|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1542 |
3.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1542
tat-3 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 (1). |
|
(2) |
Fis-16 ta’ Frar 2024, l-awtoritajiet Russi ħabbru l-mewt ta’ Alexei Navalny waqt li kien detenut f’kolonja penali fir-Russja. Navalny kien ġie soġġett għal prosekuzzjoni u priġunerija politikament motivati u qabel kien il-vittma ta’ attakk ta’ avvelenament li involva aġent nervin tossiku mill-grupp Novichok f’Awwissu 2020. |
|
(3) |
F’dak il-kuntest, u fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-mewt ta’ Alexei Navalny, il-preżenza kkonfermata tal-epibatidina f’kampjuni meħuda minnu wara mewtu u l-konklużjoni li l-avvelenament bl-epibatidina kien x’aktarx il-kawża tal-mewt tiegħu, jenħtieġ li sitt persuni jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1544/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
|
“26. |
Igor Yuryevich BABKIN (Игорь Юрьевич БАБКИН) |
Sess: raġel Data tat-twelid: 19.4.1978 Post tat-twelid: Cherkasy region, USSR (issa Ukraine) Nazzjonalità: Russa INN: 770170119783 Funzjoni: kap tal-laboratorju fis-Signal Scientific Center (magħruf ukoll bħala SC Signal, INN 7718813855) |
Igor Babkin huwa xjenzat fl-isfera militari u l-kap tal-laboratorju fis-Signal Scientific Center (magħruf ukoll bħala SC Signal). Babkin qabel ħadem mal-istrutturi tad-difiża kimika, radjoloġika u bijoloġika fil-Ministeru għad-Difiża Russu, inkluż it-27th Scientific Centre u l-Military Academy for Radiological, Chemical and Biological Defence. Babkin mexxa grupp ta’ riċerkaturi fis-Signal Scientific Center, li rriċerkaw u ppubblikaw artikli dwar is-sinteżi tal-epibatidina, li nstabet f’Alexei Navalny wara mewtu. Huwa għalhekk involut fl-iżvilupp tal-epibatidina bħala arma kimika. Għalhekk, Igor Babkin huwa involut fl-iżvilupp ta’ armi kimiċi. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ Artur Aleksandrovich Zhirov, li huwa d-Direttur ta’ SC Signal. |
3.7.2026 |
|
27. |
Sergey Yevgenyevich GALAN (Сергей Евгеньевич ГАЛАН) |
Sess: raġel Data tat-twelid: 13.6.1970 Post tat-twelid: Kramatorsk, USSR (issa Ukraine) Nazzjonalità: Russa Funzjoni: xjenzat superjuri fis-Signal Scientific Center (magħruf ukoll bħala SC Signal, INN 7718813855) |
Sergey Galan huwa xjenzat superjuri fl-isfera militari li jaħdem fis-Signal Scientific Center (magħruf ukoll bħala SC Signal). Galan qabel ħadem mal-istrutturi tad-difiża kimika, radjoloġika u bijoloġika fil-Ministeru għad-Difiża Russu, inkluż it-27th Scientific Centre, is-State Scientific-Research Institute for Experimental Medicine u r-Research Institute for Applied Acoustics. Flimkien ma’ kollegi fis-Signal Scientific Center, huwa rriċerka u ppubblika artikli dwar is-sinteżi tal-epibatidina, li nstabet f’Alexei Navalny wara mewtu. Huwa għalhekk involut fl-iżvilupp tal-epibatidina bħala arma kimika. Għalhekk, Sergey Galan huwa involut fl-iżvilupp ta’ armi kimiċi. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ Artur Aleksandrovich Zhirov, li huwa d-Direttur ta’ SC Signal. |
3.7.2026 |
|
28. |
Irina Dmitriyevna DEREVYAGINA (Ирина Дмитриевна ДЕРЕВЯГИНА) |
Sess: Mara Data tat-twelid: 24.3.1961 Nazzjonalità: Russa INN: 772815862404 Funzjoni: analista tar-riċerka kimika fl-Istate Scientific Research Institute for Organic Chemistry and Technology (GosNIIOKhT) |
Irina Derevyagina hija analista tar-riċerka kimika fis-State Research Institute for Organic Chemistry and Technology tar-Russja (GosNIIOKhT). Hija kitbet żewġ dokumenti ta’ riċerka dwar l-applikazzjonijiet kliniċi u l-ittestjar tal-epibatidina, li nstabet f’Alexei Navalny wara mewtu. Għalhekk hija involuta fl-iżvilupp tal-epibatidina bħala arma kimika. Għalhekk, Irina Derevyagina hija involuta fl-iżvilupp ta’ armi kimiċi. |
3.7.2026 |
|
29. |
Mikhail Vasilyevich GUTSALYUK (Михаил Васильевич ГУЦАЛЮК) |
Sess: Raġel Data tat-twelid: 2.3.1968 Nazzjonalità: Russa INN: 460501189420 Funzjoni: kurunell u kap tad-dipartiment għall-organizzazzjoni tal-ħidma xjentifika u t-tħejjija tal-persunal xjentifiku u pedagoġiku għall-Military Academy for Radiological, Chemical and Biological Defence |
Mikhail Gutsalyuk huwa kurunell u kap tad-dipartiment għall-organizzazzjoni tal-ħidma xjentifika u t-tħejjija tal-persunal xjentifiku u pedagoġiku fil-Military Academy for Radiological, Chemical and Biological Defence. Flimkien ma’ kimiki mis-Signal Scientific Center (magħruf ukoll bħala SC Signal), huwa wettaq riċerka dwar is-sinteżi tal-epibatidina, li nstabet f’Alexei Navalny wara mewtu. Huwa għalhekk involut fl-iżvilupp tal-epibatidina bħala arma kimika. Għalhekk, Mikhail Gutsalyuk huwa involut fl-iżvilupp ta’ armi kimiċi. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ Artur Aleksandrovich Zhirov, li huwa d-Direttur ta’ SC Signal. |
3.7.2026 |
|
30. |
Olga Petrovna YUDINA (Ольга Петровна ЮДИНА) |
Sess: Mara Data tat-twelid: 24.11.1986 Nazzjonalità: Russa INN: 462601484461 Funzjoni: riċerkatriċi Anzjana fis-Signal Scientific Center (magħruf ukoll bħala SC Signal, INN 7718813855). |
Olga Yudina hija riċerkatriċi anzjana fis-Signal Scientific Center (magħruf ukoll bħala SC Signal). Hija tirċievi wkoll salarju mir-Research Institute for Applied Acoustics, li kien involut fl-akkwist ta’ materjali li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta’ aġenti ta’ armi kimiċi. Flimkien ma’ kollegi fis-Signal Scientific Center, hija rriċerkat u ppubblikat artikli dwar is-sinteżi tal-epibatidina, li nstabet f’Alexei Navalny wara mewtu. Għalhekk hija involuta fl-iżvilupp tal-epibatidina bħala arma kimika. Għalhekk, Olga Yudina hija involuta fl-iżvilupp ta’ armi kimiċi. Barra minn hekk, hija assoċjata ma’ Artur Aleksandrovich Zhirov, li huwa d-Direttur ta’ SC Signal. |
3.7.2026 |
|
31. |
Aleksey Vadimovich AKSYONOV (Алексей Вадимович АКСЕНОВ) |
Sess: Raġel Data tat-twelid: 8.10.1978 Nazzjonalità: Russa INN: 366217317327 Funzjoni: riċerkatur fis-Signal Scientific Center (magħruf ukoll bħala SC Signal, INN 7718813855) |
Aleksey Aksyonov huwa riċerkatur fis-Signal Scientific Center (magħruf ukoll bħala SC Signal). Flimkien ma’ kollegi fis-Signal Scientific Center, huwa rriċerka u ppubblika artikli dwar is-sinteżi tal-epibatidina, li nstabet f’Alexei Navalny wara mewtu. Huwa għalhekk involut fl-iżvilupp tal-epibatidina bħala arma kimika. Għalhekk, Aleksey Aksyonov huwa involut fl-iżvilupp ta’ armi kimiċi. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ Artur Aleksandrovich Zhirov, li huwa d-Direttur ta’ SC Signal. |
3.7.2026” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1542/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)