European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1372

17.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1372

tat-8 ta’ Ġunju 2026

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Korea dwar ir-rikonoxximent reċiproku b’rabta ma’ valutazzjonijiet tal-konformità, ċertifikati u mmarkar tal-konformità

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) u (4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Korea dwar ir-rikonoxximent reċiproku b’rabta mal-valutazzjonijiet tal-konformità, iċ-ċertifikati u l-immarkar tal-konformità,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Korea dwar ir-rikonoxximent reċiproku b’rabta ma’ valutazzjonijiet tal-konformità, ċertifikati u mmarkar tal-konformità huwa b’dan awtorizzat.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni hija b’dan innominata bħala n-negozjatur tal-Unjoni.

Artikolu 3

Id-direttivi ta’ negozjati stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan indirizzati lill-Kummissjoni.

Artikolu 4

1.   In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar Armonizzazzjoni Teknika, li jaġixxi bħala l-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 207(3), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar it-tmexxija, il-progress, u l-eżitu tan-negozjati fuq bażi regolari u kull meta tintalab mill-Kunsill, u għandha tibgħatlu d-dokumenti rilevanti kemm jista’ jkun kmieni sabiex il-membri tal-Kunsill ikollhom żmien raġonevoli biex iħejju ruħhom kif xieraq għan-negozjati.

3.   Fejn adatt, jew meta tintalab mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport bil-miktub.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VAFEADES


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1372/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)