European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1396

22.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1396

tat-22 ta’ Ġunju 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 (1).

(2)

Fit-28 ta’ April 2026, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1591(2005) tal-KSNU żied erba’ persuni mal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Fis-7 ta’ Mejju 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2026/1049 (2) li żżid tlieta minn dawk l-erba’ persuni mal-lista ta’ persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/450/PESK (3).

(4)

Fit-22 ta’ Ġunju 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2026/1390 (4) li żżid ir-raba’ persuna mal-lista ta’ persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/450/PESK.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għal dik ir-raba’ persuna titħassar mil-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135, taħt l-intestatura “A Lista ta’ persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 2(1)”, titħassar l-entrata li ġejja:

“14.   Algony Hamdan DAGALO MUSA”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PANAYIOTOU


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1049 tas-7 ta’ Mejju 2026 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan (ĠU L, 2026/1049, 7.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1049/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/450/PESK tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/423/PESK (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 106, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/450/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1390 tat-22 ta’ Ġunju 2026 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan (ĠU L, 2026/1390, 22.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1390/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1396/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)