European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1524

23.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 149/2026

tat-30 ta’ April 2026

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2026/1524]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/118 tas-7 ta’ Novembru 2025 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi standards għall-kompetenzi u l-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku u li jħassar id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/12 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2026/118 iħassar id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/12 (2), li hija inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA/ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 46d (id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/12) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“32026 R 0118: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/118 tas-7 ta’ Novembru 2025 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi standards għall-kompetenzi u l-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku u li jħassar id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/12 (ĠU L, 2026/118, 23.1.2026).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2026/118 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2026, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2026/118, 23.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/118/oj.

(2)   ĠU L 6, 10.1.2020, p. 15.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1524/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)