European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1500

23.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 122/2026

tat-30 ta’ April 2026

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/1500]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2026/172 tas-26 ta’ Jannar 2026 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tal-ester etiliku tal-aċidu 3-[3-(2-isopropil-5-metil-ċikloeżil)-ureido]-butiriku fil-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u li jikkoreġi ċerti numri CAS (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2026/175 tas-26 ta’ Jannar 2026 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tal-esperetina diidrokalkon fil-lista tal-Unjoni ta’ aromati (2), kif ikkoreġut bil-ĠU L, 2026/90106, 12.2.2026, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punt 54zzzzs (ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE, jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“—

32026 R 0172: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2026/172 tas-26 ta’ Jannar 2026 (ĠU L, 2026/172, 27.1.2026).

32026 R 0175: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2026/175 tas-26 ta’ Jannar 2026 (ĠU L, 2026/175, 27.1.2026), kif ikkoreġut mill-ĠU L, 2026/90106, 12.2.2026.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2026/172 u (UE) 2026/175, kif rettifikati permezz tal-ĠU L, 2026/90106, 12.2.2026, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2026/172, 27.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/172/oj.

(2)   ĠU L, 2026/175, 27.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/175/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1500/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)