|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1462 |
26.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1462
tal-25 ta’ Ġunju 2026
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2026
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) (il-“Ftehim Intern”) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3), tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni għal kull parti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) huwa stabbilit bl-Artikolu 1 tal-Ftehim Intern. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2026 li tispeċifika l-ammont tat-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2026. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi għall-Kummissjoni u għall-BEI skont ir-Regolament (UE) 2018/1877. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2324 (3) tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2026 għal EUR 700 000 000 għall-Kummissjoni. Il-BEI talab is-sehem kollu tiegħu tal-11-il FEŻ bl-ewwel pagament parzjali tal-2025. |
|
(6) |
Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) bħala t-tieni pagament parzjali għall-2026 huwa b’dan stabbilit għal EUR 250 000 000 għall-Kummissjoni.
Artikolu 2
Il-partijiet għall-FEŻ għandhom iħallsu t-tieni pagamenti parzjali tal-kontribuzzjonijiet individwali tagħhom tal-FEŻ għall-2026 lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PANAYIOTOU
(1) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_eums/2013/806/oj.
(2) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1877/oj.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2324 tat-13 ta’ Novembru 2025 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li tistabbilixxi l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2027, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2026, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2026 u previżjoni mhux vinkolanti indikattiva għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2028 u 2029 (ĠU L, 2025/2324, 14.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2324/oj).
ANNESS
IT-TIENI PAGAMENT PARZJALI TAL-KONTRIBUZZJONIJIET TAL-FEŻ GĦALL-2026 (F’EUR)
|
L-Istati Membri u r-Renju Unit |
Il-kjavi tal-11-il FEŻ f’% |
Il-11-il FEŻ tal-Kummissjoni |
|
Il-Belġju |
3,24927 |
8 123 175 |
|
Il-Bulgarija |
0,21853 |
546 325 |
|
Iċ-Ċekja |
0,79745 |
1 993 625 |
|
Id-Danimarka |
1,98045 |
4 951 125 |
|
Il-Ġermanja |
20,57980 |
51 449 500 |
|
L-Estonja |
0,08635 |
215 875 |
|
L-Irlanda |
0,94006 |
2 350 150 |
|
Il-Greċja |
1,50735 |
3 768 375 |
|
Spanja |
7,93248 |
19 831 200 |
|
Franza |
17,81269 |
44 531 725 |
|
Il-Kroazja |
0,22518 |
562 950 |
|
L-Italja |
12,53009 |
31 325 225 |
|
Ċipru |
0,11162 |
279 050 |
|
Il-Latvja |
0,11612 |
290 300 |
|
Il-Litwanja |
0,18077 |
451 925 |
|
Il-Lussemburgu |
0,25509 |
637 725 |
|
L-Ungerija |
0,61456 |
1 536 400 |
|
Malta |
0,03801 |
95 025 |
|
In-Netherlands |
4,77678 |
11 941 950 |
|
L-Awstrija |
2,39757 |
5 993 925 |
|
Il-Polonja |
2,00734 |
5 018 350 |
|
Il-Portugall |
1,19679 |
2 991 975 |
|
Ir-Rumanija |
0,71815 |
1 795 375 |
|
Is-Slovenja |
0,22452 |
561 300 |
|
Is-Slovakkja |
0,37616 |
940 400 |
|
Il-Finlandja |
1,50909 |
3 772 725 |
|
L-Iżvezja |
2,93911 |
7 347 775 |
|
Ir-Renju Unit (*1) |
14,67862 |
36 696 550 |
|
Total EU-27 u r-Renju Unit |
100,00 |
250 000 000 |
|
(*1) Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irland ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ir-Renju Unit talab formalment, f’Marzu 2023, li l-Kummissjoni tagħti rifużjoni tas-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tiegħu. Dik it-tpaċija se tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi. |
||
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1462/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)