|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1735 |
22.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1735
tal-15 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1569 fir-rigward tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 45d(5), 45e(2), 45f(6) u 45f(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex jiżguraw l-ogħla livell ta’ armonizzazzjoni fost l-Istati Membri għall-iżvilupp tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kartieri jistrieħu fuq il-ħidma mwettqa abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/946 (2) u b’mod partikolari l-arkitettura u l-qafas ta’ referenza. Peress li l-arkitettura u l-qafas ta’ referenza evolvew ġmielhom minn mindu ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1569 (3), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1569 jenħtieġ li issa jiġi emendat kif xieraq biex ikun allinjat mal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda. |
|
(2) |
F’konformità mal-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, intgħażlu għadd ta’ standards biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli għall-ħruġ, għall-ġestjoni u għall-verifika tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi. Dawn l-istandards jenħtieġ li jkunu jirriflettu prattiki stabbiliti u jiġu rikonoxxuti b’mod wiesa’ fis-setturi rilevanti. Meta meħtieġ, dawn l-istandards jenħtieġ li jiġu adattati jew ikkomplementati biex ikun żgurat livell għoli ta’ sigurtà u integrità tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, filwaqt li jiġu ffaċilitati l-interoperabbiltà transfruntiera u l-funzjonament effettiv tas-suq intern. F’konformità ma’ dan l-objettiv, dan ir-Regolament jaġġorna r-rekwiżiti applikabbli għall-ħruġ u r-revoka tal-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi u tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku, u jintroduċi r-rekwiżiti għall-iffirmar u s-siġillar tar-riżultati tal-verifika fir-rigward ta’ sorsi awtentiċi. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) japplikaw għall-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta’ April 2026 (7). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1569
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1569 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Artikolu 3, paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. Meta l-fornituri tal-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi u l-fornituri tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku joħorġu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi li jkunu inklużi fi skemi rreġistrati fil-katalgu tal-iskemi għall-attestazzjoni tal-attributi, dawn għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-iskema korrispondenti għall-attestazzjoni tal-attributi. Il-politiki u l-proċeduri stabbiliti mill-emittenti tal-attestazzjonijiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iskemi għall-attestazzjoni tal-attributi għandhom ikunu parti mill-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.” |
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(5) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
It-test stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness IV. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(3) għandu japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p.73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.
(2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/946 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar Sett ta’ Għodod komuni tal-Unjoni għal approċċ ikkoordinat lejn Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L 210, 14.6.2021, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2021/946/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1569 tad-29 ta’ Lulju 2025 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi u attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku (ĠU L, 2025/1569, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1569/oj).
(4) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(5) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) Kummenti formali tal-EDPS dwar l-abbozz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istandards applikabbli u l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-partijiet dipendenti fuq kartiera | il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
ANNESS I
ANNESS I
Lista tal-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3
ETSI TS 119 471 V1.1.1 (2025-05) għandu japplika bl-adattamenti li ġejjin:
|
(1) |
2.1 Referenzi normattivi:
|
|
(2) |
3.1 Termini: Jiżdied it-terminu li ġej:
|
|
(3) |
4. Servizzi fiduċjarji tal-EAA
|
|
(4) |
6.1 Dikjarazzjoni tal-prattika tal-EAAS:
|
|
(5) |
6.3 Politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni:
|
|
(6) |
7.5 Kontrolli kriptografiċi:
|
|
(7) |
7.9 Ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet u tal-inċidenti:
|
|
(8) |
7.12 Terminazzjoni u pjanijiet tat-terminazzjoni tal-EAASP u l-EAAS:
|
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/482 tal-31 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bbażata fuq il-Kriterji Komuni (EUCC) (ĠU L, 2024/482, 7.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/482/oj).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3144 tat-18 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 fir-rigward tal-istandards internazzjonali applikabbli u li jikkoreġi dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ĠU L, 2024/3144, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3144/oj).
ANNESS II
ANNESS II
Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 4
Il-fornituri tal-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi u l-fornituri ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi maħruġa minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku għandhom joħorġu l-attestazzjonijiet tagħhom f’konformità ma’ mqar wieħed mill-istandards elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2979 (1) u japplikaw it-tekniki ta’ revoka rilevanti, stabbiliti wkoll fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2979.
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2979 tat-28 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-integrità u l-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/2979, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2979/oj).
ANNESS III
ANNESS IV
Lista tal-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 9
Il-mekkaniżmi ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jikkonformaw ma’ wieħed jew mat-tnejn li ġejjin bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-klawżola 6.1.1 tal-ETSI TS 119 478 V1.1.1 (2026-01) - Firem u Infrastrutturi Fiduċjarji Elettroniċi (ESI); Speċifikazzjoni tal-interfaċċi relatati ma’ Sorsi Awtentiċi;
|
|
(b) |
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-klawżola 6.2.3 tal-ETSI TS 119 478 V1.1.1 (2026-01) - Firem u Infrastrutturi Fiduċjarji Elettroniċi (ESI); Speċifikazzjoni tal-interfaċċi relatati ma’ Sorsi Awtentiċi.
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1735/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)