|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1498 |
23.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 129/2026
tat-30 ta’ April 2026
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/1498]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2745 tal-25 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fil-ħidma konġunta tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa u s-sottogruppi tiegħu (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 23c (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2699) tal-Kapitolu XIII:
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 17c (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2699) tal-Kapitolu XXX:
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2745 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2026.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2024/2745, 28.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2745/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1498/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)