European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1547

3.7.2026

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2026/1547

tal-1 ta’ Lulju 2026

li jemenda r-Regolament (UE) 2026/249 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2026, l-2027 u l-2028 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2025/2454 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2026

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/249 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2026, l-2027 u l-2028 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti miżuri funzjonalment marbuta magħhom, jenħtieġ li jiġu emendati biex tiġi kkunsidrata l-pubblikazzjoni tal-parir xjentifiku, l-eżiti tal-konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u tal-laqgħat tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs), u żviluppi oħra.

(2)

Il-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) adottat rakkomandazzjoni għall-2026 (ir-“rakkomandazzjoni tan-NEAFC tal-2026”) li tistabbilixxi riżerva ta’ protezzjoni tal-istokk ta’ 1 495 tunnellata għall-kavall (Scomber scombrus) li jistgħu jinqabdu mill-Federazzjoni Russa fl-ilmijiet internazzjonali taż-Żona tal-Konvenzjoni tal-NEAFC. Sabiex jiġi evitat li tinqabeż dik ir-riżerva, ir-rakkomandazzjoni tan-NEAFC tal-2026 tinkludi miżuri ta’ kontroll assoċjati applikabbli kemm fiż-Żona Regolatorja tal-NEAFC kif ukoll fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dawk il-Partijiet Kontraenti tal-NEAFC li appoġġaw ir-Rakkomandazzjoni tal-NEAFC tal-2026. Għalhekk huwa xieraq li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(3)

Fl-2025, l-Unjoni u r-Renju Unit kellhom konsultazzjonijiet bilaterali dwar l-istabbiliment ta’ għadd kbir ta’ qabdiet totali permissibbli (TACs) għall-2026, inkluż ċerti miżuri funzjonalment marbuta ma’ dawk it-TACs, għall-istokkijiet elenkati fl-Anness 35 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”). L-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f’rekord bil-miktub iffirmat mill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet fl-10 ta’ Diċembru 2025. Kif dokumentat fir-rekord bil-miktub, il-Kapijiet tad-Delegazzjoni qablu li jirrakkomandaw lill-awtoritajiet rispettivi tagħhom li l-miżuri ta’ rimedju għall-bakkaljaw (Gadus Morhua), għall-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) u għall-merlangu Merlangius merlangus) fil-Baħar Ċeltiku u l-Baħar Irlandiż u għal-lingwata (Solea solea) u għall-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) fil-Kanal Ingliż jenħtieġ li jibdew japplikaw, fil-prinċipju, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2026, bl-istess mod fl-Unjoni u fir-Renju Unit biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti peress li l-istokkijiet inkwistjoni huma ġestiti b’mod konġunt. Kien hemm qbil dwar dan soġġett għall-fatt li l-partijiet ikunu nnotifikaw it-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għall-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ rimedju. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/786 (3) iddifferixxa l-applikazzjoni tal-miżuri għall-bakkaljaw u l-merlangu fil-Baħar Irlandiż u għal-lingwata u l-barbun tat-tbajja’ fil-Kanal Ingliż għall-1 ta’ Settembru 2026 peress li r-Renju Unit kellu dewmien fil-proċeduri interni tiegħu. Minħabba li r-Renju Unit jistenna aktar dewmien fit-tlestija tal-proċeduri interni tiegħu u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-Unjoni vis-à-vis l-operaturi tar-Renju Unit, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri tiġi differita għall-1 ta’ Novembru 2026, sakemm jitlestew il-proċeduri interni rilevanti mir-Renju Unit.

(4)

Fid-19 ta’ Ġunju 2026, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika l-parir xjentifiku tiegħu għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-parti tal-punent tad-diviżjoni 9a tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027. F’konformità mal-objettiv tar-rendiment massimu sostenibbli stabbilit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-prinċipju li l-miżuri jiġu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli stabbilit fl-Artikolu 3(c) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-qabdiet totali permissibbli (TAC) għall-inċova fil-parti tal-Punent tas-subżoni 9 u 10 tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027 jiġu stabbiliti fil-livell rakkomandat mill-ICES.

(5)

Fis-16 ta’ Ġunju 2026, l-Unjoni u n-Norveġja kkonkludew konsultazzjonijiet dwar: il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd kumplessivi għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027; u fil-livell tat-TAC għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES. L-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f’rekord maqbul iffirmat fis-16 ta’ Ġunju 2026. Għalhekk, jenħtieġ li t-TAC għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES tiġi stabbilita fil-livell maqbul man-Norveġja, u jenħtieġ li jinżammu l-miżuri tekniċi addizzjonali maqbula man-Norveġja fl-2025.

(6)

Barra minn hekk, matul dawk il-konsultazzjonijiet, l-Unjoni u n-Norveġja qiesu trasferiment min-Norveġja lejn l-Unjoni ta’ gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi tal-Baħar tat-Tramuntana fin-Nofsinhar ta’ 62o N. Peress li ma setax jintlaħaq ftehim bejn l-Unjoni u n-Norveġja dwar tali trasferiment, issa jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd mhux allokati għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 2, 5, 12 u 14 tal-ICES jiġu allokati lill-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwoti tal-Istati Membri kkonċernati u l-kwota korrispondenti tal-Unjoni għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 2, 5, 12 u 14 tal-ICES jiġu emendati skont dan.

(7)

Bejn is-26 u t-28 ta’ Mejju 2026, l-Unjoni, ir-Renju Unit u n-Norveġja kellhom konsultazzjonijiet dwar: il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd kumplessivi għal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fis-subżona 4 tal-ICES u d-diviżjoni 3a tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027; u il-livelli tat-TACs għal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tas-subżona 4 u tad-diviżjoni 2a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk Norveġiżi tad-diviżjoni 3a tal-ICES għal dak il-perjodu. L-Unjoni pparteċipat f’dawk il-konsultazzjonijiet abbażi tal-pożizzjoni tal-Unjoni u ta’ elementi speċifiċi oħra approvati mill-Kunsill fis-7 ta’ Mejju 2026. L-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f’Rekord Maqbul iffirmat fit-28 ta’ Mejju 2026. Għalhekk, jenħtieġ li t-TACs rilevanti jiġu stabbiliti fil-livelli maqbula mar-Renju Unit u man-Norveġja.

(8)

Bejn il-11 u t-22 ta’ Mejju 2026, l-Unjoni u r-Renju Unit wettqu konsultazzjonijiet bilaterali skont l-Artikolu 498(2), (4) u (6) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni dwar il-livell tat-TAC għal-laċċa kaħla fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027. L-Unjoni pparteċipat f’dawk il-konsultazzjonijiet abbażi tal-pożizzjoni tal-Unjoni u ta’ elementi speċifiċi oħra approvati mill-Kunsill fis-7 ta’ Mejju 2026. L-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f’rekord bil-miktub iffirmat fl-4 ta’ Ġunju 2026. Għalhekk, jenħtieġ li t-TAC għal-laċċa kaħla fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027 tiġi stabbilita fil-livell maqbul mar-Renju Unit.

(9)

Fir-rigward tal-bakkaljaw (Gadus morhua) fl-ilmijiet ta’ Svalbard u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 1 tal-ICES u d-diviżjoni 2b tal-ICES, hija applikata flessibbiltà minn sena għal-oħra sa 10 % minn Partijiet oħra għat-Trattat ta’ Pariġi tal-1920 b’rabta ma’ Spitsbergen (Svalbard), li tagħti aċċess ugwali għall-użu tar-riżorsi fiż-żoni marittimi ta’ madwar Svalbard, filwaqt li r-Regolament (UE) 2026/249 jipprovdi li l-flessibbiltà minn sena għall-oħra għall-kwoti tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (5) ma tapplikax għal dak l-istokk. Għalhekk, huwa xieraq li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jitħallew jużaw flessibbiltà minn sena għall-oħra għal dik it-TAC.

(10)

Ir-Regolament (UE) 2026/249, jistabbilixxi l-kwoti tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-kapelin (Mallotus villosus) fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 2, 5, 12 u 14 tal-ICES għall-perjodu mill-15 ta’ Ottubru 2025 sal-15 ta’ April 2026 fil-livell maqbul ma’ Greenland, f’konformità mal-Artikolu 2(1) tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (6). Madankollu, wara nuqqas ta’ interess mill-industrija tas-sajd tal-Unjoni, l-Unjoni offriet lil Greenland il-possibbiltà li tirkupra dawk l-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwoti tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 2, 5, 12 u 14 tal-ICES għall-perjodu mill-15 ta’ Ottubru 2025 sal-15 ta’ April 2026 jitnaqqsu għal żero.

(11)

F’konformità mal-Artikolu 11 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (7), u f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u fil-Kapitolu VI tal-Protokoll ta’ dak il-Ftehim, l-Unjoni u Greenland qablu li jwettqu sajd sperimentali għall-bakkaljaw (Gadus morhua) fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES, fil-Grigal ta’ 42oW għall-perjodu mit-12 ta’ Frar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026. Ġew stabbiliti opportunitajiet tas-sajd ta’ 3 000 tunnellata għal dak is-sajd sperimentali, li minnhom ġew allokati 900 tunnellata lill-Unjoni. Jenħtieġ li dik il-kwota tal-Unjoni tiġi stabbilita kif maqbul ma’ Greenland. Jenħtieġ li dik il-kwota tal-Unjoni tiġi allokata b’mod ugwali fost is-sitt Stati Membri kkonċernati. Madankollu, jenħtieġ li dik l-allokazzjoni tapplika biss mit-12 ta’ Frar sal-31 ta’ Diċembru 2026 u jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe allokazzjoni futura possibbli ta’ kwoti tal-Unjoni għall-bakkaljaw fl-Ilmijiet ta’ Greenland fis-subżoni 5 u 14 tal-ICES, fil-Grigal ta’ 42oW.

(12)

Fit-12 ta’ Ġunju 2026, il-Kanada adottat limitu ta’ qbid għall-bastimenti tagħha li jistadu għall-bakkaljaw fid-diviżjonijiet 2J, 3K u 3L taż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027.Fil-15 ta’ Ġunju 2026, in-NAFO adottat TAC għal dak l-istokk u dak il-perjodu, li minnhom saret allokazzjoni li tikkorrispondi għal 5 % tat-TAC lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tan-NAFO, inkluż kwota tal-Unjoni, li għandha tinqabad fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO. Għalhekk, jenħtieġ li t-TAC għal dak l-istokk għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027 tiġi stabbilita skont dan. Barra minn hekk, huwa xieraq li għal dak il-perjodu jiġi riportat il-perjodu ta’ għeluq attwali stabbilit min-NAFO.

(13)

Waqt il-laqgħa annwali tagħha li saret f’Novembru 2025, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni 25-04 li tistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn (Thunnus thynnus) fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/497 (8) implimenta dik ir-Rakkomandazzjoni fil-liġi tal-Unjoni. Dik ir-Rakkomandazzjoni tinkludi, fost oħrajn, reviżjoni tal-ammont tal-kwota tat-tonn mhux użata li tista’ tiġi riportata minn sena għall-oħra. Ir-Regolament Delegat (UE) 2026/497daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Mejju 2026. B’konsegwenza ta’ dan, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li jittrasferixxu massimu ta’ 20 % tal-kwota annwali tagħhom tat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT fil-Lvant ta’ 45oW mis-sena preċedenti għas-sena ta’ wara. Għall-2026, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall talbu tali trasferimenti mill-2025. Abbażi ta’ dawk it-talbiet, il-Kummissjoni ppreżentat pjan annwali rivedut tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Għalhekk, jenħtieġ li l-kwoti ta’ dawk l-Istati Membri għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT fil-Lvant ta’ 45oW għall-2026 jiġu emendati skont dan.

(14)

Skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE) 2023/2053, ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni pjanijiet riveduti għall-ġestjoni tat-trobbija tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Għalhekk, jenħtieġ li l-ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ li jista’ jiddaħħal fil-farms tal-ħut u l-kapaċità tat-trobbija tal-ħut tal-Istati Membri jiġu emendati f’konformità ma’ dawk il-pjanijiet, kif trażmessi lis-Segretarjat tal-ICCAT.

(15)

Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2026, il-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) adottat limiti ta’ qbid riveduti għall-palamit (Katsuwonus pelamis) fiż-Żona ta’ Kompetenza tal-IOTC għall-2026. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwoti tal-Unjoni u tal-Istati Membri għal dak l-istokk għall-2026 jiġu emendati skont dan.

(16)

Fil-laqgħa annwali tagħha f’April 2026, il-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana (NPFC) stabbiliet limiti ta’ qbid għall-kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) u għas-sawrella kaħla (Scomber australasicus) disponibbli għall-Partijiet Kontraenti kollha tal-NPFC għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026. Barra minn hekk, għal dak l-istess perjodu, l-NPFC stabbiliet ammont addizzjonali ta’ dawk l-istokkijiet għall-Unjoni. Stabbiliet ukoll limiti tal-isforz assoċjati. Barra minn hekk, l-NPFC stabbiliet miżuri li huma funzjonalment marbuta ma’ dawk il-limiti ta’ qbid u ma’ dak l-ammont addizzjonali, li mingħajrhom: dawk il-limiti ta’ qbid għall-Partijiet Kontraenti kollha tal-NPFC ma setgħux jiġu stabbiliti u l-opportunitajiet tas-sajd għall-kavall għajnejh kbar u għas-sawrella kaħla fiż-żona tal-Konvenzjoni NPFC ikollhom jitnaqqsu biex jiġu protetti l-ispeċijiet mhux fil-mira. Jenħtieġ li dawk l-opportunitajiet tas-sajd u l-miżuri funzjonalment marbuta jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(17)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/2454 (10) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2026 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku. Minħabba inċertezzi serji dwar il-kundizzjoni u l-iżvilupp futur tal-istokk, dak ir-Regolament jistabbilixxi TAC għall-aringa (Clupea harengus) fid-diviżjonijiet 30 u 31 tal-ICES (il-Golf tal-Botnja) għall-2026 li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Ottubru 2026. F’konformità mal-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), huwa xieraq li tiġi stabbilita t-TAC għall-aringa tal-Botnja għall-2026 abbażi tal-parir tal-ICES tat-28 ta’ Mejju 2025 għal dak l-istokk għall-2026, u f’konformità mal-aktar valur baxx imnaqqas fil-medda tal-FMSY, u filwaqt li titqies l-aħħar informazzjoni xjentifika li tinsab fis-servizz tekniku tal-ICES tal-10 ta’ Ġunju 2026.

(18)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2026/249 u (UE) 2025/2454 jiġu emendati skont dan.

(19)

Sabiex jinżammu l-perjodi ta’ rapportar għat-TACs emendati b’dan ir-Regolament, u peress li xi wħud minn dawk it-TACs japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026, jenħtieġ li t-TACs emendati japplikaw b’mod retroattiv minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, peress li t-TACs ikkonċernati jinżammu jew jiżdiedu.

(20)

Minħabba l-urġenza li jiġu evitati interruzzjonijiet fl-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) 2026/249

Ir-Regolament (UE) 2026/249 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(2), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

opportunitajiet tas-sajd għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026 fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana (NPFC).”

;

(2)

fl-Artikolu 4, jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(qa)

‘żona tal-Konvenzjoni tal-NEAFC (Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal)’ tfisser iż-żoni ġeografiċi definiti fil-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (*1);

(qb)

‘Żona Regolatorja tal-NEAFC’ tfisser l-ilmijiet taż-Żona tal-Konvenzjoni tal-NEAFC li jinsabu barra mill-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tas-sajd tal-Partijiet Kontraenti tal-NEAFC;

(*1)   ĠU L 227, 12.8.1981, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1981/608/oj. L-Unjoni approvat il-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE tat-13 ta’ Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1981/608/oj).”;"

(3)

fil-Kapitolu III, tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

“Taqsima 1A

Żona tal-Konvenzjoni tal-NEAFC

Artikolu 26a

Miżuri ta’ ġestjoni għall-kavall

1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jittrażbordaw kavall li jkun inqabad f’sajd dirett minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Federazzjoni Russa fiż-żona Regolatorja tal-NEAFC fl-2026 wara li l-qabdiet ta’ dawk il-bastimenti jkunu qabżu l-1 495 tunnellata kollettivament.

2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jipprovdu servizzi ta’ riforniment jew servizzi oħra ta’ appoġġ lill-bastimenti li jkollhom abbord kavall li jkun inqabad f’sajd dirett minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Federazzjoni Russa fiż-żona Regolatorja tal-NEAFC fl-2026 wara li l-qabdiet ta’ dawk il-bastimenti jkunu qabżu l-1 495 tunnellata kollettivament.

3.   Fl-ilmijiet u fil-portijiet tal-Unjoni, il-ħatt l-art, it-trażbordi u l-forniment ta’ servizzi portwarji oħra għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti li jkollhom abbord kavall li jkun inqabad f’sajd dirett minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Federazzjoni Russa fiż-żona Regolatorja tal-NEAFC fl-2026 wara li l-qabdiet ta’ dawk il-bastimenti jkunu qabżu l-1 495 tunnellata kollettivament.”

;

(4)

fl-Artikolu 62(2), il-punt (l) huwa eemendat kif ġej:

(a)

il-punt (da) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(da)

L-Artikolu 19(3) japplika mill-1 ta’ Novembru 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026;”

;

(b)

il-punt (db) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(db)

L-Artikolu 20 japplika mill-1 ta’ Novembru 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026;”

;

(c)

il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

it-Titolu II, il-Kapitolu III, it-Taqsima 11 għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026 jew sad-data li fiha jsir applikabbli Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri korrispondenti, skont liema jiġi l-ewwel;”

;

(d)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ma)

It-Tabella 1 fl-Anness IC għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027, u n-nota f’qiegħ il-paġna 2 ta’ dik it-Tabella għandha tapplika mill-15 ta’ April 2027 sat-30 ta’ Ġunju 2027 jew sa d-data li fiha jibda japplika att tal-Unjoni dwar il-perjodu ta’ egħluq għall-bakkaljaw fid-diviżjonijiet tan-NAFO 2J3KL, skont liema jiġi l-ewwel;”

;

(e)

il-punt (p) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(p)

l-Annessi IM u XI għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026;”

;

(5)

L-Anness IA, il-Partijiet A u B, u l-Annessi IB, IC, ID, IJ, IM u VI huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (UE) 2025/2454

L-Anness tar-Regolament (UE) 2025/2454 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/249 tas-26 ta’ Jannar 2026 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2026, l-2027 u l-2028 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2025/202 (ĠU L, 2026/249, 30.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/249/oj).

(2)  Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/689(1)/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/786 tat-30 ta’ Marzu 2026 li jemenda r-Regolament (UE) 2026/249 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2026, l-2027 u l-2028 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L, 2026/786, 31.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/786/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/847/oj).

(6)  Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (2025–2030) (ĠU L, 2024/3203, 30.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2024/3203/oj).

(7)  Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (ĠU L 175, 18.5.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/793/oj).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/497 tal-4 ta’ Marzu 2026 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġestjoni tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (ĠU L, 2026/497, 13.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/497/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2053/oj).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/2454 tal-1 ta’ Diċembru 2025 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2026 u li jemenda r-Regolament (UE) 2025/202 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L, 2025/2454, 2.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2454/oj).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1139/oj).


ANNESS I

Ir-Regolament (UE) 2026/249 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness IA huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, it-Tabella 2(1) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 2(1)

Speċi:

Inċova

Żona:

9W (1) u 10

Engraulis encrasicolus

(ANE/9WX10)

Spanja

1 632

 (2)

TAC Analitika

Il-Portugall

14 691

 (2)

L-Unjoni

16 323

 (2)

TAC

16 323

 (2)

(1)  Parti mis-subżona 9 fil-Punent tal-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

Punt

Latitudni

Lonġitudni

1

36o00′00′′N

11o00′00′′W

2

37o01′20"N

8o59′47′′W

(2)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027.”;

(b)

fil-Parti B, it-Tabella 40, it-test tan-nota 2 f’qiegħ il-paġna huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

Kundizzjoni speċjali: sa 10 % ta’ din il-kwota tista’ tiġi ttrasferita għad-Diviżjoni 3a tal-ICES. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali trasferimenti lill-Kummissjoni minn qabel.”;

(c)

fil-Parti B, it-Tabella 77 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 77

Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Żona:

3a

Pandalus borealis

(PRA/03A.)

Id-Danimarka

1 121

 (3)

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

L-Iżvezja

603

 (3)

L-Unjoni

1 724

 (3)

TAC

3 228

 (3)

(3)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027.”;

(d)

fil-Parti B, it-Tabelli 113 u 114 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Tabella 113

Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Żona:

3a

Sprattus sprattus

(SPR/03A.)

Id-Danimarka

10 156

 (4)  (5)  (6)

TAC Analitika

Il-Ġermanja

21

 (4)  (5)  (6)

L-Iżvezja

3 842

 (4)  (5)  (6)

L-Unjoni

14 019

 (4)  (5)  (6)

TAC

pm

 (5)

(4)  Sa 5 % tal-kwota tista’ tikkonsisti f’qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda (OTH/*03A.). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(5)  Din il-kwota għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027.

(6)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota lejn l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4. Madankollu, dawn it-trasferimenti għandhom jiġu nnotifikati minn qabel lill-Kummissjoni u lir-Renju Unit.


Tabella 114

Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Żona:

l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żona 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

Sprattus sprattus

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

688

 (7)  (8)

TAC Analitika

Id-Danimarka

54 491

 (7)  (8)

Il-Ġermanja

688

 (7)  (8)

Franza

688

 (7)  (8)

In-Netherlands

688

 (7)  (8)

L-Iżvezja

1 330

 (7)  (8)  (9)

L-Unjoni

58 573

 (7)  (8)

In-Norveġja

6 508

 (7)

Il-Gżejjer Faeroe

0

 (7)  (10)

Ir-Renju Unit

2 585

 (7)

TAC

67 666

 (7)

(7)  Il-kwota għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027.

(8)  Sa 2 % tal-kwota tista’ tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/*2AC4C). Il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(9)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(10)  Jista’ jkun fiha sa 4 % ta’ qabdiet aċċessorji tal-aringa.”;

(f)

fil-Parti B, it-Tabella 115 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 115

Speċi:

Laċċa kaħla

Żona:

7d u 7e

Sprattus sprattus

(SPR/7DE.)

Il-Belġju

13

 (11)

TAC Analitika

Id-Danimarka

860

 (11)

Il-Ġermanja

13

 (11)

Franza

185

 (11)

In-Netherlands

185

 (11)

L-Unjoni

1 256

 (11)

Ir-Renju Unit

6 592

 (11)

TAC

7 848

 (11)

(11)  Il-kwota għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027.”;

(2)

l-Anness IB huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Tabella 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 3

Speċi:

Bakkaljaw

Żona:

L-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 2 u 12; L-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14, fil-Lbiċ ta’ 42oW

Gadus morhua

(COD/GL251214)

Il-Ġermanja

2 050

 (12)

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

L-Unjoni

2 050

 (12)

TAC

Mhux rilevanti

 

(12)  Ma jistgħux jinqabdu mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju fiż-‘Żona ta’ Ġestjoni Kleine Bank’ delimitata mil-linji li jgħaqqdu flimkien il-koordinati li ġejjin:

Punt

Latitudni

Lonġitudni

1

65o00'N

38o00'W

2

65o00'N

35o15'W

3

64o00'N

35o15'W

4

64o00'N

38o00'W”;

(b)

tiddaħħal it-tabella li ġejja:

“Tabella 3(1)

Speċi:

Bakkaljaw

Żona:

L-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14, fil-Grigal ta’ 42oW

Gadus morhua

(COD/GL51442)

L-Unjoni

900

 (13)

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

TAC

Mhux rilevanti

 (13)

(13)  Tista’ tinqabad biss mit-12 ta’ Frar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026 mill-bastimenti fil-qafas tas-sajd sperimentali u li jwettqu kampjunar xjentifiku. Dak il-kampjunar xjentifiku għandu jitwettaq skont il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati mill-Istitut tar-Riżorsi Naturali ta’ Greenland. Din il-kwota għandha tiġi allokata b’mod ugwali fost sitt Stati Membri (DE, EE, ES, FR, LT u PT), li tirriżulta f’allokazzjoni ta’ 150 tunnellata għal kull Stat Membru. Dik l-allokazzjoni tapplika biss għal dak il-perjodu u hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe allokazzjoni futura possibbli ta’ kwoti tal-Unjoni għall-bakkaljaw fl-Ilmijiet ta’ Greenland fis-subżoni 5 u 14 tal-ICES, fil-Grigal ta’ 42oW.”;

(c)

it-Tabella 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 4

Speċi:

Bakkaljaw

Żona:

l-ilmijiet ta’ Svalbard; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1 u 2b

Gadus morhua

(COD/1/2B.)

Il-Ġermanja

1 507

 (14)  (15)

TAC Analitika

Spanja

3 897

 (14)  (15)

Franza

643

 (14)  (15)

Il-Polonja

709

 (14)  (15)

Il-Portugall

822

 (14)  (15)

Oħrajn

84

 (14)  (15)  (16)

L-Unjoni

7 662

 (14)  (15)

TAC

Mhux rilevanti

 

(14)  L-allokazzjoni tas-sehem mill-istokk tal-bakkaljaw li l-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha fiż-żona ta’ Spitzbergen u Bear Island u tal-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda assoċjati huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi li ġejjin mit-Trattat ta’ Pariġi tal-1920.

(15)  Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda jistgħu jirrappreżentaw sa 14 % għal kull kalata fiż-żona ta’ Spitzbergen u Bear Island. Il-kwantitajiet tal-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda huma b’żieda mal-kwota għall-bakkaljaw.

(16)  Għajr il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Polonja u l-Portugall. Il-qabdiet li jridu jinqatgħu minn din il-kwota kondiviża għandhom jiġu rrapportati separatament (COD/1/2B_AMS).”;

(d)

it-Tabella 9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 9

Speċi:

Kapelin

Żona:

l-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 2, 5, 12 u 14

Mallotus villosus

(CAP/GL251214)

Sena

2026

 

2027

 

 

Id-Danimarka

0

 (18)

0

 (19)

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Il-Ġermanja

0

 (18)

0

 (19)

L-Iżvezja

0

 (18)

0

 (19)

L-Istati Membri kollha

0

 (17)  (18)

0

 (17)  (19)

L-Unjoni

0

 (18)

0

 (19)

In-Norveġja

0

 (18)

0

 (19)

TAC

Mhux rilevanti

 (18)

Mhux rilevanti

 (19)

(17)  Id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja jista’ jkollhom aċċess għall-kwota ta’ ‘L-Istati Membri Kollha’ biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri li jkollhom iktar minn 10 % mill-kwota tal-Unjoni bl-ebda mod ma għandu jkollhom aċċess għall-kwota ta’ ‘L-Istati Membri Kollha’. Il-qabdiet li jridu jinqatgħu minn din il-kwota kondiviża għandhom jiġu rrapportati separatament (CAP/GL251214_AMS).

(18)  Din il-kwota għandha tapplika mill-15 ta’ Ottubru 2025 sal-15 ta’ April 2026.

(19)  Din il-kwota għandha tapplika mill-15 ta’ Ottubru 2026 sal-15 ta’ April 2027.”;

(e)

it-Tabella 13 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 13

Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Żona:

l-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 2, 5, 12 u 14

Pandalus borealis

(PRA/GL251214)

Id-Danimarka

8 500

 

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96”;

Franza

8 500

 

L-Unjoni

1 700

 

In-Norveġja

1 500

 

Il-Gżejjer Faeroe

0

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(3)

fl-Anness IC, it-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 1

Speċi:

Bakkaljaw

Żona:

NAFO 2J3KL

Gadus morhua

(COD/N2J3KL)

Il-Bulgarija

0,004

 (20)  (21)

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Il-Ġermanja

533,170

 (20)  (21)

L-Estonja

95,036

 (20)  (21)

Spanja

492,963

 (20)  (21)

Franza

76,732

 (20)  (21)

Il-Latvja

95,036

 (20)  (21)

Il-Litwanja

95,036

 (20)  (21)

Il-Polonja

249,112

 (20)  (21)

Il-Portugall

769,752

 (20)  (21)

Ir-Rumanija

7,109

 (20)  (21)

L-Unjoni

2 413,95

 (20)  (21)

TAC

62 105,19

 (20)  (21)

(20)  Din il-kwota għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027.

(21)  Fil-limiti ta’ din il-kwota mhu permess l-ebda sajd dirett bejn il-15 ta’ April 2027 f’00:00 UTC u t-30 ta’ Ġunju 2027 f’23:59 UTC. Matul dan il-perjodu, din l-ispeċi għandha tinqabad biss bħala qabda aċċessorja fil-limiti li ġejjin: massimu ta’ 1 250  kg jew 5 %, skont liema minnhom tkun l-akbar.”;

(4)

l-Anness ID huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Tabella 7 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 7

Speċi:

Alonga tat-Tramuntana

Żona:

Iż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT, fit-Tramuntana ta’ 5oN, minbarra l-Mediterran

Thunnus alalunga

(ALB/ICAN05NXM)

L-Irlanda

4 959,40

 

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Spanja

27 953,00

 

Franza

8 791,67

 

Il-Portugall

3 065,81

 

L-Unjoni

44 769,88

 (22)  (23)

Ir-Renju Unit

741

 (24)

TAC

47 251,00

 

(22)  L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għall-alonga tat-Tramuntana bħala speċi fil-mira għandu jkun: 1 241 .

(23)  Kundizzjoni speċjali: Fil-limitu ta’ din il-kwota, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet li ġejjin fl-ilmijiet tar-Renju Unit (ALB/*ICAN05NXM-UK):

L-Irlanda

62,03

Spanja

349,65

Franza

109,97

Il-Portugall

38,35

L-Unjoni

560,00

(24)  Kundizzjoni speċjali: Fil-limitu ta’ din il-kwota, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet li ġejjin fl-ilmijiet tal-Unjoni (ALB/*ICAN05NXM-EU): 560,00 ”;

(b)

it-Tabella 12(1) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 12(1)

Speċi:

Tonn

Żona:

Iż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT, fil-Lvant ta’ 45oW

Thunnus thynnus

(BFT/ICAE45W)

Ċipru

240,16

 (28)

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Il-Greċja

480,79

 

Spanja

8 352,55

 (26)  (28)

Franza

8 067,21

 (26)  (27)  (28)

Il-Kroazja

1 353,64

 (30)

L-Italja

6 534,98

 (28)  (29)

Malta

517,31

 (28)

Il-Portugall

858,28

 

Oħrajn

104,03

 (25)

L-Unjoni

26 508,95

 (26)  (27)  (28)  (29)  (30)

TAC

48 403,00

 (25)

(25)  Minbarra Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Malta u l-Portugall, u bħala qabda aċċessorja biss. Il-qabdiet li jridu jinqatgħu minn din il-kwota kondiviża għandhom jiġu rrapportati separatament (BFT/ICAE45W_AMS).

(26)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid u l-allokazzjoni li ġejjin fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonna ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness VI (BFT/*E45W8301):

Spanja

1 267,03

Franza

588,60

L-Unjoni

1 855,63

(27)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid u l-allokazzjoni li li ġejjin fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonna li tkun tiżen tal-inqas 6,4  kg jew li tkun twila tal-inqas 70 cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness VI (BFT/*E45W641):

Franza

100,00

L-Unjoni

100,00

(28)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid u l-allokazzjonijiet li ġejjin fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonna ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 2 tal-Anness VI (BFT/*E45W641):

Spanja

167,05

Franza

322,69  (*29)

L-Italja

130,70

Ċipru

4,80

Malta

10,35

L-Unjoni

635,59

(*29)  Li minnhom 50 % jistgħu jinqabdu biss fil-Golf tal-Iljuni.

(29)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid u l-allokazzjonijiet li ġejjin fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonna ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness VI (BFT/*E45W643):

L-Italja

130,70

L-Unjoni

130,70

(30)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti tal-qbid u l-allokazzjonijiet li ġejjin fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonna ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness VI għall-finijiet ta’ trobbija (BFT/*E45W8303F):

Il-Kroazja

1 218,28

L-Unjoni

1 218,28 ”;

(5)

fl-Anness IJ, it-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 1

Speċi:

Palamit

Żona:

Żona ta’ kompetenza tal-IOTC

Katsuwonus pelamis

(SKJ/IOTC)

Spanja

87 407

 

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96”;

Franza

38 061

 

L-Italja

3 656

 

L-Unjoni

129 124

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(6)

l-Anness IM huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IM

ŻONA TAL-KONVENZJONI NPFC

Tabella 1

Speċi:

Il-kavall għajnejh kbar u s-sawrella kaħla

Scomber japonicus u Scomber australasicus

Żona:

Żona tal-Konvenzjoni NPFC

L-Unjoni

5 560

 (31)  (33)  (34)  (35)

TAC prekawzjonarja

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Il-partijiet Kontraenti għall-NPFC, inkluż l-Unjoni

47 940

 (31)  (32)  (33)  (34)

TAC

Mhux rilevanti

 

(31)  Tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Ġunju 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026.

(32)  Kundizzjoni speċjali: skont dan il-limitu ma jistgħux jinqabdu kwantitajiet akbar minn dawk mogħtija hawn taħt mill-bastimenti li ġejjin:

Bastimenti tat-tkarkir (*3)

(M/M/NPFC-TR)

Bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża (*3)

(M/M/NPFC-PS)

5 703

42 237

(*3)  Is-sajd taħt dawn il-limiti tal-qbid ser jingħalaq mill-Partijiet Kontraenti għall-NPFC, inkluż għall-Unjoni mill-Kummissjoni, fi żmien jumejn mid-data tal-ħruġ tal-avviż tas-Segretarju Eżekuttiv tal-NPFC li l-użu ta’ dawn il-limiti tal-qbid ikun laħaq il-95 %.

(33)  Fl-ebda ħin ma għandu jiġi awtorizzat iktar minn bastiment tat-tkarkir wieħed, li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, biex jistad għall-kavall għajnejh kbar u għas-sawrella kaħla. Dak japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe allokazzjoni tal-opportunitajiet futuri tas-sajd mill-Unjoni fiż-żona tal-Konvenzjoni NPFC, b’mod partikolari lill-Istat Membru awtorizzat li jistad fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026.

(34)  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 10 000 ma għandhomx ikunu awtorizzati jistadu għall-kavall għajnejh kbar.

(35)  Il-qabdiet skont din il-kwota għandhom jiġu rrapportati separatament (M/M/NPFC-EU).”;

(7)

fl-Anness VI, il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

In-numru massimu ta’ farms awtorizzati u l-input massimu tat-tonn maqbud fis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-farms tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

In-numru massimu ta’ farms awtorizzati u l-input massimu tat-tonn maqbud fis-selvaġġ

 

Numru ta’ farms

Input (f’tunnellati)

Il-Greċja

0

0

Spanja

8

10 550

Il-Kroazja

4

2 947

L-Italja

0

0

Ċipru

0

0

Malta

5

12 300

Il-Portugall

2

626”.


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) 2025/2454, it-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 1

Speċi:

Aringa

Żona:

Is-subdiviżjonijiet 30-31

Clupea harengus

(HER/30/31.)

Il-Finlandja

45 805

 

TAC Analitika”.

L-Iżvezja

10 064

 

L-Unjoni

55 869

 

TAC

55 869

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1547/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)