|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1397 |
26.6.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1397
tal-25 ta’ Ġunju 2026
li jissostitwixxi l-Anness X tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 jipprovdi lista tal-awtoritajiet amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar bidliet fl-awtoritajiet amministrattivi li jridu jitniżżlu fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009. |
|
(3) |
L-awtoritajiet amministrattivi nnotifikati mill-Finlandja u li huma mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat rigward il-liġi applikabbli, il-ġuriżdizzjoni u l-eżekuzzjoni f’materji matrimonjali, ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Sostituzzjoni tal-Anness X
L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/4(1)/oj.
ANNESS
“ANNESS X
L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huma kif ġej:
|
— |
fil-Latvja, il-Fond ta’ Garanzija tal-Manteniment (“Uzturlīdzekļu Garantiju Fonds”), |
|
— |
fil-Finlandja, għal proċedimenti mibdija sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Bord tal-Assistenza Soċjali (“Sosiaalilautakunta/Socialnämnd”); għall-proċedimenti mibdija mill-1 ta’ Jannar 2023 ’il quddiem, il-Kontea tas-servizzi tal-benesseri (“Hyvinvointialue/Välfärdsområden”), il-Belt ta’ Ħelsinki (“Helsingin kaupunki/Helsingfors stad”) u fil-provinċja tal-Muniċipalità ta’ Åland (“kunta/kommun”), |
|
— |
fl-Iżvezja, l-Awtorità tal-Infurzar (“Kronofogdemyndigheten”), |
|
— |
fir-Renju Unit (1):
|
(1) Fir-rigward biss ta’ proċedimenti li nbdew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 67 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU C 384I, 12.11.2019, p. 1).”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1397/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)