European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1399

23.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1399

tat-22 ta’ Ġunju 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472 dwar Akkademja Diplomatika tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472 (1) dwar Akkademja Diplomatika tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fil-5 ta’ Ġunju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1158 (2) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472.

(3)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-programm ta’ taħriġ matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025 għandu jkun ta’ EUR 1 720 432,62.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-programm ta’ taħriġ matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026 għandu jkun ta’ EUR 1 702 807,39.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-programm ta’ taħriġ matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2027 għandu jkun ta’ EUR 1 605 444,39.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PANAYIOTOU


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1472 tal-21 ta’ Mejju 2024 dwar Akkademja Diplomatika tal-Unjoni Ewropea (ĠU L, 2024/1472, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1472/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1158 tal-5 ta’ Ġunju 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1472 dwar Akkademja Diplomatika tal-Unjoni Ewropea (ĠU L, 2025/1158, 6.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1158/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1399/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)