|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1734 |
17.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1734
tas-16 ta’ Lulju 2026
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-isturdament bil-captive bolt mhux penetranti u l-isturdament bir-ragħwa tan-nitroġenu b’espansjoni għolja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (1), u b’mod partikolari l-Artikolu (4)2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jistabbilixxi l-metodi tal-isturdament li għandhom jintużaw għall-isturdament tal-annimali. Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009, l-Anness I ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi emendat biex jieħu kont tal-progress xjentifiku u tekniku abbażi ta’ opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dment li l-metodu l-ġdid jiżgura livell ta’ trattament xieraq tal-annimali mill-inqas ekwivalenti għal dak żgurat mill-metodi eżistenti. L-Anness jista’ jiġi emendat abbażi ta’ informazzjoni xjentifika u teknika ġdida. |
|
(2) |
Il-metodu captive bolt mhux penetranti juża apparat b’ponta tal-bolt rasu tonda biex iħalli impatt fuq il-kranju mingħajr ma jidħol fil-moħħ, u jikkawża t-telf mis-sensi tal-annimal minħabba konkussjoni tal-moħħ u, fil-każ ta’ annimali tat-twelid, il-mewt. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjonijiet li jservu bħala bażi xjentifika soda għal diskussjonijiet futuri fil-livell tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health) fil-kuntest tar-reviżjoni tal-istandards rilevanti dwar it-trattament xieraq tal-annimali waqt it-tbiċċir u waqt il-qatla. Bejn l-2019 u l-2024, l-Awtorità adottat sensiela ta’ opinjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-ispeċijiet diversi tal-annimali waqt it-tbiċċir u waqt il-qatla. |
|
(4) |
Fl-2020, l-Awtorità adottat opinjoni dwar it-trattament xieraq tal-ħnieżer waqt il-qatla għal skopijiet oħra minbarra t-tbiċċir (2) (“l-Opinjoni dwar il-ħnieżer”). Abbażi tal-istudji xjentifiċi dwar il-metodi umani tal-ewtanażja mwettqa fuq il-ħnienes tat-twelid maqtula f’azjenda agrikola, l-opinjoni dwar il-ħnieżer tikkonkludi b’mod partikolari li:
|
|
(5) |
Fl-Opinjoni tagħha dwar il-ħnieżer, l-EFSA vvalutat id-data minn studji diversi li jużaw l-isturdament bil-bolt captive mhux penetranti limitat l-aktar għal ħnienes li jiżnu sa 10,9 kg f’piż ħaj. L-Opinjoni tikkonkludi li pistola pnewmatika bil-captive bolt mhux penetranti bil-forza meħtieġa biex tipproduċi biżżejjed enerġija kinetika u meta applikata fil-pożizzjoni korretta, tipprovdi telf immedjat u irreversibbli mis-sensi u mewt ċerebrali fil-ħnienes li jiżnu sa 10,9 kg f’piż ħaj u tirriżulta fil-mewt fil-ħnienes ta’ twelid li jiżnu sa 5 kg f’piż ħaj. Madankollu, hemm evidenza xjentifika limitata disponibbli dwar l-effettività tal-captive bolt mhux penetranti li jikkawża l-mewt fil-ħnienes li jiżnu aktar minn 5 kg f’piż ħaj. Għalhekk, dak il-metodu jista’ jitqies bħala metodu ta’ qtil għall-ħnienes li jiżnu sa 5 kg f’piż ħaj u bħala metodu sempliċi ta’ sturdament meta jintuża għall-ħnienes li jiżnu bejn 5 u 10 kg. |
|
(6) |
L-isturdament bil-captive bolt mhux penetranti diġà huwa elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 għall-kategoriji tal-annimali minbarra l-ħnieżer. Abbażi tal-evidenza pprovduta fl-Opinjoni dwar il-ħnieżer, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiġi emendat biex jippermetti l-użu tiegħu bħala metodu ta’ qtil għall-ħnienes li jiżnu sa 5 kg, u bħala sturdament sempliċi meta jintuża għall-ħnienes ta’ bejn 5 u 10 kg. |
|
(7) |
Fl-2024, l-Awtorità adottat opinjoni dwar it-trattament xieraq tan-nagħaġ u l-mogħoż waqt il-qatla għal skopijiet oħra minbarra t-tbiċċir (3) (“l-Opinjoni dwar in-nagħaġ u l-mogħoż”). Dik l-Opinjoni tikkonkludi li l-captive bolt mhux penetranti jikkawża t-telf mis-sensi minħabba l-konkussjoni tal-moħħ u l-mewt fil-ħrief u fil-gidien li jiżnu sa 4,5 kg f’piż ħaj u huwa metodu ta’ sturdament reversibbli għall-ħrief u l-gidien li jiżnu bejn 4,5 u 10 kg f’piż ħaj. Għalhekk, l-Awtorità tirrakkomanda li l-użu tal-captive bolt mhux penetranti jiġi ristrett bħala metodu ta’ qtil għall-ħrief u għall-gidien li jiżnu sa 4,5 kg. Għall-ħrief u għall-gidien li jiżnu bejn 4,5 u 10 kg f’piż ħaj, il-captive bolt mhux penetranti jista’ jintuża bħala metodu sempliċi ta’ sturdament. |
|
(8) |
L-isturdament bil-captive bolt mhux penetranti diġà huwa elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 għar-ruminanti li jiżnu sa 10 kg, bħala metodu ta’ sturdament sempliċi. Abbażi tal-evidenza pprovduta fl-Opinjoni dwar in-nagħaġ u l-mogħoż, u biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiġi emendat biex jippermetti l-użu tiegħu bħala metodu ta’ qtil għall-ħrief u għall-gidien li jinżnu sa 4,5 kg f’piż ħaj u li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ dak il-metodu rigward il-ħnienes, il-ħrief u l-gidien. |
|
(9) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-Opinjonijiet tal-EFSA dwar il-ħnieżer u dwar in-nagħaġ u l-mogħoż, l-użu tal-isturdament bil-captive bolt mhux penetranti jenħtieġ li jkun soġġett għal rekwiżiti speċifiċi li jiżguraw il-mewt jew it-telf mis-sensi tal-annimal. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-pożizzjoni tat-trażżin u tal-isparar tal-apparat fuq ras l-annimal. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009, kwalunkwe persuna interessata fl-awtorizzazzjoni ta’ metodu ta’ sturdament ġdid jew modifikat tista’ tipprovdi d-data teknika u xjentifika meħtieġa. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtorità tivvaluta l-informazzjoni xjentifika jew teknika u l-ekwivalenza jew it-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali fir-rigward tal-metodi ta’ sturdament eżistenti. |
|
(11) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand operatur tan-negozju (“l-applikant”) biex l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiġi aġġornat ħalli jinkludi l-użu tar-ragħwa tan-nitroġenu b’espansjoni għolja għall-isturdament u għall-qtil tal-ħnieżer u tat-tjur. L-applikant spjega l-ekwivalenza fir-rigward tal-metodi eżistenti fl-Anness I u pprovda sensiela ta’ pubblikazzjonijiet u informazzjoni teknika li ssostanzjaw it-talba. |
|
(12) |
Fit-13 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni xjentifika wara din l-applikazzjoni. |
|
(13) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2024, l-Awtorità adottat Opinjoni dwar l-użu tar-ragħwa tan-nitroġenu b’espansjoni għolja għall-isturdament u l-qtil tal-ħnieżer u tat-tjur (4). Dik l-Opinjoni tikkonkludi b’mod partikolari li:
|
|
(14) |
Id-data sottomessa mill-applikant u vvalutata mill-Awtorità, li hija meħuda minn studji diversi dwar l-użu tal-isturdament bir-ragħwa tan-nitroġenu b’espansjoni għolja msemmija fl-opinjoni tal-Awtorità hija limitata għall-ħnieżer li jiżnu bejn 15 u 41 kg f’piż ħaj u għat-tiġieġ tal-bajd u għat-tiġieġ tas-simna ta’ kull età. Ma hemm l-ebda evidenza li l-użu ta’ dak il-metodu għall-isturdament jew għall-qtil tal-annimali minbarra dawn il-kategoriji ta’ ħnieżer u tjur jipprovdi livell ta’ trattament xieraq tal-annimali mill-inqas ekwivalenti għal dak żgurat mill-esponiment għas-CO2 f’konċentrazzjoni għolja. |
|
(15) |
Meta jitqies li l-isturdament bir-ragħwa tan-nitroġenu b’espansjoni għolja huwa metodu li mhuwiex elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009, u li jipprovdi trattament xieraq ekwivalenti għal mill-inqas wieħed mill-metodi approvati, jixraq li dan jiġi elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 biss għall-kategoriji tal-annimali msemmija hawn fuq. |
|
(16) |
F’konformità mal-opinjoni tal-EFSA dwar l-użu tar-ragħwa tan-nitroġenu b’espansjoni għolja għall-isturdament u l-qtil tal-ħnieżer u tat-tjur, ir-ragħwa tan-nitroġenu b’espansjoni għolja jeħtieġ li tkun soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi li jiżguraw l-effettività tagħha li tikkawża t-telf tas-sensi u l-mewt bl-użu tal-kontenituri għall-qtil tal-ħnieżer u tat-tjur fir-razzett għal skopijiet oħra minbarra t-tbiċċir. Għalhekk, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiġi emendat biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ dak il-metodu fuq il-ħnieżer u t-tjur, b’mod partikolari fir-rigward tal-konċentrazzjoni tal-ossiġenu, tal-ħin tal-esponiment, tal-proporzjon tal-espansjoni tar-ragħwa u tar-rata tal-produzzjoni tar-ragħwa. |
|
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiġi emendat. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1099/oj.
(2) L-opinjoni tal-EFSA “Welfare of pigs during killing for purposes other than slaughter”, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6195.
(3) L-opinjoni tal-EFSA “Welfare of sheep and goats during killing for purposes other than slaughter”, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8835.
(4) L-opinjoni tal-EFSA “The use of high expansion foam for stunning and killing pigs and poultry”, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8855.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-Kapitolu I huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1734/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)