European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1731

22.7.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1731

tal-15 ta’ Lulju 2026

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2977, (UE) 2024/2979, (UE) 2024/2980 u (UE) 2024/2982 fir-rigward tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5a(23) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex ikun żgurat l-ogħla livell ta’ armonizzazzjoni fost l-Istati Membri għall-iżvilupp tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kartieri jistrieħu fuq il-ħidma li saret skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/946 (2) u b’mod partikolari l-arkitettura u l-qafas ta’ referenza. Billi l-arkitettura u l-qafas ta’ referenza evolvew ġmielhom mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2977 (3), (UE) 2024/2979 (4), (UE) 2024/2980 (5), u (UE) 2024/2982 (6), dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li issa jiġu emendati biex jiġu allinjati ma’ standards, speċifikazzjonijiet u proċeduri ġodda.

F’konformità mal-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, intgħażlu għadd ta’ standards biex jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti speċifiċi. Dawn l-istandards jenħtieġ li jkunu jirriflettu prattiki stabbiliti u jkunu rikonoxxuti b’mod wiesa’ fis-setturi rilevanti. Pereżempju, peress li l-format VCDM tad-W3C jintuża bħala l-format ta’ referenza għall-attestazzjonijiet b’mod partikolari fis-settur edukattiv, il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jenħtieġ li jappoġġaw ukoll dan il-format meta jkunu disponibbli l-profili l-ġodda bil-format VCDM tad-W3C. Meta meħtieġ, dawn l-istandards jenħtieġ li jiġu adattati jew ikkomplementati biex jiżguraw is-sigurtà u l-affidabbiltà tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, filwaqt li jiffaċilitaw l-interoperabbiltà transfruntiera u l-funzjonament effettiv tas-suq intern.

(2)

Għall-użi tal-kartiera li jkunu jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ ritratt tal-wiċċ tal-utent tal-kartiera, is-soluzzjonijiet tal-kartieri jridu jappoġġaw il-funzjonalità tal-iżvelar selettiv, u l-iżvelar irid ikun bil-kontroll sħiħ tal-utent. Biex titħares l-abbiltà li l-utent jiddeċiedi qabel kull żvelar, u r-ritratt ta’ wiċċu jkun protett minn kwalunkwe użu mhux intenzjonat jew mhux awtorizzat, id-disinn tal-arkitettura tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jenħtieġ li jipprevedi mekkaniżmi ta’ twissija u jirreġistra kull tranżazzjoni relatata mal-użu tar-ritratt tal-wiċċ. Biex ikun żgurat li l-utent ikun konxju mill-kondiviżjoni tad-data bijometrika, it-twissijiet jenħtieġ li jindikaw li t-talba tinvolvi l-kondiviżjoni ta’ data bijometrika u b’mod speċifiku jkunu jitolbu l-konferma tal-utent għall-iżvelar. Meta parti dipendenti tipproċessa r-ritratt tal-wiċċ bl-iskop li tidentifika b’mod uniku lil persuna fiżika jew biex tikkonferma l-identità dikjarata ta’ dik il-persuna, ikunu japplikaw l-Artikoli 6 u 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) kif ukoll ir-rekwiżiti l-oħra kollha ta’ dak ir-Regolament, inkluż li l-ipproċessar tar-ritratt tal-wiċċ minn partijiet dipendenti jenħtieġ li jkun limitat għal dak meħtieġ għall-użu maħsub. L-użu maħsub jenħtieġ li jiġi kkomunikat lill-utent tal-kartiera, flimkien mat-talba għall-iżvelar, b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Biex titqies kif xieraq is-sensittività tad-data bijometrika, l-utent tal-kartiera jenħtieġ li jikkonferma b’mod espliċitu u speċifiku l-iżvelar tar-ritratt ta’ wiċċu. Is-silenzju jew il-kaxxi mmarkati minn qabel jenħtieġ li ma jitqisux bħala konferma mill-utent tal-kartiera. Il-konferma espliċita tal-utent tal-kartiera jenħtieġ li tkun salvagwardja teknika u minnha nnifisha ma tipprovdix bażi legali għall-ipproċessar. Kif stabbilit fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu aktar kundizzjonijiet, inkluż limitazzjonijiet, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data ġenetika, tad-data bijometrika jew tad-data dwar is-saħħa.

(3)

Biex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien ħalli jadattaw il-proċeduri nazzjonali tagħhom, ir-ritratt ta’ wiċċ l-utent tal-kartiera jista’ jkun parti mid-data obbligatorja tal-identifikazzjoni tal-persuna għall-persuni fiżiċi biss mill-11 ta’ Awwissu 2028. Meta dawn l-immaġnijiet jinkisbu minn dokumenti tal-identità eżistenti, bħal karti tal-identità jew passaporti, ikunu japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2025/1208 (8) jew (KE) Nru 2252/2004 (9) rispettivament.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jeżiġi li l-kartieri jkunu kapaċi juru Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE, bħala indikazzjoni verifikabbli, sempliċi u rikonoxxibbli li kartiera ġiet ipprovduta f’konformità mar-Regolament. L-użu ta’ dik il-Marka ta’ Fiduċja se jappoġġa l-funzjonament effettiv tas-suq intern, jiggarantixxi kompetizzjoni ġusta u jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi. Biex l-użu ta’ dik il-Marka ta’ Fiduċja jkun possibbli, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-karatteristiċi viżivi u tekniċi tal-Marka ta’ Fiduċja.

(5)

Kif stabbilit fl-Artikolu 12b tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, il-gwardjani jridu jippermettu interoperabbiltà effettiva lill-fornituri tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali u lill-emittenti tal-mezzi tal-identifikazzjoni elettronika notifikati, mal-istess karatteristiċi tas-sistema operatorja, tal-hardware jew tas-software u, għall-finijiet tal-interoperabbiltà, jippermettu wkoll aċċess effettiv għalihom. Dawn l-interoperabbiltà u l-aċċess effettivi jridu jingħataw mingħajr ħlas u irrispettivament minn jekk dawk il-karatteristiċi tal-hardware jew tas-software ikunux parti mis-sistema operatorja, ikunux disponibbli għal dak il-gwardjan meta jipprovdi dawk is-servizzi, jew jintużawx minn dak il-gwardjan meta jipprovdi dawk is-servizzi. Peress li s-soluzzjonijiet kollha tal-kartieri jenħtieġ li jappoġġaw sett komuni ta’ protokolli u interfaċċi biex jiżguraw l-użabbiltà, is-sigurtà u l-interoperabbiltà fl-Istati Membri kollha, il-gwardjani jenħtieġ li jippermettu l-karatteristiċi tas-sistema operatorja, tal-hardware jew tas-software meħtieġa biex jiġu implimentati l-protokolli u l-interfaċċi stabbiliti fl-Anness XII ta’ dan ir-Regolament. F’dan il-kuntest, fil-flussi online bejn l-apparati, kemm għall-verifika tal-qrubija fiżika kif ukoll għat-trasferiment tad-data bejn iż-żewġ apparati, jenħtieġ li l-gwardjani jippreferu kanal ta’ komunikazzjoni lokali kif attivat mill-verżjoni 2.3 tal-ispeċifikazzjoni Client To Authenticator Protocol (CTAP) (10) milli jużaw is-servizzi ta’ mina ibrida tas-CTAP.

(6)

Biex l-Istati Membri, il-fornituri taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera u l-fornituri tal-kartieri jingħataw biżżejjed żmien biex l-unitajiet tal-kartiera jkunu jistgħu jawtentikaw u jivvalidaw iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera, dan ir-rekwiżit jenħtieġ li japplika biss mill-11 ta’ Awwissu 2028.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) japplikaw għall-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament.

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u ta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta’ April 2026 (13).

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2977

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2977 hu emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Protezzjoni tar-ritratt tal-wiċċ

1.   Minbarra r-rekwiżiti tal-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/679, il-fornituri tal-kartieri għandhom jiżguraw li s-soluzzjonijiet tal-kartieri li jipprovdu, ikunu joħorġu twissijiet lill-utenti tal-kartiera meta l-partijiet dipendenti fuq kartiera jitolbu l-iżvelar tar-ritratt tal-wiċċ, filwaqt li jindikaw li t-talba tinvolvi l-kondiviżjoni ta’ data bijometrika u teħtieġ konferma għall-iżvelar selettiv tar-ritratt tal-wiċċ.

2.   Għall-implimentazzjoni tal-iżvelar selettiv tar-ritratt tal-wiċċ lil parti dipendenti fuq kartiera, il-fornituri tal-kartieri għandhom jiżguraw li s-soluzzjonijiet tal-kartieri jkunu jeħtieġu l-konferma espliċita u speċifika tal-utent tal-kartiera biex tkun tista’ ssir preżentazzjoni tar-ritratt ta’ wiċċu.

3.   Ir-ritratt tal-wiċċ ma għandux jinżamm mill-partijiet dipendenti fuq kartiera sakemm l-ipproċessar ulterjuri tiegħu ma jkunx meħtieġ għall-finijiet ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data jew meta dan ikun previst mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Ir-ritratt tal-wiċċ ma għandux jiġi trasferit lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm ma jkunx permess mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.”

;

(2)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa lill-unitajiet tal-kartiera għandhom jikkonformaw imqar ma’ wieħed mill-istandards stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2979.”

;

(3)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

meta l-attestazzjoni tal-unità tal-kartiera li għaliha tkun inħarġet id-data tal-identifikazzjoni personali tkun ġiet revokata;”;

(4)

L-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2979

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2979 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 2;

(2)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

iwettqu operazzjonijiet kriptografiċi tal-kartiera li jinvolvu assi kritiċi maħżuna f’apparat kriptografiku sigur tal-kartiera u li ma jkunux meħtieġa għall-awtentikazzjoni tal-utent tal-kartiera biss meta dawk l-applikazzjonijiet ikun irnexxielhom jawtentikaw lill-utenti tal-kartiera;”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Mekkaniżmi kriptografiċi

Il-fornituri tal-kartiera għandhom, għall-finijiet tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 4, jużaw biss il-mekkaniżmi kriptografiċi msemmija fl-Anness Ia.”

;

(4)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-fornituri tal-kartiera għandhom joħorġu attestazzjonijiet tal-unità tal-kartiera għal kull unità tal-kartiera. Il-fornituri tal-kartieri għandhom jiffirmaw jew jissiġillaw l-attestazzjonijiet tal-unità tal-kartiera b’mod li l-firem jew is-siġilli jkunu jistgħu jiġu validati b’ċertifikat elenkat f’konformità mal-Anness II, it-Taqsima 2, il-punt (1), l-ittra (h) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-fornituri tal-kartiera għandhom jiżguraw li l-attestazzjonijiet tal-unità tal-kartiera msemmija fil-paragrafu 1 jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness Ib.”

;

(c)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jipprovdu mekkaniżmi tal-identifikazzjoni u tal-awtentikazzjoni siguri għall-utenti tal-kartiera li jkunu indipendenti mill-unitajiet tal-kartiera;”

(5)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-isem, id-dettalji tal-kuntatt, u l-identifikatur uniku tal-parti korrispondenti dipendenti fuq kartiera u l-Istat Membru li fih hija stabbilita dik il-parti dipendenti fuq kartiera;”;

(6)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-fornituri tal-kartiera għandhom jiżguraw li l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-politiki komuni tal-iżvelar inkorporat stabbiliti fl-Anness III jistgħu jiġu pproċessati mill-unitajiet tal-kartieri li jipprovdu.”

;

(7)

l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-ħolqien ta’ firem jew siġilli f’konformità imqar mal-format obbligatorju tal-firem jew tas-siġilli msemmi fl-Anness IV;”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-applikazzjonijiet għall-ħolqien tal-firem jistgħu jiġu integrati fl-istanzi tal-kartieri jew ikunu esterni għalihom.”

;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li gej:

“4.   L-applikazzjonijiet għall-ħolqien tal-firem użati mill-unitajiet tal-kartieri għandhom jappoġġaw imqar l-interfaċċa tal-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet imsemmija fl-Anness IV.”

;

(8)

fl-Artikolu 14, jitħassar il-paragrafu 1;

(9)

jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:

“Artikolu 14a

Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE

1.   Il-fornituri tal-kartiera għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-kartieri juru l-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE. Il-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE għandha tkun bil-format stabbilita fl-Annessi VI u VII.

2.   Il-fornituri tal-kartieri għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-kartieri jippermettu lill-utenti tal-kartieri jaċċessaw informazzjoni biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-istatus taċ-ċertifikazzjoni tas-soluzzjoni tal-kartiera. Għal dak il-għan, il-fornituri tal-kartiera għandhom jiżguraw li, wara r-reġistrazzjoni ta’ soluzzjoni tal-kartieri, l-unitajiet tal-kartieri korrispondenti jinkludu l-URLs ipprovduti mill-Kummissjoni Ewropea għal tali verifika. Il-fornituri tal-kartiera għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-kartiera tagħhom ikollhom aċċess għad-data tal-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII.

3.   Il-kuluri ta’ referenza għall-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE għandhom ikunu Pantone 661 u 116, jew blu (100 % cyan + 67 % maġenta + 0 % isfar + 40 % iswed) u isfar (0 % cyan + 20 % maġenta + 100 % isfar + 0 % iswed), meta jintuża proċess CMYK; filwaqt li meta jintużaw kuluri RGB, il-kuluri ta’ referenza għandhom ikunu blu (0 aħmar + 51 aħdar + 153 blu) u isfar (255 aħmar + 204 aħdar + 0 blu).

4.   Meta l-użu tal-kulur ma jkunx prattiku, il-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE tista’ tintuża bl-abjad u bl-iswed kif stabbilit fl-Anness VII.

5.   Meta l-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE tintuża fuq sfond skur, tista’ tintuża b’format negattiv bl-istess kulur tal-isfond. Meta l-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE fuq sfond ikkulurit li jagħmilha diffiċli biex tidher, tista’ tintuża linja ta’ delimitazzjoni esterna madwar il-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE biex ittejjeb il-kuntrast mal-kuluri tal-isfond.

6.   Id-daqs minimu tal-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE għandu jkun 64 × 85 pixels b’150 dpi.

7.   Il-fornituri tal-kartiera għandhom jiżguraw li l-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE tintuża b’mod li jkun hemm indikazzjoni ċara tal-unità tal-kartiera li għaliha tappartjeni l-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE. Il-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE tista’ tkun assoċjata ma’ elementi grafiċi jew testwali li jindikaw b’mod ċar l-unità tal-kartiera li tintuża għaliha, diment li dawn la jkunu jibdlu r-rikonoxxibbiltà tagħha bħala Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE, u lanqas ma jibdlu l-assoċjazzjoni mal-lista tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali ċċertifikati msemmija fl-Artikolu 5d tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

8.   Meta l-fornituri tal-kartiera jirrevokaw attestazzjoni tal-unità tal-kartiera, dan għandhom jiżguraw li l-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE ma tibqax tidher fuq l-unità tal-kartiera korrispondenti.”

(10)

L-Annessi Ia u Ib huma miżjuda kif stabbilit fl-Anness II u l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(11)

L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

(12)

L-Anness III huwa sostitwit bl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

(13)

L-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

(14)

L-Anness V jitħassar.

(15)

It-test stabbilit fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VI.

(16)

It-test stabbilit fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VII.

(17)

It-test stabbilit fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIII.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2980

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980 huwa emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta applikabbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista bl-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri dwar il-fornituri tal-kartieri, il-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuni, u l-fornituri taċ-ċertifikati tal-aċċess għal parti dipendenti fuq kartiera, kif imsemmi fl-Anness II, it-Taqsimiet 2, 3, 4 u 5.”

;

2.

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness X ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2982

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2982 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)   il-preżentazzjoni ta’ attributi tad-data tal-identifikazzjoni personali u tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, lil partijiet dipendenti fuq kartiera;”

;

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)   jawtentikaw u jivvalidaw iċ-ċertifikati tal-aċċess għal parti dipendenti fuq kartiera meta jinteraġixxu ma’ partijiet dipendenti fuq kartiera mingħajr ma jiddelegaw l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-proċessi lil brawżer tas-sistema operatorja jew applikazzjoni intermedjarja oħra;”

;

(b)

il-paragrafu (2) jitħassar;

(c)

il-paragrafu (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)   jawtentikaw u jivvalidaw it-talbiet li jsiru b’ċertifikati tal-aċċess għal parti dipendenti fuq kartiera;”

;

(d)

il-paragrafu (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)   jawtentikaw u jivvalidaw iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera;”

;

(e)

il-paragrafu (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)   juru lill-utenti tal-kartiera l-informazzjoni li jkun hemm fiċ-ċertifikati tal-aċċess għal parti dipendenti fuq kartiera;”

;

(f)

il-paragrafu (8) jitħassar;

(g)

il-paragrafu (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(9)   ma jippreżentaw l-ebda attribut mitlub lil partijiet dipendenti fuq kartiera sakemm ikunu tlestew il-passi li ġejjin:

(a)

verifika li l-politiki tal-iżvelar inkorporat ġew ipproċessati fi ħdan l-unità tal-kartiera f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2979;

(b)

verifika li l-utenti tal-kartiera approvaw parzjalment jew għalkollox il-preżentazzjoni.”

;

(3)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-fornituri tal-kartiera għandhom jiżguraw li s-soluzzjonijiet tal-kartieri jappoġġaw il-protokolli u l-interfaċċi stabbiliti fl-Anness I għall-ħruġ tad-data tal-dentifikazzjoni tal-persuna u tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi għall-unitajiet tal-kartiera.”

;

(4)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.   Il-fornituri tal-kartiera għandhom jiżguraw li s-soluzzjonijiet tal-kartieri jappoġġaw protokolli u interfaċċi għall-preżentazzjoni tal-attributi lil partijiet dipendenti fuq kartiera, b’mod remot u meta xieraq bil-prossimità, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II.

2.   Il-fornituri tal-kartiera għandhom jiżguraw li, meta jintalab mill-utenti, l-unitajiet tal-kartiera jwieġbu talbiet awtentikati u vvalidati b’suċċess minn partijiet dipendenti fuq kartiera msemmija fl-Artikolu 3, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II.”

;

(b)

il-paragrafu 5 jitħassar.

(5)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 3(4) għandu japplika mill-11 ta’ Awwissu 2028.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.”

.

(6)

L-Anness jitħassar.

(7)

It-test stabbilit fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness I.

(8)

It-test stabbilit fl-Anness XII ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness II.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 257, 28.8.2014, p.73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/946 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar Sett ta’ Għodod komuni tal-Unjoni għal approċċ koordinat lejn Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L 210, 14.6.2021, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2021/946/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2977 tat-28 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa lill-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/2977, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2977/oj).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2979 tat-28 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-integrità u l-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/2979, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2979/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2980 tat-28 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni dwar l-ekosistema tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/2980, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2980/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2982 tat-28 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-protokolli u l-interfaċċi li jridu jiġu appoġġati mill-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/2982, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2982/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1208 tat-12 ta’ Ġunju 2025 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza li jinħarġu liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu (OJ L, 2025/1208, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1208/oj).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat- 13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2252/oj).

(10)  L-istandard propost minn Fido Alliance, il-Client To Authenticator Protocol (CTAP), is-26 ta’ Frar 2026.

(11)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(13)   Il-kummenti formali tal-EDPS dwar l-abbozz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni fir-rigward tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980 | il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.


ANNESS I

ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi għad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna msemmija fl-Artikolu 3(3)

(1)   

Taqsima 1: Sett tad-data tal-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika

Tabella 1

Data obbligatorja tal-identifikazzjoni tal-persuna għall-persuna fiżika għal żvelar selettiv

Identifikatur tad-data

Definizzjoni

family_name

Il-kunjom(ijiet) attwali tal-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

given_name

L-ismijiet attwali, inkluż l-ismijiet tan-nofs meta applikabbli, tal-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

birth_date

Il-jum, ix-xahar u s-sena meta twieled l-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

birth_place

Il-pajjiż bħala kodiċi tal-pajjiż alfa-2 kif speċifikat fl-ISO 3166-1, jew l-istat, il-provinċja, id-distrett, jew iż-żona lokali jew il-muniċipalità, il-belt, ir-raħal jew il-villaġġ fejn twieled l-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

nationality

Kodiċi tal-pajjiż alfa-2 wieħed jew aktar kif speċifikat fl-ISO 3166-1, li jirrappreżenta n-nazzjonalità tal-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

portrait

Ħlief meta l-utent ikun għażel espliċitament li ma jinkludix ritratt, l-immaġni tal-wiċċ tal-utent li magħha tkun relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, f’konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità għal tip ta’ immaġni frontali sħiħa kif stabbilit fl-ISO/IEC 39794-5 jew, għal retrokompatibbiltà, fl-ISO/IEC 19794-5, il-klawżoli 8.2, 8.3, u 8.4, u mogħtija bħala data tal-immaġni kodifikata mingħajr l-intestaturi jew il-blokki kif speċifikat fil-klawżola 5 tal-ISO/IEC 19794-5 ħlief għad-data tal-immaġni nnifisha (JPEG), għandha tapplika mill-11 ta’ Awwissu 2028.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-utent għandu l-għażla li ma jaċċettax li jinkludi ritratt tal-wiċċ mad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iżvelar selettiv japplika għal kull identifikatur tad-data, inkluż ir-ritratt.

Meta d-data tat-twelid tal-persuna fiżika ma tkunx magħrufa, l-Istati Membri għandhom jagħżlu valuri xierqa li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet 4.1 jew 4.2 (kif xieraq) ta’ dan l-Anness.

Meta n-nazzjonalità tal-persuna fiżika ma tkunx magħrufa, l-Istati Membri għandhom jużaw il-valur “QU”.

Meta l-persuna fiżika ma jkollhiex nazzjonalità, l-Istati Membri għandhom jużaw il-valur “QS”.

Meta l-utent jagħżel li ma jinkludix ir-ritratt tal-wiċċ, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur bħala vojt.

Tabella 2

Data fakultattiva tal-identifikazzjoni tal-persuna għall-persuna fiżika għal żvelar selettiv

Identifikatur tad-data

Definizzjoni

resident_address

L-indirizz sħiħ tal-post fejn jirrisjedi bħalissa jew fejn jista’ jiġi kkuntattjat l-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna (l-isem tat-triq, in-numru tad-dar, il-belt, eċċ.).

resident_country

Il-pajjiż fejn jirrisjedi bħalissa l-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, bħala kodiċi tal-pajjiż alfa-2 kif speċifikat fl-ISO 3166-1.

resident_state

L-Istat, il-provinċja, id-distrett, jew iż-żona lokali fejn jirrisjedi bħalissa l-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

resident_city

Il-muniċipalità, il-belt, ir-raħal jew il-villaġġ fejn jirrisjedi bħalissa l-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

resident_postal_code

Il-kodiċi postali tal-post fejn jirrisjedi bħalissa l-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

resident_street

L-isem tat-triq fejn jirrisjedi bħalissa l-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, inkluż in-numru tad-dar u kwalunkwe affiss jew suffiss tiegħu.

personal_administrative_number

Valur assenjat lill-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, li jkun uniku fost in-numri amministrattivi personali kollha maħruġa mill-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna. Meta l-Istati Membri jagħżlu li jinkludu dan l-attribut, dawn għandhom jiddeskrivu, fl-iskemi tal-identifikazzjoni elettronika tagħhom li bihom tinħareġ id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, il-politika li japplikaw għall-valuri ta’ dan l-attribut, inkluż, meta applikabbli, kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar ta’ dan il-valur.

family_name_birth

Il-kunjom(ijiet) tal-utent li miegħu tirrelata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna fil-ħin tat-twelid.

given_name_birth

L-ewwel isem/ismijiet, inkluż it-tieni isem/ismijiet, tal-utent li miegħu tirrelata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna fil-ħin tat-twelid.

sex

Il-valuri għandhom ikunu wieħed minn dawn:

0 = mhux magħruf;

1 = raġel;

2= mara;

3 = ieħor;

4 = inter;

5 = divers;

6 = miftuħ;

9 = mhux applikabbli;

Għall-valuri 0, 1, 2 u 9, japplika l-ISO/IEC 5218.

email_address

L-indirizz tal-email tal-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna [f’konformità mal-RFC 5322 (1)].

mobile_phone_number

In-numru tal-mowbajl tal-utent li miegħu hija relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, li jibda bis-simbolu “+” bħala l-prefiss tal-kodiċi internazzjonali u l-kodiċi tal-pajjiż, u mbagħad numri biss.

(1)  P. Resnick, editur, “Internet Message Format,” RFC 5322, Ottubru 2008.

(2)   

Taqsima 2: Sett tad-data tal-identifikazzjoni ta’ persuna ġuridika

Tabella 3

Data obbligatorja tal-identifikazzjoni tal-persuna f’każ ta’ persuna ġuridika

Identifikatur tad-data

isem ġuridiku attwali

identifikatur uniku maħluq mill-Istat Membru mittenti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-finijiet tal-identifikazzjoni transfruntiera, u li jibqa’ kemm jista’ jkun persistenti maż-żmien

Meta identifikatur tad-data ma jkunx magħruf għall-persuna jew ma jkunx jista’ jiġi żvelat mod ieħor bħala parti mis-sett tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, l-Istati Membri, għandhom minflok jużaw valur ta’ attribut xieraq għas-sitwazzjoni.

Tabella 4

Data fakultattiva tal-identifikazzjoni tal-persuna f’każ ta’ persuna ġuridika

Identifikatur tad-data

indirizz attwali

numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT

numru ta’ referenza tat-taxxa

Identifikatur uniku Ewropew imsemmi fid-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI) imsemmi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1860 (3)

Numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) imsemmi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 (4)

numru tas-sisa stipulat fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 (5).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p.46, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1132/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1860 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards, il-formati, il-frekwenza u l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar (ĠU L 262, 7.10.2022, p.68, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1860/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 tal- 4 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 341, 18.12.2013, p.10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1352/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat- 2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p.1, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2012/389/oj).

(3)   

Taqsima 3: Sett ta’ metadata dwar id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna

Tabella 5

Metadata dwar id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna

Identifikatur tad-data

Definizzjoni

Preżenza

issuing_authority

Isem l-awtorità amministrattiva li ħarġet id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, jew il-kodiċi tal-pajjiż alfa-2 tal-ISO 3166 tal-Istat Membru rispettiv jekk ma jkunx hemm awtorità separata li tista’ toħroġ id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

obbligatorja

issuing_country

il-kodiċi tal-pajjiż alfa-2, kif speċifikat fl-ISO 3166-1, tal-pajjiż jew it-territorju tal-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

obbligatorja

expiry_date

Id-data (u jekk possibbli l-ħin) meta jiskadi l-perjodu tal-validità amministrattiva tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

fakultattiva

document_number

Numru għad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, assenjat mill-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

fakultattiva

issuing_jurisdiction

Il-kodiċi tas-suddiviżjoni tal-pajjiż tal-ġuriżdizzjoni li jkun ħareġ id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, kif speċifikat fil-klawżola 8 tal-ISO 3166-2:2020. L-ewwel parti tal-kodiċi għandha tkun l-istess bħall-valur għall-pajjiż emittenti.

fakultattiva

issuance_date

Id-data, u jekk possibbli l-ħin, meta beda l-perjodu tal-validità amministrattiva tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

fakultattiva

(4)   

Taqsima 4: Kodifikazzjoni tal-attributi tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika

Id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika għandha tinħareġ f’konformità mal-istandards stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2979, il-klawżoli 5 (il-format SD-JWT VC) u 6 (il-format ISO/IEC-mdoc) kif applikabbli għall-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi. Il-klawżoli 5.2.2, 5.2.4, 5.2.5, EAA-6.1-03, 6.2.2, 6.2.3,6.2.4 u 6.2.5 m’għandhomx japplikaw.

Il-kodifikazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2 ta’ dan l-Anness.

4.1

Kodifikazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna f’każ ta’ persuna fiżika u bil-format ISO/IEC-mdoc

It-tip ta’ attestazzjoni għad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna bil-format ISO/IEC mdoc għandu jkun “eu.europa.ec.eudi.pid.1”. L-identifikatur tal-ispazju tal-isem għall-attributi tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna stabbiliti f’dan l-Anness għandu jkun “eu.europa.ec.eudi.pid.1”.

Meta d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna tkun tinkludi data li ma jkunux stabbiliti identifikaturi tad-data għaliha f’dan l-Anness, din id-data għandha tiġi definita fl-ispazju tal-isem tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna domestika li juża l-format ġenerali eu.europa.ec.eudi.pid.[Kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alfa-2 jew il-kodiċi tar-reġjun ISO 3166-2] segwit b’punt fakultattiv u numru tal-verżjoni.

Meta jintuża l-ispazju tal-isem domestiku, l-iskema tiegħu, inkluż l-identifikaturi tad-data kollha, id-definizzjonijiet, il-preżenza u l-formati tal-kodifikazzjoni tagħhom, għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1569 (6).

Id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna u l-metadata tagħha stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 3 ta’ dan l-Anness għandhom jiġu inklużi fl-elementi tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna skont it-tifsira tal-ispeċifikazzjonijiet tal-format mdoc tal-ISO/IEC.

Il-membru deviceKey fi ħdan il-membru deviceKeyInfo tal-istanza tat-tip MobileSecurityObject għandu jkun fih kjavi pubblika.

Dik il-kjavi pubblika għandha tikkorrispondi għal kjavi privata li tkun maħżuna fl-apparat kriptografiku sigur tal-kartiera (“WSCD”) tal-utent tal-kartiera.

L-Intestatura Protetta tal-firma diġitali CB-AdES li tiffirma data tal-identifikazzjoni tal-persuna bil-format ISO/IEC-mdoc għandha tinkludi l-parametri tal-intestatura x5u u x5t, it-tnejn speċifikati fl-RFC 9360 (7).

L-algoritmu diġest użat fil-parametru tal-intestatura x5t, għandu jkun SHA-256.

Ir-rekwiżiti għall-kodifikazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna bil-format ISO/IEC-mdoc huma stabbiliti fit-Tabella 6:

Tabella 6

Rekwiżiti għall-kodifikazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna bil-format ISO/IEC-mdoc

Identifikatur tad-data

Identifikatur tal-attribut

Format tal-kodifikazzjoni

family_name

family_name

tstr

given_name

given_name

tstr

birth_date

birth_date

full-date

birth_place

place_of_birth

place_of_birth

nationality

nationality

nationalities

resident_address

resident_address

tstr

resident_country

resident_country

tstr

resident_state

resident_state

tstr

resident_city

resident_city

tstr

resident_postal_code

resident_postal_code

tstr

resident_street

resident_street

tstr

personal_administrative_number

personal_administrative_number

tstr

portrait

portrait

bstr

family_name_birth

family_name_birth

tstr

given_name_birth

given_name_birth

tstr

sex

sex

uint

email_address

email_address

tstr

mobile_phone_number

mobile_phone_number

tstr

expiry_date

expiry_date

tdate

jew full-date

issuing_authority

issuing_authority

tstr

issuing_country

issuing_country

tstr

document_number

document_number

tstr

issuing_jurisdiction

issuing_jurisdiction

tstr

issuance_date

issuance_date

tdate

jew full-date

In-notazzjoni tal-format tal-kodifikazzjoni tal-attributi speċifikati fit-Tabella 6 għandha tuża tipi ta’ rappreżentazzjoni kif speċifikati fl-RFC 8610 (8), bir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

tstr għandu jkun kodifikat b’UTF-8;

(b)

tstr għandu jappoġġa l-firxa sħiħa tal-Unicode;

(c)

tstr għandu jkollu tul massimu ta’ 150 karattru;

(d)

data għandha tiġi kodifikata kif speċifikat fl-RFC 8943 (9);

(e)

l-attribut full-date għandu jiġi interpretat bħala #6.1004(tstr), u t-tag 1004 tkun kif speċifikat fl-RFC 8943;

(f)

l-attribut tdate għandu jkun fih string bid-data u l-ħin kif speċifikat fl-RFC 3339 (10);

(g)

attribut full-date għandu jkun fih string b’data sħiħa kif speċifikat fl-RFC 3339, f’konformità mal-RFC 8943;

(h)

rappreżentazzjoni tad-data bħala attributi għandha, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor:

ma tużax frazzjonijiet ta’ sekondi;

ma tużax differenza tal-ħin lokali mill-UTC, u d-differenza tal-ħin speċifikata fl-RFC 3339 għandha tkun stabbilita għal “Z”.

(i)

numru sħiħ bit-tipi ewlenin 0 u 1 għandu jkun żgħir kemm jista’ jkun, kif speċifikat fl-RFC 8949 (11), it-Taqsima 4.2;

(j)

place_of_birth għandu jkun fih imqar wieħed mill-pari bi kjavi-valur li ġejjin: “country”, “region”, jew “locality”;

(k)

l-espressjoni tat-tul f’bstr, f’tstr, f’array jew f’mappa għandha tkun qasira kemm jista’ jkun, kif speċifikat fl-RFC 8949, it-Taqsima 4.2;

(l)

l-attribut nationality għandu jiġi kkodifikat bħala array ta’ kodiċijiet tal-pajjiż alfa-2 kif speċifikat fl-ISO 3166-1. Meta tintuża n-notazzjoni CDDL kif speċifikata fl-RFC 8610, il-kodifikazzjoni ta’ dan l-attribut għandha tkun:

nationalities = [+ CountryCode];

CountryCode = tstr; il-kodiċi tal-pajjiż alfa-2 speċifikat fl-ISO 3166-1

meta utent tal-kartiera li miegħu tkun relatata d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna jkollu aktar minn nazzjonalità waħda u l-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna jixhed dawn in-nazzjonalitajiet multipli, il-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna jista’ jinkludi n-nazzjonalitajiet kollha fid-data tal-identifikazzjoni tal-persuna;

l-attribut place_of_birth għandu jiġi kkodifikat bħala tip place_of_birth. Meta tintuża n-notazzjoni CDDL kif speċifikata fl-RFC 8610, il-kodifikazzjoni ta’ dan l-attribut għandha tkun:

place_of_birth =

{

? 'country': tstr; a single alpha-2 country code as specified in ISO 3166-1

? 'region': tstr; the name of a state, province, district, or local area

? 'locality': tstr; the name of a municipality, city, town, or village

}

4.2

Rekwiżiti għall-kodifikazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna bil-format SD-JWT VC

Id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna u l-metadata tagħha speċifikata f’din it-Taqsima għandhom jiġu inklużi f’data tal-identifikazzjoni tal-persuna bħala dikjarazzjonijiet fit-tifsira tal-ispeċifikazzjonijiet tal-format SD-JWT VC.

Id-dikjarazzjonijiet kollha fid-data tal-identifikazzjoni tal-persuna maħruġa, imsemmija fl-inċiż preċedenti, għandhom ikunu jistgħu jiġu żvelati b’mod selettiv individwalment, ħlief id-dikjarazzjonijiet definiti bħala mhux selettivi li jistgħu jiġu żvelati bil-format SD-JWT VC.

It-Tabella 7 tispeċifika l-kodifikazzjoni tal-ismijiet tad-dikjarazzjonijiet li huma ismijiet pubbliċi.

It-Tabella 8 tispeċifika l-kodifikazzjoni tal-ismijiet tad-dikjarazzjonijiet li huma speċifiċi għad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

String JSON użata fid-data tal-identifikazzjoni tal-persuna kodifikata b’SD-JWT VC għandha tkun kodifikata b’UTF-8 u għandha tappoġġa l-firxa sħiħa tal-Unicode, sakemm ma jkunx speċifikat espliċitament mod ieħor fit-Tabella 8 hawn taħt jew fir-referenzi fiha.

Id-dikjarazzjonijiet tal-JWT nbf u exp kif definiti fl-RFC 7519 (12) għandhom jintużaw biex jesprimu l-perjodu tal-validità teknika tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna konformi mal-format SD-JWT VC.

Id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna għandha tinkorpora d-dikjarazzjoni “cnf” kif definita fl-RFC 7800 (13), li għandha tkun kjavi pubblika ġġenerata minn kjavi privata maħżuna fid-WSCD tal-unità tal-kartiera tal-utenti tal-kartiera.

L-Intestatura Protetta tal-firma diġitali li tiffirma data tal-identifikazzjoni tal-persuna bil-format SD-JWT VC għandu jkun fiha l-parametri tal-intestatura x5u u x5t#S256, speċifikati fl-RFC 7515 (14).

Tabella 7

Rekwiżiti għall-kodifikazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna bil-format SD-JWT VC permezz ta’ ismijiet pubbliċi

Identifikatur tad-data

Identifikatur tal-attribut

Format tal-kodifikazzjoni

family_name

family_name

string

given_name

given_name

string

birth_date

birthdate

string, ISO 8601-1, bil-format YYYY-MM-DD

birth_place

place_of_birth

struttura JSON

nationality

nationalities

array ta’ strings

resident_address

address.formatted

string

resident_country

address.country

string

resident_state

address.region

string

resident_city

address.locality

string

resident_postal_code

address.postal_code

string

resident_street

address.street_address

string

family_name_birth

birth_family_name

string

given_name_birth

birth_given_name

string

email_address

email

string

mobile_phone_number

phone_number

string

portrait

picture

string; il-URL tad-data li fiha ritratt ikkodifikat bil-base64 bil-format JPEG

Tabella 8

Rekwiżiti għall-kodifikazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna bil-format SD-JWT VC permezz ta’ ismijiet privati

Identifikatur tad-data

Identifikatur tal-attribut

Format tal-kodifikazzjoni

expiry_date

date_of_expiry

string, ISO 8601-1, bil-format YYYY-MM-DD

issuance_date

date_of_issuance

string, ISO 8601-1, bil-format YYYY-MM-DD

personal_administrative_number

personal_administrative_number

string

sex

sex

numru

issuing_authority

issuing_authority

string

issuing_country

issuing_country

string

document_number

document_number

string

issuing_jurisdiction

issuing_jurisdiction

string

It-tip bażi tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna għandu jkun “urn:eudi:pid:1”, inkluż fid-dikjarazzjoni vct. Id-data kollha tal-identifikazzjoni tal-persuna għandha tuża tipi fl-ispazju tal-isem “urn:eudi:pid:”.

Meta d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna tkun tinkludi attributi li mhumiex speċifikati f’dan l-Anness, dawn l-attributi għandhom jiġu definiti f’tip domestiku.

Meta jintuża t-tip domestiku, l-iskema tiegħu, inkluż l-identifikaturi tad-data kollha, id-definizzjonijiet tagħhom, il-preżenza u l-formati tal-kodifikazzjoni, għandha tiġi definita fi skema ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1569.

(5)   

Taqsima 5: Dettalji tal-infrastruttura ta’ fiduċja

Il-lista ta’ fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna li l-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980 għandha tippermetti l-awtentikazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.


(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1569 tad-29 ta’ Lulju 2025 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi u attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku (ĠU L, 2025/1569, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1569/oj).

(7)  J. Schaad, “CBOR Object Signing and Encryption (COSE): Header Parameters for Carrying and Referencing X.509 Certificates” (https://datatracker.ietf.org/doc/rfc9360/).

(8)  C. Vigano u H. Birkholz, “Concise Data Definition Language (CDDL): A Notational Convention to Express Concise Binary Object Representation (CBOR) and JSON Data Structures,” RFC 8610, Ġunju 2019.

(9)  M. Jones, A. Nadalin u J. Richter, “Concise Binary Object Representation (CBOR) Tags for Date,” RFC 8943, Novembru 2020.

(10)  G. Klyne u C. Newman, “Date and Time on the Internet: Timestamps,” RFC 3339, Lulju 2002.

(11)  C. Bormann u P. Hoffman, “Concise Binary Object Representation (CBOR),” RFC 8949, Diċembru 2020.

(12)  J. Jones, et al., “JSON Web Token (JWT),” RFC 7519, Mejju 2015.

(13)  M. Jones, et al., “Proof-of-Possession Key Semantics for JSON Web Tokens (JWTs),” RFC 7800, April 2016.

(14)  M. Jones, et al., “JSON Web Signature (JWS),” RFC 7515, Mejju 2015.


ANNESS II

ANNESS Ia

Mekkaniżmi kriptografiċi msemmija fl-Artikolu 5a

Il-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, Sottogrupp dwar il-Kriptografija: “Agreed Cryptographic Mechanisms” ippubblikat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (“ENISA”) (1).


(1)   https://certification.enisa.europa.eu/publications/eucc-guidelines-cryptography_en.


ANNESS III

ANNESS Ib

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-attestazzjonijiet tal-unità tal-kartiera msemmija fl-Artikolu 6(2a)

(1)   

Attestazzjoni tal-unità tal-kartiera għandha tinkludi attestazzjoni waħda jew aktar tal-istanza tal-kartiera u attestazzjoni waħda jew aktar tal-kjavi.

(2)   

L-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera u l-attestazzjonijiet tal-kjavi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Rekwiżiti tal-format

FR-WIA-1: Attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera għandha tkun JSON Web Token (JWT) kif speċifikat fl-RFC 7519 (1), iffirmat jew issiġillat b’mod elettroniku mill-fornitur tal-kartiera b’firma kompatta JAdES linja bażi B.

FR-WIA-1.1: Attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera għandha tkun attestazzjoni tal-kartiera kif speċifikat fl-Appendiċi E ta’ OpenID għall-Ħruġ ta’ Kredenzjali Verifikabbli v1.0 (2) (“OID4VCI”) u estiża kif speċifikat f’C-WIA-1 u C-WIA-2 hawn taħt.

FR-KA-1: Attestazzjoni tal-kjavi għandha tkun JWT kif speċifikat fl-RFC 7519, iffirmata jew issiġillata b’mod elettroniku mill-fornitur tal-kartiera b’firma kompatta JAdES linja bażi B.

FR_KA_1.1: Attestazzjoni tal-kjavi għandha tkun attestazzjoni ta’ kjavi kif speċifikat fl-Appendiċi D tal-OID4VCI, estiża kif speċifikat f’C_KA-1 u C_KA-2 hawn taħt.

(b)

Rekwiżiti tat-trasport

TR-WIA-1: Unità tal-kartiera għandha tuża attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera waqt il-ħruġ tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati jew mhux kwalifikati tal-attributi, jew attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku jew f’ismu.

TR-WIA-2: Fornitur tal-kartiera għandu jivverifika l-integrità tal-istanza tal-kartiera u jiffirma jew jissiġilla b’mod elettroniku l-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera.

TR-WIA-2.1: Meta fornitur tal-kartiera joħroġ attestazzjoni ta’ istanza tal-kartiera, id-differenza bejn il-ħin meta l-fornitur tal-kartiera vverifika l-integrità tal-istanza tal-kartiera u l-ħin li jindika fil-parametru tal-intestatura “exp” tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera maħruġa għandha tkun inqas minn 24 siegħa.

TR-WIA-2.2: Il-fornitur tal-kartiera għandu jiżgura li unità tal-kartiera jkun fiha attestazzjonijiet tal-istanza tal-kartiera kif meħtieġ għall-ħruġ tal-identifikazzjoni tal-persuna u tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi.

TR-WIA-3: Waqt il-ħruġ, unità tal-kartiera għandha tibgħat attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera lis-server tal-awtorizzazzjoni fit-talba għall-awtorizzazzjoni awtomatika u fit-talba għat-token, kif speċifikat fl-OID4VCI.

TR-WIA-3.1: Unità tal-kartiera għandha tibgħat l-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera flimkien ma’ Prova tal-Pussess (“PoP”) kif speċifikat fl-Appendiċi E tal-OID4VCI.

TR-WIA-3.2: Unità tal-kartiera għandha tibgħat l-istess attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera lil server tal-awtorizzazzjoni wieħed biss.

TR-WIA-3.2.1: Meta fornitur tal-kartiera juża l-għażla ta’ “per-issuer reuse” speċifikata f’R_WIA_1 hawn taħt, unità tal-kartiera tista’ tibgħat attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera lill-istess server tal-awtorizzazzjoni diversi drabi.

TR-WIA-3.2.2: Meta fornitur tal-kartiera ma jużax l-għażla ta’ “per-issuer reuse”, unità tal-kartiera għandha tuża attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera f’mhux aktar minn proċess ta’ ħruġ wieħed.

TR-WIA-4: Meta server tal-awtorizzazzjoni jirċievi attestazzjoni ta’ istanza tal-kartiera, dan għandu jivverifika l-firma tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera permezz tal-kjavi pubblika fiċ-ċertifikat tal-iffirmar inkluż fil-parametru “x5c” fl-intestatura JOSE tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera.

TR-WIA-4.1: Is-server tal-awtorizzazzjoni għandu jivverifika wkoll li dan iċ-ċertifikat tal-iffirmar jista’ jiġi vverifikat b’ankra ta’ fiduċja fuq il-lista tal-fornituri tal-kartiera msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980, potenzjalment b’ċertifikati intermedji inklużi fil-parametru x5c.

TR-WIA-4.2: Is-server tal-awtorizzazzjoni għandu jivverifika li l-attestazzjoni tal-istanza tal-kartieri ma skadietx.

TR-WIA-4.3: Is-server tal-awtorizzazzjoni għandu jivverifika l-firma tal-PoP skont il-kjavi pubblika preżenti fid-dikjarazzjoni “cnf”.

TR_KA-1: Unità tal-kartiera għandha tuża attestazzjoni tal-kjavi waqt il-ħruġ ta’ data tal-identifikazzjoni tal-persuna u waqt il-ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati jew mhux kwalifikati tal-attributi marbuta mal-apparat, jew attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku jew f’ismu.

TR_KA-1.1: Unità tal-kartiera ma għandhiex tuża attestazzjoni tal-kjavi waqt il-ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati jew mhux kwalifikati tal-attributi mhux marbuta ma’ apparat, jew attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku jew f’ismu.

TR_KA-2: Fornitur tal-kartiera għandu jipprovdi unità tal-kartiera b’attestazzjonijiet tal-kjavi differenti għad-WSCD tal-unità tal-kartiera u għal kull wieħed mill-imħażen tal-kjavi tiegħu.

TR_KA-2.1: Il-fornitur tal-kartiera għandu jiffirma jew jissiġilla b’mod elettroniku fuq l-attestazzjoni tal-kjavi, wara li l-fornitur tal-kartiera jkun ivverifika li l-kjavi attestati fl-attestazzjoni tal-kjavi huma maħżuna fid-WSCD tal-unità tal-kartiera jew fil-maħżen tal-kjavi deskritt fl-attestazzjoni tal-kjavi.

TR_KA-2.2: Attestazzjoni tal-kjavi għandu jkun fiha mqar kjavi pubblika attestata. L-għadd ta’ kjavi fl-attestazzjoni tal-kjavi mibgħuta lil emittent tal-kredenzjali ma għandux jaqbeż id-daqs massimu tal-lott speċifikat minn dak l-emittent tal-kredenzjali fil-metadata tal-Emittent tal-Kredenzjali tiegħu; ara l-ETSI TS 119 472-3 (3), il-parametru “credential_configurations_supported. credential_metadata.credential_reuse_policy.options.batch_size”.

TR_KA-2.3: Fornitur tal-kartiera għandu jinkludi kjavi pubblika (li tkun tikkorrispondi għal kjavi privata maħżuna fid-WSCD jew fil-maħżen tal-kjavi tal-unità tal-kartiera) f’mhux aktar minn attestazzjoni tal-kjavi waħda.

TR_KA-2.4: Unità tal-kartiera għandha tuża attestazzjoni tal-kjavi waqt mhux aktar minn proċess wieħed ta’ ħruġ jew ta’ ħruġ mill-ġdid ta’ kredenzjali.

TR_KA-2.5: Fornitur tal-kartiera għandu jiżgura li unità tal-kartiera tkun fil-pussess ta’ attestazzjonijiet tal-kjavi kif meħtieġ għall-ħruġ ta’ data tal-identifikazzjoni tal-persuna u attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi marbuta mal-apparat.

TR_KA-3: Meta meħtieġ waqt il-ħruġ, unità tal-kartiera għandha tinkludi attestazzjoni tal-kjavi fl-entrata “proofs” ta’ Talba għal Kredenzjali lill-emittent tal-kredenzjali, kif speċifikat fl-OID4VCI, fi prova tat-tip “jwt” jew tat-tip “attestation”.

TR_KA_3.1: Meta unità tal-kartiera tkun tinkludi attestazzjoni tal-kjavi f’element “jwt”, din għandha tiffirma jew tissiġilla l-attestazzjoni tal-kjavi bil-kjavi privata li tkun tikkorrispondi għall-kjavi pubblika fl-indiċi 0 tal-array “attested_keys” fl-oġġett “key_attestation”.

TR_KA-4: Meta emittent tal-kredenzjali joħroġ kredenzjali marbuta ma’ apparat, dan għandu jindika fil-parametru “proof_types_supported” tal-Metadata tal-Kredenzjali tal-Emittent tiegħu, kif speċifikat fit-Taqsima 12.2.4 OID4VCI, li dan jappoġġa t-tipi ta’ prova “jwt” u “attestation” għall-attestazzjonijiet tal-kjavi li għandhom jinkludu l-oġġett “key_attestations_required”.

TR_KA-4.1: Meta emittent tal-kredenzjali joħroġ kredenzjali mhux marbuta ma’ apparat, dan għandu jħalli barra l-parametri “proof_types_supported” u “cryptographic_binding_methods_supported” fil-Metadata tal-Emittent tal-Kredenzjali.

TR_KA-5: Meta emittent tal-kredenzjali jirċievi attestazzjoni tal-kjavi bit-tip ta’ prova “jwt” jew “attestation”, dan għandu jivverifika l-firma tal-attestazzjoni tal-kjavi skont il-kjavi pubblika fiċ-ċertifikat tal-iffirmar inkluż fil-parametru “x5c” fl-intestatura JOSE tal-attestazzjoni tal-kjavi u li dan iċ-ċertifikat tal-iffirmar b’ankra ta’ fiduċja fuq il-lista tal-fornituri tal-kartiera msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980, potenzjalment b’ċertifikati intermedji inklużi fil-parametru “x5c”.

TR_KA-6: Meta emittent tal-kredenzjali jirċievi attestazzjoni tal-kjavi f’tip ta’ prova “jwt”, dan għandu jivverifika l-firma tal-element “jwt” skont il-kjavi fl-indiċi 0 tal-array “attested_keys” fi ħdan l-oġġett “key_attestation” inkluż fl-element “jwt”.

TR_KA-6.1: L-emittent tal-kredenzjali għandu jivverifika li l-entrata “nonce” tal-element “jwt” tinkludi c_nonce validu min-nonce_endpoint tiegħu, kif speċifikat fl-OID4VCI.

TR_KA-7: Meta emittent tal-kredenzjali jirċievi attestazzjoni tal-kjavi f’tip ta’ prova “attestation”, dan għandu jivverifika li l-oġġett “key_attestation” jinkludi c_nonce validu min-nonce_endpoint tiegħu.

TR_KA-8: Fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna għandu jiżgura li d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna tkun marbuta ma’ kjavi pubblika li toriġina minn attestazzjoni tal-kjavi li ssemmi WSCD.

(c)

Rekwitiżi tal-kontenut

C_WIA-1: Attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera għandha tinkludi:

id-dikjarazzjoni “wallet_name” speċifikata fl-Appendiċi E tal-OID4VCI, li l-valur tagħha jkun l-identifikatur tas-soluzzjoni tal-kartiera li tista’ tinstab fuq il-lista tal-fornituri tal-kartiera msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980.

dikjarazzjoni “wallet_version” (4), li tkun string li l-valur tagħha jkun il-verżjoni tas-soluzzjoni tal-kartiera.

dikjarazzjoni “wallet_solution_certification_information”, li tkun oġġett JSON li fih informazzjoni dwar il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità li ċċertifika s-soluzzjoni tal-kartiera, in-numru taċ-ċertifikazzjoni, kif applikabbli, u dettalji rilevanti oħra fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni.

dikjarazzjoni “client_status” b’żewġ subentrati:

“status”: referenza ta’ lista tal-istatus kif speċifikat fl-Appendiċi E tal-OID4VCI li tirrappreżenta l-istatus tar-revoka tal-istanza tal-kartiera. Ara t-Taqsima (e) hawn taħt għad-dettalji;

“exp”: NumericDate, kif speċifikat fl-RFC 7519, li tiddefinixxi l-ħin sa meta l-fornitur tal-kartiera se jżomm l-istatus tar-revoka fl-indiċi tal-lista tal-istatus irreferenzjat fi “status”.

id-dikjarazzjoni “exp” speċifikata fl-Appendiċi E tal-OID4VCI.

NOTA: Id-dikjarazzjoni “client_status.status” f’attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera tirrappreżenta l-istatus tar-revoka tal-istanza tal-kartiera, mhux l-istatus tar-revoka tal-attestazzjoni nnifisha. Kif deskritt f’R_WIA-1 hawn taħt, fornitur tal-kartiera jista’ jiddeċiedi li jillimita kull attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera għal server tal-awtorizzazzjoni speċifiku abbażi tal-fatt li l-attestazzjonijiet kollha mibgħuta lil dak is-server fihom l-istess valur tal-indiċi fl-entrata “client_status.status”.

NOTA: Il-valur “idx” fid-dikjarazzjoni “status” jista’ jintuża bħala identifikatur uniku (fil-livell tal-pari) tal-istanza tal-kartiera u tal-unità tal-kartiera.

C_WIA-2: Attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera għandha tinkludi wkoll id-dikjarazzjoni “wallet_link” speċifikata fl-Appendiċi E tal-OID4VCI u l-valur ta’ din id-dikjarazzjoni għandu jkun URI fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar is-soluzzjoni tal-kartiera.

C_WIA-3: Server tal-awtorizzazzjoni ma għandux jinterpreta l-parametru “exp” fil-livell għoli tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera bħala tmiem il-perjodu tal-manutenzjoni tar-revoka tal-istanza tal-kartiera.

NOTA: Il-parametru “exp” fl-ogħla livell tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera jindika meta tiskadi l-attestazzjoni nnifisha.

C_KA-1: Attestazzjoni tal-kjavi għandha tinkludi:

Id-dikjarazzjonijiet “key_storage” u “user_authentication” speċifikati fl-Appendiċi D tal-OID4VCI.

L-attributi “key_storage” u “user_authentication” għandu jkollhom il-valur “iso_18045_high”, u attestazzjoni tal-kjavi ssemmi WSCD,

id-dikjarazzjoni “certification” speċifikata fl-Appendiċi D tal-OID4VCI, b’URL imnejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni miksuba mid-WSCD jew mill-maħżen tal-kjavi, b’mod indikattiv l-iskema bħal Common Criteria jew GlobalPlatform, ir-rekwiżiti evalwati bħall-Profil ta’ Protezzjoni applikabbli, u l-livell tal-evalwazzjoni.

Minn din l-informazzjoni, għandu jkun jista’ jiġi determinat jekk il-ħażna tal-kjavi hix WSCD.

dikjarazzjoni “key_storage_status”, li fiha żewġ subentrati:

“status”: referenza għal lista tal-istatus kif speċifikat fl-Appendiċi D.1 tal-OID4VCI. Il-valur jirrappreżenta jew l-istatus tar-revoka tat-tip ta’ apparat kriptografiku sigur tal-kartiera jew ta’ maħżen tal-kjavi użat biex jaħżen il-kjavi attestati, jew -- mill-għażla tal-indiċi per-key-attestation -- l-istatus tar-revoka ta’ WSCD jew maħżen tal-kjavi ta’ unità individwali tal-kartiera. Ara R_KA_1 hawn taħt għall-għażliet disponibbli tal-assenjar tal-indiċi;

“exp”: NumericDate, kif speċifikat fl-RFC 7519, li tiddefinixxi l-ħin sa meta l-fornitur tal-kartiera se jżomm l-istatus tar-revoka fl-indiċi tal-lista tal-istatus irreferenzjat fi “status”.

id-dikjarazzjoni “exp” speċifikata fl-Appendiċi D tal-OID4VCI.

NOTA dwar il-valur “idx” fid-dikjarazzjoni “key_storage_status.status” f’attestazzjoni tal-kjavi: Meta l-fornitur tal-kartiera juża l-għażla “type-shared index” (ara R_KA_1 hawn taħt), l-attestazzjonijiet tal-kjavi kollha għall-istess tip ta’ WSCD jew maħżen tal-kjavi jkunu jikkondividu l-istess indiċi tal-lista tal-istatus. Għalhekk, il-valur “idx” ma jkunx uniku għal kull unità tal-kartiera. Għall-kuntrarju, meta l-fornitur tal-kartiera juża l-għażla “per-key-attestation index”, il-valur “idx” ikun uniku għall-unità tal-kartiera (jew uniku f’pari għal kull emittent tal-kredenzjali). Iżda fil-każijiet kollha, emittent tal-kredenzjali ma għandux juża l-valur “idx” f’attestazzjoni tal-kjavi bħala identifikatur tal-unità tal-kartiera, iżda minflok għandu juża l-valur “idx” f’attestazzjoni ta’ istanza tal-kartiera.

C_KA-2: Meta attestazzjoni tal-kjavi tintbagħat f’tip ta’ prova “attestation”, din għandha tinkludi wkoll c_nonce valida kif speċifikat fl-Appendiċi F.3 tal-OID4VCI.

C_KA-3: Emittent tal-kredenzjali ma għandux jinterpreta l-parametru “exp” fil-livell għoli tal-attestazzjoni tal-kjavi bħala t-tmiem tal-perjodu tal-manutenzjoni tar-revoka tad-WSCD jew tal-maħżen tal-kjavi.

NOTA: Il-parametru “exp” fl-ogħla livell tal-attestazzjoni tal-kjavi jindika meta l-attestazzjoni tal-kjavi nnifisha tiskadi.

(d)

Rekwiżiti taċ-ċiklu tal-ħajja

Dan l-Anness jispeċifika l-parametri tal-metadata tal-Emittent tal-Kredenzjali li ġejjin:

“preferred_client_status_period”: OPTIONAL. Numru sħiħ li jispeċifika l-perjodu preferut tal-manutenzjoni tal-istatus li jifdal tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera li trid tiġi preżentata mill-unità tal-kartiera waqt il-ħruġ, f’sekondi. Il-perjodu tal-manutenzjoni tal-istatus li jifdal hu definit bħala l-valur ta’ “client_status.exp” fl-attestazzjoni ħlief għall-ħin tal-irċevuta tal-attestazzjoni.

“preferred_key_storage_status_period”: OPTIONAL. Numru sħiħ li jispeċifika l-perjodu preferut tal-manutenzjoni tal-istatus li jifdal tal-attestazzjoni tal-kjavi li trid tiġi preżentata mill-unità tal-kartiera waqt il-ħruġ, f’sekondi. Il-perjodu tal-manutenzjoni tal-istatus li jifdal hu definit bħala l-valur “key_storage_status.exp” fl-attestazzjoni ħlief għall-ħin tal-irċevuta tal-attestazzjoni.

LC_WIA-1: Server tal-awtorizzazzjoni jista’ jikkomunika l-preferenzi tiegħu għall-perjodu tal-manutenzjoni tal-istatus li jkun fadal fl-attestazzjonijiet tal-istanza tal-kartiera billi jinkludi l-parametru tal-metadata “preferred_client_status_period” fil-punt terminali tal-Metadata tal-Emittent tal-Kredenzjali tagħhom kif speċifikat fit-Taqsima 12.2.2 tal-OID4VCI.

LC_WIA-1.1: Din l-entrata għandha titqiegħed fl-ogħla livell tal-Metadata tal-Emittent tal-Kredenzjali.

LC_WIA_2: Server tal-awtorizzazzjoni ma għandux jinterpreta l-parametru “exp” fil-livell għoli tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera bħala tmiem il-perjodu tal-manutenzjoni tar-revoka tal-istanza tal-kartiera.

LC_WIA_3: Meta fornitur tal-kartiera jiffirma jew jissiġilla b’mod elettroniku attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera, dan għandu jżomm l-istatus tar-revoka tal-istanza tal-kartiera rilevanti sakemm “wallet_instance_status.exp” indikat f’dik l-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera jkun għadda.

LC_KA-1: Meta tkun meħtieġa attestazzjoni tal-kjavi, emittent tal-kredenzjali jista’ jikkomunika l-preferenzi tiegħu għall-perjodu tal-manutenzjoni tal-istatus li jkun fadal fl-attestazzjonijiet tal-kjavi billi jinkludi l-parametru tal-metadata “preferred_key_storage_status_period” speċifikat hawn fuq fil-punt terminali tal-Metadata tal-Emittent tal-Kredenzjali tagħhom kif speċifikat fit-Taqsima 12.2.2 tal-OID4VCI.

LC_KA-1.1: Din l-entrata għandha titqiegħed fl-oġġett “key_attestations_required” kif speċifikat fit-Taqsima 12.2.4 tal-OID4VCI.

LC_KA-2: Fornitur tal-kartiera għandu jagħżel il-perjodu tal-validità teknika tal-attestazzjonijiet tal-kjavi li joħroġ.

LC_KA-3: Meta fornitur tal-kartiera jiffirma jew jissiġilla b’mod elettroniku attestazzjoni tal-kjavi, dan għandu jżomm l-istatus tar-revoka tad-WSCD jew il-maħżen tal-kjavi rilevanti sakemm “key_storage_status.exp” indikat f’dik l-attestazzjoni tal-kjavi jkun għadda.

LC_GEN-1: Fornitur tal-kartiera għandu jiżgura li unità tal-kartiera tista’ dejjem tippreżenta attestazzjonijiet tal-unità tal-kartiera u attestazzjonijiet tal-kjavi li “client_status.exp” u “key_storage_status.exp” tagħhom (rispettivament) ikunu mqar 31 jum fil-futur waqt il-preżentazzjoni lil server tal-awtorizzazzjoni jew emittent tal-kredenzjali.

NOTA: Dan jiggarantixxi li l-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna jistgħu jibbażaw fuq il-katina tar-revoka mingħajr ma jkunu mġiegħla joħorġu data tal-identifikazzjoni tal-persuna għal żmien qasir.

LC_GEN-2: Fornitur tal-kartiera għandu jiżgura li unità tal-kartiera tfittex il-Metadata tal-Emittent tal-Kredenzjali waqt il-ħruġ.

LC_GEN_2.1: Jekk entrata “preferred_key_storage_status_period” tkun inkluża f’din il-metadata, allura l-unità tal-kartiera għandha tibgħat attestazzjoni tal-kjavi bi (“key_storage_status.exp” – ħin attwali) – “preferred_key_storage_status_period” kemm jista’ jkun żgħira iżda mhux negattiva. Jekk l-ebda tali attestazzjoni tal-kjavi ma tkun disponibbli għall-unità tal-kartiera, din għandha tikseb attestazzjoni tal-kjavi ġdida mingħand il-fornitur tal-kartiera li tkun tissodisfa “key_storage_status.exp” – ħin attwali ≥ “preferred_key_storage_status_period”.

LC_GEN_2.2: Jekk entrata “preferred_client_status_period” tkun inkluża f’din il-metadata, allura l-unità tal-kartiera għandha tibgħat attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera bi (“client_status.exp” – ħin attwali) – “preferred_client_status_period” kemm jista’ jkun żgħira iżda mhux negattiva. Jekk ma jkun hemm l-ebda unità tal-kartiera b’tali attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera, din għandha titlob attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera ġdida mingħand il-fornitur tal-kartiera li tkun tissodisfa “client_status.exp” – ħin attwli ≥ “preferred_client_status_period”.

LC_GEN-3: Il-perjodu tal-validità teknika tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna għandu jintemm kemm qabel “client_status.exp” tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera, u qabel “key_storage_status.exp” tal-attestazzjoni tal-kjavi mibgħuta lill-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna waqt il-proċess tal-ħruġ.

LC_GEN-4: Fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna li għandu perjodu tal-validità teknika ta’ aktar minn 24 siegħa għandu jivverifika l-istatus tar-revoka kemm tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera kif ukoll tal-attestazzjoni tal-kjavi li jkun irċieva waqt il-ħruġ imqar darba kull 24 siegħa, tul il-perjodu tal-validità teknika tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna. Meta waħda minnhom tiġi revokata, il-fornitur għandu jirrevoka d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna.

(e)

Rekwiżiti tar-revoka

R_GEN-1: Fornitur tal-kartiera għandu juża Listi tal-Istatus tat-Tokens (speċifikati fil-Lista tal-Istatus tat-Tokens tal-IETF) bħala l-mekkaniżmu tar-revoka kemm għall-attestazzjonijiet tal-kjavi u għall-attestazzjonijiet tal-istanza tal-kartiera, kif speċifikat fl-Appendiċi D u E tal-OID4VCI, rispettivament.

NOTA: Biex itejjeb l-iskalabbiltà tal-listi tal-istatus tiegħu, fornitur tal-kartiera jista’ juża l-ottimizzazzjonijiet li ġejjin:

Il-qsim tal-lista tal-istatus f’diversi biċċiet, fejn il-fornituri tal-kartiera għandhom għadd konsiderevoli ta’ utenti u attestazzjonijiet maħruġa. Jeżistu ħafna strateġiji taċ-chunking, pereżempju abbażi ta’ daqs fiss jew skont perjodu taż-żmien. L-istrateġija taċ-chunking titħalla fid-diskrezzjoni tal-fornitur tal-kartiera. Il-kunsiderazzjonijiet jistgħu jinkludu d-daqs ta’ lista tal-istatus għat-tniżżil u l-privatezza tal-utent.

Li jkun hemm listi tal-istatus multipli.

Il-kompressjoni ta’ lista tal-istatus biex jitnaqqas id-daqs tagħha.

R_WIA-1: Fornitur tal-kartiera jista’ jassenja l-istess valur lid-dikjarazzjoni “idx” fid-dikjarazzjoni “client_status.status” fl-attestazzjonijiet kollha tal-istanza tal-kartiera li unità tal-kartiera partikolari tippreżenta lill-istess server tal-awtorizzazzjoni. Din tissejjaħ l-għażla ta’ “per-issuer reuse”. Jekk tintuża din l-għażla:

R_WIA-1.1: L-unità tal-kartiera għandha żżomm rekord tal-valur tal-indiċi li tkun użat għal kull server tal-awtorizzazzjoni li tkun interaġixxiet miegħu qabel, u għandha titlob attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera li fiha l-istess valur tal-indiċi meta terġa’ tinteraġixxi mal-istess server tal-awtorizzazzjoni.

R_WIA-1.2: Meta fornitur tal-kartiera jirċievi talba għal attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera li fiha valur ta’ indiċi speċifiku, għandu jivverifika li l-unità tal-kartiera li tkun qed titlobha tkun irċeviet dak il-valur tal-indiċi qabel, qabel ma joħroġ attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera ġdida b’dak il-valur tal-indiċi.

R_WIA-1.3: L-unità tal-kartiera ma għandhiex terġa’ tuża l-istess valur tal-indiċi għal interazzjonijiet ma’ servers tal-awtorizzazzjoni differenti.

NOTA: Jekk tintuża l-għażla ta’ “per-issuer reuse”, il-fornitur tal-kartiera jkun jista’ jiddetermina ma’ kemm-il server tal-awtorizzazzjoni interaġixxiet unità tal-kartiera u kemm-il darba tinteraġixxi ma’ kull wieħed.

R_WIA-2: Fil-politika tal-privatezza tiegħu, fornitur tal-kartiera għandu jiddokumenta jekk ikunx qed juża l-għażla ta’ “per-issuer reuse” għar-revoka tal-istanza tal-kartiera.

R_WIA-3: Meta fornitur tal-kartiera ma jużax l-għażla “per-issuer reuse”, il-fornitur tal-kartiera għandu jassenja valur ta’ indiċi ġdid u mhux konnettibbli, għal kull attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera li joħroġ.

R_WIA-4: Meta unità tal-kartiera tkun trid tiġi revokata, fornitur tal-kartiera għandu jirrevoka l-valuri tal-indiċi fid-dikjarazzjoni “client_status.status” fl-attestazzjonijiet kollha tal-istanza tal-kartiera assoċjati ma’ dik l-unità tal-kartiera.

R_WIA-5: Fornitur tal-kartiera għandu jqis l-iskala tal-varar tagħha u l-arkitettura sottostanti meta jiddetermina d-daqs tal-listi tal-istatus tal-attestazzjoni tal-istanza tal-kartiera tiegħu, filwaqt li jiżgura li jkunu kbar biżżejjed biex jipprevjenu l-korrelazzjoni u jipproteġu l-privatezza tal-utent. Mill-inqas, lista tal-istatus għandha, fejn possibbli, tkun relatata ma’ mqar 10 000 attestazzjoni.

R_KA_1: Fornitur tal-kartiera għandu jagħżel waħda mill-għażliet tal-assenjar tal-indiċi li ġejjin għad-dikjarazzjoni “key_storage_status.status” f’attestazzjoni tal-kjavi:

L-għażla 1, imsejħa “type-shared index”, fejn l-attestazzjonijiet kollha tal-kjavi li jattestaw il-kjavi maħżuna fl-istess tip ta’ WSCD jew maħżen tal-kjavi fihom l-istess valur tal-indiċi ġo “key_storage_status.status”.

L-għażla 2, imsejħa “per-key-attestion index”, fejn attestazzjoni tal-kjavi li tattesta l-kjavi maħżuna f’WSCD individwali jew maħżen tal-kjavi jkun fiha valur ta’ indiċi uniku (f’pari) ġo “key_storage_status.status”.

NOTA: Meta fornitur tal-kartiera juża l-għażla 1, azzjoni waħda ta’ revoka tinvalida l-attestazzjonijiet tal-kjavi kollha tat-tip affettwat fl-unitajiet kollha tal-kartiera. Barra minn hekk, minħabba li l-attestazzjonijiet tal-kjavi kollha għall-istess tip ta’ WSCD jew maħżen tal-kjavi jikkondividu indiċi wieħed ta’ lista tal-istatus, l-għadd ta’ entrati f’lista tal-istatus ta’ attestazzjoni tal-kjavi jirrifletti l-għadd ta’ tipi ta’ WSCDs jew imħażen tal-kjavi appoġġati mill-fornitur tal-kartiera, mhux l-għadd ta’ unitajiet tal-kartiera skjerati. Il-kunsiderazzjonijiet tal-privatezza li jimmotivaw id-daqs minimu tal-lista tal-istatus għal-listi tal-istatus tal-istanza tal-kartiera għalhekk ma japplikawx għal-listi tal-istatus tal-attestazzjoni tal-kjavi taħt l-għażla 1, sakemm ikun hemm biżżejjed unitajiet tal-kartiera li jużaw l-istess tip ta’ WSCD jew maħżen tal-kjavi.

NOTA: Meta fornitur tal-kartiera juża l-għażla 2, kull indiċi jirrappreżenta l-istat ta’ revoka tal-WSCD jew il-maħżen tal-kjavi speċifiku attestat f’dik l-attestazzjoni tal-kjavi.

NOTA: Meta fornitur tal-kartiera juża l-għażla 2, WSCD jew maħżen tal-kjavi speċifiku jista’ wkoll jiġi revokat fuq talba tal-Utent.

R_KA-2: Meta fornitur tal-kartiera juża l-għażla 2, il-fornitur tal-kartiera jista’ juża b’mod fakultattiv l-għażla “per-issuer reuse” deskritta f’R_WIA-1. Jekk il-fornitur tal-kartiera juża din l-għażla, ir-rekwiżiti R_WIA-1 - R_WIA-3 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

R_KA-3: Meta fornitur tal-kartiera juża l-għażla 2, il-fornitur tal-kartiera għandu jqis l-iskala tal-varar tiegħu u l-arkitettura sottostanti meta jiddetermina d-daqs tal-listi tal-istatus tal-attestazzjoni tal-kjavi tiegħu, filwaqt li jiżgura li jkunu kbar biżżejjed biex jipprevjenu l-korrelazzjoni u jipproteġu l-privatezza tal-utent. Mill-inqas, lista tal-status għandha, fejn possibbli, tkun relatata ma’ mill-inqas 10 000 attestazzjoni tal-kjavi.

R_KA-4: Meta fornitur tal-kartiera juża l-għażla 1 (indiċi kondiviż tat-tip), il-fornitur tal-kartiera għandu jirrevoka entrata “key_storage_status.status” biss jekk it-tip ta’ WSCD jew maħżen tal-kjavi jkollu vulnerabbiltà tas-sigurtà.

(f)

Rekwiżiti dwar l-algoritmi tal-firma

SA-1: Għall-iffirmar tal-attestazzjonijiet tal-każijiet tal-kartiera, għal attestazzjonijiet tal-kjavi, għal provi relatati tal-pussess u għal-listi tal-istatus ta’ tokens, għandu jintuża wieħed mill-algoritmi li ġejjin:

ES256 (ECDSA b’SHA-256 u P-256)

ES384 (ECDSA b’SHA-384 u P-384)

ES512 (ECDSA b’SHA-512 u P-521)

SA-2: Fornitur tal-kartiera għandu jagħżel liema mill-algoritmi msemmija f’SA-1 se juża.

SA-3: Server tal-awtorizzazzjoni jew emittent tal-kredenzjali (kif speċifikat fl-OID4VCI) għandu jappoġġa l-algoritmi kollha msemmija fl-SA-1.


(1)  RFC 7519: JSON Web Token (JWT), Mejju 2015.

(2)  OpenID for Verifiable Credential Issuance v1.0, https://openid.net/specs/openid-4-verifiable-credential-issuance-1_0.html.

(3)  L-ETSI, “Electronic Signatures and Infrastructures (ESI); JAdES digital signatures; Part 3: JAdES levels and baseline profiles,” ETSI TS 119 472-3, V1.1.1, Marzu 2026.

(4)  Din id-dikjarazzjoni hija definita f’dan is-CIR għax mhix parti mill-ispeċifikazzjoni OID4VCI.


ANNESS IV

ANNESS II

Lista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 8

Japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-klawżoli 2 sa 6 tal-ETSI TS 119 472-1 V1.2.1 (2026-02). Għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(1)

2.1

Referenzi normattivi

[16] ETSI EN 319 412-1 V1.6.1 (2025-06): “Electronic Signatures and Infrastructures (ESI); Certificate Profiles; Part 1: Overview and common data structures”.

[17] ETSI TS 119 412-6 V1.1.1 (2025-09): “Electronic Signatures and Trust Infrastructures (ESI); Certificate Profiles; Part 6: Certificate profile requirements for PID, Wallet, EAA, QEAA, and PSBEAA providers”.

[25] IETF Token Status List (TSL), draft-ietf-oauth-status-list-20: “Token Status List”, l-20 ta’ April 2026.

(2)

4.2.11.1

Rekwiżiti ġenerali

EAA-4.2.11.1-06: Meta element tal-istatus jintuża għal data tal-identifikazzjoni tal-persuna, attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi, jew attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku jew f’ismu, dan għandu jindika biss jekk l-attestazzjoni hix revokata jew le u ma għandux jappoġġa xi valuri oħra tal-istatus, bħal sospensjoni.

EAA-4.2.11.1-06.1: Meta attestazzjoni tiġi revokata, din għandha tiġi revokata b’mod permanenti.

(3)

4.2.13

EAA għal żmien qasir

EAA-4.2.13-03: Meta jinħarġu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi ta’ ħajja qasira b’perjodu tal-validità ta’ 24 siegħa jew inqas, ir-revoka ma għandhiex tkun meħtieġa.

(4)

4.6.3

Rekwiżiti għal EAA tal-UE maħruġa minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku (PuB-EAA)

PuB-EAA-4.6.2-03: void.

PuB-EAA-4.6.2-04: void.

PuB-EAA-4.6.3-03: Il-firma diġitali PuB-EAA jenħtieġ li jkun fiha ċ-ċertifikat kwalifikat li jappoġġa l-firma diġitali PuB-EAA.

PuB-EAA-4.6.3-04: Iċ-ċertifikat kwalifikat li jappoġġa l-firma diġitali PuB-EAA għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-klawżola 8 tal-ETSI TS 119 412-6 v1.1.1 u għandu jkun fih il-QcType QcStatement kif definit fl-ETSI EN 319 412-5 v2.5.1, bil-valur “id-etsi-qct-eidaspsbeaa” definit kif ġej:

id-etsi-qct-eidaspsbeaa OBJECT IDENTIFIER ::= { id-etsi-eidas2-qct-extensions 3 } -- Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Art.45f(1)(b) li jappoġġa l-firma elettronika kwalifikata jew is-siġill elettroniku kwalifikat tal-korp tas-settur pubbliku msemmi fl-Artikolu 3, il-punt (46), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

(5)

5.2.10.1

Rekwiżiti ġenerali

EAA-5.2.10.1-04: void.

EAA-5.2.10.1-05: void.

EAA-5.2.10.1-06: Il-membru tal-istatus jista’ jkun fih il-membru “status_list” kif speċifikat fil-klawżola 6.2 ta’ “draft-ietf-oauth-status-list-20” tal-IETF [25].

EAA-5.2.10.1-07: void.

EAA-5.2.10.1-08: void.

EAA-5.2.10.1-09: void.

EAA-5.2.10.1-10: void.

EAA-5.2.10.1-11: void.

EAA-5.2.10.1-12: void.

(6)

6.2.10.1

Rekwiżiti ġenerali

EAA-6.2.10.1-01: Meta attestazzjoni elettronika tal-attributi konformi mal-ISO/IEC mdoc tuża l-mekkaniżmu tal-lista tal-istatus tal-attestazzjoni kif stabbilit fl-EAA-6.2.10.1-02.2 jew il-mekkaniżmu tal-lista tar-revoka tal-attestazzjoni kif stabbilit fl-EAA-6.2.10.1-02.3, l-Oġġett tas-Sigurtà Mobbli (MSO) tiegħu għandu jkun fih l-istruttura tal-istatus, kif speċifikat fl-EAA-6.2.10.1-17, li fiha informazzjoni dwar ir-revoka tal-MSO.

EAA-6.2.10.1-01.1: Meta jiġi implimentat il-mekkaniżmu tal-lista tal-identifikaturi, l-element tal-istatus għandu jkun fih l-element identifier_list kif stabbilit fl-EAA-6.2.10.1-11.

EAA-6.2.10.1-01.2: Meta jiġi implimentat il-mekkaniżmu tal-lista tal-istatus, l-element tal-istatus għandu jkun fih l-element status_list kif stabbilit fl-EAA-6.2.10.1-13.

NOTA:

L-istruttura tal-istatus fiha referenza għal lista tar-revoka tal-MSO.

Il-lista tar-revoka tal-MSO hija struttura COSE_Sign1 li tindika jekk MSO partikolari hux revokat jew le.

L-istruttura tal-istatus fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-parti dipendenti fuq kartiera tiddetermina jekk il-lista tar-revoka tal-MSO hix awtentika.

EAA-6.2.10.1-02: Il-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, il-fornitur tal-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi jew il-fornitur tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku jew f’ismu għandu juża wieħed mill-metodi li ġejjin għar-revoka tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi kwalifikati jew l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku jew f’ismu:

EAA-6.2.10.1-02.1: Meta joħorġu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi ta’ ħajja qasira li għandhom perjodu tal-validità ta’ 24 siegħa jew inqas, ir-revoka ma għandhiex tkun meħtieġa.

EAA-6.2.10.1-02.2: Uża mekkaniżmu tal-lista tal-istatus tal-attestazzjoni biex tikkodifika l-informazzjoni dwar ir-revoka bħala lista tal-istatus.

EAA-6.2.10.1-02.2.1: Il-mekkaniżmu tal-lista tal-istatus jirrevoka MSO abbażi ta’ jekk il-bit tal-pożizzjoni tal-bit definita mill-emittent fl-MSO hijiex issettjata għal veru fil-lista tal-istatus.

EAA-6.2.10.1-02.2.2: Il-mekkaniżmu tal-lista tal-istatus hu speċifikat fl-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-tokens (draft-ietf-oauth-status-list-20).

EAA-6.2.10.1-02.3: Uża mekkaniżmu tal-lista tar-revoka tal-attestazzjoni biex tikkodifika l-informazzjoni tar-revoka bħala lista ta’ identifikaturi.

EAA-6.2.10.1-02.3.1: Il-mekkaniżmu tal-lista ta’ identifikaturi jirrevoka MSO abbażi ta’ jekk l-identifikatur definit mill-emittent fl-MSO huwiex preżenti fil-lista ta’ identifikaturi.

EAA-6.2.10.1-02.3.2: L-EAA-6.2.10.1-06, l-EAA-6.2.10.1-08, l-EAA-6.2.10.1-09, l-EAA-6.2.10.1-10 u l-EAA-6.2.10.1-11 jispeċifikaw il-mekkaniżmu tal-lista tal-identifikaturi, abbażi tar-rekwiżiti mill-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-tokens inkluża l-komunalità bejn il-lista tal-istatus u l-mekkaniżmu tal-lista tal-identifikaturi.

EAA-6.2.10.1-03: Meta element tal-istatus jintuża għal data tal-identifikazzjoni tal-persuna, attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi jew attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku, l-istatus “revoked” għandu jintuża esklussivament.

EAA-6.2.10.1-03.1: Għal lista tal-istatus dan jimplika li għandhom jintużaw biss il-valuri “valid” u “invalid”, kif speċifikat fl-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-token.

EAA-6.2.10.1-03.2: Għal-lista ta’ identifikaturi, l-MSOs revokati biss, għall-kuntrarju tal-MSOs sospiżi temporanjament, għandhom jitpoġġew fil-lista ta’ identifikaturi.

EAA-6.2.10.1-04: Meta MSO jiġi revokat, l-MSO għandu jiġi revokat b’mod permanenti.

EAA-6.2.10.1-05: Il-verifika tal-lista tar-revoka tal-MSO hija fakultattiva għall-parti dipendenti fuq kartiera u fejn applikabbli, il-verifika għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ verifika speċifikati fl-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-tokens u l-ispeċifikazzjoni tal-istruttura tal-istatus stabbiliti fl-EAA-6.2.10.1-01.

EAA-6.2.10.1-05.1: Meta parti dipendenti fuq kartiera teħtieġ li tkun tista’ tivverifika l-istatus tar-revoka tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna jew l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, għandha tappoġġa kemm il-mekkaniżmu tal-lista tal-istatus tal-attestazzjoni kif ukoll il-mekkaniżmu tal-lista tar-revoka tal-attestazzjoni stabbilit fl-EAA-6.2.10.1-02.

EAA-6.2.10.1-06: L-identifier_list u l-status_list fl-MSO jistgħu jkun fihom l-element taċ-ċertifikat.

EAA-6.2.10.1-06.1: Meta jkun preżenti l-element taċ-ċertifikat, dan għandu jkun fih ċertifikat li jkun fih il-kjavi pubblika li ffirmat jew issiġillat b’mod elettroniku ċ-ċertifikat tal-ogħla livell fl-element x5chain fl-istruttura tal-lista tar-revoka tal-MSO.

EAA-6.2.10.1-06.1.1: L-istanza tal-parti dipendenti fuq kartiera għandha tuża dak iċ-ċertifikat bħala ankra ta’ fiduċja għall-verifika tal-element x5chain fl-istruttura tal-lista tar-revoka tal-MSO.

EAA-6.2.10.1-06.2: Meta l-element taċ-ċertifikat ma jkunx preżenti, iċ-ċertifikat tal-ogħla livell fl-element x5chain fl-istruttura tal-lista tar-revoka tal-MSO għandu jiġi ffirmat jew issiġillat b’mod elettroniku miċ-ċertifikat użat għall-iffirmar taċ-ċertifikat fl-element x5chain tal-MSO.

EAA-6.2.10.1-06.2.1: L-istanza tal-parti dipendenti fuq kartiera għandha tuża dak iċ-ċertifikat bħala ankra ta’ fiduċja għall-verifika tal-element x5chain fl-istruttura tal-lista tar-revoka tal-MSO.

EAA-6.2.10.1-07: Lista tar-revoka tal-MSO għandha tiġi implimentata skont l-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-token bħala token tal-lista tal-istatus bil-format CWT.

EAA-6.2.10.1-08: Għal-lista tar-revoka tal-MSO għal-lista ta’ identifikaturi u l-mekkaniżmu tal-lista tal-istatus, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

id-dikjarazzjoni tal-exp għandha tkun preżenti.

id-dikjarazzjoni tat-ttl tista’ tkun preżenti.

id-dikjarazzjoni aggregation_uri fid-dikjarazzjoni IdentifierList jew StatusList tista’ tkun preżenti u l-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, il-fornitur tal-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi, jew il-fornitur tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku jew f’ismu jista’ juża d-dikjarazzjoni aggregation_uri biex jindika appoġġ għall-mekkaniżmu ta’ aggregazzjoni kif speċifikat fl-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-tokens.

is-CWT għandu jkun oġġett COSE_Sign1 li juża wieħed mill-algoritmi tal-firma li ġejjin għall-kalkolu tal-firma:

(a)

“ES256” (ECDSA bil-kurva NIST P-256 u SHA-256);

(b)

“ES384” (ECDSA bil-kurva NIST P-384 u SHA-384);

(c)

“ES512” (ECDSA bil-kurva NIST P-521 u SHA-512);

(d)

“ESB256” (ECDSA bil-kurva brainpoolP256r1 u SHA-256);

(e)

“ESB384” (ECDSA bil-kurva brainpoolP384r1 u SHA-384);

(f)

“ESB512” (ECDSA bil-kurva brainpoolP512r1 u SHA-512);

is-CWT għandu jkun fih l-x5chain fl-intestatura protetta li fiha ċ-ċertifikat jew il-katina taċ-ċertifikati għall-verifika tal-firma tal-lista tar-revoka tal-MSO.

l-użu estiż tal-kjavi tal-identifikatur tal-oġġett speċifikat fl-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-token jista’ jintuża għal-lista tal-istatus u ċ-ċertifikat tal-iffirmar tal-lista tal-identifikaturi u l-istanzi tal-parti dipendenti fuq kartiera jistgħu jappoġġaw l-użu estiż tal-kjavi tal-identifikaturi tal-oġġett speċifikati fl-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-token u għall-identifikatur tal-oġġett, il-fornitur tal-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi, jew il-fornitur tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi pprovduti minn korp tas-settur pubbliku jew f’ismu ma għandhomx jagħmlu l-entrata tal-użu estiż tal-kjavi kritika meta jużaw l-OID tal-użu estiż tal-kjavi speċifikat fl-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-token.

EAA-6.2.10.1-09: B’devjazzjoni għar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-tokens, għall-mekkaniżmu tal-lista tal-identifikaturi japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

il-valur tad-dikjarazzjoni tat-tip għandu jkun “application/identifierlist+cwt”;

id-dikjarazzjoni StatusList ma għandhiex tkun preżenti fis-sett tad-dikjarazzjonijiet CWT;

l-istruttura IdentifierList definita fl-EAA-6.2.10.1-11 għandha tkun preżenti bħala dikjarazzjoni fis-sett tad-dikjarazzjonijiet CWT bl-użu tal-kjavi 65530.

EAA-6.2.10.1-10: L-istruttura tal-IdentifierList għandha tkun struttura CBOR bis-CDDL li ġej:

IdentifierList = {

'identifiers': { * Identifier => IdentifierInfo },

? 'aggregation_uri': Aggregation_uri

* tstr => RFU

}

IdentifierInfo = { tstr/int => RFU }

Identifier = bstr

Aggregation_uri = tstr

EAA-6.2.10.1-10.1: Meta l-identifikatur fl-IdentifierList ikun preżenti, l-MSO li fih l-identifikatur fl-element tal-istatus jiġi revokat.

EAA-6.2.10.1-10.2: Id-dikjarazzjoni Aggregation_uri hija speċifikata fit-Taqsima 9.2 tal-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-tokens.

EAA-6.2.10.1-10.3: It-tip ta’ kontenut tal-lista tal-identifikaturi għandu jkun “application/identifierlist+cwt” stabbilit fir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 8.2 tal-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-tokens.

EAA-6.2.10.1-11: Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għall-element identifier_list fl-MSO (ara EAA-6.2.10.1-17).

EAA-6.2.10.1-11.1: L-element identifier_list huwa struttura CBOR bis-CDDL li ġej:

IdentifierListInfo = {

'id': Identifier ,

'uri': URI,

? 'certificate': Certificate

* tstr => RFU

}

URI = tstr

Certificate = bstr

EAA-6.2.10.1-11.2: REV-11.2: Biex l-identifikatur ma jintużax bħala korrelazzjoni bejn preżentazzjonijiet, dan għandu jkun uniku għal kull MSO.

EAA-6.2.10.1-12: Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għal-lista tal-istatus:

EAA-6.2.10.1-12.1: L-element tal-bits fl-istruttura StatusList għandu jiġi ssettjat għal 1.

EAA-6.2.10.1-13: Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għall-element status_list fl-MSO (ara EAA-6.2.10.1-17):

EAA-6.2.10.1-13.1: L-element status_list għandu jsegwi r-rekwiżiti għall-istruttura StatusListInfo kif speċifikat fl-ispeċifikazzjoni tal-lista tal-istatus tat-token u għandu jiżdied l-element taċ-ċertifikat fakultattiv definit fl-EAA-6.2.10.1-06.

EAA-6.2.10.1-13.2: Biex jiġi evitat li l-indiċi tal-istatus ikun korrelazzjoni bejn il-preżentazzjonijiet, il-kombinazzjoni tal-indiċi tal-istatus u l-URI għandha tkun unika għal kull MSO.

EAA-6.2.10.1-14: Il-fornitur tal-kartiera għandu juża t-tieni (EAA-6.2.10.1-02.2) jew it-tielet (EAA-6.2.10.1-02.3) wieħed mill-metodi speċifikati fl-EAA-6.2.10.1-02 għar-revoka ta’ attestazzjoni tal-unità tal-kartiera (WIA) jew għar-revoka ta’ attestazzjoni tal-kjavi (KA).

EAA-6.2.10.1-15: Il-fornitur tal-kartiera għandu jimplimenta l-mekkaniżmi tar-revoka tal-attestazzjoni speċifikati fl-EAA-6.2.10.1-02 fis-soluzzjoni tal-kartiera tiegħu.

EAA-6.2.10.1-16: Il-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna u l-fornitur tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi għandhom jappoġġaw kemm il-mekkaniżmu tal-lista tal-istatus tal-attestazzjoni kif ukoll il-mekkaniżmu tal-lista tar-revoka tal-attestazzjoni speċifikat fl-EAA-6.2.10.1-02 biex jivverifikaw l-istatus tar-revoka ta’ attestazzjoni tal-unità tal-kartiera (WIA) jew ta’ attestazzjoni tal-kjavi (KA).

EAA-6.2.10.1-17: L-istruttura tal-istatus fl-MSO għandha tkun struttura ta’ CBOR bis-CDDL li ġejja:

Status = {

? 'identifier_list' : IdentifierListInfo,

? 'status_list' : StatusListInfo,

* tstr => RFU

}


ANNESS V

ANNESS III

Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 10

Speċifikazzjonijiet tekniċi:

Il-klawżola 4.2.5 tal-ETSI TS 119 472-3 V1.1.1 (2026-03).


ANNESS VI

L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2979 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Format obbligatorju tal-firem jew tas-siġilli elettroniċi:

(a)

PAdES (PDF Advanced Electronic Signature) kif speċifikat fl-ETSI EN 319 142-1 V1.2.1 (2024-01); Firem u Infrastrutturi Elettroniċi (ESI); firem diġitali tal-PAdES; Parti 1: Elementi kostitwenti u firem bażi tal-PAdES.”;

(2)

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet:

ETSI TS 119 432 v1.3.1 (2026-03) il-klawżoli 6.4.3, A.6, A.7 u A.8.”.


ANNESS VII

ANNESS VI

Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE bil-kulur

Image 1


ANNESS VIII

ANNESS VII

Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE bl-abjad u l-iswed

Image 2


ANNESS IX

ANNESS VIII

Data tal-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE

Data

Deskrizzjoni

Kodifikazzjoni

Status

TrustMarkResourceURL

URL tal-grafika tal-Marka ta’ Fiduċja tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE u r-riżorsi tal-informazzjoni tal-utent fl-interfaċċa tal-utent tal-kartiera.

URL

obbligatorja

ListOfCertifiedWalletsURL

URL tal-lista pubblika ta’ soluzzjonijiet ta’ kartieri ċċertifikati fl-UE kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/849 (1).

URL

obbligatorja

ListOfCertifiedWalletsQRCode

Kodiċi QR li fih l-informazzjoni ta’ ListOfCertifiedWalletsURL

ISO-8859-1 Byte mode QR code

fakultattiva

WalletSolutionInfoPageURL

URL għall-paġna tal-informazzjoni tas-soluzzjoni tal-kartiera ċċertifikata fil-lista tal-paġna tas-soluzzjonijiet tal-kartiera ċċertifikata mil-ListOfCertifiedWalletsURL URL miżjuda bi ? u l-identifikatur WalletSolutionID tas-soluzzjoni tal-kartiera.

URL

obbligatorja

WalletSolutionInfoPageQRCode

Kodiċi QR li fih l-informazzjoni tal-WalletSolutionInfoPageURL

ISO-8859-1 Byte mode QR code

fakultattiva

WalletVerifierToolURL*

URL li jipponta lejn l-endpoint /.well-known/openid-credential-issuer tal-għodda tal-verifika tal-kartiera użata għall-irkupru tal-metadata tal-fornitur tal-attestazzjoni.

URL

fakultattiva

(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/849 tas-6 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sottomissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni għal-lista tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali ċċertifikati (ĠU L, 2025/849, 7.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/849/oj).


ANNESS X

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Anness II, it-Taqsima 1, il-punt 1(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

ċertifikat wieħed jew aktar konformi mal-istandard ETSI EN 319 412-2 V2.4.1 (2025-06) jew mal-istandard ETSI EN 319 412-3 V1.3.1 (2023-09) li jistgħu jintużaw għall-verifika tal-firma jew tas-siġill maħluqa mir-reġistratur fuq id-data tar-reġistru u li d-data tal-identità ċċertifikata għalih tkun tinkludi isem ir-reġistratur u, meta applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tar-reġistratur, kif ipprovduti fil-punti (c) u (d), rispettivament;”;

(2)

fl-Anness II, it-Taqsima 2, il-punt 1(h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

ċertifikat wieħed jew aktar konformi mal-istandard ETSI EN 319 412-2 V2.4.1 (2025-06) jew mal-istandard ETSI EN 319 412-3 V1.3.1 (2023-09) li jistgħu jintużaw biex jawtentikaw u jivvalidaw l-attestazzjonijiet tal-unità tal-kartiera li jkun ħareġ il-fornitur tal-kartiera, u li għalihom id-data tal-identità ċċertifikata tinkludi l-isem, u fejn applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-fornitur tal-kartiera, kif speċifikat fil-punti (a) u (b), rispettivament;”;

(3)

fl-Anness II, it-Taqsima 3, il-punt 1(h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

ċertifikat wieħed jew aktar konformi mal-istandard ETSI EN 319 412-2 V2.4.1 (2025-06) jew mal-istandard ETSI EN 319 412-3 V1.3.1 (2023-09) li jistgħu jintużaw għall-verifika tal-firma jew tas-siġill elettroniku maħluq mill-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna fuq id-data tal-identifikazzjoni tal-persuna li huwa jipprovdi, u li għaliha, id-data tal-identità ċċertifikata tinkludi l-isem, u fejn applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna, kif speċifikat fil-punti (a) u (b), rispettivament.”;

(4)

fl-Anness II, it-Taqsima 4, il-punt 1(g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

ċertifikat wieħed jew aktar konformi mal-istandard ETSI EN 319 412-2 V2.4.1 (2025-06) jew mal-istandard ETSI EN 319 412-3 V1.3.1 (2023-09) li jistgħu jintużaw għall-verifika tal-firma jew tas-siġill maħluqa mill-fornitur taċ-ċertifikati tal-aċċess għal parti dipendenti fuq kartiera fuq iċ-ċertifikat tal-aċċess li jipprovdi lil partijiet dipendenti fuq kartiera, flimkien, meta applikabbli, mal-informazzjoni meħtieġa biex tiddistingwi ċ-ċertifikati tal-aċċess ta’ parti dipendenti fuq kartiera minn ċertifikati oħra.”;

(5)

fl-Anness II, tiżdied it-Taqsima 5 kif ġej:

“5.

Notifiki tal-informazzjoni dwar il-fornituri taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera

1.

L-Istat Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni dwar il-fornituri taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera:

(a)

isem il-fornitur taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera;

(b)

meta applikabbli, numru tar-reġistrazzjoni tal-fornitur taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera;

(c)

l-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera;

(d)

l-email u n-numru tat-telefown tal-fornitur taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera, għal kwistjonijiet relatati maċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni li jipprovdi lill-partijiet dipendenti fuq kartiera;

(e)

meta applikabbli, il-URL tal-paġna web tal-fornitur taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera li jkun fiha informazzjoni addizzjonali dwar il-fornitur u ċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni li jipprovdi lill-partijiet dipendenti fuq kartiera;

(f)

il-URL tal-paġna web bil-politiki, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-forniment u l-użu taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni li jipprovdi lill-partijiet dipendenti fuq kartiera;

(g)

ċertifikat wieħed jew aktar konformi mal-istandard ETSI EN 319 412-2 V2.4.1 (2025-06) jew mal-istandard ETSI EN 319 412-3 V1.3.1 (2023-09) li jistgħu jintużaw għall-verifika tal-firma jew tas-siġill maħluqa mill-fornitur taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni li dan jipprovdi lil partijiet dipendenti fuq kartiera, flimkien, meta applikabbli, mal-informazzjoni meħtieġa biex tiddistingwi ċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera minn ċertifikati oħra.

2.

L-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tingħata għal kull fornitur taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera.”

ANNESS XI

ANNESS I

Protokolli u interfaċċi msemmija fl-Artikolu 4

L-ispeċifikazzjoni teknika ETSI TS 119 472-3 V1.1.1 (2026-03) għandha tapplika bl-adattamenti li ġejjin:

(1)

4.1

Rekwiżiti ġenerali

GEN-REQ-4.1-05: void

NOTA: void

(2)

4.2.3

Għoti ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ Fornitur PID/EAA lil Kartiera tal-EUDI

ISS-MDATA-REG_CERT-4.2.3-04: Wieħed mill-elementi fil-parametru tal-array “issuer_info” għandu jkun fih iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-Fornitur PID/EAA.

ISS-MDATA-REG_CERT-4.2.3-07: void

ISS-MDATA-REG_CERT-4.2.3-08: void

ISS-MDATA-REG_CERT-4.2.3-09: void

ISS-MDATA-REG_CERT-4.2.3-10: void

ISS-MDATA-REG_CERT-4.2.3-11: void

ISS-MDATA-REG_CERT-4.2.3-12: void

ISS-MDATA-REG_CERT-4.2.3-13: void

(3)

4.2.4.2 Politika ta’ użu mill-ġdid tal-PID/EAA predefinita tal-ARF

ISS-MDATA-EAA-REUSE-POL-4.2.4.2-09: Meta l-membru “id” ikollu l-valur “arf_annex_ii”, u l-array immappjat mat-tikketta “details” ikun fih il-valur “once_only” jew il-valur “per-relying-party”, l-Oġġett JSON li jkun fih dan l-array immappjat mat-tikketta “details” għandu jkun fih ukoll numru JSON immappjat mat-tikketta “reissue_trigger_unused”.

(4)

L-Anness A ma għandux japplika.


ANNESS XII

ANNESS II

Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 5

Għandha tapplika l-ispeċifikazzjoni teknika fl-Anness C tal-ISO/IEC 18013-7:2025.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-klawżoli 4.1, 4.2, 5 u 6 tal-ETSI TS 119 472-2 V1.2.1 (2026-03), għandhom japplikaw bl-adattamenti li ġejjin, inkluż billi tiddaħħal il-klawżola 4.3 ġdida:

(1)

1

Ambitu

Dan id-dokument jispeċifika żewġ profili ta’ protokolli li jippermettu lill-Partijiet Dipendenti (minn hawn ’il quddiem RP) jitolbu EAAPs jew data tal-identifikazzjoni tal-persuna (minn hawn ’il quddiem PID) lill-Kartiera tal-EUDI, u li l-Kartiera tal-EUDI tibgħat l-EAAPs/PIDs mitluba lill-RP. Kull wieħed mill-profili jappoġġa żewġ mekkaniżmi tat-trażmissjoni, jiġifieri: Medjat b’API u mhux medjat b’API, kif jidher hawn taħt:

(a)

Profil huwa mibni fuq:

ISO/IEC 18013-5 [10] għal mekkaniżmu tat-trażmissjoni mhux medjat b’API biss, u

L-Anness C tal-ISO/IEC 18013-7 [16] għall-mekkaniżmu tat-trażmissjoni medjat b’API.

Dan il-profil jissejjaħ profil ISO/IEC-mdoc u huwa definit fil-klawżola 5 tad-dokument preżenti.

(b)

Profil huwa mibni fuq:

OpenID4VC-HAIP [11] għal mekkaniżmi tat-trażmissjoni medjati u mhux medjati b’API, kif ġej:

It-Taqsimiet 5, 5.1, 5.3, 7, u 8 ta’ [11] għat-trażmissjoni b’ridirezzjonar jew għall-mekkaniżmu tat-trażmissjoni mhux medjat b’API, u

It-Taqsimiet 5, 5.2, 5.3, 7, u 8 ta’ [11] għall-mekkaniżmu tat-trażmissjoni medjat b’API.

Dan il-profil jissejjaħ profil OpenID4VC-HAIP u hu definit fil-Klawżola 6 ta’ dan id-dokument.

(2)

2.1

Referenzi normattivi

[15] ISO 639: “Language code”.

[16] ISO/IEC 18013-7:2025 “Personal identification – ISO – compliant driving licence – Part 7: Mobile driving licence (mDL) add-on functions”.

(3)

4.1

Implimentazzjoni tal-EAAP ibbażata fuq SD-JWT VC

EAAP-SD-JWT VC-04: void.

(4)

4.2

Implimentazzjoni tal-EAAP ibbażata fuq ISO/IEC-mdoc

EAAP-ISO/IEC-mdoc-01: void.

NOTA 2: void.

EAAP-ISO/IEC-mdoc-02: void.

(5)

4.3

Implimentazzjoni tal-EAAP b’API ta’ medjazzjoni

EAAP-API-GEN-01: Il-Kartiera tal-EUDI għandha tappoġġa API ta’ medjazzjoni li tappoġġa ż-żewġ protokolli definiti fil-klawżola 5.2 ta’ [11] u fl-Anness C ta’ [16].

NOTA: Meta l-apparat li fuqu tiġi installata l-Kartiera tal-EUDI ma jkunx jappoġġa ż-żewġ protokolli, dan ir-rekwiżit ma jistax jiġi ssodisfat u tiskatta nonkonformità għax is-sistemi operatorji sottostanti u l-brawżers ma jkunux jimplimentaw il-karatteristiċi tal-interoperabbiltà meħtieġa.

EAAP-API-GEN-02: Il-Kartiera tal-EUDI għandha tappoġġa API ta’ medjazzjoni mqar għat-tipi ta’ PIDs u EAA rreġistrati fil-katalgu tal-iskemi kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1569, u mqar għall-formati kollha definiti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2979.

NOTA 1: Meta s-sistema operatorja sottostanti, il-brawżer, l-APIs ta’ medjazzjoni, jew xi saff tekniku ieħor barra mill-kontroll tal-Kartiera tal-EUDI jirrestrinġi, jiffiltra, jagħżel minn qabel, jew jillimita mod ieħor il-formati tal-kredenzjali, u t-tipi ta’ PIDs u EAA rreġistrati fil-katalgu tal-iskemi, dan ir-rekwiżit ma jistax jiġi ssodisfat. Meta tali restrizzjoni twaqqaf lill-Kartiera tal-EUDI milli tappoġġa tip jew format ta’ kredenzjali rreġistrat, in-nonkonformità li tirriżulta tkun attribwibbli għall-falliment ta’ dawk is-sistemi operatorji sottostanti, il-brawżers, l-API ta’ medjazzjoni, jew xi saff tekniku rilevanti ieħor li jipprovdu l-karatteristiċi tal-interoperabbiltà meħtieġa.

(6)

4.4

Validazzjoni tal-parti dipendenti fuq kartiera u verifiki eċċessivi

WRP-VALIDATION-01: Il-Kartiera tal-EUDI għandha tivvalida ċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera li tkun irċeviet fit-talba qabel ma tippreżenta xi PID jew attestazzjoni elettronika tal-attributi mitluba lill-utent tal-kartiera għall-approvazzjoni.

WRP-VALIDATION-02: Meta l-validazzjoni taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera ma tirnexxix, inkluż meta ċ-ċertifikat ikun skada, ġie revokat, ma jkunx inħareġ minn fornitur fdat validu taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera, ikun malfurmat, jew ma jkunx jista’ jiġi vverifikat kriptografikament, il-Kartiera tal-EUDI għandha twissi lill-utent tal-kartiera li l-parti dipendenti fuq kartiera ma setgħetx tiġi vvalidata u ma għandhiex tippreżenta t-talba bħala waħda li ġiet ivvalidata b’suċċess. L-utent tal-kartiera għandu japprova b’mod espliċitu t-talba tal-parti dipendenti. Is-silenzju jew il-kaxxi mmarkati minn qabel ma għandhomx ikunu biżżejjed għall-approvazzjoni espliċita.

WRP-VALIDATION-03: Il-fornitur tal-kartiera għandu jiddetermina, abbażi tal-analiżi tar-riskju u l-politika tas-sigurtà tiegħu, jekk u skont liema kundizzjonijiet l-utenti tal-kartiera jistgħu jevitaw verifiki tal-validazzjoni falluti speċifiċi.

WRP-OVERASKING-01: Il-Kartiera tal-EUDI għandha tqabbel l-attestazzjonijiet u l-attributi mitluba mill-parti dipendenti fuq kartiera mal-attestazzjonijiet u l-attributi rreġistrati fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera.

WRP-OVERASKING-02: Meta l-parti dipendenti fuq kartiera titlob PID jew attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi jew dikjarazzjonijiet li ma jkunux koperti miċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ parti dipendenti fuq kartiera, il-Kartiera tal-EUDI għandha twissi b’mod ċar lill-utent tal-kartiera qabel kull żvelar. It-twissija għandha tidentifika li l-parti dipendenti fuq kartiera tkun qed titlob aktar informazzjoni milli tkun irreġistrat. L-utent tal-kartiera għandu japprova b’mod espliċitu t-talba tal-parti dipendenti. Is-silenzju jew il-kaxxi mmarkati minn qabel ma għandhomx ikunu biżżejjed għall-approvazzjoni espliċita.

WRP-OVERASKING-03: Il-fornitur tal-kartiera għandu jiddetermina, abbażi tal-analiżi tar-riskju tiegħu, il-politika tas-sigurtà u l-liġi applikabbli, jekk l-utent tal-kartiera jistax ikompli minkejja din it-twissija, jekk jistax jiġi żvelat biss is-subsett tad-data mitluba kopert miċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni, jew jekk it-talba għandhiex tiġi rifjutata.

(7)

5.1

Introduzzjoni

Il-Klawżola 5 u s-subklawżoli tagħha jiddefinixxu profil għal protokoll li jippermetti lil RP titlob EAAPs jew PIDs lill-Kartiera tal-EUDI, u li l-Kartiera tal-EUDI tibgħat l-EAAPs/PIDs mitluba lill-RP billi tuża mekkaniżmu tat-trażmissjoni mhux medjat b’API, mibni fuq ISO/IEC 18013-5 [10] jew mekkaniżmu tat-trażmissjoni medjat b’API mibni fuq l-Anness C ta’ ISO/IEC 18013-7 [16] għat-trasferiment tal-istrutturi tad-data definiti fl-ISO/IEC 18013-5 [10] inkapsulati kif xieraq.

Il-bqija tal-Klawżola 5 hija organizzata kif ġej:

Il-Klawżola 5.2 tiddefinixxi r-rekwiżiti dwar l-appoġġ tal-profil u l-mekkaniżmi tat-trażmissjoni mill-RPs u mill-Kartiera tal-EUDI;

Il-Klawżola 5.3 tispeċifika r-rekwiżiti li huma speċifiċi għall-mekkaniżmu tat-trażmissjoni mhux medjat b’API;

Il-Klawżola 5.4 u s-subklawżoli tagħha jispeċifikaw rekwiżiti li huma speċifiċi għall-mekkaniżmu tat-trażmissjoni medjat b’API.

(8)

5.2

Rekwiżiti għall-Kartiera tal-EUDI u appoġġ tal-RP

ISO/IEC 18013-SUPPORT-01: L-Unitajiet tal-Kartiera, il-Fornituri tal-PID, il-Fornituri tal-Attestazzjoni, il-Fornituri tal-Kartiera, u l-Partijiet Dipendenti ma għandhomx jappoġġaw l-irkupru tas-server kif speċifikat fl-ISO/IEC 18013-5 [10] għat-talba u għall-preżentazzjoni tal-attributi tal-PID jew tal-attestazzjoni.

ISO/IEC 18013-SUPPORT-02: Il-Kartiera tal-EUDI għandha tissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-klawżoli 5.3 u 5.4 ta’ dan id-dokument.

ISO/IEC 18013-SUPPORT-04: Parti Dipendenti għandha timplimenta l-profil definit fil-klawżola 5.4 ta’ dan id-dokument.

(9)

5.3.2

ISO/IEC-mdoc EAAP Request contents

ISO/IEC 18013-5-REQ-04: It-talbiet għal apparati mibgħuta lil Kartieri tal-EUDI għandu jkun fihom il-par kjavi-valur “requestInfo” speċifikat fil-klawżola 8.3.2.1.2.1 ta’ [10]. Il-valur ta’ dan il-par għandu jkun tat-tip RequestInfo.

ISO/IEC 18013-5-REQ-05: It-tip RequestInfo għandu jkun kif turi d-definizzjoni tas-CDDL hawn taħt.

RequestInfo = {

'euWrprc': bstr ; contains a registration certificate (see requirements below)

}

ISO/IEC 18013-5-REQ-06: Il-membru “requestInfo” rikjedenti għandu jkun fih membru bit-tikketta “euWrprc”

ISO/IEC 18013-5-REQ-07: Il-valur ta’ “euWrprc” għandu jkun ċertifikat tar-reġistrazzjoni kodifikat ta’ CBOR.

ISO/IEC 18013-5-REQ-08: void.

NOTA 3: void.

ISO/IEC 18013-5-REQ-09: void.

ISO/IEC 18013-5-REQ-10: void.

ISO/IEC 18013-5-REQ-11: void.

(10)

5.3.3

Profil ISO/IEC-mdoc ta’ Rispons tal-EAAP

Din il-klawżola tiddefinixxi r-rekwiżiti għat-tip ta’ messaġġ DeviceResponse, komuni għaż-żewġ tipi ta’ mekkaniżmi tat-trażmissjoni (medjati u mhux medjati b’API).

NOTA 1: Meta jintuża mekkaniżmu mhux medjat b’API mibni fuq l-ISO/IEC 18013-5 [10], Rispons tal-EAAP ikun eżattament istanza ta’ DeviceResponse kif profilat fil-klawżola preżenti. Meta jintuża mekkaniżmu medjat b’API mibni fuq l-Anness C tal-ISO/IEC 18013-7 [16], l-istanza ta’ DeviceRequest tkun inkapsulata kif speċifikat fl-Anness C ta’ [16].

ISO/IEC 18013-5-RESP-02: Il-fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna u tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi ma għandu jinkludi ebda element tad-data fil-mappa tal-KeyAuthorizations fl-Oġġett tas-Sigurtà Mobbli tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna u tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi li huma joħorġu, ħlief għal elementi tad-data pprovduti mill-parti dipendenti fuq kartiera fid-data tranżazzjonali fit-talba tal-mdoc li trid tiġi ffirmata jew issiġillata b’mod elettroniku mill-unità tal-kartiera bil-kjavi privata tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna jew l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi.

NOTA 2: Minħabba f’hekk, l-unitajiet tal-kartiera ma jistgħux jippreżentaw element tad-data ffirmat minn apparat lil partijiet dipendenti fuq kartiera, ħlief data tal-iffirmar ipprovduta mill-parti dipendenti fuq kartiera, pereżempju f’każijiet tal-użu għal awtentikazzjoni sigura tal-utent.

NOTA 3: L-ISO/IEC 18013-5:2021 ma jispeċifikax kif il-partijiet dipendenti fuq kartiera jistgħu jinkludu data tranżazzjonali f’talba mdoc. L-inklużjoni ta’ data tranżazzjonali f’talba mdoc għandha ssir biż-żieda ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi.

ISO/IEC 18013-5-RESP-03: Il-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna ma għandhomx jippermettu li l-kjavi privata tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna tiffirma elementi tad-data li huma pprovduti mill-parti dipendenti fuq kartiera fid-data tranżazzjonali fit-talba tal-mdoc.

(11)

5.4

Requirements for API mediated mechanism

5.4.1

Rekwiżiti relatati ma’ ISO/IEC 18013-7

Din il-klawżola tiddefinixxi r-rekwiżiti għall-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni medjat b’API relatat mar-rekwiżiti definiti fl-Anness C ta’ [16].

ISO/IEC 18013-7-API-01: Il-profil li jappoġġa preżentazzjonijiet medjati b’API għandu jikkonforma mar-rekwiżiti fl-Anness C tal-ISO/IEC 18013-7 [16] kif spjegat f’aktar dettall fil-klawżoli 5.3 u 5.4 ta’ dan id-dokument.

ISO/IEC 18013-7-API-02: Ir-rekwiżiti obbligatorji kollha definiti fl-Anness C ta’ [16] għandhom japplikaw kif spjegat f’aktar dettall fil-klawżoli 5.3 u 5.4 ta’ dan id-dokument.

ISO/IEC 18013-7-API-03: Ir-rekwiżiti fakultattivi kollha definiti fl-Anness C ta’ [16] għandhom jibqgħu fakultattivi sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor f’dan id-dokument.

(12)

5.4.2

Rekwiżiti addizzjonali

Din il-klawżola tispeċifika rekwiżiti addizzjonali għall-mekkaniżmu tat-trażmissjoni medjat b’API.

ISO/IEC 18013-ADD-API-01: Il-Kartiera tal-EUDI għandha tiżvela awtomatikament il-preżenza tal-attestazzjonijiet elettroniċi kollha maħżuna tat-tip ta’ attributi lill-API ta’ medjazzjoni li taħdem f’konformità mal-Anness C ta’ [16], iżda ma għandhiex tiżvela l-attributi u l-valuri tagħhom f’dawn l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi.

NOTA 1: Ir-restrizzjoni tal-valur tal-attribut tapplika anke jekk tali żvelar itejjeb is-servizzi pprovduti mis-Sistema Operatorja lill-Kartiera tal-EUDI, pereżempju, l-għażla tal-attestazzjoni fil-kuntest tal-API ta’ medjazzjoni.

Hemm il-kunsiderazzjonijiet relatati mas-sistemi operatorji u l-brawżers li jaqgħu barra mill-kontroll tal-implimentaturi, li jistgħu jitqiesu kif indikat fin-noti 2 sa 4 li ġejjin:

NOTA 2: Talba għal preżentazzjoni minn Parti Dipendenti li tappoġġa l-Anness C ta’ [16] tista’ tiġi pproċessata mill-brawżer u/jew mis-Sistema Operatorja għat-tiftix tal-EAAs disponibbli, għall-prevenzjoni ta’ frodi mmirata lejn l-Utent, jew għal skopijiet ta’ individwazzjoni ta’ soluzzjoni.

NOTA 3: Talba għal preżentazzjoni minn Parti Dipendenti li tappoġġa l-Anness C ta’ [16] hija mistennija li tiġi pproċessata mill-brawżer u/jew mis-Sistema Operatorja għal skopijiet ta’ sigurtà tal-Utent.

NOTA 4: Talba għal preżentazzjoni minn Parti Dipendenti li tappoġġa l-Anness C ta’ [16] mhix mistennija tiġi pproċessata mill-brawżer u/jew mis-Sistema Operatorja għal skopijiet ta’ analiżi tas-suq (inkluż bħala skop sekondarju) jew għall-iskopijiet interni tal-brawżer u/jew tas-Sistema Operatorja.

ISO/IEC 18013-ADD-API-02: Meta Kartiera tal-EUDI tħassar fuq talba tal-Utent PID jew EAA żvelata qabel lill-API ta’ medjazzjoni li jaħdem f’konformità mal-Anness C ta’ [16], il-Kartiera tal-EUDI għandha tiżvela l-fatt li ma għadhiex taħżen dan il-PID jew l-EAA lill-API ta’ medjazzjoni.

ISO/IEC 18013-ADD-API-03: Jekk l-Utent jiddiżinstalla l-Kartiera tal-EUDI tiegħu, il-Kartiera tal-EUDI tiżvela l-fatt li huwa ma għadux jaħżen PID(s) jew EAA(s) żvelati qabel, lill-API ta’ medjazzjoni li taħdem f’konformità mal-Anness C ta’ [16].

ISO/IEC 18013-ADD-API-04: Il-Kartiera tal-EUDI għandha tipprovdi parametru globali għall-utent biex tiddiżattiva l-iżvelar tal-EAAs maħżuna permezz ta’ API ta’ medjazzjoni li taħdem kif speċifikat fl-ISO/IEC 18013-ADD-API-01. Meta dan il-parametru jkun diżattivat, il-Kartiera tal-EUDI ma għandhiex tirreklama jew twieġeb għat-talbiet ta’ ħruġ jew preżentazzjoni medjati b’API.

ISO/IEC 18013-ADD-API-05: Il-Kartieri tal-EUDI għandhom jivverifikaw fil-flussi bejn l-apparati, permezz tal-API ta’ medjazzjoni, li l-apparat li jinteraġixxi jkun fiżikament qrib il-Kartiera tal-EUDI, u għandhom jużaw kanal tal-komunikazzjoni lokali sigur, dirett u medjat mill-utent, bħal teknoloġija tal-komunikazzjoni mingħajr fili ta’ medda qasira, biex jagħmlu din il-verifika tal-qrubija fiżika.

NOTA: CTAP 2.3 jippermetti l-użu ta’ BLE biex issir il-verifika tal-qrubija fiżika u meta jiġi implimentat miż-żewġ apparati, jippermetti wkoll it-trasferiment tad-data bejn l-apparati permezz ta’ teknoloġiji tat-trażmissjoni ta’ medda qasira. It-twettiq tal-verifika tal-qrubija fiżika u tat-trasferiment tad-data bejn iż-żewġ apparati minn kanal tal-komunikazzjoni lokali kif permess mis-CTAP 2.3, għandu jkun ippreferut mis-sistemi operatorji sottostanti, il-brawżers, l-APIs ta’ medjazzjoni, jew xi saff tekniku ieħor barra mill-kontroll tal-Kartiera tal-EUDI, aktar mis-servizzi ta’ mina ibrida tas-CTAP.

(13)

6.2

Rekwiżiti għall-Kartiera tal-EUDI u appoġġ tal-RP

OIDFVP-HAIP-SUPPORT-02: Il-Kartiera tal-EUDI għandha tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-klawżola 6.5 ta’ dan l-Anness.

OIDFVP-HAIP-SUPPORT-03: Il-Kartiera tal-EUDI ma għandhiex tappoġġa l-mekkaniżmu bbażat fuq ir-ridirezzjonar speċifikat fil-klawżola 6.4 għall-flussi tal-preżentazzjoni bejn apparati differenti.

NOTA 3: L-użu ta’ dan il-mekkaniżmu hu vulnerabbli għall-attakki, bħall-iffissar tas-sessjoni. Sta għall-partijiet dipendenti biex itaffu dawk l-attakki. L-implimentazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu ma għandhiex twassal għal nonkonformità.

OIDFVP-HAIP-SUPPORT-05: Parti Dipendenti għandha tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-klawżoli 6.5 tal-Anness preżenti.

NOTA 5: void.

(14)

6.3.1.

Rekwiżiti ġenerali

OIDFVP-HAIP-GEN-01: Ir-rekwiżiti obbligatorji kollha speċifikati fil-klawżoli 5, 5.3, 7, u 8 tal-HAIP [11] għandhom japplikaw.

NOTA 1: “Taqsima 5 tal-HAIP [11]” tirreferi biss għar-rekwiżiti direttament taħt l-intestatura tat-Taqsima 5. Dan ma jinkludix it-taqsimiet 5,1, 5.2, u 5.3.

OIDFVP-HAIP-GEN-03: Jekk l-Anness preżenti jimmodifika rekwiżit f’OpenID4VC-HAIP [11], ir-rekwiżit modifikat speċifikat mill-Anness preżenti għandu jipprevali.

NOTA 2: Dan jippermetti, pereżempju, li rekwiżit fakultattiv minn OpenID4VC-HAIP [11] jiġi kkonvertit f’obbligatorju jew li jiġu estiżi r-rekwiżiti obbligatorji.

OIDFVP-HAIP-GEN-04: Meta l-format tal-attestazzjoni mitluba jkun konformi ma’ [10], il-Partijiet Dipendenti u l-Kartieri tal-EUDI għandhom jikkonformaw mal-profil “ISO mdocs” fi [11] tat-Taqsima 6.

NOTA 3: Għal raġunijiet ta’ ċarezza: il-profil “ISO mdocs” fil-HAIP jimplika li l-Partijiet Dipendenti u l-Kartieri tal-EUDI jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli f’[7] tal-Anness B.2.

OIDFVP-HAIP-GEN-05: Meta l-format tal-attestazzjoni mitluba jkun konformi ma’ [2], il-Partijiet Dipendenti u l-Kartieri tal-EUDI għandhom jikkonformaw mal-profil “IETF SD-JWT VCs” fi [11] tat-Taqsima 6.

NOTA 4: Għal raġunijiet ta’ ċarezza: il-profil “IETF SD-JWT VCs” jimplika li l-Partijiet Dipendenti u l-Kartieri tal-EUDI jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti fl-Anness B.3 [7], u mar-rekwiżiti fi [11] tat-Taqsima 6.1.

(15)

6.3.2.1

Rekwiżiti ġenerali

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-01: void.

(16)

6.3.2.2

Rekwiżiti għall-Oġġett tat-Talba

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-02: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-03: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-04: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-05: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-06: void.

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-07: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-08: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-09: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-10: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-11: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-12: void

NOTA 2: void

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-13: Wieħed mill-elementi tal-parametru verifier_info għandu jinkludi ċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni.

OIDFVP-HAIP-COMMON-REQ-RO-23: Iċ-ċertifikat finali msemmi fit-Taqsima 5.9.3 ta’ OpenID4VP għall-użu mal-Prefiss tal-Identifikatur tal-Klijent x509_hash għandu jkun ċertifikat tal-aċċess RP kif speċifikat fl-ETSI TS 119 475 [14].

(17)

6.3.3

Profil ta’ Rispons għal Awtorizzazzjoni (rispons EAAP)

OIDFVP-HAIP-COMMON-RESP-01: void.

(18)

6.4.1

Rekwiżiti ġenerali

OIDFVP-HAIP-REDIRECTS-04: void.

NOTA: void.

(19)

6.5.2

Rekwiżiti addizzjonali

OIDFVP-HAIP-ADD-API-01: Il-Kartiera tal-EUDI għandha tiżvela awtomatikament il-preżenza tat-tipi kollha ta’ EAA maħżuna lill-API ta’ medjazzjoni li taħdem f’konformità mal-klawżola 5.2 ta’ [11], iżda ma għandhiex tiżvela l-attributi u l-valuri tagħhom f’dawn l-EAAs.

OIDFVP-HAIP-ADD-API-04: Jekk il-Kartiera tal-EUDI tappoġġa API ta’ medjazzjoni li taħdem kif speċifikat f’OIDFVP-HAIP-ADD-API-01, din għandha tipprovdi parametru globali għall-utent biex jiddiżattiva l-iżvelar tal-EAAs maħżuna permezz tal-API ta’ medjazzjoni. Meta dan il-parametru jkun issettjat bi żvelar diżattivat, il-Kartiera tal-EUDI sussegwentement għandha tippermetti lill-utent jagħżel attestazzjonijiet individwali li jridu jiġu żvelati lill-API ta’ medjazzjoni.

OIDFVP-HAIP-ADD-API-05: Il-Kartieri tal-EUDI għandhom jużaw l-API ta’ medjazzjoni biex fil-flussi bejn l-apparati jivverifikaw li l-apparat li jinteraġixxi jkun fiżikament qrib il-Kartiera tal-EUDI, u din il-verifika tal-qrubija fiżika għandhom jagħmluha b’kanal tal-komunikazzjoni lokali sigur, dirett u medjat mill-utent, bħal teknoloġija tal-komunikazzjoni mingħajr fili ta’ medda qasira.

NOTA 5: CTAP 2.3 jippermetti l-użu ta’ BLE għall-verifika tal-qrubija fiżika, u meta din tiġi implimentata miż-żewġ apparati, dan jippermetti wkoll it-trasferiment tad-data bejn l-apparati b’teknoloġiji tat-trażmissjoni ta’ medda qasira. It-twettiq tal-verifika tal-qrubija fiżika u tat-trasferiment tad-data bejn iż-żewġ apparati minn kanal tal-komunikazzjoni lokali kif permess mis-CTAP 2.3, għandu jkun ippreferut mis-sistemi operatorji sottostanti, il-brawżers, l-APIs ta’ medjazzjoni, jew xi saff tekniku ieħor barra mill-kontroll tal-Kartiera tal-EUDI, aktar mis-servizzi ta’ mina ibrida tas-CTAP.

(20)

6.5.3

Rekwiżiti speċifiċi meta jintalab EAAP tal-ISO/IEC 18013-5

OIDFVP-HAIP-ISO/IEC_18013_5_REQ-02: Ir-rekwiżiti kollha speċifikati f’dan id-dokument applikabbli għall-istrutturi ta’ DeviceRequest u DeviceResponse speċifikati fl-ISO/IEC 18013-5 japplikaw ukoll meta l-Kartiera tal-EUDI tirċievi talba għal preżentazzjoni ISO/IEC mdoc b’mekkaniżmu tat-trażmissjoni medjat b’API speċifikat fil-klawżola C.1 ta’ [16].


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1731/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)