|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1381 |
18.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1381
tal-15 ta’ Ġunju 2026
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali Kanadiżi u prodotti li joriġinaw mill-Kanada fl-akkwist skont l-Istrument SAFE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/444 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali u prodotti Kanadiżi li joriġinaw mill-Kanada fl-akkwist skont l-Istrument SAFE (il-“Ftehim SAFE”) ġie ffirmat fl-14 ta’ Frar 2026, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, u ġie applikat fuq bażi proviżorja mit-13 ta’ April 2026, sakemm jidħol fis-seħħ. |
|
(2) |
Il-konklużjoni tal-Ftehim SAFE tippermetti kooperazzjoni industrijali akbar fil-qasam tad-difiża u tirrifletti x-xewqa kondiviża li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża u li titrawwem sħubija aktar mill-qrib, ibbilanċjata u ta’ benefiċċju reċiproku bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada biex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni prattika fil-qasam tad-difiża. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim SAFE jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali u prodotti Kanadiżi li joriġinaw mill-Kanada fl-akkwist skont l-Istrument SAFE huwa b’dan approvat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha (3).
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) L-approvazzjoni tal-20 ta’ Mejju 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/444 tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provisorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali Kanadiżi u prodotti li joriġinaw fil-Kanada fl-akkwist skont l-Istrument SAFE (ĠU L, 2026/444, 3.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/444/oj).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1381/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)