|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1438 |
13.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1438
tal-10 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 (1). |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Lulju 2023, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, umanitarja u ta’ sigurtà li qed tkompli tiddeterjora fil-Haiti, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1574 (2), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 u stabbiliet qafas ġdid ta’ miżuri restrittivi addizzjonali. |
|
(3) |
Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2a(1) u l-Artikolu 3a(1) u (2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, u fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Haiti, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġġeddu sad-29 ta’ Lulju 2027. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, id-data “29 ta’ Lulju 2026” hija sostitwita bid-data “29 ta’ Lulju 2027”.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HARRIS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2319/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1574 tat-28 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 192, 31.7.2023, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1574/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1438/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)