European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1530

23.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 153/2026

tat-30 ta’ April 2026

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2026/1530]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2476 tat-8 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-operat fl-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/100 tal-15 ta’ Jannar 2026 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-proċess tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u r-rapportar tal-okkorrenzi, u li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006):

“—

32025 R 2476: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2476 tat-8 ta’ Diċembru 2025 (ĠU L, 2025/2476, 9.12.2025).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012) u fil-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014):

“—

32026 R 0100: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/100 tal-15 ta’ Jannar 2026 (ĠU L, 2026/100, 19.1.2026).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2476 u (UE) 2026/100 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2026, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2025/2476, 9.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2476/oj.

(2)   ĠU L, 2026/100, 19.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/100/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1530/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)