżmu transfruntier f’kull Stat Membru u jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħatriet; u

(b)

jistabbilixxi mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera mal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu operazzjonijiet ta’ mmaniġġar tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (d).

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Manifattur jista’ jaħtar organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex taġixxi bħala r-rappreżentant awtorizzat tagħha.

Meta manifattur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, ir-rappreżentant tal-manifattur fl-Unjoni maħtur b’applikazzjoni tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2018/858 jista’ jissodisfa l-obbligi tal-manifattur skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

3.   Il-manifatturi għandhom juru l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 lill-produtturi tagħhom.

4.   Il-produtturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ Stat Membru dawk il-vetturi biss minn manifatturi li jkunu wrew konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2.

5.   L-Istat Membru fejn il-vettura tkun saret vettura li ma għadhiex tintuża għandu jimmonitorja l-konformità tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni rrapportata u vverifikata mill-manifatturi u r-rappreżentanti awtorizzati tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari dwar il-kalkolu u l-allokazzjoni tal-kostijiet għall-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-kunfidenzjalità kummerċjali u tħassib ieħor dwar il-kompetittività.

6.   Fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan l-Artikolu u b’kont meħud tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u monitoraġġ imsemmija fil-paragrafi 2 u 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-atti għandu jkollhom l-għan, b’mod partikolari, li jevitaw distorsjoni tas-suq uniku u li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Unjoni u barra minnha. L-atti delegati jistgħu jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-obbligi tal-manifatturi, b’mod partikolari dawk stabbiliti barra mill-Unjoni, ir-rappreżentanti awtorizzati tal-manifatturi, tal-produtturi, tal-Istati Membri u tal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u l-karatteristiċi tal-mekkaniżmi msemmija f’dan l-Artikolu.

TAQSIMA 3

Ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Artikolu 23

Ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

1.   Il-produtturi għandhom jiżguraw li l-vetturi kollha li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru jinġabru meta dawk il-vetturi jsiru vetturi li ma għadhomx jintużaw.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 17(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jistabbilixxu, jew jipparteċipaw fl-istabbiliment ta’, sistemi ta’ ġbir, inklużi punti ta’ ġbir.

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 17(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jistabbilixxu sistemi ta’ ġbir għall-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw.

3.   Il-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 17(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru;

(b)

jingħataw disponibbiltà adegwata ta’ faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati jew punti ta’ ġbir, filwaqt li jqisu d-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, li ma jkunx limitat għal żoni fejn il-ġbir u l-ġestjoni sussegwenti jkunu l-aktar profittabbli;

(c)

jiżguraw il-ġbir ta’ parts għall-iskart mit-tiswijiet tal-vetturi;

(d)

jippermettu l-ġbir ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, irrispettivament mill-oriġini tagħhom;

(e)

jippermettu l-konsenja tal-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw mingħajr ħlas fil-punti ta’ ġbir jew f’faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati kif previst fl-Artikolu 24(2).

4.   Il-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 17(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jippubblikaw u jaġġornaw regolarment il-lista ta’ punti ta’ ġbir u faċilitajiet tat-trattament awtorizzati fuq is-siti web tagħhom u jwettqu kampanji edukattivi li jippromwovu s-sistemi ta’ ġbir għal vetturi li ma għadhomx jintużaw u jinfurmaw dwar il-konsegwenzi ambjentali tal-ġbir u l-immaniġġar mhux xierqa ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-kampanji edukattivi jiġu kkoordinati fl-Istat Membru, f’kollaborazzjoni kemm mal-produtturi kif ukoll, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 17(1), mal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u mal-awtoritajiet kompetenti.

5.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-punti ta’ ġbir għajr il-faċilitajiet awtorizzati tat-trattament biex jiġbru vetturi li ma għadhomx jintużaw.

Il-punti ta’ ġbir għandhom jiksbu permess mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE u għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-permess. Sabiex jinħareġ permess, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li tali stabbiliment jew intrapriża għandhom il-kapaċità meħtieġa biex iwettqu l-obbligi li ġejjin:

(a)

jiġbru vetturi li ma għadhomx jintużaw u jaħżnuhom temporanjament f’konformità mal-Parti A tal-Anness VIII;

(b)

iħejju għat-trasferiment tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw miġbura, lejn faċilitajiet tat-trattament awtorizzati billi jipprevjenu t-tnixxija aċċidentali ta’ fluwidi u l-aċċess mhux awtorizzat għall-punt ta’ ġbir;

(c)

jiggarantixxu li l-vetturi kollha miġbura li ma għadhomx jintużaw jiġu ttrasferiti lejn faċilità ta’ trattament awtorizzata fi żmien xahrejn minn meta jirċevuhom.

6.   Il-punti ta’ ġbir għandhom joħorġu dokument f’format elettroniku, li jikkonferma l-wasla tal-vettura li ma għadhiex tintuża, lis-sid il-vettura, u jipprovduh permezz ta’ proċedura elettronika ta’ notifika stabbilita f’konformità mal-Artikolu 25(2) lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 14.

Artikolu 24

Konsenja ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

1.   Is-sid tal-vettura, u kwalunkwe operatur ekonomiku li jaġixxi f’isem is-sid tal-vettura, ta’ vettura li ssir vettura li ma għadhiex tintuża għandu jikkonsenjaha lill-faċilità tat-trattament awtorizzata jew punt ta’ ġbir mingħajr dewmien żejjed. Dak l-obbligu ma għandux japplika għal karavans bil-mutur, kif imsemmi fil-Parti A, il-punt 5.1, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858, li jkunu saru vetturi li ma għadhomx jintużaw sakemm dawk il-vetturi jintużaw għal skopijiet ta’ akkomodazzjoni.

Il-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw li s-sid tagħhom ma jkunx jista’ jiġi identifikat għandhom jiġu kkonsenjati għat-trattament lil faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati.

2.   Il-konsenja ta’ vettura li ma għadhiex tintuża f’faċilità ta’ trattament awtorizzata jew f’punt ta’ ġbir għandha tkun mingħajr ħlas għall-aħħar sid ta’ vettura sakemm il-vettura li ma għadhiex tintuża ma tkunx nieqsa minn xi parts jew minn komponenti essenzjali tal-vettura jew ikun fiha skart li ġie miżjud mal-vettura li ma għadhiex tintuża.

3.   Il-parts essenzjali għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu huma, b’mod partikolari:

(a)

il-muturi tat-trazzjoni elettrika;

(b)

il-batteriji tal-vetturi elettriċi;

(c)

il-magni;

(d)

diversi biċċiet tal-karozzerija ta’ dimensjonijiet kbar.

4.   Meta l-batterija ta’ vettura elettrika tkun nieqsa minn vettura li ma għadhiex tintuża, il-konsenja tal-vettura li ma għadhiex tintuża għandha tibqa’ mingħajr ħlas jekk l-aħħar sid tal-vettura jipprovdi dokumentazzjoni li turi li l-batterija tal-vettura elettrika ġiet immaniġġjata minn operatur professjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1542.

5.   Fil-każ ta’ vetturi li jkunu ġew iddikjarati bħala telf tekniku totali mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-konsenja ta’ tali vetturi li ma għadhomx jintużaw għandha tkun mingħajr ħlas minkejja li l-parts essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu neqsin.

Artikolu 25

Ċertifikat ta’ distruzzjoni

1.   Il-faċilitajiet tat-trattament awtorizzati għandhom joħorġu ċertifikat ta’ distruzzjoni lill-aħħar sid tal-vettura mal-konsenja tal-vettura li ma għadhiex tintuża lill-faċilità tat-trattament awtorizzata. Iċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni għandu jinħareġ f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness X.

2.   Iċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni għandu jinħareġ f’format elettroniku u jiġi pprovdut permezz ta’ proċedura elettronika ta’ notifika lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 14. Il-faċilità tat-trattament awtorizzata għandha tipprovdi kopja tan-notifika elettronika lill-aħħar sid tal-vettura u lil kwalunkwe operatur ekonomiku li jaġixxi f’isem is-sid tal-vettura.

3.   Meta l-vettura li ma għadhiex tintuża, li għaliha jkun inħareġ ċertifikat ta’ distruzzjoni fi Stat Membru, tkun irreġistrata fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet rilevanti maħtura mill-Istat Membru fejn ikun inħareġ iċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet rilevanti maħtura mill-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura li jkun inħareġ ċertifikat ta’ distruzzjoni għall-vettura inkwistjoni.

4.   L-awtoritajiet rilevanti tar-reġistrazzjoni tal-vettura għandhom jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni ta’ vettura li ma għadhiex tintuża biss wara li jirċievu ċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni għal dik il-vettura.

5.   Iċ-ċertifikati ta’ distruzzjoni maħruġa fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra kollha.

TAQSIMA 4

Trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Artikolu 26

Obbligi għal faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati

1.   Il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għandhom jiżguraw li l-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw u l-parts, il-komponenti u l-materjali tagħhom, kif ukoll il-parts għall-iskart mit-tiswijiet tal-vetturi, jiġu aċċettati u ttrattati f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi tagħhom, kif ukoll f’konformità ma’ dan ir-Regolament. It-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw jista’ jitwettaq individwalment minn faċilità ta’ trattament awtorizzata waħda jew, ħlief għat-tindif mit-tniġġis, f’kooperazzjoni ma’ faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati oħrajn.

2.   Il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għandhom:

(a)

jaħżnu, anki temporanjament, il-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw u l-parts, il-komponenti u l-materjali tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VIII;

(b)

inaddfu mit-tniġġis il-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw, f’konformità mal-Artikolu 28 u mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VIII;

(c)

ineħħu l-parts u l-komponenti elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII mill-vettura li ma għadhiex tintuża f’konformità mal-Artikoli 29 u 30;

(d)

jittrattaw il-vetturi kollha li ma għadhomx jintużaw u l-parts, il-komponenti u l-materjali tagħhom f’konformità mal-Artikoli 27 sa 31, 33, 34 u 35 ta’ dan ir-Regolament u l-Anness VIII tiegħu, mal-ġerarkija tal-iskart u mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(e)

japplikaw l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (10), tad-Direttiva 2010/75/UE, fejn applikabbli;

(f)

jittrattaw fi żmien 12-il xahar mid-data tal-konsenja il-vettura li ma għadhiex tintuża li jkunu rċevew.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/98/KE, il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għandhom jaħżnu b’mod elettroniku r-rekord tal-operazzjonijiet ta’ trattament kollha mwettqa, imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw għal tliet snin, u jkunu jistgħu jippreżentaw din l-informazzjoni, fuq talba mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 51 biex temenda l-Anness VIII billi tadatta r-rekwiżiti minimi ta’ trattament għal vetturi li ma għadhomx jintużaw għall-progress xjentifiku u tekniku relatat mat-teknoloġiji ta’ trattament, fosthom:

(a)

iż-żieda, it-tħassir jew ir-reviżjoni tal-parts u l-komponenti elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII;

(b)

ir-reviżjoni tal-valuri mira għall-frazzjonijiet tal-output elenkati fil-Parti G, il-punt 2, tal-Anness VIII;

(c)

it-twessigħ tal-lista tat-tipi ta’ ligi tal-aluminju elenkati fil-Parti G, il-punti 2(b) u (c), tal-Anness VIII;

(d)

iż-żieda ta’ rekwiżiti tal-kwalità biex isaħħu is-separazzjoni tal-plastik riċiklabbli u l-valuri mira għat-teknoloġiji ta’ riċiklaġġ sussegwenti applikabbli għall-Parti G, il-punt 2, tal-Anness VIII.

4.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati biex jintroduċu sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni ambjentali u jwettqu awditi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

Artikolu 27

Rekwiżiti ġenerali għat-tqattigħ

1.   Mill-1 ta’ Settembru 2029, il-faċilitajiet tat-trattament awtorizzati u operaturi oħra tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu operazzjonijiet ta’ tqattigħ għandhom jitolbu li l-vetturi li ma għadhomx jintużaw ikkonsenjati lilhom għat-tqattigħ, jew parts u komponenti strutturali kbar mix-xażi jew mill-karozzerija minn vetturi li ma għadhomx jintużaw tal-kategoriji N2, N3, M2, M3 u O kkonsenjati lilhom għat-tqattigħ jew għall-qtugħ:

(a)

ikunu tnaddfu mit-tniġġis f’konformità mal-Artikolu 28 u l-parts u l-komponenti tagħhom ikunu tneħħew f’konformità mal-Artikolu 29; u

(b)

ikunu akkumpanjati minn kopja taċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni li jkun inħareġ għall-vettura kkonċernata li ma għadhiex tintuża.

2.   Il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati u l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu operazzjonijiet ta’ tqattigħ u li jirċievu vetturi li ma għadhomx jintużaw li ma humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

jirrappurtaw in-nuqqas ta’ konformità lill-awtorità kompetenti, inkluż l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ikkonsenjat il-vettura li ma għadhiex tintuża lill-faċilità awtorizzata tat-trattament jew lil operatur ieħor tal-immaniġġar tal-iskart għat-tqattigħ;

(b)

joqogħdu lura milli jużaw dawk il-vetturi li ma għadhomx jintużaw fl-operazzjonijiet ta’ tqattigħ tagħhom sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax tali operazzjonijiet jew sakemm jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi ttrattata l-vettura li ma għadhiex tintuża f’konformità mal-Artikoli 28 u 29 u biex jinħareġ ċertifikat ta’ distruzzjoni f’konformità mal-Artikolu 25.

3.   Il-faċilitajiet tat-trattament awtorizzati u l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu tqattigħ ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw għandhom jitħallew iħalltu biss vetturi li ma għadhomx jintużaw, il-parts, il-komponenti u l-materjali tagħhom ma’ skart ieħor, inkluż l-iskart mill-imballaġġ u mal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, jekk il-kriterji u l-valuri ta’ limitu tal-Parti G, il-punti 1 u 2, tal-Anness VIII jiġu ssodisfati.

Artikolu 28

Tindif mit-tniġġis ta’ vettura fi tmiem il-ħajja

1.   Fi żmien 30 jum wara l-konsenja ta’ vettura li ma għadhiex tintuża f’faċilità ta’ trattament awtorizzata, dik il-faċilità għandha tnaddaf mit-tniġġis dik il-vettura qabel ma tiġi ttrattata aktar, f’konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VIII.

2.   Il-fluwidi u l-likwidi elenkati fil-Parti B tal-Anness VIII għandhom jinġabru u jinħażnu separatament, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VIII. Iż-żjut għar-rimi għandhom jinġabru u jinħażnu separatament mill-fluwidi u l-likwidi l-oħra u għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/98/KE.

3.   Il-parts, il-komponenti u l-materjali li fihom is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitneħħew mill-vetturi li ma għadhomx jintużaw, u jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/98/KE.

4.   Il-batteriji għandhom jitneħħew separatament minn vetturi li ma għadhomx jintużaw u jinħażnu f’żona apposta għal trattament ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542.

5.   Il-parts, il-komponenti u l-materjali, li jkunu tnaddfu mit-tniġġis, għandhom jiġu ttrattati u ttikkettati f’konformità mal-Artikoli 18 u 19 tad-Direttiva 2008/98/KE.

6.   Il-faċilità ta’ trattament awtorizzata għandha tiddokumenta t-tindif mit-tniġġis ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, billi tirreġistra l-informazzjoni elenkata fil-Parti B, il-punt 4, tal-Anness VIII u tirrapporta dik l-informazzjoni għal kull sena kalendarja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Artikolu 29

Tneħħija obbligatorja ta’ parts u komponenti għall-użu mill-ġdid, għar-rimanifattura, għar-rinnovazzjoni u għar-riċiklaġġ qabel it-tqattigħ

1.   Mill-1 ta’ Settembru 2029, il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għandhom jiżguraw li l-parts u l-komponenti elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII, jitneħħew minn vettura li ma għadhiex tintuża qabel it-tqattigħ jew l-ikkumpattazzjoni, wara li jkunu tlestew l-operazzjonijiet ta’ tindif mit-tniġġis imsemmija fl-Artikolu 28.

Faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għandhom ineħħu l-parts u l-komponenti elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII b’potenzjal ta’ użu mill-ġdid, rimanifattura jew rinnovazzjoni b’mod mhux distruttiv.

It-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika jekk faċilità ta’ trattament awtorizzata turi li l-iżmuntar manwali, iż-żarmar semiawtomatizzat jew awtomatizzat b’mod mhux distruttiv ta’ parts u komponenti elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII jinvolvi kostijiet ekonomiċi sproporzjonati li ma jistgħux jiġu kkumpensati mid-dħul mistenni mill-użu mill-ġdid, mir-rimanifattura jew mir-rinnovazzjoni ta’ dawk il-parts u l-komponenti.

2.   Faċilità ta’ trattament awtorizzata ma għandhiex tkun meħtieġa tneħħi parts u komponenti elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għandhom jitneħħew b’mod mhux distruttiv f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jekk turi li t-teknoloġiji postshredder jisseparaw materjali minn parts u komponenti ddeżinjati fit-tieni kolonna tal-Parti C tal-Anness VIII b’mod daqstant effiċjenti bħall-proċessi manwali ta’ żmuntar, proċessi semiawtomatizzati jew awtomatizzati ta’ żarmar u li l-kriterji u l-valuri limitu tal-Parti G, il-punti 1 u 2, tal-Anness VIII huma ssodisfati.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-faċilità ta’ trattament awtorizzata għandha tipprovdi l-informazzjoni elenkata fil-Parti G, il-punt 3, tal-Anness VIII.

3.   Minbarra l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/98/KE, il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għandhom iżommu rekords tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw li jiġu pproċessati mingħajr it-tneħħija minn qabel ta’ parts, komponenti u materjali f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inklużi l-isem u l-indirizz tal-faċilitajiet ta’ trattament, u l-VIN tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw ikkonċernati.

Il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għandhom jipprovdu l-informazzjoni fir-rekords imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 50(6).

Artikolu 30

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-parts u l-komponenti mneħħija

1.   Il-parts u l-komponenti kollha li jkunu tneħħew minn vettura li ma għadhiex tintuża skont l-Artikolu 29(1) għandhom jiġu vvalutati biex jiġi ddeterminat jekk humiex tajbin għal:

(a)

l-użu mill-ġdid, f’konformità mal-Parti D, il-punt 1(a), tal-Anness VIII;

(b)

ir-rimanifattura jew ir-rinnovazzjoni, f’konformità mal-Parti D, il-punt 1(b), tal-Anness VIII;

(c)

ir-riċiklaġġ; jew

(d)

operazzjonijiet oħra ta’ trattament, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi ta’ trattament fil-Parti F tal-Anness VIII.

Il-valutazzjoni għandha titwettaq billi titqies b’mod partikolari l-fattibbiltà teknika tat-twettiq tal-proċessi msemmija fl-ewwel subparagrafu u r-rekwiżiti tas-sikurezza tal-vetturi.

2.   Il-parts u l-komponenti mneħħija tajbin għall-użu mill-ġdid, ir-rimanifattura jew ir-rinnovazzjoni għandhom ikunu:

(a)

ittikkettati f’konformità mal-Parti D, il-punt 2, tal-Anness VIII; u

(b)

protetti kif xieraq kontra l-ħsara matul it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt.

3.   Il-parts u l-komponenti elenkati fil-Parti E tal-Anness VIII ma għandhomx jerġgħu jintużaw sakemm il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tikkonfermax li l-użu ta’ dawk il-parts u l-komponenti jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-vetturi kif imniżżel fir-Regolamenti (UE) 2018/858 u (UE) Nru 168/2013. Dawk il-parts u komponenti jistgħu jiġu ttrasferiti biss lil operatur ekonomiku ieħor għall-użu mill-ġdid jekk ikunu ser jiġu installati minn operatur ta’ tiswija u manutenzjoni kwalifikat.

4.   Il-parts u l-komponenti minn vetturi li ma għadhomx jintużaw jew minn operazzjonijiet ta’ tiswija u manutenzjoni li jiġi vvalutati li huma tajbin għall-użu mill-ġdid, ir-rimanifattura jew ir-rinnovazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala skart. Il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti:

(a)

id-dokumentazzjoni li tikkonferma l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li turi li l-parts u l-komponenti huma tajbin għall-finijiet tal-użu mill-ġdid, tar-rimanifattura jew tar-rinnovazzjoni; u

(b)

kopja tal-fattura jew tal-kuntratt relatat mat-trasferiment ta’ dawk il-parts jew komponenti.

5.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-batteriji, li għalihom japplika r-Regolament (UE) 2023/1542.

6.   Il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati għandhom jiżguraw li l-parts u l-komponenti mneħħija, li ma jkunux tajbin għall-użu mill-ġdid, għar-rimanifattura jew għar-rinnovazzjoni, jintbagħtu għat-trattament f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (c) u (d).

Artikolu 31

Kummerċ ta’ parts u komponenti użati, rimanifatturati jew rinnovati

1.   Mill-1 ta’ Settembru 2029, kwalunkwe operatur ekonomiku li jbigħ spare parts u komponenti użati, rimanifatturati jew rinnovati għandu jiżgura li l-parts u l-komponenti jkun fihom it-tikkettar imqiegħed minn faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 30(2), il-punt (a).

2.   Fil-każ ta’ bejgħ ta’ parts u komponenti użati, rimanifatturati jew rinnovati lill-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li dawk il-parts u l-komponenti jkunu kapaċi jżommu l-funzjonijiet u l-prestazzjoni meħtieġa tagħhom permezz ta’ użu normali u jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra applikabbli għall-oġġetti mibjugħin f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/771.

3.   Ir-rekwiżiti għall-operaturi ekonomiċi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw irrispettivament mit-teknika kummerċjali użata, inkluż il-bejgħ online.

Artikolu 32

Użu mill-ġdid, rimanifattura u rinnovazzjoni ta’ parts u komponenti

1.   Mill-1 ta’ Settembru 2029, l-Istati Membri għandhom jinċentivizzaw l-użu mill-ġdid, ir-rimanifattura, il-modifika retroattiva u r-rinnovazzjoni ta’ parts u komponenti, kemm jekk jitneħħew matul il-fażi tal-użu kif ukoll matul il-fażi ta’ tmiem il-ħajja ta’ vettura.

L-inċentivi msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu:

(a)

rekwiżit għall-operaturi tal-manutenzjoni u tat-tiswija biex joffru lill-klijenti l-possibbiltà li jsewwu vettura bi spare parts u komponenti użati, rimanifatturati jew rinnovati flimkien mal-offerta biex isewwu l-vettura b’parts u komponenti ġodda, dment li tali rekwiżit jiġi fformulat biex ma jinħolqux kostijiet eċċessivi jew piżijiet amministrattivi għall-intrapriżi mikro u żgħar;

(b)

inċentivi ekonomiċi mfassla biex jistimulaw is-suq għal spare parts u komponenti użati, rimanifatturati jew rinnovati.

2.   L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart meħtieġa skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/98/KE l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri dwar l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-effettività tal-inċentivi mogħtija mill-Istati Membri.

Artikolu 33

Miri għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru

1.   Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 17(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jiżguraw li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart jilħqu l-miri li ġejjin:

(a)

l-użu mill-ġdid u l-irkupru, kif ikkalkolati flimkien, ikunu tal-anqas 95 %, skont il-piż medju għal kull vettura, minbarra l-batteriji, u fis-sena;

(b)

l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, kif ikkalkolati flimkien, ikunu tal-anqas 85 %, skont il-piż medju għal kull vettura, minbarra l-batteriji, u fis-sena.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2032, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 17(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jiżguraw li l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart jilħqu mira ta’ kull sena għar-riċiklaġġ tal-plastik ta’ mill-anqas 30 % tal-piż medju totali tal-plastik li jinsab fil-vetturi li ma għadhomx jintużaw.

Il-piż tal-plastik riċiklat u l-piż totali tal-plastiks imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jeskludu l-elastomeri, il-polimeri termossettjati għajr il-fowms tal-poliuretan użati għall-kuxxini, u l-plastiks li fihom jew li huma kkontaminati minn kwalunkwe sustanza msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1021 meta jinqabżu s-sollijiet tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 34

Projbizzjoni fuq ir-rimi fil-landfills ta’ skart mhux inerti

Mill-1 ta’ Settembru 2029, il-frazzjonijiet tqal tat-tqattigħ u ħfief tat-tqattigħ minn vetturi li ma għadhomx jintużaw li jifdal wara t-trattament li jkun fihom skart mhux inerti ma għandhomx jiġu aċċettati f’landfill jekk jaqbżu l-valuri limitu stabbiliti fil-Parti G, il-punti 2(d) u 2(e) tal-Anness VIII.

Artikolu 35

Vjeġġi ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

1.   It-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw jista’ jsir barra mill-Istat Membru kkonċernat jew barra mill-Unjoni, dment li l-vjeġġ ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw jew ta’ skart prodott fil-proċess tat-trattament tagħhom ikun f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1157.

2.   Il-vjeġġi ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw mill-Unjoni lejn pajjiż terz f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jgħoddu biss lejn l-issodisfar tal-obbligi u l-miri stabbiliti fl-Artikolu 33 jekk l-esportatur tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw jipprovdi prova dokumentarja approvata mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni li turi li dan it-trattament seħħ f’kundizzjonijiet li huma kkunsidrati ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

KAPITOLU V

TRASFERIMENT TAS-SJIEDA U DISTINZJONI BEJN VETTURI UŻATI U VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW

Artikolu 36

Trasferiment tas-sjieda ta’ vetturi użati fl-Unjoni

1.   Għall-fini tat-trasferiment tas-sjieda ta’ vettura użata fl-Unjoni, operatur ekonomiku għandu jippreżenta lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika interessata li takkwista s-sjieda tal-vettura kkonċernata d-dokumentazzjoni li turi li mhijiex vettura li ma għadhiex tintuża, irrispettivament mit-tekniki kummerċjali użati, inkluż permezz ta’ rkanti dedikati għall-operaturi ekonomiċi, kuntratti mill-bogħod jew pjattaformi online. Dik id-dokumentazzjoni għandha turi li hija vettura b’affidabbiltà stradali jew għandha tikkonsisti f’valutazzjoni f’konformità mal-Anness I li turi li mhijiex vettura li ma għadhiex tintuża.

2.   Għall-fini tat-trasferiment tas-sjieda ta’ vettura użata fl-Unjoni, il-persuni fiżiċi li mhumiex operaturi ekonomiċi għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu biss id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 meta:

(a)

il-vettura tiġi ddikjarata bħala telf ekonomiku totali minn kumpanija tal-assigurazzjoni;

(b)

il-bejgħ jiġi konkluż kompletament permezz ta’ pjattaforma online, mingħajr trasferiment fiżiku tal-vettura bejn il-bejjiegħ u x-xerrej jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom.

Artikolu 37

Status tal-vettura

1.   Meta tivvaluta l-ħsara lil vettura involuta f’inċident, il-kumpanija tal-assigurazzjoni jew kwalunkwe espert tal-vetturi ieħor li jwettaq il-valutazzjoni f’isimha għandu jivvaluta wkoll jekk il-vettura hijiex vettura li ma għadhiex tintuża f’konformità mal-Anness I.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li sid ta’ vettura, meta jkun hemm dubju li vettura użata tkun vettura li ma għadhiex tintuża, jippreżenta dokumentazzjoni li turi li l-vettura kkonċernata mhijiex vettura li ma għadhiex tintuża. Din id-dokumentazzjoni għandha tikkonsisti f’valutazzjoni f’konformità mal-Anness I, jew ċertifikat tal-affidabbiltà stradali validu.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament, biex temenda dan ir-Regolament billi tneħħi l-kriterji elenkati fl-Anness I biex tiddetermina jekk vettura użata hijiex vettura li ma għadhiex tintuża, dment li l-progress teknoloġiku fil-qasam tat-traċċabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija u s-sikurezza jiġġustifika li jiġu limitati l-każijiet fejn il-vettura għandha titqies bħala vettura li ma għadhiex tintuża.

KAPITOLU VI

ESPORTAZZJONI TA’ VETTURI UŻATI LEJN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 38

Awtorità kompetenti għall-esportazzjoni ta' vetturi użati lejn pajjiżi terzi

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-obbligi stipulati f’dan il-Kapitolu.

2.   Sat-30 ta’ Settembru 2027, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew fl-indirizzi ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 39

Kontrolli u r-rekwiżiti dwar l-esportazzjoni ta’ vetturi użati

1.   Mill-1 ta’ Settembru 2031, il-vetturi użati għall-esportazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

2.   Dan il-Kapitolu huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament kif ukoll għal atti legali oħra tal-Unjoni li tirregola r-rilaxx għall-esportazzjoni ta’ merkanzija, b’mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Artikoli 46, 47, 267 u 269 tiegħu.

3.   Il-vetturi użati jistgħu jiġu esportati biss jekk:

(a)

ma jkunux vetturi li ma għadhomx jintużaw; u

(b)

ikollhom affidabbiltà stradali fid-data li titressaq id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, dment li ma jkunux ġew rikonoxxuti bħala vetturi ta’ interess kulturali speċjali f’konformità mal-Artikolu 2(2), il-punt (f), u l-Anness II.

4.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta jew għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali għal kull vettura użata għall-esportazzjoni:

(a)

il-VIN tal-vettura użata u l-identifikazzjoni tal-Istat Membru fejn il-vettura kienet irreġistrata l-aħħar;

(b)

dikjarazzjoni li tikkonferma li l-vettura użata tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jew jiġi pprovdut ċertifikat kif imsemmi fl-Anness II.

5.   Sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma’ dan il-Kapitolu dwar il-permess li vettura użata tiġi rilaxxata għall-esportazzjoni:

(a)

sakemm l-interkonnessjoni msemmija fl-Artikolu 46(4) tkun operazzjonali, l-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 45, u, fejn meħtieġ, għandhom iqisu tali skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni sabiex jippermettu li vettura użata tiġi rilaxxata għall-esportazzjoni;

(b)

ladarba l-interkonnessjoni msemmija fl-Artikolu 46(4) tkun operazzjonali, għandhom japplikaw l-Artikolu 40, l-Artikolu 41(2) u (3) u l-Artikolu 43(3), u n-notifiki u skambji oħra skont l-Artikoli 42, 43 u 44 għandhom isiru permezz ta’ dawk is-sistemi elettroniċi.

6.   Vettura użata għall-esportazzjoni ma għandhiex tkun soġġetta:

(a)

għal entrata fir-rekords tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(b)

għal awtovalutazzjoni skont l-Artikolu 185 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 40

Verifika awtomatizzata tal-informazzjoni dwar l-istatus tal-vettura

1.   Qabel ma vettura użata tiġi rilaxxata għall-esportazzjoni, id-dwana għandha tivverifika b’mod elettroniku u awtomatiku permezz tas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 46(4) jekk, abbażi tal-VIN u l-informazzjoni dwar l-Istat Membru tal-aħħar reġistrazzjoni, il-vettura għandhiex affidabbiltà stradali. Dan l-obbligu ma għandux japplika fir-rigward ta’ vetturi li ġew rikonoxxuti bħala vetturi ta’ interess kulturali speċjali f’konformità mal-Artikolu 2(2), il-punt (f), u l-Anness II.

2.   Meta l-informazzjoni pprovduta jew li ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali ma tikkorrispondix mal-informazzjoni fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi u fis-sistemi elettroniċi nazzjonali dwar l-affidabilità stradali skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jirrilaxxaw dik il-vettura għall-esportazzjoni u għandhom jinformaw lill-persuna fiżika jew legali kkonċernata b’dan permezz ta’ dawn is-sistemi.

Artikolu 41

Ġestjoni tar-riskji u kontrolli doganali

1.   Għall-finijiet tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu kontrolli fuq vetturi użati għall-esportazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji u l-kontrolli doganali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 952/2013. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament, tali kontrolli għandhom ikunu primarjament ibbażati fuq analiżi tar-riskju, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2.   Minbarra l-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ladarba l-interkonnessjoni msemmija fl-Artikolu 46 tkun operattiva, is-sistemi elettroniċi […]msemmija fl-Artikolu 46(1) għandu jkun fihom l-informazzjoni u l-awtoritajiet doganali għandhom awtomatikament u elettronikament jivverifikaw permezz tal-interkonnessjoni msemmija fl-Artikolu 46(4) jekk vettura użata li ser tiġi esportata tikkonformax ma’ kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent jew tas-sikurezza fit-toroq f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 51 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kundizzjonijiet speċifiċi applikati għall-importazzjoni ta’ vetturi użati mill-pajjiż terz tal-importazzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent u s-sikurezza fit-toroq, meta tali kundizzjonijiet ikunu ġew innotifikati minn dak il-pajjiż terz lill-Kummissjoni. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu verifikabbli abbażi tal-informazzjoni disponibbli fis-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 46(1).

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment fuq portal online iddedikat apposta, il-kundizzjonijiet speċifiċi notifikati lilha li huma marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent jew mas-sikurezza fit-toroq imposti minn pajjiżi terzi f’konformità mal-paragrafu 3.

Artikolu 42

Sospensjoni

1.   Meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li vettura użata għall-esportazzjoni tista’ ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet doganali għandhom minnufih jissospendu r-rilaxx għall-esportazzjoni ta’ dik il-vettura użata, jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 38 bis-sospensjoni u jibagħtu l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jiddeterminaw jekk il-vettura użata tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tistax tiġi rilaxxata għall-esportazzjoni.

2.   Sabiex jiġi ddeterminat jekk vettura użata, soġġetta għal sospensjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu, minn kwalunkwe persuna involuta fl-esportazzjoni ta’ dik il-vettura użata, informazzjoni addizzjonali, inkluża informazzjoni dwar il-bejgħ jew it-trasferiment tas-sjieda tal-vettura, bħal kopja tal-fattura jew tal-kuntratt, u prova dokumentarja li dik il-vettura użata hija maħsuba għal użu ulterjuri.

Artikolu 43

Rilaxx għall-esportazzjoni

1.   Meta r-rilaxx ta’ vettura użata għall-esportazzjoni jkun ġie sospiż f’konformità mal-Artikolu 42, dik il-vettura użata għandha tiġi rrilaxxata għall-esportazzjoni meta jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti u l-formalitajiet l-oħra kollha relatati ma’ tali rilaxx u meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 38 ma talbux, fi żmien erbat ijiem tax-xogħol mill-bidu tas-sospensjoni, lill-awtoritajiet doganali biex iżommu s-sospensjoni; jew

(b)

l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 38 ikunu infurmaw lill-awtoritajiet doganali bl-approvazzjoni tagħhom għar-rilaxx għall-esportazzjoni skont dan il-Kapitolu.

2.   Ir-rilaxx għall-esportazzjoni ma għandux jitqies bħala prova ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni u ma’ dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 952/2013.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom awtomatikament jinnotifikaw il-ħruġ tal-vettura mill-Unjoni permezz tal-interkonnessjoni msemmija fl-Artikolu 46(4) lill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-vettura tal-Istat Membru tal-aħħar reġistrazzjoni. L-awtorità ta’ reġistrazzjoni tal-vettura għandha tirreġistra fir-reġistru nazzjonali tagħha tal-vetturi li l-vettura ġiet esportata lejn pajjiż terz.

Artikolu 44

Rifjut ta’ rilaxx għall-esportazzjoni

1.   Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li vettura użata li għaliha tkun ġiet innotifikata s-sospensjoni f’konformità mal-Artikolu 42 ma tikkonformax ma’ dan il-Kapitolu, l-awtorità kompetenti għandha titlob minnufih lill-awtoritajiet doganali biex ma jirrilaxxawhiex għall-esportazzjoni u jinnotifikawha b’dan.

2.   Man-notifika mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jirrilaxxaw il-vettura użata għall-esportazzjoni.

Artikolu 45

Kooperazzjoni fost l-awtoritajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin b’mod reċiproku fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-livell bilaterali, b’mod partikolari biex jiġi vverifikat l-istatus ta’ vettura, inkluża l-verifika tal-istatus ta’ reġistrazzjoni tagħha fl-Istat Membru li fih tkun ġiet irreġistrata qabel.

2.   Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet amministrattivi minn pajjiżi terzi. Tali kooperazzjoni tista’ tinkludi l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni rilevanti, it-twettiq ta’ spezzjonijiet konġunti, u forom oħra ta’ assistenza reċiproka kif meqjus meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw l-esportazzjoni ta’ vetturi użati.

3.   L-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u jiskambjaw informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi. L-awtoritajiet doganali jistgħu jikkomunikaw, f’konformità mal-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, informazzjoni kunfidenzjali miksuba mill-awtoritajiet doganali matul il-qadi ta’ dmirijiethom, jew ipprovduta lill-awtoritajiet doganali fuq bażi kunfidenzjali, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit l-operatur jew in-negozjant.

4.   Meta awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew informazzjoni f’konformità mal-paragrafi 1 sa 3, dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri oħra.

5.   L-informazzjoni relatata mar-riskji għandha tiġi skambjata kif ġej:

(a)

bejn l-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(b)

bejn l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(c)

bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 46

Sistemi elettroniċi

1.   Is-sistema elettronika MOVE-HUB żviluppata mill-Kummissjoni għandha tintuża għall-iskambju tal-VIN u l-informazzjoni oħra dwar l-istatus tar-reġistrazzjoni tal-vettura u tal-affidabbiltà stradali bejn ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi u s-sistemi elettroniċi dwar l-affidabbiltà stradali tal-Istati Membri, kif ukoll, għall-interkonnessjoni mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana, fejn meħtieġ għall-kontrolli u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

2.   Is-sistema elettronika MOVE-HUB imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tipprovdi mill-anqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:

(a)

biex tiskambja d-data f’ħin reali mar-reġistri nazzjonali tal-vetturi u mas-sistemi elettroniċi nazzjonali dwar l-affidabbiltà stradali tal-Istati Membri interkonnessi magħha;

(b)

biex ikun jista’ jsir kontroll elettroniku awtomatizzat tad-data pprovduta f’ċertifikat tal-affidabbiltà stradali kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva 2014/45/UE, tad-data tal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vettura, kif ukoll tal-Istat Membru fejn vettura kienet irreġistrata l-aħħar, kif imsemmi fid-Direttiva 1999/37/KE, biex jiġi ddeterminat jekk vettura użata għall-esportazzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39, fl-Artikolu 40(1) u fl-Artikolu 41;

(c)

biex toħloq interkonnessjoni mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2399 għall-fini tal-iskambju ta’ data, u tappoġġa l-proċess ta’ skambju ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikoli 40(1) u l-Artikolu 41(2), kif ukoll tappoġġa n-notifiki msemmija fl-Artikoli 42, 43 u 44;

(d)

għall-finijiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 45(2), biex tippermetti l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 41(2) il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta’ vetturi użati li japplikaw.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu interkonnessjoni bejn ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi tagħhom u s-sistemi elettroniċi nazzjonali dwar l-affidabbiltà stradali mas-sistema elettronika MOVE-HUB imsemmija fil-paragrafu 1. Dik l-interkonnessjoni għandha tkun operattiva fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

4.   Il-Kummissjoni għandha tgħaqqad is-sistema MOVE-HUB imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mas-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2399, sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-kontrolli awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 40 u fl-Artikolu 41(2) u n-notifiki msemmija fl-Artikoli 42, 43 u 44. Dik l-interkonnessjoni għandha tkun operattiva fi żmien erba’ snin wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Settembru 2028, tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-MOVE-HUB imsemmi fil-paragrafu 2, inklużi l-miżuri tekniċi meħtieġa għall-interkonnessjoni tas-sistemi elettroniċi nazzjonali mal-MOVE-HUB, il-kundizzjonijiet tal-konnessjoni mal-MOVE-HUB, id-data li għandha tintbagħat mis-sistemi nazzjonali u l-format għat-trażmissjoni ta’ dik id-data permezz tas-sistemi nazzjonali interkonnessi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

KAPITOLU VII

INFURZAR

Artikolu 47

Spezzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom, għall-fini tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament, jistabbilixxu strateġiji ta’ spezzjoni mmirati lejn il-kxif ta’ attivitajiet illegali fil-qasam tal-ġbir, u t-trattament u l-esportazzjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-parts u l-komponenti tagħhom. Dawk l-istrateġiji għandhom jipprevedu l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   L-Istati Membri għandhom, għall-finijiet tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament, jispezzjonaw:

(a)

faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati;

(b)

il-punti ta’ ġbir;

(c)

faċilitajiet u operaturi ekonomiċi oħra, li jaf ikunu involuti fil-ġbir, it-trattament u l-esportazzjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, jew fil-bejgħ ta’ spare parts u komponenti użati.

3.   L-għadd totali ta’ operaturi elenkati fil-paragrafu 2 li għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni kull sena kalendarja għandu jiġi kkalkulat bħala li huwa mill-anqas 10 % tal-operaturi elenkati fil-paragrafu 2, punti (a) u (b).

4.   L-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll spezzjonijiet regolari u bbażati fuq ir-riskju dwar l-esportazzjoni ta’ vetturi użati sabiex jivverifikaw il-konformità mal-Artikolu 39.

5.   Sabiex issir distinzjoni bejn vetturi użati u vetturi li ma għadhomx jintużaw, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jispezzjonaw il-vjeġġi ta’ vetturi użati suspettati li huma vetturi li ma għadhomx jintużaw biex jiżguraw li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 36 u l-Anness I u jimmonitorjaw tali vjeġġi skont il-każ.

6.   Meta l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru jistabbilixxu li vjeġġ maħsub ta’ vettura użata jinvolvi vettura waħda jew aktar li ma għadhomx jintużaw, il-kostijiet tal-analiżijiet, spezzjonijiet u ħżin xierqa tal-vetturi suspettati li huma vetturi li ma għadhomx jintużaw jistgħu jiġu imposti fuq il-persuni li jorganizzaw il-vjeġġ ta’ dawk il-vetturi.

Artikolu 48

Kooperazzjoni fl-infurzar fil-livell nazzjonali u bejn l-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha involuti fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament, mekkaniżmi effettivi li jippermettu lil dawk l-awtoritajiet jikkooperaw u jikkoordinaw domestikament dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet ta’ infurzar relatati mal-monitoraġġ tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, it-tneħħija tar-reġistrazzjoni, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni ta’ distruzzjoni, l-esportazzjoni ta’ vetturi użati kif ukoll il-prevenzjoni tat-trattament illegali u l-esportazzjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, fuq livell bilaterali u multilaterali sabiex jiffaċilitaw il-prevenzjoni u l-kxif ta’ trattament illegali u ta’ esportazzjoni illegali ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u biex jindirizzaw il-kwistjoni ta’ vetturi neqsin. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, it-tneħħija tar-reġistrazzjoni u s-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku msemmija fl-Artikolu 46. Huma għandhom jiskambjaw ukoll informazzjoni rilevanti dwar il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati u l-operaturi tat-tiswija u l-manutenzjoni mhux permessi bħala faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament, u faċilitajiet u operaturi ekonomiċi oħra, li jistgħu jwettqu operazzjonijiet li jikkonċernaw it-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw. Huma għandhom jaqsmu l-informazzjoni, l-esperjenza u l-għarfien dwar attivitajiet illegali marbuta ma’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, il-miżuri ta’ infurzar u azzjonijiet konġunti fuq bażi regolari fi ħdan strutturi stabbiliti, bħal networks ta’ infurzar, aġenziji u l-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament.

L-iskambju tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi għandu jinkludi l-aċċess għal data dwar il-prestazzjoni, u n-natura u r-riżultati, tal-kontrolli mwettqa u l-iskambju tagħha mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra biex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni min huma l-membri tal-persunal permanenti tagħhom responsabbli għall-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 45.

Artikolu 49

Penali

Sal-1 ta’ Settembru 2029, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 15(1), l-Artikolu 16, l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 22(1) u (2), l-Artikoli 23 u 24, l-Artikolu 25(1) u (2), l-Artikoli 26 sa 31, u l-Artikoli 33, 34, 36, 37 u 39 ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 50

Rapportar lill-Kummissjoni

1.   Mill-1 ta’ Settembru 2029, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku f’forma aggregata għal kull sena kalendarja u fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5, id-data li ġejja, li għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni u d-data li jaslu mingħand il-produtturi, l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur u l-operaturi tal-ġestjoni tal-iskart:

(a)

in-numru ta’ negozji reġistrati fl-Istat Membru;

(b)

l-għadd ta’ vetturi mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru;

(c)

l-għadd u l-piż ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw li jkunu nġabru u tnaddfu mit-tniġġis fl-Istat Membru;

(d)

l-għadd u l-piż ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw riċiklati fit-territorju tal-Istat Membru;

(e)

l-għadd u l-piż ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw esportati jew ittrasportati għal trattament ulterjuri lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz;

(f)

l-għadd u l-piż ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw importati jew ittrasportati għal trattament ulterjuri lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz;

(g)

l-għadd ta’ vetturi użati rilaxxati għall-esportazzjoni u l-għadd ta’ vetturi użati importati;

(h)

l-għadd ta’ ċertifikati ta’ distruzzjoni maħruġa;

(i)

il-piż totali u, fejn rilevanti, l-ammont tal-parts, tal-komponenti u tal-materjali mneħħija minn vetturi li ma għadhomx jintużaw għall-finijiet ta’:

(i)

użu mill-ġdid;

(ii)

rimanifattura jew rinnovazzjoni;

(iii)

riċiklaġġ;

(iv)

irkupru, inkluż l-irkupru tal-enerġija;

(v)

rimi;

(j)

l-ammont u l-piż tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw ittrattati b’mod differenti minn dak indikat fil-punt (d);

(k)

l-ammont u l-piż tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw li jintużaw għar-radam mill-ġdid;

(l)

ir-rati tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 33 miksuba mill-operaturi kollha tal-immaniġġar tal-iskart li huma attivi fl-Istat Membru;

(m)

l-użu tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 29(2), u kif din ġiet immonitorjata mill-Istat Membru relatur;

(n)

id-data dwar l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, inklużi l-ismijiet tal-persuni ġuridiċi li jirrappreżentaw;

(o)

id-data dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 21;

(p)

il-kwantitajiet ta’ parts u komponenti li fihom ammonti ta’ materja prima kritika mneħħija minn vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-kwantitajiet ta’ materja prima kritika rkuprata minn dawn il-parts u komponenti.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu disponibbli għall-pubbliku fi żmien 18-il xahar minn tmiem il-perjodu ta’ rapportar li għalih din tkun inġabret. Id-data għandha tkun tista’ tinqara minn magna, tiġi ssortjata u titfittex, u għandha tirrispetta l-istandards miftuħa għall-użu minn partijiet terzi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ssir disponibbli.

L-ewwel perjodu ta’ rapportar għandu jkun l-ewwel sena kalendarja wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

2.   Id-data li ssir disponibbli mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta’ kontroll tal-kwalità. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 5.

3.   Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport li jiġbor fil-qosor:

(a)

l-inċentivi introdotti biex jippromwovu l-użu mill-ġdid, ir-rimanifattura u r-rinnovazzjoni ta’ parts u komponenti f’konformità mal-Artikolu 32 u l-impatt stmat tagħhom;

(b)

l-applikazzjoni ta’ penali u sanzjonijiet oħra previsti fil-liġi nazzjonali tagħhom għall-ksur ta’ dan ir-Regolament adottati f’konformità mal-Artikolu 49, inkluża lista tat-tip ta’ ksur innotifikat u t-tipi ta’ miżuri meħuda;

(c)

ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 47;

(d)

il-mod tal-applikazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ “vettura li ma għadhiex tintuża” u “vettura użata”, inklużi d-diffikultajiet prattiċi li wieħed jiltaqa’ magħhom f’dak il-kuntest.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw dak ir-rapport lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mit-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin li dan ikopri. L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Settembru 2032.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri u tfassal u tippubblika rapporti dwar l-informazzjoni riċevuta sabiex issostni l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri u sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki applikati fl-Istati Membri.

4.   Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiġbor u tirrieżamina l-informazzjoni li ssir disponibbli f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:

(a)

il-metodoloġija u r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rapportar tad-data f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi:

(i)

il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ammont u l-piż tal-parts, tal-komponenti u tal-materjali mneħħija għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1(i), (j), (k) u (p);

(ii)

il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-piż tal-iskart riċiklat, inkluża d-determinazzjoni tal-punti ta’ kalkolu u tal-punti ta’ kejl, u, jekk ikun meħtieġ, il-possibbiltajiet li jiġu applikati rati medji ta’ telf;

(iii)

il-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-ilħuq tal-miri ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru msemmija fl-Artikolu 33, inkluż fil-każ ta’ tqattigħ ikkombinat ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw ma’ skart ieħor imsemmi fl-Artikolu 27 u fil-Parti G, il-punt 3, tal-Anness VIII;

(b)

il-format għar-rapportar lill-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 1, kif ukoll il-format għar-rapport tal-kontroll tal-kwalità.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Marzu 2029, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

6.   Il-produtturi, l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u operaturi ekonomiċi rilevanti oħra għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti data preċiża u affidabbli li tippermetti lill-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar tagħhom skont dan l-Artikolu.

KAPITOLU VIII

SETGĦAT DELEGATI U PROĊEDURA TA’ KUMITAT

Artikolu 51

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(3), 5(6), 6(6) sa (9), 7(3), 11(4), 12(2), 21(2), 22(6), 26(3), 37(3) u 41(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin wara it-13 ta’ Awwissu 2026. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(3), 5(6), 6(6) sa (9), 7(3), 11(4), 12(2), 21(2), 22(6), 26(3), 37(3) u 41(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(3), 5(6), 6(6) sa (9), 7(3), 11(4), 12(2), 21(2), 22(6), 26(3), 37(3) u 41(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 52

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU IX

EMENDI

Artikolu 53

Emendi għar-Regolament (UE) 2023/1542

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1542 huwa emendat f’konformità mal-Anness XII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 54

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/1020

Fir-Regolament (UE) 2019/1020, l-Anness II, punti 10 u 11 jitħassru.

Artikolu 55

Emendi għar-Regolamenti (UE) 2018/858 u (UE) Nru 168/2013

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858 u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 huma emendati f’konformità mal-Anness XI ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Article 56

Rieżami

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2035, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem u l-funzjonament tas-suq uniku u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendar tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

2.   Filwaqt li tqis il-progress tekniku u l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri kif ukoll kwalunkwe reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport tagħha evalwazzjoni dwar dan li ġej:

(a)

il-ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u III, kif ukoll il-Kapitolu IV it-Taqsima II, għall-vetturi tal-kategoriji L kif definiti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u l-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u O kif stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858;

(b)

il-ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-vetturi b’approvazzjoni tat-tip f’approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji u għall-karavans bil-mutur biex jinkludi l-karavans bit-trejler fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(c)

il-ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI għall-vetturi tal-kategorija L, kif definit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(d)

il-miżuri li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib preżenti fil-vetturi u l-ħtieġa li jiġu introdotti aktar dispożizzjonijiet li jindirizzaw sustanzi ta’ tħassib li jistgħu jaffettwaw ir-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tal-vetturi fi tmiem il-ħajja tagħhom;

(e)

il-miżuri rigward il-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw stabbiliti fil-Kapitolu IV, inklużi l-livelli ta’ miri stabbiliti fl-Artikolu 33 u l-ħtieġa li dawn jiġu riveduti;

(f)

il-ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-livelli fil-mira tar-riċiklaġġ, kif stabbilit fl-Artikolu 33, għall-kategoriji tal-vetturi li l-Artikolu 33 ma japplikax għalihom skont dan ir-Regolament;

(g)

il-ksur u l-effettività, il-proporzjonalità u d-dissważività tal-penali kif stabbilit fl-Artikolu 49;

(h)

il-ħtieġa li jiġi emendat l-Artikolu 5;

(i)

il-punt sa fejn il-kwistjoni tal-vetturi nieqsa ġiet solvuta, inklużi stimi tal-għadd ta’ vetturi nieqsa u l-impatt tal-miżuri fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ vetturi użati, u l-ħtieġa li jiġu inklużi miżuri addizzjonali li jindirizzaw il-kwistjoni tat-traċċabbiltà tal-vetturi;

(j)

ir-rekwiżiti għall-kontenut tal-plastik riċiklat, inklużi l-miri u l-obbligi għall-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ fl-Unjoni u barra minnha kif stabbilit fl-Artikolu 6(1) sa (4) ta’ dan ir-Regolament, u l-ħtieġa ta’ reviżjoni fuq dik il-bażi, inkluża evalwazzjoni tal-iżviluppi għall-azzar u l-aluminju relatati mal-Artikolu 6(7) u (8) ta’ dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) 2025/40 jew ir-Regolament (UE) 2024/1781, biex jiġu żgurati l-koerenza u l-allinjament;

(k)

il-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 22 għall-allokazzjoni tal-kostijiet għall-vetturi li jsiru vetturi li ma għadhomx jintużaw fi Stat Membru ieħor u l-ħtieġa tar-reviżjoni tiegħu;

(l)

id-dispożizzjonijiet dwar proċessi li jistgħu jaffettwaw ir-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tal-vetturi fi tmiem il-ħajja tagħhom;

(m)

l-impatt tad-differenzi fil-kriterji nazzjonali tal-affidabbiltà stradali fuq l-esportazzjonijiet tal-vetturi użati;

(n)

l-effettività, l-interoperabbiltà u l-affidabbiltà tas-sistemi nazzjonali ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi u l-iskambju transfruntier tagħhom ta’ informazzjoni fl-iżgurar tal-identifikazzjoni, l-istatus u t-traċċabbiltà preċiżi tal-vetturi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, b’attenzjoni partikolari għal:

(i)

l-impatt tad-dereġistrazzjoni temporanja fuq il-preċiżjoni, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà tar-rekords tal-vetturi, inkluż ir-rwol tagħha fl-identifikazzjoni ta’ vetturi neqsin;

(ii)

il-ħtieġa ta’ rekwiżiti minimi għad-dereġistrazzjoni tal-vetturi madwar l-Unjoni, bħall-istabbiliment ta’ durata massima u kundizzjonijiet stretti ta’ tiġdid, biex tissaħħaħ it-traċċabbiltà tal-vetturi u jiġi evitat it-trattament illegali tagħhom.

3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-istat tal-iżvilupp teknoloġiku, il-prestazzjoni ambjentali u ekonomika u d-disponibbiltà tal-kontenut tal-plastik b’bażi bijoloġika u tal-elastomeri derivati mir-riproċessar tat-tajers f’vetturi ġodda, filwaqt li tqis il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u kwalunkwe kriterju ta’ sostenibbiltà li jrid jiġi stabbilit għat-tajers skont ir-Regolament (UE) 2024/1781.

4.   Meta jkun xieraq, u abbażi tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex:

(a)

tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għal materja prima b’bażi bijoloġika fil-plastik użat fil-vetturi;

(b)

tistabbilixxi miri biex jiżdied l-użu ta’ materja prima b’bażi bijoloġika fil-plastik użat fil-vetturi;

(c)

tistabbilixxi miri li jinkludu l-użu ta’ elastomeri derivati mir-riproċessar tat-tajers mill-vetturi;

(d)

tivvaluta sa liema punt il-miri msemmija fil-punt (b) jistgħu jiġu kkombinati mal-miri stabbiliti fl-Artikolu 6(1) jew jiżdiedu magħhom;

(e)

tivvaluta sa liema punt il-miri msemmija fil-punt (c) jistgħu jiġu kkombinati mal-miri stabbiliti fl-Artikolu 6(1);

(f)

timmodifika, fejn xieraq, id-definizzjoni ta’ plastik b’bażi bijoloġika stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (53), tar-Regolament (UE) 2025/40, id-definizzjoni ta’ plastik fl-Artikolu 3(1), il-punt (9), ta’ dan ir-Regolament u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miri tal-plastik riċiklat kif speċifikat fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament;

(g)

timmodifika, fejn xieraq, il-metodoloġija tal-kalkolu u tal-verifika kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) u r-rekwiżiti għall-installazzjonijiet li jipproċessaw l-elastomeri minn tajers ibbażati fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

5.   Fejn xieraq biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà effettiva u uniformi tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw, u abbażi tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (n), il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar ir-regoli tad-dereġistrazzjoni tal-vetturi madwar l-Unjoni.

6.   Sal-14 ta’ Awwissu 2031, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni biex tevalwa, abbażi tad-dikjarazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 10, jekk il-manifatturi humiex fit-triq it-tajba biex jikkonformaw mal-miri tal-plastik riċiklat stabbiliti fl-Artikolu 6(1). Il-valutazzjoni għandha b’mod partikolari tevalwa:

(a)

id-disponibbiltà ta’ teknoloġiji xierqa tar-riċiklaġġ tal-plastik;

(b)

id-disponibbiltà suffiċjenti ta’ plastik riċiklat;

(c)

il-livell tal-kwalità tal-plastik riċiklat meta mqabbel mal-livell ta’ sikurezza meħtieġ; u

(d)

id-diffikultajiet tekniċi u ekonomiċi biex jintlaħqu l-miri tal-plastik riċiklat.

Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda l-miri stabbiliti fl-Artikolu 6(1) sabiex tipprevedi derogi mill-kamp ta’ applikazzjoni, mill-kalendarju jew mil-livell tal-perċentwali minimi stabbiliti fih.

Artikolu 57

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Id-Direttiva 2000/53/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Settembru 2028.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2000/53/KE għandhom ikomplu japplikaw:

(a)

l-Artikolu 4(2) u l-Anness II, sal-31 ta’ Awwissu 2032; madankollu, l-entrati 5(a), 5(b)(i), 5(b)(ii) u 16 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE għandhom jieqfu japplikaw mit-13 ta’ Awwissu 2026;

(b)

l-Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(3) u (4), sal-31 ta’ Awwissu 2029;

(c)

l-Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, u l-Anness I sal-31 ta’ Awwissu 2029;

(d)

l-Artikolu 7(2)(b), sal-31 ta’ Diċembru 2030;

(e)

l-Artikolu 9(1a), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 9(1b) u l-Artikolu 9(1d), sal-31 ta’ Awwissu 2029;

(f)

l-Artikolu 9(1a), it-tieni subparagrafu, sal-31 ta’ Awwissu 2031.

2.   Id-Direttiva 2005/64/KE titħassar b’effett mill-31 ta’ Awwissu 2032.

Madankollu, l-Artikolu 6(3) tagħha jitħassar b’effett mill-31 ta’ Awwissu 2029.

3.   Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XV.

4.   B’deroga mill-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament, sal-14 ta’ Awwissu 2032, fejn dak l-Artikolu jirreferi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, tali referenza għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/64/KE.

B’deroga mill-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament, sal-14 ta’ Awwissu 2032, fejn dak l-Artikolu jirreferi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, tali referenza għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2005/64/KE.

Artikolu 58

Applikabbiltà għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq

1.   L-Artikolu 14 għandu japplika biss fir-rigward tal-Artikolu 30, l-Artikolu 31 u l-Artikolu 35(1) għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

2.   L-Artikoli 15 sa 29, l-Artikoli 32, 33 u 34 u l-Artikolu 35(2) ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

3.   L-Artikolu 47(2), il-punt (a), u l-Artikolu 47(3) ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

4.   L-Artikolu 48(1) u (2) ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward tal-prevenzjoni tat-trattament illegali ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

5.   L-Artikolu 48(2) ma għandux japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti dwar faċilitajiet tat-trattament awtorizzati.

6.   L-Artikolu 49 ma għandux japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward tal-Artikolu 15(1), l-Artikolu 16, l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 22(1) u (2), l-Artikolu 23, l-Artikolu 24, l-Artikolu 25(1) u (2), l-Artikoli 27 sa 29, l-Artikolu 33 u l-Artikolu 34.

7.   L-Artikolu 50(1), il-punt (c), (d), (h), (i)(iii), (i)(iv), (i)(v), (j), (k), (l), (m), (n) u (o) u l-Artikolu 50(3), il-punt (a), ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2028.

Madankollu, l-Artikoli 4(3), 5(2) sa (9), 6(4) sa (9), 6(11), 7(3), 7(4), 9(7), 11(4), 12(2), 13(6), 14(4), 15(6), 21(2), 22(6), 26(3), 37(3), 41(3), 46(5) u 50(5) għandhom japplikaw mill-14 ta’ Settembru 2026, l-Artikolu 53 għandu japplika mit-13 ta’ Awwissu 2026 u l-Artikolu 55 għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2032.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strażburgu, it-8 ta’ Lulju 2026.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)   ĠU C, C/2024/1593, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1593/oj.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2026.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).

(4)  Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/53/oj).

(5)  Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/64/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1021/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1542/oj).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/683/oj).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/138/KE tas-27 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u tal-kodifikazzjoni tal-materjali tal-vetturi skont id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tmiem tal-ħajja tal-vetturi (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/138(1)/oj).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batteriji tagħhom (Euro 7), li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni (UE) 2022/1362 (ĠU L, 2024/1257, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1257/oj).

(14)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/98/oj).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/151/KE tad-19 ta’ Frar 2002 fuq il-ħtiġijiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 50, 21.2.2002, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/151(1)/oj).

(17)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali u l-emissjonijiet mit-trobbija tal-bhejjem (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/75/oj).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 (ĠU L, 2024/573, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/573/oj).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar vjeġġi ta’ skart, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 u (UE) 2020/1056 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L, 2024/1157, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1157/oj).

(20)  Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/771/oj).

(21)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/45/oj).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2399/oj).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/794/oj).

(25)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/293/KE tal-1 ta’ April 2005 li tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ tal-użu mill-ġdid/irkupru u l-miri tal-użu mill-ġdid/irkupru stipulati fid-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 94, 13.4.2005, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/293/oj).

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).

(27)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.

(28)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1020/oj).

(29)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/37/oj).

(30)  Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign).

(31)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/135/oj).

(32)  Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87).

(33)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/168/oj).

(34)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 3/2014 tal-24 ta’ Ottubru 2013 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 7, 10.1.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/3/oj).

(35)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/83/oj).

(36)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/31/oj).

(37)  Ir-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (ĠU L, 2025/40, 22.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/40/oj).

(38)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/19/oj).

(39)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2003/361/oj).


ANNESS I

KRITERJI GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ JEKK VETTURA HIJIEX VETTURA LI MA GĦADHIEX TINTUŻA

Dan l-Anness jistabbilixxi l-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk vettura hijiex vettura li ma għadhiex tintuża, u għandhom jiġu applikati kif ġej:

Il-parti A tistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni tal-irriparabbiltà ta’ vettura. Jekk jiġi ssodisfat wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji, il-vettura għandha titqies li tkun vettura li ma għadhiex tintuża.

Jekk ma jiġi ssodisfat l-ebda wieħed mill-kriterji tal-Parti A, il-vettura għandha tiġi vvalutata skont il-kriterji previsti fil-Parti B. Jekk jiġi ssodisfat wieħed jew aktar mill-kriterji tal-Parti B, valutazzjoni teknika għandha tiddetermina liema tiswijiet huma meħtieġa biex jinkiseb ċertifikat tal-affidabbiltà stradali f’konformità mad-Direttiva 2014/45/UE fl-Istat Membru fejn il-vettura kienet irreġistrata qabel it-tiswija. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni teknika, is-sid tal-vettura għandu jiddeċiedi jekk iridx jarmi l-vettura.

Jekk, fi żmien ħames snin minn dik il-valutazzjoni teknika, is-sid tal-vettura ma jiksibx ċertifikat tal-affidabbiltà stradali f’konformità mad-Direttiva 2014/45/UE, il-vettura għandha titqies bħala vettura li ma għadhiex tintuża. Għall-perjodu ta’ dawk il-ħames snin, dik il-valutazzjoni teknika għandha tikkostitwixxi dokumentazzjoni li l-vettura ma hijiex vettura li ma għadhiex tintuża.

Il-valutazzjoni msemmija f’dan l-Anness għandha titwettaq minn espert indipendenti tal-karozzi. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu lista eżawrjenti ta’ esperti indipendenti tal-karozzi biex iwettqu dawk il-valutazzjonijiet.

Wara talba minn sid ta’ vettura, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura, jew wieħed mill-korpi awtorizzanti maħtura tiegħu, jistgħu jeżentaw vettura li tkun ikkunsidrata bħala vettura li ma għadhiex tintuża f’konformità ma’ dan l-Anness milli tkun vettura li ma għadhiex tintuża, meta l-vettura kkonċernata tkun soġġetta għal tiswija.

PARTI A

KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA’ VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW

Vettura tkun vettura li ma għadhiex tintuża jekk tissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)

tkun ġiet imqatta’ f’biċċiet jew żmuntata għall-użu mill-ġdid tal-parts tagħha;

(b)

tkun inħarqet sal-punt li jinqerdu kompletament il-kompartiment tal-magna jew il-kompartiment tal-passiġġieri;

(c)

tkun tgħaddset fl-ilma sa livell ogħla mid-dashboard;

(d)

wieħed jew aktar mill-komponenti li ġejjin tal-vettura, mil-lat tekniku, la jistgħu jissewwew u lanqas ma jistgħu jiġu ssostitwiti:

(i)

il-komponenti tal-akkoppjament mal-art (bħat-tajers u r-roti), is-sospensjoni, l-istering, il-brejkijiet, u l-komponenti ta’ kontroll tagħhom;

(ii)

il-fixings u l-ġonot tas-sits;

(iii)

l-airbags, il-pretensjonaturi, iċ-ċinturini tas-sikurezza, u l-komponenti periferali ta’ tħaddim tagħhom;

(iv)

il-korp u x-xażi jew qafas tal-vettura;

(e)

il-komponenti strutturali u ta’ sikurezza tagħha għandhom difetti tekniċi li huma irriversibbli u li jagħmluhom mhux sostitwibbli;

(f)

tkun ġiet ittrasferita għat-trattament f’punt ta’ ġbir jew f’faċilità ta’ trattament awtorizzata;

(g)

tkun ġiet iddikjarata bħala telfa teknika totali minn kumpanija tal-assigurazzjoni, abbażi tal-valutazzjoni teknika mwettqa minn espert tal-vetturi.

PARTI B

LISTA TA’ KRITERJI INDIKATTIVI GĦALL-VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW

Jekk ma jiġi ssodisfat l-ebda wieħed mill-kriterji tal-Parti A, il-vettura għandha tiġi vvalutata skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

tkun ġiet abbandunata jew il-mezzi li jippermettu li tiġi identifikata jkunu neqsin, b’mod partikolari l-VIN;

(b)

ma tkunx protetta kif xieraq kontra l-ħsara matul il-ħżin, it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt;

(c)

il-kostijiet meħtieġa biex il-vettura tissewwa għal kundizzjoni teknika li tkun biżżejjed biex jinkiseb ċertifikat tal-affidabbiltà stradali miżjud mal-valur attwali tagħha jaqbeż il-valur tas-suq stmat tagħha wara t-tiswija;

(d)

tkun tgħaddset fl-ilma sa livell taħt id-dashboard, u tkun ġratilha ħsara lill-magna jew lis-sistema elettrika;

(e)

il-fjuwil jew il-fwar tal-fjuwil tagħha jkunu qed inixxu, u dan joħloq riskju ta’ nar u splużjoni;

(f)

il-gass ikun nixxa mis-sistema tal-gass likwidu tagħha u jkun qed joħloq riskju ta’ nar u splużjoni;

(g)

il-likwidi ta’ tħaddim tagħha (fjuwil, fluwidu tal-brejkijiet, likwidu kontra l-inġazz, soluzzjoni elettrolitika tal-aċidu tal-batterija, likwidu tat-tkessiħ) ikunu qed inixxu, bir-riskju ta’ tniġġis tal-ilma;

(h)

tkun ġiet żmuntata; jew

(i)

ikollha punt ta’ dħul wieħed jew aktar iwweldjat jew magħluq b’fowm iżolanti.


ANNESS II

KRITERJI GĦAR-RIKONOXXIMENT TAL-ISTATUS TA’ VETTURI TA’ INTERESS KULTURALI SPEĊJALI

1.   

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura, jew wieħed mill-korpi ta’ awtorizzazzjoni maħtura tiegħu, jistgħu jirrikonoxxu vettura bħala li għandha interess kulturali speċjali meta tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

il-valur jew l-istatus storiku jew kulturali uniku tagħha jkun ġie ddokumentat mis-sid tal-vettura jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn vettura tkun irreġistrata jew tkun vettura waħda modifikata jew mibnija apposta li tkun ġiet approvata individwalment f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/858 jew mal-liġi nazzjonali;

(b)

is-sid tal-vettura huwa magħruf u jista’ jiġi identifikat;

(c)

il-parts tal-vettura jistgħu jiġu identifikati permezz ta’ numru tas-serje, jew identifikazzjoni oħra pprovduta mill-manifattur jew assenjata mill-awtorità kompetenti;

(d)

il-vettura tista’ tiġi identifikata mill-VIN, jew min-numru tas-serje, jew minn identifikazzjoni oħra pprovduta mill-manifattur jew assenjata minn awtorità kompetenti.

Fuq talba mis-sid tal-vettura, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandhom joħorġu ċertifikat li jirrikonoxxi vettura bħala li għandha interess kulturali speċjali meta jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt.

Fuq talba mis-sid tal-vettura, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandhom jirrevokaw iċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-punt.

2.   

Is-sid tal-vettura ta’ interess kulturali speċjali għandu jiżgura li:

(a)

il-vettura tkun maħżuna, ittrasportata u użata b’mod ambjentalment korrett f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali;

(b)

iċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 1 jiġi pprovdut lill-awtoritajiet doganali jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom fuq talba.

3.   

Il-konformità tal-vettura mal-kriterji tal-punti 1 u 2 għandha tiġi vverifikata mill-anqas kull ħames snin, jew f’każ ta’ bidla fis-sjieda.


ANNESS III

KALKOLU TAR-RATI TA’ POSSIBBILTÀ TA’ UŻU MILL-ĠDID, TA’ RIĊIKLAĠĠ U TA’ RKUPRU

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “vettura ta’ referenza” tfisser il-verżjoni fi ħdan tip ta’ vettura, identifikata mill-awtorità tal-approvazzjoni, b’konsultazzjoni mal-manifattur u f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti A, bħala l-aktar problematika fir-rigward ta’ possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, ta’ riċiklaġġ u ta’ rkupru.

PARTI A

1.

Il-materjali preżenti fil-vettura u l-ishma u l-postijiet rispettivi tagħhom għandhom jiġu speċifikati, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti neċessarja biex jiġu kkalkulati b’mod korrett ir-rati ta’ possibbiltà ta’ riċiklaġġ u ta’ rkupru.

2.

Il-massa għandha tiġi espressa f’kg b’pożizzjoni deċimali waħda. Ir-rati għandhom jiġu kalkolati bħala perċentwali b’pożizzjoni deċimali waħda, u mbagħad ittondjati kif ġej:

(a)

jekk iċ-ċifra ta’ wara l-punt deċimali tkun bejn 0 u 4, it-total jiġi ttondjat ’l isfel;

(b)

jekk iċ-ċifra ta’ wara l-punt deċimali tkun bejn 5 u 9, it-total jiġi ttondjat ’il fuq.

3.

Għall-finijiet tas-selezzjoni tal-vetturi ta’ referenza, għandu jittieħed kont tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-tip tal-karozzerija;

(b)

il-livelli ta’ finitura (trim) disponibbli;

(c)

l-aċċessorji disponibbli li jistgħu jiġu installati taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur.

4.

Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur flimkien ma jirnexxilhomx jidentifikaw il-verżjoni l-aktar problematika ta’ tip ta’ vettura, fir-rigward ta’ possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, ta’ riċiklaġġ u ta’ rkupru, għandha tintgħażel vettura waħda ta’ referenza, fi ħdan:

(a)

kull “tip ta’ karozzerija”, kif definit fil-parti C, il-punt 2, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858 fil-każ ta’ vetturi M1;

(b)

kull “tip ta’ karozzerija”, jiġifieri, vann, xażi b’kabina, pick up, eċċ, fil-każ ta’ vetturi N1.

5.

Sabiex jiġu vverifikati l-materjali u l-massa tal-partijiet komponenti, il-manifattur għandu jagħmel disponibbli vetturi kif ukoll partijiet komponenti skont kif meqjus neċessarju mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

PARTI B

1.

Sabiex jitqiesu li jistgħu jintużaw mill-ġdid, il-komponenti jew il-parts għandhom ikunu jistgħu jitneħħew b’mod faċli u mhux distruttiv.

2.

Il-massa totali ta’ parts, komponenti u materjali li jistgħu jintużaw mill-ġdid għandha titqies bħala 100 % li tista’ tintuża mill-ġdid, tiġi riċiklata u rkuprata.

3.

Il-parts, l-komponenti u l-materjali elenkati fil-Parti B, il-punti 1, 2 u 3, tal-Anness VIII għandhom jitqiesu bħala 0 % li jistgħu jintużaw mill-ġdid u 100 % li jistgħu jiġu riċiklati u rkuprati. Il-parts u l-komponenti elenkati fil-Parti E tal-Anness VIII għandhom jitqiesu bħala 0 % li jistgħu jintużaw mill-ġdid u 100 % li jistgħu jiġu riċiklati u rkuprati. Il-metodoloġija għandha tiżgura li, fil-każ ta’ emenda tal-Anness VIII li tirriżulta fl-estensjoni tal-lista ta’ parts u ta’ komponenti elenkati fil-Parti E ta’ dak l-Anness, dawn il-parts u l-komponenti miżjuda ġodda għandhom jitqiesu bħala 0 % li jistgħu jintużaw mill-ġdid u 100 % li jistgħu jiġu riċiklati u rkuprati.

4.

Il-kalkolu tar-rati ta’ possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, ta’ riċiklaġġ u ta’ rkupru għandu jkun koerenti mal-istrateġija taċ-ċirkolarità, li tirrifletti l-progress teknoloġiku fit-teknoloġiji tat-trattament fi tmiem il-ħajja.

ANNESS IV

KUNDIZZJONIJIET U VALURI MASSIMI TA’ KONĊENTRAZZJONI GĦALL-PREŻENZA TAĊ-ĊOMB, TAL-MERKURJU, TAL-KADMJU U TAL-KROMU EŻAVALENTI F’MATERJALI, F’PARTS U F’KOMPONENTI

Għandu jiġi ttollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ mhux aktar minn 0,1 % skont il-piż f’materjal omoġenu għaċ-ċomb, għall-kromu eżavalenti u għall-merkurju u ta’ mhux aktar minn 0,01 % skont il-piż f’materjal omoġenu għall-kadmju.

L-ispare parts imqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003 li jintużaw għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2003, għajr għall-piżijiet għall-ibbilanċjar tar-roti, għall-ixkupilji tal-karbonju għall-muturi elettriċi u għall-firrodi tal-brejkijiet, għandhom jiġu eżentati mill-Artikolu 5(4).

Materjali, parts u komponenti omoġeni

Kamp ta’ applikazzjoni u data tal-iskadenza tal-eżenzjoni

Għandu jkollhom tikketta jew għandhom jiġu magħmula identifikabbli f’konformità mal-Artikolu 5(6), il-punt (d)

Ċomb bħala element ta’ lligar

1(a).

Azzar għal immaxinjar u komponenti tal-azzar galvanizzat f’banju sħun f’lott b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,35  % skont il-piż

 

 

1(b).

Folja tal-azzar galvanizzat kontinwament b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,35  % skont il-piż

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal tali vetturi

 

2(a).

Aluminju għal immaxinjar, b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 2 % skont il-piż

Bħala spare parts għall-vetturi introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005

 

2(b).

Aluminju b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 1,5  % skont il-piż

Bħala spare parts għall-vetturi introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008

 

2(c)(i).

Ligi tal-aluminju għal immaxinjar b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,4  % skont il-piż

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2028 u l-ispare parts għal tali vetturi

 

2(c)(ii).

Ligi tal-aluminju mhux inklużi fl-entrata 2(c)(i) b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,4  % skont il-piż (2)

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2027 u l-ispare parts għal tali vetturi

 

2(c)(iii).

Ligi tal-ikkastjar tal-aluminju b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,3  % skont il-piż dment li ċ-ċomb ikun ġej mir-riċiklaġġ tar-ruttami tal-aluminju li jkun fih iċ-ċomb

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel il-31 ta’ Diċembru 2026 u l-ispare parts għal tali vetturi. (1)

 

3.

Ligi tar-ram b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 4 % skont il-piż

 (1)

 

4(a).

Ċilindri ta’ ġewwa u ta’ barra tal-bearings

Bħala spare parts għall-vetturi introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008

 

4(b).

Ċilindri ta’ ġewwa u ta’ barra tal-bearings fil-magni, fit-trażmissjonijiet u fil-kompressuri tal-arja kundizzjonata

Bħala spare parts għall-vetturi introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2011

 

Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti

5.

(imħassra)

 

 

6.

Smorzaturi kontra l-vibrazzjoni

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal tali vetturi

X

7(a).

Aġenti għall-ivvulkanizzar u stabbilizzaturi għall-elastomeri f’pajpijiet tal-brejkijiet, pajpijiet tal-fjuwil, pajpijiet tal-ventilazzjoni tal-arja, partijiet tal-elastomeru jew tal-metall fl-applikazzjonijiet tax-xażi, u l-muntaturi tal-magna

Bħala spare parts għall-vetturi introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005

 

7(b).

Aġenti għall-ivvulkanizzar u stabbilizzaturi għall-elastomeri f’pajpijiet tal-brejkijiet, pajpijiet tal-fjuwil, pajpijiet tal-ventilazzjoni tal-ajru, partijiet tal-elastomeru jew tal-metall fl-applikazzjonijiet tax-xażi, u l-muntaturi tal-magna b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,5  % skont il-piż

Bħala spare parts għall-vetturi introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006

 

7(c).

Legaturi għall-elastomeri f’applikazzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni li fihom mhux aktar minn 0,5  % ċomb skont il-piż

Bħala spare parts għall-vetturi introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2009

 

Ċomb fl-istann jew kisi ta’ applikazzjonijiet elettriċi u elettroniċi speċifikati fis-subentrati li ġejjin

8(a).

Ċomb fl-istann għat-twaħħil tal-komponenti elettriċi u elettroniċi mal-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi u ċ-ċomb fil-finituri tat-terminali tal-komponenti apparti l-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju, fuq il-pinnijiet tal-komponenti u fuq il-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(b).

Ċomb fl-istann fl-applikazzjonijiet elettriċi apparti t-twaħħil bl-istann fuq il-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi jew fuq il-ħġieġ

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2011 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(c).

Ċomb fil-finituri fuq it-terminali tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2013 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(d).

Ċomb użat fit-twaħħil bl-istann fuq il-ħġieġ fis-sensuri tal-fluss tal-arja tal-massa

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2015 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

X (3)

8(e).

Ċomb fl-istann tat-tip li jiddewweb f’temperaturi għoljin (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb b’kontenut ta’ ċomb ta’ 85 % jew aktar skont il-piż)

 (1)

X (3)

8(f)(i).

Ċomb fis-sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet konformi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(f)(ii).

Ċomb fis-sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet konformi apparti dawk il-punti fejn jitqabbdu l-konnetturi tal-faxx tal-wajers tal-vetturi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(g)(i).

Ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn il-folja taċ-ċipep iffurmata b’mastra tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(g)(ii).

Ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn il-folja taċ-ċipep iffurmata b’mastra tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip meta dik il-konnessjoni elettrika tkun tikkonsisti f’xi waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

nodu tat-teknoloġija tas-semikondutturi ta’ 90 nm jew aktar;

(2)

folja taċ-ċipep iffurmata b’mastra unika ta’ 300 mm2 jew aktar f’xi nodu tat-teknoloġija tas-semikondutturi;

(3)

pakketti ta’ folji taċ-ċipep iffurmati b’mastra stivati b’folji taċ-ċipep iffurmati b’mastra ta’ 300 mm2 jew aktar, jew interposers tas-siliċju ta’ 300 mm2 jew aktar.

(1)

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2030 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(h).

Ċomb fl-istann biex iwaħħal id-distributuri tas-sħana mad-dissipatur tas-sħana fl-assemblaġġi tas-semikondutturi tal-potenza b’ċippa b’daqs ta’ mhux anqas minn 1 cm2 b’erja ta’ projezzjoni u densità tal-kurrent nominali li tkun tal-anqas 1 A/mm2 tal-erja taċ-ċippa tas-siliċju

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(i).

Ċomb fl-istann fl-applikazzjonijiet tal-igglejżjar bl-elettriku fuq il-ħġieġ bl-eċċezzjoni tat-twaħħil bl-istann fl-igglejżjar laminat

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(j).

Ċomb fl-istann għat-twaħħil bl-istann tal-igglejżjar laminat

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

8(k).

It-twaħħil bl-istann tal-applikazzjonijiet tat-tisħin b’kurrent tas-sħana ta’ 0,5  A jew aktar għal kull ġonta tal-istann fuq il-panewijiet uniċi tal-igglejżjar laminat li ma jaqbiżx ħxuna ta’ 2,1  mm. Din l-eżenzjoni ma tkoprix it-twaħħil bl-istann tal-kuntatti inkorporati fil-polimeru intermedju.

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal tali vetturi

X (3)

9.

Sitijiet tal-valvijiet

Bħala spare parts għal tipi ta’ magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003

 

10(a).

Komponenti elettriċi u elettroniċi, li fihom iċ-ċomb fil-ħġieġ jew fiċ-ċeramika, f’komposti matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika, f’materjal tal-ħġieġ u taċ-ċeramika, jew f’komposti matriċi tal-ħġieġ u taċ-ċeramika. Din l-eżenzjoni ma tkoprix l-użu taċ-ċomb:

(i)

fil-ħġieġ fil-bozoz u fil-glejż tal-ispark plugs,

(ii)

fil-materjali dielettriċi taċ-ċeramika ta’ komponenti elenkati taħt 10(b), 10(c) u 10(d).

 

X (4) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni)

10(b).

Ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażati fuq PZT tal-kapaċitaturi li huma parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti

 

 

10(c).

Ċomb f’materjali taċ-ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi b’voltaġġ nominali ta’ anqas minn 125 V AC jew 250 V DC

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal tali vetturi

 

10(d).

Ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika ta’ kapaċitaturi li jagħmel tajjeb għad-devjazzjonijiet relatati mat-temperatura tas-sensuri f’sistemi tas-sonar ultrasoniċi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal tali vetturi

 

11.

Inizjaturi pirotekniċi

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2006 u l-ispare parts għal tali vetturi

 

12.

Materjali termoelettriċi li fihom iċ-ċomb u li jintużaw f’applikazzjonijiet elettriċi tal-vetturi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 permezz tal-irkupru tas-sħana mill-egżost

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal tali vetturi

X

Kromu eżavalenti

13(a).

Kisi kontra l-korrużjoni

Bħala spare parts għall-vetturi introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2007

 

13(b).

Kisi preventiv kontra l-korrużjoni relatat mal-assemblaġġi tal-boltijiet u l-iskorfini għall-applikazzjonijiet tax-xażi

Bħala spare parts għall-vetturi introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008

 

14.

Il-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju, sa 0,75  % tal-piż tas-soluzzjoni tat-tkessiħ, fil-friġġijiet tal-assorbiment:

 

X

(a)

maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ < 75 W f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu;

Għal (a): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal tali vetturi

 

(b)

maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ ≥ 75 W f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu;

(c)

maħsubin biex jaħdmu għalkollox b’ħiter mhux elettriku.

Għal (b): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u l-ispare parts għal tali vetturi

 

Merkurju

15(a).

Lampi ta’ skariku elettriku għall-applikazzjonijiet tal-fanali ta’ quddiem

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal tali vetturi

X

15(b).

Tubi fluworexxenti użati fil-pannelli tal-wiri tal-istrumenti

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal tali vetturi

X

(1)  Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2030 f’konformità mal-Artikolu 5(6).

(2)  Tapplika għal-ligi tal-aluminju li fihom iċ-ċomb ma jiġix introdott b’mod intenzjonat iżda jkun preżenti minħabba l-użu ta’ aluminju riċiklat.

(3)  L-iżmuntar fil-każ li, f’korrelazzjoni mal-entrata 10(a), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu.

(4)  L-iżmuntar f’każ li, f’korrelazzjoni mal-entrati 8(a) sa 8(k), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu.


ANNESS V

STRATEĠIJA GĦAĊ-ĊIRKOLARITÀ

PARTI A

ELEMENTI TAL-ISTRATEĠIJA GĦAĊ-ĊIRKOLARITÀ

1.

Deskrizzjoni mhux teknika tal-azzjonijiet ippjanati biex jiġi żgurat li l-vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4 sa 7 matul il-produzzjoni tagħhom.

2.

Deskrizzjoni mhux teknika tal-proċeduri implimentati mill-manifattur biex:

(a)

tinġabar id-data permezz tal-katina sħiħa tal-provvista rilevanti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 sa 7;

(b)

tiġi ċċekkjata u vverifikata l-informazzjoni li tasal mingħand il-fornituri;

(c)

ikun hemm reazzjoni adegwata meta d-data li tasal mingħand il-fornituri tindika riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4, 5 jew 6.

3.

Informazzjoni dwar it-teknoloġiji tat-trattament fi tmiem il-ħajja fis-seħħ, il-progress teknoloġiku mistenni fit-teknoloġiji tat-trattament fi tmiem il-ħajja u l-investiment tal-kapaċità f’tali teknoloġiji, li l-manifattur ikun uża sabiex jikkalkula l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, il-possibbiltà ta’ riċiklaġġ u l-possibbiltà ta’ rkupru f’konformità mal-Artikolu 4 tat-tipi ta’ vettura tagħhom.

4.

Informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut riċiklat fil-vetturi kif imsemmi fl-Artikoli 6 u 10.

5.

Lista ta’ azzjonijiet li l-manifattur jimpenja ruħu li jwettaq sabiex jiżgura li t-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’enfasi partikolari fuq:

(a)

miżuri mfassla biex jiffaċilitaw it-tneħħija ta’ parts indikati fil-Parti C tal-Anness VIII;

(b)

miżuri intiżi biex jindirizzaw l-isfidi ppreżentati mill-użu ta’ materjali u tekniki li jxekklu l-iżmuntar faċli jew li jagħmlu r-riċiklaġġ diffiċli ħafna;

(c)

miżuri li jippromwovu l-użu mill-ġdid ta’ parts u ta’ komponenti;

(d)

attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, investimenti fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji jew infrastruttura tar-riċiklaġġ, kif ukoll kooperazzjoni mal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, imwettqa sabiex jiġu implimentati l-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).

PARTI B

SEGWITU U AĠĠORNAMENT TAL-ISTRATEĠIJA GĦAĊ-ĊIRKOLARITÀ

1.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu aġġornament tal-istrateġija għaċ-ċirkolarità mill-anqas kull ħames snin.

2.

L-istrateġija għaċ-ċirkolarità aġġornata għandha tinkludi l-bidliet rilevanti u b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni ta’ kif twettqu l-azzjonijiet imsemmija fil-punt 5 tal-Parti A, flimkien ma’ valutazzjoni tal-effettività tagħhom, u, fil-każ li azzjoni waħda jew aktar indikati fl-istrateġija ma jkunux twettqu, spjegazzjoni tar-raġunijiet għal dan;

(b)

informazzjoni dwar il-bidliet sinifikanti fid-disinn u fil-produzzjoni mwettqa mill-manifattur biex itejjeb iċ-ċirkolarità tal-vetturi.


ANNESS VI

REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA U S-SOSTITUZZJONI

1.   

Batteriji ta’ vetturi elettriċi u batteriji ta’ mezzi tat-trasport ħfief inkorporati fil-vettura:

(a)

numru tat-tagħmir oriġinali;

(b)

post;

(c)

piż;

(d)

tip tal-kompożizzjoni kimika tal-batterija;

(e)

struzzjonijiet għall-iskarikar sikur tal-batterija;

(f)

struzzjonijiet tekniċi dwar it-tneħħija u s-sostituzzjoni, inkluża s-sekwenza tal-passi kollha u tat-tipi kollha tat-tekniki ta’ tgħaqqid, irbit u ssiġillar;

(g)

għodod jew teknoloġiji meħtieġa għall-aċċess, għat-tneħħija u għas-sostituzzjoni tal-batteriji tal-vetturi elettriċi u batteriji ta’ mezzi ta’ trasport ħfief.

2.   

Muturi tat-trazzjoni elettrika inkorporati fil-vettura:

(a)

numru tat-tagħmir oriġinali;

(b)

post;

(c)

piż;

(d)

it-tipi ta’ kalamiti permanenti preżenti fil-muturi tat-trazzjoni elettrika kif elenkati fl-Artikolu 28(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1252;

(e)

struzzjonijiet tekniċi dwar it-tneħħija u s-sostituzzjoni, inkluża s-sekwenza tal-passi kollha u tat-tipi kollha tat-tekniki ta’ tgħaqqid, irbit u ssiġillar;

(f)

għodod jew teknoloġiji meħtieġa għall-aċċess, għat-tneħħija u għas-sostituzzjoni tal-muturi tat-trazzjoni elettrika.

3.   

Komponenti, parts u materjali elenkati fil-Parti B tal-Anness VIII:

(a)

numru tat-tagħmir oriġinali;

(b)

post;

(c)

piż;

(d)

preżenza tas-sustanzi elenkati fl-Artikolu 5(4), li jeħtieġ li jiġu ttikkettati kif imsemmi fl-Anness IV f’vettura;

(e)

struzzjonijiet tekniċi dwar it-tneħħija, inkluża s-sekwenza tal-passi kollha;

(f)

disponibbiltà tal-aħjar tekniki ta’ trattament.

4.   

Komponenti, parts u materjali elenkati fil-Parti C tal-Anness VIII:

(a)

numru tat-tagħmir oriġinali;

(b)

post;

(c)

struzzjonijiet tekniċi dwar it-tneħħija u s-sostituzzjoni, inkluża s-sekwenza tal-passi kollha;

(d)

informazzjoni, speċifikazzjonijiet, għodod u proċessi, inklużi aġġornamenti tas-software, meħtieġa għar-rimanifattura u għar-rinnovazzjoni.

5.   

Komponenti u parts kodifikati b’mod diġitali f’vettura:

(a)

numru;

(b)

post;

(c)

struzzjonijiet tekniċi dwar l-aċċess, it-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-komponenti, inklużi l-kodifikazzjoni u s-software meħtieġa biex jiġu attivati l-ispare parts u l-komponenti biex jiffunzjonaw f’vettura oħra, u l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar it-tneħħija tar-reġistrazzjoni u d-diżakkoppjament tagħhom minn VIN inkluż, fejn rilevanti, struzzjonijiet dwar kif tintuża għodda dijanjostika bil-ħsieb tal-użu mill-ġdid futur tagħhom;

(d)

deskrizzjoni dwar il-funzjonalità, l-interkambjabbiltà u l-kompatibbiltà ma’ parts u ma’ komponenti speċifiċi ta’ għamliet u mudelli oħra;

(e)

punt ta’ kuntatt tal-manifattur għall-assistenza teknika.

6.   

Għall-finijiet tal-punt 5(c), meta jkunu meħtieġa t-tneħħija tar-reġistrazzjoni u d-diżakkoppjament minn VIN ta’ komponenti, tagħmir u parts ikkodifikati diġitalment imsemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, il-manifattur għandu jistabbilixxi proċessi biex jippermetti lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u lill-operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni jwettqu tali tneħħija tar-reġistrazzjoni u diżakkoppjament. F’dak il-proċess, il-manifattur jista’ jirrikjedi ċertifikat ta’ distruzzjoni, kif ukoll awtentikazzjoni tal-operatur rispettiv. Għal dak il-għan, l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u l-operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni għandhom jiksbu u jużaw il-kredenzjali tal-awtentikazzjoni meħtieġa għas-sit web tal-RMI tal-manifattur imsemmi fil-punt 2.1. tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858. Meta l-aċċess għall-informazzjoni dwar id-dijanjostika abbord (OBD) tal-vettura mill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u mill-operaturi tat-tiswija u tal-manutenzjoni jkun meħtieġ għal tali proċessi ta’ tneħħija tar-reġistrazzjoni u diżakkoppjament, il-manifattur jista’, bħala kundizzjoni għall-ħruġ ta’ kredenzjali ta’ aċċess:

(a)

jirrikjedi konnessjoni online kontinwa, fil-ħin li titwettaq it-tneħħija, mill-għodda dijanjostika għas-server tal-manifattur tal-għodda dijanjostika kif ukoll mis-server tal-manifattur tal-għodda dijanjostika għas-server tal-manifattur; u

(b)

jirrikjedi li l-manifattur tal-għodda użata għall-aċċess għall-informazzjoni tal-OBD jattesta lill-manifattur l-identità tal-għodda dijanjostika u l-identità psewdonimizzata tal-operatur u jiġbor u jaħżen il-VIN, l-identifikatur uniku tal-part, fejn disponibbli u appoġġjat mill-proċess tal-manifattur tal-vettura, id-data u l-kronogramma tal-UTC għall-attività rilevanti u l-identifikatur uniku tal-għodda dijanjostika; il-manifattur għandu jikseb, fuq talba, mingħand il-manifattur tal-għodda dijanjostika aċċess għall-informazzjoni msemmija f’dan il-punt fejn dan ikun meħtieġ biex jirreaġixxi għal suspett raġonevoli ta’ serq jew użu ħażin ta’ parts.


ANNESS VII

REKWIŻITI TAT-TIKKETTAR

1.   

Parts, komponenti u materjali tal-plastik tal-vetturi li għandhom piż ta’ aktar minn 100 gramma:

(a)

l-istandard internazzjonali ISO 1043-1 Plastik – simboli u termini abbrevjati. Parti 1: Il-polimeri bażiċi u l-karatteristiċi speċjali tagħhom;

(b)

l-istandard internazzjonali ISO 1043-2 Plastik – simboli u termini abbrevjati. Parti 2: L-oġġetti tal-mili u l-materjali tar-rinforz;

(c)

l-istandard internazzjonali ISO 11469 Plastik – Identifikazzjoni ġenerika u l-għoti tal-markatura tal-prodotti tal-plastik.

2.   

Parts, komponenti u materjali tal-elastomeri tal-vettura li għandhom piż ta’ aktar minn 200 gramma, ħlief tajers: l-istandard internazzjonali ISO 1629 Lastiku u kolla – Nomenklatura.

3.   

Is-simboli “[” jew “]” użati fl-istandards tal-ISO jistgħu jiġu sostitwiti b’parentesi.


ANNESS VIII

REKWIŻITI TAT-TRATTAMENT

PARTI A

REKWIŻITI MINIMI GĦAS-SITI TAL-ĦŻIN U GĦAS-SITI TAT-TRATTAMENT

1.

Is-siti tal-ħżin, inklużi s-siti tal-ħżin fil-punti tal-ġbir, għall-ħżin ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, qabel it-trattament tagħhom, u tal-komponenti, tal-parts u tal-materjali tagħhom:

(a)

għandu jkollhom superfiċji impermeabbli b’faċilitajiet ta’ ġbir ta’ tixrid, dikanters u aġenti li jnaddfu u jiżgrassaw;

(b)

għandhom ikunu mgħammra għat-trattament tal-ilma, inkluż l-ilma tax-xita, f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa u tal-ambjent;

(c)

għandu jkollhom ħżin adegwat ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u jistivaw biss il-vetturi li ma għadhomx jintużaw li ġew imnaddfa mit-tniġġis, sakemm ma jintużawx xkafef għall-istivar, sa għoli xieraq;

(d)

għandhom ikunu mgħammra biex jippermettu t-tneħħija immedjata ta’ fluwidi u likwidi minn vetturi li ma għadhomx jintużaw li jnixxu u l-ġbir ta’ kwalunkwe fluwidu u likwidu li jnixxi bl-użu ta’ materjal assorbenti.

L-operaturi tas-siti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iwettqu l-azzjonijiet imsemmija fil-punt (d) ta’ dak is-subparagrafu mingħajr dewmien.

2.

Il-ħżin għandu jiġi organizzat b’tali mod li tiġi evitata ħsara f’dawn:

(a)

komponenti u parts li fihom il-likwidi u l-fluwidi elenkati fil-punti 1 u 3 tal-Parti B ta’ dan l-Anness;

(b)

komponenti, parts u materjali elenkati fil-Parti C ta’ dan l-Anness.

3.

Is-siti fejn jiġu ttrattati l-vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-komponenti, il-parts u l-materjali tagħhom għandu jkollhom:

(a)

superfiċji impermeabbli għal żoni xierqa bid-disponibbiltà ta’ faċilitajiet ta’ ġbir ta’ tixrid, dikanters u aġenti li jnaddfu u jiżgrassaw;

(b)

ħżin xieraq għal parts, għal komponenti u għal materjali mneħħija mill-vettura li ma għadhiex tintuża, inkluż ħżin impermeabbli għal parts, għal komponenti u għal materjali kkontaminati biż-żejt;

(c)

reċipjenti xierqa għall-ħżin ta’ batteriji (b’newtralizzazzjoni tal-elettroliti fuq il-post jew xi mkien ieħor), filtri u kapaċitaturi li jkun fihom PCB/PCT;

(d)

tankijiet tal-ħżin separati xierqa għall-ħżin segregat tal-fluwidi tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw: fjuwils, żjut (żejt tal-magna, żejt tal-gearbox, żejt tal-power steering, żejt tat-trażmissjoni, żejt idrawliku), filtri taż-żejt, likwidi tat-tkessiħ, likwidi kontra l-inġazz, fluwidi tal-brejkijiet, refriġeranti, fluwidu tal-egżost tad-diżil u kwalunkwe fluwidu jew gass ieħor li jinsab fil-vettura li ma għadhiex tintuża;

(e)

tagħmir għat-trattament tal-ilma, inkluż l-ilma tax-xita, f’konformità mar-rekwiżiti dwar is-saħħa u l-ambjent;

(f)

ħżin adegwat għat-tajers użati, filwaqt li titqies il-ħtieġa tal-prevenzjoni ta’ nirien u ta’ ħżin eċċessiv.

4.

Il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati li huma permessi jittrattaw vetturi elettriċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament (UE) 2023/1542. Il-faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati li jaċċettaw vetturi elettriċi b’suspett ta’ ħsara fil-batterija tal-vettura elettrika għandhom jivvalutaw dawn il-batteriji mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-konsenja. Tali vetturi u batteriji għandhom jinħażnu separatament f’żona fi kwarantina kif imsemmi fil-paragrafu 1. Iż-żona fi kwarantina għandha tkun mgħammra b’installazzjonijiet xierqa intiżi biex jipprevjenu u jidentifikaw in-nirien fil-batteriji tal-vetturi elettriċi u jillimitaw milli jinfirxu lejn żoni oħra, lejn vetturi elettriċi oħra u lejn batteriji oħra.

PARTI B

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TINDIF MIT-TNIĠĠIS

1.

Il-fluwidi, il-likwidi u l-gassijiet li ġejjin għandhom jitneħħew mill-vettura li ma għadhiex tintuża, sakemm ma jkunux meħtieġa għall-użu mill-ġdid tal-parts ikkonċernati:

(a)

fjuwil;

(b)

żejt tal-magni;

(c)

żejt tat-trażmissjoni;

(d)

żejt tal-gearbox;

(e)

żejt tal-power steering;

(f)

żejt idrawliku;

(g)

likwidi tat-tkessiħ;

(h)

likwidi kontra l-inġazz;

(i)

fluwidi tal-brejkijiet;

(j)

refriġeranti;

(k)

fluwidi tal-egżost tad-diżil; u

(l)

kwalunkwe fluwidu jew gass ieħor li jinsab fil-vettura li ma għadhiex tintuża.

Wara t-tneħħija tal-fluwidi u l-likwidi, għandhom jiġu applikati tappijiet tad-drenaġġ biex jipprevjenu t-tnixxija tal-fdalijiet. Il-kontenituri tal-ġbir għandhom jiġu ttikkettati biex jindikaw it-tip ta’ likwidu li jinsab fihom u għandhom jinħażnu separatament minn xulxin f’post sigur, f’konformità mal-Parti A ta’ dan l-Anness, biex jipprevjenu t-tixrid jew it-tnixxija aċċidentali jew l-aċċess mhux awtorizzat għalih.

2.

Il-komponenti, il-parts u l-materjali li ġejjin għandhom jiġu nnewtralizzati jew imneħħija:

(a)

sistema e-call;

(b)

parts pirotekniċi tal-airbags;

(c)

parts pirotekniċi taċ-ċintorini tas-sigurtà;

(d)

kwalunkwe parti piroteknika oħra.

3.

Il-komponenti, il-parts u l-materjali li ġejjin għandhom jitneħħew minn vetturi li ma għadhomx jintużaw:

(a)

l-airbags, it-tankijiet tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG), it-tankijiet tal-gass naturali kkompressat (CNG), it-tankijiet tal-idroġenu u kwalunkwe parti u komponent oħrajn potenzjalment splussivi għandhom jiġu nnewtralizzati;

(b)

il-filtri taż-żejt;

(c)

ir-refriġeranti għandhom jiġu ttrattati f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/573;

(d)

il-komponenti identifikati bħala li fihom il-merkurju għandhom jiġu sseparati matul it-trattament fi fluss identifikabbli, li għandu jiġi mmobilizzat u mormi b’mod sikur f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(e)

il-materjali li jkun fihom is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 5(4), li jeħtieġ li jiġu ttikkettati kif stabbilit fl-Anness IV, għandhom jiġu sseparati matul it-trattament fi fluss identifikabbli, li għandu jiġi mmobilizzat u mormi b’mod sikur f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/98/KE.

Il-parts, il-komponenti u l-materjali kollha miġbura matul it-tindif mit-tniġġis għandhom jinħażnu f’kontenituri apposta. Il-kontenituri tal-ġbir għandhom jiġu ttikkettati b’mod li jindika l-komponenti, il-parts u l-materjali li jinsabu fihom u għandhom jinħażnu f’post sigur f’konformità mal-Parti A, sabiex jipprevjenu t-tixrid jew it-tnixxija aċċidentali, jew l-aċċess mhux awtorizzat għalih.

4.

L-informazzjoni li ġejja dwar it-tindif mit-tniġġis tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw għandha tiġi rreġistrata:

(a)

l-għadd totali ta’ vetturi ttrattati li ma għadhomx jintużaw;

(b)

il-piż medju tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw qabel u wara t-tindif mit-tniġġis u t-tneħħija;

(c)

il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ fluwidi, parts, komponenti jew materjali mnaddfa mit-tniġġis;

(d)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tat-trasportatur tal-iskart, jekk applikabbli;

(e)

l-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt tas-sit tat-trattament finali għall-fluwidi u l-gassijiet, il-parts, il-komponenti jew il-materjali miġbura matul il-proċess tat-tindif mit-tniġġis.

PARTI C

TNEĦĦIJA OBBLIGATORJA TA’ PARTS U TA’ KOMPONENTI MINN VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW

 

Eżenjoni skont l-Artikolu 29(2), jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Parti G tal-Anness VIII

X: l-eżenzjoni tapplika

1.

Batteriji tal-vetturi elettriċi inklużi s-sistemi tal-ġestjoni tal-batterija, iċ-ċarġers abbord, il-kejsings jew il-kassetti tagħhom jekk ikun hemm

 

2.

Batteriji LMT, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2023/1542, inklużi s-sistemi tal-ġestjoni tal-batterija, iċ-ċarġers abbord, il-kejsings jew il-kassetti tagħhom jekk ikun hemm

 

3.

Batteriji SLI kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2023/1542

 

4.

Batteriji portabbli kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (9), tar-Regolament (UE) 2023/1542

 

5.

Muturi tat-trazzjoni elettrika, inklużi l-kejsings tagħhom u kwalunkwe unità ta’ kontroll, wajer u part, komponent u materjal ieħor assoċjati

 

6.

Blokok tal-magni

X

7.

Konvertituri katalitiċi

 

8.

Gearboxes

X

9.

Mill-anqas 70 % tal-ħġieġ totali minn windscreens, twieqi ta’ wara u tal-ġnub magħmula mill-ħġieġ, inklużi installazzjonijiet tal-ħġieġ tas-saqaf

 

10.

Rimmijiet

 

11.

Tajers

 

12.

Parts direttament aċċessibbli tas-sistema ta’ inforikreazzjoni

 

13.

Id-dwal ta’ wara u ta’ quddiem, inklużi l-attwaturi tagħhom

 

14.

Faxxijiet ta’ wajers ewlenin

X

15.

Bampers

X

16.

Tankijiet tal-fjuwil

X

17.

Skambjaturi tas-sħana

X

18.

Parts tal-plastik imsaħħaħ bil-fibra tal-karbonju

 

19.

Komponenti elettriċi u elettroniċi:

X

(a)

invertituri u konvertituri DC-DC ta’ vetturi elettriċi b’piż ta’ aktar minn 2 kilogrammi

X

(b)

bordijiet ta’ ċirkwiti stampati kbar u aċċessibbli faċilment

X

(c)

pannelli fotovoltajċi (PV) b’erja tas-superfiċje akbar minn 0,2  metru kwadru

X

(d)

moduli ta’ kontroll u kaxex tal-valv għat-trażmissjoni awtomatika

X

PARTI D

UŻU MILL-ĠDID, RIMANIFATTURA U RINNOVAZZJONI TA’ PARTS U TA’ KOMPONENTI

1.

Evalwazzjoni teknika tal-parts u tal-komponenti mneħħija:

(a)

Għall-użu mill-ġdid:

(i)

il-part jew il-komponent huma funzjonali;

(ii)

huma tajbin biex jintużaw, immedjatament, għall-iskop primarju li kienu maħsubin għalih.

(b)

Għar-rimanifattura jew għar-rinnovazzjoni:

(i)

il-part jew il-komponent għandu jkun fihom il-partijiet kollha rilevanti;

(ii)

huma tajbin biex jiġu rimanifatturati jew rinnovati, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe ħsara, funzjonalità mnaqqsa, prestazzjoni mnaqqsa, tul tal-ħajja mnaqqas u tiswija meħtieġa;

(iii)

ma jidher li hemm ebda korrużjoni serja li timpedixxi l-funzjonalità tal-part jew tal-komponent.

2.

Informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta fit-tikkettar tal-parts u tal-komponenti:

(a)

l-isem tal-komponent jew tal-part;

(b)

l-isem, l-indirizz postali, li jindika punt ta’ kuntatt uniku u l-indirizz tal-posta elettronika, sit web, jekk applikabbli, li jidentifika l-faċilità tat-trattament awtorizzata li neħħiet il-komponent jew il-part.

PARTI E

KOMPONENTI U PARTS LI MA GĦANDHOMX JINTUŻAW MILL-ĠDID

1.

L-airbags kollha, inklużi kuxins, attwaturi pirotekniċi, unitajiet elettroniċi ta’ kontroll u sensuri.

2.

Sistemi għall-posttrattament tal-emissjonijiet (eż. konvertituri katalitiċi, filtri tal-partikoli) dment li dawk il-parts ma jkunux konformi mat-test tal-affidabbiltà stradali relatat kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/45/UE.

3.

Assemblaġġi awtomatiċi jew mhux awtomatiċi ta’ ċinturini tas-sikurezza, inklużi webbing, bokkli, retratturi u attwaturi pirotekniċi.

4.

Sits f’każijiet li fihom jinkorporaw ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza u/jew airbags.

5.

Assemblaġġi tal-illokkjar tal-istering li jikkontrollaw il-kolonna tal-istering.

6.

Immobilizzaturi, inklużi transponders u unitajiet elettroniċi ta’ kontroll.

PARTI F

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAT-TRATTAMENT TAL-PARTS, TAL-KOMPONENTI U TAL-MATERJALI MNEĦĦIJA

1.

Il-batteriji SLI għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2023/1542.

2.

Il-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2023/1542.

3.

Il-batteriji LMT għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2023/1542.

4.

Il-batteriji portabbli għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2023/1542.

5.

Materjali ta’ kalamiti permanenti li fihom in-neodimju, id-disprożju jew il-praseodimju (Neodimju-Ħadid-Boron, NdFeB), kif definit fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/1252, u r-ram minn muturi tat-trazzjoni elettrika li ma humiex adatti għall-użu mill-ġdid, għar-rimanifattura jew għar-rinnovazzjoni, għandhom jitneħħew meta l-proċess għat-tneħħija jkun fattibbli li jitwettaq minn faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati mingħajr kost eċċessiv. F’każ ta’ nuqqas ta’ progress tekniku għar-riċiklaġġ tal-materjali ta’ kalamiti permanenti tal-NdFeB, il-muturi tat-trazzjoni elettrika jew il-materjal ta’ kalamiti permanenti tagħhom li jkun fihom il-parts għandhom jiġu akkumulati f’ħażniet u ttikkettati f’konformità mal-Artikolu 28(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1252. Għall-fini tar-riċiklaġġ futur, ir-rekwiżiti relatati mal-ħżin temporanju tad-Direttiva 1999/31/KE ma għandhomx japplikaw.

6.

Komponenti u parts elettroniċi mneħħija, li ma humiex soġġetti għal użu mill-ġdid, għal rimanifattura jew għal rinnovazzjoni u frazzjonijiet mhux tal-ħadid, inklużi bordijiet ta’ ċirkwiti stampati mqattgħin, għandhom jiġu ttrattati mill-operaturi tat-trattament kif speċifikat fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2012/19/UE.

7.

Il-ħġieġ imneħħi mill-vettura li ma għadhiex tintuża, bħala minimu, għandu jiġi rriċiklat f’kontenitur tal-ħġieġ, fibra tal-ħġieġ, jew kwalità ekwivalenti.

8.

Ir-refriġeranti mneħħija għandhom jiġu riċiklati, reklamati jew meqruda f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/573.

9.

Il-plastik u l-frazzjonijiet ta’ residwu għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 7 u l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021.

10.

It-tajers tal-lasktu għandhom jiġu pproċessati f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u r-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE biex tingħata prijorità lill-għażliet ta’ prevenzjoni li jagħtu l-aħjar eżitu ambjentali ġenerali inkluż ir-retreading, u biex tingħata prijorità lir-rċiklaġġ, inklużi metodi oħrajn għajr ir-riċiklaġġ mekkaniku, fuq l-irkupru tal-enerġija.

11.

Il-materjali tal-aluminju li joriġinaw mill-iskambjaturi tas-sħana kif speċifikat fil-Parti C, il-punt 17, tal-Anness VIII għandhom jinħażnu u jiġu riċiklati b’mod separat mill-frazzjonijiet tal-aluminju fondut u maħdum speċifikati fil-Parti G, il-punt 2(b), tal-Anness VIII.

PARTI G

KRITERJI GĦAL TQATTIGĦ IKKOMBINAT U L-APPLIKAZZJONI TA’ TEKNOLOĠIJI TA’ WARA T-TQATTIGĦ

1.

Sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 27(3) ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi li ma għadhomx jintużaw jistgħu jitqattgħu flimkien ma’ skart ieħor biss jekk:

(a)

l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku jkun ġie ttrattat b’mod selettiv f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE;

(b)

il-batteriji kollha jkunu tneħħew f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1542;

(c)

l-imballaġġ tal-plastik ikun ġie sseparat mill-iskart mill-imballaġġ u mill-imballaġġ tal-metall f’konformità mar-Regolament (UE) 2025/40;

(d)

il-proċess tat-tqattigħ ikkombinat ma jnaqqasx il-kwalità tal-flussi tal-iskart meta mqabbel mat-trattament separat; u

(e)

il-kontributi speċifiċi ta’ kull fluss ta’ skart imħallat għall-frazzjonijiet tal-output jistgħu jiġu identifikati bħala li jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar skont ir-Regolament (UE) 2023/1542, ir-Regolament (UE) 2025/40, id-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva 2012/19/UE.

2.

Rekwiżiti tal-kwalità għall-frazzjonijiet tal-output:

(a)

il-kontenut totali tar-ram tal-frazzjoni ewlenija tal-azzar ma għandux jaqbeż 0,25 % fuq bażi ta’ piż; sa mill-1 ta’ Settembru 2031, il-kontenut totali tar-ram tal-frazzjoni ewlenija tal-azzar ma għandux jaqbeż 0,15 % fuq bażi ta’ piż;

(b)

sal-1 ta’ Settembru 2029, l-aluminju għandu jintgħażel bħala minimu f’żewġ frazzjonijiet:

(i)

aluminju fondut (frazzjonijiet b’kontenut ta’ siliċju ogħla minn 1,5 %);

(ii)

aluminju maħdum (frazzjonijiet b’kontenut ta’ siliċju ta’ 1,5 % jew anqas);

(c)

sal-1 ta’ Settembru 2032, l-aluminju għandu jintgħażel bħala minimu f’erba’ frazzjonijiet:

(i)

frazzjoni tal-aluminju b’kontenut ta’ siliċju ogħla minn 1,5 %, kontenut ta’ ram ta’ 0,5 % jew anqas u kontenut ta’ ħadid ta’ 0,2 % jew anqas;

(ii)

frazzjoni tal-aluminju b’kontenut ta’ siliċju ogħla minn 1,5 % u li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni tas-subpunt (i) għar-ram u l-ħadid;

(iii)

frazzjoni tal-aluminju b’kontenut ta’ siliċju ta’ 1,5 % jew anqas, kontenut ta’ manjeżju ta’ 1,5 % jew anqas, kontenut ta’ ram ta’ 0,3 % jew anqas u kontenut ta’ żingu ta’ 0,3 % jew anqas;

(iv)

frazzjoni tal-aluminju b’kontenut ta’ siliċju ta’ 1,5 % jew anqas u li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni tas-subpunt (iii) għall-manjeżju, ir-ram u ż-żingu;

(d)

il-frazzjoni tqila tat-tqattigħ derivata wara s-separazzjoni tal-arja u s-separazzjoni tal-ħadid għandha tiġi ttrattata ulterjorment bil-għan li l-metalli ferrużi, il-metalli mhux ferrużi, il-plastik u materjali organiċi oħra jiġu sseparati għar-riċiklaġġ u l-irkupru; ir-residwu ta’ dawn il-proċessi għandu jkun fih anqas minn 1 % ta’ kontenut ta’ metall skont il-piż u, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (1), anqas minn 5 % ta’ karbonju organiku totali skont il-piż; il-limitu tal-Karbonju Organiku Totali (TOC) ta’ < 5 % skont il-piż ma japplikax jekk il-frazzjoni tqila tat-tqattigħ magħżula tajjeb u rikondizzjonata tkun bijoloġikament stabbli skont il-leġiżlazzjoni attwali;

(e)

il-frazzjoni ħafifa tat-tqattigħ għandha tiġi ttrattata ulterjorment bil-għan li l-metalli ferrużi, il-metalli mhux ferrużi, il-plastik u materjali organiċi oħra jiġu sseparati għar-riċiklaġġ u l-irkupru; ir-residwu ta’ dawn il-proċessi għandu jkun fih anqas minn 1 % ta’ kontenut ta’ metall skont il-piż u, f’konformità mad-Deċiżjoni 2003/33/KE, anqas minn 5 % ta’ karbonju organiku totali skont il-piż; il-limitu tal-Karbonju Organiku Totali (TOC) ta’ < 5 % skont il-piż ma japplikax jekk il-frazzjoni ħafifa tat-tqattigħ magħżula tajjeb u rikondizzjonata tkun bijoloġikament stabbli skont il-leġiżlazzjoni attwali.

3.

Dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal eżenzjonijiet mill-obbligu li jitneħħew parts, komponenti u materjali:

(a)

meta disponibbli, kopja tal-kuntratt bil-miktub bejn il-faċilità tat-trattament awtorizzata u l-faċilità li twettaq l-operazzjonijiet tat-tqattigħ u tuża t-teknoloġiji ta’ wara t-tqattigħ, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kwalità tal-materjali sekondarji lesti għar-riċiklaġġ u l-ispeċifikazzjoni teknika segwita fl-ipproċessar tal-frazzjonijiet tat-trattament minn vetturi li ma għadhomx jintużaw.

(b)

rapport ta’ bilanċ tal-massa tal-analiżi tal-kampjun dwar il-kwalità u l-kwantità tal-frazzjonijiet tat-trattament (output) għal konfigurazzjoni tat-trattament rappreżentattiva pprovduta minn korp indipendenti.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/33(1)/oj).


ANNESS IX

INFORMAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI FIR-REĠISTRU TAL-PRODUTTURI

1.   

L-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-produttur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għar-responsabbiltà estiża tal-produttur:

(a)

l-isem u l-ismijiet tad-ditti, jekk disponibbli, li bihom jopera l-produttur fl-Istat Membru u l-indirizz tal-produttur, inklużi l-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefon, jekk ikun hemm, il-websajt u l-indirizz tal-posta elettronika, li jindikaw punt ta’ kuntatt uniku;

(b)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inklużi n-numru tar-reġistru kummerċjali tiegħu jew in-numru ta’ reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew jew nazzjonali;

(c)

il-kategoriji ta’ vetturi li l-produttur ikollu l-ħsieb li jqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru;

(d)

l-informazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 16, inkluża informazzjoni bil-miktub dwar dan li ġej:

(i)

il-miżuri stabbiliti mill-produttur biex jissodisfa l-obbligi ta’ responsabbiltà tal-produttur stabbiliti fl-Artikoli 16 u 20;

(ii)

il-miżuri stabbiliti biex jissodisfaw l-obbligu ta’ ġbir stabbilit fl-Artikolu 23 fir-rigward tal-ammont ta’ vetturi li l-produttur jqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Istat Membru; u

(iii)

is-sistema biex jiġi żgurat li d-data rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tkun affidabbli;

(e)

dikjarazzjoni mill-produttur jew, meta applikabbli, mir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, li tiddikjara li l-informazzjoni pprovduta hija vera.

2.   

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta, minbarra l-informazzjoni elenkata fil-punt 1, meta tinħatar organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur biex twettaq l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur:

(a)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt, inklużi l-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-web u tal-posta elettronika u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur;

(b)

in-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru ta’ reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa Ewropea jew nazzjonali tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur; u

(c)

il-mandat tal-produttur rappreżentant.

3.   

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta, minbarra l-informazzjoni elenkata fil-punt 1, mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur meta tkun ġiet maħtura f’konformità mal-Artikolu 17(1):

(a)

l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt, inklużi l-kodiċijiet postali u l-postijiet, it-toroq u n-numri, il-pajjiżi, in-numri tat-telefon, il-websajts u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-produtturi rrappreżentati;

(b)

il-mandat ta’ kull produttur irrappreżentat, meta applikabbli;

(c)

meta l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, hija għandha tindika separatament kif kull wieħed mill-produtturi rrappreżentati jissodisfa r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 16.

4.   

Meta l-obbligi skont l-Artikolu 16 jiġu ssodisfati f’isem produttur minn rappreżentant maħtur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur li jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, dak ir-rappreżentant għandu, minbarra l-informazzjoni elenkata fil-punt 1, jipprovdi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt għal kull wieħed mill-produtturi rrappreżentati separatament.


ANNESS X

ĊERTIFIKAT TA’ DISTRUZZJONI

1.

L-istabbiliment jew l-impriża li toħroġ dan iċ-ċertifikat

1.1

Isem

 

1.2

Indirizz

 

1.3

Numru tat-telefon

 

1.4

Indirizz tal-posta elettronika [jekk jeżisti]

 

1.5

Numru tar-reġistrazzjoni jew tal-identifikazzjoni (*1)

 

2.

Awtorità kompetenti li ħarġet permess għall-istabbiliment jew l-impriża msemmija fil-punt 1

2.1

Stat Membru

 

2.2

Isem

 

2.3

Indirizz

 

3.

Ċertifikat ta’ distruzzjoni

3.1

Data tal-ħruġ

 

3.2

Numru

 

4.

Informazzjoni dwar il-vettura li għaliha qed jinħareġ dan iċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni

4.1

Marka tan-nazzjonalità

 

4.2

(A)

Numru tar-reġistrazzjoni (*2)

 

4.3

(J)

Kategorija (*2)

 

4.4

(D.1) Għamla (*2)

 

4.5

(D.3) Isem kummerċjali (*2)

 

4.6

(E)

Numru ta’ identifikazzjoni tal-Vettura (*2)

 

4.7

Numru taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni

 

5.

Informazzjoni dwar is-sid tal-vettura

 

5.1

(C.2.1) Kunjom jew isem tan-negozju (*2)

 

5.2

(C.2.2) Isem ieħor / ismijiet oħra (*2)

 

5.3

(C.2.3) Indirizz (*2)

 

5.4

Numru tat-telefon [jekk jeżisti u bil-kunsens tas-sid]

 

5.5

Indirizz tal-posta elettronika [jekk jeżisti u bil-kunsens tas-sid]

 

6

Kummenti

(*1)  Dan ir-rekwiżit jista’ jitwarrab f’każ li s-sistema nazzjonali tar-reġistrazzjoni jew tal-identifikazzjoni ma tipprovdix it-tali numru.

(*2)  Kodiċijiet komunitarji armonizzati kif imsemmija fid-Direttiva 1999/37/KE.


ANNESS XI

EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (UE) 2018/858 U R-REGOLAMENT (UE) NRU 168/2013

1.   

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti I, l-entrata G13 hija sostitwita b’dan li ġej:

“G13

Ċirkolarità

Regolament (UE) 2026/1738

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

 

 

(b)

l-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-Tabella 1, l-entrata G13 hija sostitwita b’dan li ġej:

“G13

Ċirkolarità

Regolament (UE) 2026/1738

 

mhux applikabbli Madankollu, għandu japplika Parti E tal-Anness VIII dwar il-projbizzjoni tal-użu mill-ġdid tal-parts komponenti speċifikati.”

(ii)

fit-Tabella 2, l-entrata G13 hija sostitwita b’dan li ġej:

“G13

Ċirkolarità

Regolament (UE) 2026/1738

 

mhux applikabbli Madankollu, għandha tapplika Parti E tal-Anness VIII dwar il-projbizzjoni tal-użu mill-ġdid tal-parts komponenti speċifikati.”

(c)

fl-Appendiċi 2, il-punt 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-Tabella “Parti I: Vetturi tal-kategorija M1”, l-entrata 59 hija sostitwita b’dan li ġej:

“59

Regolament (UE) 2026/1738 (Ċirkolarità)

Ir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.”

(ii)

fit-tabella “Parti II: Vetturi tal-kategorija N1”, l-entrata 59 hija sostitwita b’dan li ġej:

“59

Regolament (UE) 2026/1738 (Ċirkolarità)

Ir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.”

(d)

il-Parti III hija emendata kif ġej:

(i)

fl-Appendiċi 1, l-entrata 59 hija sostitwita b’dan li ġej:

“59

Ċirkolarità

Regolament (UE) 2026/1738

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli”

 

 

(ii)

fl-Appendiċi 2, l-entrata 59 hija sostitwita b’dan li ġej:

“59

Ċirkolarità

Regolament (UE) 2026/1738

Mhux applikabbli

 

 

 

Mhux applikabbli”

 

 

 

 

 

(iii)

fl-Appendiċi 3, l-entrata 59 hija sostitwita b’dan li ġej:

“59

Ċirkolarità

Regolament (UE) 2026/1738

Mhux applikabbli”

(iv)

fl-Appendiċi 4, l-entrata 59 hija sostitwita b’dan li ġej:

“59

Ċirkolarità

Regolament (UE) 2026/1738

Mhux applikabbli

 

 

 

Mhux applikabbli”

 

 

 

 

 

2.   

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 huwa emendat kif ġej:

Fit-Taqsima C1 tat-tabella, l-entrata 15a hija sostitwita b’dan li ġej:

 

 

 

 

L1e-A1

L1e-B2

L2e

L3e

L4e

L5e-B

L6e-A

L7e-A1

L7e-A2

L7e-B1

L7e-B2

“15a

18

Rekwiżiti taċ-ċirkolarità

Regolament (UE) 2026/1738

x

x

x

x

x

x

x

x

x

x

x


ANNESS XII

EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (UE) 2023/1542

It-tabella fl-Anness I hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kolonna 1

Deżinjazzjoni tas-sustanza jew tal-grupp ta’ sustanzi

Kolonna 2

Kondizzjonijiet tar-restrizzjoni

1.

Merkurju CAS Nru 7439-97-6 KE Nru 231-106-7 u l-komposti tiegħu

Il-batteriji, kemm jekk preżenti fi u inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,0005  % ta’ merkurju (espress bħala metall tal-merkurju) skont il-piż.

2.

Kadmju CAS Nru 7440-43-9 KE Nru 231-152-8 u l-komposti tiegħu

1.

Il-batteriji portabbli, kemm jekk preżenti fi u inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,002  % ta’ kadmju (espress bħala metall tal-kadmju) skont il-piż.

2.

Il-batteriji tal-vetturi elettriċi u dawk SLI, inkorporati fil-vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,01  % ta’ kadmju (espress bħala metall tal-kadmju) skont il-piż f’materjal omoġenju.

3.

Il-punt 2 ma għandux japplika għall-batteriji tal-vetturi elettriċi użati bħala spare parts għall-vetturi elettriċi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 imqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008.

3.

Ċomb CAS Nru 7439-92-1 KE Nru 231-100-4 u l-komposti tiegħu

1.

Mit-18 ta’ Awwissu 2024, il-batteriji portabbli, kemm jekk preżenti fi u inkorporati f’apparati kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,01  % ta’ ċomb (espress bħala metall taċ-ċomb) skont il-piż.

2.

Ir-restrizzjoni stabbilita fil-punt 1 ma għandhiex tapplika għal ċelluli buttuna taż-żingu-arja portabbli sat-18 ta’ Awwissu 2028.

3.

Il-batteriji portabbli inkorporati f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,1  % ta’ ċomb (espress bħala metall taċ-ċomb) skont il-piż f’materjal omoġenju.

4.

Il-punt 3 ma għandux japplika għall-batteriji portabbli inkorporati fi, jew użati bħala spare parts għal, vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, b’approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2024.

5.

Il-batteriji tal-vetturi elettriċi inkorporati f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,1  % ta’ ċomb (espress bħala metall taċ-ċomb) skont il-piż f’materjal omoġenju.

 

6.

Il-punt 5 ma għandux japplika għal:

(a)

Batteriji tal-vetturi elettriċi użati f’sistemi ta’ voltaġġ għoli (2) inkorporati fi, jew użati bħala spare parts għal, vetturi tal-kategoriji M1 u N1, kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 u b’approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2019;

(b)

Batteriji tal-vetturi elettriċi mhux koperti mill-punt (a) ta’ dan il-punt inkorporati fi, jew użati bħala spare parts għal vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1, kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 u b’approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2024.

7.

Il-batteriji SLI inkorporati f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,1  % ta’ ċomb (espress bħala metall taċ-ċomb) skont il-piż f’materjal omoġenju.

 

8.

Il-punt 7 ma għandux japplika għal:

(a)

Batteriji SLI użati f’applikazzjonijiet 12 V f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 (3).

(b)

Batteriji SLI użati f’applikazzjonijiet 24 V f’vetturi bi skop speċjali tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858. (4)

(c)

Batteriji SLI użati f’applikazzjonijiet oħra għajr dawk koperti mill-punti (a) u (b) ta’ dan il-punt f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 u b’approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2024.

4.

Kromu eżavalenti CAS Nru 18540-29-9 KE Nru 606-053-1 u l-komposti tiegħu

Il-batteriji inkorporati f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,1  % ta’ kromu eżavalenti, espress bħala metall tal-kromu eżavalenti, skont il-piż f’materjal omoġenju.

(1)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/35/oj).

(2)  Sistemi li għandhom voltaġġ ta’ > 75 V DC kif provdut fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).”.

(3)  Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2030.

(4)  Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2030.


(1)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/35/oj).

(3)  Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2030.

(4)  Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2030.


ANNESS XIII

KRITERJI LI GĦANDHOM JIĠU SSODISFATI MINN PAJJIŻI TERZI LI JWETTQU L-PRODUZZJONI TA’ MATERJAL RIĊIKLAT

PARTI A   KRITERJI BIEX JINTWERA LI L-MATERJAL RIĊIKLAT ĠIE PRODOTT F’INSTALLAZZJONI LI TISSODISFA ĊERTI REKWIŻITI GĦALL-PROTEZZJONI TAS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM, IL-KLIMA U L-AMBJENT KIF STABBILIT FID-DRITT TAL-UNJONI JEW EKWIVALENTI GĦAL DAWK IR-REKWIŻITI (F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 6(4))

1.

L-installazzjoni li tinsab f’pajjiż terz involut fil-produzzjoni ta’ materjal riċiklat għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin fl-operazzjonijiet effettivi tagħha:

(a)

tikkonforma mar-rekwiżiti għar-riċiklaġġ tal-iskart u twettaq l-attivitajiet tagħha f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni ambjentali;

(b)

tkun iddisinjata, mibnija u mħaddma b’mod sikur u ambjentalment korrett u, b’mod partikolari, ikollha l-proċessi, it-teknoloġija xierqa għall-immaniġġar tal-iskart, l-organizzazzjoni u l-infrastruttura meħtieġa fis-seħħ biex tirriċikla l-iskart inkwistjoni;

(c)

takkwista l-iskart tal-plastik tagħha minn Stat Membru jew pajjiż li jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni jew ma’ standards ekwivalenti għal dawk tal-Istati Membri f’termini ta’ protezzjoni tal-ambjent u s-sikurezza tal-ħaddiema u topera f’tali pajjiż f’konformità mal-kriterji definiti fil-paragrafu 3;

(d)

tistabbilixxi u topera sistemi, proċeduri u tekniki ta’ mmaniġġar u ta’ monitoraġġ li għandhom l-iskop li jipprevjenu, inaqqsu, jimminimizzaw u sal-limitu prattikabbli jeliminaw:

(i)

ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema kkonċernati u tal-popolazzjoni fil-viċinanza tal-faċilità; u

(ii)

l-effetti negattivi fuq l-ambjent ikkawżati mill-attivitajiet tagħha (b’mod partikolari permezz ta’ miżuri adegwati meħuda għall-monitoraġġ u għall-indirizzar tat-tniġġis);

(e)

tiżgura t-traċċabbiltà tal-iskart kollu riċevut u ttrattat fil-faċilità, inkluż li tiżgura li l-iskart residwu kollu ġġenerat mill-attivitajiet tagħha jiġi ddokumentat u jiġi ttrasferit biss lejn faċilitajiet tal-immaniġġar tal-iskart li huma awtorizzati jittrattaw tali skart residwu;

(f)

ħadet miżuri maħsuba biex jiffrankaw l-enerġija u jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra marbuta mal-attivitajiet tagħha;

(g)

tistabbilixxi u hija kapaċi tipprovdi rekords tal-attivitajiet tagħha ta’ mmaniġġar tal-iskart għall-aħħar ħames snin; jekk installazzjoni tkun ilha topera għal anqas minn ħames snin, tistabbilixxi u hija kapaċi tipprovdi rekords tal-attivitajiet tagħha ta’ mmaniġġar tal-iskart għall-perjodu li fih kienet topera;

(h)

l-operatur tagħha jew il-maniġment tiegħu ma jkunux instabu ħatja li wettqu attivitajiet illegali marbuta mal-immaniġġar tal-iskart fl-aħħar ħames snin.

2.

Għandhom jitqiesu r-regoli li ġejjin jew ekwivalenti, bħala punt ta’ referenza u meta rilevanti:

(a)

ir-rekwiżiti speċifiċi għat-trattament ta’ ċertu skart u dwar il-kalkolu tal-kwantità ta’ skart ittrattat, li huma obbligatorji skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u dwar il-kontabbilizzazzjoni tal-kwantitajiet ta’ materjali riċiklati prodotti;

(b)

il-konklużjonijiet tal-Aqwa Tekniki Disponibbli adottati għal ċerti attivitajiet skont id-Direttiva 2010/75/UE.

3.

L-iskart tal-plastik għandu jiġi ttrattat b’mod konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jew ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti u għandu jiġi minn Stat Membru jew pajjiż b’qafas komprensiv għall-immaniġġar tal-iskart li jkopri t-territorju kollu tiegħu u li juri l-kapaċità u r-rieda tiegħu li jiggarantixxi mmaniġġar tal-iskart ambjentalment korrett, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-miżuri implimentati u ppjanati biex jiġi żgurat l-immaniġġar tal-iskart ambjentalment korrett fit-territorju tiegħu, bħall-introduzzjoni ta’ skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jew sistema ekwivalenti li timplimenta l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”;

(b)

il-miżuri implimentati u ppjanati biex jiżdied il-proporzjon ta’ plastik riċiklat mill-vetturi wara l-użu mill-konsumatur, u l-indikaturi għall-monitoraġġ ta’ dawn il-miżuri;

(c)

il-miżuri implimentati u ppjanati biex jiżdied il-proporzjon ta’ plastik riċiklat ta’ wara l-użu mill-konsumatur inkorporat f’vetturi mqiegħda fis-suq nazzjonali, u l-indikaturi għall-monitoraġġ ta’ dawn il-miżuri.

PARTI B   KRITERJI BIEX JINTWERA LI L-MATERJAL RIĊIKLAT ĠIE PRODOTT F’KONFORMITÀ MAR-REKWIŻITI FL-ARTIKOLI 6(1), (2) U (3)

L-installazzjoni li tinsab f’pajjiż terz involut fil-produzzjoni ta’ materjal riċiklat għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin fl-operazzjonijiet attwali tagħha:

1.

L-installazzjoni għandha tkun kapaċi tipprovdi evidenza li qed tipproduċi materjali riċiklati mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur. Jekk l-installazzjoni tkun qed tipproduċi wkoll materjali derivati minn skart ta’ qabel il-konsum jew derivati minn materja prima, għandha tkun kapaċi turi li tiddistingwi b’mod ċar bejn it-tipi differenti ta’ materjali. L-installazzjoni għandha tiżgura li tkun qed tforni biss materjali riċiklati mill-iskart ta’ wara l-użu mill-konsumatur, bħala kundizzjoni biex dan il-materjal jitqies bħala parti mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 6;

2.

Installazzjoni li tipproduċi materjali riċiklati minn skart ta’ wara l-użu mill-konsumatur derivat minn vetturi li ma għadhomx jintużaw jew vetturi msewwija għandha tkun kapaċi turi li tali skart inġabar separatament u ma tħallatx ma’ materjali minn oriġini oħra b’tali mod li jipprevjeni t-traċċabbiltà ta’ dan l-iskart qabel il-wasla tiegħu fl-installazzjoni u matul il-proċess kollu ta’ riċiklaġġ.


ANNESS XIV

REKWIŻITI GĦALL-AWDITI, GĦAĊ-ĊERTIFIKATURI U GĦALL-AWDITURI

PARTI A   REKWIŻITI DETTALJATI GĦAL PARTIJIET TERZI LI JWETTQU AWDITI

1.

Parti terza li twettaq awditi tal-installazzjoni li tinsab f’pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 6(5)(c) għandha tkun indipendenti mill-fornitur, mill-manifattur jew mill-persuna involuta fil-produzzjoni tal-materjal riċiklat u tal-installazzjoni kkontrollata. Għal dak il-għan, il-parti terza għandha tkun kapaċi tiddokumenta li:

(a)

ma hijiex parti minn dawn l-entitajiet jew taħt il-kontroll tagħhom;

(b)

stabbiliet u topera proċeduri li jiggarantixxu l-imparzjalità tagħha, inklużi:

(i)

valutazzjoni tar-riskji tal-imparzjalità tagħha fuq bażi kontinwa;

(ii)

identifikazzjoni, eliminazzjoni u mitigazzjoni tar-riskji għall-imparzjalità li jirriżultaw minn pressjoni finanzjarja, kummerċjali u ta’ tipi oħra;

(iii)

valutazzjoni tar-riskju tal-imparzjalità tagħha li tirriżulta mir-relazzjonijiet tal-persunal tagħha;

(c)

hija strutturata u ġestita b’mod li jiżgura l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha, inkluż:

(i)

li jkun identifikabbli b’mod ċar fl-entità ġuridika, jekk l-entità ġuridika twettaq ukoll attivitajiet mhux relatati mal-awditi;

(ii)

li jkollha regoli ta’ rapportar dwar l-attività tal-awditjar imwettqa;

(iii)

li l-persunal tagħha jkollu responsabbiltajiet identifikabbli b’mod ċar fir-rigward tat-twettiq tal-awditi.

2.

Parti terza li twettaq awditi f’konformità mal-Artikolu 6(5) għandu jitqies li għandha kwalifiki xierqa fil-qasam tal-awditi u t-trattament tal-iskart jekk ikollha ammont suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat, direttament jew permezz ta’ sottokuntrattar, li jkun imħarreġ regolarment u jekk il-persunal tagħha involut fit-twettiq ta’ tali awditi jkollu esperjenza professjonali dokumentata fl-oqsma li ġejjin:

(a)

it-twettiq ta’ awditi ta’ faċilitajiet li jittrattaw l-iskart;

(b)

l-operazzjonijiet ta’ trattament tal-iskart;

(c)

is-sistemi ta’ mmaniġġar tas-saħħa u s-sikurezza ambjentali u okkupazzjonali;

(d)

il-produzzjoni ta’ materjal riċiklat.

3.

Sabiex turi l-konformità mal-kriterji msemmija fil-punti 1 u 2 ta’ din il-Parti, il-parti terza li twettaq awditu jew ċertifikazzjoni għandha jirreferi għaċ-ċertifikazzjoni tagħha ma’ standards tal-Unjoni jew ekwivalenti rikonoxxuti internazzjonalment rilevanti għat-twettiq ta’ awditi, bħall-istandard internazzjonali ISO 19011:2018 jew ISO/IEC 17020:2012.

PARTI B   SUĠĠETT TAL-AWDITU

1.

L-awditu msemmi fl-Artikolu 6(5) għandu jivverifika li l-installazzjoni li tinsab f’pajjiż terz involuta fil-produzzjoni ta’ materjal riċiklat tissodisfa l-kundizzjonijiet elenkati fl-Anness XIII fl-operazzjonijiet effettivi tagħha.

2.

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-individwi li wettqu l-awditi għandhom ikunu indikati b’mod ċar fir-rapporti tal-awditjar.

ANNESS XV

TABELLI TA’ KORRELAZZJONI

1.   Id-Direttiva 2000/53/KE

Id-Direttiva 2000/53/KE

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2, il-punt (1)

L-Artikolu 3, il-punt (1)

L-Artikolu 2, il-punt (2)

L-Artikolu 3, il-punt (2)

L-Artikolu 2, il-punt (3)

L-Artikolu 3, il-punt (23)

L-Artikolu 2, il-punt (4)

L-Artikolu 3, il-punt (39)

L-Artikolu 2, il-punt (5)

L-Artikolu 3, il-punt (18)

L-Artikolu 2, il-punt (6)

L-Artikolu 3, il-punt (4)

L-Artikolu 2, il-punt (7)

L-Artikolu 3, il-punt (39)

L-Artikolu 2, il-punt (8)

L-Artikolu 3, il-punt (39)

L-Artikolu 2, il-punt (9)

L-Artikolu 3, il-punt (39)

L-Artikolu 2, il-punt (10)

L-Artikolu 3, il-punt (35)

L-Artikolu 2, il-punt (11)

L-Artikolu 2, il-punt (11)(a)

L-Artikolu 2, il-punt (11)(b)

L-Artikolu 2, il-punt (11)(c)

L-Artikolu 2, il-punt (11)(d)

L-Artikolu 2, il-punt (12)

L-Artikolu 2, il-punt (13)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 2(1), il-punt (a)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(4)

L-Artikolu 3(5)

L-Artikolu 4(1), il-punt (a)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 4(1), il-punt (b)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 4(1), il-punt (c)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 4(2), il-punt (a)

L-Artikolu 5(4) u (5)

L-Artikolu 4(2), il-punt (b)(i)

L-Artikolu 5(6), il-punt (a)

L-Artikolu 4(2), il-punt (b)(ii)

L-Artikolu 5(6), il-punt (b)

L-Artikolu 4(2), il-punt (b)(iii)

L-Artikolu 5(6), il-punt (c)

L-Artikolu 4(2), il-punt (b)(iv)

L-Artikolu 5(6), il-punt (d)

L-Artikolu 4(2), il-punt (c)

L-Artikolu 5(1), l-ewwel sing

L-Artikolu 5(1) it-tieni sing

L-Artikolu 23(3), il-punt (b)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 24(1)

L-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 25

L-Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 25(1)

L-Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 24(2)

L-Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

L-Artikoli 16 u l-Artikolu 20(1), il-punt (a)

L-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 24(2)

L-Artikolu 5(4), ir-raba’ subparagrafu

L-Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 25(1) u l-Anness X

L-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 26(1) u (2)

L-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 15(1)

L-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 29(1) u l-Anness VIII, il-Parti C

L-Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 28(1)

L-Artikolu 6(4)

L-Artikolu 15(2)

L-Artikolu 6(5)

L-Artikolu 26(4)

L-Artikolu 6(6)

L-Artikolu 26(3)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 30(1)

L-Artikolu 7(2), il-punt (a)

L-Artikolu 7(2), il-punt (b)

L-Artikolu 33(1), il-punti (a) u (b)

L-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 7(2), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 7(5)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 8(3)

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 8(4)

L-Artikolu 11(1) u (3)

L-Artikolu 9(1a), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 50(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 9(1a), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 50(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 9(1a), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 50(1), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 9(1b)

L-Artikolu 50(2)

L-Artikolu 9(1c)

L-Artikolu 50(3), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 9(1d)

L-Artikolu 50(5)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 9 u l-Anness V, il-Parti A

L-Artikolu 9a(1)

L-Artikolu 51(1)

L-Artikolu 9a(2)

L-Artikolu 51(2)

L-Artikolu 9a(3)

L-Artikolu 51(3)

L-Artikolu 9a(4)

L-Artikolu 51(4)

L-Artikolu 9a(5)

L-Artikolu 51(5)

L-Artikolu 9a(6)

L-Artikolu 51(6)

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 10(3)

L-Artikolu 10a

L-Artikolu 56

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 52(1)

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 52(2)

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 59(1)

L-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 59(2)

L-Artikolu 12(3)

L-Artikolu 13

L-Anness I

L-Anness VIII

L-Anness II

L-Anness IV

2.   Id-Direttiva 2005/64/KE

Id-Direttiva 2005/64/KE

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2(1), il-punt (a)

L-Artikolu 3, il-punt (a)

L-Artikolu 3, il-punt (b)

L-Artikolu 3, il-punt (c)

L-Artikolu 2(2), il-punt (a)

L-Artikolu 4, il-punt (1)

L-Artikolu 3, il-punt (1)

L-Artikolu 4, il-punt (2)

L-Artikolu 4, il-punt (3)

L-Artikolu 3, il-punt (3)

L-Artikolu 4, il-punt (4)

L-Artikolu 3, il-punt (2)

L-Artikolu 4, il-punt (5)

L-Anness III

L-Artikolu 4, il-punt (6)

L-Artikolu 4, il-punt (7)

L-Artikolu 3, il-punt (40)

L-Artikolu 4, il-punt (8)

L-Artikolu 4, il-punt (9)

L-Artikolu 3, il-punt (4)

L-Artikolu 4, il-punt (10)

L-Artikolu 3, il-punt (39)

L-Artikolu 4, il-punt (11)

L-Artikolu 4, il-punt (12)

L-Artikolu 3, il-punt (39)

L-Artikolu 4, il-punt (13)

L-Artikolu 3, il-punt (5)

L-Artikolu 4, il-punt (14)

L-Artikolu 3, il-punt (6)

L-Artikolu 4, il-punt (15)

L-Artikolu 3, il-punt (7)

L-Artikolu 4, il-punt (16)

L-Artikolu 4, il-punt (17)

L-Artikolu 4, il-punt (18)

L-Artikolu 4, il-punt (19)

L-Artikolu 4, il-punt (20)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 5(3)

L-Artikolu 8(3)

L-Artikolu 5(4)

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 5(4) u (5)

L-Artikolu 6(3)

L-Artikolu 9

L-Artikolu 6(4)

L-Artikolu 6(5)

L-Artikolu 6(6)

L-Artikolu 6(7)

L-Artikolu 6(8)

L-Artikolu 7, il-punt (a)

L-Anness VIII, il-Parti E

L-Artikolu 7, il-punt (b)

L-Anness VIII, il-Parti E

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 10(3)

L-Artikolu 10(4)

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

L-Anness I

L-Artikolu 4(1)

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness VII

L-Anness V

L-Anness VIII, il-Parti E

L-Anness VI


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1738/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)